Proċedura : 2016/2174(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0098/2017

Testi mressqa :

A8-0098/2017

Dibattiti :

PV 26/04/2017 - 19
CRE 26/04/2017 - 19

Votazzjonijiet :

PV 27/04/2017 - 5.37

Testi adottati :

P8_TA(2017)0168

RAPPORT     
PDF 747kWORD 68k
28.3.2017
PE 593.881v02-00 A8-0098/2017

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għas-sena finanzjarja 2015

(2016/2174(DEC))

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

Rapporteur: Inés Ayala Sender

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għas-sena finanzjarja 2015

(2016/2174(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għas-sena finanzjarja 2015,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta tal-Awtorità(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabilità tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2015 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Frar 2017 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Awtorità fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2015 (05873/2017 – C8-0060/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 44 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0098/2017),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità għas-sena finanzjarja 2015;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għas-sena finanzjarja 2015

(2016/2174(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għas-sena finanzjarja 2015,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta tal-Awtorità(6),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(7) dwar l-affidabilità tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2015 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Frar 2017 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Awtorità fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2015 (05873/2017 – C8-0060/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(8), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel(9), u b'mod partikolari l-Artikolu 44 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(10), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0098/2017),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għas-sena finanzjarja 2015;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għas-sena finanzjarja 2015

(2016/2174(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għas-sena finanzjarja 2015,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0098/2017),

-  wara li kkunsidra r-Rapport Speċjali Nru 12/2016 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri: "L-użu li l-aġenziji jagħmlu minn għotjiet: mhuwiex dejjem xieraq u mhux dejjem jista' jintwera li huwa effettiv",

A.  billi, skont ir-rapporti finanzjarji tagħha, il-baġit finali tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel ("l-Awtorità") għas-sena finanzjarja 2015 kien ta' EUR 79 659 347, billi l-baġit kollu tal-Awtorità huwa derivat mill-baġit tal-Unjoni,

B.  billi l-Qorti tal-Awdituri ("il-Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għas-sena finanzjarja 2015 ("ir-rapport tal-Qorti"), stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Awtorità huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.  Jinnota li l-isforzi ta' monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2015 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 99,81 %, li tfisser żieda ta' 0,12 % meta mqabbel mal-2014; jinnota, barra minn hekk, li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 90,10 %, li tfisser żieda ta' 0,80 % meta mqabbel mal-2014;

2.  Ifakkar li l-2015 kienet it-tieni sena ta' operazzjoni tal-Awtorità taħt il-Qafas Finanzjarju Pluriennali tal-Unjoni; jinnota li l-ammont ta' approprjazzjonijiet mhux użati kien ta' EUR 1 089 miljun; jenfasizza, madankollu, li din is-sottoeżekuzzjoni tikkorrispondi għad-dħul assenjat mhux użat (l-eżitu tal-Awtorità tal-2014), li reġa' ntuża fl-2016;

Proċeduri ta' akkwist u ta' reklutaġġ

3.  Jieħu nota tat-tnaqqis ta' 2 % fil-pjan ta' stabbiliment tal-Awtorità, li jikkorrispondi għal seba' karigi, li wassal biex l-Awtorità żżid l-isforzi tagħha fl-istabbiliment ta' proċeduri aktar effiċjenti u effikaċi; jinnota li fi tmiem l-2015, 446 kariga mill-474 disponibbli kienu okkupati, fosthom uffiċjali, aġenti temporanji, aġenti kuntrattwali u esperti nazzjonali ssekondati; josserva li l-medja annwali tar-rata ta' okkupazzjoni kienet ta' 94,7 % (423 kariga okkupata mill-447 disponibbli);

4.  Jieħu nota li l-persunal tal-Awtorità huwa marbut legalment li jikkonforma mar-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea ("ir-Regolamenti tal-Persunal"), li jistabbilixxi qafas ġenerali ta' drittijiet u obbligi li jaffettwaw l-uffiċjali u l-aġenti; jinnota, barra minn hekk, li r-Regolamenti tal-Persunal huma supplementati bil-Kodiċi ta' Kondotta Amministrattiva Tajba tal-Awtorità, li jiddetermina t-tip ta' servizz jista' jistenna l-pubbliku mill-persunal tal-Awtorità, u bi Gwida Prattika dwar l-Etika u l-Kondotta tal-Persunal, li tistabbilixxi prinċipji etiċi biex jinkisbu l-ogħla standards ta' integrità; josserva li l-Awtorità tirrikonoxxi l-importanza tal-komunikazzjoni mal-midja u għandha servizz speċifiku fi ħdan id-Dipartiment tal-Komunikazzjoni biex tittratta t-talbiet tal-midja u tispjega ħidmietha lill-ġurnalisti; jieħu nota li, mill-2014 sal-2015, l-Awtorità żiedet il-perċentwal ta' riżorsi umani ddedikati għall-attivitajiet xjentifiċi b'1 %, jiġifieri għal total ta' 75 %;

5.  Jirrikonoxxi l-fatt li l-Awtorità żviluppat għodda avvanzata għall-iskrinjar tal-kunflitti ta' interess b'rabta mal-akkwist pubbliku, stabbilita permezz ta' deċiżjoni tad-Direttur Eżekuttiv tagħha; jinnota li din l-għodda tfasslet biex jiġu evitati kunflitti ta' interess fi proċeduri ta' akkwist ta' natura xjentifika;

6.  Jinsab imħasseb li kwalunkwe tnaqqis fil-persunal fl-Awtorità jista' jagħmel ħsara serja lill-kapaċitajiet u r-reputazzjoni tagħha; jemmen, għalhekk, li jenħtieġ li jiġi żgurat li ma jkun hemm l-ebda tnaqqis fil-persunal;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u t-trasparenza

7.  Josserva li l-Awtorità nediet rieżami tal-"Politika dwar l-Indipendenza u l-Proċessi tat-Teħid ta' Deċiżjonijiet f'Ambitu Xjentifiku" tagħha, li se jinkludi konsultazzjoni pubblika biex jiġi żgurat li l-fehmiet tal-partijiet interessati jkunu kkunsidrati; jistieden lill-Awtorità tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-eżitu ta' dan l-eżerċizzju ta' rieżami ladarba jkun finalizzat;

8.  Jinnota li l-Awtorità kkompletat iċ-ċentralizzazzjoni tal-proċess ta' validazzjoni tad-dikjarazzjonijiet annwali ta' interess kollha ppreżentati mill-esperti u l-persunal tagħha lis-servizz iddedikat għall-Affarijiet Legali u Regolatorji tagħha;

9.  Jenfasizza li l-esperti b'interessi finanzjarji marbuta ma' kumpaniji li s-sustanzi tagħhom huma evalwati mill-Awtorità ma għandhomx jagħmlu parti mill-bordijiet xjentifiċi jew mill-gruppi ta' ħidma tal-Awtorità, u li l-ebda tali espert ma għandu jinħatar mill-Awtorità qabel sentejn wara li l-interessi tiegħu/tagħha jkunu skadew; huwa konvint li l-Awtorità jenħtieġ li tingħata baġit suffiċjenti biex tqabbad esperti indipendenti interni bl-ebda kunflitt ta' interess;

10.  Jistieden lill-Awtorità tinkorpora, fil-politika ġdida tagħha dwar l-indipendenza, perjodu ta' preklużjoni ta' sentejn fir-rigward tal-interessi materjali kollha relatati mal-kumpaniji li l-prodotti tagħhom huma vvalutati mill-Awtorità u ma' kwalunkwe organizzazzjoni ffinanzjata minnhom;

11.  Jieħu nota li l-Awtorità diġà impenjat ruħha li tintroduċi perjodi ta' preklużjoni ta' sentejn fir-rigward tal-interessi li ġejjin: sħubija f'entità ta' ġestjoni jew f'korp konsultattiv xjentifiku, impjieg u konsulenza; jiddispjaċih li l-Awtorità ma inkludietx il-finanzjament tar-riċerka fil-lista ta' interessi li jridu jiġu koperti bil-perjodu ta' preklużjoni ta' sentejn, abbażi ta' dak li l-awtorità ta' kwittanza kienet diġà identifikat fl-aħħar deċiżjonijiet ta' kwittanza; jistieden lill-Awtorità timplimenta malajr il-miżuri b'konformità mat-talbiet ripetuti tal-awtorità ta' kwittanza;

12.  Josserva li l-Awtorità daħħlet fis-seħħ proċedura operattiva standard dwar korsijiet ta' taħriġ obbligatorji mfassla biex joħolqu sensibilizzazzjoni fost il-persunal dwar oqsma ta' suġġetti speċifiċi, inaqqsu r-riskji organizzazzjonali, u jiżguraw konformità mar-regolamenti, mal-politiki orizzontali u mal-istandards ta' kontroll tal-Unjoni;

13.  Jirrikonoxxi l-fatt li, sa mill-ħolqien tagħha, l-Aġenzija tippubblika l-minuti tal-Bord ta' Ġestjoni tagħha fuq is-sit web tagħha; jinnota, barra minn hekk, li l-laqgħat huma miftuħa għall-pubbliku fuq reġistrazzjoni, u li r-reġistrazzjoni ta' smigħ tas-sessjonijiet pubbliċi huma disponibbli fuq is-sit web tal-Awtorità;

14.  Jirrikonoxxi l-fatt li, minn meta adottat il-politika tagħha dwar l-indipendenza fl-2011, l-Awtorità tivvaluta u tivvalida 100 % tad-dikjarazzjonijiet ta' interess ippreżentati mill-esperti tagħha, li bħala medja jikkorrispondu għal total globali li jvarja minn 6 000 sa 7 000 dikjarazzjoni ta' interess kull sena li jiġu vvalutati u vvalidati mill-persunal tal-Awtorità, b'konformità mal-politika tagħha dwar l-indipendenza u r-regoli tagħha dwar id-dikjarazzjonijiet ta' interess; jinnota li, barra minn hekk, darbtejn fis-sena, l-Awtorità twettaq kontrolli addizzjonali ta' konformità u ta' veraċità permezz ta' persunal li ma jkunx involut fil-kontrolli ordinarji msemmija hawn fuq; jistieden lill-Awtorità tippubblika r-riżultati tal-verifiki tagħha bħala anness għar-rapport annwali tagħha; jinnota li r-rieżami tal-politika tal-2011 għadu għaddej, b'konsultazzjoni pubblika ppjanata għar-rebbiegħa tal-2017 u b'data fil-mira għal politika ġdida dwar l-indipendenza sas-sajf tal-2017; jinnota bi tħassib li l-politika tal-Aġenzija dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess mhijiex applikata għall-persunal interim tagħha;

15.  Jinsisti li l-Awtorità timplimenta l-politika ta' indipendenza tagħha b'mod konsistenti, b'mod partikolari fir-rigward tal-presidenti u l-viċi presidenti tal-bord;

16.  Jinnota li, wara li l-kwistjoni tressqet għall-attenzjoni tal-Awtorità mill-awtorità ta' kwittanza, id-dikjarazzjonijiet ta' interess kollha tal-membri tal-Bord ta' Ġestjoni issa huma ppubblikati fuq is-sit web tal-Awtorità; jenfasizza l-importanza tal-pubblikazzjoni ta' tali dokumenti sabiex jiġu żgurati l-kontroll u l-iskrutinju neċessarji tal-maniġment tal-Awtorità;

17.  Jinnota li, sakemm jiġu adottati regoli ta' implimentazzjoni dwar l-iżvelar ta' informazzjoni protetta, l-Awtorità implimentat, f'Jannar 2016, proċedura operattiva standard ġdida dwar it-trattament ta' talbiet minn informaturi li jiffaċċjaw ritaljazzjoni; jirrikonoxxi l-fatt li l-Awtorità qed tistenna gwida ulterjuri mill-Kummissjoni qabel ma tfassal ir-regoli interni tagħha dwar l-iżvelar ta' informazzjoni protetta; jitlob lill-Kummissjoni tipprovdi l-gwida addizzjonali kemm jista' jkun malajr, u jistieden lill-Awtorità tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar it-twaqqif u l-implimentazzjoni tar-regoli tagħha dwar l-iżvelar ta' informazzjoni protetta;

18.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-Awtorità adottat l-istrateġija tagħha kontra l-frodi u pjan ta' azzjoni relatat f'Marzu 2015, u li rapport ta' implimentazzjoni ppreżentat lill-Bord ta' Ġestjoni f'Diċembru 2016 indika li l-azzjonijiet kollha kienu ġew implimentati; jinnota li l-azzjonijiet previsti fiha kienu relatati mal-oqsma ta' prevenzjoni, detezzjoni, investigazzjoni u monitoraġġ;

19.  Jinnota li l-Awtorità nediet, fl-2015, proġett biex iżżid it-trasparenza u l-involviment fil-proċess ta' valutazzjoni tar-riskju sabiex tiġi pprovduta ċarezza fir-rigward tal-proċessi xjentifiċi tagħha, u jkomplu jiġu żviluppati approċċi favur it-trasparenza u l-involviment f'dawn il-proċessi sal-2020 bi qbil mal-istrateġija ta' komunikazzjoni tagħha, filwaqt li jitrawwem involviment regolari mal-partijiet konċernati tagħha u mal-pubbliku matul l-iżvilupp tal-valutazzjonijiet u l-outputs xjentifiċi, prinċipalment permezz ta' mekkaniżmi ta' konsultazzjoni pubblika;

20.  Jinnota li l-Awtorità nediet għadd ta' mekkaniżmi strutturati għall-ġestjoni tal-interazzjoni tagħha mal-partijiet interessati biex tiżgura li l-involviment jitwettaq b'mod trasparenti u sabiex jiġi evitat ir-riskju ta' influwenza indebita; jinnota li l-mekkaniżmi jinkludi konsultazzjonijiet pubbliċi dwar għażla ta' opinjonijiet xjentifiċi u dokumenti ta' gwida, sessjonijiet ta' informazzjoni għall-applikanti, laqgħat plenarji xjentifiċi miftuħa għall-pubbliku, laqgħat tal-partijiet konċernati u laqgħat tad-Direttur Eżekuttiv;

21.  Jinnota wkoll li l-persunal kollu tal-Awtorità jgħaddi minn taħriġ obbligatorju annwali u kull sena meħtieġ jippreżenta Dikjarazzjoni tal-Interessi bid-dettalji dwar l-interessi finanzjarji jew intellettwali li l-membri tal-persunal jew il-familja tagħhom jista' jkollhom, inkluż dwar kwalunkwe relazzjoni privati mal-lobbisti; jinnota li l-esperti esterni tal-Awtorità wkoll meħtieġa jressqu d-Dikjarazzjonijiet tal-Interessi annwali qabel ma jinvolvu ruħhom f'ħidma xjentifika għall-Awtorità, u dawn huma kollha disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit web tagħha; josserva li dawk id-Dikjarazzjonijiet tal-Interessi huma vvalutati skont il-politika tal-Awtorità dwar l-indipendenza, u meta jiġu identifikati xi kunflitti, l-espert ma jistax iwettaq ħidma xjentifika għall-Awtorità; jitlob lill-Awtorità żżomm lill-awtorità ta' kwittanza informata dwar l-implimentazzjoni u r-riżultati ta' dawn il-miżuri;

22.  Jinnota li l-Awtorità ma tapplikax perjodi ta' preklużjoni għall-esperti wara t-tmiem tal-kooperazzjoni mal-Awtorità, iżda daħħlet fis-seħħ perjodi ta' preklużjoni proporzjonati fil-kuntest tal-proċedura tal-għażla ta' dawn l-esperti li jillimitaw l-involviment tagħhom għal ċerti rwoli għal perjodu ta' żmien ta' bejn sentejn u ħames snin meta jkunu ġew impjegati jew ikunu taw servizzi ta' konsulenza dwar kwistjonijiet li jirkbu fuq l-involviment tagħhom mal-Awtorità;

23.  Jinnota li 64 % tat-talbiet ta' aċċess pubbliku għad-dokumenti rriżultaw fl-għoti ta' aċċess parzjali għad-dokumenti mitluba u li l-aktar raġuni protettiva invokata għall-aċċess parzjali kienet l-eċċezzjoni dwar data personali (applikata għal 51 % tal-każijiet ta' aċċess parzjali), segwita mill-eċċezzjoni dwar l-interessi kummerċjali (applikata għal 33 % tal-każijiet ta' aċċess parzjali) u l-eċċezzjoni minħabba teħid ta' deċiżjonijiet pendenti (applikata għal 23,5 % tal-każijiet ta' aċċess parzjali);

24.  Jinnota li f'Lulju 2016, il-Bord ta' Ġestjoni tal-Awtorità approva approċċ ġdid għall-involviment tal-partijiet konċernati, li jippermetti li l-Awtorità tinteraġixxi ma' firxa kbira ta' partijiet konċernati permezz ta' varjetà ta' mezzi sabiex twessa' l-ħidma ta' kuntatt mal-organizzazzjonijiet rappreżentattivi, inklużi l-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi u atturi oħra tas-soċjetà ċivili fil-katina tal-ikel;

25.  Jinnota li, mill-2017, l-Awtorità se xxandar direttament, permezz tal-webstreaming, il-laqgħat xjentifiċi miftuħa għall-pubbliku, għall-finijiet ta' trasparenza;

26.  Jistieden lill-Awtorità tippubblika l-lista tagħha ta' Organizzazzjonijiet fis-settur tas-Sikurezza tal-Ikel, kif ukoll l-eżitu tal-evalwazzjonijiet tagħha tal-interessi tal-esperti;

27.  Jemmen li l-Awtorità jenħtiġilha tibqa' tagħti attenzjoni speċjali lill-opinjoni pubblika, u timpenja ruħha, kemm jista' jkun, li tkun miftuħa u trasparenti; jilqa', f'dan ir-rigward, il-fatt li fl-2015 l-Awtorità ttestjat b'suċċess l-approċċ metodoloġiku ġdid tagħha lejn l-użu tal-evidenza xjentifika; jilqa' wkoll, f'dan il-kuntest, it-titjib fil-kondiviżjoni tad-data permezz tal-ftuħ tal-maħżen virtwali tad-data tal-Awtorità għal numru dejjem jikber ta' partijiet interessati; jilqa' l-Valutazzjoni tal-Impatt(11), li hija rapport xjentifiku estern ippubblikat f'Ġunju 2016, dwar il-miżuri mill-Awtorità li għandhom l-għan speċifiku li jżidu t-trasparenza u l-impenn fil-proċess tal-valutazzjoni tar-riskju tagħha; jinkoraġġixxi lill-Awtorità tagħmel progress ulterjuri f'dan is-sens, b'mod partikolari fil-kuntest tar-rieżami tal-indipendenza tagħha għall-2017;

28.  Jirrimarka li diversi regoli tal-Unjoni, inkluża, fost l-oħrajn, il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, jagħtu lill-individwi d-dritt ta' aċċess għad-dokumenti pubbliċi; ifakkar lill-Awtorità li l-aħjar mod kif tiġi żgurata r-rigorożità xjentifika huwa permezz tat-trasparenza tar-riżultati u l-obbligu li jingħata rendikont tagħhom;

Kontrolli interni

29.  Jieħu nota li, fl-2015, il-Kapaċità tal-Awditjar Intern tal-Awtorità wettqet inkarigi ta' assigurazzjoni u kompiti speċjali oħrajn kif previst fil-Pjan tal-Awditu Annwali approvat mill-Kumitat tal-Verifika tal-Awtorità; jieħu nota li l-inkarigi ta' awditjar koprew l-"Implimentazzjoni tal-Istandards ta' Kontroll Intern, il-validazzjoni tad-drittijiet ta' aċċess tal-utenti mogħtija fl-ABAC", żewġ rapporti dwar is-segwitu għas-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni u r-rakkomandazzjonijiet pendenti tal-Qorti, kif ukoll is-sejbiet preliminari relatati mal-awditjar tal-"Governanza Korporattiva, ir-rwol tal-esperti tal-EFSA fil-proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet xjentifiċi";

30.  Josserva li skont l-IAC, is-sistema attwali ta' kontroll intern tal-Awtorità tipprovdi assigurazzjoni raġonevoli fir-rigward tal-kisba tal-objettivi kummerċjali stabbiliti għall-proċessi awditjati, ħlief għall-formalizzazzjoni u t-tisħiħ ta' evalwazzjonijiet ex ante, interim u ex post, u l-allinjament ħażin bejn atti ta' delegazzjoni u drittijiet ta' aċċess għas-sistema tal-kontabbiltà ABAC; jistieden lill-Awtorità tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-azzjonijiet meħuda sabiex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet tas-sistema ta' kontroll intern tagħha;

31.  Jieħu nota, mir-rapport tal-Qorti li l-Awtorità għadha ma daħħletx fis-seħħ strateġija ċara u komprensiva ta' kontroll finanzjarju ex post li tkopri l-oqsma kollha tal-operazzjonijiet u li tispeċifika l-frekwenza u l-kamp ta' applikazzjoni ta' tali kontrolli; jistieden lill-Awtorità tikkunsidra jekk dan il-pass ta' kontroll addizzjonali huwiex adattat għall-iskop tiegħu fl-ambjent ta' evalwazzjoni abbażi tar-riskju tagħha;

Awditjar intern

32.  Jinnota li l-IAS ħareġ rapport dwar "Appoġġ Xjentifiku għall-Valutazzjoni tar-Riskju u l-Evalwazzjoni ta' Prodotti Regolati b'Enfasi fuq il-Ġbir u l-Analiżi tad-Data"; jinnota li l-IAS ikkonkluda li, għalkemm il-proċess ġenerali għall-ġbir u l-analiżi tad-data tal-Awtorità jappoġġa b'mod adegwat l-attivitajiet xjentifiċi tagħha ta' valutazzjoni tar-riskji u evalwazzjoni ta' prodotti regolati, xorta għadhom jeżistu nuqqasijiet - b'mod partikolari fil-governanza tad-data tagħha; jirrikonoxxi mill-Awtorità, li adottat pjan ta' azzjoni li jindirizza l-kummenti tal-IAS, kif ukoll li, fi tmiem is-sena, l-azzjonijiet kollha previsti skont il-pjan ta' azzjoni kienu għaddejjin skont l-iskadenzi stipulati;

33.  Jinnota mir-rapport annwali tal-Awtorità li fil-bidu tal-2015, l-IAS ħarġet tmien rakkomandazzjonijiet "Importanti ħafna"; jieħu nota li b'riżultat tal-impatt ikkombinat tal-awditu dwar "Appoġġ Xjentifiku għall-Valutazzjoni tar-Riskju u l-Evalwazzjoni ta' Prodotti Regolati b'Enfasi fuq il-Ġbir u l-Analiżi tad-Data" u tal-awditu ta' segwitu għar-rakkomandazzjonijiet pendenti kollha, tliet rakkomandazzjoni "Importanti Ħafna" biss baqgħu miftuħa; jirrikonoxxi li l-Awtorità diġà implimentat parti mill-azzjonijiet previsti skont il-pjan ta' azzjoni matul l-2015 u kellha timplimenta d-definizzjoni u l-adozzjoni ta' qafas komprensiv ta' ġestjoni tad-data fl-2016;

Prestazzjoni

34.  Jirrikonoxxi li l-Awtorità stabbiliet jew ġeddet attivitajiet xjentifiċi konġunti u inizjattivi ta' kooperazzjoni ma' għadd ta' organizzazzjonijiet sħab fil-livell tal-Unjoni, fosthom l-Awtorità Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, l-Awtorità Ewropea għall-Mediċina, l-Agencia Española de Consumo - Seguridad Alimentaria y Nutrición ta' Spanja u l-Food Standard Authority tar-Renju Unit; jinnota, barra minn hekk, li l-Awtorità wettqet skambju ta' kooperazzjoni addizzjonali ma' għadd ta' aġenziji internazzjonali sħab; jinnota b'sodisfazzjon li l-għan ta' din il-kooperazzjoni huwa l-kondiviżjoni ta' metodi u approċċi biex is-sikurezza tal-ikel titjieb, inklużi metodi aħjar għall-valutazzjoni tar-riskju, għall-identifikazzjoni rapida ta' riskji emerġenti u għall-kondiviżjoni tad-data dwar suġġetti ta' interess komuni;

Kummenti oħra

35.  Jinnota li l-ħames pożizzjonijiet tat-tim tal-maniġment superjuri tal-Aġenzija huma mqassmin b'bilanċ bejn is-sessi ottimali ta' 40 % / 60 %; jinnota bi tħassib, madankollu, żbilanċ bejn is-sessi sinifikanti ta' 20 % / 80 % fil-Bord ta' Ġestjoni tal-Awtorità;

36.  Jieħu nota li, fl-2015, 24 membru tal-persunal ipparteċipaw f'away days li l-ispiża tagħhom kienet ta' EUR 5 816 (EUR 242,33 għal kull persuna); jinnota li 31 membru tal-persunal ipparteċipaw f'"Konferenzi magħluqa" li l-ispiża tagħhom kienet ta' EUR 23 096,16 (EUR 745,03 għal kull persuna), u għalhekk relattivament għolja; jistieden lill-Aġenzija tipprovdi kjarifika aktar speċifika lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-kontenut u l-ispejjeż marbuta mal-konferenzi magħluqa tagħha;

37.  Jilqa' l-kontribut tal-Awtorità għas-sikurezza tal-katina tal-ikel u l-għalf tal-Unjoni, permezz tal-forniment ta' konsulenza xjentifika komprensiva, indipendenti u aġġornata dwar kwistjonijiet marbuta mal-katina tal-ikel lill-maniġers tar-riskju tal-Unjoni, permezz ta' komunikazzjoni ċara lill-pubbliku dwar ir-riżultati tagħha u l-informazzjoni li fuqha huma bbażati, u permezz tal-kooperazzjoni ma' partijiet interessati u sħab istituzzjonali bil-għan li tippromwovi l-koerenza u l-fiduċja fis-sistema tas-sikurezza tal-ikel tal-Unjoni;

38.  Jinnota li l-Awtorità pproduċiet aktar minn 600 kontribut xjentifiku li jkopru l-katina tal-ikel kollha kemm hi u jikkontribwixxu għat-titjib tas-saħħa pubblika;

39.  Jinnota wkoll li l-Awtorità vvalutat ir-riskji għas-saħħa pubblika f'kollaborazzjoni maċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard billi użat settijiet ta' data kkombinati; jilqa' l-fatt li, f'xi okkażjonijiet, l-Awtorità taħdem ukoll f'kollaborazzjoni mal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, (pereżempju l-preżentazzjoni tal-ewwel rapport konġunt dwar l-analiżi integrata tal-konsum ta' aġenti antimikrobiċi u tal-okkorrenza ta' reżistenza antimikrobika fil-batterji mill-bnedmin u mill-annimali li jipproduċu l-ikel) u mal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, (pereżempju dwar l-iżvilupp konġunt ta' gwida xjentifika sabiex ikunu jistgħu jiġu identifikati l-interferenti endokrinali);

40.  Jilqa' l-fatt li fl-2015 l-Awtorità nediet proġett pluriennali biex tivvaluta l-fatturi ta' stress għan-naħal u l-attributi tal-kolonji tan-naħal tal-għasel f'saħħithom, ukoll bil-ħsieb li tistabbilixxi qafas għall-kejl robust u armonizzat tal-istat tas-saħħa tal-kolonji tan-naħal tal-għasel fi stħarriġ fuq il-post;

41.  Jenfasizza li wieħed mill-elementi fil-qalba tal-kredibbiltà xjentifika huwa t-trasparenza tal-istudji xjentifiċi li tqiesu, kif ukoll ir-riproduċibbiltà tar-riżultati;

42.  Jenfasizza li kien hemm tappi importanti fil-komunikazzjonijiet tal-Awtorità mal-maniġers tar-riskju u mal-pubbliku fl-2015: it-tnedija tas-sit web ġdid tagħha bbażat fuq riċerka estensiva dwar l-utenti u ċ-ċaqliq tal-Ġurnal tal-EFSA lejn pjattaforma ta' pubblikazzjoni professjonali esterna. Sar ukoll progress mill-Applications Helpdesk, l-uffiċċju għall-pubbliku u s-servizz ta' sostenn tal-Awtorità għall-valutazzjoni tas-sikurezza tal-prodotti regolati. Bis-saħħa ta' tali proġetti u inizjattivi u ta' ħafna oħrajn, l-Awtorità żgurat li tibqa' fornitur effikaċi u fdat ta' konsulenza xjentifika għall-interessi tal-konsumaturi fl-Unjoni;

43.  Jirrikonoxxi l-fatt li fl-2015 l-Awtorità stabbiliet uffiċċju ta' kollegament fi Brussell biex ittejjeb il-komunikazzjoni u d-djalogu mal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, mal-midja u mal-partijiet interessati;

44.  Jemmen li l-Awtorità jenħtiġilha tkompli tinkoraġġixxi lill-partijiet interessati u liċ-ċittadini jipparteċipaw b'mod regolari u jipprovdu kontribut f'punti ta' interazzjoni definiti matul l-iżvilupp ta' riżultati xjentifiċi, inkluż għal prodotti regolati, kif stipulat fl-Istrateġija tal-EFSA 2020;

45.  Jissottolinja li l-Awtorità jenħtieġ li tibda teżamina mill-ġdid il-ħames indikaturi tal-impatt eżistenti kif ukoll tiżviluppa oħrajn ġodda; jemmen li tali indikaturi tal-impatt huma għodod essenzjali sabiex titkejjel l-effikaċja tal-EFSA;

46.  Jemmen li l-Awtorità jenħtieġ li tagħmel ħilitha biex tillimita l-ħin tal-ivvjaġġar għall-esperti billi tippromwovi l-użu ta' għodod tal-IT bħal vidjokonferenzi jew webinars interattivi;

°

°  °

47.  Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu ta' [xx ta' April 2017](12) [dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji].).

1.2.2017

OPINJONI tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel

għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għas-sena finanzjarja 2015

(2016/2174(DEC))

Rapporteur għal opinjoni: Giovanni La Via

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Ifakkar li l-2015 kienet it-tieni sena ta' operazzjoni tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel ("l-Awtorità") taħt il-Qafas Finanzjarju Pluriennali tal-Unjoni; jinnota li l-livell ta' eżekuzzjoni fl-Awtorità jammonta għal 98,6 % u li l-ammont ta' approprjazzjonijiet mhux użati kien ta' EUR 1 089 miljun; jenfasizza, madankollu, li din is-sottoeżekuzzjoni tikkorrispondi għad-dħul assenjat mhux użat (l-eżitu tal-Awtorità tal-2014), li reġa' ntuża fl-2016;

2.  Jilqa' l-kontribut tal-Awtorità għas-sikurezza tal-katina tal-ikel u l-għalf tal-Unjoni, permezz tal-forniment ta' konsulenza xjentifika komprensiva, indipendenti u aġġornata dwar kwistjonijiet marbuta mal-katina tal-ikel lill-maniġers tar-riskju tal-Unjoni, permezz ta' komunikazzjoni ċara lill-pubbliku dwar ir-riżultati tagħha u l-informazzjoni li fuqha huma bbażati, u permezz tal-kooperazzjoni ma' partijiet interessati u sħab istituzzjonali bil-għan li tippromwovi l-koerenza u l-fiduċja fis-sistema tas-sikurezza tal-ikel tal-Unjoni;

3.  Jinnota li l-Awtorità pproduċiet aktar minn 600 kontribut xjentifiku li jkopru l-katina tal-ikel kollha kemm hi u jikkontribwixxu għat-titjib tas-saħħa pubblika;

4.  Jinnota wkoll li l-Awtorità vvalutat ir-riskji għas-saħħa pubblika f'kollaborazzjoni maċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard billi użat settijiet ta' data kkombinati; jilqa' l-fatt li, f'xi okkażjonijiet, l-Awtorità taħdem ukoll f'kollaborazzjoni mal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, (pereżempju l-preżentazzjoni tal-ewwel rapport konġunt dwar l-analiżi integrata tal-konsum ta' aġenti antimikrobiċi u tal-okkorrenza ta' reżistenza antimikrobika fil-batterji mill-bnedmin u mill-annimali li jipproduċu l-ikel) u mal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, (pereżempju dwar l-iżvilupp konġunt ta' gwida xjentifika sabiex ikunu jistgħu jiġu identifikati l-interferenti endokrinali);

5.  Jilqa' l-fatt li fl-2015 l-Awtorità nediet proġett pluriennali biex tivvaluta l-fatturi ta' stress għan-naħal u l-attributi tal-kolonji tan-naħal tal-għasel f'saħħithom, ukoll bil-ħsieb li tistabbilixxi qafas għall-kejl robust u armonizzat tal-istat tas-saħħa tal-kolonji tan-naħal tal-għasel fi stħarriġ fuq il-post;

6.  Jemmen li l-Awtorità għandha tibqa' tagħti attenzjoni speċjali lill-opinjoni pubblika, u timpenja ruħha, kemm jista' jkun, li tkun miftuħa u trasparenti; jilqa', f'dan ir-rigward, il-fatt li fl-2015 l-Awtorità ttestjat b'suċċess l-approċċ metodoloġiku ġdid tagħha lejn l-użu tal-evidenza xjentifika; jilqa' wkoll, f'dan il-kuntest, it-titjib fil-kondiviżjoni tad-data permezz tal-ftuħ tal-maħżen virtwali tad-data tal-Awtorità għal numru dejjem jikber ta' partijiet interessati; jilqa' l-Valutazzjoni tal-Impatt(13), li hija rapport xjentifiku estern ippubblikat f'Ġunju 2016, dwar il-miżuri mill-Awtorità li għandhom l-għan speċifiku li jżidu t-trasparenza u l-impenn fil-proċess tal-valutazzjoni tar-riskju tagħha; jinkoraġġixxi lill-Awtorità tagħmel progress ulterjuri f'dan is-sens, b'mod partikolari fil-kuntest tar-rieżami tal-indipendenza tagħha għall-2017;

7.  Jemmen li l-Awtorità għandha twettaq stħarriġ li jiffoka fuq l-NGOs, sabiex tifhem aħjar l-ostakli eżistenti għal kooperazzjoni produttiva, kif irrakkomandat fl-aħħar evalwazzjoni esterna tal-Awtorità, li saret fl-2012;

8.  Jenfasizza li wieħed mill-elementi fil-qalba tal-kredibbiltà xjentifika huwa t-trasparenza tal-istudji xjentifiċi li tqiesu, kif ukoll ir-riproduċibbiltà tar-riżultati;

9.  Jirrimarka li diversi regoli tal-Unjoni, inkluża, fost l-oħrajn, il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, jagħtu lill-individwi d-dritt ta' aċċess għad-dokumenti pubbliċi; ifakkar lill-Awtorità li l-aħjar mod kif tiġi żgurata r-rigorożità xjentifika huwa permezz tat-trasparenza tar-riżultati u l-obbligu li jingħata rendikont tagħhom;

10.  Jinsab imħasseb li kwalunkwe tnaqqis fil-persunal fl-Awtorità jista' jagħmel ħsara serja lill-kapaċitajiet u r-reputazzjoni tagħha; jemmen, għalhekk, li għandu jiġi żgurat li ma jkun hemm l-ebda tnaqqis fil-persunal;

11.  Jenfasizza li kien hemm tappi importanti fil-komunikazzjonijiet tal-Awtorità mal-maniġers tar-riskju u mal-pubbliku fl-2015: it-tnedija tas-sit web ġdid tagħha bbażat fuq riċerka estensiva dwar l-utenti u ċ-ċaqliq tal-Ġurnal tal-EFSA lejn pjattaforma ta' pubblikazzjoni professjonali esterna. Sar ukoll progress mill-Applications Helpdesk, l-uffiċċju għall-pubbliku u s-servizz ta' sostenn tal-Awtorità għall-valutazzjoni tas-sikurezza tal-prodotti regolati. Bis-saħħa ta' tali proġetti u inizjattivi u ta' ħafna oħrajn, l-Awtorità żgurat li baqgħet fornitur effikaċi u fdat ta' konsulenza xjentifika għall-interessi tal-konsumaturi fl-Unjoni;

12.  Jirrikonoxxi li fl-2015 l-Awtorità stabbiliet uffiċċju ta' kollegament fi Brussell biex ittejjeb il-komunikazzjoni u d-djalogu mal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, mal-midja u mal-partijiet interessati;

13.  Jemmen li l-Awtorità għandha tkompli tinkoraġġixxi lill-partijiet interessati u liċ-ċittadini jipparteċipaw b'mod regolari u jipprovdu kontribut f'punti ta' interazzjoni definiti matul l-iżvilupp ta' riżultati xjentifiċi, inkluż għal prodotti regolati, kif stipulat fl-Istrateġija tal-EFSA 2020;

14.  Jissottolinja li l-Awtorità għandha tibda teżamina mill-ġdid il-ħames indikaturi tal-impatt eżistenti kif ukoll tiżviluppa oħrajn ġodda; jemmen li tali indikaturi tal-impatt huma għodod essenzjali sabiex titkejjel l-effikaċja tal-EFSA;

15.  Jemmen li l-Awtorità għandha tagħmel ħilitha biex tillimita l-ħin tal-ivvjaġġar għall-esperti billi tippromwovi l-użu ta' għodod tal-IT bħal vidjokonferenzi jew webinars interattivi;

16.  Jirrakkomanda, abbażi tal-fatti disponibbli, li tingħata l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità għas-sena finanzjarja 2015.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

31.1.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

49

18

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marco Affronte, Margrete Auken, Pilar Ayuso, Zoltán Balczó, Simona Bonafè, Biljana Borzan, Paul Brannen, Soledad Cabezón Ruiz, Nessa Childers, Alberto Cirio, Mireille D’Ornano, Miriam Dalli, Angélique Delahaye, Mark Demesmaeker, Ian Duncan, Stefan Eck, Bas Eickhout, José Inácio Faria, Francesc Gambús, Elisabetta Gardini, Gerben-Jan Gerbrandy, Jens Gieseke, Julie Girling, Sylvie Goddyn, Françoise Grossetête, Andrzej Grzyb, Jytte Guteland, György Hölvényi, Anneli Jäätteenmäki, Jean-François Jalkh, Benedek Jávor, Karin Kadenbach, Kateřina Konečná, Urszula Krupa, Giovanni La Via, Peter Liese, Norbert Lins, Valentinas Mazuronis, Susanne Melior, Miroslav Mikolášik, Gilles Pargneaux, Piernicola Pedicini, Pavel Poc, Julia Reid, Frédérique Ries, Daciana Octavia Sârbu, Renate Sommer, Claudiu Ciprian Tănăsescu, Ivica Tolić, Estefanía Torres Martínez, Adina-Ioana Vălean, Jadwiga Wiśniewska, Damiano Zoffoli

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Clara Eugenia Aguilera García, Jørn Dohrmann, Herbert Dorfmann, Martin Häusling, Jan Huitema, Peter Jahr, Merja Kyllönen, Gesine Meissner, James Nicholson, Gabriele Preuß, Bart Staes, Tiemo Wölken

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Dieter-Lebrecht Koch, Clare Moody

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

22.3.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

20

7

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Inés Ayala Sender, Dennis de Jong, Tamás Deutsch, Martina Dlabajová, Luke Ming Flanagan, Ingeborg Gräßle, Cătălin Sorin Ivan, Jean-François Jalkh, Bogusław Liberadzki, Monica Macovei, Notis Marias, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Bart Staes, Hannu Takkula, Derek Vaughan, Joachim Zeller

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Gerben-Jan Gerbrandy, Benedek Jávor, Karin Kadenbach, Julia Pitera, Patricija Šulin

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Raymond Finch, Jens Geier, Piernicola Pedicini, Janusz Zemke

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

20

+

ALDE

PPE

S&D

VERTS/ALE

Martina Dlabajová, Gerben-Jan Gerbrandy, Hannu Takkula

Tamás Deutsch, Ingeborg Gräßle, Julia Pitera, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Joachim Zeller, Patricija Šulin

Inés Ayala Sender, Jens Geier, Cătălin Sorin Ivan, Karin Kadenbach, Bogusław Liberadzki, Derek Vaughan, Janusz Zemke

Benedek Jávor, Bart Staes

7

-

ECR

EFDD

ENF

GUE/NGL

Monica Macovei, Notis Marias

Raymond Finch, Piernicola Pedicini

Jean-François Jalkh

Luke Ming Flanagan, Dennis de Jong

0

0

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

(1)

ĠU C 449, 1.12.2016, p. 97.

(2)

ĠU C 449, 1.12.2016, p. 97.

(3)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)

ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.

(5)

ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.

(6)

ĠU C 449, 1.12.2016, p. 97.

(7)

ĠU C 449, 1.12.2016, p. 97.

(8)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(9)

ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.

(10)

ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.

(11)

"Impact Assessment of Specific Measures Aimed at Increasing Transparency and Engagement in EFSA Risk Assessment Process", ("Valutazzjoni tal-Impatt ta' Miżuri Speċifiċi bil-Għan li Jżidu t-Trasparenza u l-Impenn fil-Proċess tal-Valutazzjoni tar-Riskju tal-EFSA"), Pubblikazzjoni ta' sostenn tal-EFSA 2016:EN-1047.

(12)

Testi adottati ta' dik id-data, P[8_TA(-PROV)(2017)0000].

(13)

"Impact Assessment of Specific Measures Aimed at Increasing Transparency and Engagement in EFSA Risk Assessment Process", ("Valutazzjoni tal-Impatt ta' Miżuri Speċifiċi bil-Għan li Jżidu t-Trasparenza u l-Impenn fil-Proċess tal-Valutazzjoni tar-Riskju tal-EFSA"), Pubblikazzjoni ta' sostenn tal-EFSA 2016:EN-1047.

Avviż legali