RAPPORT dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti użi permessi ta' xogħlijiet u materjal ieħor protett bid-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati għall-ġid tal-persuni għomja, b'diżabbiltà fil-vista jew li b'xi mod ieħor għandhom diffikultà biex jaqraw materjal stampat u li temenda d-Direttiva 2001/29/KE dwar l-armonizzazzjoni ta' ċerti aspetti ta' drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni

28.3.2017 - (COM(2016)0596 – C8-0381/2016 – 2016/0278(COD)) - ***I

Kumitat għall-Affarijiet Legali
Rapporteur: Max Andersson

Proċedura : 2016/0278(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A8-0097/2017
Testi mressqa :
A8-0097/2017
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti użi permessi ta' xogħlijiet u materjal ieħor protett bid-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati għall-ġid tal-persuni għomja, b'diżabbiltà fil-vista jew li b'xi mod ieħor għandhom diffikultà biex jaqraw materjal stampat u li temenda d-Direttiva 2001/29/KE dwar l-armonizzazzjoni ta' ċerti aspetti ta' drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni

(COM(2016)0596 – C8-0381/2016 – 2016/0278(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2016)0596),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema Artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0381/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-25 ta' Jannar 2017[1],

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, il-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni u l-Kumitat għall-Petizzjonijiet (A8-0097/2017),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda     1

Proposta għal direttiva

Kunsiderazzjoni 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

  wara li kkunsidra l-Protokoll (Nru 2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) rigward l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità,

Emenda     2

Proposta għal direttiva

Kunsiderazzjoni 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

  wara li kkunsidra l-Artikolu 26 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabbiltà

Emenda     3

Proposta għal direttiva

Premessa 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2a)  Fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea hemm minqux id-dritt għall-informazzjoni (Artikolu 11) u d-dritt għall-edukazzjoni (Artikolu 14).

Emenda     4

Proposta għal direttiva

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Il-persuni għomja, b’diżabbiltà fil-vista jew li b’xi mod ieħor għandhom diffikultà biex jaqraw materjal stampat għadhom qed isibu bosta xkiel biex jaċċessaw il-kotba u materjal stampat ieħor li huma protetti bid-drittijiet tal-awtur u bi drittijiet relatati. Jeħtieġ li jittieħdu miżuri biex tiżdied id-disponibbiltà ta’ xogħlijiet b’formati aċċessibbli u biex titjieb iċ-ċirkolazzjoni tagħhom fis-suq intern.

(3)  Il-persuni għomja, b’diżabbiltà fil-vista jew li b’xi mod ieħor għandhom diffikultà biex jaqraw materjal stampat għadhom qed isibu bosta xkiel biex jaċċessaw il-kotba u materjal stampat ieħor li huma protetti bid-drittijiet tal-awtur u bi drittijiet relatati. Filwaqt li jitqiesu l-interessi soċjali involuti fl-għoti lil dawn il-persuni tad-dritt għal aċċess għall-informazzjoni u d-dritt li jipparteċipaw fil-ħajja kulturali, ekonomika u soċjali fuq bażi ugwali mal-oħrajn, jeħtieġ li jittieħdu miżuri biex tiżdied id-disponibbiltà ta’ xogħlijiet b’formati aċċessibbli u biex titjieb iċ-ċirkolazzjoni tagħhom fis-suq intern, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f'din id-Direttiva, bil-għan li jiġi żgurat l-aċċess għall-għarfien u l-informazzjoni.

Emenda     5

Proposta għal direttiva

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  It-Trattat ta' Marrakexx biex jiġi ffaċilitat l-Aċċess għal Xogħlijiet Pubblikati għal Persuni Għomja, li għandhom Diżabbiltà fil-Vista jew li b'xi mod ieħor għandhom Diffikultà biex Jaqraw Materjal Stampat ("it-Trattat ta' Marrakexx") ġie adottat fit-30 ta' April 201423 . L-għan tiegħu hu li titjieb id-disponibbiltà tax-xogħlijiet u materjal protett ieħor b’formati aċċessibbli għall-persuni għomja, b’diżabbiltà fil-vista jew li b’xi mod ieħor għandhom diffikultà biex jaqraw materjal stampat. It-Trattat ta’ Marrakexx jeżiġi li l-partijiet kontraenti jipprovdu eċċezzjonijiet jew limitazzjonijiet għad-drittijiet tad-detenturi tad-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati għall-produzzjoni u t-tixrid ta’ kopji b’formati aċċessibbli ta’ ċerti xogħlijiet u materjal ieħor u għall-iskambju transfruntier ta’ dawk il-kopji. Il-konklużjoni tat-Trattat ta’ Marrakexx mill-Unjoni teħtieġ l-adattament tal-liġi tal-Unjoni billi tistabbilixxi eċċezzjoni obbligatorja għall-użi, ix-xogħlijiet u l-persuni benefiċjarji koperti bit-Trattat. Din id-Direttiva timplimenta l-obbligi li l-Unjoni trid tissodisfa skont it-Trattat ta’ Marrakexx b’mod armonizzat, ħalli jkun żgurat li dawk il-miżuri jiġu applikati b’mod konsistenti fis-suq intern kollu.

(4)  It-Trattat ta' Marrakexx biex jiġi ffaċilitat l-Aċċess għal Xogħlijiet Pubblikati għal Persuni Għomja, li għandhom Diżabbiltà fil-Vista jew li b'xi mod ieħor għandhom Diffikultà biex Jaqraw Materjal Stampat ("it-Trattat ta' Marrakexx") ġie adottat fit-30 ta' April 23, wara li kien diġà ġie adottat mill-Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjetà Intellettwali fl-2013. L-għan tiegħu hu li titjieb id-disponibbiltà u l-iskambju transfruntier tax-xogħlijiet u materjal protett ieħor b’formati aċċessibbli għall-persuni għomja, b’diżabbiltà fil-vista jew li b’xi mod ieħor għandhom diffikultà biex jaqraw materjal stampat. It-Trattat ta’ Marrakexx jeżiġi li l-partijiet kontraenti jipprovdu eċċezzjonijiet jew limitazzjonijiet għad-drittijiet tad-detenturi tad-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati għall-produzzjoni u t-tixrid ta’ kopji b’formati aċċessibbli ta’ ċerti xogħlijiet u materjal ieħor u għall-iskambju transfruntier ta’ dawk il-kopji. Il-konklużjoni tat-Trattat ta’ Marrakexx mill-Unjoni teħtieġ l-adattament tal-liġi tal-Unjoni billi tistabbilixxi eċċezzjoni obbligatorja u armonizzata għall-użi, ix-xogħlijiet u l-persuni benefiċjarji koperti bit-Trattat. Din id-Direttiva timplimenta l-obbligi li l-Unjoni trid tissodisfa skont it-Trattat ta’ Marrakexx b’mod armonizzat, ħalli jkun żgurat li dawk il-miżuri jiġu applikati b’mod konsistenti fis-suq intern kollu.

_________________

_________________

23Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/221/UE tal-14 ta’ April 2014 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, tat-Trattat ta’ Marrakexx biex jiġi ffaċilitat l-Aċċess għal Xogħlijiet Pubblikati għal Persuni Għomja, b’Diżabbiltà fil-Vista jew li b’xi mod ieħor għandhom Diffikultà biex Jaqraw Materjal Stampat (ĠU L 115, 17.4.2014, p. 1.).

Emenda     6

Proposta għal direttiva

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Din id-Direttiva tfasslet għall-ġid tal-persuni għomja, tal-persuni b’diżabbiltà fil-vista li ma tistax titjieb sal-punt li l-persuna tingħata funzjoni viżiva sostanzjalment ekwivalenti għal dik ta’ persuna li ma jkollhiex din id-diffikultà, jew tal-persuni b’diżabbiltà fil-perċezzjoni jew biex jaqraw, inkluż id-dislessija, li żżommhom milli jaqraw materjal stampat sal-istess grad sostanzjalment bħal persuna mingħajr din id-diżabbiltà, jew li ma jkunux jistgħu jżommu jew jużaw ktieb jew jiffokaw jew iċaqalqu għajnejhom kif normalment ikun meħtieġ għall-qari, minħabba diżabbiltà fiżika. L-għan tal-miżuri introdotti b’din id-Direttiva hu li titjieb id-disponibbiltà tal-kotba, ir-rivisti, il-gazzetti, il-megezins u kitbiet oħrajn, il-folji tal-mużika u materjal stampat ieħor, inkluż f’forma awdjo, kemm analoga jew diġitali, b’formati li dawk ix-xogħlijiet jew il-materjal l-ieħor jagħmluhom aċċessibbli għall-persuni sal-istess grad sostanzjalment bħall-persuna mingħajr diffikultà jew diżabbiltà. Fost il-formati aċċessibbli hemm il-kitbiet bil-Braille jew b’tipa kbira, il-kotba diġitali adattati, il-kotba awdjo u x-xandiriet tar-radju.

(5)  Din id-Direttiva tfasslet għall-ġid tal-persuni għomja, tal-persuni b'diżabbiltà fil-vista li ma tistax titjieb sal-punt li l-persuna tingħata funzjoni viżiva sostanzjalment ekwivalenti għal dik ta' persuna li ma jkollhiex din id-diffikultà, jew tal-persuni b'diżabbiltà fil-perċezzjoni jew biex jaqraw, inkluż id-dislessija, jew kwalunkwe diżabbiltà oħra relatata mat-tagħlim, li żżommhom milli jaqraw materjal stampat sal-istess grad bħal persuna mingħajr din id-diżabbiltà, jew li ma jkunux jistgħu jżommu jew jużaw ktieb jew jiffokaw jew iċaqalqu għajnejhom kif normalment ikun meħtieġ għall-qari, minħabba diżabbiltà fiżika. L-għan tal-miżuri introdotti b'din id-Direttiva għaldaqstant hu li titjieb id-disponibbiltà tal-kotba, inklużi l-kotba elettroniċi, ir-rivisti, il-gazzetti, il-megezins u kitbiet oħrajn, il-folji tal-mużika u materjal stampat ieħor, inkluż f'forma awdjo, kemm analoga jew diġitali, online jew offline, b'formati li dawk ix-xogħlijiet jew il-materjal l-ieħor jagħmluhom aċċessibbli għall-persuni sal-istess grad sostanzjalment bħall-persuna mingħajr diffikultà jew diżabbiltà. Fost il-formati aċċessibbli hemm ukoll il-kitbiet bil-Braille jew b’tipa kbira, il-kotba diġitali adattati, il-kotba awdjo u x-xandiriet tar-radju.

Emenda    7

Proposta għal direttiva

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  Għaldaqstant, din id-Direttiva għandha tipprovdi għal eċċezzjonijiet obbligatorji għad-drittijiet li huma armonizzati bil-liġi tal-Unjoni u li huma rilevanti għall-użi u x-xogħlijiet li jkopri t-Trattat ta’ Marrakexx. Dawn jinkludu b’mod partikolari d-drittijiet tar-riproduzzjoni, tal-komunikazzjoni lill-pubbliku, tad-dispożizzjoni, tad-distribuzzjoni u tas-self, kif previst bid-Direttiva 2001/29/KE, bid-Direttiva 2006/115/KE, u bid-Direttiva 2009/24/KE, kif ukoll id-drittijiet korrispondenti fid-Direttiva 96/9/KE. Minħabba li l-ambitu tal-eċċezzjonijiet u tal-limitazzjonijiet meħtieġa skont it-Trattat ta’ Marrakexx jinkludi wkoll ix-xogħlijiet f’forma awdjo, bħall-kotba awdjo, hemm bżonn li dawn l-eċċezzjonijiet ikunu japplikaw ukoll għad-drittijiet relatati.

(6)  Għaldaqstant, din id-Direttiva għandha tipprovdi għal eċċezzjonijiet obbligatorji għad-drittijiet li huma armonizzati bil-liġi tal-Unjoni u li huma rilevanti għall-użi u x-xogħlijiet li jkopri t-Trattat ta’ Marrakexx. Dawn jinkludu b’mod partikolari d-drittijiet tar-riproduzzjoni, tal-komunikazzjoni lill-pubbliku, tad-dispożizzjoni, tad-distribuzzjoni u tas-self, kif previst bid-Direttiva 2001/29/KE, bid-Direttiva 2006/115/KE, u bid-Direttiva 2009/24/KE, kif ukoll id-drittijiet korrispondenti fid-Direttiva 96/9/KE. Minħabba li l-ambitu tal-eċċezzjonijiet u tal-limitazzjonijiet meħtieġa skont it-Trattat ta’ Marrakexx jinkludi wkoll ix-xogħlijiet f’forma awdjo, bħall-kotba awdjo, hemm bżonn li dawn l-eċċezzjonijiet ikunu japplikaw ukoll għad-drittijiet relatati. L-applikazzjoni tal-eċċezzjonijiet previsti minn din id-Direttiva għandha ssir mingħajr ħsara għal eċċezzjonijiet oħra applikabbli għall-persuni b'diżabbiltà previsti mill-Istati Membri.

Emenda     8

Proposta għal direttiva

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  L-eċċezzjoni obbligatorja għandha wkoll tillimita d-dritt tar-riproduzzjoni biex tippermetti kull att li jkun meħtieġ biex isiru xi bidliet jew adattamenti f’xogħol jew f’materjal ieħor b’tali mod li tinħoloq kopja b’format aċċessibbli. Din tinkludi li jiġu provduti l-mezzi meħtieġa biex wieħed ifittex l-informazzjoni permezz ta’ kopja b’format aċċessibbli.

(8)  Hemm il-bżonn ukoll li l-eċċezzjoni obbligatorja tillimita d-dritt tar-riproduzzjoni biex tippermetti kull att li jkun meħtieġ biex isiru xi bidliet jew adattamenti f’xogħol jew f’materjal ieħor b’tali mod li tinħoloq kopja b’format aċċessibbli. Din tinkludi li jiġu provduti l-mezzi meħtieġa biex wieħed ifittex l-informazzjoni permezz ta’ kopja b’format aċċessibbli, kif ukoll l-atti li jkunu meħtieġa sabiex jiġu adattati pubblikazzjonijiet eżistenti li huma diġà aċċessibbli għal ċerti kategoriji ta' persuni benefiċjarji għall-ħtiġijiet ta' persuni benefiċjarji oħra li jeħtieġu formati alternattivi biex ikollhom aċċess kif suppost għax-xogħol. Jenħtieġ li jkun permess it-tislif tax-xogħol lill-persuni benefiċjarji.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda għandha l-għan li ttejjeb iċ-ċarezza dwar x'inhuma l-"atti li jkunu meħtieġa" li huma awtorizzati mill-eċċezzjoni stabbilita fl-Artikolu 3. Format ta' fajl partikolari jista' jkun aċċessibbli minn xi kategoriji ta' persuni b'diżabbiltà (eż. persuni b'vista batuta) iżda mhux minn oħrajn (eż. persuni bid-dislessija). F’dan il-każ, għalkemm ma hemm l-ebda bżonn li fajl jiġi trasformat għal persuna benefiċjarja li hija għamja jew b’diżabbiltà fil-vista, hija meħtieġa trasformazzjoni sabiex ix-xogħol isir aċċessibbli għal persuna bid-dislessija. Għandha tingħata wkoll il-possibilità ta' tislif.

Emenda     9

Proposta għal direttiva

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  L-eċċezzjoni għandha tippermetti lill-entitajiet awtorizzati biex joħolqu u jxerrdu kopji b’format aċċessibbli ta’ xogħlijiet jew materjal ieħor online u offline fl-Unjoni li jkunu koperti b’din id-Direttiva.

(9)  L-eċċezzjoni għandha tippermetti lill-entitajiet awtorizzati joħolqu u jxerrdu kopji b’format aċċessibbli ta’ xogħlijiet jew materjal ieħor online u offline fl-Unjoni li jkunu koperti b’din id-Direttiva, f'konformità mad-dritt tal-Unjoni eżistenti rilevanti. Id-Direttiva ma timponi ebda obbligu fuq l-entitajiet awtorizzati biex jagħmlu kopji u jqassmuhom.

Emenda     10

Proposta għal direttiva

Premessa 9a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9a)  Meta s-suq ma jkunx jista' jipprovdi aċċess, ir-rwol tad-detenturi tad-dritt biex jagħmlu mezz li x-xogħlijiet tagħhom ikunu aċċessibbli għal persuni b'diżabbiltà fil-vista jew li b'xi mod ieħor għandhom diffikultà biex jaqraw materjal stampat huwa importanti daqs l-eċċezzjonijiet previsti minn din id-Direttiva f'dak li jikkonċerna t-titjib tad-disponibbiltà ta' xogħlijiet ibbażati fuq test.

Ġustifikazzjoni

Il-premessa l-ġdida tirreferi għal premessa tat-Trattat ta' Marrakexx. Hija tfakkarna fl-importanza indaqs kemm tal-limitazzjonijiet xierqa u kemm tal-eċċezzjonijiet xierqa, u tar-rwol tad-detenturi tad-drittijiet li jagħmlu x-xogħlijiet aċċessibbli għall-persuni b’diżabbiltà fil-vista, sabiex jintemm "il-ġuħ għall-kotba" ta' miljuni ta' persuni għomja u b'vista mnaqqsa.

Emenda     11

Proposta għal direttiva

Premessa 9b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

  Sabiex jitrawwem l-iskambju bejn l-Istati Membri, jenħtieġ li tiġi stabbilita databażi online waħdanija li tkun pubblikament aċċessibbli, u li din tiġi ġestita mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) u jkun fiha l-informazzjoni dwar l-entitajiet awtorizzati u d-data bibljografika dwar ix-xogħlijiet f'kopji b'formati aċċessibbli li huma prodotti u magħmula disponibbli minn entitajiet awtorizzati. Din id-databażi għandha tinkludi wkoll l-informazzjoni dwar il-pubblikazzjonijiet imwielda aċċessibbli, jiġifieri pubblikazzjonijiet prodotti minn pubblikaturi b'format aċċessibbli, u jenħtieġ li tkun interoperabbli mad-databażi ABC TIGAR (Trusted Intermediary Global Accessible Resources ("Riżorsi Aċċessibbli Globali Intermedjarji Fdati")), ospitata mill-WIPO (l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjetà Intellettwali).

Ġustifikazzjoni

Il-premessa l-ġdida titlob lill-Kummissjoni Ewropea tiffaċilita l-iskambju tal-informazzjoni permezz tal-ħolqien ta' databażi unika ta' kopji f'formati aċċessibbli, inklużi l-kotba aċċessibbli li huma prodotti direttament mill-pubblikaturi f'formati aċċessibbli. Jenħtieġ li din l-inizjattiva ġdida tibni fuq id-databażi dinjija eżistenti żviluppata mill-Accessible Book Consortium (il-Konsorzju tal-Kotba Aċċessibbli), ospitat mill-WIPO, u tibqa' interoperabbli magħha.

Emenda    12

Proposta għal direttiva

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  Billi din l-eċċezzjoni għandha natura speċifika u ambitu mmirat, u billi teħtieġ iċ-ċertezza legali għall-benefiċjarji tagħha, l-Istati Membri ma għandhomx jitħallew jimponu rekwiżiti addizzjonali għall-applikazzjoni tal-eċċezzjoni, bħal skemi ta’ kumpens jew ta’ verifika minn qabel tad-disponibbiltà kummerċjali tal-kopji b’format aċċessibbli.

(11)  Billi din l-eċċezzjoni għandha natura speċifika u ambitu mmirat, u billi teħtieġ iċ-ċertezza legali għall-benefiċjarji tagħha, l-Istati Membri ma għandhomx jitħallew jimponu rekwiżiti addizzjonali għall-applikazzjoni tal-eċċezzjoni, bħal skemi ta’ kumpens jew ta’ verifika minn qabel tad-disponibbiltà kummerċjali tal-kopji b’format aċċessibbli. Tali rekwiżiti addizzjonali joħolqu r-riskju li jmorru kontra l-iskop tal-eċċezzjonijiet previsti minn din id-Direttiva, u kontra l-iskop li jiġi ffaċilitat l-iskambju transfruntier tal-kopji f'format aċċessibbli fis-suq intern.

Emenda     13

Proposta għal direttiva

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  Kull ipproċessar tad-dejta personali li jsir skont din id-Direttiva għandu jirrispetta d-drittijiet fundamentali, inkluż id-dritt tar-rispett għall-ħajja privata u l-ħajja tal-familja u d-dritt tal-protezzjoni tad-dejta personali skont l-Artikoli 7 u 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u għandu jsir b’konformità mad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li tirregola l-ipproċessar tad-dejta personali li jistgħu jagħmlu l-entitajiet awtorizzati fil-qafas ta’ din id-Direttiva u bis-superviżjoni tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, b’mod partikolari l-awtoritajiet indipendenti pubbliċi maħturin mill-Istati Membri.

(12)  Kull ipproċessar tad-data personali li jsir skont din id-Direttiva għandu jirrispetta d-drittijiet fundamentali, inkluż id-dritt tar-rispett għall-ħajja privata u l-ħajja tal-familja u d-dritt tal-protezzjoni tad-dejta personali skont l-Artikoli 7 u 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u għandu jsir b’konformità mad-Direttiva 95/46/KE1a u 2002/58/KE1b tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u mar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1c, li jirregolaw l-ipproċessar tad-dejta personali li jistgħu jagħmlu l-entitajiet awtorizzati fil-qafas ta’ din id-Direttiva u bis-superviżjoni tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, b’mod partikolari l-awtoritajiet indipendenti pubbliċi maħturin mill-Istati Membri.

_________________

1a Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/46/KE tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31)

1b Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37).

1c Regolament (UE) Nru 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

Emenda     14

Proposta għal direttiva

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  Il-UNCPRD, li l-UE hi parti kontraenti għaliha, tiżgura li l-persuni b’diżabbiltà jkollhom dritt għall-aċċess għall-informazzjoni u d-dritt li jieħdu sehem fil-ħajja kulturali, ekonomika u soċjali bħal ħaddieħor. Il-Konvenzjoni teżiġi li l-partijiet għaliha għandhom jieħdu l-miżuri xierqa kollha, skont il-liġi internazzjonali, biex jiżguraw li l-liġijiet li jipproteġu d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali ma jkunux jikkostitwixxu ostaklu diskriminatorju jew mhux raġonevoli għall-aċċess tal-persuni b’diżabbiltà għall-materjali kulturali.

(13)  Il-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità (il-UNCPRD) li l-Unjoni hi parti kontraenti għaliha u li hija vinkolanti għall-Istati Membri tal-Unjoni, tiżgura li l-persuni b'diżabbiltà jkollhom dritt għall-aċċess għall-informazzjoni u d-dritt li jieħdu sehem fil-ħajja kulturali, ekonomika u soċjali bħal ħaddieħor. Il-UNCPRD teżiġi li l-partijiet għaliha għandhom jieħdu l-miżuri xierqa kollha, skont il-liġi internazzjonali, biex jiżguraw li l-liġijiet li jipproteġu d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali ma jkunux jikkostitwixxu ostaklu diskriminatorju jew mhux raġonevoli għall-aċċess tal-persuni b’diżabbiltà għall-materjali kulturali.

Emenda     15

Proposta għal direttiva

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  Skont il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, l-Unjoni tirrikonoxxi u tirrispetta d-dritt tal-persuni b’diżabbiltà li jgawdu minn miżuri mfassla biex tkun żgurata l-indipendenza tagħhom, l-integrazzjoni soċjali u professjonali tagħhom u l-parteċipazzjoni tagħhom fil-ħajja tal-komunità.

(14)  Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea tipprojbixxi kwalunkwe forma ta' diskriminazzjoni bbażata, fost l-oħrajn, fuq id-diżabbiltà, u tiddikjara li l-Unjoni tirrikonoxxi u tirrispetta d-dritt tal-persuni b'diżabbiltà li jgawdu minn miżuri mfassla biex tkun żgurata l-indipendenza tagħhom, l-integrazzjoni soċjali u professjonali tagħhom u l-parteċipazzjoni tagħhom fil-ħajja tal-komunità.

Emenda     16

Proposta għal direttiva

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  Bl-adozzjoni ta’ din id-Direttiva, l-Unjoni għandha l-għan li tiżgura li l-persuni benefiċjarji jkollhom aċċess għall-kotba u materjal ieħor stampat b’formati aċċessibbli. Għaldaqstant din id-Direttiva hija l-ewwel pass essenzjali biex jitjieb l-aċċess tal-persuni b’diżabbiltà għax-xogħlijiet.

(15)  Bl-adozzjoni ta’ din id-Direttiva, l-Unjoni għandha l-għan li tiżgura li l-persuni benefiċjarji jkollhom aċċess għall-kotba u materjal ieħor stampat b’formati aċċessibbli fis-suq intern kollu. Għaldaqstant din id-Direttiva hija l-ewwel pass essenzjali biex jitjieb l-aċċess tal-persuni b’diżabbiltà għax-xogħlijiet.

Emenda     17

Proposta għal direttiva

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)  Il-Kummissjoni se tara x’se jkun l-effett ta’ din id-Direttiva. Bħala parti minn dan l-eżerċizzju ta’ monitoraġġ, il-Kummissjoni se tivvaluta s-sitwazzjoni fejn jidħlu d-disponibbiltà ta’ xogħlijiet u materjal ieħor b’formati aċċessibbli minbarra dawk koperti b’din id-Direttiva, u kif ukoll id-disponibbiltà ta’ xogħlijiet u materjal ieħor b’formati aċċessibbli għall-persuni b’diżabbiltajiet oħrajn. Il-Kummissjoni se teżamina s-sitwazzjoni mill-qrib. Skont il-bżonn, jaf jitqies ukoll li jsiru xi bidliet fl-ambitu ta’ din id-Direttiva.

(16)  Il-Kummissjoni se tara x’se jkun l-effett ta’ din id-Direttiva. Bħala parti minn dan l-eżerċizzju ta’ monitoraġġ, il-Kummissjoni se tivvaluta s-sitwazzjoni fejn jidħlu d-disponibbiltà ta’ xogħlijiet u materjal ieħor b’formati aċċessibbli minbarra dawk koperti b’din id-Direttiva, u kif ukoll id-disponibbiltà ta’ xogħlijiet u materjal ieħor b’formati aċċessibbli għall-persuni b’diżabbiltajiet oħrajn. Il-Kummissjoni se teżamina s-sitwazzjoni mill-qrib bil-għan li tiggarantixxi b'mod sħiħ l-għanijiet kulturali u soċjali ta' din id-Direttiva. Skont il-bżonn, jaf jitqies ukoll li jsiru xi bidliet fl-ambitu ta’ din id-Direttiva, f'konformità mar-rapport ippreżentat mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 7 ta' din id-Direttiva, ippreċedut minn studju tal-fattibbiltà dwar l-introduzzjoni ta' eċċezzjonijiet simili għal persuni b'tipi oħra ta' diżabbiltajiet.

Emenda     18

Proposta għal direttiva

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)  Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Għaldaqstant din id-Direttiva għandha tiġi interpretata u applikata bi qbil ma’ dawk id-drittijiet u l-prinċipji.

(18)  Din id-Direttiva, għaldaqstant, tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u mill-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabbiltà. Għaldaqstant din id-Direttiva għandha tiġi interpretata u applikata bi qbil ma’ dawk id-drittijiet u l-prinċipji.

Emenda     19

Proposta għal direttiva

Premessa 20a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20a)  L-Istati Membri għandhom jittrasponu din id-Direttiva fi żmien sitt xhur mid-dħul fis-seħħ, sabiex jiġu implimentati minnufih id-drittijiet rikonoxxuti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE u l-UNCRPD ta' persuni b'diżabbiltà.

Ġustifikazzjoni

L-emenda għandha l-għan li tqis id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4 paragrafu 3 u l-Artikolu 10 tat-Trattat ta' Marrakexx dwar l-implimentazzjoni tat-Trattat innifsu.

Emenda     20

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Id-Direttiva tistabbilixxi regoli dwar l-użu ta’ ċerti xogħlijiet u materjal ieħor mingħajr l-awtorizzazzjoni tad-detentur tad-drittijiet, għall-ġid tal-persuni għomja, b’diżabbiltà fil-vista jew li b’xi mod ieħor għandhom diffikultà biex jaqraw materjal stampat.

Id-Direttiva tistabbilixxi regoli dwar l-użu ta’ ċerti xogħlijiet u materjal ieħor mingħajr l-awtorizzazzjoni tad-detentur tad-drittijiet, għall-ġid tal-persuni għomja, b’diżabbiltà fil-vista jew li b’xi mod ieħor għandhom diffikultà biex jaqraw materjal stampat. Hi għandha l-għan li tiżgura b'mod effikaċi d-dritt tagħhom li jipparteċipaw fil-ħajja kulturali, ekonomika u soċjali fuq bażi ugwali mal-oħrajn.

Emenda     21

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  “xogħol u materjal ieħor” tfisser xogħol fil-forma ta’ ktieb, rivista, gazzetta, megezin jew kitba oħra, inkluż folji tal-mużika u illustrazzjonijiet relatati, bi kwalunkwe mezz, inkluż b’format awdjo bħall-kotba awdjo, li jkun protett bid-dritt tal-awtur jew bi drittijiet relatati u li jkun ippubblikat jew magħmul disponibbli għall-pubbliku b’xi mod ieħor legali;

(1)  “xogħol u materjal ieħor” tfisser xogħol fil-forma ta’ ktieb, rivista, gazzetta, megezin jew kitba oħra, inkluż folji tal-mużika u illustrazzjonijiet relatati, bi kwalunkwe mezz, inkluż b’format awdjo bħall-kotba awdjo u formats diġitali, bħall-kotba elettroniċi, li jkun protett bid-dritt tal-awtur jew bi drittijiet relatati u li jkun ippubblikat jew magħmul disponibbli għall-pubbliku b’xi mod ieħor legali;

Emenda     22

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  “persuna benefiċjarja” tfisser:

(2)  "persuna benefiċjarja" tfisser, irrispettivament minn kwalunkwe diżabbiltà oħra:

Emenda     23

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – punt 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  persuna b’diżabbiltà fil-perċezzjoni jew biex taqra, inkluż id-dislessija, u li minħabba f’hekk ma tistax taqra xogħlijiet stampati sal-istess grad sostanzjalment bħal persuna mingħajr din id-diffikultà jew id-diżabbiltà; jew

(c)  persuna b'diżabbiltà fil-perċezzjoni jew biex taqra, inkluż id-dislessija, jew kwalunkwe diżabbiltà oħra relatata mat-tagħlim, u li minħabba f'hekk ma tistax taqra xogħlijiet stampati sal-istess grad sostanzjalment bħal persuna mingħajr din id-diffikultà jew id-diżabbiltà; jew

Emenda     24

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  “kopja b’format aċċessibbli” tfisser kopja ta’ xogħol jew materjal ieħor f’mod jew għamla alternattiva li lill-persuna benefiċjarja tagħtiha aċċess għax-xogħol jew għall-materjal l-ieħor, inkluż li l-persuna benefiċjarja ikun jista’ jkollha aċċess b’mod fattibbli u komdu daq persuna mingħajr diżabbiltà fil-vista jew xi diżabbiltà msemmija fil-paragrafu 2;

(3)  “kopja b’format aċċessibbli” tfisser kopja ta’ xogħol jew materjal ieħor f’mod jew għamla alternattiva li lill-persuna benefiċjarja tagħtiha aċċess għax-xogħol jew għall-materjal l-ieħor, inkluż li l-persuna benefiċjarja ikun jista’ jkollha aċċess b’mod fattibbli u komdu daqs persuna mingħajr xi diffikultà jew diżabbiltà msemmija fil-paragrafu 2;

Emenda     25

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  “entità awtorizzata” tfisser organizzazzjoni li tipprovdi edukazzjoni, taħriġ ta’ struzzjoni, qari adattiv jew aċċess għall-informazzjoni lill-persuni benefiċjarji mingħajr skop ta’ profitt, bħala l-attività ewlenija tagħha jew bħala waħda mill-attivitajiet ewlenin tagħha jew bħala waħda mill-missjonijiet tagħha ta’ interess pubbliku.

(4)  “entità awtorizzata” tfisser organizzazzjoni awtorizzata jew rikonoxxuta mill-Istati Membri li fihom hija stabbilita u li tipprovdi edukazzjoni, taħriġ ta’ struzzjoni, qari adattiv jew aċċess għall-informazzjoni lill-persuni benefiċjarji mingħajr skop ta’ profitt, bħala l-attività ewlenija tagħha jew bħala waħda mill-attivitajiet ewlenin tagħha jew bħala waħda mill-missjonijiet tagħha ta’ interess pubbliku.

Emenda     26

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  persuna benefiċjarja, jew persuna li taġixxi f’isimha, tkun tista’ tagħmel kopja b’format aċċessibbli ta’ xogħol jew materjal ieħor għall-użu esklussiv tal-persuni benefiċjarji; kif ukoll;

(a)  persuna benefiċjarja, jew persuna li taġixxi legalment f’isimha, tkun tista’ tagħmel kopja b’format aċċessibbli ta’ xogħol jew materjal ieħor għall-użu esklussiv tal-persuni benefiċjarji; kif ukoll;

Emenda    27

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-Artikolu 5(5) u l-ewwel, it-tielet u l-ħames subparagrafi tal-Artikolu 6(4) tad-Direttiva 2001/29/KE għandhom japplikaw għall-eċċezzjoni prevista fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

3.  L-Artikolu 5(5) tad-Direttiva 2001/29/KE għandu japplika għall-eċċezzjoni prevista fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

Emenda    28

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3a.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-eċċezzjonijiet previsti mill-paragrafu 1 ma jkunux jistgħu jingħelbu minn miżuri kuntrattwali. Fir-rigward tar-relazzjoni bejn l-eċċezzjoni prevista mill-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u l-miżuri tekniċi ta' protezzjoni, għandhom japplikaw l-ewwel, it-tielet u l-ħames subparagrafi tal-Artikolu 6(4) tad-Direttiva 2001/29/KE. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġu stabbiliti mekkaniżmi għat-tressiq tal-ilmenti u rimedju għall-utenti f'każ ta' tilwim rigward l-applikazzjoni tal-miżuri msemmija f'dan l-Artikolu.

Ġustifikazzjoni

Id-direttiva proposta ma ssemmi ebda mekkaniżmu ta' lment jew ta' rimedju li jenħtieġ li jiġi stabbilit mill-Istati Membri f'każijiet fejn il-benefiċjarji jiġu mċaħħda mill-użi permessi. Tali mekkaniżmi huma previsti skont l-Artikolu 13(2) tal-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-drittijiet tal-awtur fis-Suq Uniku Diġitali (COM(2016)593).

Emenda    29

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-ipproċessar tad-dejta personali li jsir fil-qafas ta’ din id-Direttiva għandu jkun b’konformità mad-Direttiva 95/46/KE.

L-ipproċessar tad-data personali li jsir fil-qafas ta’ din id-Direttiva għandu jkun b’konformità mad-Direttiva 95/46/KE, id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a, u r-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1b.

__________________

1aDirettiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37).

1b Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

Emenda    30

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sa [enter two years after the date of transposition], il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar id-disponibbiltà, b’formati aċċessibbli, ta’ xogħlijiet u materjal ieħor għajr dawk definiti fl-Artikolu 2(1) għall-persuni benefiċjarji, u ta’ xogħlijiet u materjal ieħor għall-persuni b’diżabbiltajiet oħra għajr dawk imsemmija fl-Artikolu 2(2), fis-suq intern. Ir-rapport għandu jinkludi valutazzjoni dwar jekk għandhiex titqies emenda għall-ambitu ta’ din id-Direttiva.

Sa [enter two years after the date of transposition], il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar id-disponibbiltà, b’formati aċċessibbli, ta’ xogħlijiet u materjal ieħor għajr dawk definiti fl-Artikolu 2(1) għall-persuni benefiċjarji, u ta’ xogħlijiet u materjal ieħor għall-persuni b’diżabbiltajiet oħra għajr dawk imsemmija fl-Artikolu 2(2), fis-suq intern. Ir-rapport għandu jinkludi valutazzjoni - fid-dawl tal-iżviluppi tekonoloġiċi, b'mod partikolari t-teknoloġiji disponibbli biex jgħinu lill-persuni b'diżabbiltà. u l-aċċessibbiltà ta' dawk it-teknoloġiji - dwar jekk għandux jitqies it-twessigħ tal-ambitu ta’ din id-Direttiva, bil-għan li l-eċċezzjoni u t-tfassil korrispondenti ta' kopji b'format aċċessibbli previsti minn din id-Direttiva jkunu jistgħu jkunu ta' benefiċċju għal kategoriji oħra ta' diżabbiltà.

Emenda    31

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sa mhux aktar tard minn [enter five years after the date of transposition], il-Kummissjoni għandha tagħmel evalwazzjoni ta' din id-Direttiva u tippreżenta s-sejbiet ewlenin lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, u magħha meta jkun xieraq tippreżenta proposti għal emendi f'din id-Direttiva.

Sa mhux aktar tard minn [enter five years after the date of transpositon], il-Kummissjoni għandha tagħmel evalwazzjoni ta' din id-Direttiva li tqis l-iżviluppi teknoliġiċi fil-kuntest tal-aċċessibbiltà u tippreżenta s-sejbiet ewlenin lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, u magħha meta jkun xieraq tippreżenta proposti għal emendi f'din id-Direttiva. Ir-rapport tal-Kummissjoni għandu jqis l-opinjonijiet tal-atturi rilevanti tas-soċjetà ċivili, l-organizzazzjonijiet mhux governattivi u s-sħab soċjali, inklużi l-organizzazzjonijiet tal-persuni b'diżabbiltà u dawk li jirrappreżentaw lill-anzjani.

Emenda     32

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard minn [enter 12 month after entry into force]. Dawn għandhom jikkomunikaw it-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni minnufih.

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard minn [enter 12 months after entry into force]. Dawn għandhom jikkomunikaw it-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni minnufih.

Ġustifikazzjoni

It-terminu ta' 6 xhur jidher li huwa iktar adegwat billi jqis l-Artikolu 10 tat-Trattat ta' Marrakexx

  • [1]  Għadha mhix ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali.

OPINJONI tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (9.2.2017)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Legali

Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti użi permessi ta' xogħlijiet u materjal ieħor protett bid-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati għall-ġid tal-persuni għomja, b'diżabbiltà fil-vista jew li b'xi mod ieħor għandhom diffikultà biex jaqraw materjal stampat u li temenda d-Direttiva 2001/29/KE dwar l-armonizzazzjoni ta' ċerti aspetti ta' drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni
(COM(2016)0596 – C8-0381/2016 – 2016/0278(COD))

Rapporteur (għal opinjoni): Helga Stevens

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

In-negozjati tat-Trattat ta' Marrakexx biex jiġi ffaċilitat l-Aċċess għal Xogħlijiet pubblikati għal Persuni Għomja, b'Diżabbiltà fil-Vista jew li b'xi mod ieħor għandhom Diffikultà biex Jaqraw Materjal Stampat ("it-Trattat ta' Marrakexx") saru abbażi tat-Trattat ta' Marrakexx bħala ftehim imħallat – uħud mill-kwistjonijiet koperti tqiesu li jaqgħu fil-kompetenza tal-UE, u oħrajn fil-kompetenza tal-Istati Membri. Ħmistax-il Stat Membru diġà ffirmaw it-Trattat ta' Marrakexx.

Dan hu meqjus bħala trattat storiku għaliex hu l-ewwel trattat li jkopri l-eċċezzjonijiet għad-drittijiet tal-awtur, u jinkludi wkoll element marbut mad-drittijiet tal-bniedem. Ir-rapporteur għal opinjoni impenjat lilha nfisha li ttejjeb l-aċċess għal xogħlijiet bid-dritt tal-awtur għal persuni b'diżabbiltà fil-vista. Persuni b'diżabbiltà fil-vista fid-dinja kollha se jkollhom aċċess akbar għal kotba, u ħafna organizzazzjonijiet se jkunu jistgħu jibagħtu kopji ta' xogħlijiet f'pajjiżi oħra.

Ir-rapporteur għal opinjoni kkonsultat ukoll diversi organizzazzjonijiet ta' persuni b'diżabbiltà u partijiet ikkonċernati u tifhem li l-proposta tal-Kummissjoni tinħass favorevoli. It-tibdil fit-test kien limitat għall-kompetenzi tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u biex ikun żgurat li l-kliem jikkonforma mal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabbiltà, kif ukoll it-Trattat ta' Marrakexx.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda     1

Proposta għal direttiva

Kunsiderazzjoni 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 19 u 114 tiegħu,

Emenda     2

Proposta għal direttiva

Kunsiderazzjoni 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Wara li kkunsidra l-Protokoll (Nru 1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea dwar ir-rwol tal-parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea,

Emenda     3

Proposta għal direttiva

Kunsiderazzjoni 1b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Wara li kkunsidra l-Protokoll (Nru 2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità,

Emenda    4

Proposta għal direttiva

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  Id-Direttivi tal-Unjoni fil-qasam tad-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati jipprovdu ċertezza legali u livell għoli ta’ protezzjoni għad-detenturi tad-drittijiet. Dan il-qafas legali armonizzat jikkontribwixxi għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern u jistimula l-innovazzjoni, il-kreazzjoni, l-investiment u l-produzzjoni ta’ kontenut ġdid, inkluż fil-qasam diġitali. Dan għandu l-għan ukoll li jippromwovi l-aċċess għall-għarfien u l-kultura billi jipproteġi x-xogħolijiet u materjal ieħor u billi jippermetti eċċezzjonijiet jew limitazzjonijiet li huma fl-interess pubbliku. Għandu jkun żgurat li jsir bilanċ ġust bejn id-drittijiet u l-interessi tad-detenturi tad-drittijiet u d-drittijiet u l-interessi tal-utenti.

(1)  Id-Direttivi tal-Unjoni fil-qasam tad-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati jipprovdu ċertezza legali u livell għoli ta’ protezzjoni għad-detenturi tad-drittijiet. Dan il-qafas legali armonizzat jikkontribwixxi għal funzjonament korrett u aħjar tas-suq intern u jistimula l-innovazzjoni, il-kreazzjoni, l-investiment, l-impjiegi u l-produzzjoni ta' kontenut ġdid, inkluż fil-qasam diġitali u online. Dan għandu l-għan ukoll li jippromwovi l-aċċess għall-għarfien u l-kultura billi jipproteġi x-xogħolijiet u materjal ieħor u billi jippermetti eċċezzjonijiet jew limitazzjonijiet li huma fl-interess pubbliku. Għandu jkun żgurat li jsir bilanċ ġust bejn id-drittijiet u l-interessi tad-detenturi tad-drittijiet u d-drittijiet u l-interessi tal-utenti.

Emenda    5

Proposta għal direttiva

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Il-persuni għomja, b’diżabbiltà fil-vista jew li b’xi mod ieħor għandhom diffikultà biex jaqraw materjal stampat għadhom qed isibu bosta xkiel biex jaċċessaw il-kotba u materjal stampat ieħor li huma protetti bid-drittijiet tal-awtur u bi drittijiet relatati. Jeħtieġ li jittieħdu miżuri biex tiżdied id-disponibbiltà ta’ xogħlijiet b’formati aċċessibbli u biex titjieb iċ-ċirkolazzjoni tagħhom fis-suq intern.

(3)  Il-persuni għomja, b'diżabbiltà fil-vista jew li b'xi mod ieħor għandhom diffikultà biex jaqraw materjal stampat, inklużi dawk b'diżabbiltà fiżika li mhumiex kapaċi jżommu jew jużaw ktieb, għadhom qed isibu bosta xkiel biex jaċċessaw il-kotba u materjal stampat ieħor li huma protetti bid-drittijiet tal-awtur u bi drittijiet relatati. Jeħtieġ li jittieħdu miżuri biex tiżdied id-disponibbiltà ta’ xogħlijiet b’formati aċċessibbli u biex titjieb iċ-ċirkolazzjoni tagħhom fis-suq intern.

Emenda    6

Proposta għal direttiva

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Din id-Direttiva tfasslet għall-ġid tal-persuni għomja, tal-persuni b’diżabbiltà fil-vista li ma tistax titjieb sal-punt li l-persuna tingħata funzjoni viżiva sostanzjalment ekwivalenti għal dik ta’ persuna li ma jkollhiex din id-diffikultà, jew tal-persuni b’diżabbiltà fil-perċezzjoni jew biex jaqraw, inkluż id-dislessija, li żżommhom milli jaqraw materjal stampat sal-istess grad sostanzjalment bħal persuna mingħajr din id-diżabbiltà, jew li ma jkunux jistgħu jżommu jew jużaw ktieb jew jiffokaw jew iċaqalqu għajnejhom kif normalment ikun meħtieġ għall-qari, minħabba diżabbiltà fiżika. L-għan tal-miżuri introdotti b’din id-Direttiva hu li titjieb id-disponibbiltà tal-kotba, ir-rivisti, il-gazzetti, il-megezins u kitbiet oħrajn, il-folji tal-mużika u materjal stampat ieħor, inkluż f’forma awdjo, kemm analoga jew diġitali, b’formati li dawk ix-xogħlijiet jew il-materjal l-ieħor jagħmluhom aċċessibbli għall-persuni sal-istess grad sostanzjalment bħall-persuna mingħajr diffikultà jew diżabbiltà. Fost il-formati aċċessibbli hemm il-kitbiet bil-Braille jew b'tipa kbira, il-kotba diġitali adattati, il-kotba awdjo u x-xandiriet tar-radju.

(5)  Din id-Direttiva tfasslet għall-ġid tal-persuni għomja, tal-persuni b'diżabbiltà fil-vista li ma tistax titjieb sal-punt li l-persuna tingħata funzjoni viżiva sostanzjalment ekwivalenti għal dik ta' persuna li ma jkollhiex din id-diffikultà, jew tal-persuni b'diżabbiltà fil-perċezzjoni jew biex jaqraw, inkluż id-dislessija, jew kwalunkwe diżabbiltà oħra relatata mat-tagħlim, li żżommhom milli jaqraw materjal stampat sal-istess grad sostanzjalment bħal persuna mingħajr din id-diżabbiltà, jew li ma jkunux jistgħu jżommu jew jużaw ktieb jew jiffokaw jew iċaqalqu għajnejhom kif normalment ikun meħtieġ għall-qari, minħabba diżabbiltà fiżika. L-għan tal-miżuri introdotti b'din id-Direttiva hu li titjieb id-disponibbiltà tal-kotba, ir-rivisti, il-gazzetti, il-megezins u kitbiet oħrajn, il-folji tal-mużika u materjal stampat ieħor, inkluż f'forma awdjo, kemm analoga jew diġitali, online jew offline, b'formati li dawk ix-xogħlijiet jew il-materjal l-ieħor jagħmluhom aċċessibbli għall-persuni sal-istess grad sostanzjalment bħall-persuna mingħajr diffikultà jew diżabbiltà. Fost il-formati aċċessibbli hemm il-kitbiet bil-Braille jew b'tipa kbira, il-kotba diġitali adattati, il-kotba awdjo u x-xandiriet tar-radju.

Emenda     7

Proposta għal direttiva

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  Għaldaqstant, din id-Direttiva għandha tipprovdi għal eċċezzjonijiet obbligatorji għad-drittijiet li huma armonizzati bil-liġi tal-Unjoni u li huma rilevanti għall-użi u x-xogħlijiet li jkopri t-Trattat ta’ Marrakexx. Dawn jinkludu b’mod partikolari d-drittijiet tar-riproduzzjoni, tal-komunikazzjoni lill-pubbliku, tad-dispożizzjoni, tad-distribuzzjoni u tas-self, kif previst bid-Direttiva 2001/29/KE, bid-Direttiva 2006/115/KE, u bid-Direttiva 2009/24/KE, kif ukoll id-drittijiet korrispondenti fid-Direttiva 96/9/KE. Minħabba li l-ambitu tal-eċċezzjonijiet u tal-limitazzjonijiet meħtieġa skont it-Trattat ta’ Marrakexx jinkludi wkoll ix-xogħlijiet f’forma awdjo, bħall-kotba awdjo, hemm bżonn li dawn l-eċċezzjonijiet ikunu japplikaw ukoll għad-drittijiet relatati.

(6)  Għaldaqstant, din id-Direttiva għandha tipprovdi għal eċċezzjonijiet obbligatorji għad-drittijiet li huma armonizzati bil-liġi tal-Unjoni u li huma rilevanti għall-użi u x-xogħlijiet li jkopri t-Trattat ta’ Marrakexx. Dawn jinkludu b’mod partikolari d-drittijiet tar-riproduzzjoni, tal-komunikazzjoni lill-pubbliku, tad-dispożizzjoni, tad-distribuzzjoni u tas-self, kif previst bid-Direttiva 2001/29/KE, bid-Direttiva 2006/115/KE, u bid-Direttiva 2009/24/KE, kif ukoll id-drittijiet korrispondenti fid-Direttiva 96/9/KE. Minħabba li l-ambitu tal-eċċezzjonijiet u tal-limitazzjonijiet meħtieġa skont it-Trattat ta’ Marrakexx jinkludi wkoll ix-xogħlijiet f’forma awdjo, bħall-kotba awdjo, hemm bżonn li dawn l-eċċezzjonijiet ikunu japplikaw ukoll għad-drittijiet relatati. L-applikazzjoni tal-eċċezzjonijiet previsti minn din id-Direttiva jenħtieġ li tkun mingħajr preġudizzju għal eċċezzjonijiet oħra aktar favorevoli għal persuni b'diżabbiltajiet previsti mill-Istati Membri, bħal dawk relatati mal-użu privat.

Emenda     

Proposta għal direttiva

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  Billi din l-eċċezzjoni għandha natura speċifika u ambitu mmirat, u billi teħtieġ iċ-ċertezza legali għall-benefiċjarji tagħha, l-Istati Membri ma għandhomx jitħallew jimponu rekwiżiti addizzjonali għall-applikazzjoni tal-eċċezzjoni, bħal skemi ta’ kumpens jew ta’ verifika minn qabel tad-disponibbiltà kummerċjali tal-kopji b’format aċċessibbli.

(11)  Billi din l-eċċezzjoni għandha natura speċifika u ambitu mmirat, u billi teħtieġ iċ-ċertezza legali għall-benefiċjarji tagħha, l-Istati Membri ma għandhomx jitħallew jimponu rekwiżiti addizzjonali għall-applikazzjoni tal-eċċezzjoni, bħal skemi ta’ kumpens jew ta’ verifika minn qabel tad-disponibbiltà kummerċjali tal-kopji b’format aċċessibbli. Tali rekwiżiti addizzjonali joħolqu r-riskju li jmorru kontra l-iskop li jiġi ffaċilitat l-iskambju transfruntier tal-kopji f'format aċċessibbli fis-suq intern.

Emenda    9

Proposta għal direttiva

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  Il-UNCPRD, li l-UE hi parti kontraenti għaliha, tiżgura li l-persuni b’diżabbiltà jkollhom dritt għall-aċċess għall-informazzjoni u d-dritt li jieħdu sehem fil-ħajja kulturali, ekonomika u soċjali bħal ħaddieħor. Il-Konvenzjoni teżiġi li l-partijiet għaliha għandhom jieħdu l-miżuri xierqa kollha, skont il-liġi internazzjonali, biex jiżguraw li l-liġijiet li jipproteġu d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali ma jkunux jikkostitwixxu ostaklu diskriminatorju jew mhux raġonevoli għall-aċċess tal-persuni b’diżabbiltà għall-materjali kulturali.

(13)  Il-UNCPRD, li l-Unjoni hi parti kontraenti għaliha sa mill-21 ta' Jannar 2011, tiżgura li l-persuni b'diżabbiltà jkollhom dritt għall-aċċess għall-informazzjoni u għall-komunikazzjoni u d-dritt li jieħdu sehem fil-ħajja kulturali, ekonomika, politika, tax-xogħol u soċjali bħal ħaddieħor. Il-Konvenzjoni teżiġi li l-partijiet għaliha għandhom jieħdu l-miżuri xierqa kollha, skont il-liġi internazzjonali, biex jiżguraw li l-liġijiet li jipproteġu d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali ma jkunux jikkostitwixxu ostaklu diskriminatorju jew mhux raġonevoli għall-aċċess tal-persuni b’diżabbiltà għall-materjali kulturali.

Emenda     10

Proposta għal direttiva

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

  Skont il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, l-Unjoni tirrikonoxxi u tirrispetta d-dritt tal-persuni b’diżabbiltà li jgawdu minn miżuri mfassla biex tkun żgurata l-indipendenza tagħhom, l-integrazzjoni soċjali u professjonali tagħhom u l-parteċipazzjoni tagħhom fil-ħajja tal-komunità.

(14)  Skont il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, l-Unjoni tipprojbixxi diskriminazzjoni abbażi tad-diżabbiltà u tirrikonoxxi u tirrispetta d-dritt tal-persuni b'diżabbiltà li jgawdu minn miżuri mfassla biex tkun żgurata l-indipendenza tagħhom, l-integrazzjoni soċjali u professjonali tagħhom u l-parteċipazzjoni tagħhom fil-ħajja tal-komunità.

Emenda     11

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  “xogħol u materjal ieħor” tfisser xogħol fil-forma ta’ ktieb, rivista, gazzetta, megezin jew kitba oħra, inkluż folji tal-mużika u illustrazzjonijiet relatati, bi kwalunkwe mezz, inkluż b’format awdjo bħall-kotba awdjo, li jkun protett bid-dritt tal-awtur jew bi drittijiet relatati u li jkun ippubblikat jew magħmul disponibbli għall-pubbliku b’xi mod ieħor legali;

(1)  “xogħol u materjal ieħor” tfisser xogħol fil-forma ta' ktieb, ktieb elettroniku, rivista, gazzetta, megezin jew kitba oħra, inkluż partituri mużikali u illustrazzjonijiet relatati, bi kwalunkwe mezz, online jew offline, inkluż b'format awdjo bħall-kotba awdjo, li jkun protett bid-dritt tal-awtur jew bi drittijiet relatati u li jkun ippubblikat jew magħmul disponibbli għall-pubbliku b'xi mod ieħor legali;

Emenda     12

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – punt 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  persuna b’diżabbiltà fil-perċezzjoni jew biex taqra, inkluż id-dislessija, u li minħabba f’hekk ma tistax taqra xogħlijiet stampati sal-istess grad sostanzjalment bħal persuna mingħajr din id-diffikultà jew id-diżabbiltà; jew

(c)  persuna b'diżabbiltà fil-perċezzjoni jew biex taqra, inkluż id-dislessija, jew kwalunkwe diżabbiltà oħra relatata mat-tagħlim, u li minħabba f'hekk ma tistax taqra xogħlijiet stampati sal-istess grad sostanzjalment bħal persuna mingħajr din id-diffikultà jew id-diżabbiltà; jew

Emenda     13

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-eċċezzjonijiet għad-dritt tal-awtur u d-drittijiet relatati previsti mill-paragrafu 1 ma jkunux jistgħu jiġu sostitwiti minn miżuri teknoloġiċi jew minn kuntratt.

Emenda     14

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sa [enter two years after the date of transposition], il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar id-disponibbiltà, b’formati aċċessibbli, ta’ xogħlijiet u materjal ieħor għajr dawk definiti fl-Artikolu 2(1) għall-persuni benefiċjarji, u ta’ xogħlijiet u materjal ieħor għall-persuni b’diżabbiltajiet oħra għajr dawk imsemmija fl-Artikolu 2(2), fis-suq intern. Ir-rapport għandu jinkludi valutazzjoni dwar jekk għandhiex titqies emenda għall-ambitu ta’ din id-Direttiva.

Sa [enter two years after the date of transposition], il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar id-disponibbiltà, b’formati aċċessibbli, ta’ xogħlijiet u materjal ieħor għajr dawk definiti fl-Artikolu 2(1) għall-persuni benefiċjarji, u ta’ xogħlijiet u materjal ieħor għall-persuni b’diżabbiltajiet oħra għajr dawk imsemmija fl-Artikolu 2(2), fis-suq intern. Ir-rapport għandu jinkludi valutazzjoni - fid-dawl tal-iżvilupp teknoloġiku u, b'mod partikolari, it-teknoloġiji disponibbli biex jgħinu lill-persuni b'diżabbiltà kif ukoll l-aċċessibbiltà ta' dawk it-teknoloġiji - dwar jekk għandhiex titqies emenda għall-ambitu ta' din id-Direttiva.

Emenda    15

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sa mhux aktar tard minn [enter five years after the date of transposition], il-Kummissjoni għandha tagħmel evalwazzjoni ta' din id-Direttiva u tippreżenta s-sejbiet ewlenin lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, u magħha meta jkun xieraq tippreżenta proposti għal emendi f'din id-Direttiva.

Sa mhux aktar tard minn [enter five years after the date of transposition]– anke fid-dawl tal-iżviluppi teknoloġiċi fil-kuntest tal-aċċessibbiltà – il-Kummissjoni għandha tagħmel evalwazzjoni ta' din id-Direttiva u tippreżenta s-sejbiet ewlenin lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, u magħha meta jkun xieraq tippreżenta proposti għal emendi f'din id-Direttiva. Ir-rapport tal-Kummissjoni għandu jqis l-opinjonijiet tal-atturi tas-soċjetà ċivili, l-organizzazzjonijiet mhux governattivi u s-sħab soċjali rilevanti, inklużi l-organizzazzjonijiet tal-persuni b'diżabbiltà u dawk li jirrappreżentaw lill-anzjani.

ANNESS: LISTA TA' ENTITAJIET JEW PERSUNI LI R-RAPPORTEUR IRĊEVIET INPUT MINGĦANDHOM

Il-lista li ġejja hija mfassla fuq bażi purament volontarja, taħt ir-responsabbiltà esklużiva tar-rapporteur għal opinjoni. Fit-tħejjija tal-abbozz ta' rapport, ir-rapporteur irċeviet input mingħand l-entitajiet jew il-persuni li ġejjin :

Entità u/jew persuna

L-Unjoni Ewropea tal-Għomja (EBU)

Il-Forum Ewropew tad-Diżabbiltà (EDF).

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Użi permessi ta’ xogħlijiet u materjal ieħor protett bid-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati għall-ġid tal-persuni għomja, b’diżabbiltà fil-vista jew li b’xi mod ieħor għandhom diffikultà biex jaqraw materjal stampat u emenda tad-Direttiva 2001/29/KE dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni

Referenzi

COM(2016)0596 – C8-0381/2016 – 2016/0278(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

6.10.2016

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

EMPL

24.11.2016

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Helga Stevens

28.11.2016

Eżami fil-kumitat

8.12.2016

Data tal-adozzjoni

25.1.2017

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

49

0

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Laura Agea, Brando Benifei, Vilija Blinkevičiūtė, Enrique Calvet Chambon, Ole Christensen, Martina Dlabajová, Lampros Fountoulis, Arne Gericke, Marian Harkin, Czesław Hoc, Agnes Jongerius, Rina Ronja Kari, Jan Keller, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Jean Lambert, Jérôme Lavrilleux, Patrick Le Hyaric, Jeroen Lenaers, Verónica Lope Fontagné, Javi López, Thomas Mann, David Martin, Joëlle Mélin, Elisabeth Morin-Chartier, João Pimenta Lopes, Georgi Pirinski, Terry Reintke, Sofia Ribeiro, Robert Rochefort, Claude Rolin, Anne Sander, Sven Schulze, Siôn Simon, Jutta Steinruck, Romana Tomc, Yana Toom, Ulrike Trebesius, Marita Ulvskog, Renate Weber, Jana Žitňanská

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Georges Bach, Heinz K. Becker, Lynn Boylan, Dieter-Lebrecht Koch, Paloma López Bermejo, Edouard Martin, Evelyn Regner, Csaba Sógor, Helga Stevens, Flavio Zanonato

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Marco Valli

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

49

+

ALDE

ECR

EFDD

GUE/NGL

NI

EPP

S&D

Green/ALE

Enrique Calvet Chambon, Martina Dlabajová, Marian Harkin, Robert Rochefort, Yana Toom, Renate Weber

Arne Gericke, Czesław Hoc, Helga Stevens, Ulrike Trebesius, Jana Žitňanská

Laura Agea, Marco Valli

Lynn Boylan, Rina Ronja Kari, Patrick Le Hyaric, Paloma López Bermejo, João Pimenta Lopes

Lampros Fountoulis

Georges Bach, Heinz K. Becker, Dieter-Lebrecht Koch, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Jérôme Lavrilleux, Jeroen Lenaers, Verónica Lope Fontagné, Thomas Mann, Elisabeth Morin-Chartier, Sofia Ribeiro, Claude Rolin, Anne Sander, Sven Schulze, Csaba Sógor, Romana Tomc

Brando Benifei, Vilija Blinkevičiūtė, Ole Christensen, Agnes Jongerius, Jan Keller, Javi López, Edouard Martin, Georgi Pirinski, Evelyn Regner, Siôn Simon, Jutta Steinruck, Marita Ulvskog, Flavio Zanonato

Jean Lambert, Terry Reintke

0

-

2

0

ENF

Dominique Martin, Joëlle Mélin

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

OPINJONI tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (17.3.2017)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Legali

Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti użi permessi ta' xogħlijiet u materjal ieħor protett bid-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati għall-ġid tal-persuni għomja, b'diżabbiltà fil-vista jew li b'xi mod ieħor għandhom diffikultà biex jaqraw materjal stampat u li temenda d-Direttiva 2001/29/KE dwar l-armonizzazzjoni ta' ċerti aspetti ta' drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni
COM(2016)0596 – C8-0381/2016 – 2016/0278(COD))

Rapporteur (għal opinjoni): Helga Trüpel

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

It-Trattat ta' Marrakexx jesiġi li l-partijiet jistabbilixxu sett ta’ limitazzjonijiet u eċċezzjonijiet mandatarji għad-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati għall-ġid tal-persuni għomja, b'diżabbiltà fil-vista jew li b'xi mod ieħor għandhom diffikultà biex jaqraw materjal stampat, u jippermetti l-iskambju transfruntier ta' kopji tal-kotba b'format speċjali, fosthom il-kotba awdjo, u materjal stampat ieħor bejn il-pajjiżi li huma partijiet għat-Trattat.

Ir-Rapporteur tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (CULT) tilqa’ b’sodisfazzjon il-proposta għal Direttiva għaliex dan ifisser it-tmiem tal-“kilba għall-kotba” għall-persuni għomja u għall-persuni b'diżabbilta' fil-vista fl-UE u madwar id-dinja. Huma biss ħamsa fil-mija tal-kotba pubblikati li huma disponibbli għall-persuni b'diżabbilta' fil-vista bħalissa, fatt li juri li ma jeżisti l-ebda suq veru u proprju għal dawk ix-xogħlijiet. It-Trattat ta’ Marrakexx jirrappreżenta pass importanti 'l quddiem f’dak li hu l-ksib ta’ aċċess għall-informazzjoni kulturali u edukattiva bħal kull ċittadin ieħor.

L-eċċezzjonijiet jew limitazzjonijiet previsti għad-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati japplikaw biss għal grupp limitat ta’ utenti u biss għal skopijiet mhux kummerċjali.

Barra minn hekk għandu jiġi nnutat li l-kotba kondiviżi minn persuni għomja u b'diżabbilta' fil-vista huma f’formati speċjali, bħall-Braille jew id-Daisy u rarament jikkompetu max-xogħlijiet għall-persuni li jaraw. Fl-opinjoni tar-Rapporteur, ma hemm l-ebda evidenza li “l-entitajiet awtorizzati” li jipproduċu l-formati aċċessibbli jispiċċaw biex jagħmlu ħsara lid-detenturi tad-drittijiet u lanqas lill-pubblikaturi permezz tal-piraterija.

It-Trattat mhux se jxekkel il-pubblikazzjonijiet prinċipali u mhux se jipprevjeni lid-detenturi tad-drittijiet milli jżidu l-għadd ta’ titoli prinċipali aċċessibbli li joffru. Huwa ma jrawwemx il-kompetizzjoni kummerċjali mal-industrija tal-pubblikazzjoni. Għandu wkoll jiġi mfakkar li t-Trattat jeżisti minħabba li dan is-suq kien naqas lill-persuni għomja u lil dawk b’vista mnaqqsa.

Għalhekk, iridu jittieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni rapida u xierqa tat-Trattat u r-Rapporteur titlob ratifika malajr tat-Trattat ta’ Marrakexx mill-Unjoni Ewropea.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda     1

Proposta għal direttiva

Premessa 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2a)  Fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea hemm imnaqqax id-dritt għall-informazzjoni (Artikolu 11) u d-dritt għall-edukazzjoni (Artikolu 14).

Emenda     2

Proposta għal direttiva

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Il-persuni għomja, b’diżabbiltà fil-vista jew li b’xi mod ieħor għandhom diffikultà biex jaqraw materjal stampat għadhom qed isibu bosta xkiel biex jaċċessaw il-kotba u materjal stampat ieħor li huma protetti bid-drittijiet tal-awtur u bi drittijiet relatati. Jeħtieġ li jittieħdu miżuri biex tiżdied id-disponibbiltà ta’ xogħlijiet b’formati aċċessibbli u biex titjieb iċ-ċirkolazzjoni tagħhom fis-suq intern.

(3)  Il-persuni għomja, b’diżabbiltà fil-vista jew li b’xi mod ieħor għandhom diffikultà biex jaqraw materjal stampat għadhom qed isibu bosta xkiel biex jaċċessaw il-kotba u materjal stampat ieħor li huma protetti bid-drittijiet tal-awtur u bi drittijiet relatati. Filwaqt li jitqies li l-użu tagħhom minn persuni li l-vista tagħhom hija mxekkla b’mod serju u fuq perjodu ta’ żmien twil ikollhom interess soċjali ċar u essenzjalment isir skont reġim mingħajr profitt, jeħtieġ li jittieħdu miżuri biex titjieb l-aċċessibbiltà għal xogħlijiet b’formati aċċessibbli u biex titjieb iċ-ċirkolazzjoni tagħhom fis-suq intern, kif ukoll biex tiżdied id-disponibbiltà fejn meħtieġ u fejn il-kundizzjonijiet stipulati f’din id-Direttiva huma ssodisfati u biex tinġabar data dwar dan l-aċċess, inkluża l-pubblikazzjoni ta’ informazzjoni dwar l-entitajiet awtorizzati stabbiliti fit-territorju.

Emenda     3

Proposta għal direttiva

Premessa 3a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3a)  Il-persuni għomja, b'diżabbiltà fil-vista jew li b’xi mod ieħor għandhom diffikultà biex jaqraw materjal stampat għandhom id-dritt tal-aċċess għall-informazzjoni u d-dritt li jieħdu sehem fil-ħajja kulturali, ekonomika u soċjali bħal ħaddieħor.

Ġustifikazzjoni

Iż-żieda proposta tirriżulta mill-UNCRPD u l-Artikolu 26 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE li jistabbilixxi d-drittijiet u l-libertajiet tal-persuni b'diżabilitajiet.

Emenda     4

Proposta għal direttiva

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Din id-Direttiva tfasslet għall-ġid tal-persuni għomja, tal-persuni b’diżabbiltà fil-vista li ma tistax titjieb sal-punt li l-persuna tingħata funzjoni viżiva sostanzjalment ekwivalenti għal dik ta’ persuna li ma jkollhiex din id-diffikultà, jew tal-persuni b’diżabbiltà fil-perċezzjoni jew biex jaqraw, inkluż id-dislessija, li żżommhom milli jaqraw materjal stampat sal-istess grad sostanzjalment bħal persuna mingħajr din id-diżabbiltà, jew li ma jkunux jistgħu jżommu jew jużaw ktieb jew jiffokaw jew iċaqalqu għajnejhom kif normalment ikun meħtieġ għall-qari, minħabba diżabbiltà fiżika. L-għan tal-miżuri introdotti b’din id-Direttiva hu li titjieb id-disponibbiltà tal-kotba, ir-rivisti, il-gazzetti, il-megezins u kitbiet oħrajn, il-folji tal-mużika u materjal stampat ieħor, inkluż f’forma awdjo, kemm analoga jew diġitali, b’formati li dawk ix-xogħlijiet jew il-materjal l-ieħor jagħmluhom aċċessibbli għall-persuni sal-istess grad sostanzjalment bħall-persuna mingħajr diffikultà jew diżabbiltà. Fost il-formati aċċessibbli hemm il-kitbiet bil-Braille jew b’tipa kbira, il-kotba diġitali adattati, il-kotba awdjo u x-xandiriet tar-radju.

(5)  Din id-Direttiva tfasslet għall-ġid tal-persuni għomja, tal-persuni b’diżabbiltà fil-vista li ma tistax titjieb sal-punt li l-persuna tingħata funzjoni viżiva sostanzjalment ekwivalenti għal dik ta’ persuna li ma jkollhiex din id-diffikultà, jew tal-persuni b’diżabbiltà fil-perċezzjoni jew biex jaqraw, inkluż id-dislessija, li żżommhom milli jaqraw materjal stampat sal-istess grad sostanzjalment bħal persuna mingħajr din id-diżabbiltà, jew li ma jkunux jistgħu jżommu jew jużaw ktieb jew jiffokaw jew iċaqalqu għajnejhom kif normalment ikun meħtieġ għall-qari, minħabba diffikultà fiżika. L-għan tal-miżuri introdotti b’din id-Direttiva hu li titjieb id-disponibbiltà tal-kotba, ir-rivisti, il-gazzetti, il-megezins u kitbiet oħrajn, il-folji tal-mużika u materjal stampat ieħor, inkluż f’forma awdjo, kemm analoga jew diġitali, b’formati li dawk ix-xogħlijiet jew il-materjal l-ieħor jagħmluhom aċċessibbli għall-persuni sal-istess grad sostanzjalment bħall-persuni li mhumiex għomja, b’diżabbiltà fil-vista jew li b’xi mod ieħor għandhom diffikultà biex jaqraw materjal stampat, mingħajr ma tiġi kompromessa l-kwalità tal-kontenut. Fost il-formati aċċessibbli hemm il-kitbiet bil-Braille jew b’tipa kbira, il-kotba diġitali, il-kotba awdjo u x-xandiriet tar-radju, iżda mhumiex limitati għalihom.

Ġustifikazzjoni

Din il-premessa għandha l-għan li tiggarantixxi l-kwalità tax-xogħlijiet adattati sabiex jiġi żgurat li l-esperjenza kulturali miksuba mill-fatt li dak li jkun jaċċessa xogħlijiet letterarji jew artistiċi tkun l-istess għal kulħadd, u biex tinżamm il-preċiżjoni tad-definizzjoni għall-"persuni li mhumiex għomja, m'għandhomx disabbiltà fil-vista jew b’xi mod ieħor xi diffikultà biex jaqraw materjal stampat". Hija toffri wkoll id-distinzjoni bejn “diżabbilià” u “diffikultà"; skont il-Preambolu (e) tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità, “(L-Istati Msieħba għal din il-Konvenzjoni jagħrfu li d-diżabilità hi kunċett li dejjem qed jevolvi u) li d-diżabilità tirriżulta mir-relazzjonijiet bejn il-persuni b'nuqqasijiet differenti u l-ostakli ta' attitudnijiet u ambjentali li jtellfu milli huma jipparteċipaw b'mod sħiħ fis-soċjetà fuq bażi ugwali bħall-oħrajn”. Fi kliem ieħor, huma dawn l-ostakli li qegħdin joħolqu diżabilità għan-nies, mhux in-nuqqasijiet tagħhom jew il-kapaċitajiet funzjonali differenti tagħhom. Bħala tali, “nuqqas” jew "diffikultà" hija aktar xierqa hawnhekk.

Emenda    5

Proposta għal direttiva

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  Għaldaqstant, din id-Direttiva għandha tipprovdi għal eċċezzjonijiet obbligatorji għad-drittijiet li huma armonizzati bil-liġi tal-Unjoni u li huma rilevanti għall-użi u x-xogħlijiet li jkopri t-Trattat ta’ Marrakexx. Dawn jinkludu b’mod partikolari d-drittijiet tar-riproduzzjoni, tal-komunikazzjoni lill-pubbliku, tad-dispożizzjoni, tad-distribuzzjoni u tas-self, kif previst bid-Direttiva 2001/29/KE, bid-Direttiva 2006/115/KE, u bid-Direttiva 2009/24/KE, kif ukoll id-drittijiet korrispondenti fid-Direttiva 96/9/KE. Minħabba li l-ambitu tal-eċċezzjonijiet u tal-limitazzjonijiet meħtieġa skont it-Trattat ta’ Marrakexx jinkludi wkoll ix-xogħlijiet f’forma awdjo, bħall-kotba awdjo, hemm bżonn li dawn l-eċċezzjonijiet ikunu japplikaw ukoll għad-drittijiet relatati.

(6)  Għaldaqstant, din id-Direttiva tipprevedi eċċezzjonijiet obbligatorji għad-drittijiet li huma armonizzati bil-liġi tal-Unjoni u li huma rilevanti għall-użi u x-xogħlijiet li jkopri t-Trattat ta’ Marrakexx. Dawn jinkludu b’mod partikolari d-drittijiet tar-riproduzzjoni, tal-komunikazzjoni lill-pubbliku, tad-dispożizzjoni, tad-distribuzzjoni u tas-self, kif previst bid-Direttiva 2001/29/KE, bid-Direttiva 2006/115/KE, u bid-Direttiva 2009/24/KE, kif ukoll id-drittijiet korrispondenti fid-Direttiva 96/9/KE. Minħabba li l-ambitu tal-eċċezzjonijiet u tal-limitazzjonijiet meħtieġa skont it-Trattat ta’ Marrakexx jinkludi wkoll ix-xogħlijiet f’forma awdjo, bħall-kotba awdjo adattati, hemm bżonn li dawn l-eċċezzjonijiet ikunu japplikaw ukoll għad-drittijiet relatati. L-eżerċizzju tal-eċċezzjonijiet previsti minn din id-Direttiva huwa mingħajr ħsara għal eċċezzjonijiet oħra applikabbli għall-persuni b'diżabbiltà previsti mill-Istati Membri, bħalma hu l-użu privat.

Emenda     6

Proposta għal direttiva

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  L-eċċezzjoni obbligatorja għandha wkoll tillimita d-dritt tar-riproduzzjoni biex tippermetti kull att li jkun meħtieġ biex isiru xi bidliet jew adattamenti f’xogħol jew f’materjal ieħor b’tali mod li tinħoloq kopja b’format aċċessibbli. Din tinkludi li jiġu provduti l-mezzi meħtieġa biex wieħed ifittex l-informazzjoni permezz ta’ kopja b’format aċċessibbli.

(8)  Hemm il-bżonn ukoll li l-eċċezzjoni obbligatorja tillimita d-dritt tar-riproduzzjoni biex tippermetti kull att li jkun meħtieġ biex isiru xi bidliet jew adattamenti f’xogħol jew f’materjal ieħor b’tali mod li tinħoloq kopja b’format aċċessibbli. Din tinkludi li jiġu provduti l-mezzi meħtieġa biex wieħed ifittex l-informazzjoni permezz ta’ kopja b’format aċċessibbli, kif ukoll atti li jkunu meħtieġa sabiex jiġu adattati pubblikazzjonijiet eżistenti li huma diġà aċċessibbli għal ċerti kategoriji ta’ persuni benefiċjarji għall-ħtiġijiet ta’ persuni benefiċjarji oħra li jeħtieġu formati alternattivi biex ikollhom aċċess kif suppost għax-xogħol. Jenħtieġ li t-tislif tax-xogħol lill-persuni benefiċjarji jkun permess.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda għandha l-għan li ttejjeb iċ-ċarezza dwar x'inhuma l-"atti li jkunu meħtieġa" li huma awtorizzati mill-eċċezzjoni stabbilita fl-Artikolu 3. Format ta' fajl partikolari jista' jkun aċċessibbli minn xi kategoriji ta' persuni b'diżabbiltà (eż. persuni b'vista batuta) iżda mhux minn oħrajn (eż. persuni bid-dislessija). F’dan il-każ, għalkemm ma hemm l-ebda bżonn li fajl jiġi trasformat għal persuna benefiċjarja li hija għamja jew b’diżabbiltà fil-vista, hija meħtieġa trasformazzjoni sabiex ix-xogħol isir aċċessibbli għal persuna bid-dislessija. Il-possibilità ta’ tislif għandha tingħata wkoll.

Emenda     7

Proposta għal direttiva

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  L-eċċezzjoni għandha tippermetti lill-entitajiet awtorizzati biex joħolqu u jxerrdu kopji b’format aċċessibbli ta’ xogħlijiet jew materjal ieħor online u offline fl-Unjoni li jkunu koperti b’din id-Direttiva.

(9)  L-eċċezzjoni se tippermetti lill-entitajiet awtorizzati joħolqu u jxerrdu kopji b’format aċċessibbli ta’ xogħlijiet attwali, materjal arkivjat jew materjal ieħor online u offline fl-Unjoni li jkunu koperti b’din id-Direttiva.

Ġustifikazzjoni

Din il-premessa tispjega fil-qosor li x-xogħlijiet arkivjati jistgħu wkoll jinbidlu f’formati aċċessibbli.

Emenda     8

Proposta għal direttiva

Premessa 9a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9a)  Biex tittejjeb id-disponibbiltà ta’ xogħlijiet ibbażati fuq test, ir-rwol tad-detenturi tad-drittijiet li jagħmlu x-xogħlijiet tagħhom aċċessibbli għall-persuni b’diżabbiltà fil-vista jew li b’xi mod ieħor għandhom diffikultà biex jaqraw materjal stampat huwa importanti daqs l-eċċezzjonijiet previsti minn din id-Direttiva meta s-suq ma jkunx jista’ jipprovdi dan l-aċċess.

Ġustifikazzjoni

Il-premessa l-ġdida tirreferi għal premessa tat-Trattat ta’ Marrakexx. Hija tfakkarna fl-importanza indaqs kemm tal-limitazzjonijiet xierqa u kemm tal-eċċezzjonijiet xierqa, u tar-rwol tad-detenturi tad-drittijiet li jagħmlu x-xogħlijiet aċċessibbli għall-persuni b’diżabbiltà fil-vista, sabiex jintemm "il-ġuħ għall-kotba" ta' miljuni ta' persuni għomja u b'vista mnaqqsa.

Emenda     9

Proposta għal direttiva

Premessa 9b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9b)  Sabiex jitrawwem l-iskambju bejn l-Istati Membri, jenħtieġ li tiġi stabbilita databażi online waħdanija li tkun pubblikament aċċessibbli, u li din tiġi ġestita mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) u jkun fiha l-informazzjoni dwar l-entitajiet awtorizzati u d-data bibljografika dwar ix-xogħlijiet disponibbli f'kopji b'formati aċċessibbli prodotti u magħmula disponibbli minn entitajiet awtorizzati. Din id-databażi għandha tinkludi wkoll l-informazzjoni dwar il-pubblikazzjonijiet imwielda aċċessibbli, jiġifieri pubblikazzjonijiet prodotti minn pubblikaturi f'format aċċessibbli, u jenħtieġ li tkun interoperabbli mad-databażi ABC TIGAR (Trusted Intermediary Global Accessible Resources ("Riżorsi Aċċessibbli Globali Intermedjarji Fdati")), ospitata mill-WIPO (l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjetà Intellettwali).

Ġustifikazzjoni

Il-premessa l-ġdida titlob lill-Kummissjoni Ewropea tiffaċilita l-iskambju tal-informazzjoni permezz tal-ħolqien ta' databażi unika ta' kopji f'formati aċċessibbli, inklużi l-kotba aċċessibbli li huma prodotti direttament mill-pubblikaturi f'formati aċċessibbli. Jenħtieġ li din l-inizjattiva ġdida tibni fuq id-databażi dinjija eżistenti żviluppata mill-Accessible Book Consortium (il-Konsorzju tal-Kotba Aċċessibbli), ospitat mill-WIPO, u tibqa' interoperabbli magħha.

Emenda     10

Proposta għal direttiva

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  Għandu jkun possibbli li l-kopji b’format aċċessibbli li jsiru fi Stat Membru wieħed, ikunu disponibbli fl-Istati Membri kollha ħalli tkun żgurata disponibbiltà akbar tagħhom fis-suq intern. Dan inaqqas id-domanda għal xogħol doppju fil-produzzjoni ta’ kopji b’format aċċessibbli tal-istess xogħol jew materjal ieħor madwar l-Unjoni, u b’hekk isir tfaddil u titjieb l-effiċjenza. Għalhekk din id-Direttiva għandha tiżgura li kopji b’format aċċessibbli li jsiru fi Stat Membru wieħed ikunu jistgħu jiġu ċċirkolati u aċċessibbli fl-Istati Membri kollha. Għaldaqstant, entità awtorizzata għandha tkun tista’ xxerred dawk il-kopji offline u online fost il-persuni benefiċjarji u l-entitajiet awtorizzati fi kwalunkwe Stat Membru. Barra minn hekk, l-entitajiet awtorizzati u l-persuni benefiċjarji għandhom jitħallew jiksbu jew jaċċessaw dawn il-kopji mingħand kull entità awtorizzata fi kwalunkwe Stat Membru.

(10)  Se jkun possibbli li l-kopji b’format aċċessibbli li jsiru fi Stat Membru wieħed, ikunu disponibbli fl-Istati Membri kollha ħalli tkun żgurata disponibbiltà akbar tagħhom fis-suq intern. Dan inaqqas id-domanda għal xogħol doppju fil-produzzjoni ta’ kopji b’format aċċessibbli tal-istess xogħol jew materjal ieħor madwar l-Unjoni, u b’hekk isir tfaddil u titjieb l-effiċjenza. Għalhekk din id-Direttiva se tiżgura li kopji b’format aċċessibbli li jsiru fi Stat Membru wieħed ikunu jistgħu jiġu ċċirkolati lill-persuni benefiċjarji u lill-entitajiet awtorizzati u aċċessibbli għalihom fl-Istati Membri kollha. Għaldaqstant, entità awtorizzata għandha tkun tista’ xxerred dawk il-kopji offline u online fost il-persuni benefiċjarji u l-entitajiet awtorizzati fi kwalunkwe Stat Membru. Barra minn hekk, l-entitajiet awtorizzati u l-persuni benefiċjarji għandhom jitħallew jiksbu jew jaċċessaw dawn il-kopji mingħand kull entità awtorizzata fi kwalunkwe Stat Membru.

Emenda     11

Proposta għal direttiva

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  Billi din l-eċċezzjoni għandha natura speċifika u ambitu mmirat, u billi teħtieġ iċ-ċertezza legali għall-benefiċjarji tagħha, l-Istati Membri ma għandhomx jitħallew jimponu rekwiżiti addizzjonali għall-applikazzjoni tal-eċċezzjoni, bħal skemi ta’ kumpens jew ta’ verifika minn qabel tad-disponibbiltà kummerċjali tal-kopji b’format aċċessibbli.

(11)  Billi din l-eċċezzjoni għandha natura speċifika u ambitu mmirat, u billi teħtieġ iċ-ċertezza tad-dritt għall-benefiċjarji tagħha, l-Istati Membri mhumiex se jingħataw il-permess jimponu rekwiżiti addizzjonali għall-applikazzjoni tal-eċċezzjoni, bħal skemi ta’ kumpens jew ta’ verifika minn qabel tad-disponibbiltà kummerċjali tal-kopji b’format aċċessibbli.

Emenda     12

Proposta għal direttiva

Premessa 11a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11a)  Fl-identifikazzjoni tal-entitajiet awtorizzati, jenħtieġ li l-Istati Membri jieħdu inkonsiderazzjoni l-għarfien espert ta’ dawn l-entitajiet fil-provvediment ta’ formati aċċessibbli ta’ xogħol u materjal ieħor, mingħajr skop ta' profitt, li jkun ta' kwalità għolja u effikaċi, u l-prinċipji ta’ intermedjarju ta’ fiduċja stabbilita fil-“Memorandum ta’ Qbil dwar l-aċċess għal xogħlijiet għall-persuni bid-dislessija jew qarrejja b'diżabbiltà tal-vista”, promoss mill-Kummissjoni Ewropea u ffirmat fl-2010 mir-rappreżentanti tad-detenturi tad-drittijiet u minn dawk ta’ persuni li għandhom diffikultà biex jaqraw materjal stampat.

Ġustifikazzjoni

Il-proposta għandha l-ħsieb li tibni fuq il-politika Ewropea ta’ dawn l-aħħar għaxar snin, li hija bbażata fuq ir-rikonoxximent tal-għarfien u l-esperjenza prezzjużi li jistgħu jiġu offruti biss mill-organizzazzjonijiet speċjalizzati li jaqdu lill-persuni benefiċjarji u fuq il-promozzjoni tal-kooperazzjoni bejn il-partijiet ikkonċernati fil-qasam.

Emenda     13

Proposta għal direttiva

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  Skont il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, l-Unjoni tirrikonoxxi u tirrispetta d-dritt tal-persuni b’diżabbiltà li jgawdu minn miżuri mfassla biex tkun żgurata l-indipendenza tagħhom, l-integrazzjoni soċjali u professjonali tagħhom u l-parteċipazzjoni tagħhom fil-ħajja tal-komunità.

  Fl-Artikolu 26 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, l-Unjoni tirrikonoxxi u tirrispetta d-dritt tal-persuni b’diżabbiltà li jgawdu minn miżuri mfassla biex tkun żgurata l-indipendenza tagħhom, l-integrazzjoni soċjali u professjonali tagħhom u l-parteċipazzjoni tagħhom fil-ħajja tal-komunità.

Emenda     14

Proposta għal direttiva

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)  Il-Kummissjoni se tara x’se jkun l-effett ta’ din id-Direttiva. Bħala parti minn dan l-eżerċizzju ta’ monitoraġġ, il-Kummissjoni se tivvaluta s-sitwazzjoni fejn jidħlu d-disponibbiltà ta’ xogħlijiet u materjal ieħor b’formati aċċessibbli minbarra dawk koperti b’din id-Direttiva, u kif ukoll id-disponibbiltà ta’ xogħlijiet u materjal ieħor b’formati aċċessibbli għall-persuni b’diżabbiltajiet oħrajn. Il-Kummissjoni se teżamina s-sitwazzjoni mill-qrib. Skont il-bżonn, jaf jitqies ukoll li jsiru xi bidliet fl-ambitu ta’ din id-Direttiva.

(16)  Il-Kummissjoni se tara x’se jkun l-effett ta’ din id-Direttiva. Bħala parti minn dan l-eżerċizzju ta’ monitoraġġ, il-Kummissjoni se tivvaluta s-sitwazzjoni fejn jidħlu d-disponibbiltà ta’ xogħlijiet u materjal ieħor b’formati aċċessibbli minbarra dawk koperti b’din id-Direttiva, u kif ukoll id-disponibbiltà ta’ xogħlijiet u materjal ieħor b’formati aċċessibbli għall-persuni b'diffikultajiet oħrajn. Il-Kummissjoni se teżamina s-sitwazzjoni mill-qrib. Skont il-bżonn, jaf jitqies ukoll li jsiru xi bidliet fl-ambitu ta’ din id-Direttiva.

Emenda     15

Proposta għal direttiva

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)  Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Għaldaqstant din id-Direttiva għandha tiġi interpretata u applikata bi qbil ma’ dawk id-drittijiet u l-prinċipji.

(18)  Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Jenħtieġ li din id-Direttiva tiġi interpretata u applikata bi qbil ma’ dawk id-drittijiet u l-prinċipji.

Emenda     16

Proposta għal direttiva

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19)  It-Trattat ta’ Marrakexx jimponi ċerti obbligi rigward l-iskambju tal-kopji b’format aċċessibbli bejn l-Unjoni u l-pajjiżi terzi li huma partijiet għat-Trattat. Il-miżuri li ħadet l-Unjoni biex tissodisfa dawk l-obbligi jinsabu fir-Regolament [...] li għandu jinqara flimkien ma’ din id-Direttiva.

(19)  It-Trattat ta’ Marrakexx jimponi ċerti obbligi rigward l-iskambju tal-kopji b’format aċċessibbli bejn l-Unjoni u l-pajjiżi terzi li huma partijiet għat-Trattat. Il-miżuri li ħadet l-Unjoni biex tissodisfa dawk l-obbligi jinsabu fir-Regolament [...] li jeħtieġ li jiġi kkonsultat flimkien ma’ din id-Direttiva.

Emenda     17

Proposta għal direttiva

Premessa 20a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20a)  Jenħtieġ li l-Istati Membri jittrasponu din id-Direttiva fi żmien 6 xhur, sabiex jiġu implimentati minnufih id-drittijiet tal-persuni b'diżabbiltà, rikonoxxuti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u mill-UNCRPD.

Ġustifikazzjoni

L-emenda għandha l-għan li tqis id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4 u l-Artikolu 10 tat-Trattat ta' Marrakexx dwar l-implimentazzjoni tat-Trattat innifsu.

Emenda     18

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  “xogħol u materjal ieħor” tfisser xogħol fil-forma ta’ ktieb, rivista, gazzetta, megezin jew kitba oħra, inkluż folji tal-mużika u illustrazzjonijiet relatati, bi kwalunkwe mezz, inkluż b’format awdjo bħall-kotba awdjo, li jkun protett bid-dritt tal-awtur jew bi drittijiet relatati u li jkun ippubblikat jew magħmul disponibbli għall-pubbliku b’xi mod ieħor legali;

(1)  "xogħol u materjal ieħor" tfisser xogħol litterarju, akkademiku jew artistiku fil-forma ta' test, notazzjoni u/jew illustrazzjonijiet relatati, inklużi folji tal-mużika, li jkun protett bid-dritt tal-awtur jew bi drittijiet relatati u li jkun ippubblikat jew magħmul disponibbli għall-pubbliku b’xi mod ieħor legali f'kotba, kotba elettroniċi, ġurnali, gazzetti, rivisti jew kitba oħra, u fi kwalunkwe forma ta' midja, inkluż f'forma awdjo, bħalma huma l-kotba awdjo u x-xandiriet tar-radju.

Ġustifikazzjoni

Id-definizzjoni ta’ “xogħol u materjal ieħor” hawnhekk hija żviluppata sabiex tkun aktar speċifika u dettaljati.

Emenda     19

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  “persuna benefiċjarja” tfisser:

(2)  "persuna benefiċjarja" tfisser, irrispettivament minn kull diżabbiltà oħra, kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

Ġustifikazzjoni

Din iż-żieda tallinja d-definizzjoni ta' "persuna benefiċjarja" mat-Trattat ta' Marrakexx. Jenħtieġ li din tirreferi għall-partijiet a, b, c, u d kollha tal-Artikolu 2(2) u għalhekk jenħtieġ li tiddaħħal wara (d).

Emenda     20

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  persuna b’diżabbiltà fil-perċezzjoni jew biex taqra, inkluż id-dislessija, u li minħabba f’hekk ma tistax taqra xogħlijiet stampati sal-istess grad sostanzjalment bħal persuna mingħajr din id-diffikultà jew id-diżabbiltà; jew

(c)  persuna b'diffikultà fil-perċezzjoni jew biex taqra, inkluż id-dislessija, u li minħabba f'hekk ma tistax taqra xogħlijiet stampati sal-istess grad sostanzjalment bħal persuna li mhix għamja, li m'għandhiex diffikultà fil-vista u li m'għandha bl-ebda mod ieħor diffikultà biex taqra materjal stampat; jew

Ġustifikazzjoni

Din il-premessa toffri d-distinzjoni bejn "diżabbiltà" u "diffikultà"; Skont il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabbiltà, id-diżabbiltà tirriżulta mir-relazzjonijiet bejn il-persuni b'diffikultajiet differenti u l-ostakli attitudinali u ambjentali li jtellfu milli huma jipparteċipaw b'mod sħiħ u effikaċi fis-soċjetà fuq bażi ugwali bħall-oħrajn, Preambolu (e). Fi kliem ieħor, huma dawn l-ostakli li qegħdin joħolqu diżabilità għan-nies, mhux in-nuqqasijiet tagħhom jew il-kapaċitajiet funzjonali differenti tagħhom. Bħala tali, “nuqqas” jew "diffikultà" hija aktar xierqa hawnhekk.

Emenda     21

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 2 –punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  persuna li b’xi mod ieħor ma tkunx tista’ żżomm jew tuża ktieb jew tiffoka jew iċċaqlaq għajnejha kif normalment ikun meħtieġ għall-qari, minħabba diżabbiltà fiżika.

(d)  persuna li b’xi mod ieħor ma tkunx tista’ żżomm jew tuża ktieb jew tiffoka jew iċċaqlaq għajnejha kif normalment ikun meħtieġ għall-qari, minħabba diffikultà fiżika.

Emenda     22

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  “kopja b’format aċċessibbli” tfisser kopja ta’ xogħol jew materjal ieħor f’mod jew għamla alternattiva li lill-persuna benefiċjarja tagħtiha aċċess għax-xogħol jew għall-materjal l-ieħor, inkluż li l-persuna benefiċjarja ikun jista’ jkollha aċċess b’mod fattibbli u komdu daq persuna mingħajr diżabbiltà fil-vista jew xi diżabbiltà msemmija fil-paragrafu 2;

(3)  “kopja b’format aċċessibbli” tfisser kopja ta’ xogħol jew materjal ieħor, ippreżentat mingħajr skop ta' profitt f’mod jew għamla alternattiva li lill-persuna benefiċjarja tagħtiha aċċess għax-xogħol jew għall-materjal l-ieħor, inkluż li l-persuna benefiċjarja ikun jista’ jkollha aċċess b’mod fattibbli u komdu daq persuna mingħajr diżabbiltà fil-vista jew xi diżabbiltà msemmija fil-paragrafu 2;

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li jiġi sottolinjat l-aspett mhux kummerċjali tal-kopji, li jkompli jikkjarifika d-definizzjoni tal-entitajiet awtorizzati u l-azzjoni tagħhom mingħajr skop ta' profitt.

Emenda     23

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  “entità awtorizzata” tfisser organizzazzjoni li tipprovdi edukazzjoni, taħriġ ta’ struzzjoni, qari adattiv jew aċċess għall-informazzjoni lill-persuni benefiċjarji mingħajr skop ta’ profitt, bħala l-attività ewlenija tagħha jew bħala waħda mill-attivitajiet ewlenin tagħha jew bħala waħda mill-missjonijiet tagħha ta’ interess pubbliku.

(4)  "entità awtorizzata" tfisser entità li hija awtorizzata jew rikonoxxuta mill-Istat Membru li fih hija stabbilita biex tipprovdi edukazzjoni, taħriġ ta' istruzzjoni, qari adattiv jew aċċess għall-informazzjoni lill-persuni benefiċjarji mingħajr skop ta' profitt. Din tinkludi wkoll istituzzjoni tal-gvern jew organizzazzjoni mingħajr skop ta' profitt li tipprovdi l-istess servizzi lill-persuni benefiċjarji bħala waħda mill-attivitajiet primarji tagħha jew bħala waħda mill-obbligi istituzzjonali tagħha.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda għandha l-għan li tikkompleta d-definizzjoni ta’ “entità awtorizzata” proposta mill-Kummissjoni, billi tqis id-definizzjoni tat-Trattat ta’ Marrakexx li tispeċifika minn min dawn l-entitajiet għandhom jiġu leġittimament awtorizzati jew rikonoxxuti.

Emenda     24

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kopja b’format aċċessibbli tkun tirrispetta l-integrità tax-xogħol jew materjal ieħor, filwaqt li jitqiesu kif xieraq il-bidliet meħtieġa biex ix-xogħol isir aċċessibbli bil-format alternattiv.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kopja b’format aċċessibbli tkun tirrispetta l-integrità tax-xogħol jew materjal ieħor, filwaqt li jitqiesu kif xieraq il-bidliet meħtieġa biex ix-xogħol isir aċċessibbli bil-format alternattiv għall-bżonnijiet differenti tal-persuni benefiċjarji.

Emenda     25

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sa mhux aktar tard minn [enter five years after the date of transposition], il-Kummissjoni għandha tagħmel evalwazzjoni ta’ din id-Direttiva u tippreżenta s-sejbiet ewlenin lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, u magħha meta jkun xieraq tippreżenta proposti għal emendi f’din id-Direttiva.

Fi żmien [enter five years after the date of transposition], il-Kummissjoni għandha tagħmel evalwazzjoni ta’ din id-Direttiva u tippreżenta s-sejbiet ewlenin lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, u magħha meta jkun xieraq tippreżenta proposti għal emendi f’din id-Direttiva.

Ġustifikazzjoni

Peress li ma saret l-ebda valutazzjoni tal-impatt mill-Kummissjoni dwar l-impatt soċjali u ekonomiku li għalih jista' jwassal dan ir-Regolament, ir-Rapporteur għal opinjoni tagħti parir li jenħtieġ li ssir valutazzjoni fi żmien 5 snin wara li r-Regolament ikun daħal fis-seħħ.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Użi permessi ta’ xogħlijiet u materjal ieħor protett bid-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati għall-ġid tal-persuni għomja, b’diżabbiltà fil-vista jew li b’xi mod ieħor għandhom diffikultà biex jaqraw materjal stampat u emenda tad-Direttiva 2001/29/KE dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni

Referenzi

COM(2016)0596 – C8-0381/2016 – 2016/0278(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

6.10.2016

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

CULT

6.10.2016

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Helga Trüpel

6.12.2016

Data tal-adozzjoni

28.2.2017

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

28

0

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Isabella Adinolfi, Dominique Bilde, Andrea Bocskor, Nikolaos Chountis, Silvia Costa, Mircea Diaconu, Jill Evans, María Teresa Giménez Barbat, Giorgos Grammatikakis, Petra Kammerevert, Andrew Lewer, Svetoslav Hristov Malinov, Curzio Maltese, Stefano Maullu, Luigi Morgano, Momchil Nekov, John Procter, Michaela Šojdrová, Helga Trüpel, Sabine Verheyen, Bogdan Brunon Wenta, Bogdan Andrzej Zdrojewski, Milan Zver, Krystyna Łybacka

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Morten Løkkegaard, Emma McClarkin, Algirdas Saudargas, Remo Sernagiotto

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Clare Moody

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

28

+

PPE

Andrea Bocskor, Marc Joulaud, Svetoslav Hristov Malinov, Algirdas Saudargas, Sabine Verheyen, Bogdan Andrzej Zdrojewski, Milan Zver, Michaela Šojdrová

S&D

Silvia Costa, Giorgos Grammatikakis, Petra Kammerevert, Clare Moody, Luigi Morgano, Momchil Nekov, Krystyna Łybacka

ECR

Andrew Lewer, Emma McClarkin, John Procter, Remo Sernagiotto

ALDE

Mircea Diaconu, María Teresa Giménez Barbat, Morten Løkkegaard

GUE/NGL

Nikolaos Chountis, Curzio Maltese

Verts/ALE

Jill Evans, Helga Trüpel

EFDD

Isabella Adinolfi

ENF

Dominique Bilde

0

-

1

0

PPE

Stefano Maullu

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

OPINJONI tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet (27.1.2017)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Legali

Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti użi permessi ta' xogħlijiet u materjal ieħor protett bid-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati għall-ġid tal-persuni għomja, b'diżabbiltà fil-vista jew li b'xi mod ieħor għandhom diffikultà biex jaqraw materjal stampat u li temenda d-Direttiva 2001/29/KE dwar l-armonizzazzjoni ta' ċerti aspetti ta' drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni
(COM(2016)0596 – C8-0381/2016 – 2016/0278(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Rosa Estaràs Ferragut

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

It-Trattat ta' Marrakexx jesiġi li l-partijiet jipprovdu eċċezzjonijiet jew limitazzjonijiet għad-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati għall-ġid tal-persuni għomja, b'diżabbiltà fil-vista jew li b'xi mod ieħor għandhom diffikultà biex jaqraw materjal stampat, u jippermetti l-iskambju transfruntier ta' kopji b'format speċjali tal-kotba, fosthom il-kotba awdjo, u materjal stampat ieħor bejn il-pajjiżi li huma partijiet għat-Trattat.

Il-Kumitat għall-Petizzjonijiet (PETI) jilqa' b'sodisfazzjon id-Direttiva proposta. Il-Kumitat PETI ħadem b'mod attiv fuq dossiers relatati mal-aċċess minn persuni neqsin mid-dawl u b'diżabbiltà fil-vista għal xogħlijiet pubblikati mill-2011, meta ġew riċevuti żewġ petizzjonijiet[1] li talbu trattat vinkolanti. Il-Kumitat PETI osserva b'sodisfazzjon l-adozzjoni tat-Trattat ta' Marrakexx fl-2013 u d-dħul fis-seħħ tiegħu f'Settembru 2016. Madankollu, jeħtieġ li jittieħdu aktar passi biex jiġi żgurat li l-Unjoni Ewropea twettaq l-obbligi internazzjonali tagħha skont it-Trattat ta' Marrakexx u l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabbiltà (il-"UNCRPD").

Kif iddikjarat fl-istudju[2] kkummissjonat mid-Dipartiment Tematiku C għall-Kumitat PETI fir-rigward tat-Trattat ta' Marrakexx u ppreżentat waqt il-Workshop dwar id-Diżabbiltà tal-Kumitat PETI li sar fid-9 ta' Novembru 2016, it-Trattat ta' Marrakexx huwa rebħa għall-mudell soċjali tad-diżabbiltà u jirrappreżenta soluzzjoni internazzjonali adatta għall-iskarsezza dinjija tal-kotba. Għalhekk, il-miżuri kollha meħtieġa jridu jittieħdu sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni rapida u xierqa tat-Trattat. Barra minn hekk, il-Kumitat PETI talab[3] ratifika rapida tat-Trattat ta' Marrakexx mill-Unjoni Ewropea, u dan mingħajr ma r-ratifika tkun magħmula kkundizzjonata fuq ir-reviżjoni tal-qafas legali tal-UE.

L-abbozz ta' opinjoni għandu l-għan li jarmonizza t-terminoloġija użata fid-Direttiva sabiex jiġu riflessi bis-sħiħ it-Trattat ta' Marrakexx u l-UNCRPD. Dan iħalli l-possibilità li tiġi estiża l-lista ta' benefiċjarji u jaġġorna d-Direttiva proposta skont il-qafas legali komprensiv dwar il-protezzjoni tad-data fil-livell tal-UE. L-aktar importanti, l-abbozz ta' opinjoni jipproponi l-ħolqien ta' mekkaniżmu ta' lmenti u ta' rimedju mill-Istati Membri f'każijiet fejn il-benefiċjarji ma jitħallewx jużaw l-eċċezzjonijiet permessi.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Petizzjonijiet jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda     1

Proposta għal direttiva

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Il-persuni għomja, b’diżabbiltà fil-vista jew li b’xi mod ieħor għandhom diffikultà biex jaqraw materjal stampat għadhom qed isibu bosta xkiel biex jaċċessaw il-kotba u materjal stampat ieħor li huma protetti bid-drittijiet tal-awtur u bi drittijiet relatati. Jeħtieġ li jittieħdu miżuri biex tiżdied id-disponibbiltà ta’ xogħlijiet b’formati aċċessibbli u biex titjieb iċ-ċirkolazzjoni tagħhom fis-suq intern.

(3)  Il-persuni għomja, b’diżabbiltà fil-vista jew li b’xi mod ieħor għandhom diffikultà biex jaqraw materjal stampat għadhom qed isibu bosta xkiel biex jaċċessaw il-kotba u materjal stampat ieħor li huma protetti bid-drittijiet tal-awtur u bi drittijiet relatati. Jeħtieġ li minn issa 'l quddiem jittieħdu miżuri biex tiżdied b'mod konsiderevoli d-disponibbiltà ta' xogħlijiet b'formati aċċessibbli u biex titjieb b'mod sinifikanti ċ-ċirkolazzjoni tagħhom fis-suq intern.

Emenda     2

Proposta għal direttiva

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  It-Trattat ta' Marrakexx biex jiġi ffaċilitat l-Aċċess għal Xogħlijiet Pubblikati għal Persuni Għomja, li għandhom Diżabbiltà fil-Vista jew li b'xi mod ieħor għandhom Diffikultà biex Jaqraw Materjal Stampat ("it-Trattat ta' Marrakexx") ġie adottat fit-30 ta' April 201423 . L-għan tiegħu hu li titjieb id-disponibbiltà tax-xogħlijiet u materjal protett ieħor b’formati aċċessibbli għall-persuni għomja, b’diżabbiltà fil-vista jew li b’xi mod ieħor għandhom diffikultà biex jaqraw materjal stampat. It-Trattat ta’ Marrakexx jeżiġi li l-partijiet kontraenti jipprovdu eċċezzjonijiet jew limitazzjonijiet għad-drittijiet tad-detenturi tad-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati għall-produzzjoni u t-tixrid ta’ kopji b’formati aċċessibbli ta’ ċerti xogħlijiet u materjal ieħor u għall-iskambju transfruntier ta’ dawk il-kopji. Il-konklużjoni tat-Trattat ta’ Marrakexx mill-Unjoni teħtieġ l-adattament tal-liġi tal-Unjoni billi tistabbilixxi eċċezzjoni obbligatorja għall-użi, ix-xogħlijiet u l-persuni benefiċjarji koperti bit-Trattat. Din id-Direttiva timplimenta l-obbligi li l-Unjoni trid tissodisfa skont it-Trattat ta’ Marrakexx b’mod armonizzat, ħalli jkun żgurat li dawk il-miżuri jiġu applikati b’mod konsistenti fis-suq intern kollu.

(4)  It-Trattat ta' Marrakexx biex jiġi ffaċilitat l-Aċċess għal Xogħlijiet Pubblikati għal Persuni Għomja, li għandhom Diżabbiltà fil-Vista jew li b'xi mod ieħor għandhom Diffikultà biex Jaqraw Materjal Stampat ("it-Trattat ta' Marrakexx") ġie adottat fit-30 ta' April 23, wara li kien diġà ġie adottat mill-Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjetà Intellettwali fl-2013. L-għan tiegħu hu li titjieb id-disponibbiltà tax-xogħlijiet u materjal protett ieħor b’formati aċċessibbli għall-persuni għomja, b’diżabbiltà fil-vista jew li b’xi mod ieħor għandhom diffikultà biex jaqraw materjal stampat. It-Trattat ta’ Marrakexx jeżiġi li l-partijiet kontraenti jipprovdu eċċezzjonijiet jew limitazzjonijiet għad-drittijiet tad-detenturi tad-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati għall-produzzjoni u t-tixrid ta’ kopji b’formati aċċessibbli ta’ ċerti xogħlijiet u materjal ieħor u għall-iskambju transfruntier ta’ dawk il-kopji. Il-konklużjoni tat-Trattat ta’ Marrakexx mill-Unjoni teħtieġ l-adattament tal-liġi tal-Unjoni billi tistabbilixxi eċċezzjoni obbligatorja għall-użi, ix-xogħlijiet u l-persuni benefiċjarji koperti bit-Trattat. Din id-Direttiva timplimenta l-obbligi li l-Unjoni trid tissodisfa skont it-Trattat ta’ Marrakexx b’mod armonizzat, ħalli jkun żgurat li dawk il-miżuri jiġu applikati b’mod konsistenti fis-suq intern kollu.

_________________

_________________

23Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/221/UE tal-14 ta’ April 2014 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, tat-Trattat ta’ Marrakexx biex jiġi ffaċilitat l-Aċċess għal Xogħlijiet Pubblikati għal Persuni Għomja, b’Diżabbiltà fil-Vista jew li b’xi mod ieħor għandhom Diffikultà biex Jaqraw Materjal Stampat (ĠU L 115, 17.4.2014, p. 1).

23 Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/221/UE tal-14 ta' April 2014 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, tat-Trattat ta' Marrakexx biex jiġi ffaċilitat l-Aċċess għal Xogħlijiet Pubblikati għal Persuni Għomja, b'Diżabbiltà fil-Vista jew li b'xi mod ieħor għandhom Diffikultà biex Jaqraw Materjal Stampat (ĠU L 115, 17.4.2014, p. 1.).

Emenda     3

Proposta għal direttiva

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Din id-Direttiva tfasslet għall-ġid tal-persuni għomja, tal-persuni b’diżabbiltà fil-vista li ma tistax titjieb sal-punt li l-persuna tingħata funzjoni viżiva sostanzjalment ekwivalenti għal dik ta’ persuna li ma jkollhiex din id-diffikultà, jew tal-persuni b’diżabbiltà fil-perċezzjoni jew biex jaqraw, inkluż id-dislessija, li żżommhom milli jaqraw materjal stampat sal-istess grad sostanzjalment bħal persuna mingħajr din id-diżabbiltà, jew li ma jkunux jistgħu jżommu jew jużaw ktieb jew jiffokaw jew iċaqalqu għajnejhom kif normalment ikun meħtieġ għall-qari, minħabba diżabbiltà fiżika. L-għan tal-miżuri introdotti b’din id-Direttiva hu li titjieb id-disponibbiltà tal-kotba, ir-rivisti, il-gazzetti, il-megezins u kitbiet oħrajn, il-folji tal-mużika u materjal stampat ieħor, inkluż f’forma awdjo, kemm analoga jew diġitali, b’formati li dawk ix-xogħlijiet jew il-materjal l-ieħor jagħmluhom aċċessibbli għall-persuni sal-istess grad sostanzjalment bħall-persuna mingħajr diffikultà jew diżabbiltà. Fost il-formati aċċessibbli hemm il-kitbiet bil-Braille jew b’tipa kbira, il-kotba diġitali adattati, il-kotba awdjo u x-xandiriet tar-radju.

(5)  Din id-Direttiva tfasslet għall-ġid tal-persuni għomja, tal-persuni b’diżabbiltà fil-vista li ma tistax titjieb sal-punt li l-persuna tingħata funzjoni viżiva sostanzjalment ekwivalenti għal dik ta’ persuna li ma jkollhiex din id-diffikultà, jew tal-persuni b’diżabbiltà fil-perċezzjoni jew biex jaqraw, inkluż id-dislessija, li żżommhom milli jaqraw materjal stampat sal-istess grad bħal persuna mingħajr din id-diżabbiltà, jew li ma jkunux jistgħu jżommu jew jużaw ktieb jew jiffokaw jew iċaqalqu għajnejhom kif normalment ikun meħtieġ għall-qari, minħabba diżabbiltà fiżika. L-objettiv tal-miżuri introdotti b’din id-Direttiva hu, għaldaqstant, li titjieb id-disponibbiltà tal-kotba, ir-rivisti, il-gazzetti, il-megezins u kitbiet oħrajn, il-folji tal-mużika u materjal stampat ieħor, inkluż f’forma awdjo, kemm analoga jew diġitali, b’formati li dawk ix-xogħlijiet jew il-materjal l-ieħor jagħmluhom aċċessibbli għall-persuni sal-istess grad sostanzjalment bħall-persuna mingħajr diffikultà jew diżabbiltà. Fost il-formati aċċessibbli hemm ukoll il-kitbiet bil-Braille jew b’tipa kbira, il-kotba diġitali adattati, il-kotba awdjo u x-xandiriet tar-radju.

Emenda     4

Proposta għal direttiva

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  Għaldaqstant, din id-Direttiva għandha tipprovdi għal eċċezzjonijiet obbligatorji għad-drittijiet li huma armonizzati bil-liġi tal-Unjoni u li huma rilevanti għall-użi u x-xogħlijiet li jkopri t-Trattat ta’ Marrakexx. Dawn jinkludu b’mod partikolari d-drittijiet tar-riproduzzjoni, tal-komunikazzjoni lill-pubbliku, tad-dispożizzjoni, tad-distribuzzjoni u tas-self, kif previst bid-Direttiva 2001/29/KE, bid-Direttiva 2006/115/KE, u bid-Direttiva 2009/24/KE, kif ukoll id-drittijiet korrispondenti fid-Direttiva 96/9/KE. Minħabba li l-ambitu tal-eċċezzjonijiet u tal-limitazzjonijiet meħtieġa skont it-Trattat ta’ Marrakexx jinkludi wkoll ix-xogħlijiet f’forma awdjo, bħall-kotba awdjo, hemm bżonn li dawn l-eċċezzjonijiet ikunu japplikaw ukoll għad-drittijiet relatati.

(6)  Għaldaqstant, din id-Direttiva għandha tipprovdi għal eċċezzjonijiet obbligatorji għad-drittijiet li huma armonizzati bil-liġi tal-Unjoni u li huma rilevanti għall-użi u x-xogħlijiet li jkopri t-Trattat ta’ Marrakexx. Dawn jinkludu b’mod partikolari d-drittijiet tar-riproduzzjoni, tal-komunikazzjoni lill-pubbliku, tad-dispożizzjoni, tad-distribuzzjoni u tas-self, kif previst bid-Direttiva 2001/29/KE, bid-Direttiva 2006/115/KE, u bid-Direttiva 2009/24/KE, kif ukoll id-drittijiet korrispondenti fid-Direttiva 96/9/KE. Minħabba li l-ambitu tal-eċċezzjonijiet u tal-limitazzjonijiet meħtieġa skont it-Trattat ta' Marrakexx jinkludi wkoll ix-xogħlijiet f'forma awdjo, bħall-kotba awdjo, hemm bżonn li dawn l-eċċezzjonijiet ikunu japplikaw ukoll għad-drittijiet relatati. L-applikazzjoni tal-eċċezzjonijiet previsti minn din id-Direttiva hija mingħajr ħsara għal eċċezzjonijiet oħra applikabbli għall-persuni b'diżabbiltà previsti mill-Istati Membri, bħall-użu privat.

Emenda     5

Proposta għal direttiva

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  L-użi stipulati f’din id-Direttiva jinkludu l-produzzjoni ta’ kopji b’format aċċessibbli mill-persuni benefiċjarji jew mill-entitajiet awtorizzati li jaqdu l-ħtiġijiet tagħhom: kemm organizzazzjonijiet pubbliċi jew privati, b’mod partikolari l-libreriji, l-istituzzjonijiet edukattivi u organizzazzjonijiet oħra mingħajr skop ta’ profitt li jaqdu lill-persuni li għandhom diffikultà biex jaqraw materjal stampat bħala l-attività ewlenija tagħhom jew waħda mill-attivitajiet ewlenin tagħhom jew missjonijiet ta’ interess pubbliku. Dawn l-użi għandhom jinkludu wkoll il-produzzjoni ta’ kopji b’format aċċessibbli, għall-użu esklussiv tal-persuni benefiċjarji, minn persuna fiżika li tagħmel dan f’isem persuna benefiċjarja jew li tassisti persuna benefiċjarja b’dan il-mod.

(7)  L-użi stipulati f’din id-Direttiva jinkludu wkoll il-produzzjoni ta’ kopji b’format aċċessibbli mill-persuni benefiċjarji jew mill-entitajiet awtorizzati li jaqdu l-ħtiġijiet tagħhom: kemm organizzazzjonijiet pubbliċi jew privati, b’mod partikolari l-libreriji, l-istituzzjonijiet edukattivi u organizzazzjonijiet oħra mingħajr skop ta’ profitt li jaqdu lill-persuni li għandhom diffikultà biex jaqraw materjal stampat bħala l-attività ewlenija tagħhom jew waħda mill-attivitajiet ewlenin tagħhom jew missjonijiet ta’ interess pubbliku. Dawn l-użi għandhom jinkludu wkoll il-produzzjoni ta’ kopji b’format aċċessibbli, għall-użu esklussiv tal-persuni benefiċjarji, minn persuna fiżika li tagħmel dan f’isem persuna benefiċjarja jew li tassisti persuna benefiċjarja b’dan il-mod.

Emenda     6

Proposta għal direttiva

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  L-eċċezzjoni obbligatorja għandha wkoll tillimita d-dritt tar-riproduzzjoni biex tippermetti kull att li jkun meħtieġ biex isiru xi bidliet jew adattamenti f’xogħol jew f’materjal ieħor b’tali mod li tinħoloq kopja b’format aċċessibbli. Din tinkludi li jiġu provduti l-mezzi meħtieġa biex wieħed ifittex l-informazzjoni permezz ta’ kopja b’format aċċessibbli.

(8)  L-eċċezzjoni obbligatorja għandha wkoll tillimita d-dritt tar-riproduzzjoni biex tippermetti kull att li jkun meħtieġ biex isiru xi bidliet jew adattamenti f’xogħol jew f’materjal ieħor b’tali mod li tinħoloq kopja b’format aċċessibbli. Din tinkludi wkoll li jiġu provduti l-mezzi meħtieġa biex wieħed ifittex l-informazzjoni permezz ta’ kopja b’format aċċessibbli.

Emenda     7

Proposta għal direttiva

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  L-eċċezzjoni għandha tippermetti lill-entitajiet awtorizzati biex joħolqu u jxerrdu kopji b’format aċċessibbli ta’ xogħlijiet jew materjal ieħor online u offline fl-Unjoni li jkunu koperti b’din id-Direttiva.

(9)  L-eċċezzjoni għandha wkoll tippermetti lill-entitajiet awtorizzati biex joħolqu u jxerrdu kopji b’format aċċessibbli ta’ xogħlijiet jew materjal ieħor online u offline fl-Unjoni li jkunu koperti b’din id-Direttiva.

Emenda     8

Proposta għal direttiva

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  Billi din l-eċċezzjoni għandha natura speċifika u ambitu mmirat, u billi teħtieġ iċ-ċertezza legali għall-benefiċjarji tagħha, l-Istati Membri ma għandhomx jitħallew jimponu rekwiżiti addizzjonali għall-applikazzjoni tal-eċċezzjoni, bħal skemi ta’ kumpens jew ta’ verifika minn qabel tad-disponibbiltà kummerċjali tal-kopji b’format aċċessibbli.

(11)  Billi din l-eċċezzjoni għandha natura speċifika u ambitu mmirat, u billi teħtieġ iċ-ċertezza legali għall-benefiċjarji tagħha, l-Istati Membri ma għandhomx jitħallew jimponu rekwiżiti addizzjonali għall-applikazzjoni tal-eċċezzjoni, bħal skemi ta’ kumpens jew ta’ verifika minn qabel tad-disponibbiltà kummerċjali tal-kopji b’format aċċessibbli. Tali rekwiżiti addizzjonali joħolqu r-riskju li jmorru kontra l-iskop tal-eċċezzjonijiet previsti minn din id-Direttiva, u kontra l-iskop li jiġi ffaċilitat l-iskambju transfruntier tal-kopji f'format speċjali fis-suq uniku.

Emenda    9

Proposta għal direttiva

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  Kull ipproċessar tad-dejta personali li jsir skont din id-Direttiva għandu jirrispetta d-drittijiet fundamentali, inkluż id-dritt tar-rispett għall-ħajja privata u l-ħajja tal-familja u d-dritt tal-protezzjoni tad-dejta personali skont l-Artikoli 7 u 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u għandu jsir b’konformità mad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li tirregola l-ipproċessar tad-dejta personali li jistgħu jagħmlu l-entitajiet awtorizzati fil-qafas ta’ din id-Direttiva u bis-superviżjoni tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, b’mod partikolari l-awtoritajiet indipendenti pubbliċi maħturin mill-Istati Membri.

(12)  Kull ipproċessar tad-data personali li jsir skont din id-Direttiva għandu jirrispetta d-drittijiet fundamentali, inkluż id-dritt tar-rispett għall-ħajja privata u l-ħajja tal-familja u d-dritt tal-protezzjoni tad-dejta personali skont l-Artikoli 7 u 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u għandu jsir b’konformità mad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u mar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a, li jirregolaw l-ipproċessar tad-data personali li jistgħu jagħmlu l-entitajiet awtorizzati fil-qafas ta’ din id-Direttiva u bis-superviżjoni tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, b’mod partikolari l-awtoritajiet indipendenti pubbliċi maħturin mill-Istati Membri.

__________________

1a Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

Emenda     10

Proposta għal direttiva

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  Il-UNCPRD, li l-UE hi parti kontraenti għaliha, tiżgura li l-persuni b’diżabbiltà jkollhom dritt għall-aċċess għall-informazzjoni u d-dritt li jieħdu sehem fil-ħajja kulturali, ekonomika u soċjali bħal ħaddieħor. Il-Konvenzjoni teżiġi li l-partijiet għaliha għandhom jieħdu l-miżuri xierqa kollha, skont il-liġi internazzjonali, biex jiżguraw li l-liġijiet li jipproteġu d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali ma jkunux jikkostitwixxu ostaklu diskriminatorju jew mhux raġonevoli għall-aċċess tal-persuni b’diżabbiltà għall-materjali kulturali.

(13)  Il-UNCPRD, li l-UE hi parti kontraenti għaliha u li hija vinkolanti għall-Istati Membri tal-Unjoni, tiżgura li l-persuni b’diżabbiltà jkollhom dritt għall-aċċess għall-informazzjoni u d-dritt li jieħdu sehem fil-ħajja kulturali, ekonomika u soċjali bħal ħaddieħor. Il-Konvenzjoni teżiġi li l-partijiet għaliha għandhom jieħdu l-miżuri xierqa kollha, skont il-liġi internazzjonali, biex jiżguraw li l-liġijiet li jipproteġu d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali ma jkunux jikkostitwixxu ostaklu diskriminatorju jew mhux raġonevoli għall-aċċess tal-persuni b’diżabbiltà għall-materjali kulturali.

Emenda     11

Proposta għal direttiva

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  Skont il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, l-Unjoni tirrikonoxxi u tirrispetta d-dritt tal-persuni b’diżabbiltà li jgawdu minn miżuri mfassla biex tkun żgurata l-indipendenza tagħhom, l-integrazzjoni soċjali u professjonali tagħhom u l-parteċipazzjoni tagħhom fil-ħajja tal-komunità.

(14)  Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea tipprojbixxi kwalunkwe forma ta' diskriminazzjoni bbażata, fost l-oħrajn, fuq id-diżabbiltà, u tiddikjara li l-Unjoni tirrikonoxxi u tirrispetta d-dritt tal-persuni b'diżabbiltà li jgawdu minn miżuri mfassla biex tkun żgurata l-indipendenza tagħhom, l-integrazzjoni soċjali u professjonali tagħhom u l-parteċipazzjoni tagħhom fil-ħajja tal-komunità.

Emenda     12

Proposta għal direttiva

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)  Skont id-Direttiva 2001/29/KE, l-Istati Membri jistgħu jkomplu jipprovdu għal eċċezzjoni jew limitazzjoni għall-ġid tal-persuni b’diżabbiltà fil-każijiet li ma tkoprix din id-Direttiva.

(17)  L-Istati Membri, f'kull każ, se jkollhom jagħmlu arranġamenti għal eċċezzjonijiet u limitazzjonijiet għall-ġid tal-persuni b'diżabbiltà anke fil-każijiet mhux koperti minn din id-Direttiva.

Emenda     13

Proposta għal direttiva

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)  Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Għaldaqstant din id-Direttiva għandha tiġi interpretata u applikata bi qbil ma’ dawk id-drittijiet u l-prinċipji.

(18)  Din id-Direttiva, għalhekk, tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u mill-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabbiltà. Għaldaqstant din id-Direttiva għandha tiġi interpretata u applikata bi qbil ma’ dawk id-drittijiet u l-prinċipji.

Emenda    14

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 2 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(da)  irrispettivament minn kwalunkwe diżabbiltà oħra.

Ġustifikazzjoni

It-Trattat ta' Marrakexx iħalli l-possibilità li jiġu inklużi tipi oħra ta' diżabbiltà. Fil-premessa 16 u l-Artikolu 7 d-Direttiva proposta ssemmi il-possibilità li jiġu inklużi tipi oħra ta' diżabbiltà fi stadju aktar tard.

Emenda    15

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  “kopja b’format aċċessibbli” tfisser kopja ta’ xogħol jew materjal ieħor f’mod jew għamla alternattiva li lill-persuna benefiċjarja tagħtiha aċċess għax-xogħol jew għall-materjal l-ieħor, inkluż li l-persuna benefiċjarja ikun jista’ jkollha aċċess b’mod fattibbli u komdu daq persuna mingħajr diżabbiltà fil-vista jew xi diżabbiltà msemmija fil-paragrafu 2;

(3)  “kopja b’format aċċessibbli” tfisser kopja ta’ xogħol jew materjal ieħor f’mod jew għamla alternattiva li lill-persuna benefiċjarja tagħtiha aċċess għax-xogħol jew għall-materjal l-ieħor, inkluż li l-persuna benefiċjarja ikun jista’ jkollha aċċess b’mod fattibbli u komdu daqs persuna mingħajr ebda mid-diffikultajiet jew diżabbilitajiet imsemmija fil-paragrafu 2;

Emenda    16

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  “entità awtorizzata” tfisser organizzazzjoni li tipprovdi edukazzjoni, taħriġ ta’ struzzjoni, qari adattiv jew aċċess għall-informazzjoni lill-persuni benefiċjarji mingħajr skop ta’ profitt, bħala l-attività ewlenija tagħha jew bħala waħda mill-attivitajiet ewlenin tagħha jew bħala waħda mill-missjonijiet tagħha ta’ interess pubbliku.

(4)  "entità awtorizzata" tfisser organizzazzjoni li tipprovdi edukazzjoni, taħriġ ta' struzzjoni, qari adattiv jew aċċess għall-informazzjoni lill-persuni benefiċjarji mingħajr skop ta' profitt, bħala l-attività ewlenija tagħha jew bħala waħda mill-attivitajiet ewlenin tagħha jew bħala waħda mill-missjonijiet tagħha ta' interess pubbliku, irrispettivament jekk hix sorveljata minn gvern jew le.

Emenda    17.

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1a.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawn l-eċċezzjonijiet għad-dritt tal-awtur u d-drittijiet relatati ma jkunux jistgħu jiġu sostitwiti minn miżuri teknoloġiċi jew kuntrattwali.

Emenda    18

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3a.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġu stabbiliti u jkunu disponibbli mekkaniżmi għall-ilment u rimedju għall-utenti f'każ ta' tilwim rigward l-applikazzjoni tal-miżuri msemmija f’dan l-Artikolu.

Ġustifikazzjoni

Id-direttiva proposta ma ssemmi ebda mekkaniżmu ta' lment jew ta' rimedju li jenħtieġ li jiġi stabbilit mill-Istati Membri f'każijiet fejn il-benefiċjarji jiġu mċaħħda mill-użi permessi. Tali mekkaniżmi huma previsti skont l-Artikolu 13(2) tal-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-drittijiet tal-awtur fis-Suq Uniku Diġitali (COM(2016)593).

Emenda    19

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-ipproċessar tad-dejta personali li jsir fil-qafas ta’ din id-Direttiva għandu jkun b’konformità mad-Direttiva 95/46/KE.

L-ipproċessar tad-data personali li jsir fil-qafas ta’ din id-Direttiva għandu jkun b’konformità mad-Direttivi 95/46/KE u 2002/58/KE u mar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a

1a Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

Emenda    20

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sa [sentejn mid-data ta' traspożizzjoni], il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar id-disponibbiltà, b’formati aċċessibbli, ta’ xogħlijiet u materjal ieħor għajr dawk definiti fl-Artikolu 2(1) għall-persuni benefiċjarji, u ta’ xogħlijiet u materjal ieħor għall-persuni b’diżabbiltajiet oħra għajr dawk imsemmija fl-Artikolu 2(2), fis-suq intern. Ir-rapport għandu jinkludi valutazzjoni dwar jekk għandhiex titqies emenda għall-ambitu ta’ din id-Direttiva.

Sa [two years after the date of transposition], il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar id-disponibbiltà, b’formati aċċessibbli, ta’ xogħlijiet u materjal ieħor għajr dawk definiti fl-Artikolu 2(1) għall-persuni benefiċjarji, u ta’ xogħlijiet u materjal ieħor għall-persuni b’diżabbiltajiet oħra għajr dawk imsemmija fl-Artikolu 2(2), fis-suq intern. Ir-rapport għandu jinkludi valutazzjoni dwar jekk għandux jitqies twessigħ tal-ambitu ta' din id-Direttiva, bil-għan li l-eċċezzjoni u t-tfassil korrispondenti ta' kopji b'format aċċessibbli previsti minn din id-Direttiva jkunu jistgħu jkunu ta' benefiċċju għal kategoriji oħra ta' diżabbiltà.

Emenda    21

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sa mhux aktar tard minn [enter five years after the date of transposition], il-Kummissjoni għandha tagħmel evalwazzjoni ta’ din id-Direttiva u tippreżenta s-sejbiet ewlenin lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, u magħha meta jkun xieraq tippreżenta proposti għal emendi f’din id-Direttiva.

Sa mhux aktar tard minn [enter five years after the date of transposition], il-Kummissjoni għandha tagħmel evalwazzjoni ta' din id-Direttiva u tippreżenta s-sejbiet ewlenin lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, u magħha meta jkun xieraq tippreżenta proposti għal emendi f'din id-Direttiva.

PROCEDURE – COMMITTEE ASKED FOR OPINION

Titolu

Użi permessi ta’ xogħlijiet u materjal ieħor protett bid-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati għall-ġid tal-persuni għomja, b’diżabbiltà fil-vista jew li b’xi mod ieħor għandhom diffikultà biex jaqraw materjal stampat u emenda tad-Direttiva 2001/29/KE dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni

Referenzi

COM(2016)0596 – C8-0381/2016 – 2016/0278(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

6.10.2016

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

PETI

6.10.2016

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Rosa Estaràs Ferragut

27.10.2016

Data tal-adozzjoni

24.1.2017

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

18

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marina Albiol Guzmán, Margrete Auken, Beatriz Becerra Basterrechea, Pál Csáky, Rosa Estaràs Ferragut, Eleonora Evi, Peter Jahr, Notis Marias, Julia Pitera, Virginie Rozière, Josep-Maria Terricabras, Jarosław Wałęsa, Cecilia Wikström, Tatjana Ždanoka

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Kostadinka Kuneva, Ángela Vallina, Rainer Wieland

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Edouard Martin

  • [1]  Il-petizzjoni 0924/2011, imressqa minn Dan Pescod, ta' ċittadinanza Brittanika, f'isem il-European Blind Union (EBU)/Royal National Institute of Blind People (RNIB) (l-Unjoni Ewropea għall-Persuni Għomja/l-Istitut Nazzjonali Rjali għall-Persuni Għomja), dwar l-aċċess għall-kotba u prodotti stampati oħra minn persuni għomja u
    Il-petizzjoni 964/2011, imressqa minn Michael Kalmar, ta' ċittadinanza Awstrijaka, f'isem l-Assoċjazzjoni Ewropea tad-Dislessija, dwar l-aċċess għall-kotba għal persuni għomja, għal dawk li jbatu minn dislessija jew li għandhom diżabbiltajiet oħra.
  • [2]  PE 571.387.
  • [3]  Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' Frar 2016 dwar ir-ratifika tat-Trattat ta' Marrakexx, abbażi ta' petizzjonijiet riċevuti, b'mod partikolari Petizzjoni 924/2011 (2016/2542(RSP)).

PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Użi permessi ta’ xogħlijiet u materjal ieħor protett bid-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati għall-ġid tal-persuni għomja, b’diżabbiltà fil-vista jew li b’xi mod ieħor għandhom diffikultà biex jaqraw materjal stampat u emenda tad-Direttiva 2001/29/KE dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni

Referenzi

COM(2016)0596 – C8-0381/2016 – 2016/0278(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

14.9.2016

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

6.10.2016

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

INTA

6.10.2016

EMPL

24.11.2016

CULT

6.10.2016

PETI

6.10.2016

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

INTA

12.10.2016

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Max Andersson

12.10.2016

Eżami fil-kumitat

7.11.2016

28.11.2016

31.1.2017

Data tal-adozzjoni

23.3.2017

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

22

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Max Andersson, Joëlle Bergeron, Marie-Christine Boutonnet, Jean-Marie Cavada, Kostas Chrysogonos, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Mary Honeyball, Sajjad Karim, Sylvia-Yvonne Kaufmann, António Marinho e Pinto, Jiří Maštálka, Emil Radev, Julia Reda, Pavel Svoboda, Tadeusz Zwiefka

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Isabella Adinolfi, Daniel Buda, Angelika Niebler, Virginie Rozière, Rainer Wieland

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Eugen Freund, Maria Noichl

Data tat-tressiq

28.3.2017

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

22

+

PPE

S&D

ECR

ALDE

GUE/NGL

Verts/ALE

EFDD

ENF

Daniel Buda, Angelika Niebler, Emil Radev, Pavel Svoboda, Rainer Wieland, Tadeusz Zwiefka

Eugen Freund, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Mary Honeyball, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Maria Noichl, Virginie Rozière

Sajjad Karim

Jean-Marie Cavada, António Marinho e Pinto

Kostas Chrysogonos, Jiří Maštálka

Max Andersson, Julia Reda

Isabella Adinolfi, Joëlle Bergeron

Marie-Christine Boutonnet

0

-

0

0

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni