Proċedura : 2016/2196(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0094/2017

Testi mressqa :

A8-0094/2017

Dibattiti :

PV 26/04/2017 - 19
CRE 26/04/2017 - 19

Votazzjonijiet :

PV 27/04/2017 - 5.58

Testi adottati :

P8_TA(2017)0189

RAPPORT     
PDF 697kWORD 56k
28.3.2017
PE 593.971v02-00 A8-0094/2017

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2 għas-sena finanzjarja 2015

(2016/2196(DEC))

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

Rapporteur: Miroslav Poche

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2 għas-sena finanzjarja 2015

(2016/2196(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2 għas-sena finanzjarja 2015,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2 għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta tal-Impriża Konġunta(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabilità tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri ("il-Qorti") għas-sena finanzjarja 2015 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Frar 2017 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2015 (05875/2017 – C8-0087/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 209 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 558/2014 tas-6 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta Clean Sky 2(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 110/2014 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar il-Mudell tar-Regolament Finanzjarju għal korpi ta' sħubija pubblika-privata msemmija fl-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(5),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0094/2017).

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2 għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzjarja 2015;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2 għas-sena finanzjarja 2015

(2016/2196(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2 għas-sena finanzjarja 2015,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2 għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mat-tweġiba tal-Impriża Konġunta(6),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(7) dwar l-affidabilità tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti għas-sena finanzjarja 2015 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Frar 2017 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2015 (05875/2017 – C8-0087/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(8), u b'mod partikolari l-Artikolu 209 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 558/2014 tas-6 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta Clean Sky 2(9), u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 110/2014 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar il-Mudell tar-Regolament Finanzjarju għal korpi ta' sħubija pubblika-privata msemmija fl-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(10),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0094/2017).

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2 għas-sena finanzjarja 2015;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti , u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2 għas-sena finanzjarja 2015

(2016/2196(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2 għas-sena finanzjarja 2015,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0094/2017).

A.  billi l-Impriża Konġunta bdiet taħdem b'mod awtonomu fis-16 ta' Novembru 2009;

B.  billi l-Impriża Konġunta Clean Sky 2 ("l-Impriża Konġunta") li ġiet stabbilita permezz tar-Regolament Nru 558/2014 tas-6 ta' Mejju 2014(11) ħadet post l-Impriża Konġunta Clean Sky b'seħħ mis-27 ta' Ġunju 2014 skont l-adattament tar-regolament fundatur il-ġdid taħt Orizzont 2020, il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni;

C. billi l-għan tal-Impriża Konġunta huwa l-finalizzazzjoni tal-attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni taħt is-Seba' Programm Kwadru u l-ġestjoni tal-attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni taħt Orizzont 2020, u billi l-ħajja tal-Impriża Konġunta ġiet estiża għall-perjodu sal-31 ta' Diċembru 2024;

D.  billi l-membri fundaturi tal-Impriża Konġunta huma l-Unjoni Ewropea, rappreżentata mill-Kummissjoni Ewropea, il-Mexxejja tad-Dimostraturi tat-Teknoloġija Integrata, tal-Pjattaformi ta' Dimostrazzjoni ta' Mezzi tal-Ajru Innovattivi u tal-Attivitajiet Trasversali, flimkien mal-membri assoċjati tad-Dimostraturi tat-Teknoloġija Integrata;

E.  billi l-kontribuzzjoni massima mill-Unjoni għall-Impriża Konġunta hija ta' EUR 1 755 000 000 li għandhom jitħallsu mill-baġit ta' Orizzont 2020;

Segwitu għall-kwittanza 2014

1.   Jirrikonoxxi mill-Impriża Konġunta li hija żvelat l-indikaturi tal-prestazzjoni u l-indikaturi għall-monitoraġġ ta' kwistjonijiet trasversali fir-Rapport Annwali tal-Attività tagħha kif rikjest mir-regoli dwar Orizzont 2020, u jinnota li, fil-biċċa l-kbira tagħhom, laħqet l-objettivi tagħha;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

2.  Jinnota li l-Qorti ddikjarat li l-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta tal-2015 jippreżentaw b'mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta' Diċembru 2015 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u l-flussi ta' flusha għas-sena li kienet għadha kif intemmet, bi qbil mad-dispożizzjonijiet tar-Regoli Finanzjarji tagħha;

3.  Jinnota li l-Qorti, fir-rapport tagħha dwar l-Impriża Konġunta Clean Sky ("ir-Rapport tal-Qorti"), indikat li t-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha;

4.  Jieħu nota tal-fatt li l-baġit finali tal-Impriża Konġunta għall-2015 kien jinkludi EUR 440 705 606 f'approprjazzjonijiet ta' impenn u EUR 245 990 262 f'approprjazzjonijiet ta' pagament; josserva b'sodisfazzjon li l-Impriża Konġunta rnexxielha taffaċċja l-isfida li timmaniġġja l-akbar baġit li qatt kellha (li kien jammonta għal 192 % tal-impenji fil-baġit tal-2014 u 166 % tal-approprjazzjonijiet ta' pagament fil-baġit tal-2014);

5.  Jinnota li r-rata ta' użu tal-approprjazzjonijiet ta' impenn kienet ta' 99,47 % (imqabbla ma' 82,59 % fl-2014) u li r-rata ta' użu tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 75,44 % (imqabbla ma' 90,19 % fl-2014); jinnota barra minn hekk li r-rata ta' implimentazzjoni aktar baxxa fir-rigward tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet speċifikament dovuta għad-dewmien biex jinbdew il-proġetti minħabba l-allinjament tekniku neċessarju ta' dawn il-proġetti mad-Dimostraturi tat-Teknoloġija Integrata u l-Pjattaformi ta' Dimostrazzjoni ta' Mezzi tal-Ajru Innovattivi, u minħabba l-pagamenti ta' prefinanzjament li ġew riportati għall-2016;

6.  jinnota li 52,7 % (EUR 226 000 000) tal-impenji operattivi li saru fl-2015 kellhom x'jaqsmu mal-impenji individwali bbażati fuq il-proċeduri konklużi għall-konċessjoni ta' għotjiet, u li s-47,3 % li fadal (EUR 203 500 000) kienu għall-impenji globali taħt Orizzont 2020 għal żewġ sejħiet għal sħab ewlenin u żewġ sejħiet għal proposti li għalihom il-proċeduri ta' għoti kienu għadhom għaddejjin fi tmiem l-2015;

7.  Jinnota li, mill-ammont totali ta' EUR 800 000 000 għall-attivitajiet operattivi u amministrattivi li kellhom jiġu ffinanzjati taħt is-Seba' Programm Kwadru, l-impenji li ħadet l-Impriża Konġunta kienu ta' EUR 756 956 027 (94,6 %) u l-pagamenti kienu ta' EUR 740 274 715 (92,5 %) sa tmiem l-2015; jinnota barra minn hekk li, peress li l-Impriża Konġunta m'għadhiex intitolata tniedi sejħiet għal proposti taħt is-Seba' Programm Kwadru, l-impenji li fadal kellhom jintużaw skont il-każ għall-ftehimiet ta' għotja mal-membri;

8.  Jinnota li, mill-ammont totali ta' EUR 550 909 549 għall-attivitajiet operattivi tas-Seba' Programm Kwadru ffinanzjati mill-kontribuzzjonijiet tal-membri l-oħra sa tmiem l-2015, EUR 501 609 427 (91 %) ġew ivvalidati mill-Bord ta' Tmexxija, EUR 37 880 240 kienu qed jistennew li jiġu vvalidati mis-snin preċedenti (2008-2014), EUR 12 578 796 kienu kontribuzzjonijiet in natura mill-membri fl-2015, u EUR 13 507 539 kienu l-kontribuzzjonijiet fi flus tal-membri l-oħra għall-ispejjeż amministrattivi tal-Impriża Konġunta;

9.  Jinnota li, mill-ammont totali ta' EUR 1 755 000 000 għall-attivitajiet operattivi u amministrattivi li kellhom jiġu ffinanzjati taħt Orizzont 2020, l-impenji operattivi li ħadet l-Impriża Konġunta kienu ta' EUR 436 682 680 u l-pagamenti kienu ta' EUR 89 799 324; jinnota barra minn hekk li l-kontribuzzjoni fi flus tal-UE għall-ispejjeż amministrattivi tal-Impriża Konġunta ammontat għal EUR 3 319 723;

10.  Jinnota li, minn ammont totali minimu ta' EUR 1 229 000 000 fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet in natura u l-kontribuzzjonijiet fi flus tal-membri l-oħra għall-ispejjeż operattivi u amministrattivi (għajr għall-attivitajiet addizzjonali) ta' Orizzont 2020 sa tmiem l-2015, ġew irrapportati lill-Impriża Konġunta EUR 47 103 981 f'kontribuzzjonijiet in natura għall-attivitajiet operattivi; jinnota li l-ammont ta' EUR 3 537 520 kien il-kontribuzzjonijiet fi flus tal-membri l-oħra għall-ispejjeż amministrattivi tal-Impriża Konġunta;

11.  Jinnota li, mis-EUR 47 103 981 f'kontribuzzjonijiet in natura li ġew irrapportati u li kienu relatati mal-ispejjeż operattivi ta' Orizzont 2020, EUR 27 776 996 ġew iċċertifikati bi qbil mar-Regolament tal-Kunsill, iżda kienu għadhom ma ġewx ivvalidati mill-Bord ta' Tmexxija, u EUR 19 326 985 kienu għadhom iridu jiġu ċċertifikati u vvalidati; jinnota f'dan ir-rigward li l-Impriża Konġunta rċeviet il-biċċa l-kbira tar-rapporti finanzjarji tal-membri sa Settembru 2016 u li l-kontribuzzjonijiet in natura li ġew ivvalidati kienu EUR 17 400 000 ogħla meta mqabbla mal-istimi; jindika li l-membri mis-settur privat esperjenzaw diffikultajiet biex jippreżentaw iċ-ċifri tal-kontribuzzjoni in natura tagħhom sal-iskadenza tal-31 ta' Jannar u jinsab imħasseb li din il-kwistjoni tista' ssir waħda rikorrenti;

Sejħiet għal proposti

12.  Jinnota li, għall-ewwel darba, l-Impriża Konġunta mexxiet żewġ programmi ta' riċerka kontemporanjament fl-2015, speċifikament il-programm Clean Sky taħt is-Seba' Programm Kwadru u l-programm Clean Sky 2 taħt Orizzont 2020;

13.  Jinnota li, fl-2015, l-Impriża Konġunta nediet żewġ sejħiet għal proposti, irċeviet 230 proposta eliġibbli (minn total ta' 232) u għażlet 68 proposta biex jiġu ffinanzjati;

14.  Jirrikonoxxi li, fi ħdan il-programm Clean Sky, ġew ipprovduti aktar minn 10 dimostraturi sinifikanti (ittestjati mal-art u fl-ajru) u ġew ikkompletati/tlestew 106 proġetti fl-2015;

15.  Japprezza li, f'termini ta' parteċipazzjoni aktar estensiva, matul l-ewwel sena tal-programm Clean Sky 2, 76 sieħeb ewlieni ngħaqdu mal-programm (imqabbla ma' 66 Assoċjat fil-programm oriġinali Clean Sky) u li din it-tendenza qed tkompli (133 sieħeb ewlieni sa tmiem l-2016); barra minn hekk, mill-ewwel erba' sejħiet kompettitivi għal proposti, ħarġu 294 sieħeb, u dan irriżulta biex l-għadd nett totali ta' parteċipanti fil-Programm kien ta' 384;

16.  Jinnota li l-parteċipazzjoni mill-impriżi ta' daqs żgħir u medju fis-sejħa għal proposti mnedija fl-2015 kienet anqas mir-rata ppjanata ta' 35 %, iżda jinnota l-progress li għamlet l-Impriża Konġunta biex tinvolvi lill-impriżi ta' daqs żgħir u medju fil-Programm meta kisbet rata ta' parteċipazzjoni ta' 36 % sa tmiem l-2016, u jinkoraġġixxi lill-Impriża Konġunta tagħmel progress ulterjuri fl-attivitajiet ta' disseminazzjoni tagħha;

Kontrolli ewlenin u sistemi superviżorji

17.  Jinnota li l-Impriża Konġunta stabbiliet proċeduri ta' kontroll ex ante abbażi ta' eżamijiet dokumentarji fil-livell finanzjarju u operattiv, u awditi ex post għand il-benefiċjarji tal-għotjiet.

18.  Jinnota li ġew stabbiliti proċeduri ta' kontroll intern fi ħdan l-Impriża Konġunta sabiex jipprovdu assigurazzjoni raġonevoli rigward l-identifikazzjoni u l-prevenzjoni tal-frodi u l-irregolaritajiet;

19.  Jinnota li r-rata tal-iżball residwu għall-awditi ex post li ġiet irrapportata mill-Impriża Konġunta kienet ta' 1,52 %;

Strateġija kontra l-frodi

20.  Jinnota li r-regoli finanzjarji tal-Impriża Konġunta jiddikjaraw li jkun tajjeb li l-baġit tagħha jiġi implimentat f'konformità ma' kontroll intern effikaċi u effiċjenti, inklużi l-prevenzjoni, l-identifikazzjoni, il-korrezzjoni u s-segwitu ta' frodi u irregolaritajiet;

21.  Jinnota li l-Bord ta' Tmexxija tal-Impriża Konġunta approva l-Istrateġija aġġornata kontra l-Frodi fil-qasam tar-Riċerka f'April 2016 sabiex jitqiesu l-bidliet introdotti minn Orizzont 2020;

22.  Jinnota, mir-rapport tal-Qorti, li l-Impriża Konġunta implimentat proċeduri ta' kontroll intern li jipprovdu assigurazzjoni raġonevoli rigward il-prevenzjoni u l-identifikazzjoni tal-frodi u l-irregolaritajiet (il-verifiki ex ante tal-pagamenti, il-politika dwar il-kunflitti ta' interess, l-awditjar ex post għand il-benefiċjarji tal-għotjiet) u kienet qed timplimenta l-miżuri fil-pjan ta' azzjoni, bħal pereżempju li tuża d-databażijiet tal-Kummissjoni biex tidentifika l-organizzazzjonijiet esklużi jew finanzjament doppju potenzjali;

Sistemi ta' kontroll intern

23.  Jinnota mir-rapport tal-Qorti li s-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS) wettaq awditu rigward id-disseminazzjoni tar-riżultati tar-riċerka ffinanzjata mill-Unjoni; jinnota barra minn hekk li, bħala riżultat ta' dan, l-IAS irrakkomanda titjib, inklużi l-ippjanar u r-rapportar dwar l-użu u d-disseminazzjoni tar-riżultati tar-riċerka tal-membri taħt il-ftehimiet ta' għotja mal-membri, il-valutazzjoni tar-rapportar mis-sħab ewlenin dwar id-disseminazzjoni u l-isfruttament tar-riżultati tar-riċerka, il-monitoraġġ tal-prestazzjoni u r-rapportar dwarha, u d-disseminazzjoni ċentrali mill-Impriża Konġunta tar-riżultati tar-riċerka u l-kontroll tal-kwalità tal-pubblikazzjonijiet tal-benefiċjarji; jinnota barra minn hekk li l-IAS ħareġ żewġ rakkomandazzjonijiet importanti ħafna u li l-Impriża Konġunta fasslet pjan ta' azzjoni ddedikat għall-implimentazzjoni tagħhom;

24.  Jinnota li l-IAS għalaq parzjalment il-kwistjoni li tikkonċerna l-ippjanar u r-rapportar dwar l-użu u d-disseminazzjoni tar-riżultati tar-riċerka tal-benefiċjarji u pprogramma l-iskadenzi għall-implimentazzjoni sħiħa matul l-2017; jinnota li l-IAS għalaq ir-rakkomandazzjoni dwar il-monitoraġġ tal-prestazzjoni u r-rapportar dwarha;

Varji

25.  Jinnota li r-rappreżentanza tal-ġeneri għadha estremament żbilanċjata, b'mod speċjali fil-proċeduri ta' rieżami tekniku (3,2 % nisa mqabbla ma' 96,8 % rġiel), u żbilanċjata ħafna fil-kumitati xjentifiċi u fil-kumitati għall-koordinament tal-programmi (14,3 % nisa mqabbla ma' 85,7 % rġiel u 16,7 % nisa mqabbla ma' 83,3 % rġiel rispettivament); iħeġġeġ lill-Impriża Konġunta ttejjeb il-bilanċ bejn il-ġeneri bid-diversi korpi tagħha u tippreżenta pjan biex tikseb dak l-objettiv;

26.  Jilqa' l-progress li sar fil-qasam tal-kooperazzjoni mar-Reġjuni u biex il-Fondi Strutturali u ta' Investiment jintużaw għall-ingranaġġ tal-finanzjament taħt Clean Sky 2, u jinkoraġġixxi lill-Impriża Konġunta tkompli b'dawn l-isforzi;

27.  Jappella lill-Kummissjoni biex tiżgura l-involviment dirett tal-Impriża Konġunta fil-proċess ta' rieżami ta' nofs it-terminu ta' Orizzont 2020 fil-kuntest ta' semplifikazzjoni u armonizzazzjoni ulterjuri tal-impriżi konġunti.

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

23.3.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

20

3

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Inés Ayala Sender, Dennis de Jong, Tamás Deutsch, Ingeborg Gräßle, Jean-François Jalkh, Bogusław Liberadzki, Notis Marias, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Petri Sarvamaa, Bart Staes, Hannu Takkula, Indrek Tarand, Derek Vaughan, Tomáš Zdechovský, Joachim Zeller

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Karin Kadenbach, Younous Omarjee, Julia Pitera, Miroslav Poche

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Ignazio Corrao, Raymond Finch, Ildikó Gáll-Pelcz, Lieve Wierinck

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

20

+

ALDE

Hannu Takkula, Lieve Wierinck

EFDD

Ignazio Corrao,

GUE/NGL

Younous Omarjee, Dennis de Jong

PPE

Tamás Deutsch, Ingeborg Gräßle, Ildikó Gáll-Pelcz, Julia Pitera, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Claudia Schmidt, Tomáš Zdechovský, Joachim Zeller

S&D

Inés Ayala Sender, Karin Kadenbach, Bogusław Liberadzki, Miroslav Poche, Derek Vaughan

VERTS/ALE

Bart Staes, Indrek Tarand

3

-

ECR

Notis Marias

EFDD

Raymond Finch

ENF

Jean-François Jalkh

0

0

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

(1)

ĠU C 473, 16.12.2016, p. 15.

(2)

ĠU C 473, 16.12.2016, p. 17.

(3)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)

ĠU L 169, 7.6.2014, p. 77.

(5)

ĠU L 38, 7.2.2014, p. 2.

(6)

ĠU C 473, 16.12.2016, p. 15.

(7)

ĠU C 473, 16.12.2016, p. 17.

(8)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(9)

ĠU L 169, 7.6.2014, p. 77.

(10)

ĠU L 38, 7.2.2014, p. 2.

(11)

  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 558/2014 tas-6 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta Clean Sky 2 (ĠU L 169, 7.6.2014, p. 77).

Avviż legali