Proċedura : 2016/0283(APP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0110/2017

Testi mressqa :

A8-0110/2017

Dibattiti :

PV 04/04/2017 - 15
CRE 04/04/2017 - 15

Votazzjonijiet :

PV 05/04/2017 - 9.9
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2017)0111

RAKKOMANDAZZJONI     ***
PDF 696kWORD 57k
29.3.2017
PE 595.622v03-00 A8-0110/2017

dwar l-abbozz ta' regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) Nru 1311/2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020

(14942/2016 – C8-0103/2017 – 2016/0283(APP))

Kumitat għall-Baġits

Rapporteur: Jan Olbrycht, Isabelle Thomas

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 ANNESS: Abbozz ta' REGOLAMENT TAL-KUNSILL
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-abbozz ta' regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) Nru 1311/2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020

(14942/2016 – C8-0103/2017 – 2016/0283(APP))

(Proċedura leġiżlattiva speċjali – approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) Nru 1311/2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (COM(2016)0604),

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament Nru 1311/2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (14942/2016) u r-rettifika tal-Kunsill (14942/2016 COR2),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill b'konformità mal-Artikolu 312 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u mal-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (C8-0103/2017),

–  wara li kkunsidra l-ftehim fil-prinċipju tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2017 dwar ir-reviżjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali 2014-2020(1),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' Lulju 2016 dwar it-tħejjija tar-reviżjoni postelettorali tal-QFP 2014-2020: L-input tal-Parlament qabel il-proposta tal-Kummissjoni(2),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta' Ottubru 2016 dwar ir-reviżjoni ta' nofs it-terminu tal-QFP 2014-2020(3),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva tiegħu ta' ... dwar l-abbozz ta' regolament(4),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 86, 99(1) u 4 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0110/2017);

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-abbozz ta' regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) Nru 1311/2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 kif stabbilit fl-anness ta' din ir-riżoluzzjoni;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1)

7030/2017 u 7031/2017 COR1.

(2)

Testi adottati, P8_TA(2016)0309.

(3)

Testi adottati, P8_TA(2016)0412.

(4)

Testi adottati, P8_TA(0000)0000.


ANNESS: Abbozz ta' REGOLAMENT TAL-KUNSILL

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE, Euratom) 2016/…

ta' ...

li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) Nru 1311/2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali

għas-snin 2014-2020

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 312 tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew,

Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-parlamenti nazzjonali,

Filwaqt li jaġixxi f'konformità ma' proċedura leġiżlattiva speċjali,

Billi:

(1)  Fl-ewwel snin tal-implimentazzjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali 2014-2020 (QFP) stabbilit bir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013(1) l-istrumenti speċjali ntużaw b'mod estensiv biex jindirizzaw sfidi ġodda li tfaċċaw fil-viċinat Ewropew u li kienu jeħtieġu azzjoni rapida u komprensiva tal-Unjoni sabiex jiġu ttrattati l-implikazzjonijiet umanitarji u ta' sigurtà estensivi tagħhom.

(2)  Iċ-ċirkostanzi li wasslu għal dawk il-miżuri straordinarji u għall-ħtieġa li tittieħed aktar azzjoni jippersistu, kif muri mill-użu li sar, għal darba oħra, fil-baġit għas-sena 2017, ta' marġnijiet u strumenti speċjali, li jnaqqas id-disponibbiltajiet baġitarji biex jiġu ffaċċjati sitwazzjonijiet ta' dan it-tip fil-perjodu li jifdal tal-QFP.

(3)  Sabiex tiġi implimentata flessibbiltà speċifika u massima, u sabiex jiġi żgurat li l-approprjazzjonijiet ta' pagament jkunu suffiċjenti biex l-Unjoni tkun tista' tissodisfa l-obbligi tagħha skont l-Artikolu 323 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-ammonti massimi stabbiliti għall-aġġustament tal-limiti ta' pagament għas-snin 2019-2020 fil-marġni globali għall-pagamenti jeħtieġ li jiżdiedu.

(4)  Sabiex tinżamm biżżejjed kapaċità biex l-Unjoni tirreaġixxi għal ċirkostanzi mhux mistennija b'attenzjoni partikolari fuq l-isfidi l-ġodda, ir-Riżerva ta' Għajnuna f'Emerġenza u l-Istrument ta' Flessibbiltà għandhom jissaħħu, ir-restrizzjonijiet temporali fir-rigward tal-kostituzzjonii tal-marġni globali għall-impenji għandhom jitneħħew u l-kamp ta' applikazzjoni tal-marġni globali għall-impenji għandu jikber.

(5)  Għandha tiġi żgurata wkoll flessibbiltà speċifika u massima billi jiġi previst li ammonti mhux użati mill-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea u l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni jsiru disponibbli għall-Istrument ta' Flessibbiltà.

(6)  Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE, Euratom) Nru 1311/2013 jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1311/2013 huwa emendat kif ġej:

(1)  Fl-Artikolu 3, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"2.  L-istrumenti speċjali previsti fl-Artikoli 9 sa 15 għandhom jiżguraw il-flessibbiltà tal-QFP u għandhom ikunu stabbiliti sabiex jippermettu li l-proċedura baġitarja taħdem bla xkiel. L-approprjazzjonijiet ta' impenn jistgħu jiddaħħlu fil-baġit lil hinn mil-limiti massimi tal-intestaturi rilevanti stabbiliti fil-QFP fejn ikun neċessarju li jintużaw ir-riżorsi mir-Riżerva tal-Għajnuna ta' Emerġenza, mill-Fond tas-Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea, mill-Istrument tal-Flessibbiltà, mill-Fond Ewropew tal-Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, mill-Marġni ta' Kontinġenza, mill-flessibbiltà speċifika biex jiġi indirizzat il-qgħad fost iż-żgħażagħ u biex tissaħħaħ ir-riċerka u l-marġni globali għall-impenji għat-tkabbir u l-impjiegi, b'mod partikolari l-impjiegi taż-żgħażagħ, u għall-migrazzjoni u miżuri ta' sigurtà, f'konformità mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002*, ir-Regolament (KE) Nru 1309/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill**, u l-Ftehim Interistituzzjonali dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni fi kwistjonijiet baġitarji u ġestjoni finanzjarja tajba***.

(2)  Fl-Artikolu 5, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"2.  L-aġġustamenti annwali ma għandhomx jaqbżu l-ammonti massimi li ġejjin (prezzijiet tal-2011) għas-snin 2018-2020 meta mqabbla mal-limitu massimu tal-pagament oriġinali tas-snin rilevanti:

2018 - EUR 7 biljun

2019 - EUR 11-il biljun

2020 - EUR 13-il biljun.".

(3)  Fl-Artikolu 6(1), jiżdied il-punt li ġej:

"(f)  kalkolu tal-ammonti li għandhom ikunu disponibbli għall-Istrument ta' Flessibbiltà skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(1).".

________________

*  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta' Novembru 2002 li jistabbilixxi l-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 311, 14.11.2002, p. 3).

**  Ir-Regolament (UE) Nru 1309/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014-2020) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 855).

***  Il-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1).".

(4)  Fl-Artikolu 9, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

‘2.  L-ammont annwali tar-Riżerva huwa stabbilit għal EUR 300 miljun (prezzijiet tal-2011) u jista' jintuża sas-sena n+1 f'konformità mar-Regolament Finanzjarju. Ir-Riżerva għandha tiddaħħal fil-baġit ġenerali tal-Unjoni bħala proviżjonament. Għandu jintuża l-ewwel il-porzjon tal-ammont annwali li jirriżulta mis-sena preċedenti. Dak il-porzjon tal-ammont annwali mis-sena n li ma jintużax fis-sena n+1 għandu jiskadi.".

(5)  L-Artikolu 11 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 11

Strument ta' Flessibbiltà

1.  Istrument ta' Flessibbiltà hu maħsub biex jippermetti l-finanzjament, għal sena finanzjarja partikolari u sal-ammont indikat, ta' nefqa identifikata b'mod ċar li ma setgħetx tkun iffinanzjata fil-limiti disponibbli għal intestatura waħda jew aktar. Soġġett għat-tieni subparagrafu, għandu jkun hemm limitu massimu ta' EUR 600 miljun (prezzijiet tal-2011) għall-ammont annwali disponibbli għall-Istrument ta' Flessibbiltà.

Kull sena, mill-2017 'il quddiem, l-ammont annwali disponibbli għall-Istrument ta' Flessibbiltà għandu jiżdied:

(a)  b'ammont ekwivalenti għall-porzjon tal-ammont annwali għall-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea li jkun skada fis-sena ta' qabel skont l-Artikolu 10(1);

(b)  b'ammont ekwivalenti għall-porzjon tal-ammont annwali għall-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni li jkun skada fis-sena ta' qabel.

L-ammonti li jsiru disponibbli għall-Istrument ta' Flessibbiltà skont it-tieni subparagrafu għandhom jintużaw skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.  Il-porzjon li ma jintużax tal-ammont annwali tal-Istrument ta' Flessibbiltà jista' jintuża sas-sena n+3. Il-porzjon tal-ammont annwali li jirriżulta mis-snin ta' qabel għandu jintuża l-ewwel, skont iż-żmien. Dak il-porzjon tal-ammont annwali mis-sena n li ma jintużax fis-sena n+3 jiskadi.".

(6)  L-Artikolu 14 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 14

Marġini globali għal impenji għat-tkabbir u l-impjiegi, b'mod partikolari l-impjiegi taż-żgħażagħ, u għall-migrazzjoni u miżuri ta' sigurtà

1.  Il-marġini li għadhom disponibbli taħt il-limitu massimu tal-QFP għal approprjazzjonijiet ta' impenn għandhom jikkostitwixxu Marġni Globali tal-QFP għall-impenji, li għandhom isiru disponibbli barra mil-limiti massimi stabbiliti fil-QFP għas-snin 2016 sa 2020 għal għanijiet ta' politika marbuta mat-tkabbir u l-impjiegi, b'mod partikolari l-impjieg taż-żgħażagħ, u mal-migrazzjoni u s-sigurtà.

2.  Kull sena, bħala parti mill-aġġustament tekniku previst fl-Artikolu 6, il-Kummissjoni għandha tikkalkula l-ammont disponibbli. Il-Marġni Globali tal-QFP jew parti minnu jista' jiġi mobilizzat mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fil-qafas tal-proċedura baġitarja skont l-Artikolu 314 tat-TFUE."

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

  Għall-Kunsill

  Il-President

(1)

  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884).


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Emenda tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1311/2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020

Referenzi

14942/2016 – C8-0103/2017 – COM(2016)06042016/0283(APP)

Data tal-konsultazzjoni / talba għal approvazzjoni

8.3.2017

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

13.3.2017

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Jan Olbrycht

10.10.2016

Isabelle Thomas

10.10.2016

 

 

Data tal-adozzjoni

27.3.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

21

3

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Nedzhmi Ali, Jean Arthuis, Reimer Böge, Lefteris Christoforou, Eider Gardiazabal Rubial, Iris Hoffmann, Bernd Kölmel, Zbigniew Kuźmiuk, Clare Moody, Siegfried Mureşan, Jan Olbrycht, Paul Rübig, Eleftherios Synadinos, Tiemo Wölken, Stanisław Żółtek

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Nicola Caputo, Heidi Hautala, Ivana Maletić, Marco Valli

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Iratxe García Pérez, Ramón Jáuregui Atondo, Arndt Kohn, Luigi Morgano, Inmaculada Rodríguez-Piñero Fernández, Fernando Ruas, Ramón Luis Valcárcel Siso

Data tat-tressiq

29.3.2017


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

21

+

ALDE

Nedzhmi Ali, Jean Arthuis

ECR

Zbigniew Kuźmiuk

PPE

Reimer Böge, Lefteris Christoforou, Ivana Maletić, Siegfried Mureşan, Jan Olbrycht, Fernando Ruas, Paul Rübig, Ramón Luis Valcárcel Siso, Arndt Kohn

S&D

Nicola Caputo, Iratxe García Pérez, Eider Gardiazabal Rubial, Iris Hoffmann, Ramón Jáuregui Atondo, Clare Moody, Luigi Morgano, Inmaculada Rodríguez-Piñero Fernández, Tiemo Wölken

3

-

ENF

Stanisław Żółtek

NI

Eleftherios Synadinos

Verts/ALE

Heidi Hautala

2

0

ECR

Bernd Kölmel

EFDD

Marco Valli

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Avviż legali