Proċedura : 2016/2306(INI)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0039/2017

Testi mressqa :

A8-0039/2017

Dibattiti :

CRE 14/02/2017 - 18

Votazzjonijiet :

PV 15/02/2017 - 7.11
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2017)0038

RAPPORT     
PDF 760kWORD 76k
14.2.2017
PE 594.134v02-00 A8-0039/2017

dwar is-Semestru Ewropew għall-Koordinazzjoni tal-Politika Ekonomika: Stħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2017

(2016/2306(INI))

Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

Rapporteur: Gunnar Hökmark

Rapporteur għal opinjoni (*):

Jean-Paul Denanot, Kumitat għall-Baġits

(*) Kumitat assoċjat – Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar is-Semestru Ewropew għall-Koordinazzjoni tal-Politika Ekonomika: Stħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2017

(2016/2306(INI))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), u b'mod partikolari l-Artikoli 121(2), 126, 136 u l-Protokoll Nru 12 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Protokoll (Nru 1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) dwar ir-rwol tal-Parlamenti Nazzjonali fl-Unjoni Ewropea,

  wara li kkunsidra l-Protokoll (Nru 2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità,

–  wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Istabbiltà, il-Koordinazzjoni u l-Governanza fl-Unjoni Ekonomika u Monetarja,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1175/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Novembru 2011 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ta' pożizzjonijiet tal-budget u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni ta' politika ekonomika(1),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2011/85/UE tat-8 ta' Novembru 2011 dwar ir-rekwiżiti għal oqfsa baġitarji tal-Istati Membri(2),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1174/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Novembru 2011 dwar miżuri ta' infurzar biex jikkoreġu żbilanċi makroekonomiċi eċċessivi fiż-żona tal-euro(3),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1177/2011 tat-8 ta' Novembru 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1467/97 dwar li titħaffef u li tiġi ċċarata l-implimentazzjoni tal-proċedura ta' defiċit eċċessiv(4),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1176/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Novembru 2011 dwar il-prevenzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi(5),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1173/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Novembru 2011 dwar l-infurzar effettiv tas-sorveljanza baġitarja fiż-żona tal-euro(6),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 473/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar dispożizzjonijiet komuni għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-abbozzi tal-pjanijiet baġitarji u l-iżgurar tal-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv tal-Istati Membri fiż-żona tal-euro(7),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 472/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ekonomika u baġitarja tal-Istati Membri fiż-żona tal-euro li jesperjenzaw jew ikunu mhedda b'diffikultajiet gravi fir-rigward tal-istabbiltà finanzjarja tagħhom(8),

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-15 ta' Jannar 2016 dwar l-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2016,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-8 ta' Marzu 2016 rigward ir-Rapport dwar is-Sostenibbiltà Fiskali 2015,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tas-17 u t-18 ta' Marzu 2016,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-Grupp tal-Euro tad-9 ta' Settembru 2016 dwar prinċipji komuni biex tittejjeb l-allokazzjoni tal-infiq,

–  wara li kkunsidra r-Rapport Annwali 2015 tal-BĊE,

–  wara li kkunsidra t-Tbassir Ekonomiku Ewropew tal-ħarifa 2016, maħruġ mill-Kummissjoni Ewropea fid-9 ta' Novembru 2016,

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta' Jannar 2015 bit-titolu "L-aħjar użu tal-flessibbiltà fir-regoli eżistenti tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir" (COM(2015)0012),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Novembru 2016 bit-titolu "Stħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir tal-2017" (COM(2016)0725),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Novembru 2016 dwar ir-rakkomandazzjoni għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-politika ekonomika taż-żona tal-euro (COM(2016)0726),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Novembru 2016 bit-titolu "Lejn pożizzjoni fiskali pożittiva għaż-żona tal-euro" (COM(2016)0727),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Novembru 2016 bit-titolu "Rapport dwar il-Mekkaniżmu ta' Twissija 2017" (COM(2016)0728),

–  wara li kkunsidra d-dibattitu mal-parlamenti nazzjonali fil-kuntest tal-edizzjoni tal-2017 tal-Ġimgħa Parlamentari Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Rapport bit-titolu "Nikkompletaw l-Unjoni Ekonomika u Monetarja tal-Ewropa" ("Ir-Rapport tal-Ħames Presidenti"),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta' Ottubru 2015 "Dwar passi lejn l-Ikkompletar tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja" (COM(2015)0600),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta' Ġunju 2015 dwar ir-rieżami tal-qafas ta' governanza ekonomika: analiżi u sfidi(9);

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali 2015 tal-Osservatorju Ewropew tar-Ristrutturar tal-Eurofound,

–  wara li kkunsidra l-Komunikat tal-Mexxejja tal-G20 adottat fis-Summit ta' Hangzhou tal-4 u l-5 ta' Settembru 2016,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni magħmula mill-President tal-BĊE fl-34 laqgħa tal-Kumitat Monetarju u Finanzjarju Internazzjonali fis-7 ta' Ottubru 2016,

–  wara li kkunsidra l-ftehim tal-COP 21 adottat waqt il-Konferenza ta' Pariġi dwar il-Klima fit-12 ta' Diċembru 2015,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni dwar is-Semestru Ewropew 2016 u fid-dawl tal-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2017 (12 ta' Ottubru 2016),

–  wara li kkunsidra r-Rapport Annwali 2015/2016 dwar l-SMEs Ewropej,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tas-26 ta' Awwissu 2016 dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2011/7/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 dwar il-ġlieda kontra l-ħlas tard fi tranżazzjonijiet kummerċjali,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġits, tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A8-0039/2017),

A.  billi l-ekonomija tal-Unjoni Ewropea qed tirkupra bil-mod il-mod u qed tikber b'pass moderat, għalkemm mhux b'mod uniformi fl-Istati Membri kollha;

B.  billi, skont il-projezzjonijiet tal-Kummissjoni, it-tkabbir reali tal-PDG fl-2016 mistenni jkun ta' 1,8 % għall-UE u ta' 1,7 % għaż-żona tal-euro, u – fl-2017 – ta' 1,6 % u 1,7 % rispettivament, filwaqt li d-dejn tal-gvern fl-2016 mistenni jkun ta' 86,0 % fl-UE u 91,6 % fiż-żona tal-euro; billi d-defiċit taż-żona tal-euro mistenni jkun ta' 1,7 % tal-PDG fl-2016 u ta' 1,5 % fl-2017 u fl-2018;

C.  billi l-infiq tal-konsumaturi huwa l-motivatur ewlieni attwali tat-tkabbir u fl-2017 mistenni jibqa' l-istess; billi, madankollu, l-Ewropa għadha qed tiffaċċja diskrepanza importanti fl-investiment, li għadu ferm taħt il-livelli ta' qabel il-kriżi;

D.  billi r-rata ta' impjieg fl-UE qed tiżdied, għalkemm b'pass insuffiċjenti u mhux b'mod uniformi, u b'hekk il-qgħad fiż-żona tal-euro naqas għal 10,1 % fl-2016, iżda mhux biżżejjed biex il-qgħad fost iż-żgħażagħ u l-qgħad fit-tul jitnaqqsu b'mod sinifikanti;

E.  billi dan l-irkupru fis-swieq tax-xogħol u fit-tkabbir ivarja minn Stat Membru għal ieħor u għadu fraġli, u billi hemm il-ħtieġa li titrawwem konverġenza 'l fuq fl-UE;

F.  billi t-tkabbir ekonomiku sa ċertu punt serraħ fuq politiki monetarji mhux konvenzjonali, li mhumiex għal dejjem; billi dan jappoġġja l-appell għal approċċ ta' politika fuq tliet pilastri: investiment li jiffavorixxi t-tkabbir, riformi strutturali sostenibbli u finanzi pubbliċi responsabbli permezz ta' implimentazzjoni konsistenti tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir (SGP) fl-Istati Membri kollha, b'rispett sħiħ tal-klawsoli ta' flessibbiltà eżistenti tiegħu;

G.  billi xi Stati Membri għad għandhom dejn pubbliku u privat għoli ħafna, aktar minn 60 % tas-soll tal-PDG kif stabbilit fl-SGP;

H.  billi mill-valutazzjonijiet tal-Kummissjoni dwar l-abbozzi ta' pjanijiet baġitarji (DBPs) għall-2017 tal-Istati Membri taż-żona tal-euro, jirriżulta li l-ebda DBP għall-2017 ma kien f'xi nonkonformità partikolarment serja mar-rekwiżiti tal-SGP, iżda li f'bosta każijiet, madankollu, l-aġġustamenti fiskali ppjanati ma jissodisfawx, jew jirriskjaw li ma jissodisfawx, ir-rekwiżiti tal-SGP;

I.  billi mill-valutazzjonijiet tal-Kummissjoni dwar l-abbozzi ta' pjanijiet baġitarji għall-2017 tal-Istati Membri taż-żona tal-euro jirriżulta li disa' Stati Membri huma konformi mar-rekwiżiti skont l-SGP;

G.  billi s-sostenibbiltà fit-tul tal-finanzi pubbliċi tal-Istati Membri tal-UE hija kwistjoni ta' tħassib għall-ġustizzja interġenerazzjonali;

K.  billi d-daqs tad-dejn tal-gvern jista' jiġi affettwat minn responsabbiltajiet kemm kontinġenti kif ukoll impliċiti;

L.  billi xi Stati Membri jirreġistraw eċċessi għoljin ħafna fil-kont kurrenti u l-iżbilanċi makroekonomiċi Ewropej għadhom kbar;

M.  billi l-UE teħtieġ sforzi ta' investiment pubbliku u privat addizzjonali importanti, b'mod partikolari fl-edukazzjoni, ir-riċerka, l-ICT u l-innovazzjoni, kif ukoll impjiegi, negozji u kumpaniji ġodda, sabiex twettaq il-potenzjal ta' tkabbir tagħha u tnaqqas id-diskrepanza attwali fl-investiment, li għadu taħt il-livelli ta' qabel il-kriżi; billi dan jirrikjedi, b'mod partikolari, titjib fl-ambjent regolatorju;

N.  billi l-livell għoli ta' self improduttiv għadu sfida serja f'numru ta' Stati Membri; billi t-tkabbir tal-kreditu qed jirkupra gradwalment iżda għadu taħt il-livelli ta' qabel il-kriżi;

O.  billi sabiex jitjieb il-livell insuffiċjenti ta' kompetittività globali tal-UE u jiżdied it-tkabbir ekonomiku tagħha, huma meħtieġa implimentazzjoni aħjar tat-taħlita ta' politika l-ġdida, riformi strutturali intelliġenti fl-Istati Membri, u l-ikkompletar tas-suq uniku;

P.  billi l-ekonomiji b'sistemi aktar punittivi għall-falliment jirrinunzjaw għat-tkabbir potenzjali fil-valur miżjud u l-impjiegi u dan jitlob li jkun hemm l-implimentazzjoni sħiħa tal-prinċipju li jirrigwarda t-tieni opportunità tal-"Att dwar in-Negozji ż-Żgħar" mill-Istati Membri kollha;

Q.  billi l-kompetittività Ewropea tiddependi ħafna wkoll fuq l-elementi li ma għandhomx x'jaqsmu mal-prezzijiet u li jirrelataw mal-innovazzjoni, it-teknoloġija u l-kapaċitajiet organizzattivi, pjuttost milli fuq il-prezzijiet, l-ispejjeż u l-pagi biss;

R.  billi d-direttiva dwar il-ħlas tard ġiet imfassla biex tgħin lill-kumpaniji li qegħdin jiffaċċjaw spejjeż għoljin jew anke fallimenti minħabba l-ħlasijiet tard minn kumpaniji privati u pubbliċi; billi l-evalwazzjoni ex post esterna żvelat li l-entitajiet pubbliċi f'aktar minn nofs l-Istati Membri kollha għadhom mhumiex jirrispettaw il-limitu ta' ħlas ta' 30 ġurnata impost mil-liġi; billi r-rapport identifika li l-Istati Membri taħt il-programmi ta' aġġustament għandhom diffikultajiet biex japplikaw id-direttiva meta l-ħlas fil-pront tal-fatturi attwali jrid jiġi bbilanċjat mal-ħlas lura tad-dejn akkumulat;

1.  Jilqa' l-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2017 tal-Kummissjoni li jafferma mill-ġdid l-istrateġija ta' trianglu virtuż ta' investiment privat u pubbliku, riformi strutturali soċjalment ibbilanċjati u finanzi pubbliċi responsabbli, u jitlob implimentazzjoni aħjar ta' din it-taħlita ta' politika; jaqbel li meħtieġ progress aktar mgħaġġel fl-adozzjoni tar-riformi, bi qbil mar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi, sabiex jinkisbu riżultati b'rabta mat-tkabbir u l-impjiegi, ħalli jiġi appoġġjat l-irkupru ekonomiku; jiddeplora, għalhekk, ir-rata baxxa ħafna tal-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi, li minn 11 % fl-2012 naqset għal 4 % biss fl-2015; jenfasizza li l-Istati Membri se jkollhom bżonn iżidu l-isforzi tagħhom biex jirriformaw jekk jixtiequ jirritornaw lura għat-tkabbir u joħolqu l-impjiegi; jappoġġja l-prijorità tal-Kummissjoni li tingħata spinta lill-impjiegi, lit-tkabbir u lill-investiment għall-Unjoni;

2.  Josserva d-dipendenza eċċessiva attwali fuq il-politika monetarja tal-Bank Ċentrali Ewropew u jinnota li l-politika monetarja waħidha mhijiex biżżejjed biex tistimula t-tkabbir fin-nuqqas ta' investimenti u riformi strutturali sostenibbli;

3  Jaqbel mal-Kummissjoni li ż-żona tal-euro teħtieġ tiddependi dejjem aktar fuq id-domanda domestika; iqis li domanda domestika aktar b'saħħitha tkun aħjar għat-tkabbir sostenibbli taż-żona tal-euro;

4.  Jinnota li t-tkabbir fl-2016 qed ikompli b'pass pożittiv moderat u qabeż il-livell ta' qabel il-kriżi, iżda li t-tkabbir modest irid jitqies mill-perspettiva ta' politika monetarja straordinarja, u li dan għadu dgħajjef u mhux uniformi bejn l-Istati Membri; jinnota bi tħassib li r-rati ta' tkabbir tal-PDG u tal-produttività għadhom ma laħqux il-potenzjal sħiħ, u għalhekk ma hemm l-ebda lok għal kompjaċenza, u li dan l-irkupru moderat jirrikjedi sforzi bla waqfien sabiex tinkiseb reżiljenza akbar permezz ta' livell ogħla ta' tkabbir u impjiegi;

5.  Jinnota li r-referendum fir-Renju Unit ħoloq inċertezzi għall-ekonomija Ewropea u għas-swieq finanzjarji; jinnota li l-eżitu tal-elezzjoni presidenzjali reċenti fl-Istati Uniti tal-Amerka ħoloq inċertezza politika li mistennija taffettwa l-ekonomija Ewropea, mhux l-inqas fir-rigward tar-relazzjonijiet kummerċjali internazzjonali;

6.  Jinnota bi tħassib ir-reazzjonijiet negattivi kontra l-globalizzazzjoni u ż-żieda fil-protezzjoniżmu;

7.  Josserva li filwaqt li l-qgħad, bħala medja, qiegħed jonqos b'mod gradwali, u r-rati ta' attività qed jiżdiedu, l-isfidi strutturali għadhom jippersistu f'ħafna Stati Membri; jinnota, madankollu, li r-rati ta' qgħad fit-tul u fost iż-żgħażagħ għadhom għoljin; jenfasizza li fl-Istati Membri kkonċernati huma meħtieġa riformi tas-suq tax-xogħol inklużivi, b'rispett sħiħ tad-djalogu soċjali, sabiex jiġu indirizzati dawn in-nuqqasijiet strutturali;8.  Jenfasizza li r-rata tal-investiment fl-UE, u fiż-żona tal-euro, għadha ferm taħt il-livelli ta' qabel il-kriżi; jemmen li din id-"diskrepanza fl-investiment" trid tiġi aġġustata permezz ta' investimenti privati u pubbliċi, u jenfasizza li l-investiment immirat biss jista' jġib miegħu riżultati viżibbli fi żmien qasir u fuq skala xierqa; jaqbel mal-Kummissjoni li l-ambjent bi spiża ta' finanzjament baxxa jiffavorixxi l-frontloading tal-investimenti, b'mod partikolari fl-infrastruttura;

Investiment

7.  Jaqbel mal-Kummissjoni li l-aċċess għall-finanzi u t-tisħiħ tas-suq uniku huma kruċjali biex in-negozji jkunu innovattivi u jikbru; jenfasizza li r-rekwiżiti l-ġodda ta' kapital u ta' likwidità, minkejja li huma meħtieġa biex tittejjeb ir-reżiljenza tas-settur bankarju, m'għandhomx ixekklu l-kapaċità tal-banek li jsellfu lill-ekonomija reali; jemmen li jenħtieġ li jsiru aktar sforzi biex tingħata spinta lill-aċċess tal-SMEs għall-finanzjament; jistieden lill-Kummissjoni, għalhekk, iżżid l-isforzi tagħha biex ittejjeb l-ambjent finanzjarju;

8.  Jenfasizza li l-investimenti pubbliċi fil-kapital uman u fl-infrastruttura huma ta' importanza assoluta; iqis li hemm bżonn qawwi li jiġi ffaċilitat l-investiment f'oqsma bħall-edukazzjoni, l-innovazzjoni u r-riċerka u l-iżvilupp, li huma fatturi kruċjali għal ekonomija Ewropea aktar kompetittiva;

9.  Jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni biex testendi t-tul, u tirdoppja l-ammont, tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS); jenfasizza li l-kopertura ġeografika u settorjali trid tittejjeb b'mod sinifikanti biex l-objettivi stabbiliti f'dan ir-regolament jinkisbu; jenfasizza li l-FEIS għandu wkoll jattira finanzjament għal proġetti b'dimensjoni transfruntiera, ibbilanċjat madwar l-Unjoni; jenfasizza l-importanza ta' koordinazzjoni aħjar bejn l-Istati Membri, il-Kummissjoni u ċ-Ċentru Ewropew ta' Konsulenza għall-Investiment;

10.  Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jħaffu u jimmassimizzaw l-użu tal-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (FEIS) sabiex jisfruttaw il-motivaturi kollha tat-tkabbir intern, u jippromwovu konverġenza 'l fuq;

11.  Jinnota li sistema finanzjarja kredibbli u l-istituzzjonijiet tagħha huma kruċjali biex jiġu attirati l-investiment u t-tkabbir fl-ekonomija Ewropea; jenfasizza li s-sikurezza u l-istabbiltà fis-sistema finanzjarja attwali żdiedu meta mqabbla mal-livell ta' qabel il-kriżi; jinnota, madankollu, li ċerti sfidi urġenti għadhom ma ġewx indirizzati, bħall-istokk ta' self improduttiv akkumulat matul il-kriżi finanzjarja;

12.  Jenfasizza li Unjoni tas-Swieq Kapitali li tiffunzjona kompletament tista', fuq perjodu ta' żmien itwal, tipprovdi finanzjament alternattiv għall-SMEs, filwaqt li tikkomplementa dak tas-settur bankarju, u toħloq sorsi aktar diversifikati ta' finanzjament għall-ekonomija b'mod ġenerali; jistieden lill-Kummissjoni tħaffef il-ħidma tagħha fuq l-Unjoni tas-Swieq Kapitali biex tinħoloq allokazzjoni aktar effiċjenti tal-kapital madwar l-UE kollha, tittejjeb il-profondità tas-swieq kapitali tal-UE, tiżdied id-diversifikazzjoni għall-investituri, jiġi stimulat l-investiment fit-tul u jsir użu sħiħ mill-istrumenti finanzjarji innovattivi tal-UE mfassla biex jappoġġjaw l-aċċess tal-SMEs għas-swieq kapitali; jenfasizza li l-ikkompletar tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali m'għandux idgħajjef il-kisbiet li saru s'issa, iżda għandu jistinka biex ikun ta' benefiċċju aħħari għaċ-ċittadini Ewropej;

13  Jenfasizza li hemm bżonn ta' żieda fil-finanzjament tal-investimenti; jitlob sistema finanzjarja li tiffunzjona tajjeb, fejn iż-żieda fl-istabbiltà u l-istituzzjonijiet transfruntiera eżistenti jistgħu jiffaċilitaw il-likwidità u l-ġenerazzjoni tas-suq, b'mod speċjali għall-SMEs; jinnota wkoll, f'dan ir-rigward, li kumpaniji b'rata għolja ta' tkabbir għandhom diffikultajiet bl-aċċess għall-finanzi; jistieden lill-Kummissjoni tidentifika u timplimenta proġetti li jappoġġjaw u jattiraw investiment ibbażat fuq is-suq għal tali kumpaniji; jenfasizza li r-riformi li jirrigwardaw l-istruttura bankarja ma jridux ifixklu l-ġenerazzjoni ta' likwidità;

14.  Iħeġġeġ l-ikkompletar bir-reqqa u pass pass tal-Unjoni Bankarja u l-iżvilupp tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali, bl-għan li tiżdied ir-reżiljenza fis-settur bankarju, billi jingħata kontribut għall-istabbiltà finanzjarja, jinħoloq ambjent stabbli għall-investiment u t-tkabbir, u tiġi evitata l-frammentazzjoni tas-suq finanzjarju taż-żona tal-euro; jenfasizza, f'dan il-kuntest, il-prinċipju tar-responsabbiltà, u jissottolinja li l-periklu morali jrid jiġi evitat, b'mod partikolari sabiex jiġu protetti ċ-ċittadini; iħeġġeġ ir-rispett tar-regoli komuni eżistenti;

15.  Jenfasizza li l-investiment pubbliku u privat huwa kruċjali biex tkun tista' sseħħ it-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari u b'livell baxx ta' karbonju; ifakkar fl-impenji tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari fil-Ftehim ta' Pariġi, biex jiġi ffinanzjat l-użu tat-teknoloġiji nodfa, it-tkabbir fl-iskala tal-enerġiji rinnovabbli u l-effiċjenza fl-enerġija, u t-tnaqqis ġenerali tal-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra;

16.  Jenfasizza li investiment affidabbli jeżiġi ambjent regolatorju stabbli li jippermetti redditu fuq l-investiment; iqis li regoli prevedibbli, amministrazzjonijiet pubbliċi effiċjenti u trasparenti, sistemi ġuridiċi effikaċi, kundizzjonijiet ekwi u tnaqqis fil-piż amministrattiv huma fatturi kruċjali biex jiġi attirat l-investiment; jenfasizza li 40 % tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi għall-2016 jindirizzaw ostakoli għall-investiment, li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jistgħu jgħinu biex jitneħħew; jistieden lill-Kummissjoni, barra minn hekk, tieħu l-azzjoni meħtieġa abbażi tas-"Sejħa għal Evidenza: Qafas Regolatorju tal-UE għal servizzi finanzjarji", bl-għan li tnaqqas il-burokrazija żejda, tissimplifika r-regolamentazzjoni u ssaħħaħ l-ambjent finanzjarju;

17.  Jirrikonoxxi l-potenzjal mhux sfruttat għat-tkabbir tal-produttività u l-investiment li jista' jiġi sfruttat jekk ir-regoli tas-suq uniku jkunu infurzati bis-sħiħ, u jekk is-swieq tal-prodotti u s-servizzi jkunu integrati aħjar; ifakkar l-importanza tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż biex jindikaw l-oqsma ewlenin għal azzjonijiet fl-Istati Membri;

18.  Jaqbel mal-Kummissjoni li l-benefiċċji tal-kummerċ mhumiex dejjem rikonoxxuti fid-dibattitu pubbliku, u jenfasizza li l-kummerċ internazzjonali jista' jkun sors sinifikanti ta' impjiegi għall-Ewropej u kontribut kruċjali għat-tkabbir; itenni li aktar minn 30 miljun impjieg issa huma appoġġjati minn esportazzjonijiet mill-UE; jissottolinja li l-ftehimiet ta' kummerċ internazzjonali m'għandhomx idgħajfu l-istandards regolatorji, soċjali u ambjentali Ewropej, iżda pjuttost isaħħu l-istandards globali;

19.  Jinnota bi tħassib li s-sehem tal-UE tal-flussi tal-investiment dirett barrani globali naqas b'mod sinifikanti minn mindu bdiet il-kriżi; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jżidu l-isforzi biex itejbu l-ambjent tan-negozju għall-investimenti, fost oħrajn billi jimplimentaw u jinfurzaw bis-sħiħ il-leġiżlazzjoni tas-Suq Uniku tal-UE; jaqbel li progress aktar mgħaġġel fl-adozzjoni tar-riformi strutturali sostenibbli, f'konformità mar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż, huwa bżonnjuż biex itejjeb il-kompetittività tal-UE, jippromwovi ambjent favorevoli għan-negozji (speċjalment l-SMEs) u l-investiment, u jikseb tkabbir u impjiegi, kif ukoll irawwem konverġenza 'l fuq bejn l-Istati Membri;

20.  Jinsisti fuq il-bżonn li jitħarsu l-kapaċitajiet ta' investiment fit-tul tal-istituzzjonijiet finanzjarji, il-profittabbiltà ta' tfaddil b'riskju baxx, u ta' prodotti tal-pensjoni fit-tul, sabiex ma tiġix ipperikolata s-sostenibbiltà tad-dispożizzjonijiet tat-tfaddil u tal-pensjonijiet taċ-ċittadini Ewropej;

21.  Jenfasizza li hemm bżonn li riformi strutturali sostenibbli jiġu kkumplimentati minn investiment fit-tul fl-edukazzjoni, ir-riċerka, l-innovazzjoni u l-kapital uman, l-aktar fl-edukazzjoni u t-taħriġ maħsuba biex jipprovdu għarfien u ħiliet ġodda; jemmen li s-sħubiji bejn dawk li jfasslu l-politika, il-leġiżlaturi, ir-riċerkaturi, il-produtturi u l-innovaturi jistgħu jitqiesu wkoll bħala għodda biex jippromwovu l-investiment, jiksbu tkabbir intelliġenti u sostenibbli, u jikkumplimentaw programmi ta' investiment;

Riformi strutturali

22.  Jaqbel li r-riformi strutturali sostenibbli fis-swieq tal-prodotti u s-servizzi, kif ukoll fis-swieq tax-xogħol, tas-saħħa, tal-akkomodazzjoni u tal-pensjoni, għadhom prijorità fl-Istati Membri biex b'mod effiċjenti jiġi appoġġjat l-irkupru, jiġi indirizzat il-livell għoli ta' qgħad, tingħata spinta lill-kompetittività, lill-kompetizzjoni ġusta u lill-potenzjal ta' tkabbir, u biex titjieb l-effiċjenza tas-sistemi tar-riċerka u l-innovazzjoni, mingħajr ma jiddgħajfu d-drittijiet tal-ħaddiema, il-ħarsien tal-konsumatur jew l-istandards ambjentali;

23.  Iqis li swieq tax-xogħol li jaħdmu sew u li huma produttivi, flimkien ma' livell adegwat ta' protezzjoni soċjali u djalogu, urew li huma aktar veloċi biex jirkupraw mill-kriżi ekonomika; jistieden lill-Istati Membri jnaqqsu s-segmentazzjoni tas-swieq tax-xogħol, iżidu l-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol u jtejbu l-ħiliet, anke permezz ta' enfasi aktar qawwija fuq it-taħriġ u t-tagħlim matul il-ħajja biex jissaħħu l-impjegabbiltà u l-produttività; josserva li xi Stati Membri għad għandhom bżonn konsiderevoli ta' riforma sabiex jagħmlu s-swieq tax-xogħol tagħhom aktar reżiljenti u inklużivi;

24.  Jissottolinja l-importanza tat-tnedija jew it-tkomplija tal-implimentazzjoni tar-riformi strutturali koerenti u sostenibbli għall-istabbiltà fuq perjodu ta' żmien medju u twil; jenfasizza li l-UE u l-Istati Membri tagħha ma jistgħux jikkompetu fuq il-kriterju tal-kostijiet ġenerali jew lavorattivi biss, iżda għandhom bżonn jinvestu aktar fir-riċerka, l-innovazzjoni u l-iżvilupp, l-edukazzjoni u l-ħiliet, u l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi, kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f'dak Ewropew;

25.  Jinsab imħasseb dwar l-effetti tal-iżviluppi demografiċi fuq il-finanzi pubbliċi u t-tkabbir sostenibbli, ikkundizzjonati minn, fost oħrajn, rati baxxi tat-twelid, soċjetajiet li qed jixjieħu, emigrazzjoni u l-influss ta' rifuġjati; jirrimarka b'mod partikolari l-impatt ta' popolazzjonijiet li qed jixjieħu fuq is-sistemi tal-pensjonijiet u tal-kura tas-saħħa fl-UE; jinnota li, minħabba strutturi demografiċi differenti, l-effetti ta' dawn l-iżviluppi se jvarja bejn l-Istati Membri, imma jwissi li l-ispejjeż ta' finanzjament diġà prevedibbli se jkollhom impatt sinifikanti fuq il-finanzi pubbliċi;

26.  Ifakkar li fattur importanti għall-iżgurar tas-sostenibbiltà tas-sistemi tal-pensjonijiet huwa li tinkiseb u tinżamm rata għolja ta' impjiegi; jirrimarka wkoll, f'dan il-kuntest, l-importanza li jintużaw aħjar il-ħiliet tal-migranti sabiex ikun hemm adattament għall-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol;

27.  Jinnota li l-Istati Membri bħalissa jonfqu bejn 5-11 % tal-PDG rispettiv tagħhom fuq il-kura tas-saħħa, sehem li huwa mistenni li jiżdied b'mod konsiderevoli fid-deċennji li ġejjin minħabba t-tibdil demografiku; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiffoka l-isforzi fuq infiq kosteffettiv fuq kura tas-saħħa ta' kwalità għolja, u fuq l-aċċess universali għaliha, permezz tal-kooperazzjoni u l-iskambju tal-aħjar prattiki fil-livell tal-UE u billi tindirizza s-sostenibbiltà tas-sistemi tal-kura tas-saħħa ta' kwalità f'rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż;

28.  Jilqa' l-fatt li, fuq medja, il-qgħad fost iż-żgħażagħ qed jonqos, minkejja li għadu għoli ħafna; jinnota li għad hemm differenzi kbar fost l-Istati Membri li jitolbu riformi kontinwi biex jiffaċilitaw id-dħul taż-żgħażagħ fis-suq tax-xogħol, sabiex b'hekk tiġi żgurata ġustizzja interġenerazzjonali; jenfasizza, f'dan ir-rigward, l-importanza tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ u jitlob li jkun hemm finanzjament tal-UE kontinwu għal dan il-programm kruċjali; jaqbel mal-Kummissjoni li hemm bżonn ta' aktar azzjoni mill-Istati Membri biex jiġġieldu l-qgħad fost iż-żgħażagħ, b'mod partikolari billi jtejbu l-effettività tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ;

29.  Jenfasizza l-importanza tal-iżviluppi tal-pagi responsabbli u favur it-tkabbir, li jipprovdu standard tajjeb ta' għajxien, f'konformità mal-produttività, filwaqt li jittieħed kont tal-kompetittività, u l-importanza ta' djalogu soċjali effettiv għal ekonomija soċjali tas-suq li tiffunzjona tajjeb;

30.  Jaqbel li t-tassazzjoni għandha tappoġġja l-investimenti u l-ħolqien tal-impjiegi; jappella għal riformi fit-tassazzjoni maħsuba biex jindirizzaw il-piż għoli tat-taxxa fuq ix-xogħol fl-Ewropa, itejbu l-ġbir tat-taxxa, jiġġieldu l-evitar tat-taxxa u l-evażjoni tat-taxxa, u jagħmlu s-sistemi tat-taxxa aktar sempliċi, aktar ġusti u aktar effiċjenti; jenfasizza l-bżonn ta' koordinazzjoni aħjar tal-prattiki amministrattivi fil-qasam tat-tassazzjoni; jitlob li jkun hemm aktar trasparenza fost l-Istati Membri fil-qasam tat-tassazzjoni korporattiva;

Responsabbiltà fiskali u l-istruttura tal-finanzi pubbliċi

31.  Jinnota li l-Kummissjoni tqis li s-sostenibbiltà fiskali għadha prijorità, u li l-isfidi naqsu minn meta l-kriżi laħqet l-ogħla livell tagħha, u jistgħu ma jirrappreżentawx riskji maġġuri għaż-żona tal-euro kollha fi żmien qasir;

32.  Jinnota wkoll li l-Kummissjoni tqis li għad hemm sfidi, u li l-wirt li ntiret mill-kriżi, kif ukoll nuqqasijiet strutturali, għadhom hemm u jridu jiġu indirizzati sabiex jiġu evitati r-riskji fit-tul;

33.  Jenfasizza l-fatt li l-Istati Membri kollha huma obbligati jikkonformaw mal-SGP, b'rispett sħiħ tal-klawsoli ta' flessibbiltà eżistenti tiegħu; jirrimarka wkoll, f'dan ir-rigward, l-importanza tat-Trattat dwar l-Istabbiltà, il-Koordinazzjoni u l-Governanza (TSKG), u jħeġġeġ lill-Kummissjoni tressaq valutazzjoni komprensiva tal-esperjenza tagħha fl-implimentazzjoni tat-Trattat, bħala bażi sabiex jittieħdu l-passi neċessarji f'konformità mat-TUE u t-TFUE, bl-għan li s-sustanza ta' dan it-Trattat tiġi inkorporata fil-qafas legali tal-UE;

34.  Jinnota li filwaqt li sitt Stati Membri għadhom taħt il-Proċedura ta' Defiċit Eċċessiv (EDP), hemm tnaqqis tal-livell tad-defiċit pubbliku medju, li huwa mistenni li baqa' taħt it-2 % fl-2016 u li jkompli jonqos fis-snin li ġejjin, u li żewġ Stati Membri biss huma mistennija li jibqgħu taħt l-EDP fl-2017; jinnota li, f'bosta każijiet, iż-żieda kbira fid-dejn fil-passat reċenti hija wkoll ir-riżultat ta' rikapitalizzazzjoni tal-banek u tkabbir baxx; jenfasizza li meta r-rati tal-imgħax jerġgħu jibdew jogħlew, jistgħu jiżdiedu diffikultajiet fit-titjib tal-finanzi pubbliċi;

35.  Jenfasizza r-rwol tal-Kummissjoni bħala l-gwardjan tat-trattati; jenfasizza l-ħtieġa għal evalwazzjoni oġġettiva u trasparenti tal-applikazzjoni u l-infurzar ta' leġiżlazzjoni miftiehma b'mod komuni;

36.  Jinsisti li m'għandu jkun hemm l-ebda trattament differenti bejn l-Istati Membri; jinnota li politika fiskali li tirrispetta u ssegwi l-liġi tal-Unjoni biss tista' twassal għal kredibbiltà u fiduċja bejn l-Istati Membri, u sservi bħala pedament għat-tlestija tal-UEM u għall-fiduċja tas-swieq finanzjarji;

37.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill ikunu kemm jista' jkun speċifiċi meta jindirizzaw ir-rakkomandazzjonijiet fiskali mill-aspett preventiv u korrettiv tal-SGP sabiex tiżdied it-trasparenza u l-infurzabbiltà tar-rakkomandazzjonijiet; jenfasizza l-bżonn li tiġi inkluża fir-rakkomandazzjonijiet, mill-aspett preventiv, kemm id-data fil-mira tal-objettiv ta' terminu medju speċifiku għall-pajjiż kif ukoll l-aġġustament fiskali meħtieġ biex jintlaħaq jew jinżamm;

38.  Iqis li l-iżbilanċi makroekonomiċi fl-Istati Membri għandhom jiġu indirizzati skont il-proċedura ta' Żbilanċ Makroekonomiku (MIP) permezz ta' sforzi li jinvolvi l-Istati Membri kollha u li jkunu bbażati fuq riformi u investimenti rilevanti; jenfasizza li kull Stat Membru jrid iwettaq ir-responsabbiltajiet individwali tiegħu f'dan il-kuntest; jinnota li l-eċċessi għolja fil-kontijiet kurrenti jimplikaw il-possibbiltà ta' domanda domestika akbar; jenfasizza li l-livelli għoljin ta' dejn pubbliku u privat jirrappreżentaw dgħufija sinifikanti u li jinħtieġu politiki fiskali responsabbli u tkabbir ogħla biex dawn jitnaqqsu aktar malajr;

39.  Jinnota li, filwaqt li l-finanzi pubbliċi tjiebu tul dawn l-aħħar snin, wara l-valutazzjoni tad-DBPs għall-2017, tmien Stati Membri huma meqjusa li jinsabu f'riskju ta' nuqqas ta' konformità; iqis li l-perkorsi ta' aġġustament fiskali maqbula jeħtieġ li jiġu rrispettati;

40.  Jilqa' t-tnaqqis medju tad-defiċit u tad-dejn pubbliku, imma jaqbel li l-kwadri aggregati jaħbu differenzi sinifikanti bejn l-Istati Membri; jenfasizza li l-kwadri aggregati għandhom dejjem jitqiesu flimkien mal-eżami tal-baġits individwali, u jissottolinja l-ħtieġa ta' politiki fiskali sodi b'antiċipazzjoni taż-żieda fir-rati tal-imgħax; iqis li jenħtieġ li tintlaħaq konverġenza 'l fuq, b'mod partikolari bejn l-Istati Membri taż-żona tal-euro;

Pożizzjoni fiskali għaż-żona tal-euro

41.  Jinnota li skont it-tbassir ekonomiku tal-ħarifa 2016 tal-Kummissjoni, il-pożizzjoni fiskali fiż-żona tal-euro mxiet minn waħda restrittiva għal dik newtrali fl-2015 u hi mistennija li tkun moderatament espansjonarja matul il-perjodu previst ta' tbassir; jieħi nota, barra minn hekk, tal-kunsiderazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-fatt li t-twettiq sħiħ tar-rekwiżiti fiskali li hemm fir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi tal-Kunsill iwassal, f'livell aggregat, għal orjentament fiskali moderatament restrittiv għaż-żona tal-euro b'mod ġenerali fl-2017 u fl-2018, kif ukoll tas-sejħiet tal-Kummissjoni għal orjentament fiskali pożittiv u espansjonarju filwaqt li tirrikonoxxi r-restrizzjonijiet ekonomiċi u legali f'dan ir-rigward;

42.  Iqis il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-orjentament fiskali pożittiv bħala żvilupp importanti; jilqa' l-intenzjoni tal-komunikazzjoni li tikkontribwixxi biex itejjeb il-koordinament tal-politiki ekonomiċi fiż-żona tal-euro u biex tenfasizza l-opportunitajiet tal-istimulu fiskali fl-Istati Membri li jħallu spazju għal dan il-għan; jenfasizza li r-rekwiżiti fiskali huma bbażati fuq regoli fiskali maqbula b'mod komuni; ifakkar li l-Istati Membri huma obbligati jikkonformaw mal-SGP, indipendentement mir-rakkomandazzjonijiet aggregati; jinnota li hemm fehmiet diverġenti rigward il-potenzjal, u l-livell, ta' objettiv ta' orjentament fiskali aggregat; jilqa' l-ħidma li għaddejja tal-Bord Fiskali Ewropew indipendenti dwar din il-kwistjoni;

43.  Hu tal-fehma li t-titjib tal-istruttura tal-baġits pubbliċi hi waħda mil-lievi ewlenin biex tiżgura l-konformità mar-regoli fiskali tal-UE u biex tippermetti l-finanzjament ta' nfiq indispendabbli, il-bini ta' riżorsi għal ħtiġijiet imprevisti u l-investimenti li jsaħħu t-tkabbir u, fl-aħħar nett, il-finanzjament tal-infiq inqas essenzjali, kif ukoll biex tikkontribwixxi għal użu aktar effiċjenti u responsabbli tal-fondi pubbliċi; ifakkar li l-kompożizzjoni tal-baġits nazzjonali hija deċiża fil-livell nazzjonali, filwaqt li jitqiesu r-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż;

44.  Jinnota li qed isir b'mod regolari dibattitu dwar l-allokazzjoni intelliġenti tal-infiq pubbliku u tal-prijoritajiet ta' politika relatati mal-baġit tal-UE, u li tali valutazzjoni kritika hija indispensabbli wkoll sabiex il-baġits nazzjonali jtejbu l-kwalità tal-baġits pubbliċi għal perjodu ta' żmien medju u twil u biex jevitaw it-tnaqqis baġitarju lineari;

45.  Jilqa' r-rieżami li għadu għaddej tal-infiq pubbliku, u jinkoraġġixxi l-Istati Membri jivvalutaw b'mod kritiku l-kwalità u l-kompożizzjoni tal-baġits tagħhom; jappoġġja l-isforzi maħsuba biex jitjiebu l-kwalità u l-effiċjenza tan-nefqa pubblika; inkluż billi l-infiq mhux produttiv jiġi orjentat lejn investiment li jsaħħaħ it-tkabbir;

46.  Jemmen li l-baġit tal-UE jista' jgħin biex itaffi l-pressjoni fuq il-baġits nazzjonali billi jserraħ fuq ir-riżorsi proprji minflok ma jiddependi b'mod estensiv fuq il-kontribuzzjonijiet nazzjonali;

47.  Jilqa' d-diskussjonijiet tematiċi li saru u l-istandards tal-aħjar prattiki adottati mill-Grupp tal-Euro, bħal dawk dwar ir-rieżami tal-infiq, matul iċ-Ċiklu tas-Semestru 2016; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Grupp tal-euro jaraw li dawn ikunu aktar effettivi u trasparenti;

48.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jifformulaw rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż b'mod li l-progress jista' jitkejjel, partikolarment f'każijiet fejn ir-rakkomandazzjoni ta' politika b'mod repetut timmira l-istess qasam ta' politika u/jew fejn in-natura tar-riforma tirrikjedi implimentazzjoni lil hinn minn ċiklu wieħed tas-Semestru;

Koordinazzjoni tal-politiki nazzjonali u r-responsabbiltà demokratika

49.  Jenfasizza l-importanza li l-parlamenti nazzjonali jiddibattu r-rapporti tal-pajjiżi, ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż, il-programmi nazzjonali ta' riforma u l-programmi ta' stabbiltà u li jaġixxu fuqhom b'mod aktar attiv minn qabel;

50.  Jemmen li implimentazzjoni aħjar tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż teħtieġ prijoritajiet artikolati b'mod ċar fil-livell Ewropew u dibattitu pubbliku ġenwin fil-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali, li jwassal għal sjieda akbar; jistieden lill-Istati Membri jinvolvu lill-awtoritajiet lokali u reġjonali b'mod strutturat, fid-dawl tal-impatt u l-isfidi li nħassu fl-Istati Membri anke fil-livell sottonazzjonali, sabiex itejbu l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż;

51.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tniedi negozjati dwar ftehim interistituzzjonali rigward il-governanza ekonomika; jinsisti li dan il-FII għandu jiżgura li, fi ħdan il-qafas tat-Trattati, l-istruttura tas-Semestru Ewropew tippermetti skrutinju parlamentari sinifikanti u regolari tal-proċess, b'mod partikolari fir-rigward tal-prijoritajiet tal-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir u tar-rakkomandazzjonijiet għaż-żona tal-euro;

Il-kontribuzzjonijiet settorjali għar-Rapport tas-SAT 2017

Il-Baġits

52.  Jikkunsidra li, jekk ikun hemm sinerġija akbar bejn l-istrumenti eżistenti u jekk tiġi introdotta rabta bejn il-baġits tal-Istati Membri, il-baġit tal-UE jista' jipprovdi valur miżjud għall-investiment u għar-riformi strutturali fl-Istati Membri; jemmen, għaldaqstant, li l-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir (SAT), bħala dokument ta' politika importanti li jistipula l-kontenut bażiku għall-programmi nazzjonali ta' riforma, rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż u pjanijiet ta' implimentazzjoni, għandu jservi bħala linja gwida għall-Istati Membri u għat-tħejjija tal-baġits nazzjonali, bl-għan li jiġu introdotti soluzzjonijiet konġunti li jkunu viżibbli fil-baġits nazzjonali u marbuta mal-baġit tal-UE;

53.  Ifakkar li t-titjib tas-sistemi għall-ġbir tal-VAT u d-dazji doganali għandu jkun fost l-ogħla prijorità għall-Istati Membri kollha; jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni biex tiġi stabbilita lista sewda tal-UE tar-rifuġji fiskali, li għandha tkun infurzata permezz ta' sanzjonijiet kriminali sabiex jiġu indirizzati l-kumpaniji multinazzjonali li jevadu t-taxxi;

L-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel

54.  Jenfasizza li użu mtejjeb u aktar effiċjenti tar-riżorsi, li jnaqqas id-dipendenza enerġetika fuq sorsi barranin u jintroduċi produzzjoni sostenibbli, abbażi ta' rekwiżiti ta' disinn aħjar għall-prodotti u xejriet tal-konsum aktar sostenibbli, jimplika l-promozzjoni tal-intraprenditorija u l-ħolqien tal-impjiegi, l-implimentazzjoni ta' miri internazzjonali u tal-objettivi ambjentali tal-Unjoni kif ukoll id-diversifikazzjoni tas-sorsi ta' dħul, f'kuntest ta' responsabbiltà fiskali u kompetittività ekonomika; iqis li s-Semestru Ewropew għandu jinkorpora wkoll rappurtar dwar l-effiċjenza tal-enerġija u l-interkonnettività enerġetika abbażi ta' miri stabbiliti fil-livell tal-UE;

55.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet tal-Istati Membri, lill-parlamenti nazzjonali u lill-Bank Ċentrali Ewropew.

OPINJONI TAL-MINORANZA

imressqa skont l-Artikolu 52a(4) tar-Regoli ta' Proċedura

Miguel Viegas, Fabio De Masi, Paloma López Bermejo, Miguel Urbán Crespo, Marisa Matias, Rina Ronja Kari, Matt Carthy

Ir-rapport hu favur riformi strutturali, rwol minuri tal-Istat u jiddefendi l-Patt ta' Stabbiltà u t-Trattat Fiskali. Iqis li l-approfondiment ta' riformi neoliberali u ta' finanzjalizzazzjoni, inkluż permezz tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali, hu s-soluzzjoni għall-istaġnar ekonomiku tal-UE – aktar milli jagħti spinta lill-infiq pubbliku u żieda fil-pagi u l-protezzjoni soċjali, meqruda mill-miżuri ta' awsterità. Barra minn hekk, jesprimi tħassib dwar id-deċiżjoni li ma jkunux sanzjonati l-Portugall u Spanja.

Hu qed jinnega r-realtà: l-euro u l-qafas ta' governanza ekonomika ma kinux effettivi fl-indirizzar tal-kriżi finanzjarja, ekonomika u soċjali li fniet l-UE għal kważi għaxar snin, anzi dawn kienu wkoll responsabbli għall-kriżi u għall-iggravar tagħha. L-euro u l-qafas ta' governanza ekonomika ffunzjonaw bħala għodda biex tkun imposta aġenda neoliberali: privatizzazzjoni u deregolamentazzjoni, riformi strutturali, telf tad-drittijiet soċjali u tax-xogħol, qtugħ fid-dħul mix-xogħol u mill-welfare pubbliku.

L-euro u l-qafas ta' governanza ekonomika qed iwasslu għal diverġenza akbar fost l-Istati Membri u għal inugwaljanzi akbar fl-introjtu, u b'hekk għal inqas koeżjoni territorjali, soċjali u ekonomika.

Għalhekk, inħeġġu r-revoka ta':

·Il-Patt Fiskali;

·It-Trattat dwar l-Istabbiltà, il-Koordinazzjoni u l-Governanza;

·Is-Semestru Ewropew.

25.1.2017

OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġits

għall-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

dwar is-Semestru Ewropew għall-Koordinazzjoni tal-Politika Ekonomika: Stħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2017

(2016/2306(INI))

Rapporteur għal opinjoni (*): Jean-Paul Denanot

(*)  Kumitat assoċjat – Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Baġits jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jikkunsidra li l-baġit tal-UE jista' jipprovdi valur miżjud għall-investiment u r-riformi strutturali fl-Istati Membri jekk ikun hemm sinerġija akbar bejn l-istrumenti eżistenti u jekk tiġi introdotta rabta bejn il-baġits tal-Istati Membri; jemmen, għaldaqstant, li l-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir (SAT), bħala dokument ta' politika importanti li jistipula l-kontenut bażiku għall-programmi nazzjonali ta' riforma, rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż u pjanijiet ta' implimentazzjoni, għandu jservi bħala linja gwida għall-Istati Membri u għat-tħejjija tal-baġits nazzjonali, bl-għan li jiġu introdotti soluzzjonijiet konġunti li jkunu viżibbli fil-baġits nazzjonali u marbuta mal-baġit tal-UE;

2.  Jaqbel li mekkaniżmi ta' stabbiltà huma essenzjali, u jfakkar li l-implimentazzjoni tal-kriterji stabbiliti mill-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir u l-konformità magħhom għandhom ikunu prijorità għall-Istati Membri; jilqa' l-użu sħiħ tal-klawżoli ta' flessibbiltà eżistenti sabiex jiġu appoġġati investimenti u riformi strutturali akbar u jiġu trattati it-theddidiet għas-sigurtà u l-influssi tar-rifuġjati;

3.  Ifakkar li t-titjib tas-sistemi għall-ġbir tal-VAT u d-dazji doganali għandu jkun l-ogħla prijorità għall-Istati Membri kollha; jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni għall-istabbiliment ta' lista sewda tal-UE tar-rifuġji fiskali, li għandha tkun infurzata permezz ta' sanzjonijiet kriminali sabiex jiġu trattati kumpaniji multinazzjonali li jevadu t-taxxi; jilqa' l-proposti tal-Kummissjoni biex tistabbilixxi Bażi Komuni Konsolidata għat-Taxxa Korporattiva, li għandha ssaħħaħ l-attivitajiet transfruntiera u tnaqqas l-evażjoni tat-taxxa u l-ippjanar aggressiv tat-taxxa; ifakkar fil-ħtieġa li tiġi introdotta riforma tas-sistema tar-riżorsi proprji li tista' twassal għal riforma vera tal-finanzjament tal-UE mingħajr ma jiżdied il-piż tat-taxxa fuq iċ-ċittadini;

4.  Iqis li t-tkabbir għadu mhux biżżejjed biex jinħolqu impjiegi li l-UE teħtieġ b'mod urġenti, speċjalment għaż-żgħażagħ tagħha, u li huwa neċessarju li jitħeġġeġ l-investiment pubbliku u privat fl-oqsma tal-infrastruttura, l-edukazzjoni u t-taħriġ, kif ukoll tal-SMEs, u li jiġu promossi azzjonijiet biex jindirizzaw il-qgħad, bħall-Garanzija għaż-Żgħażagħ; jilqa' l-ispinta ulterjuri tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ, li tinvolvi EUR 500 miljun addizzjonali taħt l-allokazzjoni speċifika tal-YEI, flimkien ma' EUR 1 biljun mill-Fond Soċjali Ewropew għall-perjodu 2017-2020, li se jagħtu l-possibbiltà lil bosta Stati Membri li huma eliġibbli għall-YEI li jinvestu iktar mill-finanzjament tagħhom mill-FSE f'miżuri favur l-impjieg taż-żgħażagħ;

5.  Jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni biex jiġi estiż u jitwessa' l-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS) f'termini ta' durata kif ukoll ta' kapaċità finanzjarja; jenfasizza li t-tisħiħ tal-FEIS huwa importanti sabiex l-investiment jerġa' lura għax-xejra sostenibbli tiegħu fit-tul, sabiex ikompli jagħti riżultati konkreti, u jipprovdi ċertezza lill-promoturi tal-proġett li xorta se jkunu jistgħu jħejju proġetti wara l-perjodu inizjali ta' investiment; jistenna aktar titjib fl-oqsma tal-addizzjonalità, il-kopertura ġeografika u settorjali, u t-trasparenza; jissottolinja l-potenzjal tas-sinerġiji bejn il-FEIS u l-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (FSIE), b'mod partikolari fir-rigward tal-kontribut tagħhom għall-koeżjoni territorjali; jistieden lill-istituzzjonijiet Ewropej u dawk nazzjonali jinvolvu aħjar lill-awtoritajiet reġjonali u lokali biex tiġi indirizzata l-kapaċità baxxa tal-ġenerazzjoni ta' proġetti u l-kapaċità ta' self f'xi Stati Membri;

6.  Itenni li l-investiment u l-istimular tal-investiment fl-innovazzjoni u l-ICT għandhom ikunu fil-qalba tal-politika ekonomika fil-livell tal-UE sabiex jiġi ġġenerat tkabbir sostenibbli;

7.  Iqis li r-responsabbiltà tas-sistema bankarja trid tiżdied sabiex jiġu żgurati kemm l-investiment fit-tul kif ukoll l-istabbiltà fis-swieq finanzjarji;

8.  Jenfasizza l-importanza ta' politika ta' investiment tal-UE ġusta u koeżiva li hija kapaċi tiġġenera t-tkabbir fl-UE, iżda saħansitra li tiffaċilita t-tnaqqis tad-distakki eżistenti bejn l-Istati Membri;

9.  Jinsab konvint li l-SMEs u n-negozji ġodda huma essenzjali għall-iżvilupp futur tal-ekonomija tal-UE, u jtenni l-ħtieġa għal investiment aktar qawwi u politiki fiskali mfassla biex jistimulawhom aktar;

10.  Jinsab konvint li l-politika monetarja, jekk tkun appoġġjata bil-qawwa minn politika baġitarja xierqa, tista' tagħti spinta lill-iżvilupp ekonomiku, lit-tkabbir sostenibbli u lill-ħolqien tal-impjiegi;

11.  Iqis li l-eżistenza ta' żviluppi demografiċi differenti f'kull Stat Membru għandha tagħti sinjal lill-Istati Membri dwar il-ħtieġa li d-defiċits pubbliċi jitqiegħdu f'perspettiva;

12.  Ifakkar li l-użu tal-FSIE huwa soġġett għal kundizzjonijiet makroekonomiċi; jistieden lill-Kummissjoni, b'kunsiderazzjoni tal-korrelazzjoni bejn il-governanza ekonomika tajba u l-kapaċità ta' assorbiment, tħeġġeġ l-użu tal-FSIE għall-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż billi ttawwal il-perjodu ta' aġġustament fiskali li fih jintużaw l-FSIE bħala miżura ta' akkumpanjament għall-implimentazzjoni tar-riformi strutturali u l-ksib ta' aktar investiment;

13.  Jenfasizza li, meta mqabbla ma' swieq oħra kbar bħall-Istati Uniti, l-UE għandha regoli fiskali stretti, leġiżlazzjoni mhux uniformi madwar l-Istati Membri u għadd kbir ta' limitazzjonijiet differenti li jirrappreżentaw xkiel għall-progress, għal soluzzjonijiet innovattivi u għat-tkabbir; jistieden lill-Kummissjoni, għaldaqstant, tidħol f'diskussjoni aktar dettaljata mal-Istati Membri dwar attivitajiet u regoli komuni li jeħtieġ jiġu stabbiliti fil-livell tal-UE sabiex jiġi appoġġat l-iskambju ta' għarfien, l-esperjenzi, it-teknoloġiji, l-innovazzjoni, l-iżvilupp u t-tkabbir mgħaġġel ta' negozji ġodda qabel il-preżentazzjoni tal-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

25.1.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

27

2

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Nedzhmi Ali, Jean Arthuis, Reimer Böge, Lefteris Christoforou, Gérard Deprez, Manuel dos Santos, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazabal Rubial, Jens Geier, Esteban González Pons, Ingeborg Gräßle, Iris Hoffmann, Monika Hohlmeier, Zbigniew Kuźmiuk, Vladimír Maňka, Victor Negrescu, Jan Olbrycht, Urmas Paet, Paul Rübig, Petri Sarvamaa, Patricija Šulin, Eleftherios Synadinos, Indrek Tarand, Isabelle Thomas, Inese Vaidere, Daniele Viotti, Tiemo Wölken

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Jean-Paul Denanot, Ivana Maletić, Marco Valli

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Paul Brannen, Ulrike Lunacek

25.1.2017

OPINJONI tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel

għall-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

dwar is-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika: Stħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2017

(2016/2306(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Nuno Melo

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jenfasizza li d-dibattitu dwar is-Semestru Ewropew hu partikolarment importanti fid-dawl tal-ħtieġa li jinstab mudell ġdid ta' żvilupp għal riformi strutturali u għal investimenti selettivi f'oqsma strateġiċi, filwaqt li jsir progress lejn mudell ekonomiku li jgħaqqad l-iżvilupp industrijali mas-sostenibbiltà ambjentali; itenni, għalhekk, li d-dimensjoni ambjentali għandu jkollha rwol sħih, flimkien mad-dimensjonijiet ekonomiċi u soċjali, fil-proċess tas-Semestru Ewropew;

2.  Jiddispjaċih li l-irkupru fl-UE għadu kajman u fraġli, u dan jissottolinja l-bżonn li jitħaffu r-riformi strutturali, jitħeġġeġ l-investiment u tinbena ekonomija aktar kompetittiva;

3.  Jilqa' l-fatt li l-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2017 jinkludi b'mod ċar l-ekonomija ċirkolari fost il-prijoritajiet ekonomiċi ġenerali għall-UE;

4.  Jirrimarka li t-tibdil fil-klima huwa mingħajr dubju sfida globali ferm serja u li azzjoni rapida għandha tibqa' prijorità għall-UE; jissottolinja, f'dan ir-rigward, l-importanza tal-Ftehim ta' Pariġi adottat f'Diċembru 2015 matul il-COP 21, li hu stadju globalment importanti biex titkompla t-tranżizzjoni kollettiva globali lejn soċjetà b'emissjonijiet baxxi tal-karbonju u reżiljenti għall-klima; jinnota li l-ftehim jistabbilixxi mira kwalitattiva fuq terminu twil għat-tnaqqis tal-emissjonijiet b'konformità mal-objettiv li ż-żieda fit-temperatura globali tinżamm ferm taħt iż-2 °C u jitkomplew l-isforzi sabiex tinżamm fil-livell ta' 1,5 °C; jitlob, għalhekk, lill-Kummissjoni biex fir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż tagħha tqis il-ħtieġa li l-Istati Membri jinvestu fi proġetti tal-enerġija b'emissjonijiet baxxi tal-karbonju li jaqblu mal-objettivi tal-Ftehim ta' Pariġi; jirrimarka li tranżizzjoni effettiva għal soċjetà b'emissjonijiet baxxi tal-karbonju tirrikjedi investimenti kbar f'oqsma strateġiċi bħall-enerġija, l-immaniġġjar tal-iskart, it-trasport u l-bini; jitlob, f'dan il-kuntest, li jiġu allokati investimenti sostenibbli skont ir-regolament "FEIS 2" li jmiss;

5.  Jistieden lill-Kummissjoni tuża s-Semestru Ewropew bħala strument biex jiġu ssodisfati l-impenji tal-UE li jirriżultaw mill-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli, u b'mod partikolari biex tinkludi fil-proċess politiki u miżuri effikaċi li jindirizzaw it-tibdil fil-klima, il-produzzjoni u l-konsum sostenibbli, is-sigurtà tal-ikel u l-bijodiversità;

6.  Ifakkar li biex ikunu żgurati t-tkabbir sostenibbli, il-protezzjoni tal-klima u l-ħolqien tal-impjiegi fl-UE jenħtieġ li nużaw ir-riżorsi tagħna b'mod aktar intelliġenti u sostenibbli, naqilbu t-tassazzjoni mix-xogħol għat-tniġġis ambjentali, intemmu gradwalment is-sussidji fuq il-fjuwils fossili u nnaqqsu d-dipendenza fuq l-importazzjonijiet ta' materja prima; iqis li l-enfasi għandha tkun fuq l-applikazzjoni tal-ġerarkija tal-iskart primarjament biex jingħata appoġġ għall-implimentazzjoni ta' miżuri preventivi, aktar riċiklaġġ u l-użu mill-ġdid tal-prodotti; jinnota li huwa stmat li l-ekonomija ċirkolari tista' tipprovdi lill-kumpaniji tal-UE b'iffrankar ta' madwar EUR 600 biljun kull sena; itenni għalhekk is-sejħa tiegħu li, sabiex tkun aċċellerata t-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari tal-UE, il-prinċipji tal-ekonomija ċirkolari jkunu integrati fis-Semestru Ewropew u jkun hemm indikatur ewlieni għall-effiċjenza tar-riżorsi u s-sigurtà tal-provvista għal materja prima ewlenija; jissottolinja l-ħtieġa ta' investiment akbar f'teknoloġiji ekoloġiċi verifikati sabiex jintlaħqu l-miri tal-Ewropa 2020 għal tkabbir sostenibbli kif ukoll il-miri tal-2030 għall-klima u l-enerġija;

7.  Jenfasizza l-importanza tar-riforma li għaddejja tal-leġiżlazzjoni dwar l-iskart sabiex titkompla t-tranżizzjoni tal-ekonomija Ewropea lejn mudell ċirkolari;

8.  Jenfasizza li użu mtejjeb u aktar effiċjenti tar-riżorsi, li jnaqqas id-dipendenza enerġetika fuq sorsi barranin u jintroduċi produzzjoni sostenibbli, abbażi ta' rekwiżiti ta' disinn aħjar għall-prodotti u tendenzi tal-konsum aktar sostenibbli, jinvolvi l-promozzjoni tal-intraprenditorija u l-ħolqien tal-impjiegi, l-implimentazzjoni ta' miri internazzjonali u tal-objettivi ambjentali tal-Unjoni kif ukoll id-diversifikazzjoni tas-sorsi ta' dħul, f'kuntest ta' responsabbiltà fiskali u kompetittività ekonomika; iqis li s-Semestru Ewropew jenħtieġ li jinkorpora wkoll rappurtar dwar l-effiċjenza tal-enerġija u l-interkonnettività enerġetika abbażi ta' miri stabbiliti fil-livell tal-UE;

9.  Jirrimarka li, skont studju tal-2012 mill-Kummissjoni, kieku kellha tiġi implimentata bis-sħiħ il-leġiżlazzjoni kollha tal-UE dwar l-iskart, l-Ewropa tiffranka EUR 72 biljun fis-sena, il-fatturat tas-settur tal-immaniġġjar tal-iskart u tar-riċiklaġġ jiżdied bi EUR 42 biljun u jinħolqu 400,000 impjieg sal-2020; ifakkar li t-tnaqqis fl-ammont ta' skart u l-iżgurar tal-konformità mal-leġiżlazzjoni dwar din il-kwistjoni jenħtieġ li jitqiesu bħala l-ogħla prijorità;

10.  Jenfasizza li l-Istati Membri jeħtieġ li jirriformaw is-sistemi tat-taxxa tagħhom sabiex jappoġġjaw it-tkabbir u r-regoli ġusti bejn in-negozji; jenfasizza, f'dan ir-rigward, ir-rwol tat-tassazzjoni ambjentali, ir-riforma fit-taxxa ambjentali u l-programmi ta' trasferiment tat-taxxa bħala fatturi abilitanti ewlenin fit-tranżizzjoni lejn ekonomija ekoloġika, għaliex dawn jistgħu jagħti bidu għal innovazzjonijiet ekoloġiċi li jiġġeneraw il-ġid u l-impjiegi u jikkontribwixxu għal titjib ambjentali u għal tnaqqis fil-konsum tal-enerġija u tar-riżorsi;

11.  Jistieden lill-Kummissjoni tinkorpora l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli fil-proċess tas-Semestru Ewropew;

12.  Jirrimarka l-ħtieġa ta' ġabra ta' indikaturi aktar komprensiva sabiex jiġu vvalutati l-miżuri stabbiliti mill-Istati Membri f'termini tal-kontribut tagħhom lejn il-kisba tal-objettivi meħuda mill-Unjoni Ewropea fl-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli, u b'mod partikolari l-mira biex sal-2030 l-iskart tal-ikel jonqos bin-nofs; jenfasizza li l-miri tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli jenħtieġ li jiġu integrati kif xieraq fil-politiki interni kif ukoll f'dawk esterni tal-Unjoni;

13.  Ifakkar li tista' tiġi osservata xejra ta' tkabbir fl-impjiegi fl-industrija ekoloġika fl-UE kollha; jenfasizza li tnaqqis ulterjuri fl-użu tal-enerġija u tar-riżorsi jista' jwassal għal aktar ħolqien ta' impjiegi, b'mod partikolari fis-setturi tal-iżolament, tat-teknoloġiji b'pompi tas-sħana, tal-vetturi li jaħdmu bl-elettriku u tat-teknoloġiji ta' irrigazzjoni agrikola effiċjenti fl-użu tal-ilma, iżda wkoll fis-setturi li jiddependu fuq ir-riċiklaġġ u fuq ir-riżorsi;

14.  Jilqa' d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tistabbilixxi Grupp ta' Esperti ta' Livell Għoli (HLEG) dwar finanzi sostenibbli; jissottolinja li jenħtieġu riformi għal finanzi sostenibbli biex jiġi appoġġjat l-investiment f'teknoloġiji nodfa u l-użu tagħhom, jiġi żgurat li s-sistema finanzjarja tista' tiffinanzja t-tkabbir b'mod sostenibbli fuq perjodu twil u jingħata kontribut għall-ħolqien ta' ekonomija ċirkolari, b'emissjonijiet baxxi tal-karbonju u reżiljenti għat-tibdil fil-klima, kif stabbilit fil-komunikazzjoni mill-Kummissjoni bit-titolu "L-Unjoni tas-Swieq Kapitali – Naċċelleraw ir-Riforma" tal-14 ta' Settembru 2016;

15.  Jinnota li bosta proġetti approvati għall-finanzjament mill-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS) huma orjentati lejn l-infrastruttura u l-innovazzjoni fis-setturi tal-ambjent u tas-saħħa; jissottolinja, madankollu, il-bżonn li tiżdied id-disponibbiltà tal-fondi ekoloġiċi permezz tal-FEIS;

16.  Jenfasizza li l-investiment effettiv fis-settur tas-saħħa u l-edukazzjoni, inklużi l-promozzjoni tas-saħħa u l-prevenzjoni tal-mard, huwa essenzjali biex iċ-ċittadini jkollhom aċċess ugwali għas-servizzi tas-saħħa, kif ukoll għall-istabbiltà, is-sostenibbiltà u l-prosperità ekonomika u l-promozzjoni tat-tkabbir, filwaqt li jagħti rizultati f'termini ta' produttività, provvista ta' xogħol, kapital uman u nfiq pubbliku; ifakkar li n-nefqa fuq is-servizzi tas-saħħa tikkostitwixxi investiment lejn soċjetajiet aktar b'saħħithom, aktar sikuri, aktar produttivi u kompetittivi; jissottolinja l-importanza tas-sostenibbiltà tas-settur tal-kura tas-saħħa, li għandu rwol importanti fl-ekonomija ġenerali, minħabba li jirrappreżenta 8 % tat-total tal-forza tax-xogħol Ewropea u 10 % tal-PDG fl-UE;

17.  Jenfasizza l-ħtieġa li tinħoloq sistema tal-kondiviżjoni tal-għarfien fil-qasam tal-valutazzjoni tat-teknoloġija tas-saħħa u li l-għan tal-valutazzjoni tat-teknoloġija tas-saħħa jkun li tindirizza kwistjonijiet relatati mal-karatteristiċi tat-teknoloġiji tas-saħħa, fosthom is-sikurezza, l-effettività, l-effiċjenza, l-applikabbiltà, l-indikazzjonijiet, il-kostijiet, il-kosteffettività tagħhom u l-konsegwenzi soċjali, etiċi u ekonomiċi tal-użu tagħhom;

18.  Jirrakkomanda għal darb'oħra li l-prinċipji tal-ekonomija ċirkolari jiġu integrati fir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż;

19.  Jissottolinja l-importanza ta' djalogu strutturat u sistematiku fil-livell nazzjonali bl-għan li tiżdied is-sjieda tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż mill-partijiet ikkonċernati kollha fis-sistema tas-saħħa; jirrimarka għalhekk il-ħtieġa ta' valutazzjoni aktar komprensiva tal-prestazzjoni tas-sistema tas-saħħa fil-livell tal-UE; jinkoraġġixxi lill-Istati Membri jużaw l-evidenza miġbura fit-tfassil ta' politika tagħhom u jikkondividu l-aħjar prattiki bl-għan li jitnaqqsu d-diverġenzi u l-inugwaljanzi fis-settur tas-saħħa bejn u fi ħdan l-Istati Membri;

20.  Jirrimarka l-ħtieġa ta' valutazzjoni aktar komprensiva tas-sistemi tas-saħħa fil-qafas tas-Semestru Ewropew, li mhux biss tqis id-dimensjoni fiskali iżda li tindirizza wkoll l-aċċess, l-effettività u l-kwalità fi ħdan is-settur Ewropew tas-saħħa.

21.  Jenfasizza li jenħtieġ li tingħata kunsiderazzjoni xierqa lill-kostijiet relatati mal-kura tas-saħħa mġarrba mill-Istati Membri bħala konsegwenza ta' emerġenzi li jpoġġu pressjoni żejda fuq is-sistemi tal-kura tas-saħħa, bħall-immigranti u r-refuġjati li jaslu fl-UE f'kundizzjonijiet li jirrikjedu attenzjoni medika immedjata, li l-għajnuna medika meħtieġa hi essenzjali kemm f'termini ta' protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem kif ukoll fit-tnaqqis tar-riskju sabiex iċ-ċittadini tal-UE jkunu protetti mill-possibbiltà ta' esponiment għal mard endemiku fil-pajjiżi ta' oriġini ta' migrazzjoni, u li għaldaqstant jenħtieġ li l-piż tal-kostijiet relatati jitqies sew meta jkunu qed jiġu evalwati l-baġits tal-Istati Membri.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

24.1.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

52

5

8

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marco Affronte, Margrete Auken, Pilar Ayuso, Zoltán Balczó, Catherine Bearder, Ivo Belet, Simona Bonafè, Biljana Borzan, Paul Brannen, Nessa Childers, Birgit Collin-Langen, Mireille D’Ornano, Miriam Dalli, Seb Dance, Angélique Delahaye, Mark Demesmaeker, Stefan Eck, José Inácio Faria, Francesc Gambús, Elisabetta Gardini, Gerben-Jan Gerbrandy, Jens Gieseke, Julie Girling, Sylvie Goddyn, Françoise Grossetête, Andrzej Grzyb, Jytte Guteland, Anneli Jäätteenmäki, Jean-François Jalkh, Benedek Jávor, Josu Juaristi Abaunz, Karin Kadenbach, Kateřina Konečná, Urszula Krupa, Giovanni La Via, Peter Liese, Norbert Lins, Valentinas Mazuronis, Susanne Melior, Massimo Paolucci, Piernicola Pedicini, Julia Reid, Frédérique Ries, Michèle Rivasi, Daciana Octavia Sârbu, Annie Schreijer-Pierik, Davor Škrlec, Claudiu Ciprian Tănăsescu, Ivica Tolić, Estefanía Torres Martínez, Nils Torvalds, Adina-Ioana Vălean, Jadwiga Wiśniewska, Damiano Zoffoli

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Renata Briano, Herbert Dorfmann, James Nicholson, Stanislav Polčák, Gabriele Preuß, Tiemo Wölken

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Xabier Benito Ziluaga, Richard Corbett, Sander Loones, Kosma Złotowski

25.1.2017

OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali

għall-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

dwar is-Semestru Ewropew għall-Koordinazzjoni tal-Politika Ekonomika Stħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2017

(2016/2306(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Krzysztof Hetman

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jilqa’ l-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2017 tal-Kummissjoni bħala parti importanti mill-proċess Ewropew ta’ rkupru bbażat fuq strateġija ta’ investiment, riformi strutturali, il-ħolqien ta’ impjiegi u finanzi pubbliċi responsabbli, bl-għan li jkomplu jiġu promossi livelli ogħla ta’ tkabbir, jissaħħaħ l-irkupru Ewropew u tintlaħaq konverġenza ‘l fuq;

2.  Huwa mħasseb li għad hemm provi ta’ żbilanċi makroekonomiċi u konverġenzi limitati, speċjalment fiż-żona tal-euro;

3.  Huwa mħasseb dwar l-implimentazzjoni mhux uniformi tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż (CSRs) fl-irkupru ekonomiku Ewropew, kif ukoll distakk sostanzjali fl-investiment fl-UE, li jipperikolaw il-potenzjal tat-tkabbir fit-tul tal-UE; jistieden lill-Istati Membri jieħdu impenn qawwi biex jimplimentaw riformi strutturali u biex inaqqsu l-proporzjon tad-dejn għall-PDG tagħhom u d-defiċit tal-baġit tagħhom sabiex jistimulaw it-tkabbir u joħolqu l-impjiegi; jemmen li l-Istati Membri għandhom jibqgħu primarjament responsabbli mill-implimentazzjoni tas-CSR u mid-deċiżjoni dwar l-aħjar mod kif dan għandu jsir; jenfasizza r-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali u partijiet interessati rilevanti oħra, kif ukoll il-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (Fondi SIE) infushom, fl-appoġġ ta’ dawn ir-riformi strutturali, il-ħolqien tal-impjiegi u l-investimenti; jitlob lill-Kummissjoni tikkunsidra l-involviment tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fis-Semestru Ewropew, fejn rilevanti;

4.  Jitlob politiki tas-Semestru Ewropew li jkollhom l-għan li jistimolaw id-domanda interna biex l-ekonomija Ewropea ssir aktar reżiljenti f’kuntest ta’ perspettiva dinjija li qed tmur għall-agħar u tnaqqis fid-domanda globali;

5.  Jirrikonoxxi l-objettiv tal-Fond Ewropew għal Investimenti Strateġiċi (FEIS), li hu maħsub biex jappoġġja proġetti ta’ investiment b’riskju għoli bl-għan li jissaħħaħ il-potenzjal ta’ tkabbir ibbażat fuq impjiegi ta’ kwalità u l-produttività; jinsab imħasseb, madankollu, dwar l-iżbilanċ enormi fl-użu tal-Fond bejn l-UE15 (91 % tal-fondi) u l-UE13 (9 % tal-fondi); jinnota l-proposta tal-Kummissjoni biex jissaħħu s-sinerġiji u l-komplementarjetà bejn il-FEIS u l-Fondi SIE, kif ukoll sabiex tiġi pprovduta aktar assistenza teknika mmirata lokali u reġjonali, biex tiġi mitigata d-diverġenza fis-Suq Uniku billi r-reġjuni kollha jitħallew jiżviluppaw il-potenzjal tagħhom u biex tittejjeb il-kopertura ġeografika tal-FEIS madwar l-UE; jistieden lill-BEI u lill-Kummissjoni jiżguraw li d-distribuzzjoni tal-fondi tkun ibbażata fuq analiżi finanzjarja prudenti, b’applikazzjonijiet ivvalutati b’mod ġust abbażi tal-mertu tagħhom; jenfasizza, madankollu, li għad hemm nuqqas ta’ evidenza rigward l-impatt tal-kontribuzzjoni tal-FEIS għat-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi; minn din il-perspettiva, jenfasizza li l-FEIS għandu jkun addizzjonali għall-Fondi SIE u m’għandu bl-ebda mod jipperikola r-rwol tal-Politika ta’ Koeżjoni bħala l-politika ewlenija ta’ investiment tal-Unjoni, li tqarreb l-UE lejn iċ-ċittadini tagħha; jistieden lill-Kummissjoni tipproponi aktar miżuri li jimmiraw li jnaqqsu u jibbilanċjaw aħjar id-diskrepanza msemmija hawn fuq;

6.  Jaqbel mal-fehma tal-Kummissjoni li ċ-Ċentru ta’ Konsulenza għandu jissaħħaħ sabiex ikun jista’ jaħdem fuq skala iktar lokali u reġjonali u jtejjeb il-kooperazzjoni tiegħu mal-Banek Promozzjonali Nazzjonali, u sabiex din tkun għodda utli ħafna li tgħin lill-promoturi tal-proġetti jiżviluppaw proġetti aħjar, b’mod partikolari għal reġjuni jew setturi fejn huma meħtieġa aktar sensibilizzazzjoni u kapaċità teknika; jitlob lill-Kummissjoni tippromwovi użu aħjar tal-FEIS mill-awtoritajiet lokali u reġjonali madwar l-UE, b’mod partikolari permezz ta’ pjattaformi ta’ investiment; għal dan l-għan, jistieden lill-Kummissjoni tgħin billi xxerred l-informazzjoni u tindirizza n-nuqqas attwali ta’ kapaċità amministrattiva u istituzzjonali fil-livell sottonazzjonali; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jużaw il-FEIS u l-Fondi SIE sal-potenzjal sħiħ tagħhom u f’konformità mal-Istrateġija Ewropa 2020, sabiex titnaqqas id-diskrepanza fl-investiment fl-UE;

7.  Jenfasizza li, fil-kuntest tas-Semestru Ewropew u l-isforzi biex tiġi simplifikata l-Politika ta’ Koeżjoni, bħalma huma l-attivitajiet tat-Taskforce ta’ Implimentazzjoni Aħjar, jeħtieġ li l-Istati Membri jintensifikaw l-azzjonijiet tagħhom sabiex jimplimentaw ir-riformi strutturali meħtieġa u miżuri oħra li jappoġġjaw din l-implimentazzjoni, inkluż it-tisħiħ tal-kapaċitajiet istituzzjonali, bl-għan li tingħata spinta lit-tkabbir u l-impjiegi u billi jitneħħew l-ostakoli li jiltaqgħu magħhom il-benefiċjarji tal-Politika ta’ Koeżjoni; jenfasizza, madankollu, il-ħtieġa għal koordinazzjoni bejn il-prijoritajiet tal-UE u l-ħtiġijiet nazzjonali, reġjonali u lokali; jenfasizza l-importanza ta’ kondizzjonalitajiet ex ante sabiex jitjieb il-bini tal-kapaċità fl-Istati Membri; jisħaq fuq il-ħtieġa li tiġi intensifikata l-komunikazzjoni maċ-ċittadini Ewropej b’rabta mar-riżultati miksuba sabiex il-valur miżjud Ewropew isir aktar viżibbli;

8.  Itenni l-ħtieġa li tiġi aċċellerata l-implimentazzjoni tal-Fondi SIE matul il-perjodu ta' programmar finanzjarju 2014-2020; filwaqt li jirrikonoxxi li l-Istati Membri għandhom jibqgħu responsabbli min-nominazzjoni ta’ programmi, jemmen li rakkomandazzjonijiet magħmulin apposta għandhom isegwu l-analiżi tan-nuqqasijiet fl-implimentazzjoni u jiġu inklużi fil-proċess tat-tfassil tas-CSR; jistieden lill-Kummissjoni timpenja ruħha fi djalogu mill-qrib mal-Istati Membri biex tiddefinixxi dawn il-miżuri;

9.  Jenfasizza li sabiex ikun hemm rispons aħjar għall-isfidi ekonomiċi u tingħata spinta lit-tkabbir, l-Istati Membri għandhom jingħataw livell ogħla ta’ flessibbiltà fl-implimentazzjoni meta jagħmlu użu mill-klawżoli ta’ investiment; iħaddan, f’dan il-kuntest, il-pożizzjoni tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri li l-akkwist pubbliku, filwaqt li jikkostitwixxi problema perenni, jeħtieġ li jiġi indirizzat ukoll fil-livell tal-Kummissjoni, bil-Kummissjoni taġixxi bħala sostenitriċi għal titjib f’dan il-qasam;

10.  Jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li l-proposta tal-Kummissjoni biex jiġu sospiżi partijiet tal-Fondi SIE għal Spanja u l-Portugall qed tinżamm sospiża fid-dawl ta’ kritika kostruttiva mill-Parlament, li wera b’mod ċert li din il-proposta hija superfluwa u bbażata fuq valutazzjoni mill-Kummissjoni li tiddikjara li ż-żewġ nazzjonijiet qed jagħmlu progress lejn il-miri ta’ tnaqqis tad-defiċit tagħhom; jaqbel mal-fehma tal-Kummissjoni li ż-żona tal-euro teħtieġ li tadotta approċċ aktar kollettiv, li jieħu inkunsiderazzjoni d-differenzi fis-sitwazzjoni baġitarja bejn l-Istati Membri; ifakkar f’dan ir-rigward fir-rwol tal-Kummissjoni bħala l-gwardjana tat-Trattati; jistenna, barra minn hekk, rapport mill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 23 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, li huwa mistenni fl-2017, li jqis l-opinjoni tal-Parlament espressa waqt id-djalogu strutturat tal-2016;

11.  Jilqa’ b’sodisfazzjon id-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-importanza tal-investiment fl-għarfien, l-innovazzjoni, l-edukazzjoni u l-ICT bħala muturi ta’ tkabbir; huwa favur l-adozzjoni ta’ politiki li se jippermettu aċċess għal konnettività bażika għal kull ċittadin Ewropew;

12.  Jemmen li l-Pjan ta’ Investiment għall-Ewropa se jilħaq biss il-miri tiegħu permezz ta’ titjib fl-involviment mal-SMEs, l-awtoritajiet lokali u l-atturi lokali oħra; jistieden lill-BEI u lill-Kummissjoni jiżguraw li dawn il-partijiet interessati jkunu kapaċi jfasslu u jmexxu applikazzjonijiet għal finanzjament tal-proġetti, ikollhom l-appoġġ xieraq u ma jkunux esposti għal piżijiet regolatorji mhux meħtieġa; b’mod partikolari, jinnota l-impatt pożittiv li l-iżvilupp lokali mmexxi mill-komunità jista’ jkollu fuq l-iżgurar li jinstemgħu l-ilħna ta’ atturi lokali;

13.  Jilqa’ l-appoġġ għall-SMEs permezz tat-Tieqa għall-SMEs tal-FEIS u l-inizjattiva tal-SMEs; huwa mħeġġeġ mill-irkupru li qed iseħħ bħalissa tas-settur tal-SME mindu feġġet il-kriżi finanzjarja fl-2008; jistieden lill-Kummissjoni tikkoopera mal-Istati Membri sabiex jiġi żgurat li l-oqsma problematiċi jiġu indirizzati, inkluża ż-żieda bil-mod wisq fl-għadd ta’ ħaddiema impjegati mill-SMEs u l-istaġnar tal-manifattura, tal-kostruzzjoni u tal-bejgħ bl-imnut;

14.  Jemmen li l-aċċess għall-finanzi jibqa’ l-isfida ewlenija għat-tkabbir tal-SMEs; jinnota li s-settur bankarju kummerċjali, primarjament regolat mill-Istati Membri, jibqa’ s-sors ewlieni ta’ finanzjament għal bosta SMEs; jinnota, għalhekk, li se jkunu l-Istati Membri li se jibqgħu l-atturi primarji fl-irkupru tas-settur tal-SMEs u li l-Kummissjoni għandha tiżgura li l-azzjonijiet tagħha jkollhom rwol effettiv ta’ sostenn.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

24.1.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

31

6

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Pascal Arimont, Franc Bogovič, Victor Boştinaru, Andrea Cozzolino, Rosa D’Amato, Tamás Deutsch, Iratxe García Pérez, Michela Giuffrida, Ivan Jakovčić, Constanze Krehl, Sławomir Kłosowski, Andrew Lewer, Louis-Joseph Manscour, Martina Michels, Jens Nilsson, Andrey Novakov, Younous Omarjee, Konstantinos Papadakis, Mirosław Piotrowski, Stanislav Polčák, Liliana Rodrigues, Fernando Ruas, Monika Smolková, Maria Spyraki, Ruža Tomašić, Ramón Luis Valcárcel Siso, Monika Vana, Matthijs van Miltenburg, Lambert van Nistelrooij, Derek Vaughan

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Petras Auštrevičius, Ivana Maletić, Dimitrios Papadimoulis, Maurice Ponga, Laurenţiu Rebega, Bronis Ropė, Iuliu Winkler

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

13.2.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

34

13

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Gerolf Annemans, Burkhard Balz, Hugues Bayet, Pervenche Berès, Udo Bullmann, Jonás Fernández, Neena Gill CBE, Roberto Gualtieri, Brian Hayes, Gunnar Hökmark, Danuta Maria Hübner, Cătălin Sorin Ivan, Georgios Kyrtsos, Alain Lamassoure, Philippe Lamberts, Olle Ludvigsson, Ivana Maletić, Marisa Matias, Gabriel Mato, Bernard Monot, Luigi Morgano, Stanisław Ożóg, Pirkko Ruohonen-Lerner, Molly Scott Cato, Pedro Silva Pereira, Theodor Dumitru Stolojan, Kay Swinburne, Paul Tang, Michael Theurer, Marco Valli, Tom Vandenkendelaere, Cora van Nieuwenhuizen, Miguel Viegas, Jakob von Weizsäcker, Sotirios Zarianopoulos

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Bas Eickhout, Doru-Claudian Frunzulică, Thomas Mann, Siegfried Mureşan, Maria João Rodrigues, Renato Soru, Romana Tomc, Lieve Wierinck, Roberts Zīle

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Klaus Buchner, Ingeborg Gräßle, Monica Macovei, Petri Sarvamaa

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

34

+

ALDE

Michael Theurer, Lieve Wierinck, Cora van Nieuwenhuizen

ECR

Monica Macovei

NI

Renato Soru

PPE

Burkhard Balz, Ingeborg Gräßle, Brian Hayes, Gunnar Hökmark, Danuta Maria Hübner, Georgios Kyrtsos, Alain Lamassoure, Ivana Maletić, Thomas Mann, Gabriel Mato, Siegfried Mureşan, Petri Sarvamaa, Theodor Dumitru Stolojan, Romana Tomc, Tom Vandenkendelaere

S&D

Hugues Bayet, Pervenche Berès, Udo Bullmann, Jonás Fernández, Doru-Claudian Frunzulică, Neena Gill CBE, Roberto Gualtieri, Cătălin Sorin Ivan, Olle Ludvigsson, Luigi Morgano, Maria João Rodrigues, Pedro Silva Pereira, Paul Tang, Jakob von Weizsäcker

13

-

ECR

Stanisław Ożóg, Pirkko Ruohonen-Lerner, Kay Swinburne

EFDD

Marco Valli

ENF

Gerolf Annemans, Bernard Monot

GUE/NGL

Marisa Matias, Miguel Viegas

NI

Sotirios Zarianopoulos

Verts/ALE

Klaus Buchner, Bas Eickhout, Philippe Lamberts, Molly Scott Cato

1

0

ECR

Roberts Zīle

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0 : astensjonijiet

(1)

ĠU L 306, 23.11.2011, p. 12.

(2)

ĠU L 306, 23.11.2011, p. 41.

(3)

ĠU L 306, 23.11.2011, p. 8.

(4)

ĠU L 306, 23.11.2011, p. 33.

(5)

ĠU L 306, 23.11.2011, p. 25.

(6)

ĠU L 306, 23.11.2011, p. 1.

(7)

ĠU L 140, 27.5.2013, p. 11.

(8)

ĠU L 140, 27.5.2013, p. 1.

(9)

Testi adottati, P8_TA(2015)0238.

Avviż legali