Proċedura : 2016/0014(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0048/2017

Testi mressqa :

A8-0048/2017

Dibattiti :

PV 04/04/2017 - 5
CRE 04/04/2017 - 5
PV 18/04/2018 - 21
CRE 18/04/2018 - 21

Votazzjonijiet :

PV 04/04/2017 - 7.2
CRE 04/04/2017 - 7.2
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
PV 19/04/2018 - 10.6
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2017)0097
P8_TA(2018)0179

RAPPORT     ***I
PDF 2544kWORD 265k
1.3.2017
PE 585.750v03-00 A8-0048/2017

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta' sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi

(COM(2016)0031 – C8-0015/2016 – 2016/0014(COD))

Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur

Rapporteur: Daniel Dalton

ERRATA/ADDENDA
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel
 OPINJONI tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta' sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi

(COM(2016)0031 – C8-0015/2016 – 2016/0014(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2016)0031),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0015/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-25 ta' Mejju 2016(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel kif ukoll tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0048/2017),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  Is-suq intern jinkludi żona mingħajr fruntieri interni fejn għandu jiġi żgurat il-moviment liberu tal-merkanzija, tal-persuni, tas-servizzi u tal-kapital. Ir-regoli tas-suq intern għandhom ikunu trasparenti, sempliċi u konsistenti, sabiex b'hekk jiġu pprovduti ċertezza u ċarezza legali għall-benefiċċju tan-negozji u tal-konsumaturi.

(1)  Is-suq intern jinkludi żona mingħajr fruntieri interni fejn jenħtieġ li jiġi żgurat il-moviment liberu tal-merkanzija, tal-persuni, tas-servizzi u tal-kapital. Ir-regoli tas-suq intern jenħtieġ li jkunu trasparenti, sempliċi, konsistenti u effikaċi, sabiex b'hekk jiġu pprovduti ċertezza u ċarezza legali għall-benefiċċju tan-negozji u tal-konsumaturi.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Madankollu, f'dik il-valutazzjoni ġie konkluż li hemm il-ħtieġa li jiġu introdotti dispożizzjonijiet dwar is-sorveljanza tas-suq sabiex jikkumplimentaw ir-rekwiżiti tal-approvazzjoni tat-tip, il-ħtieġa li jiġu ċċarati l-proċeduri ta' sejħiet lura u ta' salvagwardja, kif ukoll il-kundizzjonijiet għall-għoti ta' estensjonijiet għall-approvazzjonijiet għat-tipi ta' vetturi eżistenti, il-ħtieġa li jittejjeb l-infurzar tal-qafas tal-approvazzjoni tat-tip permezz tal-armonizzazzjoni u t-tisħiħ tal-approvazzjoni tat-tip u l-konformità tal-proċeduri tal-produzzjoni applikati mill-awtoritajiet tal-Istati Membri u mis-servizzi tekniċi, il-ħtieġa li jiġu ċċarati r-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-operaturi ekonomiċi fil-katina tal-provvista, kif ukoll tal-awtoritajiet u tal-partijiet involuti fl-infurzar tal-qafas, u l-ħtieġa li tittejjeb l-adegwatezza tal-iskemi alternattivi tal-approvazzjoni tat-tip (approvazzjonijiet individwali u ta' serje żgħar nazzjonali) u tal-proċess tal-approvazzjoni tat-tip f'diversi stadji sabiex tiġi pprovduta flessibbiltà xierqa għal swieq niċeċ u SMEs, madankollu, mingħajr ma jiġu mfixkla l-kundizzjonijiet ekwi.

(4)  Madankollu, f'dik il-valutazzjoni ġie konkluż li hemm il-ħtieġa li jiġu introdotti dispożizzjonijiet dwar is-sorveljanza tas-suq sabiex jikkumplimentaw ir-rekwiżiti tal-approvazzjoni tat-tip, il-ħtieġa li jiġu ċċarati l-proċeduri ta' sejħiet lura u ta' salvagwardja, kif ukoll il-kundizzjonijiet għall-għoti ta' estensjonijiet għall-approvazzjonijiet għat-tipi ta' vetturi eżistenti, il-ħtieġa li jittejjeb l-infurzar tal-qafas tal-approvazzjoni tat-tip permezz tal-armonizzazzjoni u t-tisħiħ tal-approvazzjoni tat-tip u l-konformità tal-proċeduri tal-produzzjoni applikati mill-awtoritajiet tal-Istati Membri u mis-servizzi tekniċi, il-ħtieġa li jiġu delineati b'mod ċar ir-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-operaturi ekonomiċi fil-katina tal-provvista, kif ukoll tal-awtoritajiet u tal-partijiet involuti fl-infurzar tal-qafas, filwaqt li jiġi żgurat li dawk ir-rwoli u r-responsabbiltajiet ma jikkoinċidux, tiġi ggarantita l-indipendenza tal-operaturi, l-awtoritajiet u l-partijiet imsemmija qabel, u jiġu evitati l-kunflitti ta' interess, u l-ħtieġa li tittejjeb l-adegwatezza tal-iskemi alternattivi tal-approvazzjoni tat-tip (approvazzjonijiet individwali u ta' serje żgħar nazzjonali) u tal-proċess tal-approvazzjoni tat-tip f'diversi stadji sabiex tiġi pprovduta flessibbiltà xierqa għal swieq niċeċ u SMEs, madankollu, mingħajr ma jiġu mfixkla l-kundizzjonijiet ekwi.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Barra minn hekk, il-problemi riċenti li nstabu matul l-implimentazzjoni tal-qafas tal-approvazzjoni tat-tip kixfu dgħjufijiet partikolari u juru li hemm bżonn ta' reviżjoni fundamentali sabiex jiġi żgurat qafas regolatorju robust, trasparenti, prevedibbli u sostenibbli li jipprevedi li jkun hemm livell għoli ta' sikurezza u ta' saħħa u protezzjoni ambjentali.

(5)  Barra minn hekk, il-problemi riċenti li nstabu matul l-implimentazzjoni tal-qafas tal-approvazzjoni tat-tip kixfu dgħjufijiet partikolari u juru li hemm bżonn ta' tisħiħ ulterjuri ta' dak il-qafas regolatorju sabiex jiġi żgurat li jkun robust, trasparenti, prevedibbli u sostenibbli u jipprevedi li jkun hemm livell għoli ta' sikurezza u ta' saħħa u protezzjoni ambjentali.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 5a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a)  Peress li l-ħarsien tal-konsumatur jikkostitwixxi prijorità għall-Unjoni, jenħtieġ li l-manifatturi tal-vetturi li jiċċirkolaw fl-Unjoni jkunu obbligati jissottomettu dawk il-vetturi għall-ittestjar qabel ma jitqiegħdu fis-suq u tul il-ħajja tagħhom. Jenħtieġ li l-Istati Membri u l-Kummissjoni jkunu garanti ta' din is-sorveljanza doppja, billi wieħed ikun jista' jaġixxi fejn l-ieħor jonqos milli jagħmel dan.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 5b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5b)  Jenħtieġ li l-UE tagħmel dak kollu li tista' biex tevita li l-manifatturi tal-karozzi jqarrqu bil-ħsieb li jimmanipulaw it-testijiet tal-emissjonijiet tat-tniġġis u tal-konsum tal-fjuwil sabiex jiġġeneraw riżultati foloz jew jaħarbu minn xi regoli oħrajn. Jenħtieġ li din il-manipulazzjoni tieqaf darba għal dejjem.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 5c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5c)  Dan ir-Regolament għandu l-għan li jindirizza l-pass kajman tal-operazzjonijiet ta' sejħa lura tal-vetturi fl-Unjoni. Il-proċedura eżistenti ma tiggarantixxix il-ħarsien effikaċi taċ-ċittadini Ewropej, għall-kuntrarju tal-proċedura tal-Istati Uniti, li ppermettiet li tittieħed azzjoni malajr. Minn din il-perspettiva, huwa essenzjali li l-Kummissjoni titħalla titlob lill-operaturi ekonomiċi jieħdu l-miżuri restrittivi meħtieġa kollha, inkluża s-sejħa lura tal-vetturi sabiex vetturi, sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati oħrajn li ma jkunux konformi jinġiebu konformi ma' dan ir-Regolament.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 5d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5d)  Jekk tinstab irregolarità f'vetturi fiċ-ċirkolazzjoni li tmur kontra r-regoli ta' awtorizzazzjoni inizjali u/jew tpoġġi s-sikurezza tal-konsumaturi f'riskju jew taqbeż il-limiti ta' tniġġis, huwa fl-interess tal-konsumaturi Ewropej li jkunu jistgħu jistrieħu fuq miżuri korrettivi rapidi, xierqa u koordinati, inkluża, fejn meħtieġ, is-sejħa lura tal-vetturi applikabbli fl-Unjoni kollha. Jenħtieġ li l-Istati Membri jagħtu lill-Kummissjoni l-informazzjoni kollha fil-pussess tagħhom sabiex tkun tista' tieħu azzjoni xierqa u rapida biex tiddefendi l-integrità tas-suq uniku.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji armonizzati għall-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta' sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi, u l-approvazzjoni tal-vettura individwali, bil-għan li jiġi żgurat il-funzjonament xieraq tas-suq intern għall-benefiċċju tan-negozji u l-konsumaturi u jiġi offrut livell għoli ta' sikurezza u protezzjoni tas-saħħa u l-ambjent.

(6)  Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji armonizzati għall-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta' sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi, u l-approvazzjoni tal-vettura individwali, bil-għan li tiġi żgurata l-applikazzjoni konsistenti ta' standards ta' kwalità għolja għall-verifika tal-konformità tal-produzzjoni, li tippermetti l-funzjonament xieraq tas-suq intern għall-benefiċċju tan-negozji, b'attenzjoni sħiħa u korretta għad-drittijiet tal-konsumaturi, filwaqt li jiġi offrut livell għoli ta' sikurezza u protezzjoni tas-saħħa u l-ambjent.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-rekwiżiti tekniċi u amministrattivi sostantivi tal-approvazzjoni tat-tip għall-vetturi bil-mutur tal-kategoriji M u N u l-karrijiet tagħhom (il-kategorija O) u għas-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi bil-għan li jiġi żgurat livell adegwat ta' sikurezza u prestazzjoni ambjentali. Dawn il-kategoriji jkopru vetturi bil-mutur għat-trasport tal-passiġġieri, vetturi bil-mutur għat-trasport tal-merkanzija u l-karrijiet tagħhom, rispettivament.

(7)  Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-rekwiżiti tekniċi u amministrattivi sostantivi tal-approvazzjoni tat-tip għall-vetturi bil-mutur tal-kategoriji M u N u l-karrijiet tagħhom (il-kategorija O) u għas-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi bil-għan li jiġi żgurat livell għoli ta' sikurezza u prestazzjoni ambjentali. Dawn il-kategoriji jkopru vetturi bil-mutur għat-trasport tal-passiġġieri, vetturi bil-mutur għat-trasport tal-merkanzija u l-karrijiet tagħhom, rispettivament.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 7a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a)  Jenħtieġ li dan ir-Regolament jiżgura proċeduri ta' approvazzjoni tat-tip u ta' sorveljanza tas-suq affidabbli, armonizzati u trasparenti fl-Istati Membri.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 7b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7b)  Jenħtieġ li dan ir-Regolament jiżgura li l-awtoritajiet nazzjonali tal-approvazzjoni tat-tip jinterpretaw, japplikaw u jinfurzaw ir-rekwiżiti tiegħu fl-Unjoni kollha. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa tissorvelja l-ħidma tal-awtoritajiet nazzjonali permezz ta' awditjar regolari, testijiet mill-ġdid ta' kampjuni aleatorji tal-approvazzjonijiet tat-tip maħruġa u monitoraġġ ġenerali tal-applikazzjoni armonizzata ta' dan ir-Regolament.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 8a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8a)  Għall-finijiet ta' konformità ma' dan ir-Regolament, jenħtieġ li jitqiesu d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2014/45 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a.

 

__________________

 

1a Id-Direttiva 2014/45/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' April 2014 dwar testijiet perjodiċi tal-affidabbiltà stradali għal vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom u li tħassar id-Direttiva 2009/40/KE (ĠU L 127, 29.4.2014, p. 51).

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  Għandha tiġi żgurata implimentazzjoni effettiva tar-rekwiżiti tal-approvazzjoni tat-tip permezz tat-titjib tad-dispożizzjonijiet dwar il-konformità tal-produzzjoni billi, inter alia, tipprovdi awditjar perjodiku obbligatorju tal-metodi ta' kontroll tal-konformità u l-konformità kontinwa tal-prodotti kkonċernati u t-tisħiħ tar-rekwiżiti relatati mal-kompetenza, l-obbligi u l-prestazzjoni tas-servizzi tekniċi li jwettqu t-testijiet għall-approvazzjoni tat-tip tal-vettura sħiħa taħt ir-responsabbiltà tal-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip. Il-funzjonament xieraq tas-servizzi tekniċi huwa kruċjali sabiex jiġi żgurat livell għoli ta' sikurezza, protezzjoni u l-ambjent u l-fiduċja taċ-ċittadini fis-sistema. Il-kriterji għad-deżinjazzjoni tas-servizzi tekniċi pprovduti mid-Direttiva 2007/46/KE għandhom jiġu stabbiliti f'iktar dettall tiġi żgurata l-applikazzjoni konsistenti tagħhom. Il-metodi ta' valutazzjoni tas-servizzi tekniċi fl-Istati Membri għandhom tendenza li jvarjaw b'mod progressiv minħabba l-kumplessità tal-ħidma tagħhom. Għalhekk, hemm bżonn li jiġi pprovdut għal obbligi proċedurali li jiżguraw skambju tal-informazzjoni u monitoraġġ tal-prattiki tal-Istati membri għall-valutazzjoni, id-deżinjazzjoni, in-notifika u l-monitoraġġ tas-servizzi tekniċi tagħhom. Dawn l-obbligi proċedurali għandhom ineħħu kwalunkwe diskrepanza eżistenti fil-metodi użati u fl-interpretazzjoni tal-kriterji għad-deżinjazzjoni tas-servizzi tekniċi.

(9)  Jenħtieġ li tiġi żgurata implimentazzjoni effikaċi tar-rekwiżiti tal-approvazzjoni tat-tip permezz tat-titjib tad-dispożizzjonijiet dwar il-konformità tal-produzzjoni billi jingħata aċċess aħjar għall-informazzjoni, jinħoloq qafas sod għat-tekniki ta' ottimizzazzjoni matul it-testijiet fil-laboratorju, tingħata attenzjoni partikolari għar-riskju ta' apparat illegali ta' manipulazzjoni li l-użu tiegħu hu pprojbit mir-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a, jiġi previst awditjar perjodiku obbligatorju tal-metodi ta' kontroll tal-konformità u l-konformità kontinwa tal-prodotti kkonċernati u jissaħħu u jiġu armonizzati r-rekwiżiti relatati mal-kompetenza, l-obbligi u l-prestazzjoni tas-servizzi tekniċi li jwettqu t-testijiet għall-approvazzjoni tat-tip tal-vettura sħiħa taħt ir-responsabbiltà tal-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip. Il-funzjonament xieraq tas-servizzi tekniċi huwa kruċjali sabiex jiġi żgurat livell għoli ta' sikurezza, protezzjoni u l-ambjent u l-fiduċja taċ-ċittadini fis-sistema. Il-kriterji għad-deżinjazzjoni tas-servizzi tekniċi pprovduti mid-Direttiva 2007/46/KE għandhom jiġu stabbiliti f'iktar dettall sabiex jiġi żgurat li jiġu applikati b'mod konsistenti fl-Istati Membri kollha. Il-metodi ta' valutazzjoni tas-servizzi tekniċi fl-Istati Membri għandhom tendenza li jvarjaw b'mod progressiv minħabba l-kumplessità dejjem akbar tax-xogħol tagħhom. Għalhekk, hemm bżonn li jiġi pprovdut għal obbligi proċedurali li jiżguraw skambju tal-informazzjoni u monitoraġġ tal-prattiki tal-Istati membri għall-valutazzjoni, id-deżinjazzjoni, in-notifika u l-monitoraġġ tas-servizzi tekniċi tagħhom. Dawn l-obbligi proċedurali għandhom ineħħu kwalunkwe diskrepanza eżistenti fil-metodi użati u fl-interpretazzjoni tal-kriterji għad-deżinjazzjoni tas-servizzi tekniċi. Sabiex jiġu żgurati sorveljanza adegwata u kundizzjonijiet ekwi fl-Unjoni kollha, il-valutazzjoni tas-servizz tekniku ta' applikant għandha tinkludi valutazzjoni fuq il-post u osservazzjoni diretta tat-testijiet tal-approvazzjoni tat-tip imwettqa effettivament.

 

___________________

 

1a Ir-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ġunju 2007 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta' vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta' vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi (ĠU L 171, 29.6.2007, p. 1).

Emenda    14

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  Il-bżonn għall-kontroll u l-monitoraġġ tas-servizzi tekniċi mill-awtoritajiet tad-deżinjazzjoni żdied mindu l-progress tekniku żied ir-riskju li s-servizzi tekniċi ma jkollhomx il-kompetenza meħtieġa biex jiġu ttestjati teknoloġiji ġodda jew apparati li joħorġu fil-kamp ta' applikazzjoni tad-deżinjazzjoni tagħhom. Peress li l-progress tekniku jqassar iċ-ċikli tal-prodotti u peress li l-intervalli tal-valutazzjonijiet fuq il-post għal sorveljanza u tal-monitoraġġ ivarjaw bejn l-awtoritajiet tad-deżinjazzjoni, għandhom jiġu stabbiliti rekwiżiti minimi fir-rigward tal-intervalli tas-sorveljanza u l-monitoraġġ tas-servizzi tekniċi.

(10)  Il-bżonn ta' ċertifikazzjoni, kontroll u monitoraġġ tas-servizzi tekniċi żdied mindu l-progress tekniku żied ir-riskju li s-servizzi tekniċi ma jkollhomx il-kompetenza meħtieġa biex jiġu ttestjati teknoloġiji ġodda jew apparati li joħorġu fil-kamp ta' applikazzjoni tad-deżinjazzjoni tagħhom. Minħabba d-differenzi kbar fl-interpretazzjoni tal-implimentazzjoni attwali tad-Direttiva 2007/46/KE u l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tagħha matul il-proċedura tal-approvazzjoni tat-tip, jeżistu differenzi konsiderevoli fost is-servizzi tekniċi. Għalhekk, iċ-ċertifikazzjoni, il-kontroll u l-monitoraġġ iridu jiżdiedu u jiġu armonizzati sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi fis-suq uniku Ewropew. Peress li l-progress tekniku jqassar iċ-ċikli tal-prodotti u peress li l-intervalli tal-valutazzjonijiet fuq il-post għal sorveljanza u tal-monitoraġġ ivarjaw bejn l-awtoritajiet tad-deżinjazzjoni, għandhom jiġu stabbiliti rekwiżiti minimi fir-rigward tal-intervalli tas-sorveljanza u l-monitoraġġ tas-servizzi tekniċi.

Ġustifikazzjoni

Is-servizzi tekniċi huma involuti fl-iżvilupp tal-aktar teknoloġiji ġodda permezz tal-kollaborazzjoni tagħhom u x-xogħol li jagħmlu għall-fornituri tal-manifatturi tal-karozzi. Id-differenzi osservati joriġinaw mill-interpretazzjoni differenti tad-direttivi attwali.

Emenda    15

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  Sabiex jiżdiedu t-trasparenza u l-fiduċja reċiproka u sabiex jiġu allinjati u żviluppati iktar il-kriterji għall-valutazzjoni, id-deżinjazzjoni u n-notifika tas-servizzi tekniċi, kif ukoll il-proċeduri ta' estensjoni u tiġdid, l-Istati Membri għandhom jikkooperaw ma' xulxin u mal-Kummissjoni. Għandhom jikkonsultaw lil xulxin u lill-Kummissjoni fuq kwistjonijiet ta' rilevanza ġenerali għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament u jinformaw lil xulxin u lill-Kummissjoni dwar il-mudell tal-lista ta' kontroll tagħhom.

(12)  Sabiex jiżdiedu t-trasparenza u l-fiduċja reċiproka u sabiex jiġu allinjati u żviluppati iktar il-kriterji għall-valutazzjoni, id-deżinjazzjoni u n-notifika tas-servizzi tekniċi, kif ukoll il-proċeduri ta' estensjoni u tiġdid, jenħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu mekkaniżmi ta' kooperazzjoni ma' xulxin u mal-Kummissjoni. Jenħtieġ li jikkonsultaw lil xulxin u lill-Kummissjoni fuq kwistjonijiet ta' rilevanza ġenerali għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament u jinformaw lil xulxin u lill-Kummissjoni dwar il-mudell tal-lista ta' kontroll tagħhom. Dan ir-Regolament jistabbilixxi database online li, flimkien mas-Sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern (IMI) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1024/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a, tista' tipprovdi mezz elettroniku utli li jiffaċilita u jsaħħaħ il-kooperazzjoni amministrattiva li tiġġestixxi l-iskambju ta' informazzjoni fuq il-bażi ta' proċeduri sempliċi u unifikati. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni għandha tqis li tagħmel użu minn databases online eżistenti bħall-ETAES jew il-Eucaris.

 

__________________

 

1a Ir-Regolament (UE) Nru 1024/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/49/KE ("ir-Regolament tal-IMI") (ĠU L 316, 14.11.2012, p. 1).

Emenda    16

Proposta għal regolament

Premessa 12a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12a)  Il-problemi attwali fil-qasam tal-approvazzjoni tat-tip kixfu dgħufijiet importanti fis-sistemi nazzjonali eżistenti għas-sorveljanza tas-suq u l-kontroll tal-approvazzjoni tat-tip. Għaldaqstant hemm bżonn li, bħala reazzjoni immedjata għall-fallimenti żvelati, tingħata s-setgħa lill-Kummissjoni biex twettaq il-kompiti superviżorji xierqa.

Emenda    17

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  Meta d-deżinjazzjoni ta' servizz tekniku tkun ibbażata fuq l-akkreditazzjoni skont it-tifsira tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill12, il-korpi ta' akkreditazzjoni u l-awtoritajiet tad-deżinjazzjoni għandhom jiskambjaw informazzjoni rilevanti għall-valutazzjoni tal-kompetenza tas-servizzi tekniċi.

(13)  Meta d-deżinjazzjoni ta' servizz tekniku tkun ibbażata fuq l-akkreditament skont it-tifsira tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill12, jenħtieġ li l-korpi ta' akkreditament u l-awtoritajiet tad-deżinjazzjoni jiżguraw li s-servizzi tekniċi jkunu kompetenti u indipendenti.

__________________

__________________

12 Regolament (KE) 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 339/93 (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30).

12 Regolament (KE) 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 339/93 (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30).

Emenda    18

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  L-Istati Membri għandhom jimponu tariffi għad-deżinjazzjoni u l-monitoraġġ tas-servizzi tekniċi sabiex jiżguraw is-sostenibbiltà tal-monitoraġġ ta' dawk is-servizzi tekniċi mill-Istati Membri u sabiex jistabbilixxu kundizzjonijiet ekwi għas-servizzi tekniċi. Sabiex tiġi żgurata trasparenza, l-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn qabel ma jadottaw il-livell u l-istruttura tat-tariffi.

imħassar

Emenda    19

Proposta għal regolament

Premessa 14a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(14a)   Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li l-operatur ekonomiku ma jħallasx tariffi direttament lis-servizz tekniku għall-ispejjeż ta' approvazzjonijiet tat-tip u attivitajiet ta' sorveljanza tas-suq. Din id-dispożizzjoni ma għandhiex ixxekkel il-kapaċità tal-operaturi ekonomiċi li jagħżlu s-servizz tekniku li jixtiequ jużaw għal dawk l-attivitajiet.

Emenda    20

Proposta għal regolament

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)  L-indipendenza tas-servizzi tekniċi fir-rigward tal-manifatturi għandha tiġi żgurata, inkluż billi jiġu evitati pagamenti diretti jew indiretti mill-manifatturi għall-ispezzjonijiet u t-testijiet tal-approvazzjoni tat-tip li jkunu wettqu. Għalhekk, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu struttura ta' tariffi għall-approvazzjonijiet tat-tip li għandha tkopri l-kostijiet għat-twettiq tat-testijiet u l-ispezzjonijiet kollha tal-approvazzjonijiet tat-tip li jwettqu s-servizzi tekniċi maħturin mill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip, kif ukoll il-kostijiet amministrattivi għall-ħruġ tal-approvazzjoni tat-tip u l-kostijiet għat-twettiq tat-testijiet u l-ispezzjonijiet tal-konformità ex-post.

imħassar

Emenda    21

Proposta għal regolament

Premessa 17a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(17a)  Sabiex il-forzi tas-suq ikunu jistgħu jaħdmu, jenħtieġ li s-servizzi tekniċi japplikaw ir-regoli għall-proċeduri tal-approvazzjoni tat-tip bi trasparenza sħiħa u b'mod uniformi, mingħajr ma joħolqu piż bla bżonn fuq l-operaturi ekonomiċi. Biex jiġi garantit livell għoli ta' kompetenza teknika u trattament ġust fil-konfront tal-operaturi ekonomiċi kollha, jenħtieġ li tiġi żgurata applikazzjoni teknika uniformi tar-regoli għall-proċeduri tal-approvazzjoni tat-tip. Jenħtieġ li, fil-qafas tal-Forum stabbilit minn dan ir-Regolament, l-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip jiskambjaw informazzjoni dwar il-funzjonament tas-servizzi tekniċi differenti li jkunu ċċertifikaw.

Ġustifikazzjoni

Il-Kummissjoni jeħtieġ tiżgura koordinazzjoni u kooperazzjoni bi skop bejn is-servizzi tekniċi. Għall-funzjonament tal-proċedura tal-approvazzjoni tat-tip huwa kruċjali li s-servizzi tekniċi japplikawha b'mod uniformi.

Emenda    22

Proposta għal regolament

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)  Hemm il-ħtieġa ta' mekkaniżmu robust li jinforza l-konformità biex jiżgura li r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament jiġu ssodisfati. L-iżgurar tal-konformità mal-approvazzjoni tat-tip u tal-konformità mar-rekwiżiti tal-produzzjoni tal-leġiżlazzjoni li tirregola s-settur tal-karozzi għandu jibqa' r-responsabbiltà ewlenija tal-awtoritajiet tal-approvazzjoni, minħabba li dan huwa obbligu marbut mill-qrib mal-ħruġ tal-approvazzjoni tat-tip u jirrikjedi għarfien dettaljat dwar il-kontenut tiegħu. Għalhekk huwa importanti li l-prestazzjoni tal-awtoritajiet tal-approvazzjoni tiġi vverifikata b'mod regolari permezz ta' evalwazzjoni bejn il-pari, sabiex jiġi żgurat li jiġi applikat livell uniformi ta' kwalità u strinġenza mill-awtoritajiet tal-approvazzjoni kollha meta jinfurzaw ir-rekwiżiti tal-approvazzjoni tat-tip. Barra minn hekk, huwa importanti li jsir provvediment għall-verifika tal-korrettezza tal-approvazzjoni tat-tip stess.

(18)  Hemm il-ħtieġa ta' mekkaniżmu robust li jinforza l-konformità biex jiżgura li r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament jiġu ssodisfati. Jenħtieġ li l-iżgurar tal-konformità mal-approvazzjoni tat-tip u tal-konformità mar-rekwiżiti tal-produzzjoni tal-leġiżlazzjoni li tirregola s-settur tal-karozzi jibqa' r-responsabbiltà ewlenija tal-awtoritajiet tal-approvazzjoni, minħabba li dan huwa obbligu marbut mill-qrib mal-ħruġ tal-approvazzjoni tat-tip u jirrikjedi għarfien dettaljat dwar il-kontenut tiegħu. Għalhekk huwa importanti li l-prestazzjoni tal-awtoritajiet tal-approvazzjoni tkun soġġetta għal kontrolli superviżorji regolari fil-livell tal-Unjoni, inkluż awditjar indipendenti, sabiex jiġi żgurat li jiġi applikat livell uniformi ta' kwalità u strinġenza mill-awtoritajiet tal-approvazzjoni kollha meta jinfurzaw ir-rekwiżiti tal-approvazzjoni tat-tip. Barra minn hekk, huwa importanti li jsir provvediment għall-verifika fil-livell tal-UE, minn parti terza indipendenti, tal-korrettezza tal-approvazzjoni tat-tip stess.

Emenda    23

Proposta għal regolament

Premessa 19a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(19a)   Jenħtieġ li l-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip u l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ikunu awtonomi fit-twettiq tal-kompiti tagħhom, biex b'hekk jiġu evitati l-kunflitti ta' interess li jista' jkun hemm. F'dan ir-rigward, jenħtieġ li dawn l-awtoritajiet ikunu organizzati bħala entitajiet distinti skont l-istruttura tal-amministrazzjoni nazzjonali u jenħtieġ li ma jaqsmux bejniethom membri tal-persunal jew faċilitajiet skont l-istrutturi u l-kompetenzi tal-awtoritajiet nazzjonali.

Emenda    24

Proposta għal regolament

Premessa 19b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(19b)   Jenħtieġ li l-Forum dwar l-Infurzar jipprovdi pjattaforma għall-iskambju ta' informazzjoni u analiżi indipendenti biex jingħata appoġġ għat-titjib tal-funzjonament u l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament. Matul l-iskambju, il-Kummissjoni jista' jkollha raġunijiet biex tqis li waħda jew aktar mill-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip ma jkunux konformi mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament. F'każijiet simili jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista' tieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex tiżgura l-konformità, inkluż il-ħruġ ta' linji gwida, rakkomandazzjonijiet jew strumenti oħra u l-possibbiltà ta' proċeduri oħrajn, filwaqt li titqies b'mod dovut il-proporzjonalità. F'każijiet ta' ksur serju, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista' titlob l-irtirar jew is-sospensjoni tal-kapaċità tal-awtorità li taċċetta applikazzjonijiet għal approvazzjonijiet tat-tip ġodda, sabiex jiġi kkonservat livell għoli ta' ħarsien ambjentali u tal-konsumatur.

Emenda    25

Proposta għal regolament

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21)  Huwa neċessarju li jiġu inklużi regoli dwar is-sorveljanza tas-suq f'dan ir-Regolament sabiex isaħħu d-drittijiet u l-obbligi tal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali, sabiex jiżguraw koordinazzjoni effettiva tal-attivitajiet tagħhom ta' sorveljanza tas-suq u sabiex jiċċaraw il-proċeduri applikabbli.

(21)  Huwa fundamentali li jiġu inklużi regoli dwar is-sorveljanza tas-suq f'dan ir-Regolament sabiex isaħħu d-drittijiet u l-obbligi tal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali, sabiex jiżguraw koordinazzjoni effettiva tal-attivitajiet tagħhom ta' sorveljanza tas-suq u sabiex jiċċaraw il-proċeduri applikabbli.

Emenda    26

Proposta għal regolament

Premessa 21a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(21a)   Huwa meħtieġ li l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u l-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip ikunu jistgħu jwettqu kif xieraq il-kompiti previsti minn dan ir-Regolament. Għal dan il-għan, jenħtieġ li l-Istati Membri jipprovdulhom b'mod partikolari r-riżorsi meħtieġa għal dak l-iskop.

Emenda    27

Proposta għal regolament

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22)  Sabiex tiżdied it-trasparenza fil-proċess tal-approvazzjoni u jiġi ffaċilitat l-iskambju ta' informazzjoni u l-verifika indipendenti mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, l-awtoritajiet tal-approvazzjoni u l-Kummissjoni, id-dokumentazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip għandha tiġi pprovduta f'format elettroniku u għandha ssir disponibbli għall-pubbliku, soġġett għal eżenzjonijiet minħabba protezzjoni tal-interessi kummerċjali u l-protezzjoni tad-dejta personali.

(22)  Sabiex tiżdied it-trasparenza fil-proċess tal-approvazzjoni u jiġi ffaċilitat l-iskambju ta' informazzjoni u l-verifika indipendenti mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, l-awtoritajiet tal-approvazzjoni, il-Kummissjoni u partijiet terzi, id-divulgazzjoni ta' informazzjoni dwar il-vettura u l-ittestjar hija meħtieġa biex jitwettqu tali kontrolli. Informazzjoni rilevanti għal skopijiet ta' tiswija u manutenzjoni jenħtieġ li tiġi pprovduta f'format elettroniku u titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku, soġġett għal eżenzjonijiet minħabba protezzjoni tal-interessi kummerċjali u l-protezzjoni tad-dejta personali. Jenħtieġ li l-informazzjoni li għandha tiġi ddivulgata għal dawk il-finijiet ma tkunx ta' natura li xxekkel il-kunfidenzjalità ta' informazzjoni riżervata u tal-proprjetà intellettwali.

Emenda    28

Proposta għal regolament

Premessa 23a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(23a)   Jenħtieġ li l-partijiet terzi li jwettqu huma stess it-testijiet u l-verifiki ta' konformità tal-vetturi mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament jissodisfaw il-prinċipji ta' trasparenza u ftuħ, inkluż fir-rigward tas-sjieda u l-istrutturi u l-mudelli ta' finanzjament. Jenħtieġ ukoll li dawk il-partijiet terzi jkunu konformi mal-istess rekwiżiti imposti fuq is-servizzi tekniċi nnominati fir-rigward tal-istandards xjentifiċi u metodoloġiċi applikati fit-twettiq tat-testijiet li jagħmlu.

Emenda    29

Proposta għal regolament

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24)  Dawn l-obbligi iktar speċifiċi għall-awtoritajiet nazzjonali previsti f'dan ir-Regolament għandhom jinkludu ttestjar u spezzjonijeit ta' verifika tal-konformità ex post ta' numru suffiċjenti ta' vetturi mqegħdin fis-suq. L-għażla tal-vetturi li sejrin ikunu soġġetti għal din il-verifika tal-konformità ex post għandha tkun ibbażata fuq valutazzjoni tar-riskju xierqa li tqis is-serjetà tan-nuqqas ta' konformità possibbli u l-probabbiltà li sseħħ.

(24)  Jenħtieġ li dawn l-obbligi iktar speċifiċi għall-awtoritajiet nazzjonali previsti f'dan ir-Regolament jinkludu ttestjar u spezzjonijiet ta' verifika tal-konformità ex post ta' numru suffiċjenti ta' vetturi mqegħdin fis-suq. Jenħtieġ li l-għażla tal-vetturi li sejrin ikunu soġġetti għal din il-verifika tal-konformità ex post tkun ibbażata fuq valutazzjoni tar-riskju xierqa li tqis is-serjetà tan-nuqqas ta' konformità possibbli u l-probabbiltà li sseħħ. Barra minn hekk, jenħtieġ li din tkun ibbażata fuq kriterji ċari u dettaljati u tinkludi, inter alia, kontrolli perċentwali aleatorji fuq il-mudelli attwali kollha, fuq vetturi b'magna jew teknoloġija ġdida, fuq vetturi b'konsum għoli jew baxx ħafna ta' fjuwil u fuq vetturi b'volum għoli ħafna ta' bejgħ. Barra minn hekk, jenħtieġ li jitqiesu l-istorja tal-konformità, is-suġġerimenti tal-konsumaturi, ir-riżultati tal-ittestjar bit-telerilevament u t-tħassib espress minn korpi indipendenti tar-riċerka.

Emenda    30

Proposta għal regolament

Premessa 24a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(24a)  Huwa essenzjali li l-Kummissjoni tkun tista' tivverifika l-konformità mal-approvazzjonijiet tat-tip u mal-leġiżlazzjoni applikabbli għall-vetturi, għas-sistemi, għall-komponenti u għall-unitajiet tekniċi separati u tiżgura r-regolarità tal-approvazzjonijiet tat-tip billi torganizza, twettaq jew titlob li jitwettqu testijiet u spezzjonijiet tal-vetturi, tas-sistemi, tal-komponenti u tal-unitajiet tekniċi separati li diġà jkunu tqiegħdu fis-suq.

Emenda    31

Proposta għal regolament

Premessa 25a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(25a)   Jenħtieġ li l-partijiet terzi li jwettqu huma stess it-testijiet u l-verifiki ta' konformità tal-vetturi mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament jissodisfaw il-prinċipji ta' trasparenza u ftuħ, inkluż fir-rigward tas-sjieda u l-istrutturi u l-mudelli ta' finanzjament. Jenħtieġ li dawk il-partijiet jsegwu approċċ simili għal dak tas-servizzi tekniċi nnominati billi jkunu konformi mal-istess standards fit-twettiq u l-interpretazzjoni tat-testijiet.

Emenda    32

Proposta għal regolament

Premessa 25b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(25b)  Jenħtieġ li s-sorveljanza tas-suq tqis ukoll approċċ ibbażat fuq ir-riskju, b'enfasi – inter alia – fuq id-dejta miksuba minn unitajiet ta' telesorveljanza mal-ġenb tat-triq, ilmenti, rapporti minn spezzjoni teknika perjodika, it-tul tal-ħajja mistennija u vetturi, sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati problematiċi identifikati preċedentement.

Emenda    33

Proposta għal regolament

Premessa 25c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(25c)  Sabiex jiġu vverifikati l-emissjonijiet tal-vetturi, jenħtieġ li l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jagħmlu użu – inter alia – minn teknoloġija ta' telerilevament li tgħin fl-identifikazzjoni ta' liema aspetti, bħal livelli għolja ta' tniġġis akustiku u tal-arja, u liema mudelli ta' vetturi, jenħtieġ li jkunu soġġetti għal investigazzjoni ulterjuri. Jenħtieġ li, meta jagħmlu dan, l-awtoritajiet jikkooperaw u jikkoordinaw l-attivitajiet tagħhom mal-awtoritajiet responsabbli mill-ispezzjonijiet tekniċi perjodiċi skont id-Direttiva 2014/45/UE dwar testijiet perjodiċi tal-affidabbiltà stradali għal vetturi bil-mutur.

Emenda    34

Proposta għal regolament

Premessa 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26)  Sabiex jiġu żgurati livell għoli ta' sikurezza funzjonali tal-vetturi, il-protezzjoni tal-okkupanti tal-vetturi u ta' utenti oħrajn tat-triq, kif ukoll il-ħarsien ambjentali, ir-rekwiżiti tekniċi u l-istandards ambjentali applikabbli għall-vetturi, għas-sistemi, għall-komponenti u għall-unitajiet tekniċi separati għandhom ikomplu jiġu armonizzati u adattati għall-progress tekniku u xjentifiku.

(26)  Sabiex jiġu żgurati livell għoli ta' sikurezza funzjonali tal-vetturi, il-protezzjoni tal-okkupanti tal-vetturi u ta' utenti oħrajn tat-triq, kif ukoll il-ħarsien ambjentali u tas-saħħa pubblika, jenħtieġ li r-rekwiżiti tekniċi u l-istandards ambjentali applikabbli għall-vetturi, għas-sistemi, għall-komponenti u għall-unitajiet tekniċi separati jkomplu jiġu armonizzati u adattati għall-progress tekniku u xjentifiku.

Emenda    35

Proposta għal regolament

Premessa 26a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(26a)  Sabiex jiġi żgurat u jittejjeb kontinwament livell għoli ta' sikurezza funzjonali tal-vetturi, il-protezzjoni tal-okkupanti tal-vetturi u ta' utenti oħrajn tat-triq, kif ukoll il-ħarsien ambjentali, jenħtieġ li tiġi ffaċilitata l-introduzzjoni ta' teknoloġiji ġodda abbażi tal-progress tekniku u xjentifiku. Jenħtieġ li dan isir billi jkun hemm limitu għall-ittestjar u d-dokumentazzjoni meħtieġa għall-għoti ta' approvazzjoni tat-tip tal-UE għal tali teknoloġiji.

Emenda    36

Proposta għal regolament

Premessa 27

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27)  L-għanijiet ta' dan ir-Regolament ma għandhomx jiġu affettwati mill-fatt li ċerti sistemi, komponenti, unitajiet tekniċi separati jew parts u tagħmir jistgħu jiġu mmuntati mal-vettura jew f'vettura wara li dik il-vettura tkun tpoġġiet fis-suq, ġiet irreġistrata jew iddaħħlet fis-servizz. Għalhekk, għandhom jittieħdu miżuri xierqa li jiżguraw li s-sistemi, il-komponenti, l-unitajiet tekniċi separati jew il-parts u t-tagħmir li jistgħu jiġu mmuntati mal-vetturi jew fil-vetturi u li jistgħu jfixklu b'mod sinifikanti l-funzjonament tas-sistemi li huma essenzjali għall-ħarsien ambjentali jew għas-sikurezza funzjonali jiġu kkontrollati minn awtorità tal-approvazzjoni qabel jitpoġġew fis-suq, jiġu rreġistrati jew jiddaħħlu fis-servizz.

(27)  L-għanijiet ta' dan ir-Regolament jenħtieġ li ma jiġux affettwati mill-fatt li ċerti sistemi, komponenti, unitajiet tekniċi separati jew parts u tagħmir jistgħu jiġu mmuntati mal-vettura jew f'vettura wara li dik il-vettura tkun tpoġġiet fis-suq, ġiet irreġistrata jew iddaħħlet fis-servizz. Għalhekk, jenħtieġ li jittieħdu miżuri xierqa li jiżguraw li s-sistemi, il-komponenti, l-unitajiet tekniċi separati jew il-parts u t-tagħmir li jistgħu jiġu mmuntati mal-vetturi jew fil-vetturi u li jistgħu jfixklu l-funzjonament tas-sistemi li huma essenzjali għall-ħarsien ambjentali jew għas-sikurezza funzjonali jiġu kkontrollati minn awtorità tal-approvazzjoni qabel jitpoġġew fis-suq, jiġu rreġistrati jew jiddaħħlu fis-servizz.

Emenda    37

Proposta għal regolament

Premessa 29

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(29)  Il-konformità tal-produzzjoni hija wieħed mill-pedamenti tas-sistema tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE u, għalhekk, l-arranġamenti stabbiliti mill-manifattur sabiex jiżgura tali konformità għandhom jiġu approvati mill-awtorità kompetenti jew minn servizz tekniku kkwalifikat b'mod xieraq maħtur għal dak il-għan u jkunu soġġetti għal verifika regolari permezz ta' awditjar perjodiku indipendenti. Barra minn hekk, l-awtoritajiet tal-approvazzjoni għandhom jiżguraw il-verifika tal-konformità kontinwa tal-prodotti kkonċernati.

(29)  Il-konformità tal-produzzjoni hija wieħed mill-pedamenti tas-sistema tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE u, għalhekk, l-arranġamenti stabbiliti mill-manifattur sabiex jiżgura tali konformità jenħtieġ li jiġu approvati mill-awtorità kompetenti jew minn servizz tekniku kkwalifikat b'mod xieraq maħtur għal dak il-għan u jkunu soġġetti għal verifika regolari. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-awtoritajiet tal-approvazzjoni jiżguraw il-verifika tal-konformità kontinwa tal-prodotti kkonċernati.

Emenda    38

Proposta għal regolament

Premessa 30

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(30)  Il-validità kontinwa tal-approvazzjonijiet tat-tip tesiġi li l-manifattur jgħarraf lill-awtorità li tkun approvat it-tip ta' vettura tiegħu dwar kwalunkwe bidla fil-karatteristiċi tat-tip jew tar-rekwiżiti tas-sikurezza u tal-prestazzjoni ambjentali applikabbli għal dak it-tip. Għalhekk, huwa importanti li l-validità taċ-ċertifikati tal-approvazzjoni tat-tip maħruġa tkun limitata fiż-żmien u li dawk iċ-ċertifikati jkunu jistgħu jiġġeddu biss meta l-awtorità tal-approvazzjoni tkun ivverifikat u tkun sodisfatta li t-tip ta' vettura jkompli jkun konformi mar-rekwiżiti applikabbli kollha. Barra minn hekk, il-kundizzjonijiet għall-estensjoni tal-approvazzjonijiet tat-tip għandhom jiġu kkjarifikati sabiex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi tal-proċeduri u l-infurzar tar-rekwiżiti tal-approvazzjoni tat-tip madwar l-Unjoni.

(30)  Il-validità kontinwa tal-approvazzjonijiet tat-tip tesiġi li l-manifattur jgħarraf lill-awtorità li tkun approvat it-tip ta' vettura tiegħu dwar kwalunkwe bidla fil-karatteristiċi tat-tip jew tar-rekwiżiti tas-sikurezza u tal-prestazzjoni ambjentali applikabbli għal dak it-tip. Għalhekk, huwa importanti li l-validità taċ-ċertifikati tal-approvazzjoni tat-tip maħruġa tkun limitata fiż-żmien u li dawk iċ-ċertifikati jkunu jistgħu jiġġeddu biss meta l-awtorità tal-approvazzjoni tkun ivverifikat u tkun sodisfatta li t-tip ta' vettura jkompli jkun konformi mar-rekwiżiti applikabbli kollha. Madankollu, xi sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati, min-natura tagħhom stess ma jesiġux li jkollhom data ta' skadenza. Pereżempju, huwa ċar li l-validità tal-approvazzjoni tat-tip tas-sistemi tal-emissjonijiet jeħtieġ li tkun limitata fiż-żmien filwaqt li l-mirja retroviżuri ma jeħtiġux tali limitazzjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tistabbilixxi lista tas-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati kkonċernati. Il-proċedura ta' verifika għandha tinkludi metodi differenti, bħal kontrolli dokumentarji, awditjar tal-konformità u proċeduri tal-approvazzjoni tat-tip kompleti.

Emenda    39

Proposta għal regolament

Premessa 31

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(31)  Il-valutazzjoni tar-riskji serji rrapportati għas-sikurezza u l-ħsara għas-saħħa tal-pubbliku u l-ambjent għandha ssir f'livell nazzjonali, iżda għandha tiġi żgurata koordinazzjoni fil-livell tal-Unjoni meta jkun possibbli li r-riskju jew il-ħsara rrapportati jkunu jeżistu anki lil hinn mit-territorju ta' Stat Membru wieħed bil-għan li jinqasmu r-riżorsi u tiġi żgurata konsistenza rigward l-azzjoni korrettiva li trid tittieħed sabiex jiġu mitigati r-riskju u l-ħsara identifikati.

(31)  Il-valutazzjoni tar-riskji serji rrapportati għas-sikurezza u l-ħsara għas-saħħa tal-pubbliku u l-ambjent jenħtieġ li ssir f'livell nazzjonali, iżda għandha tiġi żgurata koordinazzjoni fil-livell tal-Unjoni meta jkun possibbli li r-riskju jew il-ħsara rrapportati jkunu jeżistu anki lil hinn mit-territorju ta' Stat Membru wieħed bil-għan li jinqasmu r-riżorsi u tiġi żgurata konsistenza rigward l-azzjoni korrettiva li trid tittieħed sabiex jiġu mitigati r-riskju u l-ħsara identifikati. Jeħtieġ tingħata attenzjoni partikolari lit-tagħmir, is-sistemi u l-unitajiet tekniċi ta' sostituzzjoni li jaffettwaw l-impatt ambjentali tas-sistemi tal-egżost u li dawn ikunu soġġetti għal rekwiżiti ta' awtorizzazzjoni fejn xieraq.

Emenda    40

Proposta għal regolament

Premessa 33

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(33)  Għandha tiġi pprovduta flessibbiltà xierqa permezz ta' skemi alternattivi tal-approvazzjoni tat-tip għall-manifatturi li jipproduċu vetturi f'serje żgħar. Huma għandhom ikunu jistgħu jibbenifikaw mill-vantaġġi tas-suq intern tal-Unjoni, diment li l-vetturi tagħhom ikunu konformi mar-rekwiżiti speċifiċi tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE għall-vetturi prodotti f'serje żgħar. F'ċerti każijiet limitati, huwa xieraq li tiġi permessa l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali għal serje żgħar. Sabiex jiġi evitat l-użu ħażin, kwalunkwe proċedura ssimplifikata għall-vetturi prodotti f'serje żgħar għandha tiġi ristretta għal każijiet ta' produzzjoni limitata ħafna. Għalhekk, jeħtieġ li jiġi definit preċiżament il-kunċett tal-vetturi prodotti f'serje żgħar f'termini tal-għadd ta' vetturi prodotti, ir-rekwiżiti li jridu jiġu rrispettati u l-kundizzjonijiet għat-tqegħid ta' dawk il-vetturi fis-suq. Huwa ugwalment importanti li tiġi speċifikata skema ta' approvazzjoni alternattiva għal vetturi individwali, b'mod partikolari sabiex tiġi pprovduta biżżejjed flessibbiltà għall-approvazzjoni tal-vetturi mibnija f'diversi stadji.

(33)  Jenħtieġ li tiġi pprovduta flessibbiltà xierqa permezz ta' skemi alternattivi tal-approvazzjoni tat-tip għall-manifatturi li jipproduċu vetturi f'serje żgħar. Jenħtieġ li huma jkunu jistgħu jibbenifikaw mill-vantaġġi tas-suq intern tal-Unjoni, diment li l-vetturi tagħhom ikunu konformi mar-rekwiżiti speċifiċi tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE għall-vetturi prodotti f'serje żgħar. F'ċerti każijiet limitati, huwa xieraq li tiġi permessa l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali għal serje żgħar. Sabiex jiġi evitat l-użu ħażin, kwalunkwe proċedura ssimplifikata għall-vetturi prodotti f'serje żgħar għandha tiġi ristretta għal każijiet ta' produzzjoni limitata ħafna skont dan ir-Regolament. Għalhekk, jeħtieġ li jiġi definit preċiżament il-kunċett tal-vetturi prodotti f'serje żgħar f'termini tal-għadd ta' vetturi prodotti, ir-rekwiżiti li jridu jiġu rrispettati u l-kundizzjonijiet għat-tqegħid ta' dawk il-vetturi fis-suq. Huwa ugwalment importanti li tiġi speċifikata skema ta' approvazzjoni alternattiva għal vetturi individwali, b'mod partikolari sabiex tiġi pprovduta biżżejjed flessibbiltà għall-approvazzjoni tal-vetturi mibnija f'diversi stadji.

Emenda    41

Proposta għal regolament

Premessa 35a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(35a)   Sabiex tiġi żgurata kompetizzjoni effikaċi fis-suq għal servizzi ta' informazzjoni dwar tiswija u manutenzjoni ta' vetturi, u sabiex jiġi ċċarat li l-informazzjoni kkonċernata tkopri wkoll l-informazzjoni li jeħtieġ tingħata lil operaturi indipendenti oħra minbarra min isewwi, b'tali mod li jiġi żgurat li s-suq indipendenti tat-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi inġenerali jkun jista' jikkompeti ma' bejjiegħa awtorizzati, irrispettivament minn jekk il-manifattur tal-vettura jagħtix tali informazzjoni direttament lil min isewwi jew lill-bejjiegħa awtorizzati, huwa meħtieġ li jiġu stipulati d-dettalji tal-informazzjoni li għandha tingħata għall-finijiet ta' aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi.

Emenda    42

Proposta għal regolament

Premessa 36a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(36a)   Peress li bħalissa ma hemm l-ebda proċess strutturat komuni għall-iskambju ta' dejta ta' komponenti ta' vettura bejn il-manifatturi tal-vetturi u operaturi indipendenti, huwa xieraq li jiġu żviluppati prinċipji għal tali skambju ta' dejta. Jenħtieġ li għall-futur jiġi żviluppat proċess strutturat komuni dwar il-format standardizzat tal-iskambju tad-dejta mill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN), meta l-mandat mogħti lis-CEN ma jiddeterminax minn qabel il-livell ta' dettall ipprovdut minn dan l-istandard. Jenħtieġ li l-ħidma tas-CEN tirrifletti, b'mod partikolari, l-interessi u l-ħtiġijiet tal-manifatturi tal-vetturi u l-operaturi indipendenti bl-istess mod u tinvestiga wkoll soluzzjonijiet għal formati ta' dejta miftuħa deskritti minn metadejta ddefinita tajjeb biex takkomoda l-infrastrutturi eżistenti tal-IT.

Emenda    43

Proposta għal regolament

Premessa 37a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(37a)  Sabiex tiġi żgurata kompetizzjoni effikaċi fis-suq għal servizzi ta' informazzjoni dwar tiswija u manutenzjoni ta' vetturi, għandu jiġi enfasizzat li l-informazzjoni kkonċernata tkopri wkoll l-informazzjoni li jeħtieġ tingħata lil operaturi indipendenti oħra minbarra min isewwi, u f'format li jippermetti pproċessar elettroniku ulterjuri b'tali mod li jiġi żgurat li s-suq indipendenti tat-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi inġenerali jkun jista' jikkompeti ma' bejjiegħa awtorizzati, irrispettivament minn jekk il-manifattur tal-vettura jagħtix tali informazzjoni direttament lil min isewwi jew lill-bejjiegħa awtorizzati.

Emenda    44

Proposta għal regolament

Premessa 37b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(37b)  Mingħajr preġudizzju għall-obbligu tal-manifatturi tal-vetturi li jipprovdu informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni permezz tas-sit web tagħhom, l-aċċess għad-dejta fil-vettura għandu jibqa' aċċessibbli b'mod dirett u indipendenti għall-operaturi indipendenti.

Emenda    45

Proposta għal regolament

Premessa 40

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(40)  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-penali għall-ksur ta' dan ir-Regolament u għandhom jiżguraw li dawk ir-regoli jiġu implimentati. Dawk il-penali għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jirrapportaw il-penali imposti lill-Kummissjoni kull sena, sabiex jimmonitorjaw il-koerenza tal-implimentazzjoni ta' dawn id-dispożizzjonijiet.

(40)  Jenħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu regoli dwar il-penali għall-ksur ta' dan ir-Regolament u jiżguraw li dawk ir-regoli jiġu implimentati. Jenħtieġ li dawk il-penali jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jirrapportaw il-penali imposti lill-Kummissjoni regolarment permezz tad-database online, sabiex jimmonitorjaw il-koerenza tal-implimentazzjoni ta' dawn id-dispożizzjonijiet.

Emenda    46

Proposta għal regolament

Premessa 40a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(40a)   Jenħtieġ li l-falsifikazzjoni tar-riżultati tat-testijiet titqies li tkun seħħet meta dawk ir-riżultati ma jkunux jistgħu jiġu vverifikati b'mod empiriku mill-awtorità rilevanti meta jiġu replikati jew ikkunsidrati l-parametri kollha tal-ittestjar.

Emenda    47

Proposta għal regolament

Premessa 40b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(40b)   Il-multi amministrattivi imposti mill-Kummissjoni jistgħu jintużaw għall-finijiet ta' miżuri ta' sorveljanza tas-suq u għal miżuri ta' appoġġ għall-persuni affettwati b'mod negattiv mill-ksur ta' dan ir-Regolament jew attivitajiet oħra bħal dawn għall-benefiċċju tal-konsumaturi affettwati u, fejn xieraq, tal-ħarsien tal-ambjent.

Emenda    48

Proposta għal regolament

Premessa 40c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(40c)   F'każijiet ta' nuqqas ta' konformità l-konsumaturi jistgħu jsofru ħsara personali jew ħsara lill-proprjetà tagħhom. Jenħtieġ li f'każijiet bħal dawn il-konsumaturi jkunu intitolati li jfittxu kumpens skont il-leġiżlazzjoni rilevanti li tindirizza prodotti difettużi jew oġġetti mhux konformi, inklużi d-Direttiva tal-Kunsill 85/374/EEC1a, id-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1b u d-Direttiva 2006/114/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1c, kif applikabbli. Barra minn hekk, il-konsumaturi jistgħu jinvokaw rimedji bbażati fil-liġi kuntrattwali, kif applikabbli skont il-liġi tal-Istat Membru tagħhom.

 

_____________

 

1a Id-Direttiva tal-Kunsill 85/374/KEE tal-25 ta' Lulju 1985 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri dwar responsabbiltà għall-prodotti difettużi (ĠU L 210, 7.8.1985, p. 29).

 

1b Id-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Mejju 1999 dwar ċerti aspetti tal-bejgħ ta' oġġetti tal-konsum u garanziji assoċjati magħhom (ĠU L 171, 7.7.1999, p. 12).

 

1c Id-Direttiva 2006/114/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar reklamar qarrieqi u komparattiv (ĠU L 376, 27.12.2006, p. 21).

Emenda    49

Proposta għal regolament

Premessa 45a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(45a)  Sabiex tiġi żgurata kompetizzjoni effikaċi fis-suq għal servizzi ta' informazzjoni dwar tiswija u manutenzjoni ta' vetturi, għandu jiġi ċċarat li l-informazzjoni kkonċernata tkopri wkoll l-informazzjoni li jeħtieġ tingħata lil operaturi indipendenti oħra minbarra min isewwi, u f'format li jippermetti pproċessar elettroniku ulterjuri b'tali mod li jiġi żgurat li s-suq indipendenti tat-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi inġenerali jkun jista' jikkompeti ma' bejjiegħa awtorizzati, irrispettivament minn jekk il-manifattur tal-vettura jagħtix tali informazzjoni direttament lil min isewwi jew lill-bejjiegħa awtorizzati.

Emenda    50

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 3 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Għall-vetturi u l-makkinarji li ġejjin, il-manifattur jista' japplika għall-approvazzjoni tat-tip jew għall-approvazzjoni ta' vettura individwali skont dan ir-Regolament, diment li dawk il-vetturi jissodisfaw ir-rekwiżiti sostantivi ta' dan ir-Regolament:

3.  Għall-vetturi u l-makkinarji li ġejjin, il-manifattur jista' japplika għall-approvazzjoni tat-tip jew għall-approvazzjoni ta' vettura individwali skont dan ir-Regolament, diment li dawk il-vetturi jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament:

Emenda    51

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 3 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  vetturi mfassla u mibnija għall-użu mill-forzi armati, mid-difiża ċivili, mis-servizzi tat-tifi tan-nar u mill-forzi responsabbli għaż-żamma tal-ordni pubbliku;

(b)  vetturi mfassla u mibnija għall-użu mill-forzi armati, mid-difiża ċivili, mis-servizzi tat-tifi tan-nar, mill-korpi ta' ġestjoni tad-diżastri u mill-forzi responsabbli għaż-żamma tal-ordni pubbliku;

Emenda    52

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament u tal-atti regolatorji tal-UE elenkati fl-Anness IV, ħlief jekk previst mod ieħor fihom, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

Emenda    53

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  'sorveljanza tas-suq' tfisser l-attivitajiet imwettqa u l-miżuri meħuda mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq sabiex jiżguraw li l-vetturi, is-sistemi, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati, kif ukoll il-parts u t-tagħmir magħmula disponibbli fis-suq ikunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni rilevanti u ma jipperikolawx is-saħħa, is-sikurezza jew kwalunkwe aspett ieħor tal-protezzjoni tal-interess pubbliku;

(2)  "sorveljanza tas-suq" tfisser l-attivitajiet imwettqa u l-miżuri meħuda mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq sabiex jiżguraw li l-vetturi, is-sistemi, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati, kif ukoll il-parts u t-tagħmir magħmula disponibbli fis-suq ikunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni rilevanti u ma jipperikolawx is-saħħa, is-sikurezza, l-ambjent jew kwalunkwe aspett ieħor tal-protezzjoni tal-interess pubbliku inklużi d-drittijiet tal-konsumatur;

Emenda    54

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 7a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a)  "parts jew tagħmir oriġinali" tfisser parts jew tagħmir manifatturati skont l-ispeċifikazzjonijiet u l-istandards ta' produzzjoni pprovduti mill-manifattur tal-vettura għall-produzzjoni ta' parts ta' tagħmir għall-assemblaġġ tal-vettura inkwistjoni. dawn jinkludu parts jew tagħmir li huma manifatturati fl-istess linja tal-produzzjoni bħal dawn il-parts ta' tagħmir; sakemm ma jiġix ipprovat il-kontra, huwa preżunt li parts jikkostitwixxu parts oriġinali jekk il-manifattur jiċċertifika li l-parts huma tal-istess kwalità bħall-komponenti użati għall-assemblaġġ tal-vettura inkwistjoni u jkunu ġew manifatturati skont l-ispeċifikazzjonijiet u l-istandards ta' produzzjoni tal-manifattur tal-vettura;

Emenda    55

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  'manifattur' tfisser persuna fiżika jew ġuridika responsabbli għall-aspetti kollha tal-approvazzjoni tat-tip ta' vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata, jew għall-approvazzjoni ta' vettura individwali, jew għall-proċess ta' awtorizzazzjoni għal parts u tagħmir, sabiex tkun żgurata l-konformità tal-produzzjoni u li hija responsabbli wkoll għal kwistjonijiet tas-sorveljanza tas-suq għal dawk il-vetturi, sistemi, komponenti, unitajiet tekniċi separati, parts u tagħmir immanifatturati, irrispettivament minn jekk dik il-persuna tkunx involuta direttament jew le fl-istadji kollha tad-disinn u l-kostruzzjoni tal-vettura, tas-sistema, tal-komponent jew tal-unità teknika separata kkonċernata;

(9)  "manifattur" tfisser persuna fiżika jew ġuridika responsabbli mill-konformità mad-dispożizzjonijiet amministrattivi u mar-rekwiżiti tekniċi li japplikaw sabiex tinkiseb l-approvazzjoni tat-tip ta' vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata, jew għall-approvazzjoni ta' vettura individwali, jew għall-proċess ta' awtorizzazzjoni għal parts u tagħmir, u sabiex tkun żgurata l-konformità tal-produzzjoni, kif ukoll għall-iffaċilitar tal-konformità mad-dispożizzjonijiet tas-sorveljanza tas-suq għal dawk il-vetturi, sistemi, komponenti, unitajiet tekniċi separati, parts u tagħmir immanifatturati, irrispettivament minn jekk dik il-persuna tkunx involuta direttament jew le fl-istadji kollha tad-disinn u l-kostruzzjoni tal-vettura, tas-sistema, tal-komponent jew tal-unità teknika separata kkonċernata;

Emenda    56

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

16.  'reġistrazzjoni' tfisser l-awtorizzazzjoni amministrattiva temporanja jew permanenti għad-dħul fis-servizz fit-traffiku bit-triq ta' vettura, inkluża l-identifikazzjoni tal-vettura u l-ħruġ ta' numru tas-serje;

16.  "reġistrazzjoni" tfisser l-awtorizzazzjoni amministrattiva għad-dħul fis-servizz fit-traffiku bit-triq ta' vettura, li tinvolvi l-identifikazzjoni tagħha u l-ħruġ ta' numru tas-serje għaliha, magħruf bħala n-numru ta' reġistrazzjoni, sew fuq bażi permanenti u sew fuq bażi temporanja, inkluż għal żmien qasir;

Emenda    57

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 35

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(35)  'tip ta' vettura' tfisser kategorija partikolari ta' vetturi li mhumiex differenti tal-inqas fil-kriterji essenzjali speċifikati fil-Parti B tal-Anness II, u li jista' jkollhom varjanti u verżjonijiet imsemmija fl-istess kategorija;

(35)  "tip ta' vettura" tfisser grupp partikolari ta' vetturi li mhumiex differenti tal-inqas fil-kriterji essenzjali speċifikati fil-Parti B tal-Anness II, u li jista' jkollhom varjanti u verżjonijiet imsemmija fl-istess kategorija;

Emenda    58

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 37

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(37)  'vettura bażi' tfisser kwalunkwe vettura li tintuża fl-istadju inizjali ta' approvazzjoni tat-tip f'diversi stadji;

(37)  "vettura bażi" tfisser kwalunkwe vettura li tintuża fl-istadju inizjali ta' approvazzjoni tat-tip f'diversi stadji, irrispettivament minn jekk hijiex vettura bil-mutur jew le;

Emenda    59

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 42

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(42)  'approvazzjoni ta' vettura individwali' tfisser il-proċedura li biha awtorità tal-approvazzjoni tiċċertifika li vettura partikolari, kemm jekk unika kif ukoll jekk le, tissodisfa d-dispożizzjonijiet amministrattivi u r-rekwiżiti tekniċi rilevanti għall-approvazzjoni ta' vettura individwali tal-UE u għall-approvazzjoni ta' vettura individwali nazzjonali;

(42)  "approvazzjoni ta' vettura individwali" tfisser il-proċedura li biha awtorità tal-approvazzjoni tiċċertifika li vettura partikolari, kemm jekk unika kif ukoll jekk le, tissodisfa d-dispożizzjonijiet amministrattivi u r-rekwiżiti tekniċi rilevanti għall-approvazzjoni ta' vettura individwali tal-UE jew għall-approvazzjoni ta' vettura individwali nazzjonali;

Emenda    60

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 46

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(46)  'informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura' tfisser l-informazzjoni kollha meħtieġa għad-dijanjożi, il-manutenzjoni, l-ispezzjoni, il-monitoraġġ perjodiku, it-tiswija, l-ipprogrammar mill-ġdid jew l-inizjalizzazzjoni mill-ġdid ta' vettura, kif ukoll għall-immuntar ta' parts u tagħmir fuq il-vetturi, u li tiġi pprovduta mill-manifattur lill-bejjiegħa awtorizzati u lil min isewwi, inklużi l-emendi u ż-żidiet sussegwenti kollha għal dik l-informazzjoni;

(46)  "informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura" tfisser l-informazzjoni kollha meħtieġa għad-dijanjożi, il-manutenzjoni, l-ispezzjoni, l-ittestjar tal-affidabbiltà stradali, it-tiswija, l-ipprogrammar mill-ġdid jew l-inizjalizzazzjoni mill-ġdid ta' vettura, kif ukoll għall-immuntar ta' parts u tagħmir fuq il-vetturi, u li tintuża jew tiġi pprovduta mill-manifattur, inklużi s-sħab, il-bejjiegħa, min isewwi u n-netwerk awtorizzati tiegħu, biex joffru prodotti jew servizzi għal skopijiet ta' tiswija u manutenzjoni tal-vettura, inklużi l-emendi u ż-żidiet sussegwenti kollha għal dik l-informazzjoni;

Emenda    61

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 55

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(55)  "valutazzjoni fuq il-post" tfisser verifika mill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip fil-bini tas-servizz tekniku jew wieħed mis-sottokuntratturi jew waħda mis-sussidjarji tiegħu;

(55)  "valutazzjoni fuq il-post" tfisser verifika fil-bini tas-servizz tekniku jew wieħed mis-sottokuntratturi jew waħda mis-sussidjarji tiegħu;

Emenda    62

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 56a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(56a)  "apparat ta' manipulazzjoni" tfisser kwalunkwe element funzjonali tad-disinn, meta jiffunzjona kif xieraq, li jipprevjeni milli s-sistemi approvati ta' kontroll u monitoraġġ tal-vettura jkunu effiċjenti u effikaċi kif ukoll jipprevjeni l-konformità mar-rekwiżiti ta' approvazzjoni taħt l-ispettru sħiħ tal-kundizzjonijiet ta' sewqan fid-dinja reali.

Emenda    63

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati b'konformità mal-Artikolu 88 sabiex temenda l-Anness II dwar il-kategorizzazzjoni tas-sub-kategoriji ta' vetturi, it-tipi ta' vetturi u t-tipi ta' karozzerija bil-għan li tadattah għall-progress tekniku.

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta l-atti delegati b'konformità mal-Artikolu 88 sabiex temenda l-Anness II dwar it-tipi ta' vetturi u t-tipi ta' karozzerija bil-għan li tadattah għall-progress tekniku.

Emenda    64

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – subparagrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip u tas-sorveljanza tas-suq jaderixxu ma' separazzjoni stretta tar-rwoli u r-responsabbiltajiet u jiffunzjonaw b'mod indipendenti minn xulxin.

Emenda    65

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  Fejn aktar minn awtorità tal-approvazzjoni waħda tkun responsabbli mill-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi inkluża l-approvazzjoni tat-tip ta' vettura individwali, dak l-Istat Membru għandu jaħtar awtorità tal-approvazzjoni tat-tip unika għall-iskambju ta' informazzjoni mal-awtoritajiet tal-approvazzjoni tal-Istati Membri l-oħrajn u għall-konformità mal-obbligi stabbiliti fil-Kapitolu XV ta' dan ir-Regolament.

Emenda    66

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-Istati Membri għandhom jorganizzaw u jwettqu sorveljanza tas-suq u kontrolli tal-vetturi, tas-sistemi, tal-komponenti jew tal-unitajiet tekniċi separati li jidħlu fis-suq, b'konformità mal-Kapitolu III tar-Regolament (KE) Nru 765/2008.

4.  L-Istati Membri għandhom jorganizzaw u jwettqu sorveljanza tas-suq u kontrolli tal-vetturi, tas-sistemi, tal-komponenti jew tal-unitajiet tekniċi separati li jidħlu fis-suq, b'konformità mal-Kapitolu III tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 18(5) tiegħu.

Emenda    67

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jistgħu, fejn jaraw li hu meħtieġ u ġġustifikat, ikunu intitolati li jidħlu fil-bini tal-operaturi ekonomiċi u jissekwestraw il-kampjuni meħtieġa ta' vetturi, sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati għal skopijiet ta' ttestjar tal-konformità.

5.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jistgħu, fejn jaraw li hu meħtieġ u ġġustifikat, ikunu intitolati li jidħlu fil-bini tal-operaturi ekonomiċi fit-territorju tagħhom u jieħdu l-kampjuni meħtieġa ta' vetturi, sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati għal skopijiet ta' ttestjar tal-konformità.

Emenda    68

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  L-Istati Membri għandhom jirrevedu u jivvalutaw b'mod perjodiku l-funzjonament tal-attivitajiet ta' approvazzjoni tat-tip tagħhom. It-tali reviżjonijiet u valutazzjonijiet għandhom isiru tal-inqas kull erba' snin u r-riżultati tagħhom għandhom jiġu komunikati lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni. L-Istat Membru kkonċernat għandu jagħmel sommarju tar-riżultati aċċessibbli għall-pubbliku, b'mod partikolari n-numru tal-approvazzjoni tat-tip mogħtija u l-identità tal-manifatturi korrispondenti.

6.  L-Istati Membri għandhom jirrevedu u jivvalutaw b'mod perjodiku l-funzjonament tal-attivitajiet ta' approvazzjoni tat-tip tagħhom, inkluża l-konformità tal-approvazzjonijiet tat-tip maħruġa skont dan ir-Regolament. It-tali reviżjonijiet u valutazzjonijiet għandhom isiru tal-inqas kull tliet snin u r-riżultati tagħhom għandhom jiġu komunikati lill-Istati Membri l-oħrajn, lill-Parlament Ewropew u lill-Kummissjoni. Ir-riżultati għandhom jiġu diskussi mill-Forum stabbilit skont l-Artikolu 10. L-Istat Membru kkonċernat għandu jagħmel rapport sħiħ tar-riżultati aċċessibbli għall-pubbliku, li għandu jinkludi b'mod partikolari l-għadd ta' approvazzjonijiet tat-tip mogħtija jew miċħuda, is-suġġett taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip u l-identità tal-manifatturi korrispondenti u s-servizzi tekniċi responsabbli mis-sorveljanza tat-testijiet tal-approvazzjoni tat-tip.

Emenda    69

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.  L-Istati Membri għandhom jirrevedu u jivvalutaw b'mod perjodiku l-funzjonament tal-attivitajiet ta' sorveljanza tagħhom. It-tali reviżjonijiet u valutazzjonijiet għandhom isiru tal-inqas kull erba' snin u r-riżultati tagħhom għandhom jiġu komunikati lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni. L-Istat Membru kkonċernat għandu jagħmel sommarju tar-riżultati aċċessibbli għall-pubbliku.

7.  L-Istati Membri għandhom jirrevedu u jivvalutaw b'mod perjodiku l-funzjonament tal-attivitajiet ta' sorveljanza tagħhom. It-tali reviżjonijiet u valutazzjonijiet għandhom isiru tal-inqas kull tliet snin u r-riżultati tagħhom għandhom jiġu komunikati lill-Istati Membri l-oħrajn, lill-Parlament Ewropew u lill-Kummissjoni. Ir-riżultati għandhom jiġu diskussi mill-Forum stabbilit skont l-Artikolu 10. L-Istat Membru kkonċernat għandu jagħmel sommarju tar-riżultati disponibbli pubblikament, li għandu jinkludi, b'mod partikolari, l-għadd ta' vetturi, sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati soġġetti għall-ittestjar jew għal valutazzjoni oħra. Is-sommarju għandu jinkludi lista ta' dawk il-vetturi, is-sistemi, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati li jinsab li mhumiex konformi mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament, jekk applikabbli, l-identità tal-manifatturi korrispondenti, u deskrizzjoni qasira tan-natura tan-nuqqas ta' konformità.

Emenda    70

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 7a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

7a.  Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati b'konformità mal-Artikolu 88 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi l-kriterji komuni għan-nomina, ir-rieżami u l-valutazzjoni tal-awtoritajiet tal-approvazzjoni u l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq fil-livell nazzjonali.

Emenda    71

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  L-awtoritajiet tal-approvazzjoni għandhom jimplimentaw u jinfurzaw ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament b'mod uniformi u konsistenti biex jiżguraw kundizzjonijiet ekwi u jevitaw li jiġu applikati standards diverġenti madwar l-Unjoni. Dawn għandhom jikkooperaw bis-sħiħ mal-Forum u mal-Kummissjoni fl-attivitajiet ta' awditjar u sorveljanza tagħhom fir-rigward tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u jipprovdu l-informazzjoni kollha meħtieġa fuq talba.

Emenda    72

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-awtoritajiet ta' approvazzjoni għandhom iwettqu dmirijiethom b'mod indipendenti u imparzjali. Dawn għandhom josservaw il-kunfidenzjalità meta jkun meħtieġ sabiex jitħarsu s-sigrieti kummerċjali, soġġett għall-obbligu ta' informazzjoni stabbilit fl-Artikolu 9(3) sabiex jitħarsu l-interessi tal-utenti fl-Unjoni.

2.  L-awtoritajiet ta' approvazzjoni għandhom iwettqu dmirijiethom b'mod indipendenti u imparzjali. Dawn għandhom josservaw il-kunfidenzjalità sabiex jitħarsu s-sigrieti kummerċjali tal-operaturi ekonomiċi, soġġett għall-obbligu ta' informazzjoni stabbilit fl-Artikolu 9(3) sabiex jitħarsu l-interessi tal-utenti fl-Unjoni skont il-liġi applikabbli.

Emenda    73

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 3 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Stat Membru fejn iktar minn awtorità tal-approvazzjoni waħda hija responsabbli għall-approvazzjoni tal-vettura inkluż approvazzjoni tal-vettura individwali, għandu jaħtar awtorità ta' approvazzjoni unika għall-iskambju ta' informazzjoni mal-awtoritajiet tal-approvazzjoni tal-Istati Membri l-oħrajn u għall-obbligi stabbiliti f'Kapitolu XV ta' dan ir-Regolament.

imħassar

Emenda    74

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-awtoritajiet tal-approvazzjoni fi ħdan Stat Membru għandhom jikkooperaw ma' xulxin billi jaqsmu informazzjoni rilevanti għar-rwol u l-funzjonijiet tagħhom.

L-awtoritajiet tal-approvazzjoni fi ħdan Stat Membru għandhom jimplimentaw proċeduri biex jiżguraw koordinazzjoni effiċjenti u effikaċi, kif ukoll qsim ta' informazzjoni effiċjenti u effikaċi rilevanti għar-rwol u l-funzjonijiet tagħhom.

Emenda    75

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  Meta awtorità tal-approvazzjoni ssib li vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata ma tkunx konformi mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament, għandha tinnotifika lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn mingħajr dewmien. Il-Kummissjoni għandha tinnotifika minnufih lill-membri tal-Forum dwar l-Infurzar malli tirċievi din in-notifika.

Emenda    76

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni biex tistabbilixxi l-kriterji komuni għall-ħatra, ir-reviżjoni u l-valutazzjoni tal-awtoritajiet tal-approvazzjoni fil-livell nazzjonali. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 87(2).

imħassar

Emenda    77

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq għandhom iwettqu l-kontrolli regolari sabiex jivverifikaw il-konformità tal-vetturi, is-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament kif ukoll il-korrettezza tal-approvazzjonijiet tat-tip. Dawk il-kontrolli għandhom isiru fuq skala adegwata, permezz ta' kontrolli dokumentarji u permezz ta' testijiet b'impettu reali u tal-laboratorju fuq il-bażi ta' kampjuni statistikament rilevanti. Meta jagħmlu dan, l-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq għandhom jikkunsidraw il-prinċipji stabbiliti tal-valutazzjoni tar-riskju, l-ilmenti u informazzjoni oħra.

1.  L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom iwettqu testijiet u spezzjonijiet regolari b'konformità mal-programmi annwali nazzjonali approvati skont il-paragrafi 2 u 3 sabiex jivverifikaw li l-vetturi, is-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati huma konformi mal-approvazzjonijiet tat-tip u mal-leġiżlazzjoni applikabbli. Tali testijiet u spezzjonijiet għandhom jitwettqu permezz ta', inter alia, testijiet fil-laboratorju u testijiet tal-emissjonijiet f'sewqan reali, abbażi ta' kampjuni statistikament rilevanti, u għandhom jiġu ssupplimentati minn kontrolli dokumentarji. L-Istati Membri għandhom iwettqu testijiet jew spezzjonijiet fuq bażi annwali fuq għadd ta' tipi li għandu jammonta għal mill-inqas 20 % tal-għadd ta' tipi mqiegħda fis-suq f'dak l-Istat Membru matul is-sena ta' qabel. Meta jagħmlu dan, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jikkunsidraw il-prinċipji stabbiliti tal-valutazzjoni tar-riskju, ilmenti ssostanzjati u informazzjoni rilevanti oħra, inklużi r-riżultati tat-testijiet ippubblikati minn partijiet terzi rikonoxxuti, teknoloġiji ġodda fis-suq u rapporti minn spezzjonijiet tekniċi perjodiċi u telerilevament fit-triq.

Emenda    78

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.   L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jistgħu jserrħu fuq organizzazzjonijiet indipendenti tal-ittestjar biex iwettqu l-kompiti tekniċi, bħal testijiet jew spezzjonijiet. Ir-responsabbiltà għar-riżultati tibqa' f'idejn l-awtorità tas-sorveljanza tas-suq. Meta jintużaw servizzi tekniċi għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jiżguraw li jintuża servizz tekniku differenti mis-servizz tekniku li jkun wettaq it-test tal-approvazzjoni tat-tip oriġinali.

Emenda    79

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1b.   L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom iħejju u jippreżentaw programm nazzjonali ta' sorveljanza tas-suq għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni fuq bażi annwali jew pluriennali. L-Istati Membri jistgħu jippreżentaw programmi jew azzjonijiet konġunti.

 

Il-programmi nazzjonali ta' sorveljanza tas-suq għandhom jinkludu mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:

 

(a)   l-iskala u l-kamp ta' applikazzjoni tal-attivitajiet ta' sorveljanza tas-suq ippjanati;

 

(b)   id-dettalji ta' kif għandhom jitwettqu l-attivitajiet ta' sorveljanza tas-suq, inkluża informazzjoni dwar l-użu ta' kontrolli dokumentarji, fiżiċi u fil-laboratorju, u kif din tirrifletti l-prinċipji tal-valutazzjoni tar-riskju, u kif tindirizza l-ilmenti ssostanzjati, volumi kbar ta' mudelli ta' vetturi fl-użu fit-territorju tagħhom, u l-parts tagħhom, l-ewwel applikazzjoni ta' magna jew teknoloġija ġdida, rapporti minn spezzjonijiet tekniċi perjodiċi u informazzjoni rilevanti oħra, inkluż minn operaturi ekonomiċi jew ir-riżultati tal-ittestjar rikonoxxuti ppubblikati minn partijiet terzi;

 

(c)   sommarju tal-azzjonijiet meħuda fil-programm preċedenti, inkluża dejta statistika rilevanti dwar l-iskala tal-attivitajiet imwettqa, l-azzjonijiet li ttieħdu b'segwitu u r-riżultati tagħhom. Fil-każ ta' programm pluriennali, sommarju tal-azzjonijiet għandu jitħejja u jiġi ppreżentat fuq bażi annwali lill-Kummissjoni u lill-Forum dwar l-Infurzar; u

 

(d)   id-dettalji tal-arranġamenti ta' finanzjament notifikati skont l-Artikolu 30(4) u r-riżorsi umani ddedikati għas-sorveljanza tas-suq, u l-adegwatezza tagħhom fir-rigward tal-attivitajiet ta' sorveljanza tas-suq ippjanati.

Emenda    80

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jitolbu lill-operaturi ekonomiċi sabiex jagħmlu d-dokumentazzjoni u l-informazzjoni disponibbli skont kif iqisu meħtieġ għall-fini tat-twettiq tal-attivitajiet tagħhom.

2.   L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jitolbu lill-operaturi ekonomiċi sabiex jagħmlu d-dokumentazzjoni u l-informazzjoni disponibbli skont kif iqisu meħtieġ għall-fini tat-twettiq tal-attivitajiet tagħhom. Dan għandu jinkludi aċċess għas-softwer, l-algoritmi, l-unitajiet tal-kontroll tal-magni u kwalunkwe speċifikazzjoni teknika oħra meqjusa meħtieġa mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq.

Emenda    81

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   Għall-vetturi, is-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati li għandhom it-tip tagħhom approvat, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jikkunsidraw xierqa ċ-ċertifikati ta' konformità ppreżentati mill-operaturi ekonomiċi.

3.   Għall-vetturi, is-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati li għandhom it-tip tagħhom approvat, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jikkunsidraw xierqa ċ-ċertifikati ta' konformità, il-marki tal-approvazzjoni tat-tip jew iċ-ċertifikati tal-approvazzjoni tat-tip ippreżentati mill-operaturi ekonomiċi.

Emenda    82

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 4 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq għandhom jieħdu miżuri xierqa sabiex javżaw lill-utenti fit-territorji tagħhom f'perjodu ta' żmien adegwat dwar il-perikli li jkunu identifikaw b'rabta ma' xi vettura, sistema, komponent u unità teknika separata sabiex jipprevjenu jew inaqqsu r-riskju ta' korriment jew ħsara oħra.

L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jieħdu miżuri xierqa sabiex javżaw lill-utenti fit-territorji tagħhom f'perjodu ta' żmien adegwat dwar in-nuqqas ta' konformità li jkunu identifikaw b'rabta ma' xi vettura, sistema, komponent u unità teknika separata sabiex jipprevjenu jew inaqqsu r-riskju ta' korriment jew ħsara oħra. Din l-informazzjoni għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni fuq is-sit web tal-awtorità tas-sorveljanza tas-suq f'lingwaġġ sempliċi u li jinftiehem.

Emenda    83

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.   Meta l-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq ta' Stat Membru jiddeċiedu li jirtiraw vettura, sistema, komponent u unità teknika separata mis-suq, skont l-Artikolu 49(5), għandhom jgħarrfu lill-operatur ekonomiku kkonċernat u fejn applikabbli l-awtorità tal-approvazzjoni relevanti.

5.   Meta l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ta' Stat Membru jiddeċiedu li jirtiraw vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata mis-suq, skont l-Artikolu 49(5), għandhom jgħarrfu lill-operatur ekonomiku kkonċernat u l-awtorità tal-approvazzjoni rilevanti.

Emenda    84

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a.   Meta awtorità tas-sorveljanza tas-suq issib li vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata ma tkunx konformi mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament, għandha tinnotifika lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn mingħajr dewmien. Il-Kummissjoni għandha tinnotifika minnufih lill-membri tal-Forum dwar l-Infurzar malli tirċievi din in-notifika.

Emenda    85

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.   L-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq għandhom iwettqu dmirijiethom b'mod indipendenti u imparzjali. Għandhom josservaw il-kunfidenzjalità fejn ikun hemm bżonn sabiex iħarsu s-sigrieti kummerċjali, soġġett għll-obbligu ta' informazzjoni stabbilit fl-Artikolu 9(3) kemm ikun hemm bżonn sabiex ikunu protetti l-interessi tal-utenti fl-Unjoni Ewropea.

6.  L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom iwettqu dmirijiethom b'mod indipendenti u imparzjali. Għandhom josservaw il-kunfidenzjalità sabiex iħarsu s-sigrieti kummerċjali tal-operaturi ekonomiċi, soġġett għall-obbligu ta' informazzjoni stabbilit fl-Artikolu 9(3) kemm ikun hemm bżonn sabiex ikunu protetti l-interessi tal-utenti fl-Unjoni Ewropea.

Emenda    86

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.   L-Istati Membri għandhom jirrevedu u jivvalutaw b'mod perjodiku l-funzjonament tal-attivitajiet ta' sorveljanza tagħhom. It-tali reviżjonijiet u valutazzjonijiet għandhom isiru tal-inqas kull erba' snin u r-riżultati tagħhom għandhom jiġu komunikati lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni. L-Istat Membru kkonċernat għandu jagħmel sommarju tar-riżultati aċċessibbli għall-pubbliku.

imħassar

Emenda    87

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8.   L-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri differenti għandhom jikkoordinaw l-attivitajiet ta' sorveljanza tas-suq tagħhom, jikkooperaw ma' xulxin u jaqsmu ma' xulxin u mal-Kummissjoni r-riżultati tagħhom. Meta jkun xieraq, l-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq għandhom jaqblu fuq il-qsim tax-xogħol u l-ispeċjalizzazzjoni.

imħassar

Emenda    88

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

9.   Meta jkun hemm iktar minn awtorità waħda fi Stat Membru li tkun responsabbli għas-sorveljanza tas-suq u l-kontrolli tal-fruntieri esterni, dawk l-awtoritajiet għandhom jikkooperaw ma' xulxin, billi jaqsmu informazzjoni rilevanti għar-rwol u l-funzjonijiet tagħhom.

9.   Meta jkun hemm iktar minn awtorità waħda fi Stat Membru li tkun responsabbli għas-sorveljanza tas-suq u l-kontrolli tal-fruntieri esterni, dawk l-awtoritajiet għandhom jimplimentaw proċeduri biex jiżguraw koordinazzjoni effiċjenti u effikaċi u qsim ta' informazzjoni effiċjenti u effikaċi rilevanti għar-rwol u l-funzjonijiet tagħhom.

Emenda    89

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

10.   Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni sabiex tistabbilixxi l-kriterji għall-istabbiliment tal-iskala, il-kamp ta' applikazzjoni u l-frekwenza li biha jridu jsiru l-kontrolli tal-verifiki tal-konformità tal-kampjuni meħudin imsemmijin fil-paragrafu 1. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 87(2).

imħassar

Emenda    90

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 10a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

10a.   L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku rapport dwar il-konklużjonijiet tagħhom wara kull test ta' verifika tal-konformità li jkunu wettqu u għandhom jgħadduhom lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tgħaddi dan ir-rapport lill-membri tal-Forum dwar l-Infurzar. Ir-rapport għandu jkun fih id-dettalji tal-vetturi, is-sistemi, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati li huma vvalutati u l-identità tal-manifatturi korrispondenti, u deskrizzjoni qasira tal-konklużjonijiet, inkluża n-natura tan-nuqqas ta' konformità, jekk ikun hemm.

Emenda    91

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha torganizza u twettaq, jew teħtieġ li jitwettqu, fuq skala adegwata, testijiet u spezzjonijiet ta' vetturi, sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati diġà mqegħdin għad-dispożizzjoni fis-suq, bil-għan li tivverifika li dawk il-vetturi, is-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati jikkonformaw mal-approvazzjonijiet tat-tip u l-leġiżlazzjoni applikabbli kif ukoll biex tiġi żgurata l-korrettezza tal-approvazzjonijiet tat-tip.

Il-Kummissjoni għandha torganizza u twettaq, jew teħtieġ li jitwettqu, fuq skala adegwata u b'kunsiderazzjoni xierqa tal-programmi nazzjonali maqbula għall-attivitajiet ta' sorveljanza tas-suq approvati skont l-Artikolu 8, testijiet u spezzjonijiet ta' vetturi, sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati diġà mqegħdin għad-dispożizzjoni fis-suq, bil-għan li tivverifika li dawk il-vetturi, is-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati jkunu konformi mal-approvazzjonijiet tat-tip u l-leġiżlazzjoni applikabbli.

 

It-testijiet u l-ispezzjonijiet organizzati u mwettqa mill-Kummissjoni, jew bil-mandat tagħha, għandhom jindirizzaw il-kwistjoni tal-konformità waqt is-servizz tal-vetturi, is-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati.

 

Tali testijiet u spezzjonijiet għandhom jitwettqu permezz ta', inter alia, testijiet fil-laboratorju u testijiet tal-emissjonijiet f'sewqan reali, abbażi ta' kampjuni statistikament rilevanti, u għandhom jiġu ssupplimentati minn kontrolli dokumentarji.

 

Meta tagħmel dan, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-prinċipji stabbiliti tal-valutazzjoni tar-riskju, ilmenti ssostanzjati u informazzjoni rilevanti oħra, inklużi r-riżultati tat-testijiet ippubblikati minn partijiet terzi rikonoxxuti, teknoloġiji ġodda fis-suq u rapporti minn spezzjonijiet tekniċi perjodiċi u telerilevament fit-triq.

Emenda    92

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, meta l-Kummissjoni, abbażi ta' informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri, talba magħmula minn membru tal-Forum dwar l-Infurzar jew riżultati ppubblikati minn partijiet terzi, tikkunsidra li Stat Membru mhuwiex qed jissodisfa kif suppost l-obbligi tas-sorveljanza tas-suq jew tal-approvazzjoni tat-tip tagħha li jirriżultaw minn dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha torganizza u twettaq, jew tirrikjedi li jitwettqu, testijiet u spezzjonijiet ta' vetturi, sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati diġà disponibbli fis-suq.

Emenda    93

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1 – subparagrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-Kummissjoni tista' sserraħ fuq organizzazzjonijiet indipendenti tal-ittestjar biex iwettqu l-kompiti tekniċi, bħal testijiet jew spezzjonijiet. Ir-responsabbiltà għar-riżultati tibqa' f'idejn il-Kummissjoni. Meta jinħatru servizzi tekniċi għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tiżgura li jintuża servizz tekniku differenti mis-servizz tekniku li jkun wettaq it-test tal-approvazzjoni tat-tip oriġinali.

Emenda    94

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-manifatturi li jkollhom approvazzjoni tat-tip jew l-operaturi ekonomiċi għandhom, fuq talba, għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni, numru statistikament rilevanti ta' vetturi tal-produzzjoni, sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati magħżulin mill-Kummissjoni li huma rappreżentattivi għall-vetturi, sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati disponibbli għat-tqegħid fis-suq b'dik l-approvazzjoni tat-tip. Dawk il-vetturi, is-sistemi, il-komponenti u unitajiet tekniċi separati għandhom jiġu fornuti għall-ittestjar f'tali żmien u post u għall-perjodu li tkun teħtieġ il-Kummissjoni.

2.  Il-manifatturi li jkollhom approvazzjoni tat-tip jew l-operaturi ekonomiċi għandhom, fuq talba, jipprovdu lill-Kummissjoni, numru statistikament rilevanti ta' vetturi tal-produzzjoni, sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati magħżulin mill-Kummissjoni li huma rappreżentattivi għall-vetturi, sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati disponibbli għat-tqegħid fis-suq b'dik l-approvazzjoni tat-tip. Dawk il-vetturi, is-sistemi, il-komponenti u unitajiet tekniċi separati għandhom jiġu fornuti għall-ittestjar f'tali żmien u post u għall-perjodu li tkun teħtieġ il-Kummissjoni, skont is-sitwazzjoni.

Emenda    95

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  L-Istati Membri għandhom jagħtu l-assistenza kollha meħtieġa u jipprovdu d-dokumentazzjoni kollha u appoġġ tekniku ieħor li l-esperti tal-Kummissjoni jeħtieġu sabiex ikunu jistgħu jwettqu testijiet, kontrolli u spezzjonijiet. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-esperti tal-Kummissjoni jkollhom aċċess għall-bini kollu jew partijiet tal-bini u għall-informazzjoni, inklużi sistemi tal-kompjuter u softwer, rilevanti għat-twettiq ta' dmirijiethom.

Emenda    96

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 3 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tagħmel l-ittestjar imsemmi fil-paragrafi 1 u 2, l-Istati Membri, għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni d-dejta kollha marbuta mal-approvazzjoni tat-tip tal-vettura, sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati soġġetta għall-ittestjar tal-verifika tal-konformità. Din id-dejta għandha tinkludi tal-inqas l-informazzjoni inkluża fiċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip u l-annessi tiegħu li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 26(1).

Sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tagħmel l-ittestjar imsemmi fil-paragrafi 1 u 2, l-Istati Membri għandhom iqiegħdu minnufih għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni d-dejta kollha marbuta mal-approvazzjoni tat-tip tal-vettura, sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati soġġetti għall-ittestjar tal-verifika tal-konformità. Din id-dejta għandha tinkludi tal-inqas l-informazzjoni inkluża fiċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip u l-annessi tiegħu li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 26(1).

Emenda    97

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Il-manifatturi tal-vetturi għandhom jagħmlu d-dejta li hija meħtieġa għall-fini tal-ittestjar tal-verifika tal-konformità minn partijiet terzi pubblika. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni sabiex tiddefinixxi d-dejta li għandha ssir pubblika u l-kundizzjonijiet għal tali pubblikazzjoni, soġġett għall-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali u l-preservazzjoni tad-dejta personali skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u nazzjonali. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 87(2).

4.  Il-manifatturi tal-vetturi għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni, bla ħlas u mingħajr dewmien żejjed, id-dejta li hija meħtieġa għall-fini tal-ittestjar tal-verifika tal-konformità minn partijiet terzi rikonoxxuti. Dik id-dejta għandha tinkludi l-parametri u l-konfigurazzjonijiet kollha meħtieġa biex jiġu rreplikati b'mod preċiż il-kundizzjonijiet tat-test applikati fiż-żmien tal-ittestjar tal-approvazzjoni tat-tip. Id-dejta kollha ta' dan it-tip għandha tkun trattata b'rispett għall-protezzjoni leġittima ta' informazzjoni kummerċjali. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni sabiex tiddefinixxi d-dejta li għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni u l-kundizzjonijiet għal dan, inklużi dawk għall-għoti ta' aċċess għal tali informazzjoni permezz tad-database tal-approvazzjoni tat-tip imsemmija fl-Artikolu 10a, soġġett għall-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali u l-preservazzjoni tad-dejta personali skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u nazzjonali. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 87(2).

Emenda    98

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.  Il-Kummissjoni għandha torganizza u twettaq awditjar konġunt tal-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip u l-awtoritajiet nazzjonali tas-sorveljanza tas-suq biex tivverifika li dawn jimplimentaw, b'mod konsistenti, ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament u jwettqu dmirijiethom b'mod indipendenti u rigoruż. Wara konsultazzjoni mal-Forum, il-Kummissjoni għandha tadotta pjan annwali ta' awditjar konġunti li jqis ir-riżultati ta' evalwazzjonijiet preċedenti fid-determinazzjoni tal-frekwenza tal-valutazzjoni. F'każijiet fejn il-Kummissjoni jkollha raġunijiet biex tqis li l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip ma tissodisfax l-obbligi tagħha skont dan ir-Regolament, il-Kummissjoni tista' titlob li l-awditjar konġunt jitwettaq fuq bażi annwali.

Emenda    99

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 4b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4b.  Sabiex twettaq dan il-kompitu, il-Kummissjoni għandha tirrikorri għal awdituri indipendenti kkuntrattati bħala partijiet terzi wara sejħa miftuħa għall-offerti. L-awdituri għandhom iwettqu dmirijiethom b'mod indipendenti u imparzjali. L-awdituri għandhom josservaw il-kunfidenzjalità sabiex jitħarsu s-sigrieti kummerċjali skont il-liġi applikabbli. L-Istati Membri għandhom jagħtu l-assistenza kollha meħtieġa u għandhom jipprovdu d-dokumentazzjoni u l-appoġġ kollu li l-awdituri jitolbu biex ikunu jistgħu jwettqu dmirijiethom. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awdituri jkollhom aċċess għall-bini kollu jew partijiet tal-bini u għall-informazzjoni, inklużi sistemi tal-kompjuter u softwer, rilevanti għat-twettiq ta' dmirijiethom. Fuq talba, kull Stat Membru jista' jkun intitolat biex jibgħat osservatur fuq awditjar konġunt organizzat skont dan l-Artikolu. Dawn l-osservaturi ma għandhomx jinfluwenzaw kwalunkwe deċiżjoni relatata mal-eżitu tal-awditjar konġunt.

Emenda    100

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 4c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4c.  L-eżitu tal-awditjar konġunt għandu jiġi kkomunikat lill-Istati Membri kollha u lill-Kummissjoni u sommarju tal-eżitu għandu jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku. Dan għandu jiġi diskuss mill-Forum stabbilit fl-Artikolu 10.

Emenda    101

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 4d (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4d.  L-Istat Membru kkonċernat għandu jagħti informazzjoni lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar kif ikun indirizza r-rakkomandazzjonijiet li jirriżultaw mill-awditjar konġunt imsemmi fil-paragrafu 4c.

Emenda    102

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 4e (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4e.  Il-Kummissjoni tista' titlob aktar informazzjoni mill-Istati Membri u l-awtoritajiet nazzjonali tal-approvazzjoni tat-tip u tas-sorveljanza tas-suq meta jkollha raġuni biex temmen, wara eżami fil-Forum, li jkun hemm każijiet ta' nuqqas ta' konformità ma' dan ir-Regolament. L-Istati Membri u l-awtoritajiet rispettivi tagħhom għandhom jipprovdu tali informazzjoni mingħajr dewmien żejjed.

Emenda    103

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 5 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta dawn it-testijiet u l-ispezzjonijiet ipoġġu f'dubju l-korrettezza tal-approvazzjoni tat-tip stess, il-Kummissjoni għandha tinforma l-awtorità tal-approvazzjoni jew l-awtoritajiet ikkonċernati kif ukoll il-Forum għall-Iskambju ta' Informazzjoni dwar l-Infurzar.

Meta dawn it-testijiet u l-ispezzjonijiet ipoġġu f'dubju l-korrettezza tal-approvazzjoni tat-tip infisha, il-Kummissjoni għandha tinforma minnufih lill-awtorità tal-approvazzjoni jew l-awtoritajiet ikkonċernati kif ukoll lill-Istati Membri u l-membri tal-Forum dwar l-Infurzar.

Emenda    104

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 5 – subparagrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-Kummissjoni għandha tieħu miżuri xierqa biex tavża lill-utenti fl-Unjoni, inkluż l-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip rilevanti, f'perjodu ta' żmien adegwat, dwar kwalunkwe nuqqas ta' konformità li tkun identifikat b'rabta ma' xi vettura, sistema, komponent u unità teknika separata sabiex jiġi evitat jew jitnaqqas ir-riskju ta' korriment jew ħsara oħra. Din l-informazzjoni għandha titqiegħed ukoll għad-dispożizzjoni fuq is-sit web tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq b'lingwaġġ sempliċi u li jinftiehem.

Emenda    105

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 5 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport dwar is-sejbiet tagħha wara kull test ta' verifika tal-konformità li twettaq.

Il-Kummissjoni għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku rapport dwar il-konklużjonijiet tagħha wara kull test ta' verifika tal-konformità li twettaq u għandha tgħaddi dawn il-konklużjonijiet lill-Istati Membri u lill-membri tal-Forum dwar l-Infurzar. Ir-rapport għandu jkun fih id-dettalji tal-vetturi, is-sistemi, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati li huma vvalutati u l-identità tal-manifatturi korrispondenti, u deskrizzjoni qasira tal-konklużjonijiet, inkluża n-natura tan-nuqqas ta' konformità, jekk ikun hemm, u, jekk ikun xieraq, jirrakkomanda azzjonijiet ta' segwitu lill-Istati Membri.

Emenda    106

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u tippresjedi Forum għall-Iskambju ta' Informazzjoni dwar l-Infurzar ("il-Forum").

1.   Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi, tippresjedi u tamministra Forum dwar l-Infurzar ("il-Forum").

Emenda    107

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan il-Forum għandu jkun magħmul minn membri maħturin mill-Istati Membri.

Dan il-Forum għandu jkun magħmul minn membri maħturin mill-Istati Membri, inklużi l-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip u tas-sorveljanza tas-suq tagħhom.

 

Meta jkun xieraq, u mill-inqas darba fis-sena, il-Forum għandu wkoll jistieden osservaturi għal-laqgħat tiegħu. L-osservaturi mistiedna għandhom jinkludi rappreżentanti tal-Parlament Ewropew, tas-servizzi tekniċi, tal-organizzazzjonijiet għall-ittestjar terzi rikonoxxuti, tal-industrija jew ta' operaturi ekonomiċi rilevanti oħra, ta' NGOs tas-sikurezza u l-ambjent u ta' gruppi tal-konsumaturi. L-osservaturi mistiedna għal-laqgħat tal-Forum għandhom jikkostitwixxu firxa wiesgħa, rappreżentattiva u bbilanċjata ta' korpi tal-Unjoni u dawk nazzjonali li jirrappreżentaw il-partijiet ikkonċernati rilevanti.

Emenda    108

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.   Il-Kummissjoni għandha tippubblika fuq is-sit web tagħha l-kalendarju tal-laqgħat, l-aġendi u l-minuti, inkluż rekord tal-attendenza.

Emenda    109

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Forum għandu jikkoordina netwerk ta' awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-approvazzjoni tat-tip u għas-sorveljanza tas-suq.

Il-Forum għandu jikkoordina netwerk ta' awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-approvazzjoni tat-tip u għas-sorveljanza tas-suq sabiex jiffaċilita l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, partikolarment fir-rigward tar-rekwiżiti dwar il-valutazzjoni, id-deżinjazzjoni u l-monitoraġġ ta' korpi maħtura u l-applikazzjoni ġenerali tar-rekwiżiti mniżżla f'dan ir-Regolament.

Emenda    110

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-kompiti ta' konsulenza tiegħu għandhom jinkludu, inter alia, il-promozzjoni ta' prassi tajba, l-iskambju ta' informazzjoni dwar il-problemi ta' infurzar, il-kooperazzjoni, l-iżvilupp ta' metodi tax-xogħol u għodod, żvilupp ta' proċedura ta' skambju ta' informazzjoni elettronika, l-evalwazzjoni ta' proġetti ta' infurzar armonizzati, il-penali, u l-ispezzjonijiet konġunti.

Il-kompiti tiegħu għandhom jinkludu:

 

(a)   il-kunsiderazzjoni tal-ilmenti sostanzjati, l-evidenza jew informazzjoni rilevanti oħra dwar nuqqas ta' konformità possibbli ppreżentata minn partijiet terzi rikonoxxuti;

 

(b)   il-valutazzjoni u d-diskussjoni konġunta tal-programmi ta' sorveljanza tas-suq nazzjonali wara li jkunu ġew ippreżentati lill-Kummissjoni;

 

(c)  l-iskambju ta' informazzjoni fir-rigward ta' teknoloġiji ġodda disponibbli jew li se jsiru disponibbli fis-suq;

 

(d)  il-valutazzjoni tar-riżultati tar-reviżjonijiet, kemm dawk skont l-Artikolu 6(6) kif ukoll dawk li jsegwu awditjar konġunt skont l-Artikolu 71(8), tal-funzjonament tal-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip;

 

(e)  ir-reviżjoni tar-riżultati tal-valutazzjonijiet tal-funzjonament tas-sorveljanza tas-suq;

 

(f)  il-valutazzjoni tar-riżultati tal-valutazzjonijiet, kemm skont l-Artikolu 80(3a) u dawk li jsegwu valutazzjoni konġunta skont l-Artikolu 80(4), tal-funzjonament tas-servizzi tekniċi; kif ukoll

 

(g)  il-valutazzjoni, tal-inqas kull sentejn, tal-effettività tal-attivitajiet ta' infurzar, inkluż, fejn rilevanti, il-konsistenza u l-effettività ta' kwalunkwe tiswija, sejħa lura jew sanzjoni applikata mill-Istati Membri fejn vetturi, sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati affettwati bin-nuqqas ta' konformità, ikunu mqiegħda fis-suq f'aktar minn Stat Membru wieħed.

Emenda    111

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.   Meta, wara eżami fi ħdan il-forum, il-Kummissjoni jkollha raġuni temmen li hemm każijiet ta' nuqqas ta' konformità ma' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni tista' titlob informazzjoni ulterjuri mill-Istati Membri u mill-awtoritajiet nazzjonali tal-approvazzjoni tat-tip u l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tagħhom. L-Istati Membri u l-awtoritajiet rispettivi tagħhom għandhom jipprovdu tali informazzjoni mingħajr dewmien żejjed.

Emenda    112

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 2b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2b.   Il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli għall-pubbliku rapport dwar l-attivitajiet tal-Forum fuq bażi annwali. Dan ir-rapport għandu jinkludi spjegazzjoni dettaljata tal-kwistjonijiet li l-Forum ikun qed jikkunsidra, l-azzjonijiet li jirriżultaw minn dawk id-deliberazzjonijiet u r-raġunament wara dawk l-azzjonijiet, inkluż fil-każ li ma tkun prevista ebda azzjoni. Kull sena l-Kummissjoni għandha tippreżenta r-rapport tal-attivitajiet tal-Forum lill-Parlament Ewropew.

Emenda    113

Proposta għal regolament

Artikolu 10, paragrafu 2c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2c.   Jekk il-Kummissjoni turi li l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip ikkonċernata tkun kisret xi rekwizit ta' dan ir-Regolament wara awditjar konġunt, din għandha immedjatament tinforma lill-Istati Membri, lill-Parlament Ewropew u lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni tista' tieħu l-miżuri meħtieġa kollha biex tindirizza dan in-nuqqas ta' konformità. F'ċertu każijiet, u wara kunsiderazzjoni xierqa tan-natura tan-nuqqas ta' konformità, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tissospendi jew tirtira l-awtorità għall-awtorità tal-approvazzjoni kkonċernata biex taċċetta applikazzjonijiet ta' ċertifikati għal approvazzjoni tat-tip tal-UE skont l-Artikolu 21.

Emenda    114

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 2c – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Fi żmien xahrejn wara li tissospendi jew tirtira tali awtorità skont il-paragrafu 3, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Istati Membri dwar is-sejbiet tagħha fir-rigward tan-nuqqas ta' konformità. Meta jkun hemm bżonn sabiex tiżgura s-sikurezza tal-vetturi, is-sistemi, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati diġà mqegħdin fis-suq, il-Kummissjoni għandha tagħti istruzzjonijiet lill-awtoritajiet tal-approvazzjoni kkonċernati biex jissospendu jew jirtiraw, f'perjodu ta' żmien raġonevoli, kwalunkwe ċertifikat li ma kellux jinħareġ.

Emenda    115

Proposta għal regolament

Artikolu 10a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 10a

 

Bażi ta' dejta għal approvazzjoni tat-tip online

 

1.   Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi bażi ta' dejta għal approvazzjoni tat-tip online għall-iskambju elettroniku sikur ta' informazzjoni relatata mal-approvazzjoni tat-tip, l-awtorizzazzjonijiet maħruġa, is-sorveljanza tas-suq u attivitajiet rilevanti oħra bejn l-awtoritajiet nazzjonali tal-approvazzjoni tat-tip, l-awtoritiet ta' sorveljanza tas-suq, l-Istati Membri u l-Kummissjoni.

 

2.   Il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għall-koordinazzjoni tal-aċċess u r-reċezzjoni ta' aġġornamenti regolari mal-awtoritajiet rilevanti u s-sigurtà tad-dejta u l-kunfidenzjalità relatata mar-rekords miżmuma fil-bażi ta' dejta

 

3.   L-Istati Membri għandhom jissottomettu l-informazzjoni mitluba skont l-Artikolu 25 fil-bażi ta' dejta. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jipprovdu dettalji tan-numru ta' identifikazzjoni tal-vettura ta' vetturi reġistrati u n-numru tar-reġistrazzjoni tal-vettura allokat lil vettura skont id-Direttiva tal-Kunsill 1999/37/KE1a u għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni aġġornamenti fuq bażi regolari. Din l-informazzjoni għandha tkun disponibbli f'format li jippermetti tfittxija.

 

4.   Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi interfaċċa bejn il-bażi ta' dejta u s-Sistema ta' Twissija Rapida tal-EU (RAPEX) u s-Sistema ta' Informazzjoni u Komunikazzjoni dwar is-Sorveljanza tas-Suq (ICSMS), sabiex ikunu faċilitati l-attivitajiet ta' sorveljanza tas-suq u jkunu żgurati l-koordinazzjoni, il-konsistenza u l-akkuratezza tal-informazzjoni provduta lill-konsumaturi u partijiet terzi.

 

5.   Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi wkoll interfaċċa pubblika aċċessibbli li għandha tinkludi l-informazzjoni li hemm fl-Anness IX u d-dettalji tal-awtorità tal-approvazzjoni li toħroġ iċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip skont l-Artikolu 24 u tas-servizzi tekniċi li wettqu t-testijiet mitluba skont l-Artikolu 28. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li dik l-informazzjoni tiġi preżentata b'mod li tippermetti tfittxija.

Il-Kummissjoni għandha tipprovdi wkoll aċċess għall-informazzjoni meħtieġa għall-verifika tat-test, bi qbil mal-atti ta' implimentazzjoni adottati skont l-Artikolu 9(4).

 

6.   Bħala parti mill-bażi ta' dejta, il-Kummissjoni għandha tiżviluppa għodda biex ittella' riżultati tat-test ta' partijiet terzi kif ukoll ilmenti dwar il-prestazzjoni ta' vetturi, sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi oħra. Informazzjoni ppreżentata permezz ta' din l-għodda għandha tkun ikkunsidrata fir-rigward tal-attivitajiet ta' sorveljanza tas-suq previsti fl-Artikoli 8 u 9.

 

7.   Biex tiġi ttestjata l-adegwatezza tal-użu tal-IMI għall-fini tal-iskambju ta' informazzjoni abbażi ta' dan l-Artikolu, għandu jitnieda proġett pilota sa ... [3 xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].

 

__________________

 

1aId-Direttiva tal-Kunsill 1999/37/KE tad-29 ta' April 1999 dwar id-dokumenti ta' reġistrazzjoni għall-vetturi (ĠU L 138, 1.6.1999, p. 57).

Emenda    116

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-manifattur għandu jiżgura li l-vetturi, is-sistemi, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati li huwa stess immanifattura u li jkunu tqiegħdu fis-suq jew iddaħħlu fis-servizz ikunu ġew manifatturati u approvati b'konformità mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament.

1.  Il-manifattur għandu jiżgura li l-vetturi, is-sistemi, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati li huma mqiegħda fis-suq jew li daħħlu fis-servizz ikunu ġew manifatturati u approvati b'konformità mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament, u li dawn jibqgħu jikkonformaw ma' dawk ir-rekwiżiti irrispettivament mill-metodu ta' ttestjar użat.

Emenda    117

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 2 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-manifattur għandu jkun responsabbli lejn l-awtorità tal-approvazzjoni għall-aspetti kollha tal-proċedura tal-approvazzjoni u għall-iżgurar tal-konformità tal-produzzjoni irrispettivament mill-metodu ta' testjar użat.

Emenda    118

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Għall-finijiet tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE, manifattur stabbilit barra mill-Unjoni għandu jaħtar rappreżentant waħdieni stabbilit fl-Unjoni sabiex jirrappreżenta lill-manifattur quddiem l-awtorità tal-approvazzjoni. Dak il-manifattur għandu jaħtar ukoll rappreżentant waħdieni stabbilit fl-Unjoni għall-finijiet tas-sorveljanza tas-suq, li jista' jkun l-istess rappreżentant maħtur għall-finijiet tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE.

4.  Għall-finijiet tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE, manifattur ta' vetturi, sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati stabbilit barra mill-Unjoni għandu jaħtar rappreżentant waħdieni stabbilit fl-Unjoni sabiex jirrappreżenta lill-manifattur quddiem l-awtorità tal-approvazzjoni. Dak il-manifattur għandu jaħtar ukoll rappreżentant waħdieni stabbilit fl-Unjoni għall-finijiet tas-sorveljanza tas-suq, li jista' jkun l-istess rappreżentant maħtur għall-finijiet tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE.

Emenda    119

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.  Meta japplika għal approvazzjoni tat-tip tal-UE, il-manifattur għandu juri li d-disinn tal-vetturi, tas-sistemi, tal-komponenti jew tal-unitajiet tekniċi separati ma jinkorporax strateġiji jew mezzi oħra li jbiddlu b'mod mhux meħtieġ il-prestazzjoni murija waqt proċeduri ta' test applikabbli meta dawk il-vetturi, is-sistemi, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati jitħaddmu taħt kundizzjonijiet li jistgħu jkunu raġonevolment mistennija li wieħed jiltaqa' magħhom fit-tħaddim u fl-użu normali.

 

Il-manifattur għandu jiżvela kwalunkwe strateġija ta' ġestjoni tal-magna li tista' tintuża, jew permezz ta' ħardwer jew ta' softwer. Il-manifattur għandu jiżvela l-informazzjoni rilevanti kollha dwar dawn l-istrateġiji ta' ġestjoni, inklużi s-softwer użat, il-parametri ta' tali strateġiji u l-ġustifikazzjoni teknika bid-dettalji ta' għaliex huma meħtieġa.

Emenda    120

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Il-manifattur għandu jkun responsabbli għall-awtorità tal-approvazzjoni għall-aspetti kollha tal-proċedura tal-approvazzjoni u għall-iżgurar tal-konformità tal-produzzjoni, kemm jekk ikun involut direttament jew le fl-istadji kollha tal-kostruzzjoni ta' vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata.

imħassar

Emenda    121

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

6a.  Il-manifattur għandu, bil-għan li jħares l-ambjent, is-saħħa u s-sikurezza tal-konsumaturi, jinvestiga u jżomm reġistru tal-ilmenti u n-nuqqasijiet ta' konformità ta' vetturi, sistemi, komponenti, unitajiet tekniċi separati, parts jew tagħmir li hu jkun qiegħed fis-suq u jżomm lill-importaturi u lid-distributuri tiegħu informati dwar dan il-monitoraġġ.

 

Jekk in-numru ta' lmenti u ta' nuqqasijiet ta' konformità dwar tagħmir relatat mas-sikurezza jew mal-emissjonijiet jaqbeż it-30 każ jew il-1 fil-mija tat-total tal-vetturi, skont liema valur huwa aktar baxx, is-sistemi, il-komponenti, l-unitajiet tekniċi separati, il-parts jew it-tagħmir ta' tip, varjant u/jew verżjoni partikolari li tqiegħdu fis-suq, għandha tintbagħat mingħajr dewmien informazzjoni ddettaljata lill-awtorità tal-approvazzjoni rilevanti responsabbli għall-vettura, is-sistema, il-komponent, l-unità teknika separata, il-part jew it-tagħmir kif ukoll lill-Kummissjoni.

 

L-informazzjoni għandu jkun fiha deskrizzjoni tal-kwistjoni u d-dettalji meħtieġa biex jiġi identifikat it-tip, il-varjant u l-verżjoni affettwati tal-vettura, is-sistema, il-komponent, l-unità teknika separata, il-part jew it-tagħmir. Din id-dejta ta' twissija bikrija għandha tintuża għall-identifikazzjoni ta' tendenzi potenzjali fl-ilmenti tal-konsumaturi u biex tiġi investigata l-ħtieġa għal sejħiet lura mibdija mill-manifattur u attivitajiet ta' sorveljanza tas-suq mill-Istati Membri u l-Kummissjoni.

Emenda    122

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 7a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

7a.  Il-manifattur għandu jiżgura li l-utent ta' vettura, wara informazzjoni minn qabel, jaqbel li tiġi proċessata u trażmessa d-dejta kollha li ġiet iġġenerata waqt l-użu tal-vettura bi qbil mar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a. Meta l-ipproċessar u t-trażmissjoni tad-dejta ma jkunx obbligatorju għall-funzjonament sikur tal-vettura, il-manifattur għandu jiżgura li l-utent tal-vettura jkollu l-għażla li jiskonnettja t-trasferiment tad-dejta u li hu/hi jkunu jistgħu jagħmlu dan faċilment.

 

__________________

 

1a Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

Emenda    123

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Manifattur li jkun tal-fehma li l-vettura, is-sistema, il-komponent, l-unità teknika separata, jew part jew tagħmir, li tpoġġew fis-suq jew iddaħħlu fis-servizz, mhumiex konformi ma' dan ir-Regolament jew li l-approvazzjoni tat-tip tkun ingħatat abbażi ta' dejta inkorretta, għandu jieħu l-miżuri xierqa minnufih sabiex iġib tali vettura, sistema, komponent, unità teknika separata, part jew tagħmir f'konformità, jew inkella sabiex jirtirahom jew isejħilhom lura mis-suq, skont kif xieraq.

Meta manifattur iqis li vettura, sistema, komponent, unità teknika separata, jew part jew tagħmir, li tpoġġew fis-suq jew iddaħħlu fis-servizz, mhumiex konformi ma' dan ir-Regolament jew meta l-approvazzjoni tat-tip tkun ingħatat abbażi ta' dejta inkorretta, il-manifattur għandu jieħu l-miżuri xierqa minnufih sabiex iġib tali vettura, sistema, komponent, unità teknika separata, part jew tagħmir f'konformità, jew inkella sabiex jirtirahom jew isejħilhom lura mis-suq, skont kif xieraq.

Emenda    124

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Meta l-vettura, is-sistema, il-komponent, l-unità teknika separata, il-part jew it-tagħmir jippreżentaw riskju serju, il-manifattur għandu jipprovdi minnufih informazzjoni dettaljata dwar in-nuqqas ta' konformità u dwar kwalunkwe miżuri meħuda lill-awtoritajiet tal-approvazzjoni u lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri fejn il-vettura, is-sistema, il-komponent, l-unità teknika separata, il-part jew it-tagħmir ikunu tpoġġew disponibbli fis-suq jew ikunu ddaħħlu fis-servizz għal dak il-għan.

2.  Meta l-vettura, is-sistema, il-komponent, l-unità teknika separata, il-part jew it-tagħmir jippreżentaw riskju serju, il-manifattur għandu jipprovdi minnufih informazzjoni dettaljata dwar in-nuqqas ta' konformità u riskju u dwar kwalunkwe miżuri meħuda lill-awtoritajiet tal-approvazzjoni u lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri fejn il-vettura, is-sistema, il-komponent, l-unità teknika separata, il-part jew it-tagħmir ikunu tpoġġew disponibbli fis-suq jew ikunu ddaħħlu fis-servizz għal dak il-għan.

Emenda    125

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 3 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-manifattur għandu jżomm il-pakkett ta' informazzjoni msemmi fl-Artikolu 24(4) għal perjodu ta' għaxar snin wara t-tqegħid fis-suq ta' vettura u għal perjodu ta' ħames snin wara t-tqegħid fis-suq ta' sistema, komponent jew unità teknika separata.

Il-manifattur għandu jżomm il-pakkett ta' informazzjoni msemmi fl-Artikolu 24(4) u barra minn hekk il-manifattur tal-vettura għandu jżomm għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet tal-approvazzjoni kopja taċ-ċertifikati tal-konformità msemmija fl-Artikolu 34 għal perjodu ta' għaxar snin wara t-tmiem tal-validità tal-approvazzjoni tat-tip għal vettura u għal perjodu ta' ħames snin wara t-tmiem tal-validità tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE għal sistema, komponent jew unità teknika separata.

Emenda    126

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-manifattur tal-vettura għandu jżomm għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet tal-approvazzjoni kopja taċ-ċertifikati ta' konformità msemmija fl-Artikolu 34.

imħassar

Emenda    127

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 4 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-manifattur għandu, fuq talba motivata minn awtorità nazzjonali, jipprovdi lil dik l-awtorità, permezz tal-awtorità tal-approvazzjoni, b'kopja taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE jew bl-awtorizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 55(1) li turi l-konformità tal-vettura, tas-sistema, tal-komponent jew tal-unità teknika separata, b'lingwa li tista' tinftiehem faċilment mill-awtorità nazzjonali.

Il-manifattur għandu, fuq talba motivata minn awtorità nazzjonali jew il-Kummissjoni, jipprovdi lil dik l-awtorità, jew lill-Kummissjoni, permezz tal-awtorità tal-approvazzjoni, b'kopja taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE jew bl-awtorizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 55(1) li turi l-konformità tal-vettura, tas-sistema, tal-komponent jew tal-unità teknika separata, il-part jew it-tagħmir b'lingwa li tista' tinftiehem faċilment.

Emenda    128

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 4 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-manifattur għandu, wara talba motivata minn awtorità nazzjonali, jikkoopera ma' dik l-awtorità dwar kull azzjoni meħuda b'konformità mal-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 biex telimina r-riskji kkawżati mill-vettura, mis-sistema, mill-komponent, mill-unità teknika separata, mill-part jew mit-tagħmir li huwa jkun għamel disponibbli fis-suq.

Il-manifattur għandu, wara talba motivata minn awtorità nazzjonali jew mill-Kummissjoni, jikkoopera ma' dik l-awtorità jew mal-Kummmissjoni, dwar kull azzjoni meħuda b'konformità mal-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 biex telimina r-riskji kkawżati mill-vettura, mis-sistema, mill-komponent, mill-unità teknika separata, mill-part jew mit-tagħmir li huwa jkun għamel disponibbli fis-suq.

Emenda    129

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Obbligi tar-rappreżentanti tal-manifattur fir-rigward tas-sorveljanza tas-suq

Obbligi tar-rappreżentanti tal-manifattur

Emenda    130

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Ir-rappreżentant tal-manifattur għas-sorveljanza tas-suq għandu jwettaq il-kompiti speċifikati fil-mandat li jkun irċieva mill-manifattur. Dak il-mandat għandu jipprovdi lir-rappreżentant jagħmel mill-inqas dawk li ġejjin:

1.  Ir-rappreżentant tal-manifattur għandu jwettaq il-kompiti speċifikati fil-mandat li jkun irċieva mill-manifattur. Dak il-mandat għandu jipprovdi lir-rappreżentant jagħmel mill-inqas dawk li ġejjin:

Emenda    131

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  ikollu aċċess għall-folder ta' informazzjoni msemmi fl-Artikolu 22 u għaċ-ċertifikat ta' konformità msemmi fl-Artikolu 34 f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni. Dokumentazzjoni bħal din għandha tkun magħmula disponibbli għall-awtoritajiet tal-approvazzjoni għal perjodu ta' għaxar snin wara t-tqegħid fis-suq ta' vettura u għal perjodu ta' ħames snin wara t-tqegħid fis-suq ta' sistema, komponent jew unità teknika separata;

(a)  ikollu aċċess għaċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip u l-annessi tiegħu u għaċ-ċertifikat ta' konformità f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni. Dokumentazzjoni bħal din għandha tkun magħmula disponibbli għall-awtoritajiet tal-approvazzjoni u għall-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq għal perjodu ta' għaxar snin wara t-tqegħid fis-suq ta' vettura u għal perjodu ta' ħames snin wara t-tqegħid fis-suq ta' sistema, komponent jew unità teknika separata;

Emenda    132

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  isegwi talba motivata minn awtorità tal-approvazzjoni, jipprovdi lil dik l-awtorità bl-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex tintwera l-konformità tal-produzzjoni ta' vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata;

(b)  isegwi talba motivata minn awtorità tal-approvazzjoni, jipprovdi lil dik l-awtorità bl-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex tintwera l-konformità tal-produzzjoni ta' vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata, inkluż kwalunkwe speċifikazzjoni teknika fl-approvazzjoni tat-tip u aċċess għal softwer u algoritmi;

Ġustifikazzjoni

L-awtoritajiet tal-approvazzjoni għandu jkollhom aċċess għas-softwer u l-algoritmi abbażi ta' każijiet tal-passat fejn intuża softwer biex jinfluwenza r-riżultati tat-test.

Emenda    133

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 3 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Id-dettalji ta' bidla għandhom jindirizzaw l-aspetti li ġejjin:

3.  Id-dettalji ta' bidla fil-mandat għandhom jindirizzaw l-aspetti li ġejjin:

Emenda    134

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Qabel iqiegħed fis-suq vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata bit-tip approvat, l-importatur għandu jivverifika li jkun ġie ppreżentat magħhom il-pakkett ta' informazzjoni msemmi fl-Artikolu 24(4) mill-awtorità tal-approvazzjoni, u li s-sistema, il-komponent jew l-unità teknika separata jkollhom il-marka tal-approvazzjoni tat-tip meħtieġa u jkunu konformi mal-Artikolu 11(7).

Qabel iqiegħed fis-suq vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata bit-tip approvat, l-importatur għandu jivverifika li dawn ikunu koperti minn ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip validu u li l-komponent jew l-unità teknika separata jkollhom il-marka tal-approvazzjoni tat-tip meħtieġa u jkunu konformi mal-Artikolu 11(7).

Emenda    135

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Meta l-importatur jikkunsidra li vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata mhumiex f'konformità mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament u, b'mod partikolari, li ma jikkorrespondux għall-approvazzjoni tat-tip tagħhom, huwa ma għandux jippermetti t-tqegħid fis-suq, id-dħul fis-servizz jew ir-reġistrazzjoni ta' tali vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata, sakemm dawn jinġiebu f'konformità. Meta huwa jikkunsidra li l-vettura, is-sistema, il-komponent jew l-unità teknika separata, il-part jew it-tagħmir jippreżentaw riskju serju, huwa għandu jgħarraf b'dan lill-manifattur u lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq. Għall-vetturi, is-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati bit-tip approvat, huwa għandu jgħarraf ukoll lill-awtorità tal-approvazzjoni li tkun tat l-approvazzjoni tat-tip.

3.  Meta l-importatur jikkunsidra li vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata mhumiex f'konformità mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament u, b'mod partikolari, meta ma jikkorrespondux għall-approvazzjoni tat-tip tagħhom, l-importatur ma għandux jippermetti t-tqegħid fis-suq, id-dħul fis-servizz jew ir-reġistrazzjoni ta' tali vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata, sakemm dawn jinġiebu f'konformità. Meta huwa jikkunsidra li l-vettura, is-sistema, il-komponent jew l-unità teknika separata, il-part jew it-tagħmir jippreżentaw riskju serju, l-importatur għandu jgħarraf b'dan lill-manifattur u lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq. Għall-vetturi, is-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati bit-tip approvat, huwa għandu jgħarraf ukoll lill-awtorità tal-approvazzjoni li tkun tat l-approvazzjoni tat-tip.

Emenda    136

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  L-importatur għandu, bil-għan li jipproteġi s-saħħa u s-sigurtà tal-konsumaturi, jinvestiga u jżomm reġistru tal-ilmenti u s-sejħiet lura ta' vetturi, sistemi, komponenti, unitajiet tekniċi separati, parts jew tagħmir li jkun qiegħed fis-suq u jżomm lid-distributuri tiegħu infurmati dwar dan il-monitoraġġ.

6.  L-importatur għandu, bil-għan li jipproteġi s-saħħa u s-sigurtà tal-konsumaturi, jinvestiga u jżomm reġistru tal-ilmenti, nuqqasijiet ta' konformità u s-sejħiet lura ta' vetturi, sistemi, komponenti, unitajiet tekniċi separati, parts jew tagħmir li jkun qiegħed fis-suq u jżomm lid-distributuri tiegħu infurmati dwar l-ilmenti u s-sejħiet lura.

Emenda    137

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

6a.  L-importatur għandu immedjatament jinforma lill-manifattur rilevanti dwar l-ilmenti u r-rapporti relatati mar-riskji, ma' inċidenti suspettati, jew ma' nuqqas ta' konformità relatati ma' vetturi, sistemi, komponenti, unitajiet tekniċi separati, parts jew tagħmir li hu jkun qiegħed fis-suq.

Emenda    138

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Fejn vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata li huwa jkun qiegħed fis-suq mill-importatur mhumiex f'konformità ma' dan ir-Regolament, l-importatur għandu minnufih jieħu l-miżuri xierqa meħtieġa sabiex iġib tali vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata f'konformità, jew inkella jirtirahom jew isejħilhom lura mis-suq, kif xieraq.

1.  Fejn vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata li huwa jkun qiegħed fis-suq mill-importatur mhumiex f'konformità ma' dan ir-Regolament, l-importatur għandu minnufih jieħu l-miżuri xierqa meħtieġa sabiex iġib tali vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata f'konformità taħt il-kontroll tal-manifattur, jew inkella jirtirahom jew isejħilhom lura mis-suq, kif xieraq. L-importatur għandu wkoll jinforma lill-manifattur u lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip li tkun tat l-approvazzjoni tat-tip.

Emenda    139

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta vettura, sistema, komponent, unità teknika separata, part jew tagħmir jippreżentaw riskju serju, l-importatur għandu jipprovdi minnufih informazzjoni dettaljata dwar ir-riskju serju lill-manifattur u lill-awtoritajiet tal-approvazzjoni u tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri fejn il-vettura, is-sistema, il-komponent, l-unità teknika separata, il-part jew it-tagħmir ikunu tpoġġew disponibbli fis-suq.

Meta vettura, sistema, komponent, unità teknika separata, part jew tagħmir li jkunu tqiegħdu fis-suq jippreżentaw riskju serju, l-importatur għandu jipprovdi minnufih informazzjoni dettaljata dwar ir-riskju serju lill-manifattur u lill-awtoritajiet tal-approvazzjoni u tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri fejn il-vettura, is-sistema, il-komponent, l-unità teknika separata, il-part jew it-tagħmir ikunu tpoġġew disponibbli fis-suq.

Emenda    140

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Distributur għandu jivverifika, qabel jagħmel disponibbli fis-suq, jirreġistra jew idaħħal fis-servizz vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata, li tali vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata jkollhom il-pjanċa statutorja jew il-marka tal-approvazzjoni tat-tip meħtieġa, li jkunu akkumpanjati bid-dokumenti meħtieġa, kif ukoll bi struzzjonijiet u informazzjoni dwar is-sikurezza, kif mitlub mill-Artikolu 63, bil-lingwa jew lingwi uffiċjali tal-Istat Membru rilevanti, u li l-manifattur u l-importatur ikunu kkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 11(7) u fl-Artikolu 14(4), rispettivament.

1.   Distributur għandu jivverifika, qabel jagħmel disponibbli fis-suq, jirreġistra jew idaħħal fis-servizz vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata, li tali vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata jkollhom il-pjanċa statutorja jew il-marka tal-approvazzjoni tat-tip meħtieġa, li jkunu akkumpanjati bid-dokumenti meħtieġa, kif ukoll bi struzzjonijiet u informazzjoni dwar is-sikurezza, kif mitlub mill-Artikolu 63, bil-lingwa jew lingwi uffiċjali tal-Istat Membru rilevanti, u li l-manifattur u l-importatur ikunu kkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 11(7) u fl-Artikolu 14(4), rispettivament.

 

2.   Id-distributur għandu, bil-għan li jħares l-ambjent, is-saħħa u s-sikurezza tal-konsumaturi, jinvestiga lmenti u nuqqasijiet ta' konformità ta' vetturi, sistemi, komponenti, unitajiet tekniċi separati, parts jew tagħmir li jkun qiegħed fis-suq. Barra minn hekk, l-ilmenti u/jew in-nuqqasijiet ta' konformità kollha li jikkonċernaw aspetti ambjentali jew tas-sikurezza tal-vettura għandhom jiġu kkomunikati lill-importatur jew lill-manifattur mingħajr dewmien.

Emenda    141

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Meta d-distributur jikkunsidra li vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata mhumiex f'konformità mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament, huwa ma għandux jippermetti t-tqegħid għad-disponibbiltà fis-suq, id-dħul fis-servizz jew ir-reġistrazzjoni ta' tali vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata, sakemm dawn jinġiebu f'konformità.

1.  Meta d-distributur jikkunsidra li vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata mhumiex f'konformità mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament, id-distributur għandu jgħarraf lill-manifattur, lill-importatur u lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip li tkun tat l-approvazzjoni tat-tip dwar dak il-fatt u ma għandux jippermetti t-tqegħid fis-suq, id-dħul fis-servizz jew ir-reġistrazzjoni ta' tali vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata, sakemm dawn jinġiebu f'konformità.

Emenda    142

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Id-distributur li jikkunsidra li vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata li huwa jkun qiegħed għad-disponibbiltà fis-suq mhumiex f'konformità ma' dan ir-Regolament għandu jgħarraf lill-manifattur jew lill-importatur sabiex jiżgura li jittieħdu l-miżuri xierqa meħtieġa sabiex tali vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata jinġiebu f'konformità, jew inkella jirtirahom jew isejħilhom lura mis-suq, kif xieraq, b'konformità mal-Artikolu 12(1) jew mal-Artikolu 15(1).

2.  Meta distributur jikkunsidra li vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata li huwa jkun qiegħed għad-disponibbiltà fis-suq mhumiex f'konformità ma' dan ir-Regolament għandu jgħarraf lill-manifattur, lill-importatur u lill-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip li tat l-approvazzjoni tat-tip sabiex jiżgura li jittieħdu l-miżuri xierqa meħtieġa sabiex tali vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata jinġiebu f'konformità, jew inkella jirtirahom jew isejħilhom lura mis-suq, kif xieraq, b'konformità mal-Artikolu 12(1) jew mal-Artikolu 15(1).

Emenda    143

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Meta l-vettura, is-sistema, il-komponent, l-unità teknika separata, il-part jew it-tagħmir jippreżentaw riskju serju, id-distributur għandu minnufih jipprovdi informazzjoni dettaljata dwar dak ir-riskju serju lill-manifattur, lill-importatur u lill-awtoritajiet tal-approvazzjoni u tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri fejn tali vettura, sistema, komponent, unità teknika separata, part jew tagħmir ikunu tpoġġew disponibbli fis-suq. Id-distributur għandu jgħarrafhom ukoll b'kull azzjoni meħuda u jagħti dettalji, b'mod partikolari dwar ir-riskju serju u l-miżuri ta' korrezzjoni meħuda mill-manifattur.

3.  Meta l-vettura, is-sistema, il-komponent, l-unità teknika separata, il-part jew it-tagħmir jippreżentaw riskju serju, id-distributur għandu minnufih jipprovdi informazzjoni dettaljata dwar dak ir-riskju serju lill-manifattur, lill-importatur u lill-awtoritajiet tal-approvazzjoni u tas-sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri fejn tali vettura, sistema, komponent, unità teknika separata, part jew tagħmir ikunu tpoġġew disponibbli fis-suq. Id-distributur għandu jgħarrafhom ukoll b'kull azzjoni meħuda u jagħti dettalji tal-miżuri ta' korrezzjoni meħuda mill-manifattur.

Emenda    144

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Id-distributur għandu, wara talba motivata minn awtorità nazzjonali, jikkoopera ma' dik l-awtorità fuq kull azzjoni meħuda b'konformità mal-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 biex jelimina r-riskji kkawżati mill-vettura, mis-sistema, mill-komponent, mill-unità teknika separata, mill-part jew mit-tagħmir li huwa jkun għamel disponibbli fis-suq.

4.  Id-distributur għandu, wara talba motivata minn awtorità nazzjonali jew mill-Kummissjoni, jikkoopera ma' dik l-awtorità jew mal-Kummissjoni fuq kull azzjoni meħuda b'konformità mal-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 biex jelimina r-riskji kkawżati mill-vettura, mis-sistema, mill-komponent, mill-unità teknika separata, mill-part jew mit-tagħmir li huwa jkun għamel disponibbli fis-suq.

Emenda    145

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Għall-approvazzjoni tat-tip ta' sistema, l-approvazzjoni tat-tip ta' komponent u l-approvazzjoni tat-tip ta' unità teknika separata, hija applikabbli biss l-approvazzjoni tat-tip fi stadju wieħed.

2.  Mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti tal-atti regolatorji elenkati fl-Anness IV, għall-approvazzjoni tat-tip ta' sistema, l-approvazzjoni tat-tip ta' komponent u l-approvazzjoni tat-tip ta' unità teknika separata, hija applikabbli biss l-approvazzjoni tat-tip fi stadju wieħed.

Emenda    146

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-approvazzjoni tat-tip tal-UE għall-istadju finali tal-ikkompletar għandha tingħata biss wara li l-awtorità tal-approvazzjoni tkun ivverifikat li t-tip approvat ta' vettura fl-istadju finali jissodisfa r-rekwiżiti tekniċi applikabbli kollha fil-mument tal-approvazzjoni. Verifika għandha tinkludi kontroll dokumentarju tar-rekwiżiti kollha koperti minn approvazzjoni tat-tip tal-UE għal tip ta' vettura mhux kompleta mogħtija matul il-kors tal-proċedura f'diversi stadji, anki meta din tkun ingħatat għal kategorija differenti ta' vettura.

4.  L-approvazzjoni tat-tip tal-UE għall-istadju finali tal-ikkompletar għandha tingħata biss wara li l-awtorità tal-approvazzjoni tkun ivverifikat li t-tip approvat ta' vettura fl-istadju finali jissodisfa r-rekwiżiti tekniċi applikabbli kollha fil-mument tal-approvazzjoni, f'konformità mal-proċeduri stabbiliti fl-Anness XVII. Verifika għandha tinkludi kontroll dokumentarju tar-rekwiżiti kollha koperti minn approvazzjoni tat-tip tal-UE għal tip ta' vettura mhux kompleta mogħtija matul il-kors tal-proċedura f'diversi stadji, inkluż meta din tkun ingħatat għal kategorija differenti ta' vettura. Din għandha tinkludi wkoll kontroll li l-prestazzjoni tas-sistemi li ngħataw approvazzjoni tat-tip b'mod separat tkun għadha konformi ma' dawk l-approvazzjonijiet tat-tip wara li jkunu ġew inkorporati f'vettura sħiħa.

Emenda    147

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  L-għażla tal-approvazzjoni tat-tip imsemmija fil-paragrafu 1 ma għandhiex taffettwa r-rekwiżiti sostantivi applikabbli li magħhom irid jikkonforma t-tip approvat ta' vettura fil-mument tal-ħruġ tal-approvazzjoni tat-tip għall-vettura kollha.

5.  L-għażla tal-approvazzjoni tat-tip imsemmija fil-paragrafu 1 ma għandhiex taffettwa r-rekwiżiti kollha applikabbli li magħhom irid jikkonforma t-tip approvat ta' vettura fil-mument tal-ħruġ tal-approvazzjoni tat-tip għall-vettura kollha.

Emenda    148

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

6a.  Il-manifattur għandu jpoġġi għad-dispożizzjoni tal-awtorità tal-approvazzjoni l-ammont neċessarju ta' vetturi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati skont l-atti regolatorji rilevanti għat-twettiq tat-testijiet meħtieġa.

Emenda    149

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Tista' tiġi sottomessa applikazzjoni waħda biss fir-rigward ta' tip partikolari ta' vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata u fi Stat Membru wieħed biss.

2.  Tista' tiġi sottomessa applikazzjoni waħda biss fir-rigward ta' tip partikolari ta' vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata u fi Stat Membru wieħed biss. Ladarba tiġi ppreżentata l-applikazzjoni, il-manifattur ma għandux jitħalla jinterrompi l-proċedura u jippreżenta applikazzjoni għall-istess tip lil awtorità tal-approvazzjoni oħra jew servizzi tekniċi oħrajn. Barra minn hekk, jekk l-approvazzjoni tat-tip tiġi rrifjutata jew it-test f'servizz tekniku ifalli, il-manifattur m'għandux jitħalla jippreżenta applikazzjoni oħra għall-istess tip lil awtorità tal-approvazzjoni oħra jew lil servizz tekniku ieħor.

Emenda    150

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  dokument ta' informazzjoni, kif stabbilit fl-Anness I għal approvazzjoni tat-tip fi stadju wieħed jew imħallta, jew fl-Anness III għal approvazzjoni tat-tip pass pass;

(a)  dokument ta' informazzjoni, kif stabbilit fl-Anness I għal approvazzjoni tat-tip tal-vettura kollha fi stadju wieħed jew imħallta, jew fl-Anness III għal approvazzjoni tat-tip tal-vettura kollha pass pass jew fl-atti regolatorji rilevanti fil-każ tal-approvazzjoni ta' sistema, komponent jew unità teknika separata;

Emenda    151

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  kwalunkwe informazzjoni addizzjonali mitluba mill-awtorità għall-approvazzjoni tat-tip fil-kuntest tal-proċedura ta' applikazzjoni.

(d)  kwalunkwe informazzjoni addizzjonali mitluba mill-awtorità għall-approvazzjoni tat-tip fil-kuntest tal-proċedura tal-approvazzjoni tat-tip.

Emenda    152

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-folder ta' informazzjoni għandu jiġi fornut f'format elettroniku li għandu jiġi pprovdut mill-Kummissjoni iżda għandu jiġi fornut ukoll f'format stampat.

2.  Il-folder ta' informazzjoni għandu jiġi fornut f'format elettroniku.

Emenda    153

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Applikazzjoni għal approvazzjoni tat-tip pass pass għandha, minbarra l-folder ta' informazzjoni msemmi fl-Artikolu 22, tkun akkumpanjata bis-sett komplet ta' ċertifikati tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE, inklużi fir-rapporti tal-ittestjar, meħtieġa skont l-atti applikabbli elenkati fl-Anness IV.

Applikazzjoni għal approvazzjoni tat-tip pass pass għandha, minbarra l-folder ta' informazzjoni msemmi fl-Artikolu 22, tkun akkumpanjata bis-sett komplet ta' ċertifikati tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE, inklużi fir-rapporti tal-ittestjar u d-dokumenti li fihom l-informazzjoni, meħtieġa skont l-atti regolatorji elenkati fl-Anness IV.

Emenda    154

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

F'każ ta' applikazzjoni għal approvazzjoni tat-tip ta' sistema, approvazzjoni tat-tip ta' komponent jew approvazzjoni tat-tip ta' unità teknika separata, skont l-atti applikabbli elenkati fl-Anness IV, l-awtorità tal-approvazzjoni għandu jkollha aċċess għall-folder ta' informazzjoni sakemm tinħareġ jew tiġi rrifjutata l-approvazzjoni tat-tip tal-vettura kollha.

F'każ ta' applikazzjoni għal approvazzjoni tat-tip ta' sistema, approvazzjoni tat-tip ta' komponent jew approvazzjoni tat-tip ta' unità teknika separata, skont l-atti regolatorji elenkati fl-Anness IV, l-awtorità tal-approvazzjoni għandu jkollha aċċess għall-folder ta' informazzjoni u d-dokumenti ta' informazzjoni sakemm tinħareġ jew tiġi rrifjutata l-approvazzjoni tat-tip tal-vettura kollha.

Emenda    155

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Applikazzjoni għal approvazzjoni tat-tip imħallta għandha, minbarra l-folder ta' informazzjoni msemmi fl-Artikolu 22, tkun akkumpanjata biċ-ċertifikati tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE, inklużi r-rapporti tal-ittestjar, meħtieġa skont l-atti applikabbli elenkati fl-Anness IV.

Applikazzjoni għal approvazzjoni tat-tip imħallta għandha, minbarra l-folder ta' informazzjoni msemmi fl-Artikolu 22, tkun akkumpanjata biċ-ċertifikati tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE, inklużi r-rapporti tal-ittestjar u d-dokumenti ta' informazzjoni, meħtieġa skont l-atti regolatorji elenkati fl-Anness IV.

Emenda    156

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  fl-ewwel stadju, dawk il-partijiet tal-folder ta' informazzjoni u ċ-ċertifikati tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE li huma rilevanti għall-istat tal-ikkompletar tal-vettura bażi;

(a)  fl-ewwel stadju, dawk il-partijiet tal-folder ta' informazzjoni u ċ-ċertifikati tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE u r-rapporti tat-testijiet li huma rilevanti għall-istat tal-ikkompletar tal-vettura bażi;

Emenda    157

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  fit-tieni stadju u fl-istadji sussegwenti, dawk il-partijiet tal-folder ta' informazzjoni u ċ-ċertifikati tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE li huma rilevanti għall-istadju attwali tal-ikkompletar, flimkien ma' kopja taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE għall-vettura maħruġa fl-istadju preċedenti tal-kostruzzjoni, kif ukoll id-dettalji sħaħ ta' kwalunkwe bidliet jew żidiet li l-manifattur għamel fil-vettura.

(b)  fit-tieni stadju u fl-istadji sussegwenti, dawk il-partijiet tal-folder ta' informazzjoni u ċ-ċertifikati tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE li huma rilevanti għall-istadju attwali tal-ikkompletar, flimkien ma' kopja taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE tal-vettura kollha għall-vettura maħruġa fl-istadju preċedenti tal-kostruzzjoni, kif ukoll id-dettalji sħaħ ta' kwalunkwe bidliet jew żidiet li l-manifattur għamel fil-vettura.

Emenda    158

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-informazzjoni speċifikata fil-punti (a) u (b) tista' tiġi fornuta b'konformità mal-Artikolu 22(2).

L-informazzjoni speċifikata fil-punti (a) u (b) għandha tiġi fornuta b'konformità mal-Artikolu 22(2).

Emenda    159

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 4 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-awtorità tal-approvazzjoni u s-servizzi tekniċi għandu jkollhom aċċess għas-softwer u l-algoritmi tal-vettura.

L-awtorità tal-approvazzjoni u s-servizzi tekniċi għandu jkollhom aċċess għas-softwer, il-ħardwer u l-algoritmi tal-vettura, flimkien ma' dokumentazzjoni jew informazzjoni oħra li tippermetti livell ta' komprensjoni xieraq u rilevanti tas-sistemi, inkluż il-proċess tal-iżvilupp tas-sistemi u l-kunċett tas-sistemi, u l-funzjonijiet ta' tali softwer u ħardwer li jippermettu li l-vettura tkun konformi mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament.

 

Matul il-perjodu ta' validità tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE, għandu jingħata aċċess għas-softwer, ħardwer u algoritmi tal-vettura sabiex tista' ssir verifika li r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament jkunu konformi matul l-ispezzjoni perjodika. Wara l-iskadenza taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip u fil-każ li dak iċ-ċertifikat ma jiġġeddidx, l-aċċess għandu jkompli jingħata fuq talba. L-informazzjoni li għandha tiġi żvelata għal dawk il-finijiet partikolari ma tkunx ta' natura li xxekkel il-kunfidenzjalità ta' informazzjoni riżervata u tal-proprjetà intellettwali. Il-manifattur għandu jikkomunika lill-awtorità tal-approvazzjoni u lis-servizz tekniku - f'forma standardizzata - il-verżjoni tas-softwer li jirregola s-sistemi u l-komponenti relatati mas-sikurezza u l-konfigurazzjoni jew kalibrazzjonijiet oħra applikati għas-sistemi u l-komponenti relatati mal-emissjonijiet fil-ħin tal-applikazzjoni għall-approvazzjoni tat-tip. Sabiex jiġu identifikati bidliet illegali sussegwenti għas-softwer, is-servizz tekniku għandu jiġi intitolat jimmarka s-softwer billi jissettja parametri korrispondenti.

Emenda    160

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  fil-każ tal-approvazzjonijiet tat-tip għall-vettura kollha skont il-proċeduri pass pass, imħallta u f'diversi stadji, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha tivverifika, b'konformità mal-Artikolu 20(4), li s-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati huma koperti minn approvazzjonijiet tat-tip separati skont ir-rekwiżiti applikabbli fiż-żmien tal-għoti tal-approvazzjoni tat-tip għall-vettura kollha.

(d)  fil-każ tal-approvazzjonijiet tat-tip għall-vettura kollha skont il-proċeduri pass pass, imħallta u f'diversi stadji, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha tivverifika, b'konformità mal-Artikolu 20(4), li s-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati huma koperti minn approvazzjonijiet tat-tip validi separati skont ir-rekwiżiti applikabbli fiż-żmien tal-għoti tal-approvazzjoni tat-tip għall-vettura kollha.

Emenda    161

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 4 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-pakkett ta' informazzjoni għandu jinkludi indiċi li jindika b'mod ċar il-paġni kollha u l-format ta' kull dokument u li jirreġistra b'mod kronoloġiku l-ġestjoni tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE.

Il-pakkett ta' informazzjoni jista' jinżamm b'mod elettroniku u għandu jinkludi indiċi li jindika b'mod ċar il-paġni kollha u l-format ta' kull dokument u li jirreġistra b'mod kronoloġiku l-ġestjoni tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE.

Emenda    162

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  L-awtorità tal-approvazzjoni għandha tirrifjuta li tagħti approvazzjoni tat-tip tal-UE meta hija ssib li tip ta' vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata, minkejja li huwa konformi mar-rekwiżiti applikabbli, jippreżenta riskju serju għas-sikurezza jew jista' jkun ta' dannu serju għall-ambjent jew għas-saħħa pubblika. F'dak il-każ, hija għandha tibgħat minnufih lill-awtoritajiet tal-approvazzjoni tal-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni fajl dettaljat li jispjega r-raġunijiet għad-Deċiżjoni tagħha u li jistabbilixxi l-evidenza għas-sejbiet tagħha.

5.  L-awtorità tal-approvazzjoni għandha tirrifjuta li tagħti approvazzjoni tat-tip tal-UE meta hija ssib li tip ta' vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata, minkejja li huwa konformi mar-rekwiżiti applikabbli, jippreżenta riskju għas-sikurezza jew jista' jkun ta' dannu serju għall-ambjent jew għas-saħħa pubblika. F'dak il-każ, hija għandha tibgħat minnufih lill-awtoritajiet tal-approvazzjoni tal-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni fajl dettaljat li jispjega r-raġunijiet għad-Deċiżjoni tagħha u li jistabbilixxi l-evidenza għas-sejbiet tagħha.

Emenda    163

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 6 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Skont l-Artikolu 20(4) u (5), fil-każ ta' proċeduri pass wara pass, imħalltin u dawk b'ħafna stadji, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha tirrifjuta li tagħti approvazzjoni tat-tip tal-UE, meta ssib li s-sistemi, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati ma jikkonformawx mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament jew fl-atti elenkati fl-Anness IV.

Skont l-Artikolu 20, fil-każ ta' proċeduri pass wara pass, imħalltin u dawk b'ħafna stadji, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha tirrifjuta li tagħti approvazzjoni tat-tip tal-UE, meta ssib li s-sistemi, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati ma jikkonformawx mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament jew fl-atti elenkati fl-Anness IV.

Emenda    164

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-awtorità tal-approvazzjoni għandha, fi żmien xahar minn meta toħroġ jew temenda ċ-ċertifikat ta' approvazzjoni tat-tip tal-UE, tibgħat lill-awtoritajiet tal-approvazzjoni tal-Istati Membri l-oħrajn u l-Kummissjoni kopja taċ-ċertifikat ta' approvazzjoni tat-tip tal-UE, flimkien mad-dokumenti mehmuża inklużi r-rapporti tat-testijiet imsemmijin fl-Artikolu 23, għal kull tip ta' vettura, sistema, komponent u unità teknika li hija approvat. Dik il-kopja għandha tintbagħat permezz ta' sistema sigura u komuni ta' skambju elettroniku jew fil-forma ta' fajl elettroniku sigur.

1.  L-awtorità tal-approvazzjoni għandha, fi żmien xahar minn meta toħroġ jew temenda ċ-ċertifikat ta' approvazzjoni tat-tip tal-UE, tissottometti fil-bażi ta' dejta tal-approvazzjoni tat-tip online informazzjoni li jkun fiha ċ-ċertifikat ta' approvazzjoni tat-tip tal-UE, flimkien mad-dokumenti mehmuża inklużi r-rapporti tat-testijiet imsemmijin fl-Artikolu 23, għal kull tip ta' vettura, sistema, komponent u unità teknika li hija approvat.

Emenda    165

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Meta mitluba minn awtorità tal-approvazzjoni ta' Stat Membru ieħor jew il-Kummissjoni, l-awtorità tal-approvazzjoni li tkun ħarġet approvazzjoni tat-tip tal-UE għandha, fi żmien xahar minn meta tirċievi dik it-talba, tibgħat lill-awtorità tal-approvazzjoni rikjedenti kopja taċ-ċertifikat ta' approvazzjoni tat-tip tal-UE, flimkien mad-dokumenti mehmuża, permezz ta' sistema sigura u komuni ta' skambju elettroniku jew fil-forma ta' fajl elettroniku sigur.

imħassar

Emenda    166

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-awtorità tal-approvazzjoni għandha, mingħajr dewmien, tgħarraf lill-awtoritajiet tal-approvazzjoni tal-Istati Membri l-oħrajn u l-Kummissjoni bir-rifjut jew l-irtirar minnha ta' kwalunkwe approvazzjoni tat-tip tal-UE, billi tagħti r-raġunijiet għad-Deċiżjoni tagħha.

4.  L-awtorità tal-approvazzjoni għandha, mingħajr dewmien, tgħarraf lill-awtoritajiet tal-approvazzjoni tal-Istati Membri l-oħrajn u l-Kummissjoni bir-rifjut jew l-irtirar minnha ta' kwalunkwe approvazzjoni tat-tip tal-UE, billi tagħti r-raġunijiet għad-Deċiżjoni tagħha. L-awtorità tal-approvazzjoni għandha wkoll taġġorna din l-informazjoni online fil-bażi ta' dejta tal-approvazzjoni tat-tip.

Emenda    167

Proposta għal regolament

Artikolu 26 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  fil-każ ta' approvazzjoni tat-tip għall-vettura kollha, kampjun mimli taċ-ċertifikat ta' konformità.

(d)  fil-każ ta' approvazzjoni tat-tip għall-vettura kollha, kampjun mimli taċ-ċertifikat ta' konformità tat-tip ta' vettura.

Emenda    168

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-konformità mar-rekwiżiti tekniċi ta' dan ir-Regolament u tal-atti regolatorji elenkati fl-Anness IV għandha tintwera permezz ta' testijiet xierqa b'konformità mal-atti regolatorji rilevanti elenkati fl-Anness IV, imwettqa mis-servizzi tekniċi nnominati.

1.  Għall-fini tal-approvazzjonijiet tat-tip tal-UE, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha tivverifika l-konformità mar-rekwiżiti tekniċi ta' dan ir-Regolament u tal-atti regolatorji rilevanti elenkati fl-Anness IV permezz ta' testijiet xierqa mwettqa mis-servizzi tekniċi maħtura.

 

Il-format tar-rapporti tat-testijiet għandu jkun konformi mar-rekwiżiti ġenerali stabbiliti fl-Appendiċi 3 tal-Anness V.

Emenda    169

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-manifattur għandu jipprovdi lill-awtorità tal-approvazzjoni bil-vetturi, is-sistemi, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati li huma mitluba skont l-atti rilevanti elenkati fl-Anness IV għat-twettiq tat-testijiet meħtieġa.

2.  Il-manifattur għandu jipprovdi lis-servizzi tekniċi rilevanti u lill-awtorità tal-approvazzjoni bil-vetturi, is-sistemi, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati li huma mitluba skont l-atti rilevanti elenkati fl-Anness IV għat-twettiq tat-testijiet meħtieġa.

Emenda    170

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  It-testijiet meħtieġa għandhom jitwettqu skont l-atti regolatorji rilevanti elenkati fl-Anness IV. Meta jkunu previsti firxa ta' valuri fil-proċeduri tal-ittestjar stabbiliti fl-atti regolatorji rilevanti, is-servizzi tekniċi għandhom ikunu kapaċi jistabbilixxu l-parametri u l-kundizzjonijiet użati biex jitwettqu t-testijiet xierqa msemmija fil-paragrafu 1. Fil-każ ta' approvazzjoni tat-tip tal-vettura kollha, l-awtoritajiet għandhom jiżguraw li l-vetturi magħżula għall-ittestjar ma jirrapreżentawx l-agħar każ fir-rigward tal-konformità mal-kriterji rispettivi u li l-vetturi magħżula ma jwasslux biex jinkisbu riżultati li jkunu sistematikament diverġenti mill-prestazzjoni meta dawk il-vetturi jkunu mħaddma taħt kundizzjonijiet li jistgħu jkunu raġonevolment mistennija li wieħed jiltaqa' magħhom fit-tħaddim u fl-użu normali.

Emenda    171

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Awtorità tal-approvazzjoni li tkun tat approvazzjoni tat-tip għall-vettura kollha għandha tivverifika għadd statistikament rilevanti ta' kampjuni ta' vetturi u ċertifikati ta' konformità fir-rigward tal-konformità tagħhom mal-Artikoli 34 u 35 u għandha tivverifika li d-dejta fiċ-ċertifikati ta' konformità hija korretta.

2.  Awtorità tal-approvazzjoni li tkun tat approvazzjoni tat-tip għall-vettura kollha għandha tivverifika għadd adegwat u statistikament rilevanti ta' kampjuni ta' vetturi u ċertifikati ta' konformità fir-rigward tal-konformità tagħhom mal-Artikoli 34 u 35 u għandha tivverifika li d-dejta fiċ-ċertifikati ta' konformità hija korretta.

Emenda    172

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Sabiex tivverifika li vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata huma konformi mat-tip approvat, l-awtorità tal-approvazzjoni li tkun tat l-approvazzjoni tat-tip tal-UE għandha twettaq il-kontrolli jew mit-testijiet meħtieġa għall-approvazzjoni tat-tip tal-UE, fuq kampjuni meħuda fil-bini tal-manifattur, inklużi l-faċilitajiet tal-produzzjoni.

4.  Sabiex tivverifika li vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata huma konformi mat-tip approvat, l-awtorità tal-approvazzjoni li tkun tat l-approvazzjoni tat-tip tal-UE għandha twettaq il-kontrolli jew mit-testijiet meħtieġa għall-approvazzjoni tat-tip tal-UE, fuq kampjuni meħuda fil-bini tal-manifattur, inklużi l-faċilitajiet tal-produzzjoni. L-awtorità ta' approvazzjoni għandha twettaq l-ewwel fost dawk il-kontrolli fi żmien sena mid-data tal-ħruġ taċ-ċertifikati ta' konformità. L-awtorità ta' approvazzjoni għandha twettaq kontrolli tal-inqas darba fis-sena f'intervalli mhux regolari li hi għandha tiddetermina.

Emenda    173

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.  Meta twettaq ittestjar ta' verifika skont il-paragrafi 2 u 4, awtorità tal-approvazzjoni għandha taħtar servizz tekniku differenti minn dak użat matul l-ittestjar tal-approvazzjoni tat-tip oriġinali.

Emenda    174

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Awtorità tal-approvazzjoni li tkun tat approvazzjoni tat-tip tal-UE u li tistabbilixxi li l-manifattur ma għadux jipproduċi l-vetturi, is-sistemi, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati f'konformità mat-tip approvat, jew li tistabbilixxi li ċ-ċertifikati ta' konformità ma għadhomx konformi mal-Artikoli 34 u 35, anki jekk il-produzzjoni titkompla, għandha tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tiżgura li l-proċedura għall-konformità tal-produzzjoni tiġi segwita b'mod korrett jew inkella tirtira l-approvazzjoni tat-tip.

5.  Awtorità tal-approvazzjoni li tkun tat approvazzjoni tat-tip tal-UE u li tistabbilixxi li l-manifattur ma għadux jipproduċi l-vetturi, is-sistemi, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati f'konformità mat-tip approvat, mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament jew mar-rekwiżiti tal-atti regolatorji elenkati fl-Anness IV, jew li tistabbilixxi li ċ-ċertifikati ta' konformità ma għadhomx konformi mal-Artikoli 34 u 35, anki jekk il-produzzjoni titkompla, għandha tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tiżgura li l-arranġamenti għall-konformità tal-produzzjoni jiġu segwiti b'mod korrett jew inkella tirtira l-approvazzjoni tat-tip. L-awtorità tal-approvazzjoni tista' tiddeċiedi li tieħu l-miżuri restrittivi kollha meħtieġa skont l-Artikoli 53 u 54.

Emenda    175

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu struttura tat-tariffi nazzjonali sabiex ikopru l-kostijiet għall-attivitajiet ta' approvazzjonijiet tat-tip u ta' sorveljanza tas-suq tagħhom kif ukoll għall-ittestjar u l-ispezzjonijiet tal-approvazzjoni tat-tip u l-konformità tal-produzzjoni mwettqin mis-servizzi tekniċi li għażlu.

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kostijiet għall-attivitajiet tal-approvazzjoni tat-tip u ta' sorveljanza tas-suq tagħhom jkunu koperti. L-Istati Membri jistgħu jimplimentaw struttura abbażi ta' tariffi jew jistgħu jiffinanzjaw tali attivitajiet permezz tal-baġits nazzjonali tagħhom, jew japplikaw kumbinazzjoni taż-żewġ metodi. It-tariffi ma għandhomx ikunu imposti direttament mis-servizzi tekniċi.

Emenda    176

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Dawn it-tariffi nazzjonali għandhom ikunu imposti fuq il-manifatturi li jkunu applikaw għall-approvazzjoni tat-tip fl-Istat Membru kkonċernat. It-tariffi ma għandhomx ikunu imposti direttament mis-servizzi tekniċi.

2.  Meta struttura abbażi ta' tariffi tiġi implimentata, dawk it-tariffi nazzjonali għandhom ikunu imposti fuq il-manifatturi li jkunu applikaw għall-approvazzjoni tat-tip fl-Istat Membru kkonċernat. Meta struttura abbażi ta' tariffi tapplika għall-konformità ta' produzzjoni, dawk it-tariffi nazzjonali għandhom ikunu imposti mill-Istat Membru fuq il-manifattur fl-Istat Membru fejn isseħħ il-produzzjoni.

Emenda    177

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-istruttura tat-tariffi nazzjonali, għandha tkopri wkoll l-ispejjeż għall-ispezzjonijiet u t-testijiet ta' verifika tal-konformità mwettqa mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 9. Dawn il-kontribuzzjonijiet għandhom jikkostitwixxu d-dħul estern assenjat għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea, skont l-Artikolu 21(4) tar-Regolament Finanzjarju.

3.  Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-ispejjeż għall-ispezzjonijiet u t-testijiet awtorizzati mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 9 huma koperti. Il-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għandu jintuża għal dan l-għan.

__________________

 

26Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1–96).

 

Emenda    178

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw id-dettalji tal-istruttura tat-tariffi nazzjonali tagħhom lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni. L-ewwel notifika għandha ssir fi [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament + sena]. L-aġġornamenti sussegwenti tal-istrutturi tat-tariffi nazzjonali għandhom jiġu notifikati lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni fuq bażi annwali.

4.  L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw id-dettalji tal-mekkaniżmu jew mekkaniżmi finanzjarji tagħhom lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni. L-ewwel notifika għandha ssir fi [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament + sena]. L-aġġornamenti sussegwenti tal-istrutturi tat-tariffi nazzjonali għandhom jiġu notifikati lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni fuq bażi annwali.

Emenda    179

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Il-Kummissjoni tista' tadotta l-atti ta' implimentazzjoni sabiex tiddefinixxi ż-żieda msemmija fil-paragrafu 3 li trid tiġi applikata għat-tariffi nazzjonali msemmijin fil-paragrafu 1. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 87(2).

imħassar

Emenda    180

Proposta għal regolament

Artikolu 31 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Meta l-awtorità tal-approvazzjoni ssib li l-bidliet fid-dettalji rreġistrati fil-pakkett ta' informazzjoni huma sostanzjali, sal-punt li ma jistgħux ikunu koperti minn estensjoni tal-approvazzjoni tat-tip eżistenti, hija għandha tirrifjuta li temenda l-approvazzjoni tat-tip tal-UE u titlob lill-manifattur sabiex japplika għal approvazzjoni tat-tip tal-UE ġdida.

5.  Meta l-awtorità tal-approvazzjoni ssib li l-bidliet fid-dettalji rreġistrati fil-pakkett ta' informazzjoni ma jistgħux ikunu koperti minn estensjoni tal-approvazzjoni tat-tip eżistenti, hija għandha tirrifjuta li temenda l-approvazzjoni tat-tip tal-UE u titlob lill-manifattur sabiex japplika għal approvazzjoni tat-tip tal-UE ġdida.

Emenda    181

Proposta għal regolament

Artikolu 32 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)  ir-riżultati tal-ittestjar ta' verifika mill-Kummissjoni jew mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq juru xi nuqqas ta' konformità mal-leġiżlazzjonijiet dwar is-sikurezza u dawk ambjentali tal-Unjoni;

Emenda    182

Proposta għal regolament

Artikolu 33 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-approvazzjonijiet tat-tip għal vetturi , sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati għandhom jinħarġu għal perjodu limitat ta' 5 snin mingħajr il-possibbiltà ta' tiġdid. Id-data ta' skadenza għandha tiġi indikata fiċ-ċertifikat ta' approvazzjoni tat-tip. Wara l-iskadenza taċ-ċertifikat ta' approvazzjoni tat-tip, dan jista' jiġġedded wara applikazzjoni mill-manifattur u biss meta l-awtorità tal-approvazzjoni tkun ivverifikat li t-tip ta' vettura, sistema, komponent u unità teknika separata huwa konformi mar-rekwiżiti kollha tal-atti regolatorji rilevanti għall-vetturi, is-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati ġodda ta' dak it-tip.

1.  L-approvazzjonijiet tat-tip għal vetturi ta' kategoriji M1 u N1 u għal sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati elenkati bi qbil mal-paragrafu 1a, għandhom jinħarġu għal perjodu limitat ta' 7 snin u għal vetturi ta' kategoriji N2, N3, M2, M3 u O għal perjodu limitat ta' 10 snin. Id-data ta' skadenza għandha tiġi indikata fiċ-ċertifikat ta' approvazzjoni tat-tip tal-UE.

 

Qabel l-iskadenza taċ-ċertifikat ta' approvazzjoni tat-tip, dan jista' jiġġedded wara applikazzjoni mill-manifattur u biss meta l-awtorità tal-approvazzjoni tkun ivverifikat li t-tip ta' vettura b'mod sħiħ huwa konformi mar-rekwiżiti kollha, inklużi l-protokolli tal-ittestjar, tal-atti regolatorji rilevanti għal vetturi ġodda ta' dak it-tip approvat. Meta l-awtorità tal-approvazzjoni tistabbilixxi li dan is-subparagrafu japplika, mhuwiex meħtieġ li t-testijiet li hemm riferenza għalihom fl-Artikolu 28 ikunu ripetuti.

 

Sabiex l-awtorità tal-approvazzjoni tkun tista' twettaq il-kompiti tagħha, il-manifattur għandu jippreżenta l-applikazzjoni tiegħu mhux qabel 12-il xahar u mhux aktar tard minn sitt xhur qabel id-data ta' skadenza taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE.

 

 

 

 

Emenda    183

Proposta għal regolament

Artikolu 33 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  Approvazzjonijiet tat-tip għal sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati għandhom fil-prinċipju jinħarġu għal perjodu mingħajr limitu. Minħabba li ċerti sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati jistgħu minħabba n-natura jew il-karatteristiċi tekniċi tagħhom, jirrikjedu aġġornamenti aktar frekwenti, l-approvazzjonijiet tat-tip rilevanti għandhom jinħarġu għal perjodu limitat ta' seba' snin. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 88 li jissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi lista ta' sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati li, minħabba n-natura ta' dawk is-sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati, jeħtieġ li tinħareġ għal perjodu limitat ta' żmien biss.

Emenda    184

Proposta għal regolament

Artikolu 33 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  meta l-produzzjoni tal-vetturi f'konformità mat-tip approvat ta' vettura titwaqqaf b'mod permanenti fuq bażi volontarja;

(b)  meta l-produzzjoni tal-vetturi f'konformità mat-tip approvat ta' vettura titwaqqaf b'mod permanenti fuq bażi volontarja, li għandha f'kull każ titqies li tkun seħħet meta ebda vettura tat-tip ikkonċernat ma tkun ġiet prodotta fis-sentejn ta' qabel;

Emenda    185

Proposta għal regolament

Artikolu 34 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Il-persuni awtorizzati biex jiffirmaw iċ-ċertifikati ta' konformità għandhom jiġu impjegati mill-manifattur u jkunu debitament awtorizzati sabiex jieħdu r-responsabbiltà legali sħiħa tal-manifattur fir-rigward tad-disinn u l-kostruzzjoni tal-vettura jew fir-rigward tal-konformità tal-produzzjoni tagħha.

(4)  Il-persuni awtorizzati biex jiffirmaw iċ-ċertifikati ta' konformità għandhom jiġu impjegati mill-manifattur u jkunu debitament awtorizzati sabiex jieħdu r-responsabbiltà legali tal-manifattur fir-rigward tad-disinn u l-kostruzzjoni tal-vettura jew fir-rigward tal-konformità tal-produzzjoni tagħha.

Emenda    186

Proposta għal regolament

Artikolu 36 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  L-operaturi ekonomiċi għandhom biss iqiegħdu fis-suq vetturi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati li huma mmarkati b'mod li jkunu konformi ma' dan ir-Regolament.

Emenda    187

Proposta għal regolament

Artikolu 38 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Meta ma jkunux ittieħdu l-passi meħtieġa sabiex jiġu adatti l-atti regolatorji msemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni tista' tawtorizza l-estensjoni tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE provviżorja permezz ta' Deċiżjoni u fuq talba tal-Istat Membru li jkun ta l-approvazzjoni tat-tip tal-UE provviżorja. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 87(2).

3.  Meta ma jkunux ittieħdu l-passi meħtieġa sabiex jiġu adatti l-atti regolatorji msemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni tista' tawtorizza l-estensjoni tal-validità tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE provviżorja permezz ta' Deċiżjoni u fuq talba tal-Istat Membru li jkun ta l-approvazzjoni tat-tip tal-UE provviżorja. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 87(2).

Emenda    188

Proposta għal regolament

Artikolu 40 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jeżentaw kwalunkwe tip ta' vettura msemmija fil-paragrafu 1 minn wieħed jew aktar mir-rekwiżiti sostantivi stabbiliti fl-atti regolatorji elenkati fl-Anness IV, diment li dawk l-Istati Membri jistabbilixxu rekwiżiti alternattivi rilevanti.

2.  L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jeżentaw kwalunkwe tip ta' vettura msemmija fil-paragrafu 1 mill-konformità ma' wieħed jew aktar mir-rekwiżiti stabbiliti fl-atti regolatorji elenkati fl-Anness IV, diment li dawk l-Istati Membri jistabbilixxu rekwiżiti alternattivi rilevanti.

Emenda    189

Proposta għal regolament

Artikolu 40 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  Barra minn hekk, għandha tingħata aktar flessibbiltà lill-SMEs bi produzzjoni żgħira li ma jistgħux jissodisfaw l-istess kriterji ta' limitu taż-żmien bħall-manifatturi l-kbar.

Emenda    190

Proposta għal regolament

Artikolu 41 – paragrafu 3 – subparagrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Jekk ma tkun saret ebda oġġezzjoni fi żmien il-perjodu ta' tliet xhur imsemmi fl-ewwel subparagrafu, l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali għandha titqies bħala li hi aċċettata.

Emenda    191

Proposta għal regolament

Artikolu 42 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri għandhom jagħtu approvazzjoni ta' vettura individwali tal-UE għal vettura li tkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Appendiċi 2 għall-Parti I tal-Anness IV jew, għal vetturi bi skop speċjali, fil-Parti III tal-Anness IV.

1.  L-Istati Membri għandhom jagħtu approvazzjoni ta' vettura individwali tal-UE għal vettura li tkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Appendiċi 2 għall-Parti I tal-Anness IV jew, għal vetturi bi skop speċjali, fil-Parti III tal-Anness IV. Din id-dispożizzjoni m'għandhiex tapplika għal vetturi mhux kompleti.

Emenda    192

Proposta għal regolament

Artikolu 42 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Għandha tiġi ppreżentata applikazzjoni għal approvazzjoni ta' vettura individwali tal-UE mill-manifattur, jew mis-sid tal-vettura, jew inkella mir-rappreżentant ta' dan tal-aħħar, bil-kundizzjoni li r-rappreżentant ikun stabbilit fl-Unjoni.

2.  Għandha tiġi ppreżentata applikazzjoni għal approvazzjoni ta' vettura individwali tal-UE mis-sid tal-vettura, mill-manifattur, jew inkella mir-rappreżentant tal-manifattur, bil-kundizzjoni li r-rappreżentant ikun stabbilit fl-Unjoni.

Emenda    193

Proposta għal regolament

Artikolu 43 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jeżentaw vettura partikolari, kemm jekk unika kif ukoll jekk le, mill-konformità ma' waħda jew aktar mid-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament jew mar-rekwiżiti sostantivi stipulati fl-atti regolatorji elenkati fl-Anness IV, bil-kundizzjoni li dawk l-Istati Membri jimponu rekwiżiti alternattivi rilevanti.

1.  L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jeżentaw vettura partikolari, kemm jekk unika kif ukoll jekk le, mill-konformità ma' waħda jew aktar mid-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament jew mar-rekwiżiti stipulati fl-atti regolatorji elenkati fl-Anness IV, bil-kundizzjoni li dawk l-Istati Membri jimponu rekwiżiti alternattivi rilevanti.

Emenda    194

Proposta għal regolament

Artikolu 43 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Għandha tiġi ppreżentata applikazzjoni għal approvazzjoni ta' vettura individwali nazzjonali mill-manifattur, jew mis-sid tal-vettura, jew inkella mir-rappreżentant ta' dan tal-aħħar, bil-kundizzjoni li r-rappreżentant ikun stabbilit fl-Unjoni.

2.  Għandha tiġi ppreżentata applikazzjoni għal approvazzjoni ta' vettura individwali nazzjonali mis-sid tal-vettura, mill-manifattur jew inkella mir-rappreżentant tal-manifattur, bil-kundizzjoni li r-rappreżentant ikun stabbilit fl-Unjoni.

Emenda    195

Proposta għal regolament

Artikolu 43 – paragrafu 6 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-format taċ-ċertifikat ta' approvazzjoni ta' vettura individwali nazzjonali għandu jsegwi l-mudell taċ-ċertifikat ta' approvazzjoni tat-tip tal-UE stabbilit fl-Anness VI u għandu jinkludi mill-inqas l-informazzjoni meħtieġa sabiex issir applikazzjoni għar-reġistrazzjoni prevista fid-Direttiva tal-Kunsill 1999/37/KE.

Il-format taċ-ċertifikat ta' approvazzjoni ta' vettura individwali nazzjonali għandu jsegwi l-mudell taċ-ċertifikat ta' approvazzjoni tat-tip tal-UE stabbilit fl-Anness VI u għandu jinkludi mill-inqas l-informazzjoni inkluża fil-mudell taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni individwali tal-UE stabbilit fl-Anness VI.

__________________

 

28Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/37/KE tad-29 ta' April 1999 dwar id-dokumenti ta' reġistrazzjoni għall-vetturi (ĠU L 138, 1.6.1999, p. 57).

 

Emenda    196

Proposta għal regolament

Artikolu 44 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Stat Membru għandu jippermetti t-tqegħid għad-disponibbiltà fis-suq, ir-reġistrazzjoni jew id-dħul fis-servizz ta' vettura, li għaliha Stat Membru ieħor ikun ta approvazzjoni ta' vettura individwali nazzjonali skont l-Artikolu 43, sakemm dak l-Istat Membru ma jkollux bażi raġonevoli sabiex jemmen li r-rekwiżiti alternattivi rilevanti li abbażi tagħhom tkun ġiet approvata l-vettura mhumiex ekwivalenti għal tiegħu.

3.  Stat Membru għandu jippermetti t-tqegħid għad-disponibbiltà fis-suq, ir-reġistrazzjoni jew id-dħul fis-servizz ta' vettura, li għaliha Stat Membru ieħor ikun ta approvazzjoni ta' vettura individwali nazzjonali skont l-Artikolu 43, sakemm dak l-Istat Membru ma jkollux bażi raġonevoli sabiex jemmen li r-rekwiżiti alternattivi rilevanti li abbażi tagħhom tkun ġiet approvata l-vettura mhumiex ekwivalenti għal tiegħu jew li l-vettura mhijiex konformi ma' dawk ir-rekwiżiti.

Emenda    197

Proposta għal regolament

Artikolu 45 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-proċeduri stabbiliti fl-Artikoli 43 u 44 jistgħu japplikaw għal vettura partikolari matul l-istadji suċċessivi tal-ikkompletar tagħha b'konformità ma' approvazzjoni tat-tip f'diversi stadji.

1.  Il-proċeduri stabbiliti fl-Artikoli 42 u 43 jistgħu japplikaw għal vettura partikolari matul l-istadji suċċessivi tal-ikkompletar tagħha b'konformità ma' approvazzjoni tat-tip f'diversi stadji. Għall-vetturi b'approvazzjoni tat-tip f'diversi stadji għandu japplika l-Anness XVII.

Emenda    198

Proposta għal regolament

Artikolu 45 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-proċeduri stabbiliti fl-Artikoli 43 u 44 ma jistgħux jissostitwixxu stadju intermedju fi ħdan is-sekwenza normali ta' approvazzjoni tat-tip f'diversi stadji u ma jistgħux jiġu applikati għall-finijiet tal-kisba tal-approvazzjoni fl-ewwel stadju ta' vettura.

2.  Il-proċeduri stabbiliti fl-Artikoli 42 u 43 ma għandhomx jissostitwixxu stadju intermedju fi ħdan is-sekwenza normali ta' approvazzjoni tat-tip f'diversi stadji u ma għandhomx jiġu applikati għall-finijiet tal-kisba tal-approvazzjoni fl-ewwel stadju ta' vettura.

Emenda    199

Proposta għal regolament

Artikolu 46 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-vetturi mhux kompleti jistgħu jitqiegħdu għad-disponibbiltà fis-suq jew jiddaħħlu fis-servizz, iżda l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għar-reġistrazzjoni tal-vetturi jistgħu jirrifjutaw ir-reġistrazzjoni u l-użu fit-toroq ta' tali vetturi.

Il-vetturi mhux kompleti jistgħu jitqiegħdu għad-disponibbiltà fis-suq, iżda l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għar-reġistrazzjoni tal-vetturi jistgħu jirrifjutaw ir-reġistrazzjoni, id-dħul fis-servizz u l-użu fit-toroq ta' tali vetturi.

Emenda    200

Proposta għal regolament

Artikolu 47 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-vetturi ta' tmiem is-serje li l-approvazzjoni tat-tip tal-UE għalihom saret invalida skont l-Artikolu 33(2)(a) jistgħu jitqiegħdu għad-disponibbiltà fis-suq, jiġu rreġistrati jew jiddaħħlu fis-servizz biss jekk jiġu rrispettati r-rekwiżit stabbilit fil-paragrafu 4 u l-limiti ta' żmien stipulati fil-paragrafi 2 u 4.

Il-vetturi ta' tmiem is-serje li l-approvazzjoni tat-tip tal-UE għalihom saret invalida skont il-punt (a) tal-Artikolu 33(2) jistgħu jiġu rreġistrati jew jiddaħħlu fis-servizz biss jekk jiġi rispettat ir-rekwiżit stabbilit fil-paragrafu 4.

Emenda    201

Proposta għal regolament

Artikolu 47 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-ewwel subparagrafu għandu japplika biss għall-vetturi li kienu diġà fit-territorju tal-Unjoni u li sa issa la kienu disponibbli fis-suq, la qatt ġew irreġistrati u lanqas iddaħħlu fis-servizz qabel ma l-approvazzjoni tat-tip tal-UE tagħhom tilfet il-validità tagħha.

L-ewwel subparagrafu għandu japplika biss għall-vetturi li kienu diġà fit-territorju tal-Unjoni u li sa issa la kienu ġew irreġistrati u lanqas iddaħħlu fis-servizz qabel ma l-approvazzjoni tat-tip tal-UE tagħhom tilfet il-validità tagħha.

Emenda    202

Proposta għal regolament

Artikolu 47 – paragrafu 3 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Manifattur li jkun jixtieq jagħmel disponibbli fis-suq, jirreġistra jew idaħħal fis-servizz vetturi ta' tmiem is-serje b'konformità mal-paragrafu 1 għandu jippreżenta talba għal dak il-għan lill-awtorità nazzjonali tal-Istat Membru li jkun ta l-approvazzjoni tat-tip tal-UE. Dik it-talba għandha tispeċifika r-raġunijiet tekniċi jew ekonomiċi li jipprevjenu lil dawk il-vetturi milli jikkonformaw mar-rekwiżiti ġodda tal-approvazzjoni tat-tip u għandha tinkludi l-VIN tal-vetturi kkonċernati.

Manifattur li jkun jixtieq jagħmel disponibbli fis-suq, jirreġistra jew idaħħal fis-servizz vetturi ta' tmiem is-serje b'konformità mal-paragrafu 1 għandu jippreżenta talba għal dak il-għan lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip tal-Istat Membru li jkun ta l-approvazzjoni tat-tip tal-UE. Dik it-talba għandha tispeċifika r-raġunijiet tekniċi jew ekonomiċi li jipprevjenu lil dawk il-vetturi milli jikkonformaw mar-rekwiżiti ġodda tal-approvazzjoni tat-tip u għandha tinkludi l-VIN tal-vetturi kkonċernati.

Emenda    203

Proposta għal regolament

Artikolu 47 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-awtorità nazzjonali kkonċernata għandha tiddeċiedi, fi żmien tliet xhur minn meta tirċievi dik it-talba, jekk għandhiex tippermetti jew le t-tqegħid fis-suq, ir-reġistrazzjoni u d-dħul fis-servizz ta' dawk il-vetturi fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat u tiddetermina l-għadd ta' vetturi li fir-rigward tagħhom jista' jingħata l-permess.

L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip nazzjonali kkonċernata għandha tiddeċiedi, fi żmien tliet xhur minn meta tirċievi dik it-talba, jekk għandhiex tippermetti jew le t-tqegħid fis-suq, ir-reġistrazzjoni u d-dħul fis-servizz ta' dawk il-vetturi fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat u tiddetermina l-għadd ta' vetturi li fir-rigward tagħhom jista' jingħata l-permess.

Emenda    204

Proposta għal regolament

Artikolu 47 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Huma biss il-vetturi ta' tmiem is-serje b'ċertifikat ta' konformità validu li baqa' validu għal mill-inqas tliet xhur wara d-data tal-ħruġ tiegħu, iżda li l-approvazzjoni tat-tip għalihom saret invalida skont il-punt (a) tal-Artikolu 33(2), li jistgħu jitqiegħdu għad-disponibbiltà fis-suq, jiġu rreġistrati jew jiddaħħlu fis-servizz fl-Unjoni.

4.  Huma biss il-vetturi ta' tmiem is-serje b'ċertifikat ta' konformità validu li baqa' validu għal mill-inqas tliet xhur wara d-data tal-ħruġ tiegħu, iżda li l-approvazzjoni tat-tip għalihom saret invalida skont il-punt (a) tal-Artikolu 33(2), li jistgħu jiġu rreġistrati jew jiddaħħlu fis-servizz fl-Unjoni.

Emenda    205

Proposta għal regolament

Artikolu 47 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  L-Istati Membri għandhom iżommu rekords tal-VIN tal-vetturi li huma ppermettew li jkunu disponibbli fis-suq, jiġu rreġistrati jew jiddaħħlu fis-servizz b'konformità ma' dan l-Artikolu.

6.  L-Istati Membri għandhom iżommu rekords tal-VIN tal-vetturi li huma jkunu rreġistraw jew daħħlu fis-servizz b'konformità ma' dan l-Artikolu.

Emenda    206

Proposta għal regolament

Artikolu 49 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-proċedura biex jiġu trattati vetturi, sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati li jippreżentaw riskju serju fil-livell nazzjonali

L-evalwazzjoni nazzjonali li tirrigwarda vetturi, sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati b'suspett li jippreżentaw riskju serju jew li mhumiex konformi

Emenda    207

Proposta għal regolament

Artikolu 49 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ta' Stat Membru wieħed li ħadu azzjoni skont l-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 u l-Artikolu 8 ta' dan ir-Regolament, jew li għandhom raġuni suffiċjenti sabiex jemmnu li vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata koperti minn dan ir-Regolament jippreżentaw riskju serju għas-saħħa jew għas-sigurtà tal-persuni jew għal aspetti oħrajn tal-protezzjoni tal-interessi pubbliċi koperti minn dan ir-Regolament, għandhom jgħarrfu mingħajr dewmien lill-awtorità tal-approvazzjoni li tat l-approvazzjoni dwar is-sejbiet tagħhom.

1.  Meta, abbażi tal-attivitajiet ta' sorveljanza tas-suq jew ta' informazzjoni provduta minn awtorità tal-approvazzjoni, manifatturi jew ilmenti, l-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq ta' Stat Membru wieħed ikollhom raġunijiet sabiex jemmnu li vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata koperti minn dan ir-Regolament tippreżenta riskju serju għas-saħħa jew għas-sigurtà tal-persuni jew għal aspetti oħrajn tal-protezzjoni tal-interessi pubbliċi koperti minn dan ir-Regolament jew ma tikkonformax mar-rekwiżiti mniżżla f'dan ir-Regolament, huma għandhom iwettqu evalwazzjoni fir-rigward tal-vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata kkonċernata li tkopri r-rekwiżiti kollha mniżżla f'dan ir-Regolament. L-operaturi ekonomiċi rilevanti għandhom jikkooperaw b'mod sħiħ mal-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq.

Emenda    208

Proposta għal regolament

Artikolu 49 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-awtorità tal-approvazzjoni msemmija f'paragrafu 1 għandha twettaq evalwazzjoni fir-rigward tal-vettura, tas-sistema, tal-komponent jew tal-unità teknika separata kkonċernati li tkun tkopri r-rekwiżiti kollha stipulati f'dan ir-Regolament. L-operaturi ekonomiċi rilevanti għandhom jikkooperaw b'mod sħiħ mal-awtoritajiet tal-approvazzjoni u tas-sorveljanza tas-suq.

imħassar

Emenda    209

Proposta għal regolament

Artikolu 49 – paragrafu 2 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Artikolu 20 tar-Regolament 765/2008 għandu japplika għall-valutazzjoni tar-riskju tal-prodott.

Emenda    210

Proposta għal regolament

Artikolu 49 – paragrafu 2 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 għandu japplika għall-miżuri restrittivi msemmija fit-tielet subparagrafu.

imħassar

Emenda    211

Proposta għal regolament

Artikolu 49 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-awtorità tal-approvazzjoni rilevanti għandha tgħarraf lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn bir-riżultati tal-evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 u l-azzjoni meħtieġa mill-operatur ekonomiku.

imħassar

Emenda    212

Proposta għal regolament

Artikolu 49a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 49a

 

Il-proċedura nazzjonali biex jiġu trattati vetturi, sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati li jippreżentaw riskju serju jew nuqqas ta' konformità

 

1.   Meta, wara li tkun twettqet l-evalwazzjoni skont l-Artikolu 49, l-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq ta' Stat Membru wieħed isibu li vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata kkonċernata tippreżenta riskju serju għas-saħħa jew għas-sikurezza ta' persuni jew ta' aspetti oħra tal-protezzjoni tal-interessi pubbliċi koperti minn dan ir-Regolament jew ma tkunx konformi ma' dan ir-Regolament, dawn għandhom jirrikjedu mingħajr dewmien lill-operatur ekonomiku rilevanti biex jieħu l-miżuri korrettivi xierqa ħalli jiżgura li l-vettura, is-sistema, il-komponent jew l-unità teknika separata kkonċernata, meta titqiegħed fis-suq, tiġi reġistrata jew tidħol fis-servizz, ma tibqax aktar tippreżenta dak ir-riskju jew dik in-nuqqas ta' konformità.

 

2.  L-operatur ekonomiku għandu, bi qbil mal-obbligi msemmija fl-Artikoli 11 sa 19, jiżgura li l-miżuri korrettivi xierqa kollha jkunu ttieħdu fir-rigward tal-vetturi, is-sistemi, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati kollha kkonċernati li hu jkun qiegħed fis-suq, irreġistra jew daħħal fis-servizz tal-Unjoni.

 

3.  Meta l-operatur ekonomiku ma jieħux il-miżuri korrettivi adegwati fil-perjodu msemmi fil-paragrafu 1 jew fejn ir-riskji jirrikjedu azzjoni rapida, l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jieħdu l-miżuri provviżorji ristrettivi xierqa kollha biex jipprojbixxu jew jirrestrinġu d-disponibbiltà fis-suq, ir-reġistrazzjoni jew id-dħul fis-servizz tal-vetturi, is-sistemi, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati kkonċernati fis-suq nazzjonali tagħhom, jew li jirtirawhom minn dak is-suq jew isejħulhom lura.

 

L-Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 għandu japplika għall-miżuri msemmija f'dan il-paragrafu.

Emenda    213

Proposta għal regolament

Artikolu 50 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-proċeduri ta' notifika u oġġezzjoni relatati mal-miżuri restrittivi meħuda fil-livell nazzjonali

Miżuri korrettivi u restrittivi fil-livell tal-UE

Emenda    214

Proposta għal regolament

Artikolu 50 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-awtoritajiet nazzjonali għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn mingħajr dewmien dwar il-miżuri restrittivi meħuda skont l-Artikolu 49(1) u (5).

L-Istat Membru li jieħu l-miżuri korrettivi u l-miżuri restrittivi bi qbil mal-Artikolu 50(1) u (3) għandu jinnotifika lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra mingħajr dewmien permezz tas-sistema elettronika msemmija fl-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008. Dan għandu wkoll jinforma mingħajr dewmien lill-awtorità tal-approvazzjoni li tat l-approvazzjoni dwar is-sejbiet tiegħu.

Emenda    215

Proposta għal regolament

Artikolu 50 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-informazzjoni pprovduta għandha tinkludi d-dettalji kollha disponibbli, b'mod partikolari d-dejta neċessarja għall-identifikazzjoni tal-vettura, tas-sistema, tal-komponent jew tal-unità teknika separata mhux konformi, l-oriġini tagħhom, in-natura tan-nuqqas ta' konformità allegat u r-riskju involut, in-natura u t-tul tal-miżuri restrittivi nazzjonali meħuda u l-argumenti mressqa mill-operatur ekonomiku rilevanti.

2.   L-informazzjoni pprovduta għandha tinkludi d-dettalji kollha disponibbli, b'mod partikolari d-dejta neċessarja għall-identifikazzjoni tal-vettura, tas-sistema, tal-komponent jew tal-unità teknika separata kkonċernata, l-oriġini tagħhom, in-natura tan-nuqqas ta' konformità allegat u/jew ir-riskju involut, in-natura u t-tul tal-miżuri restrittivi nazzjonali meħuda u l-argumenti mressqa mill-operatur ekonomiku rilevanti. Din għandha tindika wkoll jekk ir-riskju ikun dovut għal waħda minn dawn li ġejjin:

 

(a)  il-vettura, is-sistema, il-komponent jew l-unità teknika separata ma tissodisfax ir-rekwiżiti marbuta mas-saħħa jew is-sikurezza tal-persuni, il-ħarsien tal-ambjent jew ma' aspetti oħrajn tal-ħarsien tal-interessi pubbliċi koperti minn dan ir-Regolament;

 

(b)  nuqqasijiet fl-atti regolatorji rilevanti elenkati fl-Anness IV.

Emenda    216

Proposta għal regolament

Artikolu 50 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-awtorità tal-approvazzjoni msemmija fl-Artikolu 49(1) għandha tindika jekk in-nuqqas ta' konformità huwiex dovut għal xi waħda minn dawn li ġejjin:

imħassar

(a)   il-vettura, is-sistema, il-komponent jew l-unità teknika separata ma tissodisfax ir-rekwiżiti marbuta mas-saħħa jew is-sikurezza tal-persuni, il-ħarsien tal-ambjent jew ma' aspetti oħrajn tal-ħarsien tal-interessi pubbliċi koperti minn dan ir-Regolament;

 

(b)   nuqqasijiet fl-atti regolatorji rilevanti elenkati fl-Anness IV.

 

Emenda    217

Proposta għal regolament

Artikolu 50 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-Istati Membri li mhumiex l-Istat Membru li nieda l-proċedura għandhom jgħarrfu fi żmien xahar minn meta jirċievu l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn dwar kwalunkwe miżuri restrittivi adottati u dwar kwalunkwe informazzjoni addizzjonali għad-dispożizzjoni tagħhom b'rabta man-nuqqas ta' konformità tal-vettura, tas-sistema, tal-komponent jew tal-unità teknika separata kkonċernati u, f'każ ta' nuqqas ta' qbil mal-miżura nazzjonali nnotifikata, dwar l-oġġezzjonijiet tagħhom.

imħassar

Emenda    218

Proposta għal regolament

Artikolu 50 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  Meta, fi żmien xahar mill-wasla tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni minn xi Stat Membru jew mill-Kummissjoni dwar il-miżura korrettiva jew il-miżura restrittiva meħuda mill-Istat Membru, dik il-miżura tista' titqies ġustifikata. L-Istati Membri l-oħrajn għandhom jiżguraw li jittieħdu miżuri korrettivi jew restrittivi ekwivalenti fir-rigward tal-vettura, tas-sistema, tal-komponent jew tal-unità teknika separata kkonċernata.

Emenda    219

Proposta għal regolament

Artikolu 50 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Meta, fi żmien xahar mill-wasla tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, titqajjem oġġezzjoni minn kwalunkwe Stat Membru ieħor jew mill-Kummissjoni fir-rigward ta' miżura restrittiva meħuda minn Stat Membru, dik il-miżura għandha tiġi evalwata mill-Kummissjoni b'konformità mal-Artikolu 51.

4.  Meta, fi żmien xahar wara n-notifika msemmija fil-paragrafu 1, titqajjem oġġezzjoni minn kwalunkwe Stat Membru ieħor jew mill-Kummissjoni fir-rigward ta' miżura korrettiva jew restrittiva meħuda minn Stat Membru, jew fejn il-Kummissjoni tkun ikkunsidrat li miżura nazzjonali tmur kontra l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha mingħajr dewmien tikkonsulta lill-Istati Membri kkonċernati u lill-operatur jew operaturi ekonomiċi.

Emenda    220

Proposta għal regolament

Artikolu 50 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Meta, fi żmien xahar mill-wasla tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, ma titqajjem ebda oġġezzjoni minn kwalunkwe Stat Membru ieħor jew mill-Kummissjoni fir-rigward ta' miżura restrittiva meħuda minn Stat Membru, dik il-miżura għandha titqies bħala ġustifikata. L-Istati Membri l-oħrajn għandhom jiżguraw li jittieħdu miżuri restrittivi simili fir-rigward tal-vettura, tas-sistema, tal-komponent jew tal-unità teknika separata kkonċernati.

5.   Abbażi tar-riżultati ta' dik il-konsultazzjoni, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni dwar miżuri korrettivi jew restrittivi armonizzati fil-livell tal-Unjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 87(2).

 

Il-Kummissjoni għandha tindirizza l-atti ta' implimentazzjoni lill-Istati Membri kollha u tikkomunikahom minnufih lill-operaturi ekonomiċi rilevanti. L-Istati Membri għandhom japplikaw dawk l-atti ta' implimentazzjoni mingħajr dewmien. Huma għandhom jinfurmaw lill-Kummisjoni kif xieraq.

Emenda    221

Proposta għal regolament

Artikolu 50 – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a.  Meta l-Kummissjoni tqis li miżura nazzjonali mhix ġustifikata, il-Kummissjoni għandha tadatta atti ta' implimentazzjoni li jirrikjedu l-Istat Membru kkonċernat jirtira jew jadatta l-miżura. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 87(2).

Emenda    222

Proposta għal regolament

Artikolu 50 – paragrafu 5b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5b.  Meta l-miżura nazzjonali titqies ġustifikata u r-riskju ta' nuqqas ta' konformità tkun attribwita għal nuqqasijiet fl-atti regolatorji msemmija fl-Anness IV, il-Kummissjoni għandha tipproponi:

 

(a)   meta jkunu kkonċernati atti regolatorji, l-emendi meħtieġa għall-att ikkonċernat;

 

(b)   meta jkunu kkonċernati regolamenti tal-UNECE, l-abbozz ta' emendi meħtieġa għar-regolamenti tal-UNECE rilevanti b'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Anness III tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/836/KE.

Emenda    223

Proposta għal regolament

Artikolu 51

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 51

imħassar

Proċedura ta' salvagwardja tal-Unjoni

 

1.  Meta, matul il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 50(3) u (4), ikunu tqajmu oġġezzjonijiet kontra miżura restrittiva meħuda minn Stat Membru, jew meta l-Kummissjoni tkun tal-fehma li miżura nazzjonali tmur kontra l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tevalwa l-miżura nazzjonali mingħajr dewmien wara li tkun ikkonsultat lill-Istati Membri u lill-operatur ekonomiku jew lill-operaturi ekonomiċi rilevanti. Abbażi tar-riżultati ta' dik l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni għandha tadotta Deċiżjoni dwar jekk il-miżura nazzjonali titqiesx bħala ġustifikata jew le. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 87(2).

 

Il-Kummissjoni għandha tindirizza d-Deċiżjoni tagħha lill-Istati Membri kollha u tikkomunikaha minnufih lill-operaturi ekonomiċi rilevanti. L-Istati Membri għandhom jimplimentaw id-deċiżjoni tal-Kummissjoni mingħajr dewmien u jinfurmaw lill-Kummissjoni bix-xieraq.

 

2.  Meta l-Kummissjoni tqis il-miżura nazzjonali bħala ġustifikata, l-Istati Membri kollha għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw li l-vettura, is-sistema, il-komponent u l-unità teknika separata mhux konformi jiġu rtirati mis-suq u għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni kif xieraq. Meta l-Kummissjoni tqis il-miżura nazzjonali bħala mhux ġustifikata, l-Istat Membru kkonċernat għandu jirtira jew jadatta l-miżura b'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni msemmija fil-paragrafu 1.

 

3.  Meta l-miżura nazzjonali titqies bħala ġustifikata u tiġi attribwita għal nuqqasijiet fl-atti regolatorji msemmija fl-Anness IV, il-Kummissjoni għandha tipproponi miżuri xierqa kif ġej:

 

(a)   meta jkunu kkonċernati l-atti regolatorji, il-Kummissjoni għandha tipproponi l-emendi meħtieġa għall-att ikkonċernat;

 

(b)   meta jkunu kkonċernati r-regolamenti tal-UNECE, il-Kummissjoni għandha tipproponi l-abbozz ta' emendi meħtieġa għar-regolamenti tal-UNECE rilevanti b'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Anness III tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/836/KE.

 

Emenda    224

Proposta għal regolament

Artikolu 51a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 51a

 

Miżuri korrettivi u restrittivi wara l-attivitajiet ta' sorveljanza tas-suq tal-Kummissjoni

 

1.   Meta wara kontrolli skont l-Artikolu 9, il-Kummissjoni ssib li vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata tippreżenta riskju serju għas-saħħa jew is-sikurezza ta' persuni jew għal aspetti oħra tal-protezzjoni tal-interess pubbliku koperti minn dan ir-Regolament jew li ma tkunx konformi ma' dan ir-Regolament, din għandha tirrikjedi mingħajr dewmien lill-operatur ekonomiku rilevanti jieħu l-miżuri korrettivi xierqa biex jiżgura li l-vettura, is-sistema, il-komponent jew l-unità teknika separata kkonċernata, meta tqiegħdet fis-suq, ġiet irreġistrata jew daħlet fis-servizz ma tibqax tippreżenta dak ir-riskju jew dan in-nuqqas ta' konformità.

 

Meta l-operatur ekonomiku ma jiħux miżuri korrettivi fil-perjodu msemmi fl-ewwel subparagrafu jew meta r-riskju jirrikjedi azzjoni rapida, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu kwalunkwe miżura korrettiva jew restrittiva tal-UE li hi tqis meħtieġa fil-livell tal-Unjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 87(2).

 

Il-Kummissjoni għandha tindirizza l-atti ta' implimentazzjoni lill-Istati Membri kollha u tikkomunikahom minnufih lill-operaturi ekonomiċi rilevanti. L-Istati Membri għandhom japplikaw l-atti ta' implimentazzjoni mingħajr dewmien. Huma għandhom jinfurmaw lill-Kummisjoni skont dan.

 

2.   Meta r-riskju jew in-nuqqas ta' konformità tkun attribwita għal nuqqasijiet fl-atti regolatorji msemmija fl-Anness IV, il-Kummissjoni għandha tipproponi:

 

(a)   meta jkunu kkonċernati atti regolatorji, l-emendi meħtieġa għall-att ikkonċernat;

 

(b)   meta jkunu kkonċernati regolamenti tal-UNECE, l-abbozz ta' emendi meħtieġa għar-regolamenti tal-UNECE rilevanti b'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Anness III tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/836/KE.

Emenda    225

Proposta għal regolament

Artikolu 52

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 52

imħassar

Vetturi, sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati konformi

 

li jippreżentaw riskju serju għas-sikurezza jew ħsara serja lis-saħħa u l-ambjent

 

1.  Meta, wara li jkun wettaq evalwazzjoni skont l-Artikolu 49(1), Stat Membru jsib li l-vetturi, is-sistemi, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati, għalkemm huma konformi mar-rekwiżiti applikabbli jew huma mmarkati kif suppost, jippreżentaw riskju serju għas-sikurezza jew jistgħu jkunu ta' dannu serju għall-ambjent jew għas-saħħa pubblika, huwa għandu jitlob lill-operatur ekonomiku rilevanti sabiex jieħu l-miżuri korrettivi kollha xierqa bil-għan li jiżgura li l-vettura, is-sistema, il-komponent jew l-unità teknika separata kkonċernati, meta jitqiegħdu fis-suq, jiġu rreġistrati jew jiddaħħlu fis-servizz, ma jibqgħux jippreżentaw dak ir-riskju, jew inkella għandu jieħu miżuri restrittivi sabiex jirtira l-vettura, is-sistema, il-komponent jew l-unità teknika separata mis-suq jew sabiex isejħilhom lura fi żmien raġonevoli, skont in-natura tar-riskju.

 

L-Istat Membru jista' jirrifjuta li jirreġistra tali vetturi sakemm l-operatur ekonomiku jkun ħa l-miżuri korrettivi kollha xierqa.

 

2.   L-operatur ekonomiku għandu jiżgura li jittieħdu l-miżuri korrettivi xierqa fir-rigward tal-vetturi, tas-sistemi, tal-komponenti jew tal-unitajiet tekniċi separati kollha msemmija fil-paragrafu 1.

 

3.   L-Istat Membru għandu, fi żmien xahar mit-talba msemmija fil-paragrafu 1, jipprovdi lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn bl-informazzjoni kollha disponibbli, b'mod partikolari d-dejta meħtieġa għall-identifikazzjoni tal-vettura, tas-sistema, tal-komponent jew tal-unità teknika separata kkonċernati, l-oriġini u l-katina tal-provvista tal-vettura, tas-sistema, tal-komponent jew tal-unità teknika separata, in-natura tar-riskju involut u n-natura u t-tul tal-miżuri restrittivi nazzjonali meħuda.

 

4.   Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mingħajr dewmien lill-Istati Membri u lill-operatur ekonomiku jew operaturi ekonomiċi rilevanti u, b'mod partikolari, lill-awtorità tal-approvazzjoni li tat l-approvazzjoni tat-tip, kif ukoll tevalwa l-miżura nazzjonali meħuda. Fuq il-bażi ta' dik l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni għandha tieħu Deċiżjoni dwar jekk il-miżura nazzjonali msemmija fil-paragrafu 1 titqiesx ġustifikata jew le, u, fejn neċessarju, tipproponi miżuri xierqa. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 87(2).

 

5.   Il-Kummissjoni għandha tindirizza d-Deċiżjoni tagħha lill-Istati Membri kollha u tikkomunikaha minnufih lill-operatur ekonomiku jew lill-operaturi ekonomiċi rilevanti.

 

Emenda    226

Proposta għal regolament

Artikolu 53

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 53

imħassar

Dispożizzjonijiet ġenerali relatati mal-vetturi, mas-sistemi, mal-komponenti jew mal-unitajiet tekniċi separati mhux konformi

 

1.   Meta vetturi, sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati akkumpanjati b'ċertifikat ta' konformità jew li jkollhom marka ta' approvazzjoni ma jkunux konformi mat-tip approvat, jew ma jkunux konformi ma' dan ir-regolament jew ikunu ġew approvati fuq il-bażi ta' data mhux korretta, l-awtoritajiet tal-approvazzjoni, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jew il-Kummissjoni jistgħu jieħdu l-miżuri restrittivi meħtieġa skont l-Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008, li jipprojbixxi jew jirrestrinġi t-tqegħid fis-suq, ir-reġistrazzjoni jew id-dħul fis-servizz fis-suq ta' vetturi, sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati mhux konformi, jew jirtirawhom minn dak is-suq jew isejħulhom lura, inkluż l-irtirar tal-approvazzjoni tat-tip mill-awtorità tal-approvazzjoni tal-UE, sakemm l-operatur ekonomiku rilevanti jkun ħa l-miżuri korrettivi kollha xierqa bil-għan li jiżgura li l-vetturi, is-sistemi, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati jinġiebu f'konformità.

 

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, id-devjazzjonijiet mid-dettalji speċifikati fiċ-ċertifikat ta' approvazzjoni tat-tip tal-UE jew fil-pakkett ta' informazzjoni għandhom jitqiesu li jikkostitwixxu nuqqas ta' konformità mat-tip approvat.

 

Emenda    227

Proposta għal regolament

Artikolu 54 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-proċeduri ta' notifika u oġġezzjoni relatati mal-vetturi, mas-sistemi, mal-komponenti jew mal-unitajiet tekniċi separati mhux konformi

L-approvazzjoni tat-tip tal-UE mhux konformi

Emenda    228

Proposta għal regolament

Artikolu 54 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Meta awtorità tal-approvazzjoni jew awtorità tas-sorveljanza tas-suq issib li vetturi, sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati ma jkunux f'konformità ma' dan ir-Regolament jew li din l-approvazzjoni tat-tip ingħatat abbażi ta'dejta inkorretta jew li l-vetturi, is-sistemi, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati akkumpanjati b'ċertifikat ta' konformità jew li jkollhom marka tal-approvazzjoni ma jkunux konformi mat-tip approvat, tista' tieħu l-miżuri ta' restrizzjoni xierqa skont l-Artikolu 53(1).

1.  Meta awtorità tal-approvazzjoni ssib li approvazzjoni tat-tip li tkun ingħatat ma tkunx konformi ma' dan ir-Regolament, hija għandha tirrifjuta li tirrikonoxxi tali approvazzjoni. Hija għandha tinnotifika lill-awtorità tal-approvazzjoni li tkun tat l-approvazzjoni tat-tip tal-UE, lill-Istati Membri l-oħrajn, kif ukoll lill-Kummissjoni.

Emenda    229

Proposta għal regolament

Artikolu 54 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-awtorità ta' approvazzjoni jew tas-sorveljanza tas-suq jew il-Kummissjoni għandha titlob ukoll lill-awtorità tal-approvazzjoni li tkun tat l-approvazzjoni tat-tip tal-UE sabiex tivverifika li l-vetturi, is-sistemi, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati fil-produzzjoni jkomplu jikkonformaw mat-tip approvat jew, fejn ikun applikabbli, li l-vetturi, is-sistemi, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati diġà mqegħdin fis-suq jinġiebu lura f'konformità.

2.  Meta, fi żmien xahar wara n-notifika, in-nuqqas ta' konformità tal-approvazzjoni tat-tip jiġi kkonfermat mill-awtorità tal-approvazzjoni li tkun tat l-approvazzjoni tat-tip tal-UE, dik l-awtorità ta' approvazzjoni għandha tirtira l-approvazzjoni tat-tip.

Emenda    230

Proposta għal regolament

Artikolu 54 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Fil-każ ta' approvazzjoni tat-tip għall-vettura kollha, fejn in-nuqqas ta' konformità ta' vettura jkun dovut għal sistema, komponent jew unità teknika separata, it-talba msemmija fil-paragrafu 2 għandha tiġi indirizzata wkoll lill-awtorità tal-approvazzjoni li tkun tat l-approvazzjoni tat-tip tal-UE għal tali sistema, komponent, jew, unità teknika separata

imħassar

Emenda    231

Proposta għal regolament

Artikolu 54 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Fil-każ ta' approvazzjoni tat-tip f'diversi stadji, fejn in-nuqqas ta' konformità ta' vettura li ġiet kompluta jkun dovut għal sistema, komponent jew unità teknika separata li jifformaw parti mill-vettura mhux kompleta jew għall-vettura mhux kompleta nnifisha, it-talba msemmija fil-paragrafu 2 għandha tiġi indirizzata wkoll lill-awtorità tal-approvazzjoni li tkun tat l-approvazzjoni tat-tip tal-UE għal tali sistema, komponent, unità teknika separata jew vettura mhux kompleta.

imħassar

Emenda    232

Proposta għal regolament

Artikolu 54 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Malli tirċievi t-talba msemmija fil-paragrafi 1 sa 4, l-awtorità tal-approvazzjoni li tkun tat l-approvazzjoni tat-tip tal-UE għandha tniedi evalwazzjoni fir-rigward tal-vetturi, mas-sistemi, mal-komponenti jew mal-unitajiet tekniċi separati konċernati li jkopri r-rekwiżiti kollha stabbiliti f'dan ir-Regolament. L-awtorità tal-approvazzjoni għandha tivverifika wkoll id-data li fuq il-bażi tagħha tkun ingħatat l-approvazzjoni. L-operaturi ekonomiċi relevanti għandhom jikkoperaw bis-sħiħ mal-awtorità tal-approvazzjoni.

imħassar

Emenda    233

Proposta għal regolament

Artikolu 54 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Meta jiġi stabbilit nuqqas ta' konformità mill-awtorità tal-approvazzjoni li tkun tat l-approvazzjoni tat-tip tal-UE għal vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata jew għal vettura mhux kompleta, dik l-awtorità tal-approvazzjoni għandha teħtieġ mingħajr dewmien li l-operatur ekonomiku rilevanti jieħu l-miżuri korrettivi kollha xierqa biex il-vettura, is-sistema, il-komponent jew l-unità teknika separata tinġieb f'konformità u fejn meħtieġ l-awtorità tal-approvazzjoni li tkun tat l-approvazzjoni tat-tip tal-UE għandha tieħu l-miżuri msemmija fl-Artikolu 53(1) mill-aktar fis possibbli u mhux aktar tard minn xahar mid-data tat-talba.

imħassar

Emenda    234

Proposta għal regolament

Artikolu 54 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.  L-awtoritajiet nazzjonali li jkunu qed jieħdu miżuri restrittivi skont l-Artikolu 53(1) għandhom jinfurmaw minnufih lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra.

imħassar

Emenda    235

Proposta għal regolament

Artikolu 54 – paragrafu 8 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fejn, fi żmien xahar wara n-notifika tal-miżuri restrittivi meħuda minn awtorità tal-approvazzjoni jew ta' sorveljanza tas-suq skont l-Artikolu 53(1), titqajjem oġġezzjoni minn Stat Membru ieħor fir-rigward tal-miżura restrittiva notifikata jew fejn il-Kummissjoni tistabbilixxi nuqqas ta' konformità skont l-Artikolu 9(5), il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mingħajr dewmien mal-Istati Membri u mal-operatur jew mal-operaturi ekonomiċi rilevanti u, b'mod partikolari, mal-awtorità tal-approvazzjoni li tkun tat l-approvazzjoni tat-tip, u għandha tevalwa l-miżura nazzjonali meħuda. Abbażi ta' dik l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li tieħu l-miżuri restrittivi meħtieġa previsti fl-Artikolu 53(1) permezz ta' atti ta' implimentazzjoni. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 87(2).

Fejn, fi żmien xahar wara n-notifika tar-rifjut tal-approvazzjoni tat-tip minn awtorità tal-approvazzjoni, titqajjem oġġezzjoni mill-awtorità tal-approvazzjoni li tkun tat l-approvazzjoni tat-tip tal-UE, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mingħajr dewmien lill-Istati Membri u, b'mod partikolari, mal-awtorità tal-approvazzjoni li tkun tat l-approvazzjoni tat-tip u lill-operatur ekonomiku rilevanti.

Emenda    236

Proposta għal regolament

Artikolu 54 – paragrafu 8a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

8a.  Abbażi ta' dik l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jkun fihom id-deċiżjoni tagħha dwar jekk ir-rifjut tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE adottat skont il-paragrafu 1 ikunx iġġustifikat. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 87(2).

Emenda    237

Proposta għal regolament

Artikolu 54 – paragrafu 8b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

8b.  Meta, wara li jsiru kontrolli mill-Kummissjoni f'konformità mal-Artikolu 9, il-Kummissjoni tqis li approvazzjoni tat-tip li tkun ingħatat ma tkunx konformi ma' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta, mingħajr dewmien, lill-Istati Membri u, b'mod partikolari, lill-awtorità tal-approvazzjoni li tkun tat l-approvazzjoni tat-tip u lill-operatur ekonomiku rilevanti. Wara li jkunu saru dawn il-konsultazzjonijiet, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jkun fihom id-deċiżjoni tagħha dwar jekk l-approvazzjoni tat-tip li tkun ingħatat tkunx konformi ma' dan ir-Regolament. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 87(2).

Emenda    238

Proposta għal regolament

Artikolu 54 – paragrafu 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

9.  Fejn, fi żmien xahar wara n-notifika tal-miżuri restrittivi meħuda skont l-Artikolu 53(1), ma tkun tqajmet l-ebda oġġezzjoni minn Stat Membru ieħor jew mill-Kummissjoni fir-rigward ta' miżura restrittiva meħuda minn Stat Membru, dik il-miżura għandha titqies li tkun iġġustifikata. L-Istati Membri l-oħrajn għandhom jiżguraw li jittieħdu miżuri restrittivi simili fir-rigward tal-vettura, tas-sistema, tal-komponent jew tal-unità teknika separata kkonċernati.

9.   Għall-prodotti koperti minn approvazzjoni tat-tip mhux konformi li diġà huma disponibbli fis-suq, għandhom japplikaw l-Artikoli 49 sa 53.

Emenda    239

Proposta għal regolament

Artikolu 55

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

[...]

imħassar

Emenda    240

Proposta għal regolament

Artikolu 56

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

[...]

imħassar

Emenda    241

Proposta għal regolament

Artikolu 57

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 57

imħassar

Dispożizzjonijiet ġenerali dwar is-sejħa lura ta' vetturi, sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati

 

1.   Manifattur li jkun ingħata approvazzjoni tat-tip għall-vettura kollha u li huwa obbligat li jsejjaħ lura l-vetturi mis-suq b'konformità mal-Artikolu 12(1), l-Artikolu 15(1), l-Artikolu 17(2), l-Artikolu 49(1), l-Artikolu 49(6), l-Artikolu 51(4), l-Artikolu 52(1), u l-Artikolu 53(1) ta' dan ir-Regolament jew l-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008, għandu jgħarraf b'dan minnufih lill-awtorità tal-approvazzjoni li tkun tat l-approvazzjoni tat-tip għall-vettura kollha.

 

2.   Manifattur ta' sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati, li jkun ingħata approvazzjoni tat-tip tal-UE u li huwa obbligat li jsejjaħ lura s-sistemi, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati mis-suq b'konformità mal-Artikolu 12(1), l-Artikolu 15(1), l-Artikolu 17(2), l-Artikolu 49(1), l-Artikolu 49(6), l-Artikolu 51(4), l-Artikolu 52(1), u l-Artikolu 53(1) ta' dan ir-Regolament jew l-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008, għandu jgħarraf b'dan minnufih lill-awtorità tal-approvazzjoni li tkun tat l-approvazzjoni tat-tip tal-UE.

 

3.   Il-manifattur għandu jipproponi lill-awtorità tal-approvazzjoni li tkun tat l-approvazzjoni tat-tip sett ta' rimedji xierqa maħsuba biex iġibu l-vetturi, is-sistemi, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati f'konformità u, fejn ikun xieraqsabiex jinnewtralizzaw ir-riskju serju msemmi fl-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008.

 

L-awtorità tal-approvazzjoni għandha twettaq evalwazzjoni sabiex tivverifika jekk ir-rimedji proposti humiex suffiċjenti u f'waqthom biżżejjed, u għandha tikkomunika r-rimedji li hija tkun approvat lill-awtoritajiet tal-approvazzjoni tal-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni mingħajr dewmien.

 

Emenda    242

Proposta għal regolament

Artikolu 58

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

[...]

imħassar

Emenda    243

Proposta għal regolament

Artikolu 59

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 59

imħassar

Dritt għal smigħ tal-operaturi ekonomiċi, notifika tad-deċiżjonijiet u r-rimedji disponibbli

 

1.  Ħlief f'każijiet fejn hija meħtieġa azzjoni immedjata għal raġunijiet ta' riskju serju għas-saħħa tal-bniedem jew għas-sigurtà u għall-ambjent, l-operatur ekonomiku kkonċernat għandu jingħata l-opportunità li jagħmel sottomissjonijiet lill-awtorità nazzjonali f'perjodu ta' żmien xieraq qabel kwalunkwe miżura skont l-Artikoli 49 sa 58 tiġi adottata mill-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri.

 

Jekk ittieħdu azzjonijiet mingħajr ma nstema' l-operatur ekonomiku, dan għandu jkollu l-opportunità li jagħmel sottomissjonijiet malajr kemm jista' jkun u l-awtorità nazzjonali għandha tirrevedi l-miżura minnufih wara dan.

 

2.  Kwalunkwe miżura adottata mill-awtoritajiet nazzjonali għandha tiddikjara l-motivi eżatti li fuqhom hija bbażata.

 

Meta l-miżura tkun indirizzata għal operatur speċifiku, għandha tiġi nnotifikata mingħajr dewmien lill-operatur ekonomiku kkonċernat, li għandu, fl-istess ħin, ikun mgħarraf dwar ir-rimedji disponibbli skont il-liġi tal-Istat Membru kkonċernat u dwar il-limiti ta' żmien li huma soġġetti għalih it-tali rimedji.

 

Meta l-miżura għandha kamp ta' applikazzjoni ġenerali, din għandha tiġi ppubblikata fil-ġurnal uffiċjali nazzjonali jew fi strument ekwivalenti.

 

3.   Kwalunkwe miżura adottata mill-awtoritajiet nazzjonali għandha tiġi rtirata jew emendata minnufih malli l-operatur ekonomiku juri li jkun ittieħdet azzjoni korrettiva effettiva.

 

Emenda    244

Proposta għal regolament

Artikolu 60 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dak l-att delegat għandu jispeċifika d-dati tal-applikazzjoni obbligatorja tar-regolament tal-UNECE jew tal-emendi għalih u jinkludi dispożizzjonijiet tranżitorji, fejn xieraq.

Dak l-att delegat għandu jispeċifika d-dati tal-applikazzjoni obbligatorja tar-regolament tal-UNECE jew tal-emendi għalih u għandu jinkludi dispożizzjonijiet tranżitorji, fejn xieraq, u, b'mod partikolari, għall-finijiet tal-approvazzjoni tat-tip, tal-ewwel reġistrazzjoni u dħul fis-seħħ tal-vetturi u tat-tqegħid għad-dispożizzjoni fis-suq tas-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati, fejn dawn ikunu applikabbli.

Emenda    245

Proposta għal regolament

Artikolu 63 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-manifattur ma għandu jforni ebda informazzjoni teknika relatata mad-dettalji tat-tip ta' vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata previsti f'dan ir-Regolament, jew fl-atti delegati jew ta' implimentazzjoni adottati skont dan ir-Regolament, li tmur lil hinn mid-dettalji tat-tip approvat mill-awtorità tal-approvazzjoni.

1.  Il-manifattur ma għandu jforni ebda informazzjoni teknika relatata mad-dettalji tat-tip ta' vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata previsti f'dan ir-Regolament, fl-atti delegati jew ta' implimentazzjoni adottati skont dan ir-Regolament, jew fl-atti regolatorji elenkati fl-Anness IV, li tmur lil hinn mid-dettalji tat-tip approvat mill-awtorità tal-approvazzjoni.

Emenda    246

Proposta għal regolament

Artikolu 65 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-manifatturi għandhom jipprovdu lill-operaturi indipendenti b'aċċess standardizzat u mhux ristrett għal informazzjoni dwar l-OBD tal-vetturi, tagħmir dijanjostiku u tagħmir ieħor, għodod, inkluż kwalunkwe softwer rilevanti, u informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi.

Il-manifatturi għandhom jipprovdu lill-operaturi indipendenti aċċess mhux ristrett, standardizzat u mhux diskriminatorju għal informazzjoni dwar l-OBD tal-vetturi, tagħmir dijanjostiku u tagħmir ieħor, għodod, inklużi r-riferenzi kompluti, u d-downloads disponibbli, tas-softwer applikabbli, u informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi. L-informazzjoni għandha tiġi ppreżentata b'mod faċilment aċċessibbli f'forma ta' settijiet tad-dejta li jistgħu jinqraw b'magna u li jistgħu jiġu pproċessati elettronikament. L-operaturi indipendenti għandu jkollhom aċċess għas-servizzi dijanjostiċi remoti użati mill-manifattturi u mill-bejjiegħa awtorizzati u l-persuni awtorizzati biex isewwu.

Emenda    247

Proposta għal regolament

Artikolu 65 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-informazzjoni dwar l-OBD tal-vettura u dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura għandha titpoġġa disponibbli fuq is-siti elettroniċi tal-manifatturi bl-użu ta' format standardizzat jew, jekk dan ma jkunx fattibbli, minħabba n-natura tal-informazzjoni, f'format ieħor xieraq. B'mod partikolari, dan l-aċċess għandu jingħata b'mod li ma jkunx diskriminatorju, meta mqabbel mal-forniment jew l-aċċess mogħtija lill-bejjiegħa awtorizzati u lill-persuni awtorizzati biex isewwu.

L-informazzjoni dwar l-OBD tal-vettura u dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura għandha titpoġġa disponibbli fuq is-siti elettroniċi tal-manifatturi bl-użu ta' format standardizzat jew, jekk dan ma jkunx fattibbli, minħabba n-natura tal-informazzjoni, f'format ieħor xieraq. Għall-operaturi indipendenti minbarra l-persuni awtorizzati biex isewwu, l-informazzjoni għandha tingħata wkoll f'format li jkun jista' jinqara minn magna, li jkun kapaċi jiġi pproċessat b'mod elettroniku b'għodod u softwer tal-IT disponibbli b'mod komuni u li jippermetti lil operaturi indipendenti jwettqu l-kompitu assoċjat man-negozju tagħhom fil-katina ta' provvista tas-suq ta' wara l-bejgħ.

Emenda    248

Proposta għal regolament

Artikolu 65 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  Għall-fini tal-OBD, id-dijanjostika, it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura, il-fluss dirett tad-dejta tal-vettura għandu jsir disponibbli permezz tal-konnettur standard kif speċifikat fir-Regolament tan-NU Nru 83, Anness XI, Appendiċi 1, paragrafu 6.5.1.4 u r-Regolament tan-NU Nru 49, Anness 9B.

Emenda    249

Proposta għal regolament

Artikolu 65 – paragrafu 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

10.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati b'konformità mal-Artikolu 88 sabiex temenda u tissupplimenta l-Anness XVIII bil-għan li jiġu kkunsidrati l-iżviluppi tekniċi u regolatorji jew jiġi evitat l-użu ħażin billi taġġorna r-rekwiżiti dwar l-aċċess għall-informazzjoni dwar l-OBD tal-vettura u dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura u billi tadotta u tintegra l-istandards imsemmija fil-paragrafi 2 u 3.

10.  Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati b'konformità mal-Artikolu 88 sabiex temenda u tissupplimenta l-Anness XVIII bil-għan li jiġu kkunsidrati l-iżviluppi tekniċi u regolatorji jew jiġi evitat l-użu ħażin billi taġġorna r-rekwiżiti dwar l-aċċess għall-informazzjoni dwar l-OBD tal-vettura u dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura u billi tadotta u tintegra l-istandards imsemmija fil-paragrafi 2 u 3. Il-Kummissjoni għandha wkoll tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 88 biex temenda dan ir-Regolament billi toħloq Anness XVIIIA sabiex tindirizza żviluppi teknoloġiċi fil-qasam tal-iskambju tad-dejta diġitali li jużaw netwerk fuq żona wiesgħa mingħajr fili, biex b'hekk jiġi żgurat li l-operaturi indipendenti jkomplu jgawdu aċċess dirett għad-dejta u r-riżorsi u, barra minn hekk, tiġi żgurata n-newtralità tal-kompetizzjoni permezz tad-disinn tekniku.

Emenda    250

Proposta għal regolament

Artikolu 66 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-manifattur finali għandu jkun responsabbli li jipprovdi informazzjoni dwar il-vettura kollha lill-operaturi indipendenti.

2.  Fil-każ ta' approvazzjoni tat-tip f'diversi stadji, il-manifattur finali għandu jkun responsabbli li jipprovdi aċċess għall-OBD tal-vettura u għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura fir-rigward tal-istadju/i tal-manifattura tagħha stess u l-konnessjoni mal-istadju/i preċedenti.

Emenda    251

Proposta għal regolament

Artikolu 67 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-manifattur jista' jitlob ħlasijiet raġonevoli u proporzjonati għall-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura għajr ir-rekords imsemmija fl-Artikolu 65(8). Dawk il-ħlasijiet ma għandhomx jiskoraġġixxu l-aċċess għal dik l-informazzjoni billi ma jikkunsidrawx il-punt safejn din tintuża mill-operatur indipendenti.

1.  Il-manifattur jista' jitlob ħlasijiet raġonevoli u proporzjonati għall-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura għajr ir-rekords imsemmija fl-Artikolu 65(9). Dawk il-ħlasijiet ma għandhomx jiskoraġġixxu l-aċċess għal dik l-informazzjoni billi ma jikkunsidrawx il-punt safejn din tintuża mill-operatur indipendenti.

Emenda    252

Proposta għal regolament

Artikolu 69 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Meta operatur indipendenti jew assoċjazzjoni kummerċjali li tirrappreżenta lill-operaturi indipendenti jressqu ilment quddiem l-awtorità tal-approvazzjoni dwar in-nuqqas tal-manifattur milli jikkonforma mal-Artikoli 65 sa 70, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha twettaq verifika sabiex tivverifika l-konformità mill-manifattur.

3.  Meta operatur indipendenti jew assoċjazzjoni kummerċjali li tirrappreżenta lill-operaturi indipendenti jressqu ilment quddiem l-awtorità tal-approvazzjoni dwar in-nuqqas tal-manifattur milli jikkonforma mal-Artikoli 65 sa 70, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha twettaq verifika sabiex tivverifika l-konformità mill-manifattur. L-awtorità tal-approvazzjoni għandha titlob lill-awtorità tal-approvazzjoni li tat l-approvazzjoni tat-tip għall-vettura kollha biex tinvestiga l-ilment u titlob evidenza mill-manifattur tal-vettura li s-sistema tagħha hija f'konformità mar-Regolament. Ir-riżultati ta' dik l-investigazzjoni għandhom jiġu kkomunikati fi żmien tliet xhur mit-talba lill-awtorità nazzjonali tal-approvazzjoni u l-operatur indipendenti jew l-assoċjazzjoni kummerċjali kkonċernati.

Emenda    253

Proposta għal regolament

Artikolu 71 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-awtorità tal-approvazzjoni magħżula mill-Istat Membru skont l-Artikolu 7(3), minn hawn 'il quddiem issir referenza għaliha bħala ‘l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip' għandha tkun responsabbli għall-valutazzjoni, id-deżinjazzjoni, in-notifika u l-monitoraġġ tas-servizzi tekniċi, inklużi, fejn xieraq, is-sottokuntratturi jew sussidjarji ta' dawk is-servizzi tekniċi.

1.  L-awtorità tal-approvazzjoni magħżula mill-Istat Membru skont l-Artikolu 7(3), jew il-korp ta' akkreditament f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 765/2008, (flimkien, "il-korp ta' deżinjazzjoni"), għandha tkun responsabbli għall-valutazzjoni, id-deżinjazzjoni, in-notifika u l-monitoraġġ tas-servizzi tekniċi fl-Istat Membru rispettiv, inklużi, fejn xieraq, is-sottokuntratturi jew sussidjarji ta' dawk is-servizzi tekniċi.

Emenda    254

Proposta għal regolament

Artikolu 71 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha titwaqqaf, tiġi organizzata u tiġi operata sabiex tissalvagwardja l-oġġettività u l-imparzjalità tagħha u tevita kwalunkwe kunflitt ta' interess mas-servizzi tekniċi.

2.  Il-korp ta' deżinjazzjoni għandu jitwaqqaf, jiġi organizzat u jiġi operat sabiex jissalvagwardja l-oġġettività u l-imparzjalità tiegħu u jevita kwalunkwe kunflitt ta' interess mas-servizzi tekniċi.

Emenda    255

Proposta għal regolament

Artikolu 71 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha tiġi operata sabiex in-notifika ta' servizz tekniku ssir minn persunal differenti minn dak li wettaq il-valutazzjoni tas-servizz tekniku.

3.  Il-korp ta' deżinjazzjoni għandu jiġi organizzat sabiex in-notifika ta' servizz tekniku ssir minn persunal differenti minn dak li wettaq il-valutazzjoni tas-servizz tekniku.

Emenda    256

Proposta għal regolament

Artikolu 71 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip ma għandhiex twettaq attivitajiet li jwettqu s-servizzi tekniċi u ma għandhiex tipprovdi servizzi ta' konsulenza fuq bażi kummerċjali jew kompetittiva.

4.  Il-korp ta' deżinjazzjoni m'għandux iwettaq attivitajiet li jwettqu s-servizzi tekniċi u m'għandux jipprovdi servizzi ta' konsulenza fuq bażi kummerċjali jew kompetittiva.

Emenda    257

Proposta għal regolament

Artikolu 71 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha tissalvagwardja l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni li tikseb.

5.  Il-korp ta' deżinjazzjoni għandu jissalvagwardja l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni li jikseb.

Emenda    258

Proposta għal regolament

Artikolu 71 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandu jkollha numru suffiċjenti ta' membri tal-persunal kompetenti għad-dispożizzjoni tagħha għat-twettiq xieraq tal-kompiti previsti minn dan ir-Regolament.

6.  Il-korp ta' deżinjazzjoni għandu jkollu numru suffiċjenti ta' membri tal-persunal kompetenti għad-dispożizzjoni tiegħu għat-twettiq xieraq tal-kompiti stipulati minn dan ir-Regolament.

Emenda    259

Proposta għal regolament

Artikolu 71 – paragrafu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8.  L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha tkun soġġetta għal evalwazzjoni bejn il-pari minn żewġ awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip ta' Stati Membri oħrajn kull sentejn.

imħassar

L-Istati Membri għandhom ifasslu l-pjan annwali għall-evalwazzjoni bejn il-pari, billi jiżguraw rotazzjoni xierqa fir-rigward tal-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip li jagħmlu r-reviżjoni u dawk soġġetti għaliha, u mbagħad jissottomettuh lill-Kummissjoni.

 

L-evalwazzjoni bejn il-pari għandha tinkludi żjara fuq il-post lil servizz tekniku li jaqa' taħt ir-responsabbiltà tal-awtorità riveduta. Il-Kummissjoni tista' tipparteċipa fir-reviżjoni u tiddeċiedi dwar il-parteċipazzjoni tagħha abbażi tal-analiżi tal-valutazzjoni tar-riskju.

 

Emenda    260

Proposta għal regolament

Artikolu 71 – paragrafu 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

9.  L-eżitu tal-evalwazzjoni bejn il-pari għandu jiġi kkomunikat lill-Istati Membri kollha u lill-Kummissjoni u sommarju tal-eżitu għandu jitqiegħed għad-dispożizzjoni għall-pubbliku. Dan għandu jiġi diskuss u għandhom joħorġu rakkomandazzjonijiet mill-Forum stabbilit fl-Artikolu 10 abbażi ta' valutazzjoni ta' dan l-eżitu mwettqa mill-Kummissjoni.

imħassar

Emenda    261

Proposta għal regolament

Artikolu 71 – paragrafu 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

10.  L-Istati Membri għandhom jipprovdu informazzjoni lill-Kummissjoni u lil Stati Membri oħra dwar kif indirizzaw ir-rakkomandazzjonijiet fir-rapport dwar l-evalwazzjoni bejn il-pari.

imħassar

Emenda    262

Proposta għal regolament

Artikolu 72 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  kategorija B: is-superviżjoni tat-testijiet imsemmija f'dan ir-Regolament u fl-atti elenkati fl-Anness IV, meta dawk it-testijiet jitwettqu fil-faċilitajiet tal-manifattur jew fil-faċilitajiet ta' parti terza;

(b)  kategorija B: is-superviżjoni tat-testijiet, inkluża t-tħejjija tagħhom, imsemmija f'dan ir-Regolament u fl-atti elenkati fl-Anness IV, meta dawk it-testijiet jitwettqu fil-faċilitajiet tal-manifattur jew fil-faċilitajiet ta' parti terza; it-tħejjija u s-superviżjoni tat-testijiet għandhom jitwettqu minn superviżur mis-servizz tekniku;

Emenda    263

Proposta għal regolament

Artikolu 72 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Servizz tekniku għandu jiġi stabbilit skont il-liġi nazzjonali ta' Stat Membru u jkollu personalità legali, ħlief għal servizz tekniku intern akkreditat ta' manifattur, kif imsemmi fl-Artikolu 76.

3.  Servizz tekniku għandu jiġi stabbilit skont il-liġi nazzjonali ta' Stat Membru u jkollu personalità legali, ħlief għal servizz tekniku li jappartjeni għal awtorità tal-approvazzjoni tat-tip u għal servizz tekniku intern akkreditat ta' manifattur, kif imsemmi fl-Artikolu 76.

Emenda    264

Proposta għal regolament

Artikolu 73 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Il-membri tal-persunal ta' servizz tekniku għandhom josservaw is-segretezza professjonali fir-rigward tal-informazzjoni kollha miksuba fit-twettiq tal-kompiti tagħhom skont dan ir-Regolament, ħlief b'rabta mal-awtorità tal-approvazzjoni jew fejn mitlub mil-liġi nazzjonali jew tal-Unjoni.

5.  Il-membri tal-persunal ta' servizz tekniku għandhom josservaw is-segretezza professjonali fir-rigward tal-informazzjoni kollha miksuba fit-twettiq tal-kompiti tagħhom skont dan ir-Regolament, ħlief b'rabta mal-awtorità tad-deżinjazzjoni jew fejn mitlub mil-liġi nazzjonali jew tal-Unjoni.

Emenda    265

Proposta għal regolament

Artikolu 74 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Servizz tekniku għandu jkun jista' jwettaq l-attivitajiet kollha li għalihom ikun qed japplika biex jinħatar b'konformità mal-Artikolu 72(1). Huwa għandu juri lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip li huwa għandu dawn kollha li ġejjin:

1.  Servizz tekniku għandu jkun jista' jwettaq l-attivitajiet kollha li għalihom ikun qed japplika biex jinħatar b'konformità mal-Artikolu 72(1). Huwa għandu juri lill-awtorità tad-deżinjazzjoni, jew, fil-każ ta' akkreditazzjoni, lill-korp ta' akkreditazzjoni nazzjonali, li huwa għandu dawn kollha li ġejjin:

Emenda    266

Proposta għal regolament

Artikolu 75 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Is-servizzi tekniċi jistgħu jissottokuntrattaw, bi qbil mill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip li tinnominahom, uħud mill-kategoriji ta' attivitajiet li għalihom ikunu nħatru b'konformità mal-Artikolu 72(1), jew inkella jqabbdu sussidjarju biex iwettaq dawk l-attivitajiet għalihom.

1.  Is-servizzi tekniċi jistgħu, bil-kunsens tal-awtorità tad-deżinjazzjoni li tinnominahom, jew, fil-każ ta' akkreditazzjoni, tal-korp ta' akkreditazzjoni nazzjonali, jissottokuntrattaw uħud mill-kategoriji ta' attivitajiet li għalihom ikunu nħatru b'konformità mal-Artikolu 72(1), jew inkella jqabbdu sussidjarju biex iwettaq dawk l-attivitajiet għalihom.

Emenda    267

Proposta għal regolament

Artikolu 75 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Meta servizz tekniku jissottokuntratta kompiti speċifiċi mill-kategoriji ta' attivitajiet li għalihom ikun inħatar jew iqabbad sussidjarju biex iwettaq dawk il-kompiti, huwa għandu jiżgura li s-sottokuntrattur jew is-sussidjarju jkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 73 u 74 u għandu jgħarraf b'dan lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip.

2.  Meta servizz tekniku jissottokuntratta kompiti speċifiċi mill-kategoriji ta' attivitajiet li għalihom ikun inħatar jew iqabbad sussidjarju biex iwettaq dawk il-kompiti, huwa għandu jiżgura li s-sottokuntrattur jew is-sussidjarju jkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 73 u 74 u għandu jgħarraf b'dan lill-awtorità tad-deżinjazzjoni, jew, fil-każ ta' akkreditazzjoni, lill-korp ta' akkreditazzjoni nazzjonali.

Emenda    268

Proposta għal regolament

Artikolu 75 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Is-servizzi tekniċi għandhom iżommu għad-dispożizzjoni tal-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip, id-dokumenti rilevanti li jikkonċernaw il-valutazzjoni tal-kwalifiki tas-sottokuntrattur jew tas-sussidjarju u l-kompiti mwettqa minnhom.

4.  Is-servizzi tekniċi għandhom iżommu għad-dispożizzjoni tal-awtorità tad-deżinjazzjoni, jew, fil-każ ta' akkreditazzjoni, tal-korp ta' akkreditazzjoni nazzjonali, id-dokumenti rilevanti li jikkonċernaw il-valutazzjoni tal-kwalifiki tas-sottokuntrattur jew tas-sussidjarju u l-kompiti mwettqa minnhom.

Emenda    269

Proposta għal regolament

Artikolu 75 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.  Is-sottokuntratturi tas-servizzi tekniċi għandhom jiġu notifikati lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip u l-ismijiet tagħhom għandhom jiġu ppubblikati mill-Kummissjoni.

Emenda    270

Proposta għal regolament

Artikolu 76 – paragrafu 2 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca)  ikun awditjat skont l-Artikolu 80, bl-eċċezzjoni li "l-kumitat konġunt tal-awdituri" għandu jieħu post "l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip" fit-test kollu kemm hu u jwettaq il-kompiti b'konsegwenza; l-awditu għandu juri l-konformità mal-punti (a), (b) u (c);

Emenda    271

Proposta għal regolament

Artikolu 76 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Servizz tekniku intern ma għandux bżonn jiġi nnotifikat lill-Kummissjoni għall-finijiet tal-Artikolu 78, iżda l-informazzjoni li tikkonċerna l-akkreditazzjoni tiegħu għandha tingħata mill-manifattur li minnu jifforma parti jew mill-entità ta' akkreditazzjoni nazzjonali lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip fuq talba ta' dik l-awtorità.

3.  Servizz tekniku intern għandu jiġi nnotifikat lill-Kummissjoni b'konformità mal-Artikolu 78.

Emenda    272

Proposta għal regolament

Artikolu 77 – paragrafu -1 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

- 1.  Is-servizz tekniku applikant għandu jressaq applikazzjoni formali lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip tal-Istat Membru li fiha jitlob li jkun deżinjat b'konformità mal-Parti 4 tal-Appendiċi 2 għall-Anness V. L-attivitajiet li s-servizz tekniku applikant ikun qed japplika għalihom biex jiġu deżinjati għandhom ikunu speċifikati fit-talba tal-applikazzjoni b'konformità mal-Artikolu 72(1).

Emenda    273

Proposta għal regolament

Artikolu 77 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Qabel tinnomina servizz tekniku, l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha tivvalutah skont lista ta' kontroll tal-valutazzjoni li tal-inqas tkopri r-rekwiżiti elenkati fl-Anness 2 Appendiċi V. Il-valutazzjoni għandha tinkludi valutazzjoni fuq il-post tal-bini tas-servizz tekniku li japplika, u, fejn rilevanti, ta' kwalunkwe sussidjarju jew sottokuntrattur, li jinsab ġewwa jew barra l-Unjoni.

Qabel ma l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip tinnomina servizz tekniku, l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip, jew il-korp ta' akkreditazzjoni msemmi fl-Artikolu 71(1), għandhom jivvalutawh skont lista armonizzata ta' kontroll tal-valutazzjoni li tal-inqas tkopri r-rekwiżiti elenkati fl-Appendiċi 2 tal-Anness V. Il-valutazzjoni għandha tinkludi valutazzjoni fuq il-post tal-bini tas-servizz tekniku li japplika, u, fejn rilevanti, ta' kwalunkwe sussidjarju jew sottokuntrattur, li jinsab ġewwa jew barra l-Unjoni.

Emenda    274

Proposta għal regolament

Artikolu 77 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Rappreżentanti tal-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip ta' mill-inqas żewġ Stati Membri oħrajn għandhom, f'koordinazzjoni mal-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip tal-Istat Membru fejn huwa stabbilit is-servizz tekniku applikant, u flimkien ma' rappreżentant tal-Kummissjoni, jiffurmaw tim ta' valutazzjoni konġunta u jieħdu sehem fil-valutazzjoni tas-servizz tekniku applikant, inkluża l-valutazzjoni fuq il-post. L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip li jinnominaw tal-Istat Membru fejn huwa stabbilit is-servizz tekniku applikant għandha tagħti lil dawk ir-rappreżentanti aċċess puntwali għad-dokumenti meħtieġa sabiex jiġi vvalutat is-servizz tekniku applikant.

1b.   F'każijiet fejn il-valutazzjoni titwettaq mill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip, rappreżentant mill-Kummissjoni għandu jipparteċipa f'tim ta' valutazzjoni konġunta mal-awtorità tad-deżinjazzjoni li għandha twettaq il-valutazzjoni tas-servizz tekniku applikant, inkluża l-valutazzjoni fuq il-post. Sabiex twettaq dan il-kompitu, il-Kummissjoni għandha tuża awdituri indipendenti kkuntrattati bħala partijiet terzi wara sejħa miftuħa għall-offerti. L-awdituri għandhom iwettqu dmirijiethom b'mod indipendenti u imparzjali. L-awdituri għandhom jirrispettaw il-kunfidenzjalità sabiex jitħarsu s-sigrieti kummerċjali skont il-liġi applikabbli. L-Istati Membri għandhom jagħtu l-assistenza kollha meħtieġa u jipprovdu d-dokumentazzjoni u l-appoġġ kollu li l-awdituri jitolbu biex ikunu jistgħu jwettqu dmirijiethom. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awdituri jkollhom aċċess għall-bini kollu jew partijiet tal-bini u għall-informazzjoni, inklużi sistemi tal-kompjuter u softwer, li jkunu rilevanti għat-twettiq ta' dmirijiethom.

(fil-bidu tal-Artikolu 77, l-ordni tal-paragrafi jinbidel u l-paragrafi jiġu nnumerati mill-ġdid)

Emenda    275

Proposta għal regolament

Artikolu 77 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.   Fil-każijiet fejn il-valutazzjoni titwettaq minn korp ta' akkreditazzjoni, is-servizz tekniku applikant għandu jagħti lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip ċertifikat ta' akkreditazzjoni validu u r-rapport ta' evalwazzjoni korrispondenti li juru t-twettiq tar-rekwiżiti stabbiliti fl-Appendiċi 2 tal-Anness V għall-attivitajiet li għalihom is-servizz tekniku applikant ikun qed japplika biex jinħatar.

(fil-bidu tal-Artikolu 77, l-ordni tal-paragrafi jinbidel u l-paragrafi huma nnumerati mill-ġdid)

Emenda    276

Proposta għal regolament

Artikolu 77 – paragrafu 1c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1c.   Meta s-servizz tekniku jkun talab li jiġi maħtur minn bosta awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip f'konformità mal-Artikolu 78(3), il-valutazzjoni għandha ssir darba biss, sakemm il-kamp ta' applikazzjoni tad-deżinjazzjoni tas-servizz tekniku jkun ġie kopert f'dik l-evalwazzjoni.

(fil-bidu tal-Artikolu 77, l-ordni tal-paragrafi jinbidel u l-paragrafi huma nnumerati mill-ġdid)

Emenda    277

Proposta għal regolament

Artikolu 77 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw l-ismijiet tar-rappreżentanti tal-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip lill-Kummissjoni li hi tkun tista' tibbaża fuqhom għal kull valutazzjoni konġunta.

5.  L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw l-ismijiet tar-rappreżentanti tal-awtorità tad-deżinjazzjoni lill-Kummissjoni li hi tkun tista' tibbaża fuqhom għal kull valutazzjoni konġunta.

Emenda    278

Proposta għal regolament

Artikolu 77 – paragrafu 7 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ir-rapport ta' valutazzjoni għandu jiġi nnotifikat mill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet tad-deżinjazzjoni tal-Istati Membri l-oħrajn b'evidenza dokumentarja rigward il-kompetenza tas-servizz tekniku u l-arranġamenti fis-seħħ biex jiġi ssorveljat b'mod regolari s-servizz tekniku u jiġi żgurat li sejjer ikompli jissodisfa r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament.

Ir-rapport ta' valutazzjoni għandu jiġi nnotifikat mill-awtorità tad-deżinjazzjoni lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet tad-deżinjazzjoni tal-Istati Membri l-oħrajn b'evidenza dokumentarja rigward il-kompetenza tas-servizz tekniku u l-arranġamenti fis-seħħ biex jiġi ssorveljat b'mod regolari s-servizz tekniku u jiġi żgurat li sejjer ikompli jissodisfa r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament.

Emenda    279

Proposta għal regolament

Artikolu 77 – paragrafu 7 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip tan-notifika għandha tissottometti wkoll evidenza tad-disponibbiltà tal-persunal kompetenti għall-monitoraġġ tas-servizz tekniku skont l-Artikolu 71(6).

L-awtorità tad-deżinjazzjoni li tinnotifika r-rapport ta' valutazzjoni għandha tissottometti wkoll evidenza tad-disponibbiltà tal-persunal kompetenti għall-monitoraġġ tas-servizz tekniku skont l-Artikolu 71(6).

Emenda    280

Proposta għal regolament

Artikolu 77 – paragrafu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8.  L-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip tal-Istati Membri l-oħrajn u l-Aġenzija jistgħu jirrevedu r-rapport tal-valutazzjoni u l-evidenza dokumentarja, jistgħu jqajmu mistoqsijiet jew tħassib u jitolbu iktar evidenza dokumentarja fi żmien xahar min-notifika tar-rapport tal-valutazzjoni u l-evidenza dokumentarja.

8.  L-awtoritajiet tad-deżinjazzjoni tal-Istati Membri u l-Kummissjoni jistgħu jirrevedu r-rapport tal-valutazzjoni u l-evidenza dokumentarja, jistgħu jqajmu mistoqsijiet jew tħassib u jitolbu iktar evidenza dokumentarja fi żmien xahar min-notifika tar-rapport tal-valutazzjoni u l-evidenza dokumentarja.

Emenda    281

Proposta għal regolament

Artikolu 77 – paragrafu 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

9.  L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip tal-Istat Membru fejn huwa stabbilit is-servizz tekniku applikant għandha twieġeb għall-mistoqsijiet, it-tħassib u t-talbiet għal iktar evidenza dokumentarja fi żmien erba' ġimgħat mir-riċevuta tagħhom.

9.  L-awtorità tad-deżinjazzjoni tal-Istat Membru fejn huwa stabbilit is-servizz tekniku applikant għandha twieġeb għall-mistoqsijiet, it-tħassib u t-talbiet għal iktar evidenza dokumentarja fi żmien erba' ġimgħat minn meta tirċevihom.

Emenda    282

Proposta għal regolament

Artikolu 77 – paragrafu 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

10.  L-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip tal-Istati Membri l-oħrajn jew il-Kummissjoni jistgħu, b'mod individwali jew flimkien, jindirizzaw rakkomandazzjonijiet lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip tal-Istat Membru fejn ikun stabbilit is-servizz tekniku applikant fi żmien erba' ġimgħat mindu taslilhom it-tweġiba msemmija f'paragrafu 9 ta' hawn fuq. Dik l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha tqis ir-rakkomandazzjonijiet meta tieħu d-deċiżjoni dwar id-deżinjazzjoni tas-servizz tekniku. Fejn dik l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip tiddeċiedi li ma ssegwix ir-rakkomandazzjonijiet indirizzati mill-Istati Membri l-oħrajn jew mill-Kummissjoni, għandha tagħti r-raġunijiet għalihom fi żmien ġimagħtejn minn meta tieħu d-deċiżjoni tagħha.

10.  L-awtoritajiet tad-deżinjazzjoni tal-Istati Membri l-oħrajn jew il-Kummissjoni jistgħu, b'mod individwali jew flimkien, jindirizzaw rakkomandazzjonijiet lill-awtorità tad-deżinjazzjoni tal-Istat Membru fejn ikun stabbilit is-servizz tekniku applikant fi żmien erba' ġimgħat mindu taslilhom it-tweġiba msemmija f'paragrafu 9 ta' hawn fuq. Dik l-awtorità tad-deżinjazzjoni għandha tqis ir-rakkomandazzjonijiet meta tieħu d-deċiżjoni dwar id-deżinjazzjoni tas-servizz tekniku. Fejn dik l-awtorità tad-deżinjazzjoni tiddeċiedi li ma ssegwix ir-rakkomandazzjonijiet indirizzati mill-Istati Membri l-oħrajn jew mill-Kummissjoni, għandha tagħti r-raġunijiet għalihom fi żmien ġimagħtejn minn meta tieħu d-deċiżjoni tagħha.

Emenda    283

Proposta għal regolament

Artikolu 78 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fi żmien 28 jum minn notifika, Stat Membru jew il-Kummissjoni tista' tqajjem oġġezzjonijiet bil-miktub, fejn telabora l-argumenti tagħha, fir-rigward tas-servizz tekniku jew il-monitoraġġ tiegħu mill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip. Meta Stat Membri jew il-Kummissjoni tqajjem oġġezzjonijiet, l-effett tan-notifika għandu jiġi sospiż. F'dan il-każ, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta l-partijiet involuti u għandha tiddeċiedi permezz ta' att ta' implimentazzjoni dwar jekk is-sospensjoni tan-notifika għandhiex titneħħa jew le. Dak l-att ta' implimentazzjoni għandu jiġi adottat skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 87(2).

Fi żmien xahar minn notifika, Stat Membru jew il-Kummissjoni tista' tqajjem oġġezzjonijiet bil-miktub, fejn telabora l-argumenti tagħha, fir-rigward tas-servizz tekniku jew il-monitoraġġ tiegħu mill-awtorità tad-deżinjazzjoni. Meta Stat Membri jew il-Kummissjoni tqajjem oġġezzjonijiet, l-effett tan-notifika għandu jiġi sospiż. F'dan il-każ, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta l-partijiet involuti u għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni sabiex tiddeċiedi jekk is-sospensjoni tan-notifika għandhiex titneħħa jew le. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 87(2).

Emenda    284

Proposta għal regolament

Artikolu 78 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-istess servizz tekniku jista' jinħatar minn bosta awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip u jiġi nnotifikat lill-Kummissjoni mill-Istati Membri ta' dawk l-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip, irrispettivament mill-kategorija jew kategoriji ta' attivitajiet li dak is-servizz tekniku għandu jwettaq b'konformità mal-Artikolu 72(1).

3.  L-istess servizz tekniku jista' jinħatar minn bosta awtoritajiet tad-deżinjazzjoni u jiġi nnotifikat lill-Kummissjoni mill-Istati Membri ta' dawk l-awtoritajiet tad-deżinjazzjoni, irrispettivament mill-kategorija jew kategoriji ta' attivitajiet li dak is-servizz tekniku għandu jwettaq b'konformità mal-Artikolu 72(1).

Emenda    285

Proposta għal regolament

Artikolu 78 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Meta att regolatorju elenkat fl-Anness IV jitlob lil awtorità tal-approvazzjoni tat-tip taħtar organizzazzjoni speċifika jew entità kompetenti sabiex twettaq attività mhux inkluża fil-kategoriji ta' attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 72(1), l-Istat Membru għandu jagħmel in-notifika msemmija fil-paragrafu 1.

4.  Meta att regolatorju elenkat fl-Anness IV jitlob lil awtorità tad-deżinjazzjoni taħtar organizzazzjoni speċifika jew entità kompetenti sabiex twettaq attività mhux inkluża fil-kategoriji ta' attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 72(1), l-Istat Membru għandu jagħmel in-notifika msemmija fil-paragrafu 1.

Emenda    286

Proposta għal regolament

Artikolu 79 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta l-awtorità nazzjonali tal-approvazzjoni tat-tip tkun aċċertat jew ġiet mgħarrfa li servizz tekniku ma għadux konformi mar-rekwiżiti stipulati f'dan ir-Regolament, dik l-awtorità għandha tirrestrinġi, tissospendi jew tirtira l-ħatra, kif xieraq, skont is-serjetà tan-nuqqas ta' konformità ma' dawk ir-rekwiżiti.

Meta l-awtorità nazzjonali tad-deżinjazzjoni tkun aċċertat jew ġiet mgħarrfa li servizz tekniku ma għadux konformi mar-rekwiżiti stipulati f'dan ir-Regolament, dik l-awtorità għandha tirrestrinġi, tissospendi jew tirtira l-ħatra, kif xieraq, skont is-serjetà tan-nuqqas ta' konformità ma' dawk ir-rekwiżiti.

Emenda    287

Proposta għal regolament

Artikolu 79 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-awtorità nazzjonali għandha tgħarraf b'dan minnufih lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn dwar kwalunkwe sospensjoni, restrizzjoni jew irtirar ta' notifika.

L-awtorità tad-deżinjazzjoni għandha tgħarraf b'dan minnufih lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn dwar kwalunkwe sospensjoni, restrizzjoni jew irtirar ta' notifika.

Emenda    288

Proposta għal regolament

Artikolu 79 – paragrafu 3 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha tgħarraf lill-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip u lill-Kummissjoni meta n-nuqqas ta' konformità tas-servizzi tekniku jkollu impatt fuq iċ-ċertifikati tal-approvazzjoni tat-tip maħruġa fuq il-bażi tar-rapporti tal-ispezzjoni u t-testijiet maħruġin mis-servizz tekniku soġġetti għall-bidla fin-notifika.

L-awtorità tad-deżinjazzjoni għandha tgħarraf lill-awtoritajiet tad-deżinjazzjoni l-oħrajn u lill-Kummissjoni meta n-nuqqas ta' konformità tas-servizzi tekniku jkollu impatt fuq iċ-ċertifikati tal-approvazzjoni tat-tip maħruġa fuq il-bażi tar-rapporti tal-ispezzjoni u t-testijiet maħruġin mis-servizz tekniku soġġetti għall-bidla fin-notifika.

Emenda    289

Proposta għal regolament

Artikolu 79 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fi żmien xahrejn mindu tkun innotifikat il-bidliet fin-notifika, l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha tissottometti rapport dwar is-sejbiet tagħha dwar in-nuqqas ta' konformità lill-Kummissjoni u l-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip l-oħrajn. Meta jkun hemm bżonn, sabiex tiżgura s-sikurezza tal-vetturi, is-sistemi, il-komponenti jew unitajiet tekniċi separati diġà mqegħdin fis-suq, l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip li tinnomina għandha tordna lill-awtoritajiet tal-approvazzjoni kkonċernati sabiex tissospendi jew tirtira, fi ħdan perjodu ta' żmien raġonevoli, kwalunkwe ċertifikat li ma kellux jinħareġ.

Fi żmien xahrejn mindu tkun innotifikat il-bidliet fin-notifika, l-awtorità tad-deżinjazzjoni għandha tissottometti rapport dwar is-sejbiet tagħha dwar in-nuqqas ta' konformità lill-Kummissjoni u l-awtoritajiet tad-deżinjazzjoni l-oħrajn. Meta jkun hemm bżonn, sabiex tiżgura s-sikurezza tal-vetturi, is-sistemi, il-komponenti jew unitajiet tekniċi separati diġà mqegħdin fis-suq, l-awtorità tad-deżinjazzjoni għandha tordna lill-awtoritajiet tal-approvazzjoni kkonċernati sabiex tissospendi jew tirtira, fi ħdan perjodu ta' żmien raġonevoli, kwalunkwe ċertifikat li ma kellux jinħareġ.

Emenda    290

Proposta għal regolament

Artikolu 79 – paragrafu 4 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Iċ-ċertifikati l-oħra, li nħarġu fuq il-bażi tar-rapporti tal-ispezzjoni u tat-testijiet maħruġin mis-servizz tekniku li għalihom ġiet sospiża, ristretta jew irtirata n-notifika għandhom jibqgħu validi fiċ-ċirkustanzi li ġejjin:

4.  Iċ-ċertifikati tal-approvazzjoni tat-tip li nħarġu fuq il-bażi tar-rapporti tal-ispezzjoni u tat-testijiet maħruġin mis-servizz tekniku li għalihom ġiet sospiża, ristretta jew irtirata n-notifika għandhom jibqgħu validi fiċ-ċirkustanzi li ġejjin:

Emenda    291

Proposta għal regolament

Artikolu 79 – paragrafu 4 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  fil-każ ta' sospensjoni ta' notifika: bil-patt li, fi żmien tliet xhur wara s-sospensjoni, l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip li ħarġet iċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tikkonferma bil-miktub lill-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip tal-Istati Membri l-oħra u l-Kummissjoni li tkun qiegħda tieħu taħt idejha l-funzjonijiet tas-servizz tekniku matul il-perjodu tas-sospensjoni;

(a)  fil-każ ta' sospensjoni ta' deżinjazzjoni: bil-patt li, fi żmien tliet xhur wara s-sospensjoni, l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip li ħarġet iċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tikkonferma bil-miktub lill-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip tal-Istati Membri l-oħra u l-Kummissjoni li tkun qiegħda tieħu taħt idejha l-funzjonijiet tas-servizz tekniku matul il-perjodu tas-sospensjoni;

Emenda    292

Proposta għal regolament

Artikolu 79 – paragrafu 4 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  fil-każ ta' restrizzjoni jew irtrar ta' notifika: għal perjodu ta' tliet xhur wara r-restrizzjoni jew l-irtirar. L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip li ħarġet iċ-ċertifikati tista' testendi l-validità taċ-ċertifikati għal perjodi ulterjuri ta' tliet xhur, għal perjodu massimu f'daqqa, ta' tnax-il xahar, diment li matul dak il-perjodu tkun qiegħda tieħu taħt idejha l-funzjonijiet tas-servizz tekniku li n-notifika tiegħu tkun ġiet ristretta jew irtirata.

(b)  fil-każ ta' restrizzjoni jew irtirar ta' deżinjazzjoni: għal perjodu ta' tliet xhur wara r-restrizzjoni jew l-irtirar. L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip li ħarġet iċ-ċertifikati tista' testendi l-validità taċ-ċertifikati għal perjodi ulterjuri ta' tliet xhur, għal perjodu massimu f'daqqa, ta' tnax-il xahar, diment li matul dak il-perjodu tkun qiegħda tieħu taħt idejha l-funzjonijiet tas-servizz tekniku li n-notifika tiegħu tkun ġiet ristretta jew irtirata.

Emenda    293

Proposta għal regolament

Artikolu 79 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Deżinjazzjoni bħala servizz tekniku tista' tiġġedded biss wara li l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip tkun ivverifikat jekk is-servizz tekniku għadux jikkonforma mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament. Dik il-valutazzjoni għandha ssir skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 77.

6.  Deżinjazzjoni bħala servizz tekniku tista' tiġġedded biss wara li l-awtorità tad-deżinjazzjoni tkun ivverifikat jekk is-servizz tekniku għadux jikkonforma mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament. Dik il-valutazzjoni għandha ssir skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 77.

Emenda    294

Proposta għal regolament

Artikolu 80 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha tissorvelja bla heda s-servizzi tekniċi sabiex tiżgura li tinżamm konformità mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 72 sa 76, fl-Artikoli 84 u 85, u fl-Appendiċi 2 għall-Anness V.

L-awtorità tad-deżinjazzjoni, jew, fil-każ ta' akkreditazzjoni, il-korp ta' akkreditazzjoni nazzjonali, għandhom jissorveljaw bla heda s-servizzi tekniċi sabiex jiżguraw li tinżamm konformità mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikoli 72 sa 76, fl-Artikoli 84 u 85, u fl-Appendiċi 2 għall-Anness V.

Emenda    295

Proposta għal regolament

Artikolu 80 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fuq talba, is-servizzi tekniċi għandhom jipprovdu l-informazzjoni u d-dokumenti rilevanti kollha li dik l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip tkun teħtieġ sabiex tkun tista' tivverifika l-konformità ma' dawk ir-rekwiżiti.

Fuq talba, is-servizzi tekniċi għandhom jipprovdu l-informazzjoni u d-dokumenti rilevanti kollha li dik l-awtorità tad-deżinjazzjoni, jew, fil-każ ta' akkreditazzjoni, il-korp ta' akkreditazzjoni nazzjonali, ikunu jeħtieġu sabiex ikunu jistgħu jivverifikaw il-konformità ma' dawk ir-rekwiżiti.

Emenda    296

Proposta għal regolament

Artikolu 80 – paragrafu 1 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Is-servizzi tekniċi għandhom, mingħajr dewmien, jgħarrfu lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip dwar kwalunkwe bidla, b'mod partikolari rigward il-persunal, il-faċiliatjiet, is-sussidjarji jew is-sottokuntratturi tagħhom, li jistgħu jaffettwaw il-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 72 sa 76, fl-Artikoli 84 u 85, u fl-Appendiċi 2 għall-Anness V, jew il-ħila tagħhom li jwettqu l-kompiti tal-valutazzjoni tal-konformità marbutin mal-vetturi, is-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati li ġew iddeżinjati għalihom.

Is-servizzi tekniċi għandhom, mingħajr dewmien, jgħarrfu lill-awtorità tad-deżinjazzjoni, jew, fil-każ ta' akkreditazzjoni, lill-korp ta' akkreditazzjoni nazzjonali, dwar kwalunkwe bidla, b'mod partikolari rigward il-persunal, il-faċiliatjiet, is-sussidjarji jew is-sottokuntratturi tagħhom, li jistgħu jaffettwaw il-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 72 sa 76, fl-Artikoli 84 u 85, u fl-Appendiċi 2 għall-Anness V, jew il-ħila tagħhom li jwettqu l-kompiti tal-valutazzjoni tal-konformità marbutin mal-vetturi, is-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati li ġew iddeżinjati għalihom.

Emenda    297

Proposta għal regolament

Artikolu 80 – paragrafu 3 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip tal-Istat Membru fejn huwa stabbilit is-servizz tekniku għandha tiżgura li s-servizz tekniku jwettaq l-obbligu tiegħu stabbilit fil-paragrafu 2, sakemm ma jkunx hemm raġuni leġittima għaliex ma tagħmilx dan.

L-awtorità tad-deżinjazzjoni tal-Istat Membru fejn huwa stabbilit is-servizz tekniku għandha tiżgura li s-servizz tekniku jwettaq l-obbligu tiegħu stabbilit fil-paragrafu 2, sakemm ma jkunx hemm raġuni leġittima għaliex ma tagħmilx dan.

(In-numerazzjoni fil-proposta tal-Kummissjoni hija żbaljata; hemm żewġ paragrafi nnumerati bħala "3.")

Emenda    298

Proposta għal regolament

Artikolu 80 – paragrafu 3 – subparagrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Is-servizz tekniku jew l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip tista' titlob li kwalunkwe informazzjoni mibgħuta lill-awtoritajiet ta' Stat Membru ieħor jew lill-Kummissjoni tiġi ttrattata b'mod kunfidenzjali.

Is-servizz tekniku jew l-awtorità tad-deżinjazzjoni tista' titlob li kwalunkwe informazzjoni mibgħuta lill-awtoritajiet ta' Stat Membru ieħor jew lill-Kummissjoni tiġi ttrattata b'mod kunfidenzjali.

(In-numerazzjoni fil-proposta tal-Kummissjoni hija żbaljata; hemm żewġ paragrafi nnumerati bħala "3.")

Emenda    299

Proposta għal regolament

Artikolu 80 – paragrafu 3 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Tal-inqas kull 30 xahar, l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha tivvaluta jekk kull servizz tekniku taħt ir-responsabbiltà tagħha għadux jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 72 sa 76, fl-Artikoli 84 u 85, u fl-Appendiċi 2 għall-Anness V. Din il-valutazzjoni għandha tinkludi żjara fuq il-post lil kull servizz tekniku taħt ir-responsabbiltà tagħha.

Tal-inqas kull tliet snin, l-awtorità tad-deżinjazzjoni għandha tivvaluta jekk kull servizz tekniku taħt ir-responsabbiltà tagħha għadux jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 72 sa 76, fl-Artikoli 84 u 85, u fl-Appendiċi 2 għall-Anness V u għandha tippreżenta valutazzjoni lill-Istat Membru responsabbli. Din il-valutazzjoni għandha titwettaq minn tim ta' valutazzjoni konġunta maħtur skont il-proċedura deskritta fl-Artikolu 77(1) sa (4) u għandha tinkludi żjara fuq il-post lil kull servizz tekniku taħt ir-responsabbiltà tagħha.

(In-numerazzjoni fil-proposta tal-Kummissjoni hija żbaljata; hemm żewġ paragrafi nnumerati bħala "3.")

Emenda    300

Proposta għal regolament

Artikolu 80 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fi żmien xahrejn mill-finalizzazzjoni ta' din il-valutazzjoni tas-servizz tekniku, l-Istati Membri għandhom jirrapportaw għand il-Kummissjoni u għand l-Istati Membri l-oħrajn dwar dawk l-attivitajiet tal-monitoraġġ. Ir-rapporti għandu jkun fihom sommarju tal-valutazzjoni li għandu jitqiegħed għad-dispożizzjoni pubblika.

L-eżitu tal-valutazzjoni għandu jiġi kkomunikat lill-Istati Membri kollha u lill-Kummissjoni u sommarju tal-eżitu għandu jitqiegħed għad-dispożizzjoni għall-pubbliku. Dan għandu jiġi diskuss mill-Forum stabbilit skont l-Artikolu 10.

(In-numerazzjoni fil-proposta tal-Kummissjoni hija żbaljata; hemm żewġ paragrafi nnumerati bħala "3.")

Emenda    301

Proposta għal regolament

Artikolu 81 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tinvestiga l-każijiet kollha fejn tkun inġibditilha l-attenzjoni għat-tħassib dwar il-kompetenza ta' servizz tekniku jew dwar il-konformità kontinwa minn servizz tekniku mar-rekwiżiti u tar-responsabbiltajiet li għalihom hija soġġetta skont dan ir-Regolament. Tista' tiftaħ it-tali investigazzjonijiet fuq inizjattiva tagħha stess ukoll.

Il-Kummissjoni, filwaqt li taħdem flimkien mal-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip tal-Istat Membru kkonċernat, għandha tinvestiga l-każijiet kollha fejn tkun inġibditilha l-attenzjoni għat-tħassib dwar il-kompetenza ta' servizz tekniku jew dwar il-konformità kontinwa minn servizz tekniku mar-rekwiżiti u tar-responsabbiltajiet li għalihom hija soġġetta skont dan ir-Regolament. Tista' tiftaħ it-tali investigazzjonijiet fuq inizjattiva tagħha stess ukoll.

Emenda    302

Proposta għal regolament

Artikolu 81 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip tal-Istat Membru fejn huwa stabbilit is-servizz tekniku bħala parti mill-investigazzjoni msemmija fil-paragrafu 1. L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip ta' dak l-Istat Membru għandha tipprovdi lill-Kummissjoni, fuq talba, bl-informazzjoni rilevanti kollha relatata mal-prestazzjoni u l-konformità min-naħa tiegħu tar-rekwiżiti li jikkonċernaw l-indipendenza u l-kompetenza tas-servizz tekniku kkonċernat.

2.  Il-Kummissjoni għandha tikkoopera mal-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip tal-Istat Membru fejn huwa stabbilit is-servizz tekniku bħala parti mill-investigazzjoni msemmija fil-paragrafu 1. L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip ta' dak l-Istat Membru għandha tipprovdi lill-Kummissjoni, fuq talba, bl-informazzjoni rilevanti kollha relatata mal-prestazzjoni u l-konformità min-naħa tiegħu tar-rekwiżiti li jikkonċernaw l-indipendenza u l-kompetenza tas-servizz tekniku kkonċernat.

Emenda    303

Proposta għal regolament

Artikolu 82 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-iskambju ta' informazzjoni għandu jiġi kkoordinat mill-Forum imsemmi fl-Artikolu 10.

4.  L-iskambju ta' informazzjoni għandu jiġi kkoordinat mill-Forum stabbilit skont l-Artikolu 10.

Emenda    304

Proposta għal regolament

Artikolu 83 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Meta d-deżinjazzjoni ta' servizz tekniku tkun ibbażata fuq l-akkreditazzjoni skont it-tifsira tar-Regolament (KE) Nru 765/2008, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korp tal-akkreditazzjoni nazzjonali li jkun akkredita servizz tekniku partikolari jinżamm informat mill-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip fuq ir-rapporti inċidenti u informazzjoni oħra marbutin ma' kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-kontroll tas-servizz tekniku meta dik l-informazzjoni tkun rilevanti għall-valutazzjoni tal-prestazzjoni tas-servizz tekniku.

1.  Meta d-deżinjazzjoni ta' servizz tekniku tkun ibbażata wkoll fuq l-akkreditazzjoni skont it-tifsira tar-Regolament (KE) Nru 765/2008, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korp tal-akkreditazzjoni nazzjonali li jkun akkredita servizz tekniku partikolari jinżamm informat mill-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip fuq ir-rapporti inċidenti u informazzjoni oħra marbutin ma' kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-kontroll tas-servizz tekniku meta dik l-informazzjoni tkun rilevanti għall-valutazzjoni tal-prestazzjoni tas-servizz tekniku.

Emenda    305

Proposta għal regolament

Artikolu 84 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  jippermettu lill-awtorità tal-approvazzjoni tagħhom tagħti x-xhieda tagħha dwar l-eżekuzzjoni tas-servizz tekniku matul il-valutazzjoni tal-konformità;

(a)  jippermettu lill-awtorità tal-approvazzjoni jew lit-tim ta' valutazzjoni konġunta tagħhom kif deskritt fl-Artikolu 77(1), jagħtu x-xhieda tagħhom dwar l-eżekuzzjoni tas-servizz tekniku matul l-ittestjar għall-approvazzjoni tat-tip;

Emenda    306

Proposta għal regolament

Artikolu 88 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Is-setgħa tal-adozzjoni tal-atti delegati msemmija fl-Artikolu 4(2), fl-Artikolu 5(2), fl-Artikolu 10(3), fl-Artikolu 22(3), fl-Artikolu 24(3), l-Artikolu 25(5), fl-Artikolu 26(2), fl-Artikolu 28(5), fl-Artikolu 29(6), fl-Artikolu 34(2), fl-Artikolu 55(2) u (3), fl-Artikolu 56(2), fl-Artikolu 60(3), fl-Artikolu 65(10), fl-Artikolu 76(4) u fl-Artikolu 90(2) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien indeterminat mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

2.  Is-setgħa tal-adozzjoni tal-atti delegati msemmija fl-Artikolu 4(2), fl-Artikolu 5(2), fl-Artikolu 6(7a), fl-Artikolu 10(3), fl-Artikolu 22(3), l-Artikolu 24(3), fl-Artikolu 25(5), fl-Artikolu 26(2), fl-Artikolu 28(5), fl-Artikolu 29(6), fl-Artikolu 33(1a), fl-Artikolu 34(2), fl-Artikolu 60(3), fl-Artikolu 65(10), fl-Artikolu 76(4) u fl-Artikolu 90(2) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien indeterminat mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

Huwa meħtieġ adattament biex jiġi rifless it-tibdil introdott fl-Artikolu 65.

Emenda    307

Proposta għal regolament

Artikolu 88 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 4(2), fl-Artikolu 5(2), fl-Artikolu 10(3), fl-Artikolu 22(3), fl-Artikolu 24(3), fl-Artikolu 25(5), fl-Artikolu 26(2), fl-Artikolu 28(5), fl-Artikolu 29(6), fl-Artikolu 34(2), fl-Artikolu 55(2) u (3), fl-Artikolu 56(2), fl-Artikolu 60(3), fl-Artikolu 65(10), fl-Artikolu 76(4) u fl-Artikolu 90(2) tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-Deċiżjoni. Għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tad-Deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata hemmhekk. Din ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li huwa diġà fis-seħħ.

3.  Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 4(2), fl-Artikolu 5(2), fl-Artikolu 6(7a), fl-Artikolu 10(3), fl-Artikolu 22(3), fl-Artikolu 24(3), fl-Artikolu 25(5), fl-Artikolu 26(2), fl-Artikolu 28(5), fl-Artikolu 29(6), fl-Artikolu 33(1a), fl-Artikolu 34(2), fl-Artikolu 60(3), fl-Artikolu 65(10), fl-Artikolu 76(4) u fl-Artikolu 90(2) tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-Deċiżjoni. Għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tad-Deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata hemmhekk. Din ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li huwa diġà fis-seħħ.

Emenda    308

Proposta għal regolament

Artikolu 88 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti magħżula minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

Emenda    309

Proposta għal regolament

Artikolu 88 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 4(2), l-Artikolu 5(2), l-Artikolu 10(3), l-Artikolu 22(3), l-Artikolu 24(3), l-Artikolu 25(5), l-Artikolu 26(2), l-Artikolu 28(5), l-Artikolu 29(6), l-Artikolu 34(2), l-Artikolu 55(2) u (3), l-Artikolu 56(2), l-Artikolu 60(3), l-Artikolu 65(10), l-Artikolu 76(4) u l-Artikolu 90(2) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill f'perjodu ta' xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu għarrfu lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

5.  Att delegat adottat skont l-Artikolu 4(2), l-Artikolu 5(2), l-Artikolu 6(7a), l-Artikolu 10(3), l-Artikolu 22(3), l-Artikolu 24(3), l-Artikolu 25(5), l-Artikolu 26(2), l-Artikolu 28(5), l-Artikolu 29(6), l-Artikolu 33(1a), l-Artikolu 34(2), l-Artikolu 60(3), l-Artikolu 65(10), l-Artikolu 76(4) u l-Artikolu 90(2) għandu jidħol fis-seħħ jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perjodu ta' xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu informaw lill-Kummissjoni li ma jkunux se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Emenda    310

Proposta għal regolament

Artikolu 89 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali għall-ksur mill-operaturi ekonomiċi u s-servizzi tekniċi mill-obligi tagħhom stabbiliti fl-Artikoli ta' dan ir-Regolament, b'mod partikolari l-Artikoli minn 11 sa 19 u minn 72 sa 76, 84 u 85 u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

1.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali għall-ksur mill-operaturi ekonomiċi u s-servizzi tekniċi mill-obligi tagħhom stabbiliti fl-Artikoli ta' dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. B'mod partikolari l-penali għandhom ikunu proporzjonati għall-għadd ta' vetturi mhux konformi rreġistrati fis-suq tal-Istat Membru kkonċernat, jew l-għadd ta' sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati mhux konformi magħmula disponibbli fis-suq tal-Istat Membru kkonċernat.

Emenda    311

Proposta għal regolament

Artikolu 89 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  dikjarazzjonijiet foloz matul il-proċeduri tal-approvazzjoni jew il-proċeduri li jwasslu għal sejħa lura;

(a)  dikjarazzjonijiet foloz matul il-proċeduri tal-approvazzjoni jew il-proċeduri li jwasslu sabiex jiġu imposti miżuri korrettivi jew restrittivi skont il-Kapitolu XI;

Emenda    312

Proposta għal regolament

Artikolu 89 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  l-iffalsifikar tar-riżultati tat-test għall-approvazzjoni skont it-tip;

(b)  l-iffalsifikar tar-riżultati tat-test għall-approvazzjoni skont it-tip jew għas-sorveljanza tas-suq, inkluż l-għoti ta' approvazzjoni abbażi ta' dejta inkorretta;

Emenda    313

Proposta għal regolament

Artikolu 89 – paragrafu 2 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca)  konformità inadegwata tas-servizzi tekniċi mar-rekwiżiti għad-deżinjazzjoni tagħhom.

Emenda    314

Proposta għal regolament

Artikolu 89 – paragrafu 3 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  id-disponibbiltà fis-suq ta' vetturi, sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati soġġetti għal approvazzjoni mingħajr tali approvazzjoni jew l-iffalsifikar ta' dokumenti jew marki b'dik l-intenzjoni.

(b)  id-disponibbiltà fis-suq ta' vetturi, sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati soġġetti għal approvazzjoni mingħajr tali approvazzjoni jew l-iffalsifikar ta' dokumenti, ċertifikati ta' konformità, pjanċi statutorji jew marki tal-approvazzjoni b'dik l-intenzjoni.

Emenda    315

Proposta għal regolament

Artikolu 89 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  L-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni kull sena dwar il-penali li jkunu ġew imposti.

5.  L-Istati Membri għandhom jibagħtu avviż tal-penali imposti lid-database onlinE għall-approvazzjoni tat-tip stabbilita fl-Artikolu 25. In-notifiki għandhom isiru fi żmien xahar minn meta tiġi imposta l-penali.

Emenda    316

Proposta għal regolament

Artikolu 90 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fejn il-verifika tal-konformità mill-Kummissjoni, imsemmija fl-Artikolu 9(1), u (4), jew l-Artikolu 54(1), issib nuqqas ta' konformità tal-vettura, tas-sistema, tal-komponent, u tal-unità teknika separata mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament, il-Kummissjoni tista' timponi multi amministrattivi fuq l-operatur ekonomiku kkonċernat talli kiser dan ir-Regolament. Il-multi amministrattivi previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. B'mod partikolari l-multi għandhom ikunu proporzjonati man-numru ta' vetturi mhux konformi rreġistrati fis-suq tal-Unjoni, jew man-numru ta' sistemi, komponenti jew unità teknika separata mhux konformi magħmulin disponibbli fis-suq tal-Unjoni.

Fejn il-verifika tal-konformità mill-Kummissjoni, imsemmija fl-Artikolu 9(1), u (4), jew l-Artikolu 54(1) jew mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq kif imsemmi fl-Artikolu 8(1), issib nuqqas ta' konformità tal-vettura, tas-sistema, tal-komponent, u tal-unità teknika separata mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament, il-Kummissjoni tista' timponi multi amministrattivi fuq l-operatur ekonomiku kkonċernat talli kiser dan ir-Regolament. Il-multi amministrattivi previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. B'mod partikolari l-multi għandhom ikunu proporzjonati man-numru ta' vetturi mhux konformi rreġistrati fis-suq tal-Unjoni, jew man-numru ta' sistemi, komponenti jew unità teknika separata mhux konformi magħmulin disponibbli fis-suq tal-Unjoni.

Emenda    317

Proposta għal regolament

Artikolu 90 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-multi amministrattivi imposti mill-Kummissjoni ma għandhomx ikunu addizzjonali għall-penali imposti mill-Istati Membri skont l-Artikolu 89 għall-istess ksur u ma għandhomx jaqbżu t-EUR 30 000 għal kull vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata li ma tikkonformax.

Il-multi amministrattivi imposti mill-Kummissjoni ma għandhomx ikunu addizzjonali għall-penali imposti mill-Istati Membri skont l-Artikolu 89 għall-istess ksur.

 

Il-multi amministrattivi imposti mill-Kummissjoni ma għandhomx jaqbżu t-EUR 30 000 għal kull vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata li ma tikkonformax.

Emenda    318

Proposta għal regolament

Artikolu 91 – paragrafu 1 – punt 3a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 715/2007

Artikolu 5 – paragrafu 2 – subparagrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a)  fl-Artikolu 5, jiżdiedu s-subparagrafi li ġejjin wara l-paragrafu 2 punt (c):

 

"Manifatturi li jfittxu approvazzjoni tat-tip tal-UE għal vettura li tuża BES, AES jew apparat ta' manipulazzjoni, kif definit f'dan ir-Regolament jew ir-Regolament 2016/646/UE, għandhom jipprovdu lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip l-informazzjoni kollha, inkluża ġustifikazzjonijiet tekniċi, li jistgħu jkunu raġonevolment meħtieġa mill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip biex jiddeterminaw jekk il-BES jew l-AES humiex apparat ta' manipulazzjoni u jekk hijiex applikabbli deroga għall-projbizzjoni fuq l-użu ta' apparat ta' manipulazzjoni skont dan l-Artikolu.

 

L-awtorità tal-approvazzjoni m'għandhiex tagħti approvazzjoni tat-tip tal-UE qabel ma tkun ikkompletat il-valutazzjoni tagħha u tkun iddeterminat li t-tip ta' vettura mhuwiex mgħammar b'apparat ta' manipulazzjoni pprojbit skont dan l-Artikolu u r-Regolament (KE) Nru 692/2008.".

Emenda    319

Proposta għal regolament

Anness XII – punt 1 – it-tieni kolonna

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Unitajiet

Unitajiet

1 000

1500

0

0

1000

1500

0

1500

0

0

0

0

Ġustifikazzjoni

Minħabba l-piż tal-batteriji tagħhom, il-vetturi elettriċi għandhom massa mgħobbija akbar mill-vetturi konvenzjonali. Dan ifisser li verżjonijiet elettriċi ta' vetturi b'massa mgħobbija permissibbli ta' 3.5 tunnellati (Vetturi tal-Kategorija N1) li għandhom l-istess kapaċità tat-trasport bħall-kontrapartijiet konvenzjonali tagħhom jaqbżu dan il-limitu ta' massa mgħobbija u b'hekk jaqgħu taħt il-Kategorija N2. Biex dan ma jwassalx għal trattament mhux ugwali, in-numru massimu ta' unitajiet tas-serje żgħar għandu jiġi aġġustat.

Emenda    320

Proposta għal regolament

Anness XII – punt 2 – it-tieni kolonna

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Unitajiet

Unitajiet

100

250

250

250

500 sal-31 ta' Ottubru 2016

500 sal-31 ta' Ottubru 2016

250 mill-1 ta' Novembru 2016

250 mill-1 ta' Novembru 2016

250

250

500

500

250

250

Emenda    321

Proposta għal regolament

Anness XIII – Parti I – tabella

 

Test propost mill-Kummissjoni

Partita Nru

Deskrizzjoni tal-oġġett

Rekwiżiti ta' prestazzjoni

Proċedura tat-test

Rekwiżit ta' mmarkar

Rekwiżiti tal-ippakkjar

1

[…]

 

 

 

 

2

 

 

 

 

 

3

 

 

 

 

 

Emenda

Partita Nru

Deskrizzjoni tal-oġġett

Rekwiżiti ta' prestazzjoni

Proċedura tat-test

Rekwiżit ta' mmarkar

Rekwiżiti tal-ippakkjar

1

Katalizzaturi tal-gass tal-egżost u s-substrati tagħhom

Emissjonijiet NOx

Standards EURO

Tip u verżjoni ta' vettura

 

2

Turboċarġers

Emissjonijiet ta' CO2 u NOx

Standards EURO

Tip u verżjoni ta' vettura

 

3

Sistemi kompressuri tat-taħlita tal-Fjuwil/Arja minbarra Turboċarġers

Emissjonijiet ta' CO2 u NOx

Standards EURO

Tip u verżjoni ta' vettura

 

4

Filtri tal-Partikuli tad-Diżil

PM

Standards EURO

Tip u verżjoni ta' vettura

 

Emenda    322

Proposta għal regolament

Anness XVIII – punt 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-aċċess għall-OBD tal-vettura u t-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura

2.  L-aċċess għall-informazzjoni dwar l-OBD tal-vettura u dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturia

Emenda    323

Proposta għal regolament

Anness XVIII – punt 2 – punt 2.8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.8.  Fir-rigward tal-vetturi tal-kategoriji li jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament 595/2009/KE, għall-finijiet tal-punt 2.6.2, fejn il-manifatturi jużaw għodod dijanjostiċi u tat-testijiet skont l-ISO 22900 - L-interfaċċa modulari tal-komunikazzjonijiet tal-vettura (MVCI) u ISO 22901 L-iskambju miftuħ ta' dejta dijanjostika (ODX) fin-netwerks konċessjonarji tagħhom, il-fajls ODX għandhom ikunu aċċessibbli għall-operaturi indipendenti permezz tas-sit web tal-manifattur.

2.8.  Għall-finijiet tal-punt 2.6.2, fejn il-manifatturi jużaw għodod dijanjostiċi u tat-testijiet skont l-ISO 22900 - L-interfaċċa modulari tal-komunikazzjonijiet tal-vettura (MVCI) u ISO 22901 L-iskambju miftuħ ta' dejta dijanjostika (ODX) fin-netwerks konċessjonarji tagħhom, il-fajls ODX għandhom ikunu aċċessibbli għall-operaturi indipendenti permezz tas-sit web tal-manifattur.

Emenda    324

Proposta għal regolament

Anness XVIII – punt 2 – punt 2.8a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2.8 a.  Għall-fini tal-OBD, id-dijanjostika, it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura, il-fluss dirett tad-dejta tal-vettura għandu jsir disponibbli permezz tal-port serjali fuq il-konnettur standardizzat li jillinkja d-dejta speċifikat fil-paragrafu 6.5.1.4 tal-Appendiċi 1 tal-Anness 11 għar-Regolament UNECE Nru 83 u fit-Taqsima 4.7.3 tal-Anness 9B għar-Regolament UNECE Nru 49.

Emenda    325

Proposta għal regolament

Anness XVIII – punt 6 – punt 6.1 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-informazzjoni fuq il-partijiet kollha tal-vettura, li bihom hija mgħammra l-vettura, kif identifikat mill-VIN u kwalunkwe kriterju addizzjonali bħall-bażi tar-roti, l-output tal-magna, il-livell jew l-għażliet tal-finitura, mill-manifattur tal-vettura u li jistgħu jiġu sostitwiti minn partijiet ta' riżerva offruti mill-manifattur tal-vettura lill-persunal awtorizzat biex isewwi jew lil bejjiegħa jew partijiet terzi permezz ta' referenza għan-numru tal-partijiet tat-tagħmir oriġinali (OE), trid titqiegħed għad-dispożizzjoni f'database li hija faċilment aċċessibbli għall-operaturi indipendenti.

L-informazzjoni fuq il-partijiet kollha tal-vettura, li bihom hija mgħammra l-vettura, kif identifikat mill-VIN u kwalunkwe kriterju addizzjonali bħall-bażi tar-roti, l-output tal-magna, il-livell jew l-għażliet tal-finitura, mill-manifattur tal-vettura u li jistgħu jiġu sostitwiti minn partijiet ta' riżerva offruti mill-manifattur tal-vettura lill-persunal awtorizzat biex isewwi jew lil bejjiegħa jew partijiet terzi permezz ta' referenza għan-numru tal-partijiet tat-tagħmir oriġinali (OE), trid titqiegħed għad-dispożizzjoni, fl-għamla ta' settijiet ta' dejta li jistgħu jinqraw minn magna u li jistgħu jiġu pproċessati elettronikament, f'database li hija aċċessibbli għall-operaturi indipendenti.

Emenda    326

Proposta għal regolament

Anness XVIII – punt 6 – punt 6.3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.3.  Il-Forum dwar l-Aċċess għal Informazzjoni dwar il-Vettura msemmi fl-Artikolu 70 irid jispeċifika l-parametri għall-issodisfar ta' dawn ir-rekwiżiti skont l-ogħla livell ta' żvilupp tekniku. L-operatur indipendenti għandu jkun approvat u awtorizzat għal dan il-fini fuq il-bażi ta' dokumenti li juru li jsegwi attività leġittima ta' negozju u ma nstabx ħati ta' xi attività kriminali.

6.3.  Il-Forum dwar l-Aċċess għal Informazzjoni dwar il-Vettura msemmi fl-Artikolu 70 irid jispeċifika l-parametri għall-issodisfar ta' dawn ir-rekwiżiti skont l-ogħla livell ta' żvilupp tekniku. L-operatur indipendenti għandu jkun approvat u awtorizzat għal dan il-fini fuq il-bażi ta' dokumenti li juru li jsegwi attività leġittima ta' negozju u ma nstabx ħati ta' xi attività kriminali rilevanti.

Emenda    327

Proposta għal regolament

Anness XVIII – punt 6 – punt 6.4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.4.  Fir-rigward ta' vetturi li jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 595/2009, ir-riprogrammar tal-unitajiet ta' kontroll irid isir skont ISO 22900-2 jew SAE J2534 jew TMC RP1210B bl-użu ta' hardware mhux proprjetarju. Interfaċċja tal-ethernet, kejbil serjali jew tan-netwerk ta' żona lokali (LAN) u midja alternattiva bħal diska kompatta (CD), diska versatili diġitali (DVD) jew apparat li jaħżen memorja fi stat solidu għal sistemi tal-infoteniment (eż. sistemi ta' navigazzjoni, telefown) jistgħu jintużaw ukoll, iżda bil-patt li ma jkun hemm bżonn ta' ebda software ta' komunikazzjoni proprjetarju (eż. drivers jew plug-ins). Għall-validazzjoni tal-kompatibbiltà tal-applikazzjoni speċifika għall-manifattur u l-interfaċċji ta' komunikazzjoni tal-vetturi (VCI) li jikkonformaw mal-ISO 22900-2 jew SAE J2534 jew TMC RP1210B, il-manifattur irid joffri validazzjoni tal-VCIs żviluppati indipendentement jew inkella l-informazzjoni, u s-self ta' kwalunkwe ħardware speċjali, meħtieġ biex manifattur tal-VCI jagħmel validazzjoni bħal din hu stess. Il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 67(1) iridu japplikaw għal ħlasijiet għat-tali validazzjoni jew informazzjoni u ħardware.

6.4.  Ir-riprogrammar tal-unitajiet ta' kontroll irid isir skont ISO 22900-2 jew SAE J2534 jew TMC RP1210 bl-użu ta' hardware mhux proprjetarju.

 

Jekk ir-riprogrammar jew id-dijanjostika jsiru bl-użu ta' ISO 13400 DoIP, dan għandu jikkonforma mar-rekwiżiti tal-istandards imsemmija fl-ewwel subparagrafu.

 

Meta manifatturi tal-vetturi jużaw protokolli ta' komunikazzjoni proprjetarji addizzjonali, allura dawn l-ispeċifikazzjonijiet tal-protokoll għandhom isiru disponibbli għall-operaturi indipendenti.

 

Għall-validazzjoni tal-kompatibbiltà tal-applikazzjoni speċifika għall-manifattur u l-interfaċċji ta' komunikazzjoni tal-vetturi (VCI) li jikkonformaw mal-ISO 22900-2 jew SAE J2534 jew TMC RP1210, il-manifattur għandu joffri, fi żmien sitt xhur mill-għoti tal-approvazzjoni tat-tip, validazzjoni tal-VCIs żviluppati indipendentement u l-ambjent tat-test, inkluża l-informazzjoni dwar l-ispeċifikazzjonijiet tal-protokoll ta' komunikazzjoni u s-self ta' kwalunkwe hardware speċjali, meħtieġ sabiex manifattur tal-VCI jagħmel validazzjoni bħal din hu stess. Il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 67(1) iridu japplikaw għal ħlasijiet għat-tali validazzjoni jew informazzjoni u hardwareardware.

 

Trid tiġi żgurata l-konformità korrispondenti jew billi jingħata mandat lis-CEN biex jiżviluppa standards ta' konformità xierqa jew billi jintużaw standards eżistenti bħal SAE J2534-3.

 

Il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 67(1) għandhom japplikaw għall-ħlasijiet għat-tali validazzjoni jew informazzjoni u hardware.

Emenda    328

Proposta għal regolament

Anness XVIII – punt 6 – punt 6.8a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

6.8a.  Fil-każ li l-informazzjoni dwar l-OBD tal-vettura u dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura disponibbli fuq sit web ta' manifattur ma tinkludix informazzjoni speċifika rilevanti li tippermetti d-disinn u l-manifattura xierqa ta' sistemi ta' retromodifika għall-fjuwils alternattivi, kwalunkwe manifattur interessat ta' sistemi ta' retromodifika għall-fjuwils alternattivi għandu jkun jista' jikseb l-informazzjoni meħtieġa fit-taqsimiet 1, 3, u 4 tad-dokument ta' informazzjoni stipulat fl-Anness I billi jikkuntattja direttament lill-manifattur b'tali talba. Id-dettalji ta' kuntatt għal dak il-fini għandhom ikunu indikati b'mod ċar fuq is-sit web tal-manifattur u l-informazzjoni għandha tkun ipprovduta fi żmien 30 jum. Tali informazzjoni jeħtieġ biss li tkun ipprovduta għal sistemi alternattivi ta' retromodifika tal-fjuwils li jkunu suġġetti għar-Regolament UNECE Nru 115 jew għal komponenti ta' retromodifika għall-fjuwils alternattivi li jifformaw parti minn sistemi suġġetti għar-Regolament UNECE Nru 115, u jeħtieġ biss li jkunu provduti bi tweġiba għal talba li b'mod ċar tispeċifika l-ispeċifikazzjoni eżatta tal-mudell tal-vettura li għaliha hija meħtieġa l-informazzjoni u li tikkonferma speċifikament li l-informazzjoni hija meħtieġa għall-iżvilupp ta' sistemi jew ta' komponenti ta' retromodifika għall-fjuwils alternattivi suġġetti għar-Regolament UNECE Nru 115.

Emenda    329

Proposta għal regolament

Anness XVIII – punt 7a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

7a.  Il-manifatturi għandhom jagħmlu disponibbli permezz ta' servizz web jew b'mod li jista' jitniżżel sett tad-dejta elettroniku li jkun fih in-numri VIN kollha (jew subsett mitlub) u l-karatteristiċi ta' speċifikazzjoni individwali u ta' konfigurazzjoni korelatati li kienu oriġinarjament inkorporati fil-vettura.

Emenda    330

Proposta għal regolament

Anness XVIII – Punt 7b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

7b.  Dispożizzjonijiet għal sistema ta' sigurtà elettronika

 

7b.1.  Kwalunkwe vettura li jkollha kompjuter għall-kontroll tal-emissjonijiet għandu jkollha karatteristiċi li jipprevjenu l-modifika, ħlief kif awtorizzat mill-manifattur. Il-manifattur għandu jawtorizza l-modifiki jekk dawn il-modifiki jkunu meħtieġa għad-dijanjożi, is-servizzjar, l-ispezzjoni, ir-retromodifika jew biex issir tiswija tal-vettura. Kwalunkwe kodiċi tal-kompjuter jew parametru operattiv riprogrammabbli għandu jkun reżistenti għat-tbagħbis u jippermetti livell ta' protezzjoni għall-inqas daqs kemm huma tajbin id-dispożizzjonijiet fl-ISO 15031-7; li jġib id-data tal-15 ta' Marzu 2001 (SAE J2186 bid-data ta' Ottubru 1996). Kull ċippa ta' kalibrazzjoni tal-memorja li tista' titneħħa għandha tingħalaq f'materjal iżolanti, tingħalaq ġo kontenitur issiġillat jew tiġi protetta permezz ta' algoritmi elettroniċi u ma għandhomx ikunu jistgħu jinbidlu mingħajr ma jintużaw għodod u proċeduri speċjalizzati. Il-karatteristiċi assoċjati direttament mal-ikkalibrar tal-emissjonijiet jew il-prevenzjoni tas-serq tal-vettura biss għandhom jitħallew jiġu protetti b'dan il-mod.

 

7b.2.   Il-parametri tat-tħaddim ta' magna kkowdjata bil-kompjuter m'għandhomx ikunu jistgħu jinbidlu mingħajr ma jintużaw għodod u proċeduri speċjalizzati (eż. komponenti tal-kompjuter issaldjati jew magħluqa f'materjal iżolanti jew f'kompartimenti tal-kompjuter issiġillati (jew issaldjati).

 

7b.3.   Fil-każ tal-pompi mekkaniċi tal-injezzjoni tal-fjuwil installati fuq magni ta' tqabbid bil-kompressjoni, il-manifatturi għandhom jieħdu passi adegwati biex, waqt li l-vettura tkun qed tintuża, iħarsu lis-setting tat-twassil massimu ta' fjuwil massimu milli jiġi mbagħbas.

 

7b.4.   Il-manifatturi jistgħu japplikaw għand l-awtorità tal-approvazzjoni għal eżenzjoni minn waħda mir-rekwiżiti tat-Taqsima 8 għal dawk il-vetturi li aktarx ma jeħtiġux protezzjoni. Il-kriterji li għandha tevalwa l-awtorità tal-approvazzjoni meta tqis eżenzjoni għandhom jinkludu d-disponibbiltà kurrenti taċ-ċippi ta' rendiment, il-kapaċità ta' rendiment għoli tal-vettura u l-volum mistenni tal-bejgħ tal-vettura.

 

7b.5.   Il-manifatturi li jużaw sistemi programmabbli ta' kodiċijiet tal-kompjuter (eż. memorja elettrika li tinqara biss, programmabbli, u li tista' titħassar, EEPROM — electrical erasable programmable read-only memory) għandhom jiskoraġġixxu r-riprogrammazzjoni mhux awtorizzata. Il-manifatturi għandhom jinkludu strateġiji mtejba għal protezzjoni mit-tbagħbis u karatteristiċi għal protezzjoni mill-kitba li jeħtieġu aċċess elettroniku għal kompjuter f'post ieħor li jieħu ħsiebu l-manifattur, li għalih l-operaturi indipendenti wkoll għandu jkollhom aċċess billi jużaw il-protezzjoni mogħtija mit-Taqsimiet 6.2 u l-punt 6.4. Metodi li jagħtu livell adegwat ta' protezzjoni mit-tbagħbis għandhom jiġu approvati mill-awtorità tal-approvazzjoni.

Emenda    331

Proposta għal regolament

Anness XVIII – appendiċi 2 – punt 3.1.1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.1.1.   kwalunkwe sistema addizzjonali ta' informazzjoni dwar il-protokoll meħtieġa sabiex tkun ikkompletata d-dijanjostika flimkien mal-istandards preskritti fil-paragrafu 4.7.3 tal-Anness 9B għar-Regolament tal-UNECE Nru 49, inkluż kwalunkwe informazzjoni dwar il-protokoll ta' ħardwer jew ta' softwer, identifikazzjoni tal-parametri, funzjonijiet ta' trasferiment, rekwiżiti "biex tinżamm attiva" ("keep alive") jew kundizzjonijiet għal żbalji;

3.1.1.   kwalunkwe sistema addizzjonali ta' informazzjoni dwar il-protokoll meħtieġa sabiex tkun ikkompletata d-dijanjostika flimkien mal-istandards preskritti fil-paragrafu 4.7.3 tal-Anness 9B għar-Regolament tal-UNECE Nru 49 u fil-paragrafu 6.5.1.4 tal-Anness 11 għar-Regolament UNECE Nru 83, inkluż kwalunkwe informazzjoni dwar il-protokoll ta' hħħardwerardwer jew ta' softwer, identifikazzjoni tal-parametri, funzjonijiet ta' trasferiment, rekwiżiti "biex tinżamm attiva" ("keep alive") jew kundizzjonijiet għal żbalji;

Emenda    332

Proposta għal regolament

Anness XVIII – appendiċi 2 – punt 3.1.2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.1.2.   dettalji dwar kif jinkisbu u jiġu interpretati l-kodiċijiet ta' ħsara kollha li ma jikkonformawx mal-istandards preskritti fil-paragrafu 4.7.3 tal-Anness 9B għar-Regolament tal-UNECE 49;

3.1.2.   dettalji dwar kif jinkisbu u jiġu interpretati l-kodiċijiet ta' ħsara kollha li ma jikkonformawx mal-istandards preskritti fil-paragrafu 4.7.3 tal-Anness 9B għar-Regolament tal-UNECE 49 u fil-paragrafu 6.5.1.4 tal-Anness 11 għar-Regolament UNECE Nru 83;

(1)

Għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.


OPINJONI tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (5.12.2016)

għall-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta' sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi

(COM(2016)0031 – C8-0015/2016 – 2016/0014(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Christofer Fjellner

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Fis-27 ta' Jannar 2016, il-Kummissjoni ppubblikat il-proposta tagħha dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip u s-sorveljanza tas-suq tal-vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, li bħalissa huma stipulati fid-Direttiva 2007/46/KE.

Twettaq kontroll komprensiv tal-idoneità tas-sistema tal-approvazzjoni tat-tip tal-Unjoni fl-2013, bħala parti mill-impenji tal-Kummissjoni fil-Pjan ta' Azzjoni tagħha CARS2020. Ir-riżultati wrew li għalkemm is-sistema attwali laħqet l-objettivi tal-politika sa ċertu punt, din ġiet ikkritikata ħafna wara l-iskandlu tas-softwer ta' manipulazzjoni tal-Volkswagen. Ir-rapporteur iqis li huwa essenzjali li tiġi rinfurzata s-sistema tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE, b'mod partikolari billi jiġu stabbiliti mekkaniżmi ta' sorveljanza xierqa li jiggarantixxu l-applikazzjoni armonizzata tal-proċeduri fl-Istati Membri kollha. Barra minn hekk, huwa essenzjali li l-leġiżlazzjoni taħdem sewwa u ma twassalx għal żieda fil-burokrazija la għall-amministrazzjonijiet nazzjonali u lanqas għall-industrija.

Sors wieħed ta' dgħufija fis-sistema ta' bħalissa huwa d-differenza fl-interpretazzjoni u l-istrettezza fl-applikazzjoni tar-rekwiżiti mill-Istati Membri. Id-differenzi fl-interpretazzjoni, mhux neċessarjament in mala fede, u t-traspożizzjoni tad-direttivi huma fenomenu rikorrenti magħruf li jagħmel ħsara lis-suq intern u joħloq inċertezza kemm għall-industrija kif ukoll għall-konsumaturi.

Il-konsegwenza ta' dawn id-dgħjufijiet hija mhux biss nuqqas ta' konformità, iżda l-ħolqien ta' lok għal frodi u ksur sfaċċat tal-leġiżlazzjoni eżistenti. Sfortunatament, issa rajna għadd ta' każijiet bħal dawn. Sabiex jiġu indirizzati dawn id-dgħjufijiiet, ir-rapporteur ta attenzjoni partikolari lill-implimentazzjoni ta' mekkaniżmi ta' sorveljanza u sorveljanza tas-suq aktar b'saħħithom.

Is-sorveljanza tas-suq, jiġifieri il-kontrolli ex-post fuq vetturi wara li jinħarġu fis-suq, hija punt dgħajjef tal-leġiżlazzjoni attwali u t-tisħiħ ta' dan l-aspett huwa wieħed mill-aktar biċċiet ċentrali ta' din il-proposta. Ir-rwol u r-responsabbiltajiet tal-awtoritajiet ta' infurzar u l-passi li jridu jittieħdu meta jkun hemm prodotti mhux konformi fis-suq ġew definiti, u dan huwa titjib meħtieġ. Ir-rapporteur jieħu nota tal-fatt li s-sorveljanza tas-suq tista' titwettaq mill-awtoritajiet nazzjonali ta' sorveljanza iżda li l-Kummissjoni wkoll għandha rwol x'taqdi.

Sabiex ir-regolament jiġi adattat aħjar għall-kundizzjonijiet li jinbidlu fl-Istati Membri, ir-rapporteur qed jipproponi bidliet għas-sistema tat-tariffi. Billi xi Stati Membri jwettqu numru limitat ta' approvazzjonijiet tat-tip, il-finanzjament għas-sorveljanza tas-suq m'għandux ikun marbut mal-approvazzjonijiet tat-tip peress li dan jirriskja li joħloq differenzi serji fis-sorveljanza tas-suq. Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi u sorveljanza bir-reqqa tas-suq fl-Unjoni kollha, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu strutturi tat-tariffi li jirriflettu l-kundizzjonijiet tal-Istati Membri li jiffinanzjaw attivitajiet tas-sorveljanza tas-suq.

Qed jiġi ssuġġerit li jiġi ċċarat iktar il-finanzjament tal-attivitajiet ta' sorveljanza tas-suq. Minħabba li l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistema ta' tariffi biex ikopru l-ispejjeż għas-sorveljanza tas-suq, huwa wkoll raġonevoli li l-ispejjeż maħluqa minħabba l-attivitajiet ta' sorveljanza tas-suq jiġġarbu mill-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq.

Biex tiġi żgurata verament il-kredibilità tal-approvazzjonijiet tat-tip dawn għandhom jiġu vverifikati minn awtorità tal-approvazzjoni tat-tip barra dik li toħroġhom kull ħames snin. Dan se jikkontribwixxi biex jiġu eliminati d-differenzi fl-interpretazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip u biex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi tal-leġiżlazzjoni.

Qed jiġi ssuġġerit ukoll it-tisħiħ tal-awtoritajiet tal-approvazzjoni u tas-sorveljanza tas-suq u tar-responsabilità tal-Kummissjoni li tieħu azzjoni fil-każ ta' nuqqas ta' konformità. Regolamenti ċari dwar is-sorveljanza tas-suq flimkien ma' sanzjonijiet b'saħħithom joħolqu qafas b'saħħtu u kredibbli ta' deterrent għal attentati fil-ġejjieni ta' evażjoni jew ta' ksir tar-rekwiżiti.

Is-servizzi tekniċi għandhom rwol essenzjali fiż-żamma tal-ogħla standards ta' sikurezza, tekniċi u ambjentali tal-Unjoni u fil-konformità magħhom. Ir-rapporteur jaqbel mal-Kummissjoni li l-evalwazzjoni u l-monitoraġġ tas-servizzi tekniċi huma imperattivi. Madankollu, peress li l-evalwazzjoni u l-monitoraġġ jistgħu jsiru minn korp ta' akkreditament nazzjonali f'xi Stati Membri, ir-rapporteur jixtieq jiżgura li din il-possibbiltà tibqa' teżisti fil-futur. Il-valutazzjoni tal-monitoraġġ għandha tiżgura wkoll l-indipendenza tas-servizz tekniku mingħand il-manifattur. Sabiex tiġi żgurata l-kosteffiċjenza, is-servizzi tekniċi għandhom ikunu jistgħu jikkompetu fuq bażi ta' prezzijiet u għal din ir-raġuni m'għandux jiġi rakkomandat diżakkoppjar totali, u minflok għandha ssir enfasi fuq l-evalwazzjoni robusta u l-monitoraġġ.

Mezz ieħor biex tiġi żgurata interpretazzjoni stretta tal-leġiżlazzjoni hija mekkaniżmu ta' evalwazzjoni bejn il-pari tal-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip li bih l-awtoritajiet nazzjonali jiskambjaw informazzjoni u jikkoordinaw il-valutazzjonijiet tagħhom. B'hekk, l-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip jistgħu jnaqqsu d-differenzi possibbli bejniethom bil-mod li jwettqu l-kontrolli tagħhom. Madankollu, sabiex ikun żgurat li dawn l-evalwazzjonijiet bejn il-pari ma jsirux ta' piż bla bżonn u ma jżidux l-ispejjeż, qed jiġi ssuġġerit li l-frekwenza tagħhom titnaqqas sakemm ma jkunx hemm raġuni biex wieħed jassumi li hija meħtieġa evalwazzjoni bejn il-pari aktar ta' spiss.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel jistieden lill-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 7a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a)  Dan ir-Regolament għandu jiżgura li l-awtoritajiet nazzjonali tal-approvazzjoni tat-tip jinterpretaw, japplikaw u jinfurzaw ir-rekwiżiti tiegħu madwar l-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tissorvelja x-xogħol tal-awtoritajiet nazzjonali permezz ta' awditi regolari, testijiet mill-ġdid ta' kampjuni każwali tal-approvazzjonijiet tat-tip maħruġa u monitoraġġ ġenerali tal-applikazzjoni armonizzata ta' dan ir-Regolament.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 7b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7b)  Dan ir-Regolament għandu jiżgura proċeduri ta' approvazzjoni tat-tip u ta' sorveljanza tas-suq affidabbli, armonizzati u trasparenti fl-Istati Membri.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  Għandha tiġi żgurata implimentazzjoni effettiva tar-rekwiżiti tal-approvazzjoni tat-tip permezz tat-titjib tad-dispożizzjonijiet dwar il-konformità tal-produzzjoni billi, inter alia, tipprovdi awditjar perjodiku obbligatorju tal-metodi ta' kontroll tal-konformità u l-konformità kontinwa tal-prodotti kkonċernati u t-tisħiħ tar-rekwiżiti relatati mal-kompetenza, l-obbligi u l-prestazzjoni tas-servizzi tekniċi li jwettqu t-testijiet għall-approvazzjoni tat-tip tal-vettura sħiħa taħt ir-responsabbiltà tal-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip. Il-funzjonament xieraq tas-servizzi tekniċi huwa kruċjali sabiex jiġi żgurat livell għoli ta' sikurezza, protezzjoni u l-ambjent u l-fiduċja taċ-ċittadini fis-sistema. Il-kriterji għad-deżinjazzjoni tas-servizzi tekniċi pprovduti mid-Direttiva 2007/46/KE għandhom jiġu stabbiliti f'iktar dettall tiġi żgurata l-applikazzjoni konsistenti tagħhom. Il-metodi ta' valutazzjoni tas-servizzi tekniċi fl-Istati Membri għandhom tendenza li jvarjaw b'mod progressiv minħabba l-kumplessità tal-ħidma tagħhom. Għalhekk, hemm bżonn li jiġi pprovdut għal obbligi proċedurali li jiżguraw skambju tal-informazzjoni u monitoraġġ tal-prattiki tal-Istati membri għall-valutazzjoni, id-deżinjazzjoni, in-notifika u l-monitoraġġ tas-servizzi tekniċi tagħhom. Dawn l-obbligi proċedurali għandhom ineħħu kwalunkwe diskrepanza eżistenti fil-metodi użati u fl-interpretazzjoni tal-kriterji għad-deżinjazzjoni tas-servizzi tekniċi.

(9)  Għandha tiġi żgurata implimentazzjoni effettiva tar-rekwiżiti tal-approvazzjoni tat-tip permezz tat-titjib tad-dispożizzjonijiet dwar il-konformità tal-produzzjoni billi, inter alia, jiġi previst awditjar perjodiku obbligatorju tal-metodi ta' kontroll tal-konformità u l-konformità kontinwa tal-prodotti kkonċernati u t-tisħiħ u l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti relatati mal-kompetenza, l-obbligi u l-prestazzjoni tas-servizzi tekniċi li jwettqu t-testijiet għall-approvazzjoni tat-tip tal-vettura sħiħa taħt ir-responsabbiltà tal-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip. Il-funzjonament xieraq tas-servizzi tekniċi huwa kruċjali sabiex jiġi żgurat livell għoli ta' sikurezza, protezzjoni u l-ambjent u l-fiduċja taċ-ċittadini fis-sistema. Il-kriterji għad-deżinjazzjoni tas-servizzi tekniċi pprovduti mid-Direttiva 2007/46/KE għandhom jiġu stabbiliti f'iktar dettall sabiex jiġi żgurat li jiġu applikati b'mod konsistenti madwar l-Istati Membri kollha. Il-metodi ta' valutazzjoni tas-servizzi tekniċi fl-Istati Membri għandhom tendenza li jvarjaw b'mod progressiv minħabba l-kumplessità miżjuda tal-ħidma tagħhom. Għalhekk, hemm bżonn li jiġu previsti obbligi proċedurali li jiżguraw skambju tal-informazzjoni u monitoraġġ tal-prattiki tal-Istati Membri għall-valutazzjoni, id-deżinjazzjoni, in-notifika u l-monitoraġġ tas-servizzi tekniċi tagħhom. Dawn l-obbligi proċedurali għandhom ineħħu kwalunkwe diskrepanza eżistenti fil-metodi użati u fl-interpretazzjoni tal-kriterji għad-deżinjazzjoni tas-servizzi tekniċi. Sabiex jiġu żgurati sorveljanza adegwata u kundizzjonijiet indaqs fl-Unjoni, il-valutazzjoni tas-servizz tekniku ta' applikant għandha tinkludi valutazzjoni fuq il-post u osservazzjoni diretta tat-testijiet effettivi tal-approvazzjoni tat-tip imwettqa.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 9a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9a)  Dan ir-Regolament jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet għall-monitoraġġ tal-konformità tal-Istati Membri miegħu, filwaqt li jgħin biex tinżamm il-fiduċja tal-konsumatur fil-vetturi fis-suq u jipprovdi livell għoli ta' sikurezza u ta' protezzjoni tas-saħħa u tal-ambjent. Il-Forum għall-Iskambju ta' Informazzjoni dwar l-Infurzar, stabbilit mill-Istati Membri, jimmonitorja, bl-appoġġ tal-Kummissjoni, ir-responsabbiltajiet tal-awtoritajiet nazzjonali permezz ta' awditi, kontrolli u testijiet regolari ta' kampjuni tal-approvazzjonijiet tat-tip maħruġa u jivverifika l-applikazzjoni uniformi, konsistenti u effettiva ta' dan ir-Regolament.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  Sabiex jiżdiedu t-trasparenza u l-fiduċja reċiproka u sabiex jiġu allinjati u żviluppati iktar il-kriterji għall-valutazzjoni, id-deżinjazzjoni u n-notifika tas-servizzi tekniċi, kif ukoll il-proċeduri ta' estensjoni u tiġdid, l-Istati Membri għandhom jikkooperaw ma' xulxin u mal-Kummissjoni. Għandhom jikkonsultaw lil xulxin u lill-Kummissjoni fuq kwistjonijiet ta' rilevanza ġenerali għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament u jinformaw lil xulxin u lill-Kummissjoni dwar il-mudell tal-lista ta' kontroll tagħhom.

(12)  Sabiex jiżdiedu t-trasparenza u l-fiduċja reċiproka u sabiex jiġu allinjati u żviluppati iktar il-kriterji għall-valutazzjoni, id-deżinjazzjoni u n-notifika tas-servizzi tekniċi, kif ukoll il-proċeduri ta' estensjoni u tiġdid, l-Istati Membri għandhom jikkooperaw ma' xulxin u mal-Kummissjoni. Għandhom jikkonsultaw lil xulxin u lill-Kummissjoni fuq kwistjonijiet ta' rilevanza ġenerali għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament u jinformaw lil xulxin u lill-Kummissjoni dwar il-lista ta' kontroll tal-valutazzjoni mudell tagħhom. Dan ir-Regolament jistabbilixxi Bażi ta' Dejta tal-Approvazzjoni tat-Tip Online li flimkien mas-Sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern (IMI) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1024/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a, tista' tipprovdi mezz elettroniku utli li jiffaċilita u jsaħħaħ il-kooperazzjoni amministrattiva fil-ġestjoni tal-iskambju ta' informazzjoni fuq il-bażi ta' proċeduri sempliċi u unifikati li jduru mal-ostakoli tal-lingwa.

 

__________________

 

1a Ir-Regolament (UE) Nru 1024/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/49/KE ("ir-Regolament tal-IMI") (ĠU L 316, 14.11.2012, p. 1).

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  Meta, minkejja l-miżuri meħudin sabiex tiġi żgurata applikazzjoni koerenti u segwitu tar-rekwiżiti mill-Istati Membri, il-kompetenza ta' servizz tekniku tkun f'dubju, il-Kummissjoni għandu jkollha l-possibbiltà li tinvestiga każijiet individwali.

(15)  Meta, minkejja l-miżuri meħudin sabiex jiġu żgurati applikazzjoni u segwitu omoġenji u koerenti tar-rekwiżiti mill-Istati Membri, il-kompetenza ta' servizz tekniku tkun f'dubju, il-Kummissjoni għandu jkollha l-possibbiltà li tinvestiga każijiet individwali u tipproponi soluzzjonijiet.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)  Hemm il-ħtieġa ta' mekkaniżmu robust li jinforza l-konformità biex jiżgura li r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament jiġu ssodisfati. L-iżgurar tal-konformità mal-approvazzjoni tat-tip u tal-konformità mar-rekwiżiti tal-produzzjoni tal-leġiżlazzjoni li tirregola s-settur tal-karozzi għandu jibqa' r-responsabbiltà ewlenija tal-awtoritajiet tal-approvazzjoni, minħabba li dan huwa obbligu marbut mill-qrib mal-ħruġ tal-approvazzjoni tat-tip u jirrikjedi għarfien dettaljat dwar il-kontenut tiegħu. Għalhekk huwa importanti li l-prestazzjoni tal-awtoritajiet tal-approvazzjoni tiġi vverifikata b'mod regolari permezz ta' evalwazzjoni bejn il-pari, sabiex jiġi żgurat li jiġi applikat livell uniformi ta' kwalità u strinġenza mill-awtoritajiet tal-approvazzjoni kollha meta jinfurzaw ir-rekwiżiti tal-approvazzjoni tat-tip. Barra minn hekk, huwa importanti li jsir provvediment għall-verifika tal-korrettezza tal-approvazzjoni tat-tip stess.

(18)  Hemm il-ħtieġa ta' mekkaniżmu robust li jinforza l-konformità biex jiżgura li r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament jiġu ssodisfati. L-iżgurar tal-konformità mal-approvazzjoni tat-tip u tal-konformità mar-rekwiżiti tal-produzzjoni tal-leġiżlazzjoni li tirregola s-settur tal-karozzi għandu jibqa' r-responsabbiltà ewlenija tal-awtoritajiet tal-approvazzjoni, minħabba li dan huwa obbligu marbut mill-qrib mal-ħruġ tal-approvazzjoni tat-tip u jirrikjedi għarfien dettaljat dwar il-kontenut tiegħu. Għalhekk huwa importanti li l-prestazzjoni tal-awtoritajiet tal-approvazzjoni tkun soġġetta għal kontrolli superviżorji regolari fil-livell tal-Unjoni, inklużi awditi indipendenti, sabiex jiġi żgurat li jiġi applikat livell uniformi ta' kwalità u strinġenza mill-awtoritajiet tal-approvazzjoni kollha meta jinfurzaw ir-rekwiżiti tal-approvazzjoni tat-tip. Barra minn hekk, huwa importanti li jsir provvediment għall-verifika tal-korrettezza tal-approvazzjoni tat-tip stess.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 20a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(20a)  Sabiex jiġi żgurat li jkun hemm sorveljanza tas-suq omoġenja madwar l-Unjoni, għandhom jingħataw setgħat ta' kontroll lil aġenzija ċentralizzata fil-livell tal-Unjoni biex jiġi żgurat li l-qafas il-ġdid tal-approvazzjoni tat-tip u tas-sorveljanza tas-suq jiġi implimentat b'mod sħiħ.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 21a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(21a)  Sabiex jiġi żgurat ittestjar indipendenti għal konformità waqt is-servizz tul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu tal-vetturi applikabbli kollha, għandhom jiġu żviluppati metodi ta' ttestjar tal-emissjonijiet robusti u mandatorji sabiex jipprovdu rekwiżiti tat-test tal-affidabbiltà fuq it-triq li jkunu bbażati fuq il-kombinazzjoni ta' ttestjar dirett tal-pajp tal-egżost u ta' ttestjar OBD, inkluż l-istabbiliment ta' metodi ta' ttestjar li jkejlu l-NOx matul l-ittestjar perjodiku tal-emissjonijiet imwettqa skont id-Direttiva 2014/45/UE u l-livelli tal-partikuli u tal-valuri ta' limitu tagħhom. B'mod partikolari, teknoloġiji ġodda ta' telerilevament jistgħu jintużaw biex jidentifikaw vetturi li jniġġsu ħafna fit-triq u biex fit-testijiet tal-konformità waqt is-servizz għal-limiti tal-emissjonijiet irregolati (PN, NOx, CO u HC) ikun hemm fokus fuq dawk il-vetturi bħala l-aktar mod kosteffettiv biex jitwettqu spezzjonijiet tekniċi perjodiċi fil-futur.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22)  Sabiex tiżdied it-trasparenza fil-proċess tal-approvazzjoni u jiġi ffaċilitat l-iskambju ta' informazzjoni u l-verifika indipendenti mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, l-awtoritajiet tal-approvazzjoni u l-Kummissjoni, id-dokumentazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip għandha tiġi pprovduta f'format elettroniku u għandha ssir disponibbli għall-pubbliku, soġġett għal eżenzjonijiet minħabba protezzjoni tal-interessi kummerċjali u l-protezzjoni tad-dejta personali.

(22)  Sabiex tiżdied it-trasparenza fil-proċess tal-approvazzjoni u jiġi ffaċilitat l-iskambju ta' informazzjoni u l-verifika indipendenti mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, l-awtoritajiet tal-approvazzjoni, il-Kummissjoni u partijiet terzi, id-divulgazzjoni tal-informazzjoni tal-vettura u ta' ttestjar hija meħtieġa għall-fini tat-twettiq ta' tali kontrolli. L-informazzjoni rilevanti għandha tiġi pprovduta f'format elettroniku u għandha ssir disponibbli għall-pubbliku, soġġett għal eżenzjonijiet minħabba protezzjoni tal-interessi kummerċjali u l-protezzjoni tad-dejta personali.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24)  Dawn l-obbligi iktar speċifiċi għall-awtoritajiet nazzjonali previsti f'dan ir-Regolament għandhom jinkludu ttestjar u spezzjonijeit ta' verifika tal-konformità ex post ta' numru suffiċjenti ta' vetturi mqegħdin fis-suq. L-għażla tal-vetturi li sejrin ikunu soġġetti għal din il-verifika tal-konformità ex post għandha tkun ibbażata fuq valutazzjoni tar-riskju xierqa li tqis is-serjetà tan-nuqqas ta' konformità possibbli u l-probabbiltà li sseħħ.

(24)  Dawn l-obbligi iktar speċifiċi għall-awtoritajiet nazzjonali previsti f'dan ir-Regolament għandhom jinkludu ttestjar u spezzjonijeit ta' verifika tal-konformità ex post ta' numru suffiċjenti ta' vetturi mqegħdin fis-suq. L-għażla tal-vetturi li sejrin ikunu soġġetti għal din il-verifika tal-konformità ex post għandha tkun ibbażata fuq valutazzjoni tar-riskju xierqa li tqis is-serjetà tan-nuqqas ta' konformità possibbli u l-probabbiltà li sseħħ. Barra minn hekk, din għandha tkun ibbażata fuq kriterji ċari u dettaljati u għandha tinkludi, fost l-oħrajn, kontrolli perċentwali każwali fuq il-mudelli attwali kollha, fuq vetturi b'magna jew teknoloġija ġdida installata, fuq vetturi b'ekonomija tal-fjuwil għolja jew baxxa ħafna, fuq vetturi b'volum għoli ħafna ta' bejgħ u għandha tqis l-istorja mgħoddija tal-konformità, suġġerimenti mill-konsumaturi, riżultati ta' ttestjar ta' rilevament mill-bogħod u tħassib muri minn korpi ta' riċerka indipendenti.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 27

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27)  L-għanijiet ta' dan ir-Regolament ma għandhomx jiġu affettwati mill-fatt li ċerti sistemi, komponenti, unitajiet tekniċi separati jew parts u tagħmir jistgħu jiġu mmuntati mal-vettura jew f'vettura wara li dik il-vettura tkun tpoġġiet fis-suq, ġiet irreġistrata jew iddaħħlet fis-servizz. Għalhekk, għandhom jittieħdu miżuri xierqa li jiżguraw li s-sistemi, il-komponenti, l-unitajiet tekniċi separati jew il-parts u t-tagħmir li jistgħu jiġu mmuntati mal-vetturi jew fil-vetturi u li jistgħu jfixklu b'mod sinifikanti l-funzjonament tas-sistemi li huma essenzjali għall-ħarsien ambjentali jew għas-sikurezza funzjonali jiġu kkontrollati minn awtorità tal-approvazzjoni qabel jitpoġġew fis-suq, jiġu rreġistrati jew jiddaħħlu fis-servizz.

(27)  L-għanijiet ta' dan ir-Regolament ma għandhomx jiġu affettwati mill-fatt li ċerti sistemi, komponenti, unitajiet tekniċi separati jew parts u tagħmir jistgħu jiġu mmuntati mal-vettura jew f'vettura wara li dik il-vettura tkun tpoġġiet fis-suq, ġiet irreġistrata jew iddaħħlet fis-servizz. Għalhekk, għandhom jittieħdu miżuri xierqa li jiżguraw li s-sistemi, il-komponenti, l-unitajiet tekniċi separati jew il-parts u t-tagħmir li jistgħu jiġu mmuntati mal-vetturi jew fil-vetturi u li jistgħu jfixklu l-funzjonament tas-sistemi li huma essenzjali għall-ħarsien ambjentali jew għas-sikurezza funzjonali jiġu kkontrollati minn awtorità tal-approvazzjoni qabel jitpoġġew fis-suq, jiġu rreġistrati jew jiddaħħlu fis-servizz.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 29

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(29)  Il-konformità tal-produzzjoni hija wieħed mill-pedamenti tas-sistema tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE u, għalhekk, l-arranġamenti stabbiliti mill-manifattur sabiex jiżgura tali konformità għandhom jiġu approvati mill-awtorità kompetenti jew minn servizz tekniku kkwalifikat b'mod xieraq maħtur għal dak il-għan u jkunu soġġetti għal verifika regolari permezz ta' awditjar perjodiku indipendenti. Barra minn hekk, l-awtoritajiet tal-approvazzjoni għandhom jiżguraw il-verifika tal-konformità kontinwa tal-prodotti kkonċernati.

(29)  Il-konformità tal-produzzjoni hija wieħed mill-pedamenti tas-sistema tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE u, għalhekk, l-arranġamenti stabbiliti mill-manifattur sabiex jiżgura tali konformità għandhom jiġu approvati mill-awtorità kompetenti jew minn servizz tekniku kkwalifikat b'mod xieraq maħtur għal dak il-għan, li ma jkunx is-servizz tekniku li jkun wettaq l-ittestjar għall-fini tal-approvazzjoni tat-tip, u jkunu soġġetti għal verifika regolari permezz ta' awditjar perjodiku indipendenti. Barra minn hekk, l-awtoritajiet tal-approvazzjoni għandhom jiżguraw il-verifika tal-konformità kontinwa tal-prodotti kkonċernati.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Premessa 31

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(31)  Il-valutazzjoni tar-riskji serji rrapportati għas-sikurezza u l-ħsara għas-saħħa tal-pubbliku u l-ambjent għandha ssir f'livell nazzjonali, iżda għandha tiġi żgurata koordinazzjoni fil-livell tal-Unjoni meta jkun possibbli li r-riskju jew il-ħsara rrapportati jkunu jeżistu anki lil hinn mit-territorju ta' Stat Membru wieħed bil-għan li jinqasmu r-riżorsi u tiġi żgurata konsistenza rigward l-azzjoni korrettiva li trid tittieħed sabiex jiġu mitigati r-riskju u l-ħsara identifikati.

(31)  Il-valutazzjoni tar-riskji għas-sikurezza u l-ħsara għas-saħħa tal-pubbliku u l-ambjent għandha ssir f'livell nazzjonali, iżda għandha tiġi żgurata koordinazzjoni fil-livell tal-Unjoni meta jkun possibbli li r-riskju jew il-ħsara jkunu jeżistu anki lil hinn mit-territorju ta' Stat Membru wieħed bil-għan li jinqasmu r-riżorsi u tiġi żgurata konsistenza rigward l-azzjoni korrettiva li trid tittieħed sabiex jiġu eliminati r-riskju u l-ħsara identifikati.

Emenda    15

Proposta għal regolament

Premessa 37

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(37)  Mill-banda l-oħra, il-progress tekniku li jintroduċi metodi jew tekniki ġodda għad-dijanjostika u t-tiswija tal-vetturi, bħall-aċċess rimot għall-informazzjoni u s-softwer dwar il-vettura, m'għandux idgħajjef l-għanijiet ta' dan ir-Regolament fir-rigward tal-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manteniment għall-operaturi indipendenti.

(37)  Il-progress tekniku li jintroduċi metodi jew tekniki ġodda għad-dijanjostika u t-tiswija tal-vetturi, bħall-aċċess rimot għall-informazzjoni u s-softwer dwar il-vettura, għandu jsaħħaħ l-għanijiet ta' dan ir-Regolament fir-rigward tal-aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manteniment għall-operaturi indipendenti.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Premessa 40

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(40)  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-penali għall-ksur ta' dan ir-Regolament u għandhom jiżguraw li dawk ir-regoli jiġu implimentati. Dawk il-penali għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jirrapportaw il-penali imposti lill-Kummissjoni kull sena, sabiex jimmonitorjaw il-koerenza tal-implimentazzjoni ta' dawn id-dispożizzjonijiet.

(40)  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-penali għall-ksur ta' dan ir-Regolament u għandhom jiżguraw li dawk ir-regoli jiġu implimentati. Dawk il-penali għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jirrapportaw il-penali imposti lill-Kummissjoni kull sena, sabiex tkun tista' timmonitorja l-koerenza tal-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet fir-rigward tal-penali.

Emenda    17

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi wkoll l-Aġenzija Ewropea għas-Sorveljanza tal-Vetturi (minn hawn 'il quddiem l-"EVSA") u jistipula s-setgħat u r-responsabbiltajiet tagħha.

Emenda    18

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 3 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Għall-vetturi u l-makkinarji li ġejjin, il-manifattur jista' japplika għall-approvazzjoni tat-tip jew għall-approvazzjoni ta' vettura individwali skont dan ir-Regolament, diment li dawk il-vetturi jissodisfaw ir-rekwiżiti sostantivi ta' dan ir-Regolament:

3.  Għall-vetturi u l-makkinarji li ġejjin, il-manifattur jista' japplika għall-approvazzjoni tat-tip jew għall-approvazzjoni ta' vettura individwali skont dan ir-Regolament, diment li dawk il-vetturi jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament:

Emenda    19

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  ‘sorveljanza tas-suq' tfisser l-attivitajiet imwettqa u l-miżuri meħuda mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq sabiex jiżguraw li l-vetturi, is-sistemi, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati, kif ukoll il-parts u t-tagħmir magħmula disponibbli fis-suq ikunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni rilevanti u ma jipperikolawx is-saħħa, is-sikurezza jew kwalunkwe aspett ieħor tal-protezzjoni tal-interess pubbliku;

(2)  'sorveljanza tas-suq' tfisser l-attivitajiet imwettqa u l-miżuri meħuda mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq sabiex jiżguraw li l-vetturi, is-sistemi, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati, kif ukoll il-parts u t-tagħmir magħmula disponibbli fis-suq ikunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni rilevanti u ma jipperikolawx is-saħħa, is-sikurezza, l-ambjent jew kwalunkwe aspett ieħor tal-protezzjoni tal-interess pubbliku inklużi d-drittijiet tal-konsumatur;

Emenda    20

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 8a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8a)  'apparat ta' manipulazzjoni' tfisser kwalunkwe element tad-disinn li jirrileva t-temperatura, il-veloċità tal-vettura, il-veloċità tal-magna (RPM), il-ger ta' trażmissjoni, il-manifold b'vakwu jew kwalunkwe parametru ieħor bl-iskop li jattiva, jimmodula, jittardja jew iwaqqaf il-funzjonament ta' xi parti mis-sistema ta' kontroll tal-emissjonijiet, li tnaqqas l-effettività tas-sistema ta' kontroll tal-emissjonijiet taħt kull kundizzjoni ambjentali jew operattiva tal-magna applikabbli b'mod regolari fit-territorju tal-Unjoni ffaċċjata matul tħaddim normali tal-vettura jew 'il barra mill-proċeduri ta' ttestjar tal-approvazzjoni tat-tip;

Emenda    21

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 8b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8b)  'Strateġija ta' Bażi għall-Emissjonijiet' (BES) tfisser strateġija għall-emissjonijiet li hija attiva matul il-firxa kollha ta' tħaddim tal-veloċità u tat-tagħbija tal-magna sakemm ma tkunx attivata Strateġija Awżiljarja għall-Kontroll tal-Emissjonijiet;

Emenda    22

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 8c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8c)  'Strateġija Awżiljarja għall-Kontroll tal-Emissjonijiet' (AES) tfisser strateġija tal-emissjonijiet li ssir attiva u tieħu post jew timmodifika Strateġija ta' Bażi għall-Emissjonijiet għal skop speċifiku u b'reazzjoni għal grupp speċifiku ta' kundizzjonijiet ambjentali u/jew operattivi u li tibqa' operattiva biss sakemm jibqgħu jeżistu dawn il-kundizzjonijiet;

Emenda    23

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 43

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(43)  ‘vettura ta' tmiem is-serje' tfisser vettura li hija parti minn ħażna u li, minħabba d-dħul fis-seħħ tar-rekwiżiti tekniċi ġodda li fl-isfond tagħhom ma kellhiex it-tip tagħha approvat, ma tistax tkun jew tibqa' disponibbli fis-suq, tiġi rreġistrata jew imdaħħla fis-servizz;

(43)  'vettura ta' tmiem is-serje' tfisser vettura li hija parti minn stokk jew li trid tiġi kompluta u li, minħabba d-dħul fis-seħħ tar-rekwiżiti tekniċi ġodda li fl-isfond tagħhom ma kellhiex it-tip tagħha approvat, ma tistax tkun jew tibqa' disponibbli fis-suq, tiġi rreġistrata jew imdaħħla fis-servizz;

Ġustifikazzjoni

Il-vetturi jistgħu jinbnew f'diversi stadji li għandhom jitqiesu fid-definizzjoni ta' vetturi ta' tmiem is-serje.

Emenda    24

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 44a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(44a)  'telerilevament' tfisser skennjar u kejl tal-livelli ta' sustanzi niġġiesa mill-egżost ta' vettura waqt li l-vettura tkun qiegħda tiċċaqlaq, bl-użu ta' strumenti mgħammra b'sensur imqiegħda fil-ġenb tat-triq bil-għan li tinġabar dejta tal-prestazzjoni meħtieġa għall-monitoraġġ tal-emissjonijiet medji tal-flotta fit-triq u għall-identifikazzjoni ta' vetturi li jniġġsu b'mod eċċessiv;

Emenda    25

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati b'konformità mal-Artikolu 88 sabiex temenda l-Anness IV bil-għan li tikkunsidra l-iżviluppi teknoloġiċi u regolatorji billi tintroduċi u taġġorna r-referenzi għall-atti regolatorji li jinkludu r-rekwiżiti li magħhom iridu jkunu konformi l-vetturi, is-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati.

2.  Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta l-atti delegati b'konformità mal-Artikolu 88 li jemendaw l-Anness IV bil-għan li tikkunsidra l-iżviluppi teknoloġiċi u regolatorji billi tintroduċi u taġġorna r-referenzi għall-atti regolatorji li jinkludu r-rekwiżiti li magħhom iridu jkunu konformi l-vetturi, is-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati.

 

Il-manifatturi li jitolbu approvazzjoni tat-tip tal-UE għal vettura li tuża Strateġija ta' Bażi għall-Emissjonijiet, Strateġija Awżiljarja għall-Kontroll tal-Emissjonijiet jew apparat ta' manipulazzjoni, kif definit f'dan ir-Regolament jew ir-Regolament Nru 2016/646/UE, għandhom jipprovdu lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip l-informazzjoni kollha, inkluża ġustifikazzjoni teknika, li tista' tkun raġonevolment meħtieġa mill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip biex tiddetermina jekk il-BES jew l-AES hijiex apparat ta' manipulazzjoni u jekk tkunx applikabbli deroga għall-projbizzjoni fuq l-użu ta' apparat ta' manipulazzjoni skont l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 715/2007.

 

Il-manifatturi għandhom jiddikjaraw bil-miktub lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip li l-informazzjoni kollha dwar BES, AES jew apparat ta' manipulazzjoni tkun ġiet ipprovduta u li t-tip ta' vettura li għalih ingħatat l-approvazzjoni tat-tip ma jkunx mgħammar b'apparat ta' manipulazzjoni pprojbit skont dan l-Artikolu u r-Regolament (KE) Nru 692/2008.

 

L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip m'għandhiex tagħti approvazzjoni tat-tip tal-UE qabel ma tkun ikkompletat il-valutazzjoni tagħha u tkun iddeterminat li t-tip ta' vettura li għalih ingħatat l-approvazzjoni ma jkunx mgħammar b'apparat ta' manipulazzjoni pprojbit skont dan l-Artikolu u r-Regolament (KE) Nru 692/2008.

 

Għall-fini tal-valutazzjoni tagħhom u biex jivverifikaw il-konformità jew in-nuqqas ta' konformità mar-rekwiżiti ta' dan l-Artikolu, l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip, l-awtorità tas-sorveljanza tas-suq jew l-Aġenzija jistgħu jwettqu test sorpriża supplimentari, b'parametri differenti mit-testijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament. Il-parametri ta' dak it-test sorpriża supplimentari għandhom ikunu ddefiniti kull darba mill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip, l-awtorità tas-sorveljanza tas-suq jew l-Aġenzija biss u għandhom jibqgħu strettament kunfidenzjali u mhux magħrufa mill-manifattur sal-pubblikazzjoni finali tar-riżultati tat-test.

Emenda    26

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.   L-Istati Membri għandhom jorganizzaw u jwettqu sorveljanza tas-suq u kontrolli tal-vetturi, tas-sistemi, tal-komponenti jew tal-unitajiet tekniċi separati li jidħlu fis-suq, b'konformità mal-Kapitolu III tar-Regolament (KE) Nru 765/2008.

4.   L-Istati Membri għandhom jorganizzaw u jwettqu sorveljanza tas-suq u kontrolli tal-vetturi, tas-sistemi, tal-komponenti jew tal-unitajiet tekniċi separati li jidħlu fis-suq, b'konformità mal-Kapitolu III tar-Regolament (KE) Nru 765/2008. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jwettqu attivitajiet ta' sorveljanza tas-suq konġunti għall-finijiet stabbiliti fl-Artikolu 8 ta' dan ir-Regolament.

Emenda    27

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jistgħu, fejn jaraw li hu meħtieġ u ġġustifikat, ikunu intitolati li jidħlu fil-bini tal-operaturi ekonomiċi u jissekwestraw il-kampjuni meħtieġa ta' vetturi, sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati għal skopijiet ta' ttestjar tal-konformità.

5.  L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ikunu jistgħu, fejn jaraw li hu meħtieġ u ġġustifikat, jidħlu fil-bini tal-operaturi ekonomiċi mingħajr avviż minn qabel u jissekwestraw il-kampjuni meħtieġa ta' vetturi, sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati għal skopijiet ta' ttestjar tal-konformità. Is-sid tal-vettura għandu jiġi kkumpensat għall-ispejjeż marbuta ma' dawk it-testijiet.

Emenda    28

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  L-Istati Membri għandhom jirrevedu u jivvalutaw b'mod perjodiku l-funzjonament tal-attivitajiet ta' approvazzjoni tat-tip tagħhom. It-tali reviżjonijiet u valutazzjonijiet għandhom isiru tal-inqas kull erba' snin u r-riżultati tagħhom għandhom jiġu komunikati lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni. L-Istat Membru kkonċernat għandu jagħmel sommarju tar-riżultati aċċessibbli għall-pubbliku, b'mod partikolari n-numru tal-approvazzjoni tat-tip mogħtija u l-identità tal-manifatturi korrispondenti.

6.  L-Istati Membri għandhom jirrevedu u jivvalutaw b'mod perjodiku l-funzjonament tal-attivitajiet ta' approvazzjoni tat-tip tagħhom u l-kwalità tal-approvazzjonijiet tat-tip maħruġa. It-tali reviżjonijiet u valutazzjonijiet għandhom isiru tal-inqas kull tliet snin u r-riżultati tagħhom għandhom jiġu komunikati lill-Istati Membri l-oħrajn, lill-Kummissjoni, lill-Forum dwar l-Infurzar u l-Iskambju ta' Informazzjoni stabbilit bl-Artikolu 10, u, b'konformità mal-Artikolu 12 tad-Direttiva (UE) 2016/XXX dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet nazzjonali ta' ċerti sustanzi li jniġġsu fl-arja u li temenda d-Direttiva 2003/35/KE, lill-Forum Ewropew dwar l-Arja Nadifa u lil partijiet terzi oħrajn fuq talba tagħhom. L-Istat Membru kkonċernat għandu jagħmel rapport sħiħ tar-riżultati aċċessibbli għall-pubbliku ġenerali, b'mod partikolari fir-rigward tal-għadd tal-approvazzjonijiet tat-tip mogħtija u miċħuda u l-identità tal-manifatturi korrispondenti u t-tipi ta' vetturi.

Emenda    29

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.  L-Istati Membri għandhom jirrevedu u jivvalutaw b'mod perjodiku l-funzjonament tal-attivitajiet ta' sorveljanza tagħhom. It-tali reviżjonijiet u valutazzjonijiet għandhom isiru tal-inqas kull erba' snin u r-riżultati tagħhom għandhom jiġu komunikati lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni. L-Istat Membru kkonċernat għandu jagħmel sommarju tar-riżultati aċċessibbli għall-pubbliku.

7.  L-Istati Membri għandhom jirrevedu u jivvalutaw b'mod perjodiku l-funzjonament tal-attivitajiet ta' sorveljanza tagħhom. It-tali reviżjonijiet u valutazzjonijiet għandhom isiru tal-inqas kull tliet snin u r-riżultati tagħhom għandhom jiġu komunikati lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni u lil partijiet terzi fuq talba. L-Istat Membru kkonċernat għandu jagħmel sommarju tar-riżultati aċċessibbli għall-pubbliku; dawn għandhom jindikaw, b'mod partikolari, il-vetturi, is-sistemi, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati li mhumiex konformi ma' dan ir-Regolament, kif ukoll il-korrettezza tal-approvazzjonijiet tat-tip u l-identità tal-awtoritajiet tal-approvazzjoni, manifatturi u t-tipi ta' vetturi korrispondenti.

Emenda    30

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-awtoritajiet tal-approvazzjoni għandhom jiżguraw li l-vettura pprovduta mill-manifattur għall-fini ta' ttestjar tal-approvazzjoni tat-tip tkun rappreżentattiva bis-sħiħ tal-vettura li għandha tiġi prodotta u titqiegħed fis-suq u li l-ittestjar tal-vettura pprovduta ma jwassalx għal riżultati tat-test li jkunu sistematikament diverġenti mill-prestazzjoni ta' dawk il-vetturi mħaddma taħt kundizzjonijiet li jistgħu jkunu raġonevolment mistennija li jiġu ffaċċjati fit-tħaddim u fl-użu normali.

Emenda    31

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  L-awtoritajiet tal-approvazzjoni għandhom jinterpretaw u jinfurzaw ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament b'mod uniformi u konsistenti biex jevitaw li jiġu applikati standards diverġenti madwar l-Unjoni. Huma għandhom jikkooperaw mal-Kummissjoni u mal-Forum dwar l-Infurzar u l-Iskambju ta' Informazzjoni stabbilit bl-Artikolu 10 fl-attivitajiet ta' monitoraġġ u ta' sorveljanza tagħha fir-rigward tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u għandhom jagħtuhom l-informazzjoni kollha meħtieġa fuq talba.

Emenda    32

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-awtoritajiet ta' approvazzjoni għandhom iwettqu dmirijiethom b'mod indipendenti u imparzjali. Dawn għandhom josservaw il-kunfidenzjalità meta jkun meħtieġ sabiex jitħarsu s-sigrieti kummerċjali, soġġett għall-obbligu ta' informazzjoni stabbilit fl-Artikolu 9(3) sabiex jitħarsu l-interessi tal-utenti fl-Unjoni.

2.  L-awtoritajiet ta' approvazzjoni għandhom iwettqu dmirijiethom b'mod indipendenti u imparzjali. Huma għandhom josservaw il-kunfidenzjalità meta jkun meħtieġ sabiex jitħarsu s-sigrieti kummerċjali, sakemm id-divulgazzjoni tagħhom ma tkunx fl-interess tal-pubbliku, soġġett għall-obbligu li tingħata informazzjoni stabbilit fl-Artikolu 9(3) sabiex jitħarsu l-interessi tal-utenti fl-Unjoni.

Emenda    33

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-awtoritajiet tal-approvazzjoni fi ħdan Stat Membru għandhom jikkooperaw ma' xulxin billi jaqsmu informazzjoni rilevanti għar-rwol u l-funzjonijiet tagħhom.

L-awtoritajiet tal-approvazzjoni fi ħdan Stat Membru għandhom jimplimentaw proċeduri biex jiżguraw koordinazzjoni effiċjenti u effettiva u qsim ta' informazzjoni rilevanti għar-rwol u l-funzjonijiet tagħhom.

Emenda    34

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni biex tistabbilixxi l-kriterji komuni għall-ħatra, ir-reviżjoni u l-valutazzjoni tal-awtoritajiet tal-approvazzjoni fil-livell nazzjonali. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 87(2).

5.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu l-kriterji komuni għall-ħatra, ir-reviżjoni u l-valutazzjoni tal-awtoritajiet tal-approvazzjoni fil-livell nazzjonali. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 87(2).

Emenda    35

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq għandhom iwettqu l-kontrolli regolari sabiex jivverifikaw il-konformità tal-vetturi, is-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament kif ukoll il-korrettezza tal-approvazzjonijiet tat-tip. Dawk il-kontrolli għandhom isiru fuq skala adegwata, permezz ta' kontrolli dokumentarji u permezz ta' testijiet b'impettu reali u tal-laboratorju fuq il-bażi ta' kampjuni statistikament rilevanti. Meta jagħmlu dan, l-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq għandhom jikkunsidraw il-prinċipji stabbiliti tal-valutazzjoni tar-riskju, l-ilmenti u informazzjoni oħra.

1.  L-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq għandhom iwettqu l-kontrolli regolari sabiex jivverifikaw il-konformità tal-vetturi, is-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament kif ukoll il-korrettezza tal-approvazzjonijiet tat-tip. Dawk il-kontrolli għandhom isiru fuq skala adegwata, permezz ta' kontrolli dokumentarji u permezz ta' testijiet b'impetu reali u tal-laboratorju fuq il-bażi ta' kampjuni statistikament rilevanti, li jkunu rappreżentattivi għall-għadd ta' vetturi fl-Istat Membru kkonċernat. Meta jagħmlu dan, l-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq għandhom jikkunsidraw il-prinċipji u l-protokolli xjentifiċi stabbiliti tal-valutazzjoni tar-riskju, li jinkludu l-ilmenti, il-popolarità ta' mudelli ta' vetturi u l-parts tagħhom, ir-riżultati ta' ttestjar minn partijiet terzi, mudelli ta' konsum għoli ħafna jew baxxa ħafna tal-fjuwil, l-ewwel applikazzjoni ta' magna jew teknoloġija ġdida, rapporti minn spezzjonijiet tekniċi perjodiċi, programmi ta' kampjunar bl-użu tat-telerilevament u informazzjoni oħra. L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jagħtu segwitu għall-ilmenti ssostanzjati.

 

Għall-fini tal-verifika tal-emissjonijiet mill-vetturi, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jistgħu jagħmlu użu minn teknoloġija ta' telerilevament bħala għajnuna biex jidentifikaw il-mudelli ta' vetturi li jniġġsu ħafna bil-għan li jiġu investigati ulterjorment. Meta jagħmlu dan, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jikkooperaw u jikkoordinaw l-attivitajiet tagħhom mal-awtoritajiet responsabbli għal spezzjonijiet tekniċi perjodiċi skont id-Direttiva 2014/45/UE.

 

Meta servizzi tekniċi jiġu maħtura sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti ta' dan l-Artikolu, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jiżguraw li jintuża servizz tekniku differenti minn dak li wettaq it-testijiet għall-fini tal-approvazzjoni tat-tip oriġinali.

Emenda    36

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jitolbu lill-operaturi ekonomiċi sabiex jagħmlu d-dokumentazzjoni u l-informazzjoni disponibbli skont kif iqisu meħtieġ għall-fini tat-twettiq tal-attivitajiet tagħhom.

2.  L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jitolbu lill-operaturi ekonomiċi sabiex jagħmlu d-dokumentazzjoni u l-informazzjoni, inklużi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, disponibbli skont kif iqisu meħtieġ għall-fini tat-twettiq tal-attivitajiet tagħhom. Dan għandu jinkludi aċċess għas-softwer, algoritmi, unitajiet tal-kontroll tal-magni rilevanti u kwalunkwe speċifikazzjoni teknika oħra li tista' tinħtieġ.

Emenda    37

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 4 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq għandhom jieħdu miżuri xierqa sabiex javżaw lill-utenti fit-territorji tagħhom f'perjodu ta' żmien adegwat dwar il-perikli li jkunu identifikaw b'rabta ma' xi vettura, sistema, komponent u unità teknika separata sabiex jipprevjenu jew inaqqsu r-riskju ta' korriment jew ħsara oħra.

L-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq għandhom jieħdu miżuri xierqa sabiex javżaw lill-utenti f'perjodu ta' żmien adegwat dwar il-perikli li jkunu identifikaw b'rabta ma' xi vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata sabiex jipprevjenu jew inaqqsu r-riskju ta' korriment jew ħsara oħra. Din l-informazzjoni għandha ssir disponibbli online b'lingwa ċara u li tinftiehem.

Emenda    38

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Meta l-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq ta' Stat Membru jiddeċiedu li jirtiraw vettura, sistema, komponent u unità teknika separata mis-suq, skont l-Artikolu 49(5), għandhom jgħarrfu lill-operatur ekonomiku kkonċernat u fejn applikabbli l-awtorità tal-approvazzjoni relevanti.

5.  Meta l-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq ta' Stat Membru jiddeċiedu li jirtiraw vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata mis-suq, skont l-Artikolu 49(5), għandhom jgħarrfu lill-operatur ekonomiku kkonċernat u l-awtorità tal-approvazzjoni relevanti.

Emenda    39

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  L-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq għandhom iwettqu dmirijiethom b'mod indipendenti u imparzjali. Għandhom josservaw il-kunfidenzjalità fejn ikun hemm bżonn sabiex iħarsu s-sigrieti kummerċjali, soġġett għll-obbligu ta' informazzjoni stabbilit fl-Artikolu 9(3) kemm ikun hemm bżonn sabiex ikunu protetti l-interessi tal-utenti fl-Unjoni Ewropea.

6.  L-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq għandhom iwettqu dmirijiethom b'mod indipendenti u imparzjali. Huma għandhom josservaw il-kunfidenzjalità meta jkun meħtieġ sabiex jitħarsu s-sigrieti kummerċjali, sakemm id-divulgazzjoni tagħhom ma tkunx fl-interess tal-pubbliku, soġġett għall-obbligu li jipprovdu informazzjoni stabbilit fl-Artikolu 9(3) kemm ikun hemm bżonn sabiex jitħarsu l-interessi tal-utenti fl-Unjoni.

Emenda    40

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.  L-Istati Membri għandhom jirrevedu u jivvalutaw b'mod perjodiku l-funzjonament tal-attivitajiet ta' sorveljanza tagħhom. It-tali reviżjonijiet u valutazzjonijiet għandhom isiru tal-inqas kull erba' snin u r-riżultati tagħhom għandhom jiġu komunikati lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni. L-Istat Membru kkonċernat għandu jagħmel sommarju tar-riżultati aċċessibbli għall-pubbliku.

7.  L-Istati Membri għandhom jirrevedu u jivvalutaw b'mod perjodiku l-funzjonament tal-attivitajiet ta' sorveljanza tagħhom. It-tali reviżjonijiet u valutazzjonijiet għandhom isiru tal-inqas kull tliet snin u r-riżultati tagħhom għandhom jiġu komunikati lill-Istati Membri l-oħrajn, lill-Kummissjoni, lill-Forum dwar l-Infurzar u l-Iskambju ta' Informazzjoni stabbilit bl-Artikolu 10 u lil partijiet terzi fuq talba. L-Istat Membru kkonċernat għandu jagħmel sommarju tar-riżultati aċċessibbli għall-pubbliku, u jindika b'mod partikolari l-għadd u l-isem tal-mudell ta' dawk il-vetturi, is-sistemi, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati li mhumiex konformi ma' dan ir-Regolament, flimkien mal-identità tal-manifatturi korrispondenti.

 

L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom jagħmlu disponibbli għall-pubbliku, tal-inqas kull sentejn, rapport sommarju tal-kamp ta' applikazzjoni, l-iskala u r-riżultati tal-attivitajiet ta' sorveljanza tas-suq tagħhom.

Emenda    41

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

9.  Meta jkun hemm iktar minn awtorità waħda fi Stat Membru li tkun responsabbli għas-sorveljanza tas-suq u l-kontrolli tal-fruntieri esterni, dawk l-awtoritajiet għandhom jikkooperaw ma' xulxin, billi jaqsmu informazzjoni rilevanti għar-rwol u l-funzjonijiet tagħhom.

9.  Meta jkun hemm iktar minn awtorità waħda fi Stat Membru li tkun responsabbli għas-sorveljanza tas-suq u l-kontrolli tal-fruntieri esterni, dawk l-awtoritajiet għandhom jimplimentaw proċeduri biex jiżguraw koordinazzjoni effiċjenti u effettiva u qsim ta' informazzjoni rilevanti għar-rwol u l-funzjonijiet tagħhom.

Emenda    42

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

10.  Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni sabiex tistabbilixxi l-kriterji għall-istabbiliment tal-iskala, il-kamp ta' applikazzjoni u l-frekwenza li biha jridu jsiru l-kontrolli tal-verifiki tal-konformità tal-kampjuni meħudin imsemmijin fil-paragrafu 1. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 87(2).

10.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati li jissupplimentaw dan ir-Regolament, skont l-Artikolu 88, sabiex tistabbilixxi l-kriterji għall-istabbiliment tal-iskala, il-kamp ta' applikazzjoni u l-frekwenza li biha jridu jsiru l-kontrolli tal-verifiki tal-konformità tal-kampjuni meħudin kif imsemmijin fil-paragrafu 1 u l-kriterji għall-għażla tal-vetturi għall-ittestjar.

Emenda    43

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Verifika tal-konformità mill-Kummissjoni u koordinazzjoni tal-infurzar mal-Istati Membri

Verifika tal-konformità mill-Aġenzija Ewropea għas-Sorveljanza tal-Vetturi u koordinazzjoni tal-infurzar mal-Istati Membri

Emenda    44

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha torganizza u twettaq, jew teħtieġ li jitwettqu, fuq skala adegwata, testijiet u spezzjonijiet ta' vetturi, sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati diġà mqegħdin għad-dispożizzjoni fis-suq, bil-għan li tivverifika li dawk il-vetturi, is-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati jikkonformaw mal-approvazzjonijiet tat-tip u l-leġiżlazzjoni applikabbli kif ukoll biex tiġi żgurata l-korrettezza tal-approvazzjonijiet tat-tip.

L-Aġenzija Ewropea għas-Sorveljanza tal-Vetturi (EVSA) (aktar 'il quddiem "l-Aġenzija") għandha torganizza u twettaq, jew teħtieġ li jitwettqu, fuq skala adegwata, testijiet u spezzjonijiet ta' vetturi, sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati diġà mqegħdin għad-dispożizzjoni fis-suq, bil-għan li tivverifika li dawk il-vetturi, is-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati jikkonformaw mal-approvazzjonijiet tat-tip u l-leġiżlazzjoni applikabbli kif ukoll biex tiġi żgurata l-korrettezza tal-approvazzjonijiet tat-tip.

Emenda    45

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Fil-każ ta' vetturi tal-kategoriji M u N, l-Aġenzija għandha twettaq testijiet każwali ta' sorveljanza tas-suq fuq tal-inqas 20 % tal-mudelli l-ġodda mqegħdin fis-suq tal-Unjoni kull sena biex tivverifika jekk il-vetturi fit-triq jikkonformawx mal-leġiżlazzjoni dwar is-sikurezza u ambjentali tal-Unjoni. Meta tagħżel il-vetturi għall-ittestjar, l-Aġenzija għandha tikkunsidra l-prinċipji stabbiliti tal-valutazzjoni tar-riskju, l-ilmenti, inklużi l-ittestjar minn parti terza, it-teknoloġiji ġodda fis-suq, ir-rapporti minn spezzjonijiet tekniċi perjodiċi u informazzjoni oħra. L-Aġenzija għandha tagħti segwitu għall-ilmenti ssostanzjati.

 

Meta servizz tekniku jiġi maħtur għall-finijiet tal-ittestjar previsti b'dan il-paragrafu, l-Aġenzija għandha tiżgura li jintuża servizz tekniku differenti minn dak li wettaq it-testijiet għall-approvazzjoni tat-tip oriġinali.

Emenda    46

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dawk it-testijiet u spezzjonijiet jistgħu jsiru fuq vetturi ġodda forniti mill-manifatturi jew l-operatur ekonomiku kif previst fil-paragrafu 2 ta' hawn taħt.

Dawk it-testijiet u spezzjonijiet għandhom jitwettqu fuq:

 

-   vetturi, sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati ġodda forniti mill-manifatturi jew mill-operatur ekonomiku kif previst fil-paragrafu 2 ta' hawn taħt;

 

-   vetturi rreġistrati bi qbil mad-detentur tar-reġistrazzjoni tal-vettura.

 

Is-sid tal-vettura għandu jiġi kkumpensat għall-ispejjeż marbuta mat-testijiet.

Emenda    47

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dawn it-testijiet u spezzjonijiet jistgħu iseħħu fil-każ ta' vetturi rreġistrati bi qbil mad-detentur ta' reġistrazzjoni tal-vettura

.

imħassar

Emenda    48

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-manifatturi li jkollhom approvazzjoni tat-tip jew l-operaturi ekonomiċi għandhom, fuq talba, għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni, numru statistikament rilevanti ta' vetturi tal-produzzjoni, sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati magħżulin mill-Kummissjoni li huma rappreżentattivi għall-vetturi, sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati disponibbli għat-tqegħid fis-suq b'dik l-approvazzjoni tat-tip. Dawk il-vetturi, is-sistemi, il-komponenti u unitajiet tekniċi separati għandhom jiġu fornuti għall-ittestjar f'tali żmien u post u għall-perjodu li tkun teħtieġ il-Kummissjoni.

2.  Il-manifatturi li jkollhom approvazzjoni tat-tip jew l-operaturi ekonomiċi għandhom, fuq talba, jipprovdu lill-Aġenzija, għadd statistikament rilevanti ta' vetturi tal-produzzjoni, sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati magħżulin mill-Aġenzija li jkunu rappreżentattivi għall-aħħar għall-vetturi, sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati disponibbli għat-tqegħid fis-suq bl-approvazzjoni tat-tip ikkonċernata. Dawk il-vetturi, is-sistemi, il-komponenti u unitajiet tekniċi separati għandhom jiġu fornuti għall-ittestjar f'tali żmien u post u fit-tali perjodu li tkun teħtieġ l-Aġenzija. Is-sid tal-vettura għandu jiġi kkumpensat għall-ispejjeż marbuta mat-testijiet.

Emenda    49

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 3 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tagħmel l-ittestjar imsemmi fil-paragrafi 1 u 2, l-Istati Membri, għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni d-dejta kollha marbuta mal-approvazzjoni tat-tip tal-vettura, sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati soġġetta għall-ittestjar tal-verifika tal-konformità. Din id-dejta għandha tinkludi tal-inqas l-informazzjoni inkluża fiċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip u l-annessi tiegħu li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 26(1).

Sabiex l-Aġenzija tkun tista' tagħmel l-ittestjar imsemmi fil-paragrafi 1, 1a u 2, l-Istati Membri, għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Aġenzija d-dejta kollha marbuta mal-approvazzjoni tat-tip tal-vettura, sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati soġġetta għall-ittestjar tal-verifika tal-konformità. Din id-dejta għandha tinkludi tal-inqas l-informazzjoni inkluża fiċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip u l-annessi tiegħu kif imsemmi fl-Artikolu 26(1).

Emenda    50

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 3 – subparagrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Istati Membri għandhom jagħtu l-assistenza kollha meħtieġa u jipprovdu d-dokumentazzjoni kollha u appoġġ tekniku ieħor li l-esperti tal-Kummissjoni jitolbu biex ikunu jistgħu jwettqu testijiet, kontrolli u spezzjonijiet.

 

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-esperti tal-Kummissjoni jkollhom aċċess għall-bini kollu jew partijiet tal-bini u għall-informazzjoni, inklużi sistemi tal-kompjuter u softwer, rilevanti għat-twettiq ta' dmirijiethom.

Emenda    51

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Il-manifatturi tal-vetturi għandhom jagħmlu d-dejta li hija meħtieġa għall-fini tal-ittestjar tal-verifika tal-konformità minn partijiet terzi pubblika. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni sabiex tiddefinixxi d-dejta li għandha ssir pubblika u l-kundizzjonijiet għal tali pubblikazzjoni, soġġett għall-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali u l-preservazzjoni tad-dejta personali skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u nazzjonali. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 87(2).

4.  Il-manifatturi tal-vetturi għandhom jagħmlu d-dejta li hija meħtieġa għall-fini tal-ittestjar tal-verifika tal-konformità minn partijiet terzi pubblika. Dik id-dejta għandha tinkludi b'mod partikolari parametri u konfigurazzjonijiet li huma meħtieġa sabiex jiġu rreplikati b'mod preċiż il-kundizzjonijiet tat-test li ġew applikati fiż-żmien tal-ittestjar tal-approvazzjoni tat-tip. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni sabiex tiddefinixxi d-dejta li għandha ssir pubblika u l-kundizzjonijiet għal tali pubblikazzjoni, soġġett għall-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali u l-preservazzjoni tad-dejta personali skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u nazzjonali. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 87(2).

Emenda    52

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 5 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta l-Kummissjoni tistabbilixxi li l-vetturi ttestjati jew spezzjonati ma jikkonformawx mar-rekwiżiti ta' approvazzjoni tat-tip stabbiliti f'dan ir-Regolament jew kwalunkwe att regolatorju elenkat fl-Anness IV jew li l-approvazzjoni tat-tip tkun ingħatat abbażi ta' dejta inkorretta, din għandha titlob skont l-Artikolu 54(8) mingħajr dewmien lill-operatur ikkonċernat biex jieħu l-miżuri korrettivi kollha meħtieġa biex iġib il-vetturi f'konformità ma' dawk ir-rekwiżiti, jew inkella jieħu miżuri restrittivi, jew billi titlob lill-operatur ekonomiku biex jirtira l-vetturi kkonċernati mis-suq, jew li ssejjaħhom lura f'perjodu raġonevoli ta' żmien, skont is-serjetà tan-nuqqas ta' konformità stabbilit.

Meta l-Kummissjoni tistabbilixxi li l-vetturi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati ttestjati jew spezzjonati ma jikkonformawx mar-rekwiżiti ta' approvazzjoni tat-tip stabbiliti f'dan ir-Regolament jew kwalunkwe att regolatorju elenkat fl-Anness IV jew li l-approvazzjoni tat-tip tkun ingħatat abbażi ta' dejta inkorretta, din għandha, mingħajr dewmien, titlob lill-operatur ikkonċernat, skont l-Artikolu 54(8), biex jieħu l-miżuri korrettivi kollha meħtieġa biex iġib il-vetturi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati f'konformità ma' dawk ir-rekwiżiti, jew inkella tieħu miżuri restrittivi, jew billi titlob lill-operatur ekonomiku biex jirtira l-vetturi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati kkonċernati mis-suq, jew li jsejjaħhom lura f'perjodu raġonevoli ta' żmien, skont is-serjetà tan-nuqqas ta' konformità stabbilit.

Emenda    53

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 5 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Kwalunkwe azzjoni korrettiva meħuda mill-Kummissjoni skont it-testijiet ta' verifika tagħha għandha tapplika madwar l-Unjoni u għandha tiġi implimentata mill-awtoritajiet nazzjonali b'mod armonizzat u konsistenti. Tali azzjoni korrettiva madwar l-Unjoni tista' tinkludi l-ħlas ta' kumpens uniformi għall-konsumaturi jekk il-prestazzjoni oriġinali tal-vetturi kienet alterata wara l-azzjoni korrettiva meħuda, u kumpens finanzjarju għal kwalunkwe impatt negattiv estern (f'termini tal-kwalità tal-arja, saħħa pubblika, eċċ.).

Emenda    54

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 5 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport dwar is-sejbiet tagħha wara kull test ta' verifika tal-konformità li twettaq.

L-Aġenzija għandha tippubblika rapporti annwali dwar is-sejbiet tagħha wara kull test ta' verifika tal-konformità li twettaq. Dawk ir-rapporti għandhom ikunu aċċessibbli għall-pubbliku, u għandhom jinkludu informazzjoni dwar ir-riżultati tat-testijiet imwettqa u dwar il-vetturi, is-sistemi, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati li mhumiex konformi, inkluża l-identità tal-manifatturi korrispondenti.

Emenda    55

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 5 – subparagrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Istati Membri għandhom jieħdu azzjoni ta' segwitu xierqa fid-dawl tar-rakkomandazzjonijiet inklużi fir-rapport li jirriżulta mit-testijiet tal-verifika tal-konformità, u għandhom, fuq talba tal-Kummissjoni, jivverifikaw il-funzjonament u l-organizzazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti u jinvestigaw problemi sinifikanti u rikorrenti fl-Istat Membru kkonċernat.

Emenda    56

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a.  L-Istati Membri għandhom jimplimentaw ir-rakkomandazzjonijiet magħmula mill-Aġenzija b'konformità ma' dan l-Artikolu meta dawn ir-rakkomandazzjonijiet jkunu diretti għal Stat Membru wieħed jew aktar. Jekk Stat Membru jonqos milli japplika rakkomandazzjoni maħruġa mill-Aġenzija, jew jiddevja minnha, dak l-Istat Membru għandu jgħarraf lill-Kummissjoni bir-raġunijiet tiegħu għal dan. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta r-raġunijiet mogħtija u fejn ma tqisx il-miżuri meħuda bħala ġġustifikati, hija għandha, b'konsultazzjoni mal-Istat Membru kkonċernat, titlob l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjoni jew l-adozzjoni ta' miżuri alternattivi.

 

F'każijiet fejn in-nuqqas ripetut li jiġu implimentati r-rakkomandazzjonijiet jew il-miżuri alternattivi msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 10(2) iwassal għal nuqqas ta' konformità ma' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tissospendi l-awtorizzazzjoni għall-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip fl-Istat Membru kkonċernat biex taċċetta applikazzjonijiet għal ċertifikati tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE skont l-Artikolu 21.

 

Fi żmien xahrejn mis-sospensjoni ta' din l-awtorizzazzjoni skont it-tieni subparagrafu, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Istati Membri dwar is-sejbiet tagħha fir-rigward tan-nuqqas ta' konformità. Meta jkun meħtieġ, sabiex tiżgura s-sikurezza tal-vetturi, is-sistemi, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati diġà mqegħdin fis-suq, il-Kummissjoni għandha tordna lill-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip ikkonċernati jissospendu, f'perjodu ta' żmien raġonevoli, kwalunkwe ċertifikat li ma kellux jinħareġ.

Emenda    57

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 5b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5b.  L-Aġenzija għandha tiġi ffinanzjata permezz ta' tariffi nazzjonali mħallsa mill-manifattur u imposti fuq il-vetturi ġodda kollha mibjugħa fl-Unjoni skont l-Artikolu 30(2a).

Emenda    58

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Forum għall-Iskambju ta' Informazzjoni dwar l-Infurzar

Forum dwar l-Infurzar u l-Iskambju ta' Informazzjoni

Emenda    59

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u tippresjedi Forum għall-Iskambju ta' Informazzjoni dwar l-Infurzar (“il-Forum”).

1.  Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi Forum dwar l-Infurzar u l-Iskambju ta' Informazzjoni ("il-Forum"). Il-Forum għandu jkun ippresedut mill-Aġenzija.

Emenda    60

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan il-Forum għandu jkun magħmul minn membri maħturin mill-Istati Membri.

Il-Forum għandu jkun magħmul minn membri maħturin mill-Istati Membri u minn rappreżentanti tal-Kummissjoni. Huwa għandu jinkludi, bħala osservaturi, rappreżentanti ta' servizzi tekniċi, organizzazzjonijiet ta' ttestjar minn partijiet terzi, NGOs fil-qasam tas-sikurezza u l-ambjent u gruppi tal-konsumaturi.

Emenda    61

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-kompiti ta' konsulenza tiegħu għandhom jinkludu, inter alia, il-promozzjoni ta' prassi tajba, l-iskambju ta' informazzjoni dwar il-problemi ta' infurzar, il-kooperazzjoni, l-iżvilupp ta' metodi tax-xogħol u għodod, żvilupp ta' proċedura ta' skambju ta' informazzjoni elettronika, l-evalwazzjoni ta' proġetti ta' infurzar armonizzati, il-penali, u l-ispezzjonijiet konġunti.

Il-kompiti tiegħu għandhom jinkludu:

 

(a)   il-kontribut għall-promozzjoni ta' prattiki tajba mmirati sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva u armonizzata ta' dan ir-Regolament, b'mod partikolari fir-rigward tal-valutazzjoni, il-ħatra u l-monitoraġġ ta' korpi maħtura u l-applikazzjoni ġenerali tar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament, u inkluża l-kunsiderazzjoni ta' evidenza jew informazzjoni oħra mitluba minn partijiet terzi rilevanti;

 

(b)   l-assistenza lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fl-attivitajiet tas-sorveljanza tas-suq, inkluża koordinazzjoni tal-attivitajiet tas-sorveljanza tas-suq nazzjonali, fuq bażi reġjonali jew pan-Ewropea;

 

(c)   it-twettiq ta' awditi konġunti tal-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip nazzjonali kull tliet snin biex tiġi vverifikata l-konformità tagħhom mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament u biex jiġi kkontrollat jekk ikunux qed iwettqu dmirijiethom b'mod indipendenti u rigoruż. Dawk l-awditi għandhom jinkludu verifika tal-proċeduri tal-approvazzjoni tat-tip nazzjonali implimentati, kontroll fuq kampjun każwali tal-approvazzjonijiet tat-tip maħruġa u żjara fuq il-post lil servizz tekniku li jaqa' taħt ir-responsabbiltà tal-awtorità riveduta. L-Aġenzija tista' tipparteċipa f'dawk l-awditi u tista' tibbaża d-deċiżjoni tagħha dwar jekk tipparteċipax jew le abbażi ta' analiżi tal-valutazzjoni tar-riskju;

 

(d)   il-valutazzjoni tar-riżultati tar-reviżjonijiet tal-funzjonament tal-attivitajiet tas-sorveljanza tas-suq u l-għoti ta' rakkomandazzjonijiet ġenerali abbażi ta' waħda jew aktar minn dawn ir-reviżjonijiet;

 

(e)   il-valutazzjoni tar-riżultati tal-valutazzjonijiet, kemm skont l-Artikolu 80(3a) kif ukoll wara valutazzjoni konġunta skont l-Artikolu 80(4), tal-funzjonament tas-servizzi tekniċi u l-għoti ta' rakkomandazzjonijiet ġenerali abbażi ta' waħda jew aktar minn dawn ir-reviżjonijiet;

 

(f)   il-valutazzjoni tal-effettività tal-attivitajiet ta' infurzar, inklużi, fejn rilevanti, il-konsistenza u l-effettività ta' kwalunkwe tiswija, sejħa lura jew penali applikata mill-Istati Membri fejn il-vetturi, sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati affettwati min-nuqqas ta' konformità mqegħdin fis-suq f'aktar minn Stat Membru wieħed, u, fejn mitlub mill-Kummissjoni, l-għoti ta' rakkomandazzjonijiet ġenerali li jirriżultaw minn tali valutazzjoni. Dik il-valutazzjoni għandha titwettaq tal-inqas kull sentejn.

Emenda    62

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 2 – subparagrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Id-deċiżjonijiet kollha meħuda u r-rakkomandazzjonijiet li jkun hemm qbil dwarhom mal-Forum għandhom isiru pubbliċi inklużi dawk li jikkonċernaw is-sejħiet lura.

Emenda    63

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  Il-Forum għandu jistabbilixxi kumitat permanenti ta' għaxar awdituri indipendenti u rappreżentant tal-Kummissjoni ("il-kumitat permanenti") sabiex iwettaq awditi regolari tal-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip nazzjonali u tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq bil-ħsieb li jivverifika l-konformità mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament u l-monitoraġġ, b'mod indipendenti, effiċjenti u effettiv, ta' dawk l-awtoritajiet fit-twettiq ta' dmirijiethom.

 

L-awditi għandhom ikunu soġġetti għal skrutinju indipendenti u għandhom jitwettqu b'mod trasparenti.

 

Huma għandhom jinkludu dan li ġej, kif xieraq:

 

(a)   valutazzjoni tal-proċeduri u l-protokolli applikati fl-awtoritrajiet tal-approvazzjoni tat-tip u tas-sorveljanza tas-suq;

 

(b)   valutazzjoni tal-ħatra tas-servizzi tekniċi;

 

(c)   żjarat fuq il-post u intervisti ma' persunal tal-awtoritajiet nazzjonali u s-servizzi tekniċi maħtura;

 

(d)   kontrolli fuq il-laboratorji, faċilitajiet, strumenti tal-kejl u metodi ta' kampjunar;

 

(e)   valutazzjoni tal-approvazzjonijiet tat-tip maħruġa;

 

(f)   kull attività oħra meħtieġa biex ikunu identifikati każijiet ta' nuqqas ta' konformità.

 

L-awdituri jistgħu jikkuntrattaw lil parti terza biex tassisti fl-awditi.

 

L-awdituri, u l-partijiet terzi kkuntrattati, għandhom iwettqu dmirijiethom b'mod indipendenti u imparzjali. Huma għandhom josservaw il-kunfidenzjalità fejn ikun hemm bżonn sabiex iħarsu s-sigrieti kummerċjali, soġġett għall-obbligu tal-għoti ta' informazzjoni stabbilit fl-Artikolu 9(3) sakemm ikun hemm bżonn sabiex ikun protett l-interess tal-utenti u taċ-ċittadini fl-Unjoni.

 

L-Istati Membri għandhom jagħtu l-assistenza kollha meħtieġa u għandhom jipprovdu d-dokumentazzjoni u l-appoġġ kollu li l-awdituri jistgħu jitolbu biex ikunu jistgħu jwettqu dmirijiethom.

 

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awdituri jingħataw aċċess għall-bini kollu jew partijiet tal-bini u għall-informazzjoni kollha, inkluża l-informazzjoni miżmuma f'sistemi tal-kompjuter u softwer, rilevanti għat-twettiq ta' dmirijiethom.

 

Il-Forum għandu jagħmel ir-riżultati tal-awditi disponibbli għall-Istati Membri u għall-Kummissjoni.

 

L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jieħdu azzjoni ta' segwitu xierqa fid-dawl tal-informazzjoni u r-rakkomandazzjonijiet inklużi fir-rapporti li jirriżultaw mill-awditi.

Emenda    64

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 88 biex tistabbilixxi l-għamla, il-proċess ta' ħatra, il-kompiti ddettaljati, il-metodi ta' ħidma u r-regoli tal-proċedura tal-Forum.

3.  Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 88 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi l-għamla, il-proċess ta' ħatra, il-kompiti ddettaljati, il-metodi ta' ħidma u r-regoli tal-proċedura tal-Forum u tal-kumitat permanenti tal-awdituri.

Emenda    65

Proposta għal regolament

Artikolu 10a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 10a

 

Bażi ta' dejta tal-approvazzjoni tat-tip online

 

1.   Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u tmantni bażi ta' dejta tal-approvazzjoni tat-tip online, li tikkonsisti f'żewġ interfaċċji differenti: l-interfaċċja tal-pubbliku u l-interfaċċja tal-konformità.

 

2.   L-interfaċċja tal-pubbliku għandu jkun fiha l-informazzjoni stabbilita fl-Anness IX għal dan ir-Regolament, ir-riżultati tat-test, l-ispeċifikazzjonijiet tal-ittestjar u l-identità tas-servizzi tekniċi u l-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip involuti fl-istadji differenti tal-approvazzjoni tat-tip, li jirrispettaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

 

(a)   l-informazzjoni għandha tingħata mingħajr ħlas;

 

(b)   l-informazzjoni jeħtieġ li tingħata b'mod faċli għall-utent;

 

(c)   l-informazzjoni jeħtieġ li tkun tista' titfittex bis-sħiħ u f'format diġitali.

 

3.   L-interfaċċja tal-konformità għandha tkun aċċessibbli għall-Istati Membri, l-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u l-Kummissjoni u għandu jkun fiha l-informazzjoni stabbilita fil-paragrafu 2 u l-informazzjoni stabbilita fl-Annessi I u III għal dan ir-Regolament, li jirrispettaw ir-rekwiżiti li ġejjin:

 

(a)   għandhom jiġu żgurati arranġamenti ta' sikurezza stretta għas-salvagwardja ta' informazzjoni kunfidenzjali;

 

(b)   id-drittijiet ta' aċċess jeħtieġ li jkunu bbażati fuq il-prinċipju tal-ħtieġa ta' tagħrif;

 

(c)   jeħtieġ li tiġi pprovduta link għas-Sistema ta' Informazzjoni u Komunikazzjoni għas-Sorveljanza tas-Suq (ICSMS) imwaqqfa skont l-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008.

 

4.   L-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip għandhom jinkludu fil-bażi ta' dejta tal-konformità l-informazzjoni meħtieġa mill-Annessi I u III għal dan ir-Regolament mal-ħruġ jew l-irtirar ta' approvazzjoni tat-tip ġdida, informazzjoni dwar in-nuqqas ta' konformità mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament, u informazzjoni dwar kwalunkwe azzjoni korrettiva prevista u meħuda.

 

5.   Meta jdaħħlu informazzjoni fil-bażi ta' dejta, l-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip għandhom iżommu d-dritt li jaċċessaw dik l-informazzjoni u d-dritt li jimmodifikawha. Kwalunkwe bidla mwettqa għandha tkun iddatata u viżibbli b'mod ċar. Id-dejta fl-interfaċċja tal-konformità għandha tintuża biss għall-għanijiet marbuta mal-infurzar skont dan ir-Regolament, u kwalunkwe att adottat skontu, u kull użu mhux awtorizzat, għandhom ikunu pprojbiti.

 

6.   Il-bażijiet ta' dejta għandhom ikunu stabbiliti b'mod li jitnaqqas kemm jista' jkun il-piż amministrattiv, u skont il-prinċipji tal-faċilità tal-użu mill-utent u tal-kost-effettività. L-eżistenza ta' bażi ta' dejta tal-approvazzjoni tat-tip online m'għandhiex tissostitwixxi jew timmodifika r-responsabbiltajiet tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq.

 

7.   Biex tiġi ttestjata l-adegwatezza tal-użu tal-IMI għall-fini tal-iskambju ta' informazzjoni abbażi ta' dan l-Artikolu, għandu jitnieda proġett pilota sa ... [3 xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].

 

8.   Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 88 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tispeċifika d-dettalji operazzjonali li jikkonċernaw l-istabbiliment ta' bażi ta' dejta tal-approvazzjoni tat-tip online.

Emenda    66

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.   Meta japplikaw għal approvazzjoni tat-tip tal-UE, il-manifatturi għandhom juru u jiddikjaraw bil-miktub lill-awtorità tal-approvazzjoni li d-disinn ta' vetturi, sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati ma jinkorporax strateġiji li jnaqqsu b'mod mhux meħtieġ il-prestazzjoni murija waqt proċeduri ta' test rilevanti meta l-vetturi, is-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati jitħaddmu taħt kundizzjonijiet li jistgħu jkunu raġonevolment mistennija li jiġu ffaċċjati fit-tħaddim u fl-użu normali.

Emenda    67

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-manifattur għandu jgħarraf minnufih lill-awtorità tal-approvazzjoni li tkun tat l-approvazzjoni fid-dettall dwar in-nuqqas ta' konformità u dwar kwalunkwe miżuri meħuda.

Il-manifattur għandu jgħarraf minnufih lill-awtorità tal-approvazzjoni li tkun tat l-approvazzjoni u lill-Aġenzija fid-dettall dwar in-nuqqas ta' konformità u dwar kwalunkwe miżuri meħuda.

Emenda    68

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 4 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-manifattur għandu, fuq talba motivata minn awtorità nazzjonali, jipprovdi lil dik l-awtorità, permezz tal-awtorità tal-approvazzjoni, b'kopja taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE jew bl-awtorizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 55(1) li turi l-konformità tal-vettura, tas-sistema, tal-komponent jew tal-unità teknika separata, b'lingwa li tista' tinftiehem faċilment mill-awtorità nazzjonali.

Il-manifattur għandu, fuq talba motivata minn awtorità nazzjonali jew l-Aġenzija, jipprovdilha, permezz tal-awtorità tal-approvazzjoni, b'kopja taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE jew bl-awtorizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 55(1) li turi l-konformità tal-vettura, tas-sistema, tal-komponent jew tal-unità teknika separata, b'lingwa li tista' tinftiehem faċilment mill-awtorità nazzjonali kkonċernata.

Emenda    69

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  isegwi talba motivata minn awtorità tal-approvazzjoni, jipprovdi lil dik l-awtorità bl-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex tintwera l-konformità tal-produzzjoni ta' vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata;

(b)  wara talba motivata minn awtorità tal-approvazzjoni jew mill-Aġenzija, jipprovdilha l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex tintwera l-konformità tal-produzzjoni ta' vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata, inklużi kwalunkwe speċifikazzjoni teknika fl-approvazzjoni tat-tip u aċċess għal softwer u algoritmi kif mitlub;

Emenda    70

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  Jikkoopera mal-awtoritajiet tal-approvazzjoni jew tas-sorveljanza tas-suq, fuq it-talba tagħhom, dwar kull azzjoni meħuda biex telimina r-riskju serju li jirrappreżentaw vetturi, sistemi, komponenti, unitajiet tekniċi separati, parts jew tagħmir koperti minn dak il-mandat tagħhom;

(c)  jikkoopera mal-awtoritajiet tal-approvazzjoni jew tas-sorveljanza tas-suq jew mal-Aġenzija, fuq it-talba tagħhom, dwar kull azzjoni meħuda biex telimina r-riskju serju li jirrappreżentaw vetturi, sistemi, komponenti, unitajiet tekniċi separati, parts jew tagħmir koperti minn dak il-mandat tagħhom;

Emenda    71

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

6a.  L-importatur għandu jgħarraf minnufih lill-manifattur dwar ilmenti u rapporti relatati ma' riskji, inċidenti suspetti, u kwistjonijiet ta' nuqqas ta' konformità li jikkonċernaw vetturi, sistemi, komponenti, unitajiet tekniċi separati, parts jew tagħmir importati.

Emenda    72

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-approvazzjoni tat-tip tal-UE għall-istadju finali tal-ikkompletar għandha tingħata biss wara li l-awtorità tal-approvazzjoni tkun ivverifikat li t-tip approvat ta' vettura fl-istadju finali jissodisfa r-rekwiżiti tekniċi applikabbli kollha fil-mument tal-approvazzjoni. Verifika għandha tinkludi kontroll dokumentarju tar-rekwiżiti kollha koperti minn approvazzjoni tat-tip tal-UE għal tip ta' vettura mhux kompleta mogħtija matul il-kors tal-proċedura f'diversi stadji, anki meta din tkun ingħatat għal kategorija differenti ta' vettura.

4.  L-approvazzjoni tat-tip tal-UE għall-istadju finali tal-ikkompletar għandha tingħata biss wara li l-awtorità tal-approvazzjoni tkun ivverifikat li t-tip approvat ta' vettura fl-istadju finali jissodisfa r-rekwiżiti tekniċi applikabbli kollha fil-mument tal-approvazzjoni. Verifika għandha tinkludi kontroll dokumentarju tar-rekwiżiti kollha koperti minn approvazzjoni tat-tip tal-UE għal tip ta' vettura mhux kompleta mogħtija matul il-kors tal-proċedura f'diversi stadji, anki meta din tkun ingħatat għal kategorija differenti ta' vettura. L-awtorità li tapprova l-vettura fl-istadju finali tagħha għandha tkun responsabbli biex tiżgura li l-vettura kompleta tissodisfa r-rekwiżiti kollha, u għandha, fejn meħtieġ, tirrepeti testijiet oriġinali biex tivverifika li l-prestazzjoni ta' sistemi u komponenti li kienu approvati b'mod separat ikunu għadhom konformi ma' dawk l-approvazzjonijiet tat-tip meta inkorporati f'vettura kompleta.

Emenda    73

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

6a.  Il-manifattur għandu jagħmel disponibbli għall-awtorità tal-approvazzjoni l-vetturi, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati kollha meħtieġa skont id-Direttivi jew ir-Regolamenti separati rilevanti għat-twettiq tat-testijiet meħtieġa.

Emenda    74

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)  deskrizzjonijiet tekniċi dettaljati u speċifikazzjonijiet ta' kalibrazzjoni għall-komponenti kollha relatati mal-emissjonijiet (Strateġija ta' Emissjonijiet Bażi);

Emenda    75

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 1 – punt bb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(bb)  lista tal-apparati ta' manipulazzjoni kollha jew kwalunkwe Strateġija ta' Emissjonijiet Awżiljarja, inkluża deskrizzjoni tal-parametri li huma mmodifikati minn kwalunkwe AES u l-kundizzjonijiet ta' limitu li skonthom topera dik l-AES, u indikazzjoni ta' liema AES u BES x'aktarx li jkunu attivi taħt firxa ta' kundizzjonijiet tal-ambjent, deskrizzjonijiet tekniċi dettaljati u speċifikazzjonijiet ta' kalibrazzjoni, u ġustifikazzjoni dettaljata ta' kull apparat ta' manipulazzjoni li jirriżulta fi tnaqqis tal-effettività tas-sistema ta' kontroll tal-emissjonijiet, flimkien ma' dikjarazzjoni tar-raġunijiet għaliex l-apparat ta' manipulazzjoni użat mhuwiex apparat ta' manipulazzjoni pprojbit skont l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 715/2007;

Emenda    76

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-folder ta' informazzjoni għandu jiġi fornut f'format elettroniku li għandu jiġi pprovdut mill-Kummissjoni iżda għandu jiġi fornut ukoll f'format stampat.

2.  Il-folder ta' informazzjoni għandu jiġi fornut f'format elettroniku li għandu jiġi pprovdut mill-Kummissjoni. Dan jista' jiġi fornut addizzjonalment f'format stampat.

Emenda    77

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  Fejn titressaq applikazzjoni għal approvazzjoni tat-tip tal-vettura sħiħa, il-manifattur għandu jipprovdi informazzjoni dettaljata, inklużi spjegazzjonijiet tekniċi, dwar kwalunkwe Strateġija Awżiljarja tal-Magna użata barra mill-kamp ta' applikazzjoni tal-kundizzjonijiet speċifikati fl-atti leġiżlattivi rilevanti tal-Unjoni u fil-proċeduri tal-ittestjar.

Emenda    78

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 4 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-awtorità tal-approvazzjoni u s-servizzi tekniċi għandu jkollhom aċċess għas-softwer u l-algoritmi tal-vettura.

L-awtorità tal-approvazzjoni u s-servizzi tekniċi għandu jkollhom aċċess għas-softwer u l-ħardwer relatati mas-sikurezza u l-emissjonijiet u għall-algoritmi tal-vettura u għandhom jingħataw informazzjoni xierqa dwar il-proċess tal-iżvilupp tas-sistema tas-softwer u l-ħardwer ikkonċernati, filwaqt li jitqiesu l-funzjonijiet rispettivi tagħhom.

Emenda    79

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 4 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-manifattur għandu jikkomunika lill-awtorità tal-approvazzjoni u lis-servizz tekniku responsabbli, f'formola standardizzata, il-verżjoni tas-softwer relatat mas-sikurezza u l-emissjonijiet użata fil-mument tal-applikazzjoni għal approvazzjoni tat-tip. Sabiex jiġu identifikati bidliet illegali sussegwenti għas-softwer, is-servizz tekniku għandu jkun intitolat jimmarka s-softwer billi jissettja parametri korrispondenti.

Emenda    80

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 4 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-awtorità ta' approvazzjoni tista', fuq talba motivata, titlob ukoll lill-manifattur iforni kull informazzjoni addizzjonali meħtieġa biex tkun tista' tieħu Deċiżjoni dwar liema testijiet huma meħtieġa, jew inkella biex tiffaċilita t-twettiq ta' dawk it-testijiet.

L-awtorità ta' approvazzjoni u s-servizz tekniku responsabbli jistgħu, fuq talba motivata, jitolbu wkoll lill-manifattur iforni kull informazzjoni addizzjonali li tkun meħtieġa biex ikunu jistgħu jieħdu deċiżjoni dwar liema testijiet huma meħtieġa, jew inkella biex jiffaċilitaw it-twettiq ta' dawk it-testijiet.

Emenda    81

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 4 – subparagrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-awtorità ta' approvazzjoni u s-servizz tekniku responsabbli għandhom josservaw il-kunfidenzjalità fejn ikun hemm bżonn sabiex iħarsu s-sigrieti kummerċjali, sakemm id-divulgazzjoni tagħhom ma tkunx fl-interess pubbliku, soġġett għall-obbligu li tingħata l-informazzjoni stabbilit fl-Artikolu 9(3) sabiex ikunu protetti l-interessi tal-utenti fl-Unjoni.

Emenda    82

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 2 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca)  il-validità tal-ġustifikazzjoni mogħtija għall-installazzjoni ta' apparat ta' manipulazzjoni skont l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 715/2007;

Emenda    83

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  L-awtorità tal-approvazzjoni għandha tirrifjuta li tagħti approvazzjoni tat-tip tal-UE meta hija ssib li tip ta' vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata, minkejja li huwa konformi mar-rekwiżiti applikabbli, jippreżenta riskju serju għas-sikurezza jew jista' jkun ta' dannu serju għall-ambjent jew għas-saħħa pubblika. F'dak il-każ, hija għandha tibgħat minnufih lill-awtoritajiet tal-approvazzjoni tal-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni fajl dettaljat li jispjega r-raġunijiet għad-Deċiżjoni tagħha u li jistabbilixxi l-evidenza għas-sejbiet tagħha.

5.  L-awtorità tal-approvazzjoni għandha tirrifjuta li tagħti approvazzjoni tat-tip tal-UE meta hija ssib li tip ta' vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata, minkejja li huwa konformi mar-rekwiżiti applikabbli, jippreżenta riskju għas-sikurezza jew jista' jkun ta' dannu serju għall-ambjent jew għas-saħħa pubblika. F'dak il-każ, hija għandha tibgħat minnufih lill-awtoritajiet tal-approvazzjoni tal-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni fajl dettaljat li jispjega r-raġunijiet għad-Deċiżjoni tagħha u li jistabbilixxi l-evidenza għas-sejbiet tagħha.

Emenda    84

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a.  L-awtorità tal-approvazzjoni tista' tirrifjuta li tapprova apparat ta' manipulazzjoni tal-kontroll tal-emissjonijiet tal-vettura fuq il-bażi tal-informazzjoni inkluża fil-folder ta' informazzjoni.

 

L-awtorità tal-approvazzjoni għandha tirrifjuta li tagħti approvazzjoni tat-tip tal-UE fejn issib li apparat ta' manipulazzjoni jkun ġie inkorporat illegalment.

Emenda    85

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

6a.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 88 li jissupplimentaw lil dan ir-Regolament billi tistabbilixxi l-kriterji li skonthom applikazzjoni għal waħda mill-eċċezzjonijiet għall-projbizzjoni ta' apparat ta' manipulazzjoni tal-kontroll tal-emissjonijiet tal-vettura skont l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 għandha tiġi evalwata u l-kundizzjonijiet li skonthom tista' tiġi approvata jew miċħuda.

Emenda    86

Proposta għal regolament

Artikolu 25 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-awtorità tal-approvazzjoni għandha tibgħat, f'intervalli ta' tliet xhur, lill-awtoritajiet tal-approvazzjoni tal-Istati Membri l-oħrajn u l-Kummissjoni, lista tal-approvazzjonijiet tat-tip tal-UE għal sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati li hija ħarġet, emendat, irrifjutat li tagħti jew irtirat matul il-perjodu preċedenti. Dik il-lista għandha tinkludi l-informazzjoni speċifikata fl-Anness XIV.

2.  Kull tliet xhur, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha tibgħat lill-awtoritajiet tal-approvazzjoni tal-Istati Membri l-oħrajn, lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija, lista tal-approvazzjonijiet tat-tip tal-UE għal sistemi, komponenti jew unitajiet tekniċi separati li hija ħarġet, emendat, irrifjutat li tagħti jew irtirat matul il-perjodu preċedenti. Dik il-lista għandha tinkludi l-informazzjoni speċifikata fl-Anness XIV.

Emenda    87

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-konformità mar-rekwiżiti tekniċi ta' dan ir-Regolament u tal-atti regolatorji elenkati fl-Anness IV għandha tintwera permezz ta' testijiet xierqa b'konformità mal-atti regolatorji rilevanti elenkati fl-Anness IV, imwettqa mis-servizzi tekniċi nnominati.

1.  Il-konformità mar-rekwiżiti tekniċi ta' dan ir-Regolament u tal-atti regolatorji elenkati fl-Anness IV għandha tintwera permezz ta' testijiet xierqa b'konformità mal-atti regolatorji rilevanti elenkati fl-Anness IV, imwettqa biss u fis-sħuħija tagħhom, mis-servizzi tekniċi nnominati, mill-awtorità nazzjonali rilevanti jew mill-Kummissjoni.

Emenda    88

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-manifattur għandu jipprovdi lill-awtorità tal-approvazzjoni bil-vetturi, is-sistemi, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati li huma mitluba skont l-atti rilevanti elenkati fl-Anness IV għat-twettiq tat-testijiet meħtieġa.

2.  Il-manifattur għandu jipprovdi lis-servizz tekniku l-vetturi, is-sistemi, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati li huma mitluba skont l-atti rilevanti elenkati fl-Anness IV għat-twettiq tat-testijiet meħtieġa.

Emenda    89

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  It-testijiet meħtieġa għandhom jitwettqu fuq dawk il-vetturi, is-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati li huma rappreżentattivi tat-tip li jrid jiġi approvat.

3.  It-testijiet meħtieġa għandhom jitwettqu fuq dawk il-vetturi, is-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati li huma strettament rappreżentattivi tat-tip li jrid jiġi approvat.

Emenda    90

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 3 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Fil-każ ta' approvazzjoni tat-tip tal-vettura kollha, l-awtoritajiet għandhom jiżguraw li l-vetturi magħżula għall-ittestjar ma jwasslux għal riżultati sistematikament diverġenti mill-prestazzjoni ta' dawk il-vetturi meta jitħaddmu taħt kundizzjonijiet li jistgħu jkunu raġonevolment mistennija li jiġu ffaċċjati fit-tħaddim u fl-użu normali.

Emenda    91

Proposta għal regolament

Artikolu 28 – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a.  Il-manifatturi tal-vetturi għandhom jagħmlu pubblika d-dejta li hija meħtieġa għall-fini tal-ittestjar tal-verifika tal-konformità minn partijiet terzi. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni sabiex tiddefinixxi d-dejta li għandha ssir pubblika u l-kundizzjonijiet għal tali pubblikazzjoni, soġġett għall-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali u l-preservazzjoni tad-dejta personali skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u nazzjonali. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 87(2).

Emenda    92

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Sabiex tivverifika li vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata huma konformi mat-tip approvat, l-awtorità tal-approvazzjoni li tkun tat l-approvazzjoni tat-tip tal-UE għandha twettaq il-kontrolli jew mit-testijiet meħtieġa għall-approvazzjoni tat-tip tal-UE, fuq kampjuni meħuda fil-bini tal-manifattur, inklużi l-faċilitajiet tal-produzzjoni.

4.  Sabiex tivverifika li vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata huma konformi mat-tip approvat, l-awtorità tal-approvazzjoni li tkun tat l-approvazzjoni tat-tip tal-UE għandha twettaq il-kontrolli jew it-testijiet meħtieġa għall-approvazzjoni tat-tip tal-UE, fuq kampjuni meħuda każwalment fil-bini tal-manifattur, inklużi l-faċilitajiet tal-produzzjoni jew l-istabbiliment tal-kummerċ. Dawk it-testijiet għandhom jitwettqu minn servizz tekniku differenti minn dak li wettaq l-ittestjar oriġinali għall-fini tal-approvazzjoni tat-tip.

Emenda    93

Proposta għal regolament

Artikolu 29 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Awtorità tal-approvazzjoni li tkun tat approvazzjoni tat-tip tal-UE u li tistabbilixxi li l-manifattur ma għadux jipproduċi l-vetturi, is-sistemi, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati f'konformità mat-tip approvat, jew li tistabbilixxi li ċ-ċertifikati ta' konformità ma għadhomx konformi mal-Artikoli 34 u 35, anki jekk il-produzzjoni titkompla, għandha tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tiżgura li l-proċedura għall-konformità tal-produzzjoni tiġi segwita b'mod korrett jew inkella tirtira l-approvazzjoni tat-tip.

5.  Meta awtorità tal-approvazzjoni li tkun tat approvazzjoni tat-tip tal-UE tistabbilixxi li l-manifattur ma għadux jipproduċi l-vetturi, is-sistemi, il-komponenti jew l-unitajiet tekniċi separati f'konformità mat-tip approvat, jew li tistabbilixxi li ċ-ċertifikati ta' konformità ma għadhomx konformi mal-Artikoli 34 u 35, anki jekk il-produzzjoni titkompla, hija għandha tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tiżgura li l-proċedura għall-konformità tal-produzzjoni tiġi segwita b'mod korrett u immedjatament terġa' tinġieb f'konformità jew inkella għandha tirtira l-approvazzjoni tat-tip.

Emenda    94

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu struttura tat-tariffi nazzjonali sabiex ikopru l-kostijiet għall-attivitajiet ta' approvazzjonijiet tat-tip u ta' sorveljanza tas-suq tagħhom kif ukoll għall-ittestjar u l-ispezzjonijiet tal-approvazzjoni tat-tip u l-konformità tal-produzzjoni mwettqin mis-servizzi tekniċi li għażlu.

1.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu struttura tat-tariffi nazzjonali sabiex ikopru l-kostijiet għall-attivitajiet ta' approvazzjoni tat-tip u l-attivitajiet ta' sorveljanza tas-suq tagħhom kif ukoll għall-ittestjar u l-ispezzjonijiet tal-approvazzjoni tat-tip u l-konformità tal-produzzjoni mwettqin mis-servizzi tekniċi li għażlu. It-tariffi ma għandhomx ikunu imposti direttament mis-servizzi tekniċi.

 

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ma jkun hemm l-ebda kunflitt ta' interess bejn l-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip u tas-sorveljanza tas-suq nazzjonali, is-servizzi tekniċi u l-manifatturi.

Emenda    95

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Dawn it-tariffi nazzjonali għandhom ikunu imposti fuq il-manifatturi li jkunu applikaw għall-approvazzjoni tat-tip fl-Istat Membru kkonċernat. It-tariffi ma għandhomx ikunu imposti direttament mis-servizzi tekniċi.

2.  It-tariffi nazzjonali rigward l-attivitajiet ta' approvazzjoni tat-tip għandhom ikunu imposti fuq il-manifatturi li jkunu applikaw għall-approvazzjoni tat-tip fl-Istat Membru kkonċernat.

 

It-tariffi miġbura għandhom jintużaw esklussivament għall-fini tal-ittestjar tal-approvazzjoni tat-tip.

Emenda    96

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  It-tariffi nazzjonali fir-rigward l-attivitajiet ta' sorveljanza tas-suq għandhom jiġu imposti fuq il-manifatturi mill-Istat Membru fejn il-prodotti kkonċernati jitqiegħdu fis-suq u għandhom jammontaw għal EUR 10 għal kull vettura mibjugħa.

 

It-tariffi miġbura għandhom jintużaw esklussivament għall-fini tal-attivitajiet ta' sorveljanza tas-suq.

 

L-Istati Membri għandhom ta' kull sena jinnotifikaw id-dettalji tat-tariffi miġbura u l-kost totali annwali tal-ittestjar tas-sorveljanza mwettaq b'konsegwenza, lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni permezz tal-Forum. L-ewwel tali notifika għandha sseħħ fi ... [sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].

Emenda    97

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   L-istruttura tat-tariffi nazzjonali, għandha tkopri wkoll l-ispejjeż għall-ispezzjonijiet u t-testijiet ta' verifika tal-konformità mwettqa mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 9. Dawn il-kontribuzzjonijiet għandhom jikkostitwixxu d-dħul estern assenjat għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea, skont l-Artikolu 21(4) tar-Regolament Finanzjarju26 .

3.   It-tariffi nazzjonali li jikkonċernaw l-attivitajiet ta' sorveljanza tas-suq, għandhom ikopru wkoll l-ispejjeż għall-ispezzjonijiet u t-testijiet ta' verifika tal-konformità mwettqa mill-Aġenzija skont l-Artikolu 9. Dawn il-kontribuzzjonijiet għandhom jikkostitwixxu d-dħul estern assenjat għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea, skont l-Artikolu 21(4) tar-Regolament Finanzjarju26.

__________________

__________________

26Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1–96).

26Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).

Emenda    98

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.   Il-Kummissjoni tista' tadotta l-atti ta' implimentazzjoni sabiex tiddefinixxi ż-żieda msemmija fil-paragrafu 3 li trid tiġi applikata għat-tariffi nazzjonali msemmijin fil-paragrafu 1. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 87(2).

5.   Il-Kummissjoni tista' tadotta l-atti ta' implimentazzjoni sabiex tiddefinixxi ż-żieda msemmija fil-paragrafu 3 li trid tiġi applikata għat-tariffi nazzjonali li jikkonċernaw l-attivitajiet tas-sorveljanza tas-suq imsemmijin fil-paragrafu 2a. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 87(2).

Emenda    99

Proposta għal regolament

Artikolu 32 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-emenda għandha tissejjaħ ‘reviżjoni' meta l-awtorità tal-approvazzjoni ssib li, minkejja l-bidla fid-dettalji rreġistrati fil-pakkett ta' informazzjoni, it-tip ikkonċernat ta' vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata jkompli jkun konformi mar-rekwiżiti applikabbli għal dan it-tip u li, għalhekk, ma hemmx bżonn li jiġu ripetuti spezzjonijiet jew testijiet.

L-emenda għandha tissejjaħ 'reviżjoni' meta l-awtorità tal-approvazzjoni ssib li, minkejja l-bidla fid-dettalji rreġistrati fil-pakkett ta' informazzjoni, it-tip ikkonċernat ta' vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata jkompli jkun konformi mar-rekwiżiti applikabbli għal dan it-tip u li, għalhekk, ma hemmx bżonn li jiġu ripetuti spezzjonijiet jew testijiet. Fl-evalwazzjoni ta' dawn ir-reviżjonijiet, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha tqis ir-riżultati tal-attivitajiet ta' sorveljanza tas-suq rilevanti mwettqa skont l-A