Proċedura : 2016/0279(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0102/2017

Testi mressqa :

A8-0102/2017

Dibattiti :

PV 06/07/2017 - 6
CRE 06/07/2017 - 6

Votazzjonijiet :

PV 06/07/2017 - 11.8

Testi adottati :

P8_TA(2017)0313

RAPPORT     ***I
PDF 1055kWORD 117k
29.3.2017
PE 594.172v02-00 A8-0102/2017

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-iskambju transfruntier bejn l-Unjoni u l-pajjiżi terzi ta’ kopji b’format aċċessibbli ta’ xogħlijiet jew materjal ieħor protett bid-dritt tal-awtur u bi drittijiet relatati għall-ġid tal-persuni għomja, b’diżabbiltà fil-vista jew li b’xi mod ieħor għandhom diffikultà biex jaqraw materjal stampat

(COM(2016)0595 – C8-0380/2016 – 2016/0279(COD))

Kumitat għall-Affarijiet Legali

Rapporteur: Max Andersson

ERRATA/ADDENDA
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-iskambju transfruntier bejn l-Unjoni u l-pajjiżi terzi ta’ kopji b’format aċċessibbli ta’ xogħlijiet jew materjal ieħor protett bid-dritt tal-awtur u bi drittijiet relatati għall-ġid tal-persuni għomja, b’diżabbiltà fil-vista jew li b’xi mod ieħor għandhom diffikultà biex jaqraw materjal stampat

(COM(2016)0595 – C8-0380/2016 – 2016/0279(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2016)0595),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 207 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ressqet il-proposta lill-Parlament (C8-0380/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni u tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet (A8-0102/2017),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda     1

Proposta għal regolament

Kunsiderazzjoni 1a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-   wara li kkunsidra l-Protokoll Nru 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) rigward l-applikazzjoni tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità,

Emenda     2

Proposta għal regolament

Kunsiderazzjoni 1b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-   wara li kkunsidra l-Artikolu 26 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabbiltà (UNCRPD),

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  Il-persuni għomja, b’diżabbiltà fil-vista jew li b’xi mod ieħor għandhom diffikultà biex jaqraw materjal stampat għadhom qed isibu bosta xkiel biex jaċċessaw il-kotba u materjal stampat ieħor. Il-ħtieġa li jiżdied l-għadd ta’ xogħlijiet u materjal protett ieħor b’formati aċċessibbli li jkunu disponibbli għal dawk il-persuni u li jitjiebu ċ-ċirkolazzjoni u t-tixrid tagħhom ġiet rikonoxxuta fil-livell internazzjonali. It-Trattat ta’ Marrakexx biex jiġi ffaċilitat l-Aċċess għal Xogħlijiet Pubblikati għal Persuni Għomja, li għandhom Diżabbiltà fil-Vista jew li b’xi mod ieħor għandhom Diffikultà biex Jaqraw Materjal Stampat (“it-Trattat ta’ Marrakexx”) ġie adottat fit-30 ta’ April 201412. Dan jeżiġi li l-partijiet kontraenti jipprovdu eċċezzjonijiet jew limitazzjonijiet għad-drittijiet esklużivi tad-detenturi tad-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati għall-produzzjoni u t-tixrid ta’ kopji b’formati aċċessibbli ta’ ċerti xogħlijiet u materjal ieħor u għall-iskambju transfruntier ta’ kopji b’format aċċessibbli. Il-benefiċjarji tat-Trattat ta’ Marrakexx huma l-persuni għomja, b’diżabbiltà fil-vista jew b’diżabbiltà fil-perċezzjoni jew biex jaqraw, inkluż id-dislessija, li żżommhom milli jaqraw materjal stampat sal-istess grad bħal persuna mingħajr din id-diżabbiltà, jew li ma jkunux jistgħu jżommu jew jużaw ktieb jew jiffokaw jew iċaqalqu għajnejhom kif normalment ikun meħtieġ għall-qari, minħabba diżabbiltà fiżika.

(1)  Il-persuni għomja, b’diżabbiltà fil-vista jew li b’xi mod ieħor għandhom diffikultà biex jaqraw materjal stampat għadhom qed isibu bosta xkiel biex jaċċessaw il-kotba u materjal stampat ieħor. Il-ħtieġa li jiżdied għadd ferm akbar ta’ xogħlijiet u materjal protett ieħor f’formati aċċessibbli li jkunu kompletament disponibbli għal dawk il-persuni u li jittejbu b’mod sinifikanti ċ-ċirkolazzjoni u t-tixrid tagħhom ġiet rikonoxxuta fil-livell internazzjonali. It-Trattat ta’ Marrakexx biex jiġi ffaċilitat l-Aċċess għal Xogħlijiet Pubblikati għal Persuni Għomja, li għandhom Diżabbiltà fil-Vista jew li b’xi mod ieħor għandhom Diffikultà biex Jaqraw Materjal Stampat ("it-Trattat ta’ Marrakexx") ġie ffirmat f'isem l-Unjoni fit-30 ta’ April 201412, wara li kien diġà ġie adottat mill-Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjetà Intellettwali fl-2013. Dan jeżiġi li l-partijiet kontraenti jipprovdu eċċezzjonijiet jew limitazzjonijiet għad-drittijiet esklużivi tad-detenturi tad-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati għall-produzzjoni u t-tixrid ta’ kopji b’formati aċċessibbli ta’ ċerti xogħlijiet u materjal ieħor u għall-iskambju transfruntier ta’ kopji f’format aċċessibbli. Il-benefiċjarji tat-Trattat ta’ Marrakexx huma l-persuni għomja, b’diżabbiltà fil-vista jew b’diżabbiltà fil-perċezzjoni jew biex jaqraw, inkluż id-dislessija, li żżommhom milli jaqraw materjal stampat sal-istess grad bħal persuna mingħajr din id-diżabbiltà, jew li ma jkunux jistgħu jżommu jew jużaw ktieb jew jiffokaw jew iċaqalqu għajnejhom kif normalment ikun meħtieġ għall-qari, minħabba diżabbiltà fiżika.

__________________

__________________

12 Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/221/UE tal-14 ta’ April 2014 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, tat-Trattat ta’ Marrakexx biex jiġi ffaċilitat l-Aċċess għal Xogħlijiet Pubblikati għal Persuni Għomja, b’Diżabbiltà fil-Vista jew li b’xi mod ieħor għandhom Diffikultà biex Jaqraw Materjal Stampat (ĠU L 115, 17.4.2014, p. 1.).

12 Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/221/UE tal-14 ta’ April 2014 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, tat-Trattat ta’ Marrakexx biex jiġi ffaċilitat l-Aċċess għal Xogħlijiet Pubblikati għal Persuni Għomja, b’Diżabbiltà fil-Vista jew li b’xi mod ieħor għandhom Diffikultà biex Jaqraw Materjal Stampat (ĠU L 115, 17.4.2014, p. 1.).

Emenda     4

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  Id-Direttiva [...] hi sforz biex jiġu implimentati l-obbligi tal-Unjoni skont it-Trattat ta’ Marrakexx b’mod armonizzat ħalli jitjiebu d-disponibbiltà ta’ kopji b’format aċċessibbli għall-persuni benefiċjarji u ċ-ċirkolazzjoni tagħhom fi ħdan is-suq intern. Id-Direttiva teżiġi li l-Istati Membri jdaħħlu eċċezzjoni obbligatorja għal ċerti drittijiet tad-detenturi tad-drittijiet li huma armonizzati bil-liġi tal-Unjoni. L-għanijiet ta’ dan ir-Regolament huma li jimplimenta l-obbligi fit-Trattat ta’ Marrakexx fejn jidħlu l-esportazzjoni u l-importazzjoni ta’ kopji b’format aċċessibbli għall-ġid tal-persuni benefiċjarji bejn l-Unjoni u l-pajjiżi terzi li huma partijiet għat-Trattat ta’ Marrakexx, u li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għal dawn l-esportazzjonijiet u l-importazzjonijiet. Dawn il-miżuri jistgħu jittieħdu biss fil-livell tal-Unjoni għax l-iskambju ta’ kopji b’format aċċessibbli ta’ xogħlijiet u materjal ieħor jikkonċerna l-aspetti kummerċjali tal-proprjetà intellettwali. L-uniku strument xieraq hu Regolament.

(2)  Id-Direttiva [...] hi sforz biex jiġu implimentati l-obbligi tal-Unjoni skont it-Trattat ta’ Marrakexx b’mod armonizzat ħalli jittejbu d-disponibbiltà ta’ kopji f’format aċċessibbli għall-persuni benefiċjarji fl-Istati Membri kollha tal-Unjoni u ċ-ċirkolazzjoni tagħhom fi ħdan is-suq intern. Id-Direttiva teżiġi li l-Istati Membri jdaħħlu eċċezzjoni obbligatorja għal ċerti drittijiet tad-detenturi tad-drittijiet li huma armonizzati bil-liġi tal-Unjoni. L-għanijiet ta’ dan ir-Regolament huma li jimplimenta l-obbligi fit-Trattat ta’ Marrakexx fejn jidħlu l-esportazzjoni u l-importazzjoni ta’ kopji f’format aċċessibbli għall-ġid tal-persuni benefiċjarji bejn l-Unjoni u l-pajjiżi terzi li huma partijiet għat-Trattat ta’ Marrakexx, u li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għal dawn l-esportazzjonijiet u l-importazzjonijiet. Dawn il-miżuri jistgħu jittieħdu biss fil-livell tal-Unjoni għax l-iskambju ta’ kopji f’format aċċessibbli ta’ xogħlijiet u materjal ieħor jikkonċerna l-aspetti kummerċjali tal-proprjetà intellettwali. Għalhekk l-uniku strument xieraq hu Regolament.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Ir-Regolament għandu jiżgura li l-kopji b’format aċċessibbli tal-kotba, rivisti, gazzetti, megezins u kitbiet oħrajn, folji tal-mużika u materjal stampat ieħor, li jsiru f’xi Stat Membru b’konformità mad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont id-Direttiva [...], jistgħu jiġu esportati lejn il-pajjiżi terzi li huma partijiet għat-Trattat ta’ Marrakexx. Fost il-formati aċċessibbli hemm il-kitbiet bil-Braille, il-kitbiet b’tipa kbira, il-kotba diġitali adattati, il-kotba awdjo u x-xandiriet tar-radju. It-tixrid, il-komunikazzjoni jew id-disponibbiltà ta’ kopji b’format aċċessibbli għall-persuni li għandhom diffikultà biex jaqraw materjal stampat jew għall-entitajiet awtorizzati fil-pajjiż terz għandhom jagħmluhom l-entitajiet awtorizzati stabbiliti fl-Unjoni u mingħajr profitt.

(3)  Ir-Regolament għandu jiżgura li l-kopji f’format aċċessibbli tal-kotba, kotba elettroniċi, rivisti, gazzetti, megezins u kitbiet oħrajn, folji tal-mużika u materjal stampat ieħor, li jsiru f’xi Stat Membru b’konformità mad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont id-Direttiva [...], jistgħu jiġu mxerrda u esportati lejn il-pajjiżi terzi li huma partijiet għat-Trattat ta’ Marrakexx. Fost il-formati aċċessibbli hemm il-kitbiet bil-Braille, il-kitbiet b’tipa kbira, il-kotba diġitali adattati, il-kotba awdjo u x-xandiriet tar-radju. It-tixrid, il-komunikazzjoni jew id-disponibbiltà ta’ kopji f’format aċċessibbli għall-persuni għomja, b’diżabbiltà fil-vista jew li b’xi mod ieħor għandhom diffikultà biex jaqraw materjal stampat jew għall-entitajiet awtorizzati fil-pajjiż terz għandhom jagħmluhom l-entitajiet awtorizzati stabbiliti fl-Unjoni u mingħajr profitt.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Dan ir-Regolament għandu jippermetti wkoll l-importazzjoni u l-aċċess għal kopji b’format aċċessibbli li jsiru skont l-implimentazzjoni tat-Trattat ta’ Marrakexx minn pajjiż terz, minn persuni benefiċjarji fl-Unjoni u mill-entitajiet awtorizzati stabbiliti fl-Unjoni, għall-ġid tal-persuni li għandhom diffikultà biex jaqraw materjal stampat. Dan għandu jkun jista’ jsir biex dawk il-kopji b’format aċċessibbli jiġu ċċirkolati fis-suq intern bl-istess kundizzjonijiet bħall-kopji b’format aċċessibbli li jsiru fl-Unjoni skont id-Direttiva [...].

(4)  Dan ir-Regolament għandu jippermetti wkoll l-importazzjoni ta’ u l-aċċess għal kopji f’format aċċessibbli li jsiru skont l-implimentazzjoni tat-Trattat ta’ Marrakexx minn pajjiż terz, minn persuni benefiċjarji fl-Unjoni u mill-entitajiet awtorizzati stabbiliti fl-Unjoni, għall-ġid tal-persuni għomja, b’diżabbiltà fil-vista jew li b’xi mod ieħor għandhom diffikultà biex jaqraw materjal stampat. Dan għandu jkun jista’ jsir biex dawk il-kopji f’format aċċessibbli jiġu ċċirkolati fis-suq intern bl-istess kundizzjonijiet bħall-kopji f’format aċċessibbli li jsiru fl-Unjoni skont id-Direttiva [...].

Emenda     7

Proposta għal regolament

Premessa 4a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a)  Dan ir-Regolament għandu jiżgura li, skont l-Artikolu 9 tat-Trattat ta' Marrakexx, il-partijiet kontraenti jipprovdu riżorsi umani u finanzjarji biex tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni internazzjonali bejn l-entitajiet awtorizzati, ikun hemm disponibbiltà adegwata ta' kopji f'format aċċessibbli u skambju transfruntier ta' dawn il-kopji.

Emenda     8

Proposta għal regolament

Premessa 4b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4b)  Bil-għan li jkunu mħeġġa l-esportazzjoni ta' kopji f'format aċċessibbli u l-ħolqien ta' pubblikazzjonijiet aċċessibbli, jiġifieri pubblikazzjonijiet li jsiru minn detenturi tad-drittijiet f’format aċċessibbli, jenħtieġ li fl-Unjoni Ewropea tiġi stabbilita bażi ta' data online waħdanija. Din il-bażi ta' data jenħtieġ li tkun pubblikament aċċessibbli mill-pajjiżi terzi li huma partijiet għat-Trattat ta' Marrakexx. Biex tiġi faċilitata l-importazzjoni tal-istess pubblikazzjonijiet, huwa importanti li dik l-istess bażi ta' data tkun interoperabbli mal-bażi ta' data ABC TIGAR (Trusted Intermediary Global Accessible Resources), ospitata mid-WIPO.

Ġustifikazzjoni

Il-premessa l-ġdida titlob lill-Kummissjoni Ewropea tiffaċilita l-iskambju tal-informazzjoni permezz tal-għoti ta' aċċessibilità għall-bażi tad-data mitluba fid-Direttiva [...] lill-pajjiżi terzi li huma partijiet għat-Trattat ta' Marakexx. Jenħtieġ li din l-inizjattiva ġdida tibni fuq il-bażi tad-data dinjija eżistenti żviluppata mill-Accessible Book Consortium (il-Konsorzju tal-Kotba Aċċessibbli), ospitat mill-WIPO, u tibqa' interoperabbli magħha.

Emenda     9

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Biex tiżdied id-disponibbiltà ta’ kopji b’format aċċessibbli u biex ikun evitat it-tixrid illegali ta’ xogħlijiet u materjal ieħor, l-entitajiet awtorizzati li jwettqu it-tixrid jew id-disponibbiltà ta’ kopji b’format aċċessibbli għandhom ikunu konformi ma’ ċerti obbligi.

(5)  Biex tiżdied id-disponibbiltà ta’ kopji f’format aċċessibbli u biex ikun evitat it-tixrid illegali ta’ xogħlijiet u materjal tematiku ieħor, jenħtieġ li l-Istati Membri jiffaċilitaw il-ftehim dwar il-linji gwida tal-aħjar prattiki bejn il-gruppi rappreżentattivi ta’ entitajiet awtorizzati involuti fil-produzzjoni, it-tixrid jew id-disponibbiltà ta’ kopji f’format aċċessibbli, u l-utenti u d-detenturi tad-drittijiet. Il-linji gwida jew l-aħjar prattiki tal-gvern fir-rigward tal-provvediment ta' kopji f'format aċċessibbli għall-persuni benefiċjarji skont it-termini tat-trattat ta' Marrakexx jenħtieġ li jiġu żviluppati b'konsultazzjoni ma' gruppi rappreżentattivi ta' entitajiet awtorizzati, bħalma huma l-assoċjazzjonijiet tal-libreriji u l-konsorzji tal-libreriji, flimkien ma' entitajiet awtorizzati oħra tal-produzzjoni ta' kopji f’format aċċessibbli, kif ukoll ma' utenti, atturi tas-soċjetà ċivili u detenturi tad-drittijiet.

Emenda     10

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  Kull ipproċessar tad-dejta personali li jsir skont dan ir-Regolament għandu jirrispetta d-drittijiet fundamentali, inkluż id-dritt tar-rispett għall-ħajja privata u l-ħajja tal-familja u d-dritt tal-protezzjoni tad-dejta personali skont l-Artikoli 7 u 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u għandu jsir b’konformità mad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill13, li tirregola l-ipproċessar tad-dejta personali li jistgħu jagħmlu l-entitajiet awtorizzati fil-qafas ta’ dan ir-Regolament u bis-superviżjoni tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, b’mod partikolari l-awtoritajiet indipendenti pubbliċi maħturin mill-Istati Membri.

(6)  Kull ipproċessar tad-data personali li jsir skont dan ir-Regolament għandu jirrispetta d-drittijiet fundamentali, inkluż id-dritt tar-rispett għall-ħajja privata u l-ħajja tal-familja u d-dritt tal-protezzjoni tad-data personali skont l-Artikoli 7 u 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u għandu jsir b’konformità mad-Direttivi 95/46/KE13 u 2002/58/KE13a tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u mar-Regolament (UE) Nru 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill13b, li jirregolaw l-ipproċessar tad-data personali li jistgħu jagħmlu l-entitajiet awtorizzati fil-qafas ta’ dan ir-Regolament u bis-superviżjoni tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, b’mod partikolari l-awtoritajiet indipendenti pubbliċi maħturin mill-Istati Membri.

_________________

_________________

13 Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/46/KE tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward ta’ l-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31).

13 Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/46/KE tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31).

 

13a Id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37).

 

13b Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

Emenda     11

Proposta għal regolament

Premessa 6a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a)  L-Istati Membri jenħtieġ li ma jimponux kundizzjonijiet addizzjonali biex ikun jista' jsir rikors għall-eċċezzjoni(jiet) li hemm f’dan ir-Regolament, inklużi, skemi ta' kumpens jew verifika minn qabel tad-disponibbiltà kummerċjali ta' kopji f'format aċċessibbli.

Emenda     12

Proposta għal regolament

Premessa 6b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6b)  L-Artikolu 26 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabbiltà (UNCRPD) jirrikjedu l-integrazzjoni tal-persuni b'diżabbiltà;

Emenda    13

Proposta għal direttiva

Premessa 7

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Il-UNCPRD, li l-UE hi parti kontraenti għaliha, tiżgura li l-persuni b’diżabbiltà jkollhom dritt għall-aċċess għall-informazzjoni u d-dritt li jieħdu sehem fil-ħajja kulturali, ekonomika u soċjali bħal ħaddieħor. Il-Konvenzjoni teżiġi li l-partijiet għaliha għandhom jieħdu l-miżuri xierqa kollha, skont il-liġi internazzjonali, biex jiżguraw li l-liġijiet li jipproteġu d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali ma jkunux jikkostitwixxu ostaklu diskriminatorju jew mhux raġonevoli għall-aċċess tal-persuni b’diżabbiltà għall-materjali kulturali.

(7)  Il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabbiltà (UNCRPD), li fiha l-UE ilha parti kontraenti mill-21 ta' Jannar 2011 u li hija vinkolanti għall-Istati Membri tal-Unjoni, tiggarantixxi lill-persuni b’diżabbiltà d-dritt għall-aċċess għall-informazzjoni u għall-komunikazzjoni u d-dritt li jieħdu sehem fix-xogħol u fil-ħajja kulturali, ekonomika, politika u soċjali bħal ħaddieħor. Il-Konvenzjoni teżiġi li l-partijiet għaliha għandhom jieħdu l-miżuri xierqa kollha, skont il-liġi internazzjonali, biex jiżguraw li l-liġijiet li jipproteġu d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali ma jkunux jikkostitwixxu ostaklu diskriminatorju jew mhux raġonevoli għall-aċċess tal-persuni b’diżabbiltà għall-materjali kulturali.

Emenda     14

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Għaldaqstant dan ir-Regolament għandu jiġi interpretat u applikat bi qbil ma’ dawk id-drittijiet u l-prinċipji.

(8)  Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, li tipprojbixxi kull forma ta' diskriminazzjoni, u b'mod partikolari l-Artikoli 21 u 26 tagħha, li jipprojbixxu d-diskriminazzjoni abbażi tad-diżabbiltà u jirrikonoxxu u jirrispettaw id-dritt li għandhom il-persuni b'diżabbiltà li jibbenefikaw minn miżuri mfassla biex jiżguraw l-indipendenza tagħhom kif ukoll l-integrazzjoni u l-parteċipazzjoni soċjali u tax-xogħol tagħhom fil-ħajja tal-komunità. Għaldaqstant dan ir-Regolament għandu jiġi interpretat u applikat bi qbil ma’ dawk id-drittijiet u l-prinċipji.

Emenda     15

Proposta għal regolament

Premessa 8a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8a)  Jenħtieġ li l-Kummissjoni Ewropea tippreżenta, fi żmien sena, pjan ta' azzjoni strateġiku maħsub biex jippromwovi l-objettivi tat-Trattat ta' Marrakexx b'enfasi speċjali fuq l-iżgurar tat-tixrid ta' skambju transfruntier ma' pajjiżi terzi, li jipprovdi xogħlijiet edukattivi u kulturali għall-persuni b'diżabbiltà fil-vista.

Emenda     16

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli dwar l-iskambju transfruntier ta’ kopji b’format aċċessibbli ta’ xogħlijiet u materjal ieħor bejn l-Unjoni u l-pajjiżi terzi li huma partijiet għat-Trattat ta’ Marrakexx mingħajr l-awtorizzazzjoni tad-detentur tad-dritt, għall-ġid tal-persuni għomja, b’diżabbiltà fil-vista jew li b’xi mod ieħor għandhom diffikultà biex jaqraw materjal stampat.

Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli dwar l-iskambju transfruntier ta’ kopji b’format aċċessibbli ta’ xogħlijiet u materjal ieħor bejn l-Unjoni u l-pajjiżi terzi li huma partijiet għat-Trattat ta’ Marrakexx mingħajr l-awtorizzazzjoni tad-detentur tad-dritt, għall-ġid tal-persuni għomja, b’diżabbiltà fil-vista jew li b’xi mod ieħor għandhom diffikultà biex jaqraw materjal stampat. Hu għandu l-għan li b'mod effikaċi jiżgura d-dritt li dawk il-persuni għandhom li jipparteċipaw fil-ħajja kulturali, ekonomika u soċjali fuq bażi ugwali mal-oħrajn.

Emenda     17

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  “xogħol jew materjal ieħor” tfisser xogħol fil-forma ta’ ktieb, rivista, gazzetta, megezin jew kitba oħra, inkluż folji tal-mużika u illustrazzjonijiet relatati, bi kwalunkwe mezz, inkluż b’format awdjo, bħall-kotba awdjo, li jkun protett bid-dritt tal-awtur jew bi drittijiet relatati u li jkun ippubblikat jew magħmul disponibbli għall-pubbliku b’xi mod ieħor legali;

(1)  “xogħol jew materjal tematiku ieħor” tfisser xogħol fil-forma ta’ ktieb, rivista, gazzetta, megezin jew kitba oħra, inklużi folji tal-mużika, u illustrazzjonijiet relatati, bi kwalunkwe medju, inkluż f’format awdjo bħall-kotba awdjo u f’formats diġitali, bħall-kotba elettroniċi, li jkun protett bid-dritt tal-awtur jew bi drittijiet relatati u li jkun ippubblikat jew magħmul disponibbli għall-pubbliku b’xi mod ieħor legali;

Emenda     18

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  “persuna benefiċjarja” tfisser:

(2)  "persuna benefiċjarja" tfisser, irrispettivament minn kwalunkwe diżabbiltà oħra:

Ġustifikazzjoni

Din iż-żieda tallinja d-definizzjoni ta’ "persuna benefiċjarja" mat-Trattat ta’ Marrakexx. Din jenħtieġ li tirreferi għall-partijiet a, b, c u d kollha tal-Artikolu 2(2) u għalhekk jenħtieġ li tiddaħħal wara (d).

Emenda    19

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 2 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  persuna b’diżabbiltà fil-perċezzjoni jew biex taqra, inkluż id-dislessija, u li minħabba f’hekk ma tistax taqra xogħlijiet stampati sal-istess grad sostanzjalment bħal persuna mingħajr din id-diffikultà jew id-diżabbiltà; jew

(c)  persuna b’diżabbiltà fil-perċezzjoni jew biex taqra, inkluża d-dislessija, jew kwalunkwe diżabbiltà relatata mat-tagħlim, u li, minħabba f’hekk, ma tistax taqra xogħlijiet stampati sa sostanzjalment l-istess grad bħal persuna mingħajr din l-insuffiċjenza jew id-diżabbiltà; jew

Emenda    20

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  “kopja b’format aċċessibbli” tfisser kopja ta’ xogħol jew materjal ieħor f’mod jew għamla alternattiva li lill-persuna benefiċjarja tagħtiha aċċess għax-xogħol jew għall-materjal l-ieħor, inkluż li l-persuna benefiċjarja ikun jista’ jkollha aċċess b’mod fattibbli u komdu daqs persuna mingħajr diżabbiltà fil-vista jew xi diżabbiltà msemmija fil-paragrafu 2;

(3)  “kopja f’format aċċessibbli” tfisser kopja ta’ xogħol jew materjal ieħor f’mod jew għamla alternattiva li lill-persuna benefiċjarja tagħtiha aċċess għax-xogħol jew għall-materjal l-ieħor, inkluż li l-persuna benefiċjarja ikun jista’ jkollha aċċess b’mod fattibbli u komdu daqs persuna mingħajr ebda mid-diffikultajiet jew diżabbilitajiet imsemmija fil-paragrafu 2;

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li jiġi sottolinjat l-aspett mhux kummerċjali tal-kopji, li jkompli jikkjarifika d-definizzjoni tal-entitajiet awtorizzati u l-azzjoni tagħhom mingħajr skop ta’ profitt.

Emenda     21

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  “entità awtorizzata” tfisser organizzazzjoni li tipprovdi edukazzjoni, taħriġ ta’ struzzjoni, qari adattiv jew aċċess għall-informazzjoni lill-persuni benefiċjarji mingħajr skop ta’ profitt, bħala l-attività ewlenija tagħha jew bħala waħda mill-attivitajiet ewlenin tagħha jew bħala waħda mill-missjonijiet tagħha ta’ interess pubbliku.

(4)  “entità awtorizzata” tfisser organizzazzjoni awtorizzata jew rikonoxxuta mill-Istat Membru li fih hija stabbilita u li tipprovdi edukazzjoni, taħriġ ta’ struzzjoni, qari adattiv jew aċċess għall-informazzjoni lill-persuni benefiċjarji mingħajr skop ta’ profitt, bħala l-attività ewlenija tagħha jew bħala waħda mill-attivitajiet ewlenin tagħha jew bħala waħda mill-missjonijiet tagħha ta’ interess pubbliku.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda għandha l-għan li tikkompleta d-definizzjoni ta' "entità awtorizzata" proposta mill-Kummissjoni, billi tqis id-definizzjoni tat-Trattat ta' Marrakexx li tispeċifika minn min dawn l-entitajiet għandhom jiġu leġittimament awtorizzati jew rikonoxxuti.

Emenda    22

Proposta għal regolament

Artikolu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 4a

 

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jinħolqu u jkunu magħmula disponibbli għall-utenti mekkaniżmi għat-tressiq tal-ilmenti u għar-rimedju f'każ ta' tilwimiet dwar l-applikazzjoni tal-miżuri msemmija fl-Artikoli 3 u 4.

Ġustifikazzjoni

Ir-Regolament propost ma jsemmi l-ebda mekkaniżmu għat-tressiq tal-ilmenti u għar-rimedju li jenħtieġ li jiġi stabbilit mill-Istati Membri f'każijiet fejn il-benefiċjarji jinżammu milli jużaw l-eċċezzjoni permessa. Il-ħolqien ta' mekkaniżmu bħal dan ikun xieraq ħafna biex jassigura l-applikazzjoni effikaċi tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament. Dan huwa konsistenti mal-Artikolu 10(1) tat-Trattat ta' Marrakexx, li jirrikjedi li l-Partijiet Kontraenti jadottaw kwalunkwe "miżura" meħtieġa sabiex tkun żgurata applikazzjoni effikaċi tat-Trattat.

Emenda    23

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Entità awtorizzata stabbilita fi Stat Membru li twettaq l-atti msemmija fl-Artikoli 3 u 4 għandha tiżgura li:

1.  Entità awtorizzata stabbilita fi Stat Membru li twettaq l-atti msemmija fl-Artikoli 3 u 4 għandha tistabbilixxi u ssegwi l-prattiki tagħha stess biex tiżgura li:

Ġustifikazzjoni

Dan it-test ġej mit-Trattat ta' Marrakexx, Artikolu 2(c).

Emenda     24

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  toqgħod attenta u żżomm reġistri dwar l-immaniġġar tagħha tax-xogħlijiet u l-materjal l-ieħor u tal-kopji b’format aċċessibbli; kif ukoll

(c)  toqgħod attenta u żżomm reġistri dwar l-immaniġġar tagħha tax-xogħlijiet u l-materjal tematiku ieħor u tal-kopji f’format aċċessibbli, filwaqt li tirrispetta l-privatezza tal-persuni benefiċjarji skont l-Artikolu 6; kif ukoll

Emenda     25

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  tippubblika u taġġorna, fuq is-sit web tagħha jekk ikun meħtieġ, tagħrif dwar il-mod kif qed tikkonforma mal-obbligi stabbiliti fil-punti (a) sa (c).

(d)  tippubblika u taġġorna, fuq is-sit web tagħha jekk ikun meħtieġ, jew permezz ta' mezzi online jew offline oħra, tagħrif dwar il-mod kif qed tikkonforma mal-obbligi stabbiliti fil-punti (a) sa (c).

Emenda     26

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Meta tintalab, entità awtorizzata stabbilita fi Stat Membru li twettaq l-atti msemmija fl-Artikoli 3 u 4 għandha tipprovdi din l-informazzjoni, lil kwalunkwe persuna benefiċjarja jew detentur tad-dritt:

2.  Meta tintalab, entità awtorizzata stabbilita fi Stat Membru li twettaq l-atti msemmija fl-Artikoli 3 u 4 għandha tipprovdi din l-informazzjoni b'mod aċċessibbli, lil kwalunkwe persuna benefiċjarja jew detentur tad-dritt:

Emenda    27

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Istati Membri għandhom jassistu lill-entitajiet awtorizzati tagħhom li jwettqu attivitajiet skont l-Artikoli 3 u 4 biex jagħmlu disponibbli l-informazzjoni dwar il-prattiki tagħhom, kemm billi jikkondividu l-informazzjoni fost l-entitajiet awtorizzati kif ukoll billi jagħmlu disponibbli l-informazzjoni dwar il-politiki u l-prattiki tagħhom - inklużi dawk relatati mal-iskambju transfruntier ta' kopji f'format aċċessibbli - lil partijiet interessati u lil membri tal-pubbliku, kif xieraq.

Ġustifikazzjoni

Dan it-test ġej mit-Trattat ta' Marrakexx, Artikolu 9.2.

Emenda     28

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  L-obbligi li jaqgħu fuq l-entitajiet awtorizzati spjegati f'dan l-Artikolu għandhom jiġu applikati b'rispett għall-prinċipju tal-proporzjonalità.

Emenda     29

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2b.  L-Istati Membri għandhom iħeġġu l-iskambju tal-informazzjoni u tal-aqwa prattiki fost l-entitajiet awtorizzati sabiex jippromwovu b'mod effikaċi l-aċċess għal xogħlijiet jew materjal tematiku adatti.

Emenda    30

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-ipproċessar tad-dejta personali li jsir fil-qafas ta’ dan ir-Regolament għandu jkun b’konformità mad-Direttiva 95/46/KE.

L-ipproċessar tad-data personali li jsir fil-qafas ta’ dan ir-Regolament għandu jkun b’konformità mad-Direttivi 95/46/KE1a u 2002/58/KE1b tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a, u mar-Regolament (UE) Nru 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1c.

 

__________________

 

1a Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31).

 

1a Id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37).

 

1c Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

Emenda     31

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sa mhux aktar tard minn [enter five years after the date of application], il-Kummissjoni għandha tagħmel evalwazzjoni ta’ dan ir-Regolament u tippreżenta s-sejbiet ewlenin lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, u magħha meta jkun xieraq tippreżenta proposti għal emendi f’dan ir-Regolament.

Sa [ħames snin wara d-data ta' applikazzjoni], il-Kummissjoni għandha tagħmel evalwazzjoni ta' dan ir-Regolament u tippreżenta s-sejbiet ewlenin lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, u magħha, meta jkun xieraq, tippreżenta proposti għal emendi f'dan ir-Regolament.


OPINJONI tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (8.2.2017)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Legali

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-iskambju transfruntier bejn l-Unjoni u l-pajjiżi terzi ta' kopji b'format aċċessibbli ta' xogħlijiet jew materjal ieħor protett bid-dritt tal-awtur u bi drittijiet relatati għall-ġid tal-persuni għomja, b'diżabbiltà fil-vista jew li b'xi mod ieħor għandhom diffikultà biex jaqraw materjal stampat

(COM(2016)0595 – C8-0380/2016 – 2016/0279(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Helga Stevens

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

In-negozjati tat-Trattat ta' Marrakexx biex jiġi ffaċilitat l-Aċċess għal Xogħlijiet pubblikati għal Persuni Għomja, b'Diżabbiltà fil-Vista jew li b'xi mod ieħor għandhom Diffikultà biex Jaqraw Materjal Stampat ("it-Trattat ta' Marrakexx") saru abbażi tat-Trattat ta' Marrakexx bħala ftehim imħallat - uħud mill-kwistjonijiet koperti tqiesu li jaqgħu fil-kompetenza tal-UE, u oħrajn fil-kompetenza tal-Istati Membri. Ħmistax-il Stat Membru diġà ffirmaw it-Trattat ta' Marrakexx.

Dan hu meqjus bħala trattat storiku għaliex hu l-ewwel trattat li jkopri l-eċċezzjonijiet għad-drittijiet tal-awtur, u jinkludi wkoll element marbut tad-drittijiet tal-bniedem. Ir-rapporteur għal opinjoni impenjat lilha nnifisha li ttejjeb l-aċċess għal xogħlijiet bid-dritt tal-awtur għal persuni b'diżabbiltà fil-vista. Persuni b'diżabbiltà fil-vista fid-dinja kollha se jkollhom aċċess akbar għal kotba b'ħafna organizzazzjonijiet ikunu jistgħu jibagħtu kopji ta' xogħlijiet lejn pajjiżi oħra.

Ir-rapporteur għal opinjoni kkonsultat ukoll organizzazzjonijiet ta' persuni b'diżabbiltà u partijiet ikkonċernati u tifhem li l-proposta tal-Kummissjoni tidher favorevoli. It-tibdil fit-test kien limitat għall-kompetenzi tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u biex ikun żgurat li l-kliem jikkonforma mal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabbiltà, kif ukoll it-Trattat ta' Marrakexx.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda     1

Proposta għal regolament

Kunsiderazzjoni 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 207(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 19 u 207 tiegħu,

Ġustifikazzjoni

Fil-Paragrafu 113 tal-Opinjoni 3/15 tagħha, mogħtija fit-8 ta' Settembru 2016, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-Artikoli 19 u 207 kienu applikabbli.

Emenda     2

Proposta għal regolament

Kunsiderazzjoni 1b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Wara li kkunsidraw il-Protokoll Nru 2 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità,

Emenda     3

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  Il-persuni għomja, b'diżabbiltà fil-vista jew li b'xi mod ieħor għandhom diffikultà biex jaqraw materjal stampat għadhom qed isibu bosta xkiel biex jaċċessaw il-kotba u materjal stampat ieħor. Il-ħtieġa li jiżdied l-għadd ta' xogħlijiet u materjal protett ieħor b'formati aċċessibbli li jkunu disponibbli għal dawk il-persuni u li jitjiebu ċ-ċirkolazzjoni u t-tixrid tagħhom ġiet rikonoxxuta fil-livell internazzjonali. It-Trattat ta' Marrakexx biex jiġi ffaċilitat l-Aċċess għal Xogħlijiet Pubblikati għal Persuni Għomja, li għandhom Diżabbiltà fil-Vista jew li b'xi mod ieħor għandhom Diffikultà biex Jaqraw Materjal Stampat ("it-Trattat ta' Marrakexx") ġie adottat fit-30 ta' April 201412 . Dan jeżiġi li l-partijiet kontraenti jipprovdu eċċezzjonijiet jew limitazzjonijiet għad-drittijiet esklużivi tad-detenturi tad-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati għall-produzzjoni u t-tixrid ta' kopji b'formati aċċessibbli ta' ċerti xogħlijiet u materjal ieħor u għall-iskambju transfruntier ta' kopji b'format aċċessibbli. Il-benefiċjarji tat-Trattat ta' Marrakexx huma l-persuni għomja, b'diżabbiltà fil-vista jew b'diżabbiltà fil-perċezzjoni jew biex jaqraw, inkluż id-dislessija, li żżommhom milli jaqraw materjal stampat sal-istess grad bħal persuna mingħajr din id-diżabbiltà, jew li ma jkunux jistgħu jżommu jew jużaw ktieb jew jiffokaw jew iċaqalqu għajnejhom kif normalment ikun meħtieġ għall-qari, minħabba diżabbiltà fiżika.

(1)  Il-persuni għomja, b'diżabbiltà fil-vista jew li b'xi mod ieħor għandhom diffikultà biex jaqraw materjal stampat għadhom qed isibu bosta xkiel biex jaċċessaw il-kotba u materjal stampat ieħor. Il-ħtieġa li jiżdied l-għadd ta' xogħlijiet u materjal protett ieħor b'formati aċċessibbli li jkunu disponibbli għal dawk il-persuni u li jitjiebu ċ-ċirkolazzjoni u t-tixrid tagħhom ġiet rikonoxxuta fil-livell internazzjonali. It-Trattat ta' Marrakexx biex jiġi ffaċilitat l-Aċċess għal Xogħlijiet Pubblikati għal Persuni Għomja, li għandhom Diżabbiltà fil-Vista jew li b'xi mod ieħor għandhom Diffikultà biex Jaqraw Materjal Stampat ("it-Trattat ta' Marrakexx") ġie adottat fit-30 ta' April 2014, wara li diġà kien ġie adottat mill-Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjetà Intellettwali fl-201312. Dan jeżiġi li l-partijiet kontraenti jipprovdu eċċezzjonijiet jew limitazzjonijiet għad-drittijiet esklużivi tad-detenturi tad-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati għall-produzzjoni u t-tixrid ta' kopji b'formati aċċessibbli ta' ċerti xogħlijiet u materjal ieħor u għall-iskambju transfruntier ta' kopji b'format aċċessibbli. Il-benefiċjarji tat-Trattat ta' Marrakexx huma l-persuni għomja, b'diżabbiltà fil-vista jew b'diżabbiltà fil-perċezzjoni jew biex jaqraw, inkluż id-dislessija, li żżommhom milli jaqraw materjal stampat sal-istess grad bħal persuna mingħajr din id-diżabbiltà, jew li ma jkunux jistgħu jżommu jew jużaw ktieb jew jiffokaw jew iċaqalqu għajnejhom kif normalment ikun meħtieġ għall-qari, minħabba diżabbiltà fiżika.

_________________

_________________

12 Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/221/UE tal-14 ta' April 2014 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, tat-Trattat ta' Marrakexx biex jiġi ffaċilitat l-Aċċess għal Xogħlijiet Pubblikati għal Persuni Għomja, b'Diżabbiltà fil-Vista jew li b'xi mod ieħor għandhom Diffikultà biex Jaqraw Materjal Stampat. (ĠU L 115, 17.4.2014, p. 1.)

12 Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/221/UE tal-14 ta' April 2014 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, tat-Trattat ta' Marrakexx biex jiġi ffaċilitat l-Aċċess għal Xogħlijiet Pubblikati għal Persuni Għomja, b'Diżabbiltà fil-Vista jew li b'xi mod ieħor għandhom Diffikultà biex Jaqraw Materjal Stampat (ĠU L 115, 17.4.2014, p. 1.).

Emenda     4

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  Id-Direttiva [...] hi sforz biex jiġu implimentati l-obbligi tal-Unjoni skont it-Trattat ta' Marrakexx b'mod armonizzat ħalli jitjiebu d-disponibbiltà ta' kopji b'format aċċessibbli għall-persuni benefiċjarji u ċ-ċirkolazzjoni tagħhom fi ħdan is-suq intern. Id-Direttiva teżiġi li l-Istati Membri jdaħħlu eċċezzjoni obbligatorja għal ċerti drittijiet tad-detenturi tad-drittijiet li huma armonizzati bil-liġi tal-Unjoni. L-għanijiet ta' dan ir-Regolament huma li jimplimenta l-obbligi fit-Trattat ta' Marrakexx fejn jidħlu l-esportazzjoni u l-importazzjoni ta' kopji b'format aċċessibbli għall-ġid tal-persuni benefiċjarji bejn l-Unjoni u l-pajjiżi terzi li huma partijiet għat-Trattat ta' Marrakexx, u li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għal dawn l-esportazzjonijiet u l-importazzjonijiet. Dawn il-miżuri jistgħu jittieħdu biss fil-livell tal-Unjoni għax l-iskambju ta' kopji b'format aċċessibbli ta' xogħlijiet u materjal ieħor jikkonċerna l-aspetti kummerċjali tal-proprjetà intellettwali. L-uniku strument xieraq hu Regolament.

(2)  Id-Direttiva [...] hi sforz biex jiġu implimentati l-obbligi tal-Unjoni skont it-Trattat ta' Marrakexx b'mod armonizzat ħalli jitjiebu d-disponibbiltà ta' kopji b'format aċċessibbli għall-persuni benefiċjarji fl-Istati Membri kollha tal-Unjoni u ċ-ċirkolazzjoni tagħhom fi ħdan is-suq intern. Id-Direttiva teżiġi li l-Istati Membri jdaħħlu eċċezzjoni obbligatorja għal ċerti drittijiet tad-detenturi tad-drittijiet li huma armonizzati bil-liġi tal-Unjoni. L-għanijiet ta' dan ir-Regolament huma li jimplimenta l-obbligi fit-Trattat ta' Marrakexx fejn jidħlu l-esportazzjoni u l-importazzjoni ta' kopji b'format aċċessibbli għall-ġid tal-persuni benefiċjarji bejn l-Unjoni u l-pajjiżi terzi li huma partijiet għat-Trattat ta' Marrakexx, u li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għal dawn l-esportazzjonijiet u l-importazzjonijiet. Dawn il-miżuri jistgħu jittieħdu biss fil-livell tal-Unjoni għax l-iskambju ta' kopji b'format aċċessibbli ta' xogħlijiet u materjal ieħor jikkonċerna l-aspetti kummerċjali tal-proprjetà intellettwali. Għalhekk, l-uniku strument xieraq hu Regolament.

Emenda     5

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Ir-Regolament għandu jiżgura li l-kopji b'format aċċessibbli tal-kotba, rivisti, gazzetti, megezins u kitbiet oħrajn, folji tal-mużika u materjal stampat ieħor, li jsiru f'xi Stat Membru b'konformità mad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont id-Direttiva [...], jistgħu jiġu esportati lejn il-pajjiżi terzi li huma partijiet għat-Trattat ta' Marrakexx. Fost il-formati aċċessibbli hemm il-kitbiet bil-Braille, il-kitbiet b'tipa kbira, il-kotba diġitali adattati, il-kotba awdjo u x-xandiriet tar-radju. It-tixrid, il-komunikazzjoni jew id-disponibbiltà ta' kopji b'format aċċessibbli għall-persuni li għandhom diffikultà biex jaqraw materjal stampat jew għall-entitajiet awtorizzati fil-pajjiż terz għandhom jagħmluhom l-entitajiet awtorizzati stabbiliti fl-Unjoni u mingħajr profitt.

(3)  Ir-Regolament għandu jiżgura li l-kopji b'format aċċessibbli tal-kotba, kotba elettroniċi, rivisti, gazzetti, megezins u kitbiet oħrajn, folji tal-mużika u materjal stampat ieħor, li jsiru f'xi Stat Membru b'konformità mad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont id-Direttiva [...], jistgħu jiġu esportati lejn il-pajjiżi terzi li huma partijiet għat-Trattat ta' Marrakexx. Fost il-formati aċċessibbli hemm il-kitbiet bil-Braille, il-kitbiet b'tipa kbira, il-kotba diġitali adattati, il-kotba awdjo u x-xandiriet tar-radju. It-tixrid, il-komunikazzjoni jew id-disponibbiltà ta' kopji b'format aċċessibbli għall-persuni li għandhom diffikultà biex jaqraw materjal stampat jew għall-entitajiet awtorizzati fil-pajjiż terz għandhom jagħmluhom l-entitajiet awtorizzati stabbiliti fl-Unjoni u mingħajr profitt.

Emenda     6

Proposta għal regolament

Premessa 4a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a)  Dan ir-Regolament għandu jiżgura li, skont l-Artikolu 9 tat-Trattat ta' Marrakexx, il-partijiet kontraenti jipprovdu riżorsi umani u finanzjarji biex tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni internazzjonali bejn l-entitajiet awtorizzati, id-disponibbiltà adegwata ta' kopji b'format aċċessibbli u l-iskambju transfruntier ta' dawn ix-xogħlijiet.

Emenda     7

Proposta għal regolament

Premessa 5a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a)  Il-linji gwida jew l-aħjar prattiki governattivi fir-rigward tal-provvediment ta' kopji f'format aċċessibbli għal persuni benefiċjarji skont it-termini tat-Trattat ta' Marrakexx għandhom ikunu żviluppati f'konsultazzjoni ma' gruppi rappreżentattivi ta' entitajiet awtorizzati, bħalma huma l-assoċjazzjonijiet u l-konsorzji tal-libreriji, flimkien ma' produtturi awtorizzati oħra ta' entitajiet ta' kopji f'format aċċessibbli, kif ukoll ma' utenti, atturi tas-soċjetà ċivili u detenturi tad-drittijiet.

Emenda    8

Proposta għal direttiva

Premessa 7

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Il-UNCPRD, li l-UE hi parti kontraenti għaliha, tiżgura li l-persuni b'diżabbiltà jkollhom dritt għall-aċċess għall-informazzjoni u d-dritt li jieħdu sehem fil-ħajja kulturali, ekonomika u soċjali bħal ħaddieħor. Il-Konvenzjoni teżiġi li l-partijiet għaliha għandhom jieħdu l-miżuri xierqa kollha, skont il-liġi internazzjonali, biex jiżguraw li l-liġijiet li jipproteġu d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali ma jkunux jikkostitwixxu ostaklu diskriminatorju jew mhux raġonevoli għall-aċċess tal-persuni b'diżabbiltà għall-materjali kulturali.

(7)  Il-UNCPRD, li l-UE hi parti kontraenti għaliha sa mill-21 ta' Jannar 2011 u li hija vinkolanti għall-Istati Membri tal-Unjoni, tiżgura li l-persuni b'diżabbiltà jkollhom dritt għall-aċċess għall-informazzjoni u għall-komunikazzjoni u d-dritt li jieħdu sehem fil-ħajja kulturali, ekonomika, politika, tax-xogħol u soċjali bħal ħaddieħor. Il-Konvenzjoni teżiġi li l-partijiet għaliha għandhom jieħdu l-miżuri xierqa kollha, skont il-liġi internazzjonali, biex jiżguraw li l-liġijiet li jipproteġu d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali ma jkunux jikkostitwixxu ostaklu diskriminatorju jew mhux raġonevoli għall-aċċess tal-persuni b'diżabbiltà għall-materjali kulturali.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  "xogħol jew materjal ieħor" tfisser xogħol fil-forma ta' ktieb, rivista, gazzetta, megezin jew kitba oħra, inkluż folji tal-mużika u illustrazzjonijiet relatati, bi kwalunkwe mezz, inkluż b'format awdjo, bħall-kotba awdjo, li jkun protett bid-dritt tal-awtur jew bi drittijiet relatati u li jkun ippubblikat jew magħmul disponibbli għall-pubbliku b'xi mod ieħor legali;

(1)  "xogħol jew materjal ieħor" tfisser xogħol fil-forma ta' ktieb, ktieb elettroniku, rivista, gazzetta, megezin jew kitba oħra, inkluż folji tal-mużika u illustrazzjonijiet relatati, bi kwalunkwe mezz, online jew offline, inkluż b'format awdjo, bħall-kotba awdjo, li jkun protett bid-dritt tal-awtur jew bi drittijiet relatati u li jkun ippubblikat jew magħmul disponibbli għall-pubbliku b'xi mod ieħor legali;

Emenda    10

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 2 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  persuna b'diżabbiltà fil-perċezzjoni jew biex taqra, inkluż id-dislessija, u li minħabba f'hekk ma tistax taqra xogħlijiet stampati sal-istess grad sostanzjalment bħal persuna mingħajr din id-diffikultà jew id-diżabbiltà; or

(c)  persuna b'diżabbiltà fil-perċezzjoni jew biex taqra, inkluż id-dislessija, jew kwalunkwe diżabbiltà oħra relatata mat-tagħlim u li minħabba f'hekk ma tistax taqra xogħlijiet stampati sal-istess grad sostanzjalment bħal persuna mingħajr din id-diffikultà jew id-diżabbiltà; or

Emenda    11

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  tippubblika u taġġorna, fuq is-sit web tagħha jekk ikun meħtieġ, tagħrif dwar il-mod kif qed tikkonforma mal-obbligi stabbiliti fil-punti (a) sa (c).

(d)  tippubblika u taġġorna, fuq is-sit web tagħha jekk ikun meħtieġ, jew permezz ta' mezzi oħra online jew offline, tagħrif dwar il-mod kif qed tikkonforma mal-obbligi stabbiliti fil-punti (a) sa (c).

Emenda     12

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da)  tipprovdi, fuq talba, assistenza teknika dwar l-aċċess għall-materjal ipprovdut

Emenda     13

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Meta tintalab, entità awtorizzata stabbilita fi Stat Membru li twettaq l-atti msemmija fl-Artikoli 3 u 4 għandha tipprovdi din l-informazzjoni, lil kwalunkwe persuna benefiċjarja jew detentur tad-dritt:

2.  Meta tintalab, entità awtorizzata stabbilita fi Stat Membru li twettaq l-atti msemmija fl-Artikoli 3 u 4 għandha tipprovdi din l-informazzjoni, b'mod aċċessibbli, lil kwalunkwe persuna benefiċjarja jew detentur tad-dritt:

Emenda     14

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  L-Istati Membri għandhom jassistu lill-entitajiet awtorizzati tagħhom biex iqiegħdu għad-dispożizzjoni informazzjoni dwar il-prattiki tagħhom skont l-Artikoli 3 u 4, kemm permezz tal-kondiviżjoni ta' informazzjoni fost l-entitajiet awtorizzati, kif ukoll billi jagħmlu l-informazzjoni disponibbli b'mod aċċessibbli dwar il-politiki u l-prattiki tagħhom, inkluż dawk relatati mal-iskambju transfruntier ta' kopji f'format aċċessibbli, lill-partijiet interessati u lill-membri tal-pubbliku.

Emenda    15

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Sa mhux aktar tard minn [enter five years after the date of application], il-Kummissjoni għandha tagħmel evalwazzjoni ta' dan ir-Regolament u tippreżenta s-sejbiet ewlenin lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, u magħha meta jkun xieraq tippreżenta proposti għal emendi f'dan ir-Regolament.

1.  Sa [enter five years after the date of application], il-Kummissjoni – wara li tqis ukoll l-iżviluppi teknoloġiċi fil-kuntest tal-aċċessibbiltà – għandha tagħmel evalwazzjoni ta' dan ir-Regolament u tippreżenta s-sejbiet ewlenin lill-Parlament Ewropew, lill-Kunslil u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, u magħha meta jkun xieraq tippreżenta proposti għal emendi f'dan ir-Regolament. Ir-rapport tal-Kummissjoni għandu jqis l-opinjonijiet tal-atturi tas-soċjetà ċivili, l-organizzazzjonijiet mhux governattivi u s-sħab soċjali rilevanti, inklużi l-organizzazzjonijiet tal-persuni b'diżabbiltà u dawk li jirrappreżentaw lill-anzjani.

ANNESS: LISTA TA' ENTITAJIET JEW PERSUNI LI MINGĦANDHOM IR-RAPPORTEUR IRĊEVIET KONTRIBUT

Il-lista li ġejja hija kkompilata fuq bażi purament volontarja taħt ir-responsabbiltà esklużiva tar-rapporteur għal opinjoni. Fit-tħejjija tal-abbozz ta' rapport, ir-rapporteur irċeviet input mill-entitajiet jew persuni li ġejjin:

Entità u/jew persuna

L-Unjoni Ewropea tal-Għomja (EBU)

Il-Forum Ewropew tad-Diżabbiltà (EDF)

 

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

49

+

ALDE

PPE

Verts/ALE

S&D

GUE/NGL

ECR

EFDD

NI

Enrique Calvet Chambon, Martina Dlabajová, Marian Harkin, Robert Rochefort, Yana Toom, Renate Weber

Georges Bach, Heinz K. Becker, Dieter-Lebrecht Koch; Agnieszka Kozłowska-Rajewicz,, Jérôme Lavrilleux, Jeroen Lenaers, Veronica Lopz Fontagné, Thomas Mann, Elisabeth Morin-Chartier, Sofia Ribeiro, Claude Rolin, Anne Sander, Sven Schulze, Csaba Sogor, Romana Tomc

Jean Lambert, Terry Reintke

Brando Benifei, Vilija Blinkevičiūtė, Ole Christensen, Agnes Jongerius, Jan Keller, Javi López, Edouard Martin, Georgi Pirinski, Evelyn Regner, Simon Sion, Jutta Steinruck, Marita Ulvskog, Flavio Zanonato

Lynn Boylan, Rina Ronja Kari, Patrick Le Hyaric, Paloma López Bermejo, João Pimenta Lopes

Arne Gericke, Czesław Hoc, Helga Stevens, Ulrike Trebesius, Jana Žitňanská?

Laura Agea, Marco Valli

Lampros Fountoulis

0

-

 

 

2

0

ENF

Joëlle Mélin, Dominique Martin

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

L-iskambju transfruntier bejn l-Unjoni u l-pajjiżi terzi ta' kopji b'format aċċessibbli ta' xogħlijiet jew materjal ieħor protett bid-dritt tal-awtur u bi drittijiet relatati għall-ġid tal-persuni għomja, b'diżabbiltà fil-vista jew li b'xi mod ieħor għandhom diffikultà biex jaqraw materjal stampat

Referenzi

COM(2016)0595 – C8-0380/2016 – 2016/0279(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

6.10.2016

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

EMPL

24.11.2016

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Helga Stevens

28.11.2016

Eżami fil-kumitat

8.12.2016

 

 

 

Data tal-adozzjoni

25.1.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

49

0

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Laura Agea, Brando Benifei, Vilija Blinkevičiūtė, Enrique Calvet Chambon, Ole Christensen, Martina Dlabajová, Lampros Fountoulis, Arne Gericke, Marian Harkin, Czesław Hoc, Agnes Jongerius, Rina Ronja Kari, Jan Keller, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Jean Lambert, Jérôme Lavrilleux, Patrick Le Hyaric, Jeroen Lenaers, Verónica Lope Fontagné, Javi López, Thomas Mann, Dominique Martin, Joëlle Mélin, Elisabeth Morin-Chartier, João Pimenta Lopes, Georgi Pirinski, Evelyn Regner, Terry Reintke, Sofia Ribeiro, Robert Rochefort, Claude Rolin, Anne Sander, Sven Schulze, Siôn Simon, Jutta Steinruck, Romana Tomc, Yana Toom, Ulrike Trebesius, Marita Ulvskog, Renate Weber, Jana Žitňanská

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Georges Bach, Heinz K. Becker, Lynn Boylan, Dieter-Lebrecht Koch, Paloma López Bermejo, Edouard Martin, Csaba Sógor, Helga Stevens, Flavio Zanonato

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Marco Valli


OPINJONI tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (3.3.2017)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Legali

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-iskambju transfruntier bejn l-Unjoni u l-pajjiżi terzi ta' kopji b'format aċċessibbli ta' xogħlijiet jew materjal ieħor protett bid-dritt tal-awtur u bi drittijiet relatati għall-ġid tal-persuni għomja, b'diżabbiltà fil-vista jew li b'xi mod ieħor għandhom diffikultà biex jaqraw materjal stampat

(COM(2016)0595 – C8-0380/2016 – 2016/0279(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Angel Dzhambazki

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

It-Trattat ta' Marrakexx ġie adottat fl-2013 mill-Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjetà Intellettwali (WIPO) u ġie ffirmat minn aktar minn 60 pajjiż inkluża l-Unjoni Ewropea. L-għan ewlieni tiegħu huwa li joħloq ġabra ta' eċċezzjonijiet u limitazzjonijiet obbligatorji għall-benefiċċju tal-persuni għomja, b'diżabbiltà fil-vista jew li b'xi mod ieħor għandhom diffikultà biex jaqraw materjal stampat. L-eċċezzjonijiet u l-limitazzjonijiet għad-dritt tal-awtur li għandhom jiġu introdotti fil-partijiet firmatarji kollha se jippermettu r-riproduzzjoni, it-tixrid u d-disponibbiltà ta' xogħlijiet ippubblikati f'formati maħsuba biex ikunu disponibbli għall-persuni għomja, b'diżabbiltà fil-vista jew li b'xi mod ieħor għandhom diffikultà biex jaqraw materjal stampat u se jippermettu l-iskambju transfruntier ta' dawn ix-xogħlijiet. Dan l-iskambju huwa l-għan ta' dan ir-Regolament propost mill-Kummissjoni.

Il-proposta temenda l-qafas leġiżlattiv tal-Unjoni Ewropea skont it-Trattat ta' Marrakexx. Ir-riżultat se jikkonsisti fl-implimentazzjoni tal-obbligi tal-UE skont it-Trattat fejn jidħol l-iskambju ta' kopji b'format aċċessibbli bejn l-UE u l-pajjiżi terzi li huma partijiet għat-Trattat ta' Marrakexx, għall-benefiċċju tal-persuni benefiċjarji.

Ir-rapporteur għal din l-opinjoni japprova l-proposta magħmula mill-Kummissjoni u jemmen li dan huwa pass tajjeb biex jiġu segwiti l-obbligi li l-UE daħlet għalihom. Barra minn hekk, huwa jipproponi xi emendi li jfittxu li jallinjaw aħjar il-proposta tal-Kummissjoni mat-Trattat ta' Marrakexx innifsu, jiġifieri fil-parti fejn huma spjegati d-definizzjonijiet – min huma l-persuni benefiċjarji, x'inhuma l-kopji b'format aċċessibbli u b'mod partikolari min huma l-entitajiet awtorizzati li jqassmu, jikkomunikaw u jagħmlu disponibbli l-kopji b'format aċċessibbli għall-persuni benefiċjarji.

Minbarra dan, ir-rapporteur jemmen li huwa kruċjali li jiġi enfasizzat li l-esportazzjoni ta' dawn il-kopji mhux se twassal għal attivitajiet kummerċjali u ż-żidiet proposti f'dan il-kuntest ifittxu li jġibu ċertezza legali għall-entitajiet awtorizzati bbażati fi Stat Membru meta jittrattaw attivitajiet transfruntiera ma' pajjiżi terzi.

Il-proposta tal-Kummissjoni hija li jsir rieżami tar-Regolament, mhux qabel ħames snin wara d-dħul fis-seħħ tiegħu. Ir-rapporteur jinsisti li dan isir qabel (sa mhux aktar tard minn ħames snin) dejjem jekk ma tkun saret l-ebda valutazzjoni tal-impatt mill-Kummissjoni dwar l-impatt soċjali u ekonomiku li dan ir-Regolament jista' jwassal għalih.

Finalment, ir-rapporteur jixtieq jissottolinja li l-proposti kollha huma fformulati skont it-Trattat ta' Marrakexx.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex iqis l-emendi li ġejjin:

Emenda     1

Proposta għal regolament

Premessa 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a)   Billi l-Artikolu 26 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabbiltà (UNCRPD) jirrikjedu l-integrazzjoni ta' persuni b'diżabbiltà;

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2 a)  Waqt li jadottaw il-miżuri meħtieġa biex ikun jista' jsir l-iskambju transfruntier ta' kopji b'format aċċessibbli ta' ċerti xogħlijiet u materjal ieħor ma' pajjiżi terzi li huma partijiet għat-Trattat ta' Marrakexx, l-Istati Membri jenħtieġ li jikkonformaw mal-obbligi u jkunu intitolati li jeżerċitaw id-drittijiet li għandhom skont il-Konvenzjoni ta' Bern, il-Ftehim dwar l-Aspetti tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali relatati mal-Kummerċ u t-Trattat tad-WIPO dwar id-Dritt tal-Awtur, skont l-Artikolu 11 tat-Trattat ta' Marrakexx, li jippermetti li l-partijiet kontraenti jirrestrinġu l-limitazzjonijiet jew l-eċċezzjonijiet għad-drittijiet għal ċerti każijiet li mhumiex f'kunflitt mal-isfruttament normali tax-xogħol u li ma jippreġudikawx mingħajr raġuni l-interessi leġittimi tal-awtur.

Ġustifikazzjoni

Il-premessa għandha l-għan li ttenni l-importanza tal-obbligi tat-trattat internazzjonali u l-formulazzjoni tagħha ġejja mit-Trattat ta' Marrakexx.

Emenda     3

Proposta għal regolament

Premessa 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4 a)  Sabiex jitrawmu l-esportazzjoni ta' kopji f'format aċċessibbli u l-ħolqien ta' pubblikazzjonijiet aċċessibbli, jiġifieri pubblikazzjonijiet li jsiru minn detenturi tad-drittijiet f'format aċċessibbli, jenħtieġ li tiġi stabbilita bażi ta' data online waħdanija fl-Unjoni Ewropea. Din il-bażi ta' data jenħtieġ li tkun pubblikament aċċessibbli minn pajjiżi terzi li huma partijiet għat-Trattat ta' Marrakexx. Biex tkun faċilitata l-importazzjoni tal-istess pubblikazzjonijiet, huwa importanti li l-istess bażi ta' data tkun interoperabbli mal-Bażi ta' Data ABC TIGAR (Trusted Intermediary Global Accessible Resources), ospitata mid-WIPO.

Ġustifikazzjoni

Il-premessa l-ġdida titlob li l-Kummissjoni Ewropea tiffaċilita l-iskambju tal-informazzjoni permezz tal-għoti ta' aċċessibbiltà lill-bażi ta' data mitluba fid-Direttiva [...] għal pajjiżi terzi li huma partijiet għat-Trattat ta' Marakexx. Din l-inizjattiva ġdida jenħtieġ li tibni fuq il-bażi ta' data dinjija eżistenti żviluppata mill-"Accessible Book Consortium" (Konsorzju għall-Kotba Aċċessibbli) tad-WIPO, u tibqa' interoperabbli magħha.

Emenda     4

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Biex tiżdied id-disponibbiltà ta' kopji b'format aċċessibbli u biex ikun evitat it-tixrid mhux awtorizzat ta' xogħlijiet u materjal ieħor, l-entitajiet awtorizzati li jwettqu it-tixrid jew id-disponibbiltà ta' kopji b'format aċċessibbli għandhom ikunu konformi ma' ċerti obbligi.

(5)  Biex tiżdied id-disponibbiltà ta' kopji b'format aċċessibbli u biex ikun evitat it-tixrid illegali ta' xogħlijiet u materjal ieħor, huwa essenzjali li l-Istati Membri jiffaċilitaw il-ftehim dwar linji gwida tal-aħjar prattiki bejn il-gruppi rappreżentattivi ta' entitajiet awtorizzati involuti fil-produzzjoni, it-tixrid jew id-disponibbiltà ta' kopji b'format aċċessibbli, l-utenti u d-detenturi tad-drittijiet;

Emenda     5

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  "xogħol jew materjal ieħor" tfisser xogħol fil-forma ta' ktieb, rivista, gazzetta, megezin jew kitba oħra, inkluż folji tal-mużika u illustrazzjonijiet relatati, bi kwalunkwe mezz, inkluż b'format awdjo, bħall-kotba awdjo, li jkun protett bid-dritt tal-awtur jew bi drittijiet relatati u li jkun ippubblikat jew magħmul disponibbli għall-pubbliku b'xi mod ieħor legali;

(1)  "xogħol u materjal ieħor" tfisser xogħol letterarju, akkademiku jew artistiku fil-forma ta' test, notazzjoni u/jew illustrazzjonijiet relatati, inklużi folji tal-mużika, li jkun protett bid-dritt tal-awtur jew bi drittijiet relatati u li jkun ippubblikat jew magħmul disponibbli għall-pubbliku b'xi mod ieħor legali f'kotba, kotba elettroniċi, ġurnali, gazzetti, rivisti jew kitbiet oħra, fi kwalunkwe forma ta' midja, inkluż f'forma awdjo, bħall-kotba awdjo u xandiriet tar-radju;

Ġustifikazzjoni

L-emenda għandha l-għan li tirrevedi d-definizzjoni ta' "xogħol" proposta mill-Kummissjoni fid-dawl tat-Trattat ta' Marakexx li jesprimi d-distinzjoni bejn il-"kontenut" u l-"mezz" ta' xogħol letterarju jew artisitiku.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)   "persuna benefiċjarja" tfisser:

(2)   "persuna benefiċjarja" tfisser, irrispettivament minn kwalunkwe diżabbiltà oħra, kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:

Ġustifikazzjoni

Din iż-żieda tallinja d-definizzjoni ta' "persuna benefiċjarja" mat-Trattat ta' Marrakexx. Jenħtieġ li hija tirreferi għall-partijiet a, b, c u d kollha tal-Artikolu 2(2).

Emenda     7

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  persuna b'diżabbiltà fil-perċezzjoni jew biex taqra, inkluż id-dislessija, u li minħabba f'hekk ma tistax taqra xogħlijiet stampati sal-istess grad sostanzjalment bħal persuna mingħajr din id-diffikultà jew id-diżabbiltà; jew

(c)  persuna b'diffikultà fil-perċezzjoni jew biex taqra, inkluż id-dislessija, u li minħabba f'hekk ma tistax taqra xogħlijiet stampati sal-istess grad sostanzjalment bħal persuna li mhix għamja, li m'għandhiex diffikulta fil-vista u li m'għandha bl-ebda mod ieħor diffikultà biex taqra materjal stampat; jew

Ġustifikazzjoni

Din il-premessa toffri d-distinzjoni bejn "diżabbiltà" u "diffikultà"; Skont il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabbiltà, id-diżabbiltà tirriżulta mir-relazzjonijiet bejn il-persuni b'diffikultajiet differenti u l-ostakli attitudinali u ambjentali li jtellfu milli huma jipparteċipaw b'mod sħiħ u effikaċi fis-soċjetà fuq bażi ugwali bħall-oħrajn, Preambolu (e). Fi kliem ieħor, huma dawn l-ostakli li qegħdin joħolqu diżabbiltà għan-nies, mhux id-diffikultajiet tagħhom jew il-kapaċitajiet funzjonali differenti tagħhom. Bħala tali, "diffikultà" hija aktar xierqa hawnhekk.

Emenda     8

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  persuna li b'xi mod ieħor ma tkunx tista' żżomm jew tuża ktieb jew tiffoka jew iċċaqlaq għajnejha kif normalment ikun meħtieġ għall-qari, minħabba diffikultà fiżika.

(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)  

Emenda    9

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  "kopja b'format aċċessibbli" tfisser kopja ta' xogħol jew materjal ieħor f'mod jew għamla alternattiva li lill-persuna benefiċjarja tagħtiha aċċess għax-xogħol jew għall-materjal l-ieħor, inkluż li l-persuna benefiċjarja ikun jista' jkollha aċċess b'mod fattibbli u komdu daqs persuna mingħajr diżabbiltà fil-vista jew xi diżabbiltà msemmija fil-paragrafu 2;

(3)  "kopja b'format aċċessibbli" tfisser kopja ta' xogħol jew materjal ieħor, ippreżentata mingħajr skop ta' profitt f'mod jew għamla alternattiva li lill-persuna benefiċjarja tagħtiha aċċess għax-xogħol jew għall-materjal l-ieħor, inkluż li l-persuna benefiċjarja tkun tista' jkollha aċċess b'mod fattibbli u komdu daqs persuna mingħajr diffikulta fil-vista jew kwalunkwe diżabbiltà msemmija fil-paragrafu 2;

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li jiġi sottolinjat l-aspett mhux kummerċjali tal-kopji, li jikkjarifika ulterjorment id-definizzjoni tal-entitajiet awtorizzati u l-azzjoni tagħhom mingħajr skop ta' profitt.

Emenda     10

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  "entità awtorizzata" tfisser organizzazzjoni li tipprovdi edukazzjoni, taħriġ ta' struzzjoni, qari adattiv jew aċċess għall-informazzjoni lill-persuni benefiċjarji mingħajr skop ta' profitt, bħala l-attività ewlenija tagħha jew bħala waħda mill-attivitajiet ewlenin tagħha jew bħala waħda mill-missjonijiet tagħha ta' interess pubbliku.

(4)  "entità awtorizzata" tfisser entità li hija awtorizzata jew rikonoxxuta mill-Istat Membru li fih hija stabbilita biex tipprovdi edukazzjoni, taħriġ ta' istruzzjoni, qari adattiv jew aċċess għall-informazzjoni lill-persuni benefiċjarji mingħajr skop ta' profitt. Hija tinkludi wkoll istituzzjoni tal-gvern jew organizzazzjoni mingħajr skop ta' profitt li tipprovdi, bħala waħda mill-attivitajiet primarji jew l-obbligi istituzzjonali tagħha, l-istess servizzi lil persuni benefiċjarji.

Ġustifikazzjoni

L-emenda għandha l-għan li tikkompleta d-definizzjoni ta' "entità awtorizzata" proposta mill-Kummissjoni, billi tqis id-definizzjoni tat-Trattat ta' Marrakexx li tispeċifika minn min dawn l-entitajiet għandhom jiġu leġittimament awtorizzati jew rikonoxxuti.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Entità awtorizzata stabbilita fi Stat Membru tista' tqassam, tikkomunika jew tagħmel disponibbli lill-persuni benefiċjarji jew lill-entità awtorizzata stabbilita f'pajjiż terz li jkun parti għat-Trattat ta' Marrakexx kopja b'format aċċessibbli li ssir b'konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali adottata skont id-Direttiva [...].

Entità awtorizzata stabbilita fi Stat Membru tista' mingħajr skop ta' profitt tqassam, tikkomunika jew tagħmel disponibbli lill-persuni benefiċjarji jew lill-entità awtorizzata stabbilita f'pajjiż terz li jkun parti għat-Trattat ta' Marrakexx kopja b'format aċċessibbli li ssir b'konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali adottata skont id-Direttiva [...] u dment li qabel ma tqassam jew tagħmel disponibbli, l-entità awtorizzata ta' oriġini ma kenitx taf jew ma kellhiex raġunijiet raġonevoli biex tkun taf li l-kopja b'format aċċessibbli kienet se tintuża għal xi ħadd għajr il-persuni benefiċjarji.

Ġustifikazzjoni

Huwa kruċjali li jiġi enfasizzat li jenħtieġ li l-esportazzjoni ta' dawn il-kopji ma twassalx għal attivitajiet kummerċjali. L-aħħar parti tat-test tipprovdi żieda bbażata fuq il-formulazzjoni tat-Trattat ta' Marrakexx li titqies bħala importanti f'dan il-paragrafu sabiex iġib ċertezza legali għall-entitajiet awtorizzati bbażati fi Stat Membru meta jittrattaw attivitajiet transfruntiera ma' pajjiżi terzi.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Persuna benefiċjarja jew entità awtorizzata stabbiliti fi Stat Membru jistgħu jimportaw jew inkella jistgħu jiksbu jew jaċċessaw sabiex jużaw, b'konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali adottata skont id-Direttiva [...], kopja b'format aċċessibbli li tkun tqassmet, ġiet ikkomunikata jew saret disponibbli għall-persuni benefiċjarji jew għall-entitajiet awtorizzati, minn entità awtorizzata f'pajjiż terz li jkun parti għat-Trattat ta' Marrakexx.

Persuna benefiċjarja jew entità awtorizzata stabbiliti fi Stat Membru jistgħu jimportaw jew inkella jistgħu jiksbu jew jaċċessaw sabiex jużaw, b'konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali adottata skont id-Direttiva [...], kopja b'format aċċessibbli li tkun tqassmet, ġiet ikkomunikata jew saret disponibbli għall-persuni benefiċjarji jew għall-entitajiet awtorizzati, minn entità awtorizzata f'pajjiż terz li jkun parti għat-Trattat ta' Marrakexx dment li l-importazzjoni jew l-aċċess ma jkunux f'kunflitt mal-isfruttament normali tax-xogħol jew ta' materjal ieħor u ma jippreġudikawx mingħajr raġuni l-interessi leġittimi tal-awtur.

Ġustifikazzjoni

It-test huwa bbażat fuq il-formulazzjoni tat-Trattat ta' Marrakexx.

Emenda     13

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  tqassam, tikkomunika u tagħmel disponibbli kopji b'format aċċessibbli biss lill-persuni benefiċjarji jew lil entitajiet awtorizzati oħra;

(a)  tqassam, tikkomunika u tagħmel disponibbli kopji b'format aċċessibbli biss lill-persuni benefiċjarji jew lil entitajiet awtorizzati oħra mingħajr skop ta' profitt;

Emenda     14

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  tieħu l-passi xierqa biex tiskoraġġixxi r-riproduzzjoni, id-distribuzzjoni, il-komunikazzjoni u d-disponibbiltà mhux awtorizzati ta' kopji b'format aċċessibbli;

(b)  tieħu l-passi xierqa biex tipprevjeni r-riproduzzjoni illegali, id-distribuzzjoni illegali, il-komunikazzjoni illegali u tqegħid għad-disponibbiltà illegali ta' kopji b'format aċċessibbli, u topera fuq bażi ta' fiduċja biex taqdi għalkollox il-ħtiġijiet tal-persuni benefiċjarji;

Emenda    15

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  toqgħod attenta u żżomm reġistri dwar l-immaniġġar tagħha tax-xogħlijiet u l-materjal l-ieħor u tal-kopji b'format aċċessibbli; kif ukoll

(c)  teżerċita l-attenzjoni dovuta u żżomm reġistri dwar l-immaniġġar tagħha tax-xogħlijiet u materjal ieħor u tal-kopji b'format aċċessibbli, filwaqt li tirrispetta l-privatezza tal-persuni benefiċjarji skont l-Artikolu 6; kif ukoll

Ġustifikazzjoni

Żieda bbażata fuq il-formulazzjoni tat-Trattat ta' Marrakexx li tissottolinja l-Artikolu li jipprevedi l-protezzjoni tad-data skont id-dritt tal-UE.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  Il-kopja b'format aċċessibbli għandha tintuża esklużivament mill-persuni benefiċjarji u għandha tirrispetta l-integrità tax-xogħol oriġinali jew ta' materjal ieħor, filwaqt li tqis il-bidliet meħtieġa sabiex ix-xogħol jew materjal ieħor isiru aċċessibbli fil-format alternattiv u l-ħtiġijiet tal-aċċessibbiltà tal-persuni benefiċjarji.

Ġustifikazzjoni

It-test huwa bbażat fuq il-formulazzjoni tat-Trattat ta' Marrakexx.

Emenda     17

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2b.  L-Istati Membri għandhom irawmu l-iskambju tal-informazzjoni u tal-aħjar prattiki fost l-entitajiet awtorizzati sabiex jippromwovu b'mod effettiv l-aċċess għal xogħlijiet jew materjal adatti.

Emenda    18

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sa mhux aktar tard minn [enter five years after the date of application], il-Kummissjoni għandha tagħmel evalwazzjoni ta' dan ir-Regolament u tippreżenta s-sejbiet ewlenin lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, u magħha meta jkun xieraq tippreżenta proposti għal emendi f'dan ir-Regolament.

Fi żmien ... [ħames snin mid-data ta' dħul fis-seħħ], il-Kummissjoni għandha tagħmel evalwazzjoni ta' dan ir-Regolament u tippreżenta s-sejbiet ewlenin lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, u magħha, meta jkun xieraq, tippreżenta proposti għal emendi f'dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

Peress li ma saret l-ebda valutazzjoni tal-impatt mill-Kummissjoni dwar l-impatt soċjali u ekonomiku li dan ir-Regolament jista' jwassal għalih, ir-rapporteur jagħti parir li jenħtieġ li ssir evalwazzjoni sa mhux aktar tard minn 5 snin wara li r-Regolament jidħol fis-seħħ.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

L-iskambju transfruntier bejn l-Unjoni u l-pajjiżi terzi ta’ kopji b’format aċċessibbli ta’ xogħlijiet jew materjal ieħor protett bid-dritt tal-awtur u bi drittijiet relatati għall-ġid tal-persuni għomja, b’diżabbiltà fil-vista jew li b’xi mod ieħor għandhom diffikultà biex jaqraw materjal stampat

Referenzi

COM(2016)0595 – C8-0380/2016 – 2016/0279(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

6.10.2016

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

CULT

6.10.2016

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Angel Dzhambazki

14.11.2016

Data tal-adozzjoni

28.2.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

29

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Isabella Adinolfi, Dominique Bilde, Andrea Bocskor, Nikolaos Chountis, Silvia Costa, Mircea Diaconu, Jill Evans, María Teresa Giménez Barbat, Giorgos Grammatikakis, Petra Kammerevert, Andrew Lewer, Svetoslav Hristov Malinov, Curzio Maltese, Stefano Maullu, Luigi Morgano, Momchil Nekov, John Procter, Michaela Šojdrová, Helga Trüpel, Sabine Verheyen, Bogdan Andrzej Zdrojewski, Milan Zver, Krystyna Łybacka

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Marc Joulaud, Morten Løkkegaard, Emma McClarkin, Algirdas Saudargas, Remo Sernagiotto

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Clare Moody

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

29

+

PPE

Andrea Bocskor, Marc Joulaud, Svetoslav Hristov Malinov, Stefano Maullu, Algirdas Saudargas, Sabine Verheyen, Bogdan Andrzej Zdrojewski, Milan Zver, Michaela Šojdrová

S&D

Silvia Costa, Giorgos Grammatikakis, Petra Kammerevert, Clare Moody, Luigi Morgano, Momchil Nekov, Krystyna Łybacka

ECR

Andrew Lewer, Emma McClarkin, John Procter, Remo Sernagiotto

ALDE

Mircea Diaconu, María Teresa Giménez Barbat, Morten Løkkegaard

GUE/NGL

Nikolaos Chountis, Curzio Maltese

Verts/ALE

Jill Evans, Helga Trüpel

EFDD

Isabella Adinolfi

ENF

Dominique Bilde

0

-

 

 

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


OPINJONI tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet (27.1.2017)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Legali

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-iskambju transfruntier bejn l-Unjoni u l-pajjiżi terzi ta' kopji b'format aċċessibbli ta' xogħlijiet jew materjal ieħor protett bid-dritt tal-awtur u bi drittijiet relatati għall-ġid tal-persuni għomja, b'diżabbiltà fil-vista jew li b'xi mod ieħor għandhom diffikultà biex jaqraw materjal stampat

(COM(2016)0595 – C8-0380/2016 – 2016/0279(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Margrete Auken

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

It-Trattat ta' Marrakexx jesiġi li l-partijiet jipprovdu eċċezzjonijiet jew limitazzjonijiet għad-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati għall-ġid tal-persuni għomja, b'diżabbiltà fil-vista jew li b'xi mod ieħor għandhom diffikultà biex jaqraw materjal stampat, u jippermetti l-iskambju transfruntier ta' kopji b'format speċjali tal-kotba, fosthom il-kotba awdjo, u materjal stampat ieħor bejn il-pajjiżi li huma partijiet għat-Trattat.

Il-Kumitat għall-Petizzjonijiet (PETI) jilqa' b'sodisfazzjon ir-Regolament propost. Il-Kumitat PETI ħadem b'mod attiv fuq dossiers relatati mal-aċċess minn persuni neqsin mid-dawl u b'diżabbiltà fil-vista għal xogħlijiet pubblikati mill-2011, meta ġew riċevuti żewġ petizzjonijiet(1) li talbu trattat vinkolanti. Il-Kumitat PETI osserva b'sodisfazzjon l-adozzjoni tat-Trattat ta' Marrakexx fl-2013 u d-dħul fis-seħħ tiegħu f'Settembru 2016. Madankollu, jeħtieġ li jittieħdu aktar passi biex jiġi żgurat li l-Unjoni Ewropea twettaq l-obbligi internazzjonali tagħha taħt it-Trattat ta' Marrakexx u l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabbiltà ("UNCRPD") mingħajr aktar dewmien, meta jitqiesu r-riperkussjonijiet fid-dinja kollha tal-implimentazzjoni tiegħu, partikolarment fil-livell tal-UE, għall-partijiet interessati kkonċernati.

Kif iddikjarat fl-istudju(2) kkummissjonat mid-Dipartiment Tematiku C għall-Kumitat PETI fir-rigward tat-Trattat ta' Marrakexx u ppreżentat waqt il-Workshop dwar id-Diżabbiltà tal-Kumitat PETI li sar fid-9 ta' Novembru 2016, it-Trattat ta' Marrakexx huwa rebħa għall-mudell soċjali tad-diżabbiltà u jirrappreżenta soluzzjoni internazzjonali adatta għall-iskarsezza dinjija tal-kotba. Għalhekk, il-miżuri kollha meħtieġa jridu jittieħdu sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni rapida u xierqa tat-Trattat. Barra minn hekk, il-Kumitat PETI talab(3) ratifika rapida tat-Trattat ta' Marrakexx mill-Unjoni Ewropea, u dan mingħajr ma r-ratifika tkun magħmula kkundizzjonata fuq ir-reviżjoni tal-qafas legali tal-UE.

L-abbozz ta' opinjoni għandu l-għan li jarmonizza t-terminoloġija użata fir-Regolament sabiex din tirrifletti għalkollox it-Trattat ta' Marrakexx u l-UNCRPD. Dan iħalli miftuħa l-possibilità li tiġi estiża l-lista ta' benefiċjarji u jaġġorna r-Regolament propost skont il-qafas legali komprensiv dwar il-protezzjoni tad-data fil-livell tal-UE. L-aktar importanti, l-abbozz ta' opinjoni jipproponi l-ħolqien mill-Istati Membri ta' mekkaniżmu ta' lmenti jew rimedju f'każijiet fejn il-benefiċjarji jinżammu milli jużaw l-eċċezzjonijiet permessi.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Petizzjonijiet jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  Il-persuni għomja, b'diżabbiltà fil-vista jew li b'xi mod ieħor għandhom diffikultà biex jaqraw materjal stampat għadhom qed isibu bosta xkiel biex jaċċessaw il-kotba u materjal stampat ieħor. Il-ħtieġa li jiżdied l-għadd ta' xogħlijiet u materjal protett ieħor b'formati aċċessibbli li jkunu disponibbli għal dawk il-persuni u li jitjiebu ċ-ċirkolazzjoni u t-tixrid tagħhom ġiet rikonoxxuta fil-livell internazzjonali. It-Trattat ta' Marrakexx biex jiġi ffaċilitat l-Aċċess għal Xogħlijiet Pubblikati għal Persuni Għomja, li għandhom Diżabbiltà fil-Vista jew li b'xi mod ieħor għandhom Diffikultà biex Jaqraw Materjal Stampat ("it-Trattat ta' Marrakexx") ġie adottat fit-30 ta' April 201412. Dan jeżiġi li l-partijiet kontraenti jipprovdu eċċezzjonijiet jew limitazzjonijiet għad-drittijiet esklużivi tad-detenturi tad-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati għall-produzzjoni u t-tixrid ta' kopji b'formati aċċessibbli ta' ċerti xogħlijiet u materjal ieħor u għall-iskambju transfruntier ta' kopji b'format aċċessibbli. Il-benefiċjarji tat-Trattat ta' Marrakexx huma l-persuni għomja, b'diżabbiltà fil-vista jew b'diżabbiltà fil-perċezzjoni jew biex jaqraw, inkluż id-dislessija, li żżommhom milli jaqraw materjal stampat sal-istess grad bħal persuna mingħajr din id-diżabbiltà, jew li ma jkunux jistgħu jżommu jew jużaw ktieb jew jiffokaw jew iċaqalqu għajnejhom kif normalment ikun meħtieġ għall-qari, minħabba diżabbiltà fiżika.

(1)  Il-persuni għomja, b'diżabbiltà fil-vista jew li b'xi mod ieħor għandhom diffikultà biex jaqraw materjal stampat għadhom qed isibu bosta xkiel biex jaċċessaw il-kotba u materjal stampat ieħor. Il-ħtieġa li għadd ferm akbar ta' xogħlijiet u materjal protett ieħor b'formati aċċessibbli jkunu magħmula disponibbli għalkollox għal dawk il-persuni u li jitjiebu b'mod sinifikanti ċ-ċirkolazzjoni u t-tixrid tagħhom ġiet rikonoxxuta fil-livell internazzjonali. It-Trattat ta' Marrakexx biex jiġi ffaċilitat l-Aċċess għal Xogħlijiet Pubblikati għal Persuni Għomja, li għandhom Diżabbiltà fil-Vista jew li b'xi mod ieħor għandhom Diffikultà biex Jaqraw Materjal Stampat ("it-Trattat ta' Marrakexx") ġie ffirmat fl-isem l-Unjoni fit-30 ta' April 201412 , wara li kien diġà ġie adottat mill-Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjetà Intellettwali fl-2013. Dan jeżiġi li l-partijiet kontraenti jipprovdu eċċezzjonijiet jew limitazzjonijiet għad-drittijiet esklużivi tad-detenturi tad-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati għall-produzzjoni u t-tixrid ta' kopji b'formati aċċessibbli ta' ċerti xogħlijiet u materjal ieħor u għall-iskambju transfruntier ta' kopji b'format aċċessibbli. Il-benefiċjarji tat-Trattat ta' Marrakexx huma l-persuni għomja, b'diżabbiltà fil-vista jew b'diżabbiltà fil-perċezzjoni jew biex jaqraw, inkluż id-dislessija, li żżommhom milli jaqraw materjal stampat sal-istess grad bħal persuna mingħajr din id-diżabbiltà, jew li ma jkunux jistgħu jżommu jew jużaw ktieb jew jiffokaw jew iċaqalqu għajnejhom kif normalment ikun meħtieġ għall-qari, minħabba diżabbiltà fiżika.

__________________

__________________

12 Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/221/UE tal-14 ta' April 2014 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, tat-Trattat ta' Marrakexx biex jiġi ffaċilitat l-Aċċess għal Xogħlijiet Pubblikati għal Persuni Għomja, b'Diżabbiltà fil-Vista jew li b'xi mod ieħor għandhom Diffikultà biex Jaqraw Materjal Stampat (ĠU L 115, 17.4.2014, p. 1.).

12 Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/221/UE tal-14 ta' April 2014 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, tat-Trattat ta' Marrakexx biex jiġi ffaċilitat l-Aċċess għal Xogħlijiet Pubblikati għal Persuni Għomja, b'Diżabbiltà fil-Vista jew li b'xi mod ieħor għandhom Diffikultà biex Jaqraw Materjal Stampat (ĠU L 115, 17.4.2014, p. 1.).

Emenda      2

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  Id-Direttiva [...] hi sforz biex jiġu implimentati l-obbligi tal-Unjoni skont it-Trattat ta' Marrakexx b'mod armonizzat ħalli jitjiebu d-disponibbiltà ta' kopji b'format aċċessibbli għall-persuni benefiċjarji u ċ-ċirkolazzjoni tagħhom fi ħdan is-suq intern. Id-Direttiva teżiġi li l-Istati Membri jdaħħlu eċċezzjoni obbligatorja għal ċerti drittijiet tad-detenturi tad-drittijiet li huma armonizzati bil-liġi tal-Unjoni. L-għanijiet ta' dan ir-Regolament huma li jimplimenta l-obbligi fit-Trattat ta' Marrakexx fejn jidħlu l-esportazzjoni u l-importazzjoni ta' kopji b'format aċċessibbli għall-ġid tal-persuni benefiċjarji bejn l-Unjoni u l-pajjiżi terzi li huma partijiet għat-Trattat ta' Marrakexx, u li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għal dawn l-esportazzjonijiet u l-importazzjonijiet. Dawn il-miżuri jistgħu jittieħdu biss fil-livell tal-Unjoni għax l-iskambju ta' kopji b'format aċċessibbli ta' xogħlijiet u materjal ieħor jikkonċerna l-aspetti kummerċjali tal-proprjetà intellettwali. L-uniku strument xieraq hu Regolament.

(2)  Id-Direttiva [...] hi sforz biex jiġu implimentati l-obbligi tal-Unjoni skont it-Trattat ta' Marrakexx b'mod armonizzat ħalli jitjiebu d-disponibbiltà ta' kopji b'format aċċessibbli għall-persuni benefiċjarji fl-Istati Membri kollha tal-UE u ċ-ċirkolazzjoni tagħhom fi ħdan is-suq intern. Id-Direttiva teżiġi li l-Istati Membri jdaħħlu eċċezzjoni obbligatorja għal ċerti drittijiet tad-detenturi tad-drittijiet li huma armonizzati bil-liġi tal-Unjoni. L-għanijiet ta' dan ir-Regolament huma li jimplimenta l-obbligi fit-Trattat ta' Marrakexx fejn jidħlu l-esportazzjoni u l-importazzjoni ta' kopji b'format aċċessibbli għall-ġid tal-persuni benefiċjarji bejn l-Unjoni u l-pajjiżi terzi li huma partijiet għat-Trattat ta' Marrakexx, u li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għal dawn l-esportazzjonijiet u l-importazzjonijiet. Dawn il-miżuri jistgħu jittieħdu biss fil-livell tal-Unjoni għax l-iskambju ta' kopji b'format aċċessibbli ta' xogħlijiet u materjal ieħor jikkonċerna l-aspetti kummerċjali tal-proprjetà intellettwali. L-uniku strument xieraq hu Regolament.

Emenda      3

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Ir-Regolament għandu jiżgura li l-kopji b'format aċċessibbli tal-kotba, rivisti, gazzetti, megezins u kitbiet oħrajn, folji tal-mużika u materjal stampat ieħor, li jsiru f'xi Stat Membru b'konformità mad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont id-Direttiva [...], jistgħu jiġu esportati lejn il-pajjiżi terzi li huma partijiet għat-Trattat ta' Marrakexx. Fost il-formati aċċessibbli hemm il-kitbiet bil-Braille, il-kitbiet b'tipa kbira, il-kotba diġitali adattati, il-kotba awdjo u x-xandiriet tar-radju. It-tixrid, il-komunikazzjoni jew id-disponibbiltà ta' kopji b'format aċċessibbli għall-persuni li għandhom diffikultà biex jaqraw materjal stampat jew għall-entitajiet awtorizzati fil-pajjiż terz għandhom jagħmluhom l-entitajiet awtorizzati stabbiliti fl-Unjoni u mingħajr profitt.

(3)  Ir-Regolament għandu jiżgura li l-kopji b'format aċċessibbli tal-kotba, rivisti, gazzetti, rivisti u kitbiet oħrajn, folji tal-mużika u materjal stampat ieħor, li jsiru f'xi Stat Membru b'konformità mad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont id-Direttiva [...], jistgħu jiġu esportati lejn il-pajjiżi terzi li huma partijiet għat-Trattat ta' Marrakexx. Fost il-formati aċċessibbli hemm il-kitbiet bil-Braille, il-kitbiet b'tipa kbira, il-kotba diġitali adattati, il-kotba awdjo u x-xandiriet tar-radju. It-tixrid, il-komunikazzjoni jew id-disponibbiltà ta' kopji b'format aċċessibbli għall-persuni għomja, b'diżabbiltà fil-vista jew li b'xi mod ieħor għandhom diffikultà biex jaqraw materjal stampat jew għall-entitajiet awtorizzati fil-pajjiż terz għandhom jagħmluhom l-entitajiet awtorizzati stabbiliti fl-Unjoni u mingħajr profitt.

Emenda      4

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Dan ir-Regolament għandu jippermetti wkoll l-importazzjoni u l-aċċess għal kopji b'format aċċessibbli li jsiru skont l-implimentazzjoni tat-Trattat ta' Marrakexx minn pajjiż terz, minn persuni benefiċjarji fl-Unjoni u mill-entitajiet awtorizzati stabbiliti fl-Unjoni, għall-ġid tal-persuni li għandhom diffikultà biex jaqraw materjal stampat. Dan għandu jkun jista' jsir biex dawk il-kopji b'format aċċessibbli jiġu ċċirkolati fis-suq intern bl-istess kundizzjonijiet bħall-kopji b'format aċċessibbli li jsiru fl-Unjoni skont id-Direttiva [...].

(4)  Dan ir-Regolament għandu jippermetti wkoll l-importazzjoni u l-aċċess għal kopji b'format aċċessibbli li jsiru skont l-implimentazzjoni tat-Trattat ta' Marrakexx minn pajjiż terz, minn persuni benefiċjarji fl-Unjoni u mill-entitajiet awtorizzati stabbiliti fl-Unjoni, għall-ġid tal-persuni li huma għomja, li għandhom diżabbiltà fil-vista jew li b'xi mod ieħor għandhom diffikultà biex jaqraw materjal stampat. Dan għandu jkun jista' jsir biex dawk il-kopji b'format aċċessibbli jiġu ċċirkolati fis-suq intern bl-istess kundizzjonijiet bħall-kopji b'format aċċessibbli li jsiru fl-Unjoni skont id-Direttiva [...].

Emenda      5

Proposta għal regolament

Premessa 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a)  Il-linji gwida jew l-aħjar prattiki tal-gvern fir-rigward tal-provvista ta' formati aċċessibbli għal persuni benefiċjarji skont it-termini tat-Trattat għandhom jiġu elaborati f'konsultazzjoni ma' gruppi rappreżentattivi ta' entitajiet awtorizzati, bħalma huma l-assoċjazzjonijiet u l-konsorzji tal-libreriji, flimkien ma' entitajiet awtorizzati oħra tal-produzzjoni ta' formati aċċessibbli, kif ukoll utenti u detenturi tad-drittijiet.

Emenda      6

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  Kull ipproċessar tad-dejta personali li jsir skont dan ir-Regolament għandu jirrispetta d-drittijiet fundamentali, inkluż id-dritt tar-rispett għall-ħajja privata u l-ħajja tal-familja u d-dritt tal-protezzjoni tad-dejta personali skont l-Artikoli 7 u 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u għandu jsir b'konformità mad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill13, li tirregola l-ipproċessar tad-dejta personali li jistgħu jagħmlu l-entitajiet awtorizzati fil-qafas ta' dan ir-Regolament u bis-superviżjoni tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, b'mod partikolari l-awtoritajiet indipendenti pubbliċi maħturin mill-Istati Membri.

(6)  Kull ipproċessar tad-dejta personali li jsir skont dan ir-Regolament għandu jirrispetta d-drittijiet fundamentali, inkluż id-dritt tar-rispett għall-ħajja privata u l-ħajja tal-familja u d-dritt tal-protezzjoni tad-dejta personali skont l-Artikoli 7 u 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u għandu jsir b'konformità mad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill13 u mar-Regolament (UE) Nru 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill13a, li jirregolaw l-ipproċessar tad-dejta personali li jistgħu jagħmlu l-entitajiet awtorizzati fil-qafas ta' dan ir-Regolament u bis-superviżjoni tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, b'mod partikolari l-awtoritajiet indipendenti pubbliċi maħturin mill-Istati Membri.

__________________

__________________

13 Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/46/KE tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-dejta (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31).

13 Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/46/KE tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-dejta (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31).

 

13a Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

Emenda      7

Proposta għal regolament

Premessa 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a)  Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea tipprojbixxi l-forom kollha ta' diskriminazzjoni, fosthom id-diskriminazzjoni għal raġunijiet ta' diżabilità, u tiddikjara li l-Unjoni tirrikonoxxi u tirrispetta d-dritt tal-persuni b'diżabilità li jibbenefikaw minn miżuri mfassla biex jiżguraw l-indipendenza, l-integrazzjoni soċjali u okkupazzjonali tagħhom, u l-parteċipazzjoni fil-ħajja tal-komunità.

Emenda      8

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Il-UNCPRD, li l-UE hi parti kontraenti għaliha, tiżgura li l-persuni b'diżabbiltà jkollhom dritt għall-aċċess għall-informazzjoni u d-dritt li jieħdu sehem fil-ħajja kulturali, ekonomika u soċjali bħal ħaddieħor. Il-Konvenzjoni teżiġi li l-partijiet għaliha għandhom jieħdu l-miżuri xierqa kollha, skont il-liġi internazzjonali, biex jiżguraw li l-liġijiet li jipproteġu d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali ma jkunux jikkostitwixxu ostaklu diskriminatorju jew mhux raġonevoli għall-aċċess tal-persuni b'diżabbiltà għall-materjali kulturali.

(7)  Il-UNCPRD, li l-UE hi parti kontraenti għaliha u li hija vinkolanti għall-Istati Membri tal-UE, tiżgura li l-persuni b'diżabbiltà jkollhom dritt għall-aċċess għall-informazzjoni u d-dritt li jieħdu sehem fil-ħajja kulturali, ekonomika u soċjali bħal ħaddieħor. Il-Konvenzjoni teżiġi li l-partijiet għaliha għandhom jieħdu l-miżuri xierqa kollha, skont il-liġi internazzjonali, biex jiżguraw li l-liġijiet li jipproteġu d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali ma jkunux jikkostitwixxu ostaklu diskriminatorju jew mhux raġonevoli għall-aċċess tal-persuni b'diżabbiltà għall-materjali kulturali.

Emenda      9

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Għaldaqstant dan ir-Regolament għandu jiġi interpretat u applikat bi qbil ma' dawk id-drittijiet u l-prinċipji.

(8)  Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u fil-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabbiltà ("UNCRPD"). Għaldaqstant dan ir-Regolament għandu jiġi interpretat u applikat bi qbil ma' dawk id-drittijiet u l-prinċipji.

Emenda      10

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 2 – subpunt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da)  irrispettivament minn kwalunkwe diżabbiltà oħra.

Ġustifikazzjoni

It-Trattat ta' Marrakexx iħalli miftuħa l-possibbiltà tal-espansjoni tal-lista ta' benefiċjarji, irrispettivament minn kwalunkwe diżabbiltà oħra. Bl-istess mod, id-Direttiva proposta ssemmi (fil-Premessa 16 u l-Artikolu 7) il-possibilità li jiġu inklużi tipi oħra ta' diżabbiltajiet fis-suq intern, fi stadju aktar tard.

Emenda      11

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  "kopja b'format aċċessibbli" tfisser kopja ta' xogħol jew materjal ieħor f'mod jew għamla alternattiva li lill-persuna benefiċjarja tagħtiha aċċess għax-xogħol jew għall-materjal l-ieħor, inkluż li l-persuna benefiċjarja ikun jista' jkollha aċċess b'mod fattibbli u komdu daqs persuna mingħajr diżabbiltà fil-vista jew xi diżabbiltà msemmija fil-paragrafu 2;

(3)  "kopja b'format aċċessibbli" tfisser kopja ta' xogħol jew materjal ieħor f'mod jew għamla alternattiva li lill-persuna benefiċjarja tagħtiha aċċess għax-xogħol jew għall-materjal l-ieħor, inkluż li l-persuna benefiċjarja ikun jista' jkollha aċċess b'mod fattibbli u komdu daqs persuna mingħajr ebda waħda mid-diżabbiltajiet imsemmija fil-paragrafu 2;

Emenda      12

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  "entità awtorizzata" tfisser organizzazzjoni li tipprovdi edukazzjoni, taħriġ ta' struzzjoni, qari adattiv jew aċċess għall-informazzjoni lill-persuni benefiċjarji mingħajr skop ta' profitt, bħala l-attività ewlenija tagħha jew bħala waħda mill-attivitajiet ewlenin tagħha jew bħala waħda mill-missjonijiet tagħha ta' interess pubbliku.

(4)  "entità awtorizzata" tfisser organizzazzjoni awtorizzata jew rikonoxxuta mill-gvern biex tipprovdi edukazzjoni, taħriġ ta' struzzjoni, qari adattiv jew aċċess għall-informazzjoni lill-persuni benefiċjarji mingħajr skop ta' profitt, bħala l-attività ewlenija tagħha jew bħala waħda mill-attivitajiet ewlenin tagħha jew bħala waħda mill-missjonijiet tagħha ta' interess pubbliku.

Ġustifikazzjoni

Id-definizzjoni ta' "entità awtorizzata" fl-Art. 2 tat-Trattat ta' Marrakexx tirreferi għal entitajiet li huma awtorizzati jew rikonoxxuti mill-gvernijiet. L-introduzzjoni ta' tali dispożizzjoni tiffaċilita l-identifikazzjoni u s-superviżjoni tal-entitajiet awtorizzati.

Emenda      13

Proposta għal regolament

Artikolu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 4a

 

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jinħolqu u jkunu magħmula disponibbli mekkaniżmi għat-trssiq ta' lmenti u għar-rimedji għall-utenti f'każ ta' tilwimiet dwar l-applikazzjoni tal-miżuri msemmija fl-Artikoli 3 u 4.

Ġustifikazzjoni

Ir-Regolament propost ma jsemmi l-ebda mekkaniżmu għall-ilmenti u rimedju li għandu jiġi stabbilit mill-Istati Membri f'każijiet fejn il-benefiċjarji jinżammu milli jużaw l-eċċezzjoni permessa. Il-ħolqien ta' mekkaniżmu bħal dan ikun xieraq ħafna biex jassigura l-applikazzjoni effettiva tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament. Dan huwa konsistenti mal-Art.10(1) tat-Trattat ta' Marrakexx, li jirrikjedi li l-Partijiet Kontraenti jadottaw kwalunkwe miżura meħtieġa sabiex tkun żgurata applikazzjoni effettiva tat-Trattat.

Emenda      14

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Entità awtorizzata stabbilita fi Stat Membru li twettaq l-atti msemmija fl-Artikoli 3 u 4 għandha tiżgura li:

1.  Entità awtorizzata stabbilita fi Stat Membru li twettaq l-atti msemmija fl-Artikoli 3 u 4 għandha tistabbilixxi u ssegwi l-prattiki tagħha biex tiżgura li:

Emenda      15

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Istati Membri għandhom jassistu lill-entitajiet awtorizzati tagħhom biex jagħmlu disponibbli informazzjoni dwar il-prattiki tagħhom imwettqa skont l-Artikoli 3 u 4, kemm permezz tal-kondiviżjoni ta' informazzjoni fost l-entitajiet awtorizzati, kif ukoll billi jagħmlu disponibbli informazzjoni dwar il-politiki u l-prattiki tagħhom, fosthom dawk relatati mal-iskambju transkonfinali ta' kopji f'format aċċessibbli, lill-partijiet interessati u lill-membri tal-pubbliku kif xieraq.

Emenda      16

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-ipproċessar tad-dejta personali li jsir fil-qafas ta' dan ir-Regolament għandu jkun b'konformità mad-Direttiva 95/46/KE.

L-ipproċessar tad-dejta personali li jsir fil-qafas ta' dan ir-Regolament għandu jkun b'konformità mad-Direttivi 95/46/KE u 2002/58/KE, u mar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a.

 

__________________

 

1a Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Dejta). (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

Emenda      17

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sa mhux aktar tard minn [enter three years after the date of application], il-Kummissjoni għandha tagħmel evalwazzjoni ta' dan ir-Regolament u tippreżenta s-sejbiet ewlenin lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, u magħha meta jkun xieraq tippreżenta proposti għal emendi f'dan ir-Regolament.

Sa mhux aktar tard minn [tliet snin wara d-data ta' applikazzjoni], il-Kummissjoni għandha tagħmel evalwazzjoni ta' dan ir-Regolament u tippreżenta s-sejbiet ewlenin lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, u magħha meta jkun xieraq tippreżenta proposti għal emendi f'dan ir-Regolament.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

L-iskambju transfruntier bejn l-Unjoni u l-pajjiżi terzi ta’ kopji b’format aċċessibbli ta’ xogħlijiet jew materjal ieħor protett bid-dritt tal-awtur u bi drittijiet relatati għall-ġid tal-persuni għomja, b’diżabbiltà fil-vista jew li b’xi mod ieħor għandhom diffikultà biex jaqraw materjal stampat

Referenzi

COM(2016)0595 – C8-0380/2016 – 2016/0279(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

6.10.2016

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

PETI

6.10.2016

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Margrete Auken

18.11.2016

Data tal-adozzjoni

24.1.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

18

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marina Albiol Guzmán, Margrete Auken, Beatriz Becerra Basterrechea, Pál Csáky, Rosa Estaràs Ferragut, Eleonora Evi, Peter Jahr, Notis Marias, Julia Pitera, Virginie Rozière, Josep-Maria Terricabras, Jarosław Wałęsa, Cecilia Wikström, Tatjana Ždanoka

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Kostadinka Kuneva, Ángela Vallina, Rainer Wieland

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Edouard Martin

(1)

Il-petizzjoni 0924/2011, imressqa minn Dan Pescod, ta' ċittadinanza Brittanika, f'isem il-European Blind Union (EBU)/Royal National Institute of Blind People (RNIB) (l-Unjoni Ewropea għall-Persuni Għomja/l-Istitut Nazzjonali Rjali għall-Persuni Għomja), dwar l-aċċess għall-kotba u prodotti stampati oħra minn persuni għomja u l-Petizzjoni 964/2011, imressqa minn Michael Kalmar, ta' ċittadinanza Awstrijaka, f'isem l-Assoċjazzjoni Ewropea tad-Dislessija, dwar l-aċċess għall-kotba għal persuni għomja, għal dawk li jbatu minn dislessija jew li għandhom diżabbiltajiet oħra.

(2)

PE 571.387.

(3)

Ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' Frar 2016 dwar ir-ratifika tat-Trattat ta' Marrakexx, abbażi ta' petizzjonijiet riċevuti, b'mod partikolari Petizzjoni 924/2011 (2016/2542(RSP)).


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

L-iskambju transfruntier bejn l-Unjoni u l-pajjiżi terzi ta’ kopji b’format aċċessibbli ta’ xogħlijiet jew materjal ieħor protett bid-dritt tal-awtur u bi drittijiet relatati għall-ġid tal-persuni għomja, b’diżabbiltà fil-vista jew li b’xi mod ieħor għandhom diffikultà biex jaqraw materjal stampat

Referenzi

COM(2016)0595 – C8-0380/2016 – 2016/0279(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

14.9.2016

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

6.10.2016

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

INTA

6.10.2016

EMPL

24.11.2016

CULT

6.10.2016

PETI

6.10.2016

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

INTA

12.10.2016

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Max Andersson

12.10.2016

 

 

 

Eżami fil-kumitat

7.11.2016

28.11.2016

12.1.2017

31.1.2017

Data tal-adozzjoni

23.3.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

22

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Max Andersson, Joëlle Bergeron, Marie-Christine Boutonnet, Jean-Marie Cavada, Kostas Chrysogonos, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Mary Honeyball, Sajjad Karim, Sylvia-Yvonne Kaufmann, António Marinho e Pinto, Jiří Maštálka, Emil Radev, Julia Reda, Pavel Svoboda, Tadeusz Zwiefka

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Isabella Adinolfi, Daniel Buda, Angelika Niebler, Virginie Rozière, Rainer Wieland

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Eugen Freund, Maria Noichl

Data tat-tressiq

29.3.2017


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

22

+

 

PPE

S&D

 

ECR

ALDE

GUE/NGL

Verts/ALE

EFDD

ENF

 

Daniel Buda, Angelika Niebler, Emil Radev, Pavel Svoboda, Rainer Wieland, Tadeusz Zwiefka

Eugen Freund, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Mary Honeyball, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Maria Noichl, Virginie Rozière

Sajjad Karim

Jean-Marie Cavada, António Marinho e Pinto

Kostas Chrysogonos, Jiří Maštálka

Max Andersson, Julia Reda

Isabella Adinolfi, Joëlle Bergeron

Marie-Christine Boutonnet

0

-

 

 

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Avviż legali