Proċedura : 2015/2343(INI)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0042/2017

Testi mressqa :

A8-0042/2017

Dibattiti :

PV 15/03/2017 - 16
CRE 15/03/2017 - 16

Votazzjonijiet :

PV 16/03/2017 - 6.7
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2017)0092

RAPPORT     
PDF 800kWORD 69k
17.2.2017
PE 594.055v01-00 A8-0042/2017

dwar l-implikazzjonijiet kostituzzjonali, legali u istituzzjonali ta' politika ta' sigurtà u ta' difiża komuni possibilitajiet offruti mit-Tratatt ta' Lisbona

(2015/2343(INI))

Kumitat għall-Affarijiet Barranin

Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali

Rapporteurs: Michael Gahler, Esteban González Pons

(Laqgħat konġunti ta' kumitati – Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura)

EMENDI
MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
 OPINJONI TAL-MINORANZA
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġits
 RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT RESPONSABBLI
 RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-implikazzjonijiet kostituzzjonali, legali u istituzzjonali ta' politika ta' sigurtà u ta' difiża komuni possibilitajiet offruti mit-Tratatt ta' Lisbona

(2015/2343(INI))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra t-Trattat ta' Lisbona,

–  wara li kkunsidra t-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Europea (TUE),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 36 tat-TUE dwar ir-rwol tal-Parlament Ewropew fil-politiki barranin, ta' sigurtà u ta' difiża komuni,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 42(2), 42(3), 42(6), 42(7), 45 u 46 tat-TUE dwar it-tfassil progressiv ta' politika ta' difiża komuni,

–  wara li kkunsidra l-Protokoll (Nru 1) tat-Trattati dwar ir-rwol tal-Parlamenti Nazzjonali fl-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Protokoll Nru 2 tat-Trattati dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-20 ta' Diċembru 2013, tas-26 ta' Ġunju 2015 u tal-15 ta' Diċembru 2016,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni tal-25 ta' Novembru 2013, tat-18 ta' Novembru 2014, tat-18 ta' Mejju 2015, tas-27 ta' Ġunju 2016 u tal-14 ta' Novembru 2016,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' April 2016 dwar l-UE f'ambjent globali jinbidel - dinja iktar konnessa, kontestata u kumplessa(1),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' Novembru 2012 dwar il-klawsoli ta' difiża reċiproka u solidarjetà tal-UE: dimensjonijiet politiċi u operattivi(2),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta' Novembru 2016 dwar l-Unjoni Ewropea ta' Difiża(3),

  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta' Jannar 2016 dwar il-klawżola ta' difiża reċiproka (Artikolu 42(7) TUE)(4),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta' Novembru 2016 dwar l-implimentazzjoni tal-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni(5),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 ("ir-Regolament Finanzjarju"),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1835 tat-12 ta' Ottubru 2015 li tiddefinixxi l-istatut, is-sede u r-regoli operazzjonali tal-Aġenzija Ewropea għad-Difiża(6),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta' Jannar 2001 li tistabbilixxi l-Kumitat tal-Politika u s-Sigurtà(7),

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet finali tal-Konferenzi Interparlamentari dwar il-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni (PESK) u l-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni (PSDK) ta' The Hague tat-8 ta' April 2016, tal-Lussemburgu tas-6 ta' Settembru 2015, ta' Riga tas-6 ta' Marzu 2015, ta' Ruma tas-7 ta' Novembru 2014, ta' Ateni tal-4 ta' April 2014, ta' Vilnius tas-6 ta' Settembru 2013, ta' Dublin tal-25 ta' Marzu 2013 u ta' Paphos tal-10 ta' Settembru 2012,

–  wara li kkunsidra d-dokument bit-titolu "Shared Vision, Common Action: A Stronger Europe – A Global Strategy for the European Union's Foreign and Security Policy" (Viżjoni Kondiviża, Azzjoni Komuni: Ewropa Aktar b'Saħħitha – Strateġija Globali għall-Politika Estera u ta' Sigurtà tal-Unjoni Ewropea) ippreżentat mill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika Soċjali (VP/RGħ) fit-28 ta' Ġunju 2016,

–  wara li kkunsidra it-Trattat tal-Atlantiku tat-Tramuntana, iffirmat f'Washington, D.C. fl-4 ta' April 1949,

–  wara li kkunsidra d-dokument bit-titolu "Implementation Plan on Security and Defence" (Pjan ta' Implimentazzjoni dwar is-Sigurtà u d-Difiża) ippreżentat mill-VP/RGħ fl-14 ta' Novembru 2016,

–  wara li kkunsidra r-rapport ta' progress tas-7 ta' Lulju 2014 mill-VP/RGħ u l-Kap tal-Aġenzija Ewropea għad-Difiża dwar l-implimentazzjoni tal-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta' Diċembru 2013,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta tat-8 ta' Lulju 2016 tal-Presidenti tal-Kunsill Ewropew u tal-Kummissjoni u s-Segretarju Ġenerali tan-NATO,

–  wara li kkunsidra r-riżultat tar-referendum fir-Renju Unit tat-23 ta' Ġunju 2016,

–  wara li kkunsidra r-riżultati tal-Ewrobarometru Speċjali tal-Parlament Ewropew li sar fit-28 Stat Membru tal-Unjoni Ewropea mid-9 ta' April sat-18 ta' April 2016,

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-31 ta' Novembru 2016 mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar il-Pjan ta' Azzjoni Ewropew għad-Difiża (COM(2011) 0950),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-deliberazzjonijiet konġunti tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali skont l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0042/2017),

A.  billi l-Unjoni Ewropea hija determinata li tfassal politika ta' difiża komuni li twassal għal difiża komuni li ssaħħaħ l-unità tagħha, l-awtonomija strateġika tagħha u l-integrazzjoni sabiex tippromwovi l-paċi, is-sigurtà u l-istabilità fil-viċinat tal-Ewropa u fid-dinja; billi politika ta' difiża komuni teħtieġ deċiżjoni unanima mill-Kunsill Ewropew u wkoll l-adozzjoni ta' tali deċiżjoni mill-Istati Membri bi qbil mar-rekwiżiti konstituzzjonali tagħhom;

B.  billi l-formazzjoni ta' sitwazzjonijiet ġeopolitiċi u ġeostrateġiċi ġodda - bil-predominanza tar-reġjun Asjatiku fuq dak Euro-Atlanktiku - u ta' atturi ġodda, kif ukoll il-formazzjoni ta' theddid u oqsma ta' attività ġodda, juru li l-Istati ma jistgħux jiffaċċjaw dawn ir-riskji waħedhom, u hemm bżonn ta' reazzjoni konġunta;

C.  billi hu stmat li l-kost tan-non-Ewropa għas-sigurtà u d-difiża hu aktar minn EUR 100 biljun fis-sena, u billi l-livell tal-effiċjenza tal-UE hu ekwivalenti għal 10–15 % ta' dak tal-Istati Uniti;

D.  billi ambjent globali li qed jiddeterjora jenfasizza l-importanza li jkun hemm titjib tal-kooperazzjoni u tal-iskambju ta' informazzjoni u tal-aħjar prattiki fost l-Istati Membri, kif ukoll il-bżonn ta' żieda qawwija fin-nefqa militari tal-UE bl-użu ta' sors ta' riżorsi proprji intiżi għal dan il-għan;

E.  billi l-objettiv tal-integrazzjoni militari u ta' difiża jmur lura għall-missirijiet fundaturi, li l-għan ewlieni tagħhom kien li jistabbilixxu mekkaniżmu leġittimu ta' difiża kollettiva u jżommu l-paċi fil-kontinent Ewropew;

F.  billi t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea fl-Artikolu 21(1) u (2) u fl-Artikolu 42 tiegħu jiddefinixxi b'mod ċar il-prinċipji u l-objettivi fil-qasam tal-PESK u tal-PSDK u l-mekkaniżmi u l-qafas għall-ilħuq tagħhom; billi twettaq progress limitat fl-ilħuq ta' dawn l-objettivi, minkejja l-bosta talbiet u proposti għal implimentazzjoni mill-Parlament u mill-Kummissjoni;

G.  billi l-iżvilupp tal-PSDK jirrikjedi qabel kollox rieda politika mill-Istati Membri, ibbażata fuq valuri u prinċipji kondiviżi, kif ukoll interessi u prijoritajiet komuni, kif ukoll l-istabbiliment ta' strutturi ta' kooperazzjoni istituzzjonali; billi l-PSDK, għandha tkun politika komuni effikaċi u strutturata li tiġġenera valur miżjud, u mhijiex biss is-sempliċi ġabra ta' poltiki nazzjonali tal-Istati Membri, jew l-inqas denominatur komuni tagħhom;

H.  billi l-attivazzjoni tal-Artikolu 42(7) minn Franza f'Novembru 2015, uriet il-potenzjal tad-dispożizzjonijiet kollha tat-Trattati fir-rigward tas-sigurtà u d-difiża;

I.  billi skont l-Artikolu 42(2) u l-Artikolu 2(4), tat-TFUE, l-UE għandha l-kompetenza li tiddefinixxi u timplimenta politika ta' sigurtà u ta' difiża komuni li tinkludi t-tfassil progressiv ta' politika ta' difiża komuni għall-Unjoni; billi l-Unjoni jenħtieġ li tuża din il-kompetenza biex ittejjeb il-koordinament u l-effikaċja, u biex tissupplimenta l-azzjonijiet tal-Istati Membri, mingħajr b'daqshekk ma tippreġudika jew tissostitwixxi l-kompetenza tagħhom fil-qasam tad-difiża;

J.  billi ilhom is-snin jeżistu strutturi multinazzjonali Ewropej li huma eżempji ta' prattika u kooperazzjoni tajba fost l-Istati Membri, bħall-Eurocorps; billi dawn l-istrutturi jistgħu jkunu punt tat-tluq biex nimxu 'l quddiem lejn politika ta' difiża komuni;

K.  billi ċ-ċittadini tal-UE, jistennew aktar azzjoni mill-UE fid-difiża u s-sigurtà; billi skont l-istħarriġ tal-Ewrobarometru 85.1 ta' Ġiunju 2016, żewġ terzi taċ-ċittadini tal-UE jixtiequ jaraw aktar parteċipazzjoni tal-UE, permezz tal-impenn tal-Istati Membri, f'materji ta' politika ta' sigurtà u ta' difiża;

L.  billi jenħtieġ li tkun stabbilita kultura ta' difiża li tgħin biex tiżgura li ċ-ċittadini tal-UE, jkollhom idea ċara tar-rwol li d-difiża twettaq fis-soċjetà tagħna u l-kontribut li tagħti għall-istabilità, għaż-żamma tal-paċi u għat-tisħiħ tas-sigurtà internazzjonali;

M.  billi jridu jitwettqu azzjonijiet li jkabbru l-operabilità u l-effikaċja tal-politika ta' sigurtà Ewropea, sabiex din tkun tista' twettaq titjib reali fis-sigurtà tal-Ewropa;

N.  billi l-Kunsill Ewropew għandu jistabbilixxi mingħajr dewmien l-Unjoni Ewropea tad-Difiża, kif irrakkomandat mill-Parlament, kif ukoll id-difiża komuni tal-Unjoni; billi l-Istati Membri għandhom jadottaw id-deċiżjoni dwar id-difiża komuni skont ir-rekwiżiti kostituzzjonali rispettivi tagħhom;

O.  billi l-politika ta' difiża tal-UE għandha ssaħħaħ il-kapaċità tal-Ewropa biex issostni s-sigurtà kemm ġewwa kif ukoll barra l-UE, u għandha tikkonsolida s-sħubija man-NATO u ssaħħaħ ir-relazzjonijiet transatlantiċi, biex b'hekk tikkontribwixxi wkoll għat-tisħiħ tan-NATO;

P.  billi l-Parlament jappoġġja b'mod attiv l-Unjoni Ewropea tad-Difiża u se jkompli jagħmel proposti xierqa għal dak l-għan; billi l-konferenza interparlamentari dwar il-PESK u l-PSDK għandha ssir il-forum għall-implimentazzjoni ta' kooperazzjoni interparlamentari effettiva u regolari fir-rigward tal-PSDK u għat-tfassil progressiv ta' politika ta' difiża komuni għall-Unjoni;

Q.  billi l-VP/RGħ tikkonsulta b'mod regolari lill-Parlament dwar it-tfassil progressiv ta' politika ta' difiża komuni għall-Unjoni, tiżgura li l-opinjonijiet tal-Parlament jiġu kkunsidrati b'mod xieraq f'dak il-proċess, u tinforma lill-Parlament dwar il-progress li jkun sar lejn l-Unjoni Ewropea tad-Difiża;

R.  billi l-VP/RGħ, fid-dikjarazzjoni tagħha fil-laqgħa informali ta' Gymnich tal-Ministri għall-Affarijiet Barranin tal-UE li saret fit-2 ta' Settembru 2016, irreferiet għat-"tieqa ta' opportunitajiet" biex isir progress sod fost l-Istati Membri fil-qasam tad-difiża;

S.  billi l-Kummissjoni tizġura l-applikazzjoni tat-Trattati, u tal-miżuri adottati mill-istituzzjonijiet skont dawn it-Trattati, inkluż fil-qasam tal-PSDK;

T.  billi l-ipprogrammar annwali u pluriennali futur tal-Unjoni għandu jinkludi politika ta' difiża; billi l-Kummissjoni għandha tibda l-ħidma fuq ftehimiet interistituzzjonali xierqa, inkluż White Book tad-Difiża tal-UE, għall-ewwel implimentazzjoni skont il-qafas finanzjarju u politiku pluriennali li jmiss tal-UE;

U.  billi l-Parlament jirrappreżenta ċ-ċittadini Ewropej u jeżerċita funzjonijiet leġiżlattivi u baġitarji kif ukoll funzjonijiet ta' kontroll politiku u ta' konsultazzjoni politika, u għalhekk qiegħed jintalab li jwettaq rwol ewlieni fit-tfassil tal-Unjoni Ewropea tad-Difiża;

V.  billi rwol attiv tal-Parlament, u l-appoġġ politiku u l-iskrutinju demokratiku tiegħu fit-tfassil ta' politika ta' difiża komuni għall-Unjoni u l-istabbiliment ta' difiża komuni, jafferma u jsaħħaħ il-pedamenti rappreżentattivi u demokratiċi tal-Unjoni;

W.  billi l-Istrateġija Globali tal-UE għandha sservi bħala qafas strateġiku ċar ħafna u siewi għall-iżvilupp futur tal-PSDK;

X.  billi jeżistu limitazzjonijiet f'dak li jirrigwarda t-taħriġ militari barra mill-pajjiż, f'termini kemm ta' pjanijiet ta' azzjoni u ta' appoġġ ta' loġistika militari meħtieġ;

Y.  billi għaldaqstant ma jistgħux jitwettqu missjonijiet ta' taħriġ barra l-pajjiż – bħalma kien il-każ tal-missjonijiet ta' taħriġ militari fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUTM CAR) jew fil-Mali (EUTM Mali) – jekk il-gvernijiet tal-pajjiżi kkonċernati ma jipprovdux l-armamenti u t-tagħmir meħtieġ għall-unitajiet militari; billi mingħajr taħriġ bl-użu ta' armi u tagħmir, impossibbli jinħolqu unitajiet li jkunu jistgħu jiffaċċjaw l-isfidi ta' ta' gwerra u jwettqu l-operazzjonijiet;

Z.  billi attwalment, is-suldati Ewropej huma pprojbiti milli jieħdu sehem f'operazzjonijiet militari bħala osservaturi, li jfisser li ma jistgħux jidentifikaw kwalunkwe problema li l-unitajiet imħarrġa jista' jkollhom, u li għalhekk mhuma kapaċi jsolvu l-ebda problema operazzjonali aktar 'il quddiem;

AA.  billi dawn l-unitajiet - kemm fil-Mali u fir-Repubblika Ċentru-Afrikana - qegħdin jitħejjew għal operazzjonijiet ta' ġlied, u billi wara tliet snin mingħajr tagħmir u taħriġ adegwat, bl-ebda mod ma huma operazzjonali, bħalma hu l-każ ta' EUTM Mali;

AB.  billi mingħajr l-armamenti meħtieġa, il-missjonijiet ta' taħriġ ikunu jistgħu jitwettqu barra l-pajjiż biss jekk il-gvern tal-pajjiż inkwistjoni ma jipprovdix l-armamenti u t-tagħmir lill-unitajiet, li mbgħad huma jkunu jistgħu jkomplu jużaw wara li jintemm it-taħriġ tagħhom;

Il-qafas kostituzzjonali u legali

1.  Ifakkar li l-PSDK, hekk kif stipulat fit-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) tinkludi t-tfassil progressiv ta' politika ta' difiża komuni tal-Unjoni li għandha twassal għal difiża komuni fil-ġejjieni meta l-Kunsill Ewropew, huwa u jaġixxi b'mod unanimu, jiddeċiedi hekk, u meta l-Istati Membri jadottaw tali deċiżjoni bi qbil mar-rekwiżiti kostituzzjonali rispettivi tagħhom; jistieden lill-Istati Membri jimpenjaw ruħhom bħala prijorità għad-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar il-PSDK, u jżidu l-isforzi tagħhom biex jiżguraw progress tanġibbli fl-ilħuq tal-objettivi kif definit f'dawk id-dispożizzjonijiet;

2.  Jinnota li r-riforma u l-innovazzjoni mwassla lill-PSDK permezz tat-Trattat ta' Lisbona jikkostitwixxu qafas suffiċjenti u koerenti u għandhom iwittu t-triq għal politika verament komuni, ibbażata fuq riżorsi u kapaċitajiet kondiviżi kif ukoll fuq ippjanar koordinat fil-livell tal-Unjoni; jenfasizza li l-progress tal-PSDK fi ħdan il-qafas istituzzjonali u legali attwali huwa aktar dipendenti fuq ir-rieda politika tal-Istati Membri milli fuq kunsiderazzjonijiet legali; jenfasizza li l-Artikolu 43 tat-?TUE jkopri l-ispettru sħiħ ta' kompiti għall-immaniġġjar tal-kriżi, u l-użu tagħhom b'mod rapidu u deċiżiv jixhed il-livell ta' ambizzjoni tal-UE;

3.  Jitlob, għalhekk, lill-VP/RGħ, lill-Kunsill u lill-Istati Membri biex kif stipulat fit-TUE, jiżguraw konsistenza bejn l-oqsma differenti ta' azzjoni esterna, sabiex jindirizzaw dawn l-oqsma permezz ta' approċċ globali u komprensiv u biex jużaw il-possibbiltajiet kollha previsti fit-Trattat - b'mod speċjali l-mekkaniżmi inklużi fl-Artikolu 42(6) tat-TUE u l-Artikolu 46 tat-TUE, fil-protokoll (Nru 10) dwar kooperazzjoni strutturata permanenti, stabbilit mill-Artikolu 42 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u matul il-fażi operattiva fl-Artikolu 44 tat-TUE dwar l-implimentazzjoni ta' missjoni ta' PSDK minn grupp ta' Stati Membri, sabiex jinkiseb skjerament aktar mgħaġġel, aktar effiċjenti u aktar flessibbli tal-missjonijiet u l-operazzjonijiet; jissottolinja li r-regoli għal kooperazzjoni fi ħdan il-kooperazzjoni strutturata permanenti (PESCO), għandhom jiġu ddefiniti b'mod ċar;

4.  Jinnota li fejn it-TUE jipprevedi li l-Kunsill jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata biex jadotta deċiżjonijiet skont il-PSDK, b'mod partikolari dawk skont l-Artikoli 45(2) u 46(2) tat-TUE, in-nefqa kollha li tirriżulta mill-implimentazzjoni ta' dawn id-deċiżjonijiet għandha tiġi ffinanzjata b'riżorsi addizzjonali ġodda għall-baġit tal-UE u għandha titħallas minn dak il-baġit; jikkunsidra, għal dak l-għan, li hemm il-ħtieġa ta' finanzjament addizzjonali jew kofinanzjament mill-Istati Membri;

5.  Jikkunsidra, għalhekk, li l-Aġenzija Ewropea għad-Difiża (EDA) u l-PESCO għandhom jiġu trattati bħala istituzzjonijiet tal-Unjoni sui generis, bħal fil-każ tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE); jikkunsidra li dan jirrikjedi li jiġi emendat ir-Regolament Finanzjarju sabiex jinkludi l-EDA u l-PESCO fl-Artikolu 2(b) tiegħu, b'sezzjoni speċifika fil-baġit tal-Unjoni; ifakkar li l-Parlament jenħtieġ li, b'mod konġunt mal-Kunsill, jeżerċita funzjonijiet leġiżlattivi u baġitarji, kif ukoll funzjonijiet ta' kontroll u konsultazzjoni politika kif stipulat fit-Trattati;

6.  Jinsab konvint li l-Artikolu 41(1) tat-TUE japplika għan-nefqa amministrattiva tal-EDA u l-PESCO;

7.  Jikkonstata li l-Artikolu 41(2) tat-TUE japplika għan-nefqa amministrattiva tal-EDA u l-PESCO; ifakkar li n-nefqa operazzjonali li tirriżulta minn missjonijiet militari, kif imsemmi fl-Artikolu 42(1) tat-TUE, in-nefqa operazzjonali li tirriżulta minn operazzjonijiet ta' difiża ta' Stat Membru fejn ikun il-vittma ta' aggressjoni armata fuq it-territorju tiegħu, jew minn operazzjonijiet ta' difiża ta' Stati Membri fejn jissodisfaw l-obbligu tagħhom ta' għajnuna u assistenza skont l-Artikolu 42(7) tat-TUE, jenħtieġ li tiġi ffinanzjata b'mod kollettiv, iżda ma għandhiex titħallas mill-baġit tal-Unjoni; jilqa' favorevolment l-attivazzjoni tal-Artikolu 42(7) dwar il-klawżola ta' difiża reċiproka;

8.  Jikkunsidra, għalhekk, li għall-EDA u l-PESCO, il-finanzjament tal-infiq amministrattiv u operatorju tagħhom mill-baġit tal-Unjoni huwa l-uniku opzjoni skont it-Trattati, minkejja li ż-żewġ istituzzjonijiet jistgħu jamministraw fondi direttament provduti mill-Istati Membri;

9.  Jistieden lill-Istati Membri jipprovdu l-mezzi finanzjarji addizzjonali meħtieġa sabiex jiġu ffinanzjati l-ispejjeż amministrattivi u operazzjonali tal-EDA u l-PESCO mill-Baġit tal-Unjoni;

10.  Iħeġġeġ lill-Kunsill jirrevedi d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1835 li tiddefinixxi l-istatut, is-sede u r-regoli operazzjonali tal-Aġenzija Ewropea għad-Difiża għal dawk l-għanijiet;

11.  Jemmen li l-approfondiment tal-kooperazzjoni fil-qasam tad-difiża fost l-Istati Membri fil-livell tal-UE għandu jimxi id f'id mat-tisħiħ tas-sorveljanza u tal-kontroll parlamentari, kemm mill-Parlament Ewropew kif ukoll mill-parlamenti nazzjonali;

12.  Jissottolinja, f'dan il-kuntest, ir-rwol tal-Parlament bħala awtorità baġitarja; jinsab determinat li jeżerċita skrutinju parlamentari u kontroll baġitarju effettivi fuq l-EDA u l-PESCO, kif previst mit-trattati;

13.  Iħeġġeġ lill-Kunsill jaġixxi skont l-Artikolu 41(3) tat-TUE u jadotta, mingħajr dewmien, deċiżjoni li tistabbilixxi l-fond ta' tnedija għall-finanzjament urġenti tal-fażijiet inizjali tal-operazzjonijiet militari għall-kompiti msemmija fl-Artikoli 42(1) u 43 tat-TUE;

14.  Iħeġġeġ lill-Kunsill, bi qbil mal-Artikolu 42(2) tat-TUE, iwettaq passi konkreti lejn l-armonizzazzjoni u l-istandardizzazzjoni tal-forzi armati Ewropej sabiex tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni tal-persunal tal-forzi armati taħt il-kappa tal-Unjoni Ewropea tad-Difiża, bħala pass 'il quddiem lejn it-tfassil gradwali tal-politika tad-difiża komuni tal-Unjoni;

Il-valur miżjud Ewropew tal-PSDK

15.  Jenfasizza li l-ksib tal-objettivi tal-PSDK marbuta mat-tisħiħ tal-kapaċità operattiva tal-Unjoni biex taġixxi esternament għaż-żamma tal-paċi, għall-prevenzjoni tal-kunflitti u għat-tisħiħ tas-sigurtà internazzjonali, kif previst mit-TUE, huwa neċessarju iktar minn qatt qabel f'kuntest ta' sigurtà f'deterjorament rapidu; jemmen bil-qawwa li t-theddid għas-sigurtà u d-difiża li qed tiffaċċja l-UE, u diretti lejn iċ-ċittadini u t-territorju tagħha, huma komuni u ma jistgħux jiġu indirizzati minn Stat Membru wieħed biss; jinsab konvint li s-sigurtà u d-difiża tal-Unjoni jkunu aktar b'saħħithom jekk l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha jiddeċiedu li jibqgħu magħqudin u li jaħdmu flimkien; huwa tal-opinjoni li l-UE teħtieġ li tiżviluppa sistema effettiva għall-kondiviżjoni tal-piżijiet Ewropej għas-sigurtà u d-difiża tagħha stess, li għadha ma ġietx stabbilita; jistieden lill-Istati Membri juru parteċipazzjoni politika sħiħa u jikkooperaw favur dan il-għan;

16.  Jenfasizza li s-sigurtà u d-difiża jikkostitwixxu qasam fejn il-valur miżjud Ewropew jista' jintwera faċilment, f'termini ta' effiċjenza, billi l-Istati Membri jingħataw kapaċità miżjuda u aktar kosteffikaċi, permezz ta' aktar koerenza, koordinazzjoni u interoperabbiltà fis-sigurtà u d-difiża, u f'termini tal-kontribuzzjoni għall-konsolidazzjoni tas-solidarjetà, tal-koeżjoni u tal-awtonomija strateġika, kif ukoll tar-reżiljenza tal-Unjoni; jiġbed l-attenzjoni għall-istimi li jindikaw li kull euro li jiġi investit fid-difiża jiġġenera ritorn ta' EUR 1,6, partikolarment permezz ta' impjieg b'ħiliet, ir-riċerka u t-teknoloġija u l-esportazzjonijiet;

17.  Jenfasizza li l-użu tal-possibilitajiet kollha pprovduti fit-Trattati se jtejjeb il-kompetittività u l-funzjonament tal-industrija tad-difiża fis-suq intern, jistimola aktar il-kooperazzjoni fil-qasam tad-difiża permezz ta' inċentivi pożittivi, u jkollu fil-mira proġetti li l-Istati Membri ma jkunux kapaċi jwettqu, filwaqt li titnaqqas id-duplikazzjoni żejda u jiġi promoss użu aktar effiċjenti tal-flejjes pubbliċi;

18.  Jenfasizza li t-tisħiħ tal-PSDK f'konformità mat-Trattati mhux se jkollu effett fuq is-sovranità nazzjonali, minħabba li din il-politika hija mmexxija mill-Istati Membri; jinsab konvint li ma hemmx rispett akbar għas-sovranità milli tiġi difiża l-integrità territorjali tal-Unjoni Ewropea permezz ta' politika ta' difiża komuni;

19.  Jenfasizza li t-tnedija ta' missjonijiet tal-PSDK, abbażi tal-Artikolu 44 tat-TUE, tikkontribwixxi għall-kisba ta' Unjoni Ewropea tad-Difiża; jistieden lill-UE tagħmel użu tal-potenzjal sħiħ tal-Artikolu 44 sabiex tkompli u tintensifika tali missjonijiet, bil-għan li titwitta t-triq għal politika operazzjonali ta' sigurtà u ta' difiża;

20.  Iqis essenzjali li n-nefqa għad-difiża nazzjonali tiżdied għal 2 % tal-PDG tal-UE; jenfasizza li dan ikun ifisser nefqa żejda ta' kważi EUR 100 biljun fuq id-difiża sa tmiem id-deċennju li ġej; iqis li din l-ispinta għandha tintuża biex jitniedu programmi kooperattivi aktar strateġiċi fl-Unjoni u permezz tagħha, billi jiġu strutturati aħjar in-naħat tad-domanda u tal-provvista u billi ż-żewġ naħat isiru aktar effiċjenti u aktar effettivi; iqis li din iż-żieda se tikkontribwixxi għal appoġġ fil-livell Ewropew lill-industrija tad-difiża Ewropea u għall-ħolqien ta' impjiegi, partikolarment fl-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju; hu tal-fehma li parti sostanzjali ta' dik in-nefqa għandha tiġi diretta lejn ir-riċerka u l-iżvilupp, kif ukoll lejn programmi strateġiċi ta' kooperazzjoni, li jiffukaw fuq teknoloġiji b'użu doppju u ta' difiża, li huma kruċjali, mhux biss għall-kisba ta' dawn l-għanijiet, iżda jistgħu wkoll iġibu aktar valur miżjud lill-Unjoni Ewropea; jikkonstata li l-kontabilità, it-trasparenza u l-iskrutinju fir-rigward tal-użu ta' fondi pubbliċi Ewropej, għandhom jiġu żgurati fir-rigward ta' din in-nefqa żejda;

21.  Jinsab konvint li l-investiment tal-Unjoni fid-difiża għandu jiżgura li l-Istati Membri kollha jistgħu jipparteċipaw f'titjib bilanċjat, koerenti u sinkronizzat tal-kapaċitajiet militari tagħhom; jikkunsidra li dan jikkostitwixxi opportunità strateġika għall-Unjoni biex ittejjeb is-sigurtà u d-difiża tagħha;

Il-qafas istituzzjonali

Kunsill tal-Ministri tad-Difiża

22.  Jenfasizza l-bżonn kontinwu għall-istabbiliment ta' format tal-Kunsill tal-Ministri ta' Difiża taħt il-presidenza tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, sabiex jikkoordina l-implimentazzjoni tal-PSDK u jagħmilha aktar effiċjenti;

Bord ta' Tmexxija tad-Difiża

23.  Jikkunsidra li l-Bord ta' Tmexxija tal-EDA, magħmul mir-rappreżentanti tal-ministeri tad-difiża tal-Istati Membri, huwa korp adattat biex jeżerċita l-funzjonijiet konsultattivi u superviżorji meħtieġa biex jiġu implimentati l-Artikoli 42, 45 u 46 tat-TUE;

24.  Jikkunsidra li l-Artikolu 4(4) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1835 li tiddefinixxi l-istatut, is-sede u r-regoli operazzjonali tal-Aġenzija Ewropea għad-Difiża jipprevedi bażi neċessarja u b'saħħitha għall-bord ta' tmexxija tal-EDA biex jaġixxi bħala t-tielet kumitat tar-rappreżentanti permanenti tal-Unjoni, il-Bord ta' Tmexxija tad-Difiża; jikkunsidra li dan il-kumitat għandu jeżerċita wkoll il-funzjonijiet konsultattivi u superviżorji meħtieġa biex tiġi implimentata kooperazzjoni strutturata permanenti ladarba tiġi stabbilita;

25.  Jinsab konvint li l-mandat tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) imsemmi fl-Artikolu 38 tat-TUE jeħtieġ li jiġi interpretat b'mod strett; jikkunsidra li, skont it-trattati, il-mandat tiegħu jkopri biss is-sitwazzjoni u l-missjonijiet barra mill-Unjoni, kif ukoll ċerti aspetti tal-implimentazzjoni tal-klawżola ta' solidarjetà; jikkunsidra b'mod partikolari li l-arranġamenti ta' ħidma żviluppati tiegħu mhumiex adattati għall-implimentazzjoni ulterjuri ta' dik il-parti tal-PSDK li hija definita mill-Artikolu 42(2) tat-TUE;

26.  Iħeġġeġ lill-Kunsill jirrevedi d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/78/PESK li tistabbilixxi l-Kumitat tal-Politika u s-Sigurtà, kif ukoll id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1835 li tiddefinixxi l-istatut, is-sede u r-regoli operazzjonali tal-Aġenzija Ewropea għad-Difiża għal dawk l-għanijiet;

L-Aġenzija Ewropea tad-Difiża

27.  Ifakkar li l-objettivi tal-EDA, bħala appoġġ għall-Istati Membri fl-iżvilupp tal-kapaċitajiet ta' difiża taghom u fit-tisħiħ tal-bażi ta' difiża industrijali u teknoloġika tagħhom; jenfasizza l-potenzjal mhux użat tal-EDA fl-appoġġ għall-iżvilupp tal-PSDK, u fil-kisba ta' dawk l-objettivi, li jirrikjedu l-użu sħiħ tal-kapaċitajiet tal-Aġenzija; jitlob li ssir riflessjoni fuq il-futur u l-kompiti tal-Aġenzija; jitlob lill-Istati Membri jiddefinixxu u jimpenjaw ruħhom favur livell komuni ta' ambizzjoni fi ħdan EDA riformata; jitlob it-tisħiħ tal-appoġġ politiku, tal-finanzjament u tar-riżorsi tal-EDA, kif ukoll tal-koordinazzjoni tagħha mal-azzjonijiet tal-Kummissjoni, l-Istati Membri u atturi oħra, b'mod speċjali fl-oqsma tal-iżvilupp tal-kapaċitajiet, l-akkwist pubbliku, ir-riċerka u l-promozzjoni tal-interoperabbiltà fost il-forzi armati tal-Istati Membri; iqis li l-Aġenzija tista' tikkofinanzja l-akkwist prekummerċjali u l-akkwist pubbliku ta' soluzzjonijiet innovattivi flimkien mal-awtoritajiet tal-Istati Membri u mal-operaturi privati tas-suq;

28.  Jinnota d-deċiżjoni tal-EDA biex tirrevedi l-Pjan ta' Żvilupp tal-Kapaċitajiet (CDP) f'konformità mal-Istrateġija Globali tal-UE, u jistenna bil-ħerqa CDP futur li jirrifletti l-prijoritajiet u l-ħtiġijiet tal-UE u tal-Istati Membri b'mod aktar rilevanti;

29.  Jistieden lill-Istati Membri jiżviluppaw politika komuni Ewropea dwar l-armamenti u l-kapaċitajiet (EACP) fi ħdan l-EDA, kif previst mill-Artikolu 42(3) tat-TUE, u jistieden lill-Kummissjoni u lill-EDA jressqu proposti dwar din il-kwistjoni; jistieden lill-VP/RGħ tinforma lill-Parlament dwar ir-riżultati miksuba mir-relazzjoni ta' ħidma eżistenti bejn l-EDA u l-Kummissjoni u tat-tnejn li huma mal-Aġenzija Spazjali Ewropea (ESA) u l-Organizzazzjoni Konġunta għall-Kooperazzjoni fil-Qasam tal-Armamenti (OCCAR); jistieden lill-Istati Membri jimplimentaw b'mod debitu l-Pożizzjoni Komuni 944/2008/CFSP, dwar l-Esportazzjonijiet tal-Armi, u jistabbilixxu politika komuni dwar l-esportazzjoni tal-armi, li tiżgura li l-esportazzjoni tal-armi tkun soġġetta għal kriterji komuni mifruxa mal-UE li jirregolaw l-esportazzjonijiet ta' armi, munizzjon, teknoloġiji u tagħmir ta' difiża lil pajjiżi terzi;

Kooperazzjoni strutturata permanenti (PESCO)

30.  Jinkoraġġixxi lill-Istati Membri jistabbilixxu u jingħaqdu mal-PESCO, fi ħdan il-qafas tal-Unjoni, malajr kemm jista' jkun, bil-għan li jiġu sostnuti u mtejba l-kapaċitajiet militari tagħhom permezz tal-iżvilupp tad-duttrina u t-tmexxija, l-iżvilupp u t-taħriġ tal-persunal, l-iżvilupp tal-materjal u l-infrastruttura tad-difiża, u l-interoperabbiltà u ċ-ċertifikazzjoni; jissottolinja l-importanza u l-ħtieġa ta' parteċipazzjoni f'kooperazzjoni strutturata permanenti u effiċjenti mill-Istati Membri kollha li lesti li javvanzaw l-integrazzjoni tad-difiża tagħhom għall-ogħla livell ta' ambizzjoni; jemmen li jenħtieġ li tiġi stabbilita "Forza Integrata Ewropea" (EIF) bħala forza multinazzjonali, kif imsemmi fl-Artikolu 1 tal-Protokoll (Nru 10) dwar il-PESCO u tkun disponibbli għall-Unjoni għall-implimentazzjoni tal-PSDK, kif previst fl-Artikolu 42(3) tat-TUE; jistieden lill-VP/RGħ tressaq proposti għall-operazzjonalizzazzjoni tal-PESCO fl-ewwel nofs tal-2017;

31.  Jikkunsidra li l-Unjoni għandha tipprevedi, bi ftehim mal-Istati Membri kkonċernati, il-parteċipazzjoni fi programmi ta' kapaċità mwettqa minnhom; jikkunsidra li l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għal dawn il-programmi m'għandhiex taqbeż il-kontribuzzjonijiet magħmula mill-Istati Membri parteċipanti;

32.  Hu tal-opinjoni li s-Sistema ta' Grupp Tattiku tal-UE, għandha tinġieb taħt il-kontroll tal-PESCO, flimkien mal-ħolqien ta' kwartieri ġenerali permanenti ċivili u militari, b'Kapaċità Militari ta' Ppjanar u ta' Kondotta (MPCC) u Kapaċità Ċivili ta' Ppjanar u Kondotta (CPCC) daqstant ieħor importanti, li jsaħħu l-ippjanar strateġiku u operazzjonali tul iċ-ċiklu kollu tal-ippjanar, itejbu l-koperazzjoni ċivili-militari kif ukoll il-kapaċità tal-UE li tirreaġixxi malajr għall-kriżijiet; iqis li strutturi multinazzjonali Ewropej oħrajn, bħall-Kmand Ewropew tat-Trasport bl-Ajru, il-Eurocorps u l-Organizzazzjoni Konġunta għall-Kooperazzjoni fil-Qasam tal-Armamenti (OCCAR), kif ukoll kull forma ta' kooperazzjoni militari bilaterali u multilaterali fost il-pajjiżi parteċipanti fil-PESCO, għandhom ukoll jinġiebu taħt il-kontroll tal-PESCO; jikkunsidra li l-privileġġi u l-immunitajiet tal-UE għandhom japplikaw għal dawk l-istrutturi multinazzjonali li huma parti mill-PESCO;

33.  Jikkunsidra li matul il-fażijiet tal-istand-up, l-istandby u l-istand-down l-Unjoni għandha tkopri l-ispejjeż kollha tal-Grupp Tattiku tal-UE;

34.  Jistieden lill-VP/RGħ u lill-Kunsill jimplimentaw bis-sħiħ ir-Riżolużżjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU Nru 1325 u jaħtru Rappreżentant Speċjali għan-Nisa u l-Kunflitti?;

Il-Parlament Ewropew

35.  Jenfasizza li l-Parlament jenħtieġ li jkollu rwol prominenti fl-iskrutinju u s-superviżjoni tal-implimentazzjoni u fl-evalwazzjoni tal-PSDK, b'konformità mal-Artikolu 14(1) tat-TUE; iqis li l-konferenza interparlamentari dwar il-PESK u l-PSDK għandha sservi ukoll ta' pjattaforma għall-konsultazzjoni interparlamentarja u għall-iskrutinju tal-PSDK; jinsisti li l-Parlament għandu jiġi kkonsultat b'mod effettiv dwar deċiżjonijiet ewlenin fil-qasam tal-PSDK, partikolarment fir-rigward tal-missjonijiet militari u ċivili barra mill-UE, u dwar operazzjonijiet ta' difiża strateġika;

36.  Jitlob, f'dan ir-rigward, lill-VP/RGħ tagħti effett sħiħ lill-Artikolu 36 tat-TUE, billi tiżgura li l-opinjonijiet jiġu kkunsidrati b'mod xieraq fil-qafas tal-konsultazzjoni tal-Parlament dwar l-aspetti ewlenin u l-għażliet bażiċi tal-PSDK bħala parti mill-PESK; jitlob li tiġi provduta aktar informazzjoni lill-Parlament fuq bażi aktar regolari, bil-għan li jissaħħu l-mekkaniżmi disponibbli ta' kontroll parlamentari u politiku;

37.  Iħeġġeġ lill-Parlament jibdel is-Sottokumitat dwar is-Sigurtà u d-Difiża f'Kumitat Parlamentari sħiħ, biex b'hekk ikollu rwol prominenti fl-implimentazzjoni tal-politika ta' sigurtà u ta' difiża komuni, u partikolarment, rwol fl-iskrutinju tal-atti legali dwar is-suq ta' difiża, kif ukoll fi proċeduri bħar-Rieżami Annwali Kkoordinat dwar id-Difiża;

38.  Jitlob kooperazzjoni msaħħa bejn il-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali, bħala element kruċjali għall-iżvilupp ta' riżultati konkreti fil-qasam tal-PSDK u għal-leġittimazzjoni tagħha; jinnota li din il-kooperazzjoni jenħtieġ li ma timminax l-implimentazzjoni tal-PSDK u l-ilħuq tal-objettivi tagħha bħala politika tal-Unjoni;

39.  Jikkunsidra li l-Parlament jenħtieġ li jkompli jagħti spinta lil inizjattivi speċifiċi u jindirizza r-rakkomandazzjoniijiet lill-Kunsill, lill-VP/RGħ u lill-Kummissjoni dwar kwistjonijiet ta' sigurtà u ta' difiża komuni, lil hinn mir-rwol tiegħu fil-proċeduri baġitarji;

Relazzjoni bejn l-UE u n-NATO

40.  Jitlob relazzjoni aktar mill-qrib bejn il-PSDK u n-NATO, li toffri opportunità politika għal kollaborazzjoni u kumplimentarjetà f'kull livell, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 42(7), it-tieni subparagrafu, tat-TUE; ifakkar dwar il-bżonn ta' bilanċ mill-ġdid u tkabbir tas-sħubija strateġika bejn l-UE u n-NATO, bil-għan li jiġu żgurati l-kompatibilita, l-iżvilupp ta' kapaċitajiet konġunti u l-evitar tal-irduppjar ta' azzjonijiet u strutturi, biex b'hekk jitnaqqas l-infiq u ssir aktar effikaċi; jistieden lill-VP/RGħ tipparteċipa minnufih mas-sħab transatlantiċi bil-għan li jiċċaraw il-pożizzjoni tagħhom dwar is-suġġetti differenti indirizzati mill-Istrateġija Globali.

41.  Jitlob lill-VP/RGħ u s-Segretarju Ġenerali tan-NATO jipprovdu analiżi dettaljata tal-konsegwenzi ġuridiċi u politiċi tal-iskattar possibbli mir-Renju Unit tal-Artikolu 50 tat-TUE għall-iżvilupp tal-isħubija tal-UE/NATO;

42.  Jissottolinja li l-arranġamenti "Berlin plus" jenħtieġ li jiġu riformulati fil-fond bil-għan li jiġu adattati għall-kuntest strateġiku attwali u biex jiġu trattati n-nuqqasijiet misjuba, pereżempju permezz tatt-tisħiħ tal-mekkaniżmi tattiċi u operazzjonali f'xenarji fejn kemm l-UE kif ukoll in-NATO huma preżenti, sabiex b'hekk in-NATO tkun tista' tagħmel użu mill-istrumenti tal-UE;

Rakkomandazzjonijiet ta' politika

43.  Jappoġġja l-proposta għal Reviżjoni Annwali Koordinata dwar id-Difiża, li fil-kuntest tagħha l-Istati Membri se jikkoordinaw il-pjanijiet tal-infiq u tal-kapaċitajiet ta' difiża tagħhom, fi proċess miftuħ li jinvolvi kemm lill-Parlament Ewropew kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali;

44.  Jitlob lill-Kunsill u lill-VP/RGħ jiżviluppaw White Book tal-UE dwar is-Sigurtà u d-Difiża li jinkludi definizzjoni ċara tat-theddid u l-perikli għas-sigurtà Ewropea, iffaċjati mill-UE u mill-Istati Membri tagħha, bħala l-ewwel pass lejn il-ħolqien tal-kapaċitajiet meħtieġa mid-difiża Ewropea, u pjan direzzjonali b'fażijiet ċari u kalendarju għal passi progressivi li jridu jittieħdu lejn l-istabbiliment ta' Unjoni Ewropea tad-Difiża u politika ta' difiża komuni aktar effettiva; jemmen li dan il-White Book għandu jkun ir-riżultat tal-kontributi mill-bosta istituzzjonijiet Ewropej u għandu jkun kemm jista' jkun komprensiv u għandu jintegra l-miżuri differenti previsti mill-Unjoni;

45.  Jilqa' l-Pjan ta' Azzjoni Ewropew għad-Difiża mressaq mill-Kummissjoni f'Novembru 2016; jitlob, f'dan ir-rigward, li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jkomplu jiċċaraw l-governanza u l-finanzjament tal-Fond ta' Difiża Ewropea possibbli, partikolarment tal-possibilitajiet ta' kapaċità u riċerka; jikkunsidra li l-implimentazzjoni effettiva ta' dak il-pjan tirrikjedi appoġġ u impenn politiku b'saħħithom mill-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-UE; jiddispjaċih, f'dan ir-rigward, li l-Kummissjoni, l-EDA u l-Istati Membri għandhom ma wettqux il-kompiti kollha li rriżultaw mil-laqgħat tal-Kunsill Ewropew dwar id-difiża tal-2013 u l-2015;

46.  Jirrimarka li l-inizjattivi differenti mressqa mill-Kummissjoni jeħtieġ li jqisu l-fatturi speċifiċi tas-settur tad-difiża (regoli ta' parteċipazzjoni, drittijiet tal-proprjetà intellettwali, governanza, u dawn għandhom jintrabtu mar-rekwiżiti operazzjonali); se jżomm, tul in-negozjati għall-perjodu 2021-2027, ħarsa mill-qrib b'mod partikolari dwar l-implimentazzjoni ta' programm prospettiv ta' riċerka tad-difiża;

47.  Jikkunsidra li l-adozzjoni ta' White Book tal-UE dwar is-Sigurtà u d-Difiża għandha....u jibni fuq il-Pjan ta' Implimentazzjoni għas-Sigurtà u d-Difiża tal-Istrateġija Globali, sabiex jitmexxa t-tfassil progressiv ta' politika ta' difiża komuni għall-Unjoni; jenfasizza li dan id-dokument jenħtieġ li ma jirriflettix biss il-kapaċitajiet militari attwali tal-Istati Membri, iżda janalizza wkoll it-tip ta' kooperazzjoni meħtieġa u l-mezzi biex tinkiseb, it-tip ta' operazzjonijiet li l-UE tista' twettaq, u l-kapaċitajiet u l-fondi meħtieġa, filwaqt li jikkontribwixxi wkoll għall-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni bejn in-NATO u l-UE;

48.  Jitlob riforma immedjata tal-mekkaniżmu Athena, bil-għan li jiżdied il-potenzjal tiegħu għall-qsim tal-ispejjeż u għall-finanzjament komuni, kif ukoll biex jiżgura qsim ġust tan-nefqa operazzjonali, sabiex l-Istati Membri jitħeġġu jikkontribwixxu b'forzi, mingħajr ma jkunu ristretti minħabba l-kapaċitajiet finanzjarji tagħhom; iqis li din ir-riforma jenħtieġ li tiżgura li l-infiq komuni kollu msemmi fl-Annessi I sa IV fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/528 tas-27 ta' Marzu 2015, dejjem jiġu mħallsa mill-Programm Athena; iqis li r-riforma tal-mekkaniżmu Athena jenħtieġ li tintuża wkoll biex tiġi ffinanzjata n-nefqa għall-operazzjonijiet tal-"Forza Ewropea Integrata" (ladarba tkun stabbilita fil-PESCO), u inkluż il-Gruppi Tattiċi tal-UE;

49.  Jirrikjedi li l-missjonijiet militari ta' taħriġ Ewropej barra 'l pajiż jiksbu l-għan tagħhom li jħarrġu unitajiet militari nazzjonali lokali li jkunu kapaċi jindirizzaw kundizzjonijiet ta' gwerra u theddid għas-sigurtà (irvelli u terroriżmu); iqis li b'riżultat ta' dan, jeħtieġ li jkollhom l-armi u t-tagħmir meħtieġ kemm għat-taħriġ tagħhom u wkoll għall-kapaċità tagħhom li joperaw f'sitwazzjoni militari, u li l-militar Ewropew inkarigat mit-taħriġ tagħhom għandu jkun kapaċi li jakkumpanjhom bħala osservaturi mingħajr ma jintervjenu fl-operazzjonijiet, sabiex ikunu jistgħu jevalwa l-effikaċja tat-taħriġ u konsegwentement, biex ikun kapaċi jagħmlu l-aġġustamenti meħtieġa u jwettqu t-taħriġ mill-ġdid militari;

50.  Jenfasizza l-ħtieġa għal diskussjonijiet aktar fil-fond dwar il-relazzjoni futura bejn l-Unjoni u r-Renju Unit fi kwistjonijiet tal-PSDK, u b'mod partikolari fil-qasam tal-kapaċitajiet militari, jekk ir-Renju Unit jiddeċiedi li jixkatta l-Artikolu 50 tat-TUE; jikkunsidra li jeħtieġ li jinstabu arranġamenti ta' kmand ġodda fir-rigward tal-Kwartieri Ġenerali Operazzjonali ta' Northwood għal Operation Atalanta;

51.  Jitlob lill-Kunsill u lill-VP/RGħ biex jiżguraw koordinazzjoni fil-livelli kollha ta' interazzjoni: ċivili u militari, SEAE/Kummissjoni u UE/Stati Membri; jilqa' r-rabta ta' sigurtà interna/esterna stabbilita mill-Istrateġija Globali, u jitlob lill-VP/RGħ u lill-Kummissjoni jiżguraw il-koerenza u jiżguraw li l-aspetti interni u esterni tas-sigurtà huma koordinati b'mod xieraq, inkluż fil-livell amminstrattiv;

52.  Jissottolinja li l-UE għandha żżid l-isforzi tagħha biex issaħħaħ il-governanza globali, li twassal għal titjib fis-sitwazzjoni strateġika u ta' sigurtà; jistieden lill-Istati Membri jippromwovu r-riforma tan-NU sabiex din issaħħaħ il-proċessi ta' leġittimità, trasparenza, u kontabilità u l-effikaċja tagħhom; hu tal-fehma li l-Kunsill ta' Sigurtà tan-NU għandu jiġi riformat, speċjalment fir-rigward tal-kompożizzjoni tiegħu u tal-proċeduri ta' votazzjoni, sabiex tissaħħaħ il-kapaċità tiegħu li jaġixxi b'mod deċiżiv biex jindirizza l-isfidi għas-sigurtà globali, u biex imur lil hinn mis-sempliċi skop militari tiegħu;

53.  Jenfasizza li l-fattur uman hu wiħed mill-assi l-aktar prezzjużi fil-ħidma lejn difiża komuni; iqis li hemm bżonn ta' aktar investiment fit-taħriġ u l-edukazzjoni dwar il-PSDK, inkluża aktar ħidma dwar sistema integrata bbażata fuq iċ-ċentri militari nazzjonali, peress li kemm it-taħriġ kif ukoll l-edukazzjoni huma strumenti b'saħħithom biex isir avvanz f'dan il-qasam;

54.  Jikkunsidra li l-opinjonijiet espressi mill-Parlament Ewropew permezz ta' din ir-riżoluzzjoni jikkostitwixxu rakkomandazzjonijiet lill-Kunsill u lill-VP/RGħ kif imsemmi fl-Artikolu 36 tat-TUE; jikkunsidra li dawn ir-rakkomandazzjonijiet għandhom jiġu kkunsidrati b'mod xieraq mill-VP/RGħ fi kwalunkwe proposta għall-iżvilupp tal-PSDK, u mill-Kunsill meta jadotta dawn proposti, bħala prattika tajba ta' kooperazzjoni sinċiera reċiproka fost l-istituzzjonijiet tal-Unjoni;

55.  Jissottolinja li l-Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea li jiddikjara b'mod espliċitu li "l-azzjoni tal-Unjoni fix-xena internazzjonali għandha tkun iggwidata mill-prinċipji li ispiraw il-ħolqien, l-iżvilupp u t-tkabbir tagħha, u li tipprova tippromwovi fil-bqija tad-dinja: id-demokrazija, l-istat ta' dritt, l-universalità u l-indiviżibilità tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, ir-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-prinċipji tal-ugwaljanza u s-solidarjetà, u r-rispett għall-prinċipji tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti u d-dritt internazzjonali";

Evoluzzjonijiet u aġġustamenti possibbli tal-istruttura istituzzjonali attwali tal-Unjoni Ewropea

56.  Jistieden lill-membri ta' konvenzjoni futura:

–  jikkunsidraw ir-rakkomandazzjonijiet u l-orjentazzjonijiet ta' dan ir-rapport, tar-rapporti tal-Parlament dwar l-implimentazzjonital-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni u dwar l-Unjoni Ewropea tad-Difiża;

–  jinkludu, abbażi tar-rakkomandazzjonijiet u tal-orjentazzjonijiet ta' dawk ir-rapporti, dispożizzjonijiet fi trattat futur tal-Unjoni li,

•  li jistabbilixxu Forzi Armati Ewropej, li jkun kapaċi li jiskjeraw forzi ta' kumbattiment għal kunflitti ta' intensità għolja, forzi ta' stabbilizzazzjoni li jiżgura ftehimiet ta' waqfien mill-ġlied jew ftehimiet ta' paċi u ukoll servizzi mediċi b'kompiti ta' evakwazzjoni li jinkludu sptarijiet mobbli fuq il-post, kif ukoll forzi ta' loġistika militari u ta' inġinerija miltari;

•  li jistabbilixxu, fi ħdan il-politika tad-difiża komuni tal-Unjoni, linji gwida preċiżi u vinkolanti għall-attivazzjoni u l-implimentazzjoni tal-klawżola ta' għajnuna u assistenza reċiproka;

•  li jiżguraw il-qsim obbligatorju tal-informazzjoni fil-livell Ewropew fost il-korpi ta' intelligence nazzjonali fi ħdan strutturi ta' kooperazzjoni xierqa;

•  li jistabbilixxu grupp ta' ħidma permanenti dwar kwistjonijiet ta' difiża magħmul minn membri tal-Kummissjoni, bi presidenza tal-VP/RGħ; li jassoċjaw il-Parlament mar-rappreżentanti permanenti f'dan il-grupp; jkompli jinvolvi lill-Kummissjoni fid-difiża, permezz tar-riċerka, ippjanar u implimentazzjoni iffokati sew; jippermetti lill-VP/RGħ tallinja t-tibdil fil-klima fl-azzjoni esterna kollha tal-UE u partikolarment fil-PSDK;

–  li jikkunsidraw il-valutazzjoni tal-politika finanzjarja u baġitarja tal-infiq għad-difiża tal-Istati Membri f'Semestru Ewropew futur dwar id-Difiża, jiġifieri li jingħata kont tal-infiq ta' kull Stat Membru f'dan il-qasamm bil-għan li jirraportaw dwar l-importanza tal-infiq individwali għas-sigurtà tal-Ewropa kollha kemm hi; jemmen, li fuq il-perjodu twil ta' żmien, l-UE għandha tesplora l-possibilitajiet ta', u tiffoka fuq baġit komuni;

57.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, lis-Segretarju Ġenerali tal-Organizzazzjoni tat-Trattat tal-Atlantiku tat-Tramuntana, lill-aġenziji tal-UE fl-oqsma tal-ispazju, is-sigurtà u tad-difiża, u lill-parlamenti nazzjonali.

(1)

Testi adottati, P8_TA(2016)0120.

(2)

ĠU C 419, 16.12.2015, p. 138.

(3)

Testi adottati, P8_TA(2016)0435.

(4)

Testi adottati, P8_TA(2016)0019.

(5)

Testi adottati, P8_TA(2016)0440.

(6)

ĠU L 266, 13.10.2015, p. 55.

(7)

ĠU L 27, 30.1.2001, p. 1.


OPINJONI TAL-MINORANZA

dwar l-implikazzjonijiet kostituzzjonali, legali u istituzzjonali ta' politika ta' sigurtà u ta' difiża komuni il-possibilitajiet offruti mit-Trattat ta' Lisbona (2015/2343(INI))

Rapporteurs għall-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u għall-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali Esteban González Pons, Michael Gahler

Rapport tal-Minoranza mressaq mill-GUE/NGL MPE Sabine Lösing, Javier Couso Permuy, Takis Hadjigeorgiou, Sofia Sakorafa, Miguel Urban

Ir-rapport jesprimi l-bżonn għal finanzjament addizzjonali għad-difiża mill-Istati Membri għall-baġit tal-UE, u n-nefqa għad-difiża u militari għandhom jitħallsu minn dak il-baġit; jitlob li jkun hemm politika komuni Ewropea dwar l-armamenti u l-kapaċitajiet (EACP). Ir-rapport jinsisti dwar l-implimentazzjoni u l-operazzjonalizzazzjoni tal-Kooperazzjoni Strutturata Permanenti (PESCO), White Book tal-UE dwar is-Sigurtà u d-Difiża, kooperazzjoni UE-NATO aktar b'saħħitha u jitlob kooperazzjoni ċivili-militari msaħħa.

Aħna noġġezzjonaw għar-rapport peress li:

•  jitlob investiment akbar mill-Istati Membri fin-nefqa għad-difiża - mira tal-kapaċità tan-NATO (minimu ta' 2 % tal-PDG ta' nefqa għad-difiża, li tfisser bejn wieħed u ieħor EUR 100 biljun aktar sal-2020)

•  jilqa' l-attivazzjoni tal-klawżola dwar id-difiża 42(7) TUE li tmur lil hinn mill-Artikolu 5 tan-NATO

•  jitlob l-estensjoni tal-mekkaniżmu ATHENA, lil hinn mill-kontroll parlamentari, iħeġġeġ il-PESCO, iffinanzjat mill-UE flimkien mas-sistema ta' Gruppi ta' Battalja tal-UE u b'żieda ma' dan , il-ħolqien ta' "Forza Ewropea Integrata” permanenti;

•  jilqa' r-riċerka fid-difża, il-Fond tad-Difiża tal-UE u l-Pjan ta' Azzjoni Ewropew għad-Difiża li jibbenefika mill-profitti tal-industriji tad-difiża u tas-sigurtà tal-UE u l-Kumpless Militari Industrijali;

•   hu nieqes minn talba qawwija għal sorveljanza parlamentari sinifikanti dwar il-PSDK;

Aħna nesiġu:

-  id-diżarm radikali (anki nukleari), fl-UE u f'livell dinji;

-  l-ebda finanzjament militari mill-baġit tal-UE u interpretazzjoni stretta tal-Artikolu 41(2) tat-TUE

-  ix-xoljiment tan-NATO


OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġits (26.1.2017)

għall-Kumitat għall-Affarijiet BarraninKumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali

dwar l-implikazzjonijiet kostituzzjonali, legali u istituzzjonali ta' politika ta' sigurtà u ta' difiża komuni possibilitajiet offruti mit-Tratatt ta' Lisbona

(2015/2343(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Jean Arthuis

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Baġits jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, u lill-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali, bħala l-Kumitati responsabbli, biex jinkorporaw is-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tagħhom:

1.  Jinnota li l-iżviluppi politiċi reċenti kif ukoll il-bosta tipi ta' theddid li jaffettwaw lill-Istati Membri kemm fi ħdan l-UE kif ukoll fin-NATO, jkomplu jisħqu dwar l-urġenza assoluta li tiġi stabbilita Unjoni Ewropea ta' Sigurtà u ta' Difiża reali u wkoll il-bżonn li tissaħħaħ l-awtonomija strateġika tal-Unjoni Ewropea;

2.  Iqis li l-ġbir flimkien tar-riżorsi finanzjarji hu fattur ewlieni li jħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jaġixxu b'mod proporzjonali għall-isfidi attwali fil-qasam tas-sigurtà u tad-difiża; jirrimarka li n-nuqqas tal-UE milli tagħmel użu sħiħ tal-possibilitajiet offruti mit-Trattat ta' Lisbona jfisser li l-azzjoni tagħha hi mxekkla minn mekkaniżmi ta' qsim tal-ispejjeż kumplessi u mhux attraenti; jemmen bil-qawwa, li fid-dawl tal-ambjent ta' sigurtà attwali tal-UE, hu ta' importanza ewlenija li l-istrumenti stipulati fit-Trattat ta' Lisbona, jiġu finalment implimentati, partikolarment fir-rigward tal-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni fost l-Istati Membri, inkluż dawk dwar l-aspetti finanzjarji u baġitarji;

3.  Ifakkar li hu stmat li "l-Kost tan-Non-Ewropa" f'termini ta' sigurtà u ta' difiża u t-titjib fl-effiċjenza potenzjali, huma bejn EUR 26 biljun u EUR 130 biljun fis-sena, anke jekk kwalunkwe sforz biex jiġi stabbilit prezz definittiv hu ġeneralment diffiċli ferm; jenfasizza l-importanza li jkun hemm infiq aħjar dwar id-difiża permezz ta' aktar kooperazzjoni, ippjanar u proċeduri ta' akkwist komuni, u dan biex jiġu evitati d-duplikazzjoni, il-frammentazzjoni u n-nuqqas ta' operabilità; iqis li l-industrija tal-armi Ewropea tista' tlaħħaq mal-firxa sħiħa ta' bżonnijiet ta' difiża mingħajr dipendenza fuq importazzjonijiet barra mill-Ewropa;

4.  Jemmen bil-qawwa li l-użu tal-fondi tal-Unjoni permezz tal-baġit tal-UE jirrifletti espressjoni ta' koeżjoni u solidarjetà qawwija u jippermetti kontroll aħjar u trasparenza akbar tal-finanzjament; jinsab konvint hemm bżonn ta' żieda fil-baġit tal-UE, li tista' tinkiseb permezz ta' riżorsi proprji addizzjonali jew b'sors proprju addizzjonali ta' livell ogħla ta' Introjtu Nazzjonali Gross (ING);

5.  Iħeġġeġ li jittieħdu l-passi konkreti li ġejjin fuq it-terminu qasir ta' żmien:

–  Ir-reviżjoni sostanzjali u l-estensjoni tal-mekkaniżmu Athena li jiżgura finanzjament aktar kollettiv tal-missjonijiet tal-UE;

–  Il-ħolqien ta' kooperazzjoni strutturata permanenti (PESCO) u tal-fond ta' tnedija stipulat fl-Artikolu 41(3) TUE, jgħin it-tnedija aktar rapida ta' operazzjonijiet ta' politika ta' sigurtà u ta' difiża komuni (PSDK);militari

–  L-eżami ta' possibilitajiet għal finanzjament ottimali tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għad-Difiża (EDA);

–  L-implimentazzjoni kompluta tal-azzjoni preparatorja dwar ir-riċerka fil-qasam tal-PSDK, billi din titqies bħala inizjattiva politika ġdida b'impatt sinifikanti fuq il-baġit tal-UE, li min-natura tagħha biss għandu jkompli jkun mogħni b'riżorsi friski; iħeġġeġ bil-qawwa l-ħolqien ta' forum ta' konsultazzjoni speċifika tal-partijiet interessati kollha sabiex tiġi allinjata l-provvista u t-talba għat-tħejjija tal-programm ta' riċerka tad-difiża taħt il-qafas finanzjarju pluriennali (QFP);

6.  Jemmen li, fuq it-terminu twil ta' żmien, l-UE għandha tesplora l-possibilitajiet ta' u tiffoka fuq baġit komuni, inkluż l-istruttura ta' kmand, operazzjonijiet u tagħmir konġunt, kif ukoll programm xieraq tal-UE dwar ir-Riċerka fil-qasam tal-PSDK, b'kunsiderazzjoni tal-ispeċifiċitajiet tas-settur tad-difiża; jistenna b'interess il-preżentazzjoni tal-proposta tal-Kummissjoni għal Fond Ewropew għad-Difiża;

7.  Iħeġġeġ bil-qawwa lill-Kummissjoni, lill-Aġenzija Ewropea għad-Difiża u lill-Istati Membri jipparteċipaw b'mod attiv fil-proċess ta' implimentazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni Ewropew għad-Difiża; jistieden lill-Kummissjoni, biex fl-ewwel kwart tal-2017, tiċċara l-istruttura ġuridika u s-sorsjar tal-baġit tal-Fond Ewropew għad-Difiża.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

25.1.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

25

4

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Nedzhmi Ali, Jean Arthuis, Reimer Böge, Lefteris Christoforou, Gérard Deprez, Manuel dos Santos, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazabal Rubial, Jens Geier, Esteban González Pons, Ingeborg Gräßle, Iris Hoffmann, Monika Hohlmeier, Zbigniew Kuźmiuk, Victor Negrescu, Jan Olbrycht, Paul Rübig, Petri Sarvamaa, Patricija Šulin, Eleftherios Synadinos, Indrek Tarand, Isabelle Thomas, Inese Vaidere, Daniele Viotti, Tiemo Wölken

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Jean-Paul Denanot, Andrey Novakov, Marco Valli

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Paul Brannen, Ulrike Lunacek


RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

9.2.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

48

21

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Louis Aliot, Petras Auštrevičius, Amjad Bashir, Goffredo Maria Bettini, Mario Borghezio, Elmar Brok, Klaus Buchner, James Carver, Javier Couso Permuy, Andi Cristea, Pascal Durand, Georgios Epitideios, Knut Fleckenstein, Anna Elżbieta Fotyga, Eugen Freund, Michael Gahler, Esteban González Pons, Iveta Grigule, Diane James, Manolis Kefalogiannis, Tunne Kelam, Janusz Korwin-Mikke, Andrey Kovatchev, Eduard Kukan, Ilhan Kyuchyuk, Ryszard Antoni Legutko, Barbara Lochbihler, Sabine Lösing, Ulrike Lunacek, Andrejs Mamikins, David McAllister, Francisco José Millán Mon, Maite Pagazaurtundúa Ruiz, Pier Antonio Panzeri, Demetris Papadakis, Ioan Mircea Paşcu, Alojz Peterle, Tonino Picula, Cristian Dan Preda, Jozo Radoš, Jacek Saryusz-Wolski, György Schöpflin, Pedro Silva Pereira, Jaromír Štětina, Dubravka Šuica, Charles Tannock, Claudia Țapardel, Geoffrey Van Orden

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Max Andersson, Laima Liucija Andrikienė, Brando Benifei, Doru-Claudian Frunzulică, Elisabetta Gardini, Neena Gill CBE, María Teresa Giménez Barbat, Charles Goerens, Enrique Guerrero Salom, Antonio López-Istúriz White, Gilles Pargneaux, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Marietje Schaake, Jean-Luc Schaffhauser, Igor Šoltes, Renate Sommer, Ernest Urtasun, Paavo Väyrynen, Janusz Zemke, Željana Zovko

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Dieter-Lebrecht Koch, Ramón Luis Valcárcel Siso


RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

9.2.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

48

21

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Louis Aliot, Petras Auštrevičius, Amjad Bashir, Goffredo Maria Bettini, Mario Borghezio, Elmar Brok, Klaus Buchner, James Carver, Javier Couso Permuy, Andi Cristea, Pascal Durand, Georgios Epitideios, Knut Fleckenstein, Anna Elżbieta Fotyga, Eugen Freund, Michael Gahler, Esteban González Pons, Iveta Grigule, Diane James, Manolis Kefalogiannis, Tunne Kelam, Janusz Korwin-Mikke, Andrey Kovatchev, Eduard Kukan, Ilhan Kyuchyuk, Ryszard Antoni Legutko, Barbara Lochbihler, Sabine Lösing, Ulrike Lunacek, Andrejs Mamikins, David McAllister, Francisco José Millán Mon, Maite Pagazaurtundúa Ruiz, Pier Antonio Panzeri, Demetris Papadakis, Ioan Mircea Paşcu, Alojz Peterle, Tonino Picula, Cristian Dan Preda, Jozo Radoš, Jacek Saryusz-Wolski, György Schöpflin, Pedro Silva Pereira, Jaromír Štětina, Dubravka Šuica, Charles Tannock, Claudia Țapardel, Geoffrey Van Orden

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Max Andersson, Laima Liucija Andrikienė, Brando Benifei, Doru-Claudian Frunzulică, Elisabetta Gardini, Neena Gill CBE, María Teresa Giménez Barbat, Charles Goerens, Enrique Guerrero Salom, Antonio López-Istúriz White, Gilles Pargneaux, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Marietje Schaake, Jean-Luc Schaffhauser, Igor Šoltes, Renate Sommer, Ernest Urtasun, Paavo Väyrynen, Janusz Zemke, Željana Zovko

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Dieter-Lebrecht Koch, Ramón Luis Valcárcel Siso

Avviż legali