Proċedura : 2016/2201(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0113/2017

Testi mressqa :

A8-0113/2017

Dibattiti :

PV 26/04/2017 - 19
CRE 26/04/2017 - 19

Votazzjonijiet :

PV 27/04/2017 - 5.59

Testi adottati :

P8_TA(2017)0190

RAPPORT     
PDF 691kWORD 53k
29.3.2017
PE 593.966v02-00 A8-0113/2017

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta ECSEL għas-sena finanzjarja 2015

(2016/2201(DEC))

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

Rapporteur: Miroslav Poche

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta ECSEL għas-sena finanzjarja 2015

(2016/2201(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta ECSEL għas-sena finanzjarja 2015,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta ECSEL għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta tal-Impriża Konġunta(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2015 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Frar 2017 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2015 (05875/2017 – C8-0091/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 209 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 561/2014 tas-6 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta ECSEL(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 110/2014 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar il-Mudell tar-Regolament Finanzjarju għal korpi ta' sħubija pubblika-privata msemmija fl-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(5),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0113/2017),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta ECSEL għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzjarja 2015;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta ECSEL, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta ECSEL għas-sena finanzjarja 2015

(2016/2201(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta ECSEL għas-sena finanzjarja 2015,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta ECSEL għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta tal-Impriża Konġunta(6),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(7) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2015 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Frar 2017 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2015 (05875/2017 – C8-0091/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(8), u b'mod partikolari l-Artikolu 209 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 561/2014 tas-6 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta ECSEL(9), u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 110/2014 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar il-Mudell tar-Regolament Finanzjarju għal korpi ta' sħubija pubblika-privata msemmija fl-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(10),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0113/2017),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta ECSEL għas-sena finanzjarja 2015;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta ECSEL, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta ECSEL għas-sena finanzjarja 2015

(2016/2201(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta ECSEL għas-sena finanzjarja 2015,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0113/2017),

A.  billi fis-7 ta' Ġunju 2014 l-Impriża Konġunta ECSEL dwar Komponenti u Sistemi Elettroniċi għal Tmexxija Ewropea ("l-Impriża Konġunta) ġiet stabbilita fis-sens tal-Artikolu 187 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea bl-għan li timplimenta l-Inizjattiva Konġunta Teknoloġika dwar Komponenti u Sistemi Elettroniċi għal Tmexxija Ewropea ("ECSEL") għall-perjodu sal-31 ta' Diċembru 2024;

B.  billi s-sħubija pubblika-privata dwar komponenti u sistemi elettroniċi għandha tikkombina l-mezzi finanzjarji u tekniċi li huma essenzjali għall-ħakma tal-kumplessità tal-pass dejjem aktar mgħaġġel tal-innovazzjoni f'dan il-qasam;

C.   billi l-Impriża Konġunta ġiet stabbilita f'Ġunju 2014 biex tissostitwixxi u tieħu post l-impriżi konġunti ENIAC u ARTEMIS bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 561/2014;

D.   billi l-membri tal-Impriża Konġunta huma l-Unjoni, l-Istati Membri u l-pajjiżi assoċjati mal-Orizzont 2020 ("Stati Parteċipanti") fuq bażi volontarja, u assoċjazzjonijiet ta' membri privati ("Membri Privati") li jirrappreżentaw il-kumpaniji kostitwenti tagħhom u organizzazzjonijiet oħra li huma attivi fil-qasam tal-komponenti u s-sistemi elettroniċi fl-Unjoni; billi l-Impriża Konġunta għandha tkun miftuħa għal membri ġodda;

E.   billi fil-valutazzjoni tal-impatt ġenerali tal-Impriża Konġunta, għandhom jiġu kkunsidrati investimenti mill-entitajiet legali kollha li ma jkunux l-Unjoni u l-Istati parteċipanti fl-Impriża Konġunta ECSEL li jikkontribwixxu għall-objettivi tagħha; billi dawk l-investimenti ġenerali mistennija li kumplessivament jammontaw għal mill-anqas EUR 2 340 000 000;

F.  billi l-kontribuzzjonijiet lill-Impriża Konġunta previsti għall-perjodu kollu tal-Orizzont 2020 jammontaw għal EUR 1 184 874 000 mill-Unjoni, EUR 1 170 000 000 mill-Istati Parteċipanti u EUR 1 657 500 000 mill-Membri Privati;

G.   billi t-tranżizzjoni mill-Impriżi Konġunti ENIAC u ARTEMIS għall-Impriża Konġunta għandha tkun allinjata u sinkronizzata mat-tranżizzjoni mis-Seba' Programm Kwadru (FP7) għall-Orizzont 2020 biex jiġi żgurat l-aħjar użu tal-finanzjament disponibbli għar-riċerka;

Is-segwitu għall-kwittanza tal-2014

1.  Jikkonstata li l-Impriża Konġunta ppublikat indikaturi tal-prestazzjoni speċifiċi fir-Rapport ta' Attività Annwali tagħha kif mitlub mill-Orizzont 2020;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

2.  Jikkonstata li l-Qorti tal-Awdituri ("il-Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzjarja 2015 ("ir-rapport tal-Qorti"), sabet li l-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta jippreżentaw b'mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta' Diċembru 2013 kif ukoll ir-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u l-flussi ta' flusha għal tmiem is-sena, skont id-dispożizzjonijiet tar-regoli finanzjarji u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni;

3.  Jikkonstata li l-baġit finali tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzjarja 2015 kien jinkludi approprjazzjonijiet ta' impenn li jammontaw għal EUR 108 500 000 u approprjazzjonijiet ta' pagament li jammontaw għal EUR 168 000 000; jinnota, barra minn hekk, li l-isforzi għall-monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2015 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni baġitarja ta' 100 % u li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 90,95 %;

4.  Jiddispjaċih li l-Qorti, għal darb'oħra ħarġet opinjoni kwalifikata dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali abbażi tal-ftehimiet amministrattivi ffirmati mal-Awtoritajiet ta' Finanzjament Nazzjonali (NFAs) biss fir-rigward ta' awditi ex-post tal-pagamenti għall-proġetti u l-fatt li l-istrateġiji tal-awditjar tal-Impriża Konġunta jagħmlu affidament qawwi fuq l-NFAs;

5.  Jesprimi tħassib li r-rapport tal-Qorti jiddikjara li kien impossibbli għall-Impriża Konġunta biex tikkalkula rata ta' żball ponderata jew rata tal-iżball residwu minħabba l-varjazzjoni sinifikanti fil-metodoloġiji u l-proċeduri użati mill-NFAs u b'hekk il-Qorti ma tistax tikkonkludi jekk l-awditi ex-post kinux qegħdin jiffunzjonaw b'mod effettiv u jekk dan il-kontroll ewlieni pprovdiex assigurazzjoni suffiċjenti dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi għall-proġetti tas-Seba' Programm Kwadru; jirrikonoxxi li din il-kwistjoni għandha rabta mat-tfassil tal-qafas legali tas-Seba' Programm Kwadru u għaldaqstant ma kenitx ikkawżata mill-prestazzjoni tal-Impriża Konġunta;

6.  Jikkonstata li l-Impriża Konġunta wettqet valutazzjoni estensiva tas-sistemi ta' assigurazzjoni nazzjonali u kkonkludiet li r-rapporti tal-awditjar jistgħu jipprovdu protezzjoni raġonevoli tal-interessi finanzjarji tal-membri tagħha; jinnota, barra minn hekk, li bħala reazzjoni għall-posponiment tad-deċiżjoni dwar il-kwittanza fl-2014, l-Impriża Konġunta talbet lill-NFAs biex jipprovdu dikjarazzjonijiet bil-miktub li l-implimentazzjoni tal-proċeduri nazzjonali tagħhom tipprovdi assigurazzjoni raġonevoli dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet; l-awtorità ta' kwittanza kkunsidrat id-dikjarazzjonijiet tal-NFAs matul il-proċess postpost ta' kwittanza u tat il-kwittanza lill-Impriża Konġunta f'Ottubru 2016; jirrikonoxxi li l-Impriża Konġunta, b'segwitu tal-eżempju tajjeb tagħha mis-sena preċedenti, f'Jannar 2017 talbet lill-NFAs jipprovdu dikjarazzjonijiet bil-miktub simili biex tissottomettihom lill-awtorità ta' kwittanza;

7.  Jenfasizza li l-kwistjoni rigward il-varjazzjoni fil-metodoloġiji u l-proċeduri użati mill-NFAs ma għadhiex rilevanti għall-implimentazzjoni tal-proġetti tal-Orizzont 2020;

8.  Jikkonstata li, sal-aħħar tal-2015, il-pagamenti tal-Impriża Konġunta, li kienu ffinanzjati mis-Seba' Programm Kwadru, kienu jammontaw għal EUR 293 000 000 (partikolarment 47 % tal-impenji operattivi);

9.  Jikkonstata li mill-ammont totali tal-kontribuzzjonijiet li jridu jkopru l-spejjeż operattivi u amministrattivi ffinanzjati mill-Unjoni fil-qafas tal-Orizzont 2020, l-Impriża Konġunta wettqet impenji li jammontaw għal EUR 257 500 000 (22 % tal-pakkett totali) u pagamenti li jammontaw għal EUR 56 000 000 (partikolarment 22 % tal-impenji); jikkonstata li l-kontribuzzjonijiet fi flus kontanti li saru mill-Unjoni għall-ispejjeż amministrattivi tal-Impriża Konġunta ammontaw għal EUR 1 400 000;

10.  Jiddispjaċih li mit-28 Stat Parteċipanti li kienu meħtieġa jagħmlu kontribuzzjoni finanzjarja għall-ispejjeż operazzjonali tal-Impriża Konġunta b'mod proporzjonali mal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni kien hemm biss 11-il pagament iddikjarat li jammontaw għal EUR 15 800 000;

11.  Jieħu nota tal-fatt l-Membri Privati kienu mistennija li jagħmlu kontribuzzjonijiet in natura li jammontaw tal-anqas għal EUR 1 657 500 000 u li l-ammont stmat tal-kontribuzzjonijiet in natura tal-Membri Privati għall-2015 kien ta' EUR 58 700 000; jaċċetta f'dan ir-rigward li, fl-2016, il-Kummissjoni ħarġet linji gwida li kienu jippermettu li l-kontribuzzjoni finanzjarja għall-proġetti tiġi deċiża fi tmiem il-proġett, meta l-Membri Privati jkunu jistgħu jikkalkulaw il-kontribuzzjonijiet in natura rispettivi tagħhom; jinnota, barra minn hekk, li, fl-aħħar tal-2015, il-kontribuzzjonijiet fi flus kontanti li saru mill-Membri Privati għall-ispejjeż amministrattivi tal-Impriża Konġunta ammontaw għal EUR 3 600 000;

Kontrolli ewlenin u sistemi superviżorji

12.  Jinnota li ġew stabbiliti mill-Impriża Konġunta proċeduri ta' kontroll ex-ante bbażati fuq rieżamijiet dokumentarji finanzjarji u operattivi; jinnota li dawn il-verifiki huma għodda ewlenija għal valutazzjoni tal-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet u li l-Impriża Konġunta kienet qed tiżviluppa awditi ex-post tal-benefiċjarji tal-fondi tal-programm Orizzont 2020;

Sejħiet għal proposti

13.  Jikkonstata li l-Impriża Konġunta nediet żewġ sejħiet għal proposti li bihom għamlet stedina għal Azzjonijiet ta' Riċerka u Innovazzjoni (RIA) u għal Azzjonijiet ta' Innovazzjoni (IA) u li fl-2015 rċeviet 76 deskrizzjoni ta' proġetti eliġibbli u 62 proposta sħiħa ta' proġetti eliġibbli (meta mqabbel ma' 48 fl-2014); jinnota, barra minn hekk, li, fl-2015, ir-rati ta' suċċess kienu ta' 13 % għall-RIA (meta mqabbel ma' 18 % fl-2014) u 33 % għall-IA (meta mqabbel ma' 43 % fl-2014); jikkonstata li r-rata aktar baxxa ta' suċċess fl-2015 kienet minħabba n-numru ogħla ta' proġetti ppreżentati;

14.  Jikkonstata li l-portafoll tal-proġetti fl-2015 kien jinkludi 25 proġett tal-Impriża Konġunta, li minnhom 13 intgħażlu fl-2015, u 60 proġett preeżistenti (l-Impriżi Konġunti ARTEMIS u ENIAC); jikkonstata, barra minn hekk, li l-parteċipazzjoni ta' impriżi żgħar u ta' daqs medju fis-sejħiet tal-Impriża Konġunta kienet ta' 32 %;

Qafas legali

15.  Jikkonstata li d-deċiżjonijiet ewlenin adottati mill-Bord ta' Tmexxija tal-Impriża Konġunta kienu jinkludu deċiżjonijiet dwar strateġija kontra l-frodi, ir-Regolamenti tal-Persunal u politika komprenisva dwar il-kunflitti ta' interess;

Awditu intern

16.  Jinnota li fl-2015 is-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS) wettaq valutazzjoni tar-riskju tal-Impriża Konġunta u jinsab imħasseb li b'hekk identifika żewġ proċessi amministrattivi "f'oqsma b'impatt għoli/b'riskju għoli" (dawn huma l-ġestjoni tar-riskju tagħha u l-istrateġija tagħha kontra l-frodi) u żewġ proċessi operattivi "f'oqsma b'impatt għoli/b'riskju għoli" (dawn huma l-kontrolli ex-post u l-koordinament/l-implimentazzjoni ta' għodod tas-CSC); jilqa', madankollu, li l-Impriża Konġunta l-isforzi diġà implimentati u l-isforzi kontinwi biex jittaffew dawn ir-riskji;

Strateġija kontra l-frodi

17.  Jikkonstata li r-rapport tal-Qorti jiddikjara li r-Regoli Finanzjarji tal-Impriża Konġunta jistipulaw li l-baġit tal-Impriża Konġunta għandu jiġi implimentat b'konformità ma' standards ta' kontroll intern effettivi u effiċjenti, inklużi l-prevenzjoni, id-detezzjoni, il-korrezzjoni u s-segwitu ta' frodi u irregolaritajiet;

18.  Jinnota li fl-2016, l-Impriża Konġunta impenjat ruħha li tkompli twettaq azzjonijiet għat-titjib tal-ambjent ta' kontroll intern, kif stabbilit fl-istrateġija interna ta' prevenzjoni kontra l-frodi;

19.  Jirrikonoxxi li l-Bord ta' Tmexxija tal-Impriża Konġunta approva, f'Mejju 2016, il-verżjoni aġġornata tal-Istrateġija Komuni Kontra l-Frodi fil-qasam tar-Riċerka, u abbażi ta' din l-istrateġija adotta pjan ta' implimentazzjoni kontra l-frodi fl-2016; jikkonstata, barra minn hekk, li l-Impriża Konġunta aġġornat l-istrateġija ta' kontroll ex post tagħha f'Diċembru 2016;

20.  Jikkonstata li r-rapport tal-Qorti jiddikjara li l-proċeduri ta' kontroll intern, li taw assigurazzjoni raġonevoli tal-prevenzjoni ta' frodi u ta' irregolaritajiet (inklużi verifiki ex ante fuq il-pagamenti, il-politika dwar il-kunflitt ta' interess, awditi ex-post tal-benefiċjarji tal-għotjiet), diġà kienu fis-seħħ fl-Impriża Konġunta;

Oħrajn

21.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura l-involviment dirett tal-Impriża Konġunta fil-proċess ta' rieżami ta' nofs il-perjodu tal-Orizzont 2020 fil-qasam ta' aktar simplifikazzjoni u armonizzazzjoni tal-proċeduri b'rabta mal-impriżi konġunti.

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

23.3.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

19

4

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Inés Ayala Sender, Dennis de Jong, Tamás Deutsch, Ingeborg Gräßle, Jean-François Jalkh, Bogusław Liberadzki, Notis Marias, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Claudia Schmidt, Bart Staes, Hannu Takkula, Indrek Tarand, Derek Vaughan, Tomáš Zdechovský, Joachim Zeller

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Karin Kadenbach, Younous Omarjee, Julia Pitera, Miroslav Poche

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Ignazio Corrao, Raymond Finch, Ildikó Gáll-Pelcz, Lieve Wierinck

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

19

+

ALDE

GUE/NGL

PPE

S&D

VERTS/ALE

Hannu Takkula, Lieve Wierinck

Younous Omarjee, Dennis de Jong

Tamás Deutsch, Ingeborg Gräßle, Ildikó Gáll-Pelcz, Julia Pitera, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Claudia Schmidt, Tomáš Zdechovský, Joachim Zeller

Inés Ayala Sender, Karin Kadenbach, Bogusław Liberadzki, Miroslav Poche, Derek Vaughan

Bart Staes, Indrek Tarand

4

-

ECR

EFDD

ENF

Notis Marias

Ignazio Corrao, Raymond Finch

Jean-François Jalkh

0

0

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

(1)

ĠU C 473, 16.12.2016, p. 24.

(2)

ĠU C 473, 16.12.2016, p. 25.

(3)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1

(4)

ĠU L 169, 7.6.2014, p. 152

(5)

ĠU L 38, 7.2.2014, p. 2

(6)

ĠU C 473, 16.12.2016, p. 24.

(7)

ĠU C 473, 16.12.2016, p. 25.

(8)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1

(9)

ĠU L 169, 7.6.2014, p. 152

(10)

ĠU L 38, 7.2.2014, p. 2

Avviż legali