Proċedura : 2016/2192(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0093/2017

Testi mressqa :

A8-0093/2017

Dibattiti :

PV 26/04/2017 - 19
CRE 26/04/2017 - 19

Votazzjonijiet :

PV 27/04/2017 - 5.31

Testi adottati :

P8_TA(2017)0162

RAPPORT     
PDF 721kWORD 64k
28.3.2017
PE 593.861v02-00 A8-0093/2017

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għas-sena finanzjarja 2015

(2016/2192(DEC))

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

Rapporteur: Inés Ayala Sender

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għas-sena finanzjarja 2015

(2016/2192(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għas-sena finanzjarja 2015,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta tal-Uffiċċju(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2015 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Frar 2017 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Uffiċċju fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2015 (05873/2017 – C8-0078/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 439/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Mejju 2010 li jistabbilixxi Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 36 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0093/2017),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju għas-sena finanzjarja 2015;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għas-sena finanzjarja 2015

(2016/2192(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għas-sena finanzjarja 2015,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta tal-Uffiċċju(6),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(7) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2015 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Frar 2017 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Uffiċċju fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2015 (05873/2017 – C8-0078/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(8), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 439/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Mejju 2010 li jistabbilixxi Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil(9), u b'mod partikolari l-Artikolu 36 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(10), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0093/2017),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għas-sena finanzjarja 2015;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għas-sena finanzjarja 2015

(2016/2192(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għas-sena finanzjarja 2015,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0093/2017),

A.  billi, skont ir-rapporti finanzjarji tiegħu, il-baġit finali tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil ("l-Uffiċċju") għas-sena finanzjarja 2015 kien jammonta għal EUR 15 944 846, li jirrappreżenta żieda ta' 1,76 % meta mqabbel mal-baġit għall-2014; billi 94 % tal-baġit tal-Uffiċċju huwa derivat mill-baġit tal-Unjoni,

B.  billi l-Qorti tal-Awdituri ("il-Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Uffiċċju għas-sena finanzjarja 2015 ("ir-rapport tal-Qorti") stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Uffiċċju huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari,

C.  billi, fil-kuntest tal-proċedura ta' kwittanza, l-awtorità ta' kwittanza tisħaq fuq l-importanza speċjali li nkomplu nsaħħu l-leġittimità demokratika tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni permezz ta' titjib fit-trasparenza u r-responsabbiltà, bl-implimentazzjoni tal-kunċett ta' bbaġitjar abbażi tal-prestazzjoni u governanza tajba tar-riżorsi umani;

Segwitu għall-kwittanza 2012, 2013 u 2014

1.  Jinnota bi tħassib l-għadd kbir ta' kwistjonijiet pendenti u miżuri korrettivi li għadhom għaddejjin b'risposta għall-kummenti tal-Qorti fl-2012, 2013 u 2014 relatati ma' proċeduri ta' reklutaġġ, pagamenti tard, rata għolja ta' bidla fil-persunal u r-rimborż tal-ispejjeż; jistieden lill-Uffiċċju jikkompleta għadd ta' azzjonijiet korrettivi kemm jista' jkun kbir fl-2017;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

2.  Jinnota li l-isforzi ta' monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2015 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 93,74 %, li tfisser żieda ta' 9,05 % meta mqabbel mal-2014; jinnota, barra minn hekk, li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 77,32 %, li tfisser żieda ta' 5,99 % meta mqabbel mal-2014;

3.  Ifakkar li, skont deċiżjoni mid-Direttur Eżekuttiv, il-parteċipanti f'laqgħat organizzati mill-Uffiċċju huma klassifikati f'waħda mit-tliet kategoriji (A, B jew C) għal rimborżi tal-ispejjeż; jieħu nota tal-fatt li l-parteċipanti tal-kategorija "A", li huma mistennija jassumu rwol speċifiku fil-laqgħat, jirċievu rimborż b'rata fissa għall-ispejjeż għall-ivvjaġġar u s-sussistenza ta' kuljum, filwaqt li l-parteċipanti tal-kategorija "B" jirċievu rimborż b'rata fissa għall-ispejjeż għall-ivvjaġġar biss u l-parteċipanti tal-kategorija "C" mhuma eliġibbli għall-ebda rimborż; jirrimarka li l-għadd ta' parteċipanti klassifikati bħala riċevituri ta' rimborżi tal-kategorija "A" żdiedu minn 69 % fl-2014 għal 52 % fl-2015; jinnota li l-azzjoni dwar il-kjarifika tal-kategorija applikabbli ta' rimborż fl-ittri ta' stedina ġiet ikkompletata;

4.  Jinnota bi tħassib li, skont ir-rapport tal-Qorti, fl-2015 l-Uffiċċju għamel 1 024 (29,2 %) pagament wara l-limiti ta' żmien stabbiliti fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(11), li jirrappreżentaw żieda ta' 0,6 % meta mqabbla mas-sena preċedenti u dan jirriżulta f'dewmien medju ta' 29 jum għal pagamenti tard; jirrikonoxxi li matul it-tieni nofs tal-2015, l-Uffiċċju stabbilixxa strateġija li tipprevedi diversi miżuri biex inaqqsu l-pagamenti tard; jilqa' l-fatt li wara l-implimentazzjoni ta' dawk il-miżuri, il-pagamenti tard naqsu b'mod sinifikanti, minn 38,3 % fil-perjodu ta' bejn Jannar u Awwissu 2015 sa 12,6 % fil-perjodu minn Settembru sa Diċembru 2015; jinnota li minkejja din ix-xejra pożittiva, li baqgħet sejra sax-xahar ta' Mejju 2016, ir-rata ta' pagamenti tard żdiedet minn Ġunju 2016 minħabba żieda fl-attivitajiet operattivi tal-Uffiċċju, u b'hekk ukoll fin-numru ta' tranżazzjonijiet finanzjarji li ġew pproċessati mill-istess numru ta' membri tal-persunal; jinnota li, f'Novembru 2016, il-funzjoni tal-inizjazzjoni finanzjarja ġiet deċentralizzata għad-Dipartimenti Operattivi u l-Unitajiet Amministrattivi, filwaqt li l-funzjoni ta' verifikazzjoni baqgħet ċentralizzata fid-Dipartiment Amministrattiv; jinnota li dan irriżulta f'eżiti pożittivi;

Impenji u riporti

5.  Jinnota li l-livell ta' approprjazzjonijiet impenjati li ġew riportati għat-Titolu II (nefqa amministrattiva) kien ta' EUR 1 076 583, jiġifieri 36,9 % (2014: EUR 635 492, jiġifieri 28,7 %); jirrikonoxxi li dawn ir-riporti huma prinċipalment relatati ma' servizzi ta' konsulenza għal żviluppi fl-ICT ikkuntrattati fl-aħħar tliet xhur tal-2015 (EUR 400 000) kif ukoll ma' investimenti fl-infrastruttura tal-IT (EUR 300 000), fid-dawl tar-reklutaġġ mistenni ta' membri tal-persunal addizzjonali wara d-deċiżjoni tal-awtorità baġitarja, fi tmiem l-2015, li tiżdied l-organigramma; jirrikonoxxi li dawn ir-riporti kienu ġġustifikati u ppjanati minn qabel, minħabba r-rwol tal-Uffiċċju fil-kriżi tal-migrazzjoni, u li l-awtorità baġitarja kkunsidrat biex żiedet b'mod sinifikanti l-baġit u l-persunal tal-Uffiċċju għall-2016; jirrimarka li r-riporti ħafna drabi jistgħu jkunu parzjalment jew għalkollox ġustifikabbli min-natura pluriennali tal-programmi operattivi tal-Uffiċċju u li ma jindikawx neċessarjament dgħufijiet fl-ippjanar u fl-implimentazzjoni tal-baġit, u li lanqas ma jmorru dejjem kontra l-prinċipju baġitarju tal-annwalità, b'mod partikolari jekk ikunu ppjanati min qabel mill-Uffiċċju u kkomunikati lill-Qorti;

Proċeduri ta' akkwist u reklutaġġ

6.  Jinnota b'sodisfazzjon li, skont ir-rapport tal-Qorti, id-Direttur Eżekuttiv approva politika ġdida għar-reklutaġġ ta' aġenti temporanji u kuntrattwali, li tindirizza ħafna mill-kwistjonijiet identifikati mill-Qorti fl-awditjar preċedenti tagħha;

7.  Jirrikonoxxi li l-Uffiċċju adotta r-regoli ta' implimentazzjoni aġġornati dwar ir-reklutaġġ ta' aġenti temporanji u aġenti kuntrattwali f'Jannar 2016; jinnota, barra minn hekk, li l-politika ta' reklutaġġ aġġornata tiegħu ġiet approvata mid-Direttur Eżekuttiv f'Awwissu 2016;

8.  Jinnota li mill-31 ta' Diċembru 2015, l-Uffiċċju kellu 93 membru tal-persunal, kemm dawk fis-servizz kif ukoll dawk maħtura, inklużi 61 aġent temporanju, 21 aġent kuntrattwali u 11-il espert nazzjonali sekondati; jirrimarka li 63 % tal-membri tal-persunal kollu kienu nisa filwaqt li 37 % kienu rġiel;

Awditi interni

9.  Jinnota li l-Uffiċċju żviluppa ulterjorment il-kontrolli interni tiegħu f'konformità mar-rakkomandazzjonijiet li rċieva mis-Servizz ta' Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni u l-Qorti, kif ukoll skont l-Istandards ta' Kontroll Intern tal-Uffiċċju adottati f'Novembru 2012; josserva li, apparti l-awditjar tal-kontijiet annwali, l-IAS ħareġ rapport tal-awditjar dwar il-ġestjoni ta' taħriġ fil-qafas tal-Attivitajiet Permanenti u ta' Emerġenza/Appoġġ Speċjali tal-Uffiċċju; jinnota li l-Uffiċċju żviluppa pjan ta' azzjoni biex jindirizza r-rakkomandazzjonijiet tal-IAS;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u t-trasparenza

10.  Jinnota li l-Uffiċċju implimenta deċiżjoni tal-Bord ta' Tmexxija dwar il-prevenzjoni tal-frodi kif ukoll strateġija kontra l-frodi; jinnota li proċedura dwar l-iżvelar ta' informazzjoni protetta ġiet iffirmata fit-23 ta' Frar 2017 u hija konformi mal-linji gwida tal-Kummissjoni dwar l-iżvelar ta' informazzjoni protetta;

11.  Jinnota bi tħassib li, fl-2015, l-Uffiċċju ma ppubblikax il-curricula vitae la tal-membri tal-bord ta' tmexxija u lanqas tal-maniġment superjuri; jinnota li l-Uffiċċju ppubblika l-curricula vitae tat-tim tal-maniġment superjuri tiegħu minn Marzu 2017; jinnota wkoll li l-Uffiċċju kkonsulta lill-Bord ta' Tmexxija tiegħu u beħsiebu jippubblika l-curricula vitae tal-membri tiegħu ladarba dawn jinġabru; jistieden lill-Uffiċċju jippubblika dawn id-dokumenti kemm jista' jkun malajr sabiex jiżgura s-sorveljanza u l-iskrutinju pubbliku meħtieġa tal-maniġment tiegħu;

12.  Itenni li l-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess huma vitali għal saħħet l-organizzazzjoni; jenfasizza li t-trasparenza hija element ewlieni għaż-żamma tal-fiduċja taċ-ċittadini tal-Unjoni fl-istituzzjonijiet tal-Unjoni;

Prestazzjoni

13.  Jinnota li, skont ir-rapport annwali tal-Uffiċċju, fl-2015, 275 parteċipant minn 26 Stat tal-"UE+" u partijiet interessati oħra ħadu sehem fi 23 sessjoni ta' "Train-the-Trainers" organizzati mill-Uffiċċju; jinnota, barra minn hekk, li l-Uffiċċju amministra 271 sessjoni ta' taħriġ nazzjonali fuq il-pjattaforma tiegħu ta' tagħlim elettroniku magħrufa bħala "Il-kurrikulu tat-Taħriġ tal-EASO" għal 3 611-il uffiċjal tal-asil;

14.  Jirrikonoxxi li, sabiex itejjeb l-effikaċja tiegħu fir-rigward ta' spejjeż għat-traduzzjoni u l-interpretazzjoni, l-Uffiċċju ffirma ftehim dwar il-livell ta' servizz mad-Direttorat Ġenerali tal-Interpretazzjoni tal-Kummissjoni; jinnota, barra minn hekk, li l-Uffiċċju nieda sejħa miftuħa għall-kuntratti qafas f'ħames lottijiet f'kaskata, bil-kriterju tal-għoti jkun l-aktar prezz baxx; jistieden lill-Uffiċċju jirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-iffrankar li sar;

15.  Jinnota li l-Uffiċċju żviluppa miżuri ulterjuri biex jgħinu lill-Istati Membri li jeħtieġu appoġġ speċjali fis-sistemi tal-asil u tal-akkoljenza tagħhom u li huwa pprovda dan l-appoġġ speċjali lil Ċipru, lill-Bulgarija, lill-Greċja u lill-Italja; jinnota barra minn hekk li fl-2015, l-Uffiċċju kompla jiżviluppa l-attivitajiet tiegħu sabiex jappoġġa lill-Istati Membri li s-sistemi ta' asil u ta' akkoljenza tagħhom jinsabu taħt pressjoni partikolari, speċjalment billi jipprovdu appoġġ lill-Greċja u lill-Italja u billi jsaħħaħ il-kapaċità tal-Uffiċċju li jwieġeb fil-ħin u b'mod effikaċi għal sitwazzjonijiet ta' emerġenza;

Kummenti oħra

16.    Ifakkar li fl-2015, saru numru rekord ta' aktar minn 1 400 000 applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali; jirrikonoxxi li l-Uffiċċju investa sforzi sinifikanti fl-implimentazzjoni tal-attivitajiet assenjati lilu skont l-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni, b'mod partikolari bħala parti mill-iżvilupp tal-approċċ "hotspots"; jinnota l-isforzi tal-Uffiċċju għall-ġestjoni tal-kriżi tal-migranti;

17.    Iħeġġeġ, b'mod partikolari, l-appoġġ u l-kooperazzjoni prattika offruti dwar kwistjonijiet relatati mat-tfal li qed ifittxu l-asil, inklużi minuri mhux akkumpanjati; jilqa' t-tnedija tan-Netwerk tal-EASO rigward l-Attivitajiet dwar it-Tfal;

18.  Jirrikonoxxi li ż-żieda fil-baġit tal-Uffiċċju fl-2016 kienet sinifikanti sabiex tlaħħaq ma' kompiti addizzjonali li għandhom x'jaqsmu mal-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni, l-approċċ ta' hotspots, id-deċiżjonijiet tas-Summit tal-Mexxejja tal-UE dwar il-Balkani tal-Punent u d-dikjarazzjoni UE-Turkija; jinnota b'sodisfazzjon li l-Uffiċċju ħa sensiela ta' passi sabiex jittratta tali żieda bla preċedent f'kompiti, inklużi d-deċentralizzazzjoni tal-inizjazzjoni finanzjarja akkumpanjata minn taħriġ u coaching xierqa; jinnota wkoll li dan wassal għal ħtieġa ta' aktar persunal u spazju korrispondenti għall-uffiċċji;

19.  Jinnota bi tħassib li, fl-2015, 7 membri tal-persunal biss ipparteċipaw f'away day li l-ispiża tagħha kienet relattivament għolja għall-ammont ta' EUR 4 000 (EUR 571 kull persuna);

20.  Jieħu nota tal-fatt li l-Uffiċċju emenda l-ftehim tal-kiri tiegħu u fit-tieni nofs tal-2016 wessa' l-ispazju tal-uffiċċju tiegħu għal blokka addizzjonali ta' bini fejn jinsab il-bini tiegħu; jirrikonoxxi li, wara l-approvazzjoni tal-Parlament u tal-Kunsill, l-Uffiċċju issa qiegħed f'pożizzjoni li jikri u jieħu f'idejh il-bini kollu sal-1 ta' Lulju 2017; jistieden lill-Uffiċċju jinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar aktar żviluppi rigward il-bini tagħha;

21.  Jinnota li l-Uffiċċju kellu l-għan li jesplora l-possibbiltà ta' skambju ta' informazzjoni u l-aħjar prattiki sabiex jintegra elementi rilevanti għar-ritorn ta' dawk li ma ngħatalhomx asil f'kollaborazzjoni mill-qrib mal-Grupp ta' Esperti dwar ir-Ritorn tan-Netwerk Ewropew tal-Migrazzjoni;

22.  Jinnota li, fl-2015, il-pjan ta' komunikazzjoni tal-Uffiċċju ffoka fuq il-promozzjoni tar-rwol, il-valuri u l-attivitajiet tiegħu permezz ta' għadd ta' għodod u attivitajiet ta' komunikazzjoni esterni, li jikkonċernaw il-pubblikazzjonijiet, il-midja soċjali, is-sit web u l-organizzazzjoni tal-jum ta' informazzjoni tiegħu;

23.    Jilqa' l-produzzjoni intensiva tal-Aġenzija, b'aktar minn 117-il laqgħa u sessjonijiet ta' ħidma organizzati, 3 764 persunal nazzjonali mħarrġa, 272 persuna rilokati u aktar minn 100 organizzazzjoni tas-soċjetà ċivili li ġew ikkonsultati; jirrikonoxxi r-riżultati tal-awditjar indipendenti ta' Ernst & Young u l-impenn tal-Uffiċċju biex jiġi żviluppat pjan ta' azzjoni korrispondenti; jaqbel dwar il-ħtieġa li l-Uffiċċju jikkomunika aħjar dwar l-effetti u l-impatti tal-attivitajiet tiegħu; jilqa' l-iżvilupp ta' interfaċċja tal-web imtejba għad-dokumenti relatati mal-pajjiż ta' oriġini ("dokumenti relatati mal-Pajjiż ta' Oriġini"); jinnota li, fi tmiem l-2015, il-portal kien jippermetti l-aċċess għal 17 000 dokument relatat mal-Pajjiż ta' Oriġini;

24.  Jirrikonoxxi li, skont ir-rapport annwali tal-Uffiċċju, fl-2014, huwa ta bidu għall-iżvilupp ta' sistema u bażi tad-data kkombinati dwar il-ġestjoni tal-kontenut, is-Sistema ta' Informazzjoni u Dokumentazzjoni, fil-forma ta' għodda tal-IT li se tipprovdi ħarsa ġenerali dettaljata u aġġornata lejn il-funzjonament prattiku tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil;

°

°  °

25.  Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu ta' [xx xxxx 2017](12) [dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji].).

15.2.2017

OPINJONI tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil għas-sena finanzjarja 2015

(2016/2192(DEC))

Rapporteur għal opinjoni: Petr Ježek

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jilqa' l-konklużjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri ("il-Qorti") li l-kontijiet annwali tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil ("EASO") jippreżentaw b'mod ġust il-pożizzjoni finanzjarja tiegħu fil-31 ta' Diċembru 2015 u li t-tranżazzjonijiet tiegħu huma legali u regolari;

2.  Jinnota li l-EASO impenjat biss 93,7 % tal-baġit approvat tagħha u li 36,9 % tal-approprjazzjonijiet impenjati ġew riportati għan-nefqa amministrattiva; jirrikonoxxi l-fatt li dawn iċ-ċifri subottimali ma jirriflettux kwistjonijiet strutturali fi ħdan l-EASO; jieħu nota taż-żidiet ta' persunal u żidiet baġitarji fl-2015, dovuti għar-rwol ewlieni tiegħu f'assistenza għall-Istati Membri, partikolarment permezz ta' appoġġ għall-emerġenza; jistieden lill-EASO ttejjeb il-puntwalità tal-pagamenti magħmula f'konformità mar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(13); jilqa' l-approvazzjoni ta' politika ġdida għar-reklutaġġ ta' aġenti temporanji u kuntrattwali li jindirizzaw bosta kwistjonijiet identifikati mill-Qorti f'awditi preċedenti;

3.  Jinnota bi tħassib l-għadd kbir ta' kwistjonijiet pendenti u miżuri korrettivi li għadhom għaddejjin b'risposta għall-kummenti tal-Qorti fl-2012, 2013 u 2014 relatati ma' proċeduri ta' reklutaġġ, pagamenti tard, rata għolja ta' bidla fil-persunal u r-rimborż tal-ispejjeż; jistieden lill-EASO tikkompleta numru ta' azzjonijiet korrettivi kemm jista' jkun kbir fl-2017;

4.  Ifakkar li fl-2015, saru numru rekord ta' aktar minn 1 400 000 applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali; jirrikonoxxi li l-EASO investiet sforzi sinifikanti fl-implimentazzjoni tal-attivitajiet assenjati lilha mill-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni, b'mod partikolari bħala parti mill-iżvilupp tal-approċċ "hotspots"; jikkonstata l-isforzi tal-EASO għall-ġestjoni tal-kriżi tal-migranti; jitlob li l-EASO tissottometti lill-awtorità ta' kwittanza pjan b'riformi biex ittejjeb il-parametri ta' prestazzjoni baġitarja u maniġerjali tagħha;

5.  Iħeġġeġ b'mod partikolari l-appoġġ u l-kooperazzjoni prattika offruta dwar kwistjonijiet relatati mat-tfal li qed ifittxu l-asil, inklużi minuri mhux akkumpanjati; jilqa' t-tnedija ta' netwerk tal-EASO rigward l-Attivitajiet dwar it-Tfal;

6.  Iħeġġeġ lill-EASO tippubblika, flimkien mar-rapport annwali tal-attività, ir-rapport annwali tal-Qorti; iħeġġeġ lill-EASO tadotta politika u gwida prattika kemm dwar il-ġestjoni istituzzjonali kif ukoll dwar il-prevenzjoni tal-kunflitti ta' interess; jitlob li l-EASO tadotta regoli vinkolanti interni għall-protezzjoni tal-informaturi, bi qbil mal-Artikolu 22c tar-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, li daħlu fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2014;

7.  Jilqa' l-produzzjoni intensiva tal-Aġenzija, b'aktar minn 117-il laqgħa u sessjonijiet ta' ħidma organizzati, 3 764 persunal nazzjonali mħarrġa, 272 persuni rilokati u aktar minn 100 organizzazzjoni tas-soċjetà ċivili li ġew ikkonsultati; jirrikonoxxi r-riżultati tal-awditu indipendenti ta' Ernst & Young u l-impenn tal-EASO biex jiġi żviluppat pjan ta' azzjoni korrispondenti; jaqbel dwar il-ħtieġa li l-EASO tikkomunika aħjar dwar l-effetti u l-impatti tal-attivitajiet tagħha; jilqa' l-iżvilupp ta' interfaċċja tal-web imtejba għad-dokumenti relatati mal-Pajjiż ta' Oriġini ("dokumenti relatati mal-Pajjiż ta' Oriġini"); jinnota li, fi tmiem l-2015, il-portal kien jippermetti l-aċċess għal 17 000 dokument relatat mal-Pajjiż ta' Oriġini;

8.  Jiddispjaċih li xi membri tal-Bord ta' Tmexxija mill-Bulgarija, Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, Franza, il-Greċja, u l-Irlanda ppubblikaw dikjarazzjonijiet ta' interessi mhux kompluti; jiddispjaċih għall-fatt li membri tal-Bord ta' Tmexxija mill-Kroazja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Polonja u s-Slovenja ma ppubblikaw l-ebda dikjarazzjoni ta' interessi tagħhom; itenni li l-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interessi huma vitali għas-saħħa tal-organizzazzjoni; jenfasizza li t-trasparenza hi element kruċjali għaż-żamma tal-fiduċja taċ-ċittadini tal-Unjoni fl-istituzzjonijiet tal-Unjoni;

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

9.2.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

40

2

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Heinz K. Becker, Michał Boni, Caterina Chinnici, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Tanja Fajon, Kinga Gál, Ana Gomes, Nathalie Griesbeck, Sylvie Guillaume, Eva Joly, Dietmar Köster, Barbara Kudrycka, Cécile Kashetu Kyenge, Marju Lauristin, Juan Fernando López Aguilar, Monica Macovei, Roberta Metsola, Péter Niedermüller, Soraya Post, Judith Sargentini, Birgit Sippel, Branislav Škripek, Csaba Sógor, Sergei Stanishev, Helga Stevens, Traian Ungureanu, Bodil Valero, Marie-Christine Vergiat, Udo Voigt, Josef Weidenholzer, Kristina Winberg, Tomáš Zdechovský

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Petr Ježek, Jeroen Lenaers, Nadine Morano, Morten Helveg Petersen, Emil Radev, Barbara Spinelli, Anders Primdahl Vistisen, Axel Voss

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Josu Juaristi Abaunz, Georg Mayer

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

22.3.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

23

3

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Inés Ayala Sender, Dennis de Jong, Tamás Deutsch, Martina Dlabajová, Luke Ming Flanagan, Ingeborg Gräßle, Cătălin Sorin Ivan, Jean-François Jalkh, Bogusław Liberadzki, Monica Macovei, Notis Marias, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Bart Staes, Hannu Takkula, Derek Vaughan, Joachim Zeller

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Richard Ashworth, Gerben-Jan Gerbrandy, Benedek Jávor, Karin Kadenbach, Julia Pitera, Patricija Šulin

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Jens Geier, Piernicola Pedicini

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

23

+

ALDE

ECR

GUE/NGL

PPE

S&D

VERTS/ALE

Martina Dlabajová, Gerben-Jan Gerbrandy, Hannu Takkula

Monica Macovei, Piernicola Pedicini

Luke Ming Flanagan, Dennis de Jong

Tamás Deutsch, Ingeborg Gräßle, Julia Pitera, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Joachim Zeller, Patricija Šulin

Inés Ayala Sender, Jens Geier, Cătălin Sorin Ivan, Karin Kadenbach, Bogusław Liberadzki, Derek Vaughan

Benedek Jávor, Bart Staes

3

-

ECR

ENF

Richard Ashworth, Notis Marias

Jean-François Jalkh

0

0

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

(1)

ĠU C 449, 1.12.2016, p. 66.

(2)

ĠU C 449, 1.12.2016, p. 66.

(3)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)

ĠU L 132, 29.5.2010, p. 11.

(5)

ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.

(6)

ĠU C 449, 1.12.2016, p. 66.

(7)

ĠU C 449, 1.12.2016, p. 66.

(8)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(9)

ĠU L 132, 29.5.2010, p. 11.

(10)

ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.

(11)

Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298 26.10.2012, p. 1).

(12)

Testi adottati ta' din id-data, P[8]_TA(-PROV)(2016)0000].

(13)

  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298 26.10.2012, p. 1).

Avviż legali