Proċedura : 2016/2176(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0115/2017

Testi mressqa :

A8-0115/2017

Dibattiti :

PV 26/04/2017 - 19
CRE 26/04/2017 - 19

Votazzjonijiet :

PV 27/04/2017 - 5.44
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2017)0175

RAPPORT     
PDF 690kWORD 59k
29.3.2017
PE 593.869v02-00 A8-0115/2017

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2015

(2016/2176(DEC))

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

Rapporteur: Inés Ayala Sender

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2015

(2016/2176(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2015,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2015 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Frar 2017 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2015 (05873/2017 – C8-0062/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 526/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 460/2004(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 21 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0115/2017),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2015;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2015

(2016/2176(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2015,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija(6),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(7) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2015 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Frar 2017 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2015 (05873/2017 – C8-0062/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(8), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 526/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 460/2004(9), u b'mod partikolari l-Artikolu 21 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(10), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0115/2017),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2015;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-direttur eżekuttiv tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2015

(2016/2176(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2015,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0115/2017),

A.  billi, skont ir-rapporti finanzjarji tagħha, il-baġit finali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (l-"Aġenzija") għas-sena finanzjarja 2015 kien ta' EUR 10 064 274, li jfisser żieda ta' 3,37 % meta mqabbel mal-2014,

B.  billi l-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2015 ammontat għal EUR 9 155 661, li jirrappreżenta żieda ta' 3,8 % meta mqabbel mal-2014,

C.  billi l-Qorti tal-Awdituri (il-"Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2015 (ir-"rapport tal-Qorti"), stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari,

D.  billi, fil-kuntest tal-proċedura ta' kwittanza, l-awtorità ta' kwittanza tisħaq fuq l-importanza partikolari li tissaħħaħ ulterjorment il-leġittimità demokratika tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni permezz ta' titjib fit-trasparenza u l-obbligu ta' rendikont, permezz tal-implimentazzjoni tal-kunċett ta' bbaġitjar abbażi tal-prestazzjoni u governanza tajba tar-riżorsi umani,

Segwitu 2014

1.  Jirrikonoxxi l-fatt li l-Aġenzija:

−  se tinkludi kapitolu standard dwar it-trasparenza, ir-responsabbiltà u l-integrità fir-rapport annwali tagħha tal-2016;

−  bħala segwitu għall-kwittanzi 2013 u 2014, għadha tagħmel ħlasijiet tal-kera għall-uffiċċji f'Ateni mill-awtoritajiet Griegi b'dewmien konsiderevoli, li jwassal għal dewmien fil-pagamenti lis-sidien il-kera f'Ateni u f'Heraklion;

2.  Jirrikonoxxi l-fatt li l-Aġenzija għamlet sforzi sinifikanti kontinwi biex tikkopera mal-awtoritajiet Griegi sabiex tirrimedja s-sitwazzjoni, peress li fil-preżent, ebda soluzzjoni oħra ma tidher possibbli, u l-Kummissjoni, l-Aġenzija u l-awtoritajiet Griegi għanhdom isibu soluzzjoni għal din il-kwistjoni sabiex jitnaqqsu b'mod sinifikanti r-riskji li l-Aġenzija hija esposta għalihom;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

3.  Jinnota li l-isforzi ta' monitoraġġ tal-baġit matul is-sena finanzjarja 2015 irriżultaw f'rata eċċezzjonali ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 100 % u li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 92,89 %, li tirrappreżenta żieda ta' 7,28 % meta mqabbla mal-2014;

Impenji u riporti

4.  Jinnota li r-riporti tal-approprjazzjonijiet impenjati għat-Titolu II (nefqa amministrattiva) kienu jammontaw għal EUR 150 000 (22 %), li huwa aktar baxx apparagun ta' EUR 600 000 (49 %) fl-2014; jinnota, barra minn hekk, li dawn ir-riporti kienu prinċipalment relatati ma' investimenti fl-infrastruttura tal-IT li ġew ordnati kif ippjanat fi tmiem l-2015; jirrimarka li r-rata globali ta' approprjazzjonijiet riportati naqset minn 15 % fl-2014 għal 7 % fl-2015;

5.  Jinnota li r-riporti jistgħu sikwit ikunu ġustifikati, parzjalment jew għalkollox, min-natura pluriennali tal-programmi operattivi tal-aġenziji u ma jindikawx neċessarjament dgħufijiet fl-ippjanar u fl-implimentazzjoni tal-baġit, u lanqas ma jmorru dejjem kontra l-prinċipju baġitarju tal-annwalità, b'mod partikolari jekk ikunu ppjanati min qabel mill-Aġenzija u kkomunikati lill-Qorti;

Proċeduri ta' akkwist u ta' reklutaġġ

6.  Jinnota li, fl-aħħar tal-2015, l-Aġenzija impjegat 69 membru tal-persunal; jinnota, barra minn hekk, li 4 membri tal-persunal telqu l-Aġenzija matul l-2015 u li hija rreklutat 17-il membru ġdid tal-persunal;

7.  Jinnota li l-Aġenzija ssibha diffiċli li tirrekluta, tattira u żżomm persunal ikkwalifikat b'mod xieraq, prinċipalment minħabba t-tipi ta' karigi li qegħdin jiġu offruti (aġenti kuntrattwali) u l-fattur koeffiċjenti baxx li japplika għal salarji għall-impjegati tal-Aġenzija fil-Greċja; jistieden lill-Aġenzija u lill-Kummissjoni biex jirrapportaw lura lill-awtorità ta' kwittanza dwar is-soluzzjonijiet possibbli għall-problema;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u trasparenza

8.  Jinnota li l-Aġenzija beħsiebha tadotta r-regoli interni dwar il-whistleblowing fl-ewwel kwart tal-2017; jistieden lill-Aġenzija tadotta politika interna dwar il-whistleblowing li trawwem kultura ta' trasparenza u responsabilità fuq il-post tax-xogħol, biex b'mod regolari tinforma u tħarreġ l-impjegati dwar id-dmirijiet u d-drittijiet tagħhom, biex tiżgura l-protezzjoni tal-informatur minn ritaljazzjoni, biex issegwi s-sustanza tat-twissijiet tal-informaturi f'waqthom u biex tistabbilixxi mezz għal rappurtar intern anonimu; jappella lill-Aġenzija biex tippubblika rapporti annwali dwar l-għadd ta' każijiet ta' whistleblowing u s-segwitu riċevut u biex tirrapportahom lill-awtorità ta' kwittanza; jitlob lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza meta r-regoli interni dwar il-whistleblowing huma stabbiliti u implimentati;

9.  Jinnota bi preokkupazzjoni li s-CVs u d-dikjarazzjonijiet ta' interess tal-membri tal-bord tat-tmexxija tal-Aġenzija u tal-bord eżekuttiv tagħha ma jiġux ippubblikati fuq is-sit web tagħha, ħlief għas-CV tal-president tal-bord tat-tmexxija; jinnota bi tħassib li l-Aġenzija ma pprevediet l-ebda arranġamenti għall-verifika jew l-aġġornament tad-dikjarazzjonijiet ta' interessi; jistieden lill-Aġenzija tirmedja s-sitwazzjoni u tippubblika dawn id-dokumenti kemm jista' jkun malajr sabiex tiżgura s-sorveljanza u l-iskrutinju pubbliku meħtieġa tat-tmexxija tagħha; jistieden lill-Aġenzija tiżgura li dawk id-dikjarazzjonijiet ta' interess huma vverifikati u aġġornati regolarment;

10.  Jinnota bi tħassib li l-Aġenzija ma pprevediet l-ebda inizjattiva speċifika għat-titjib tat-trasparenza fil-kuntatti tagħha mal-lobbyists u mal-partijiet ikkonċernati; jistieden lill-Aġenzija tadotta politika proattiva ta' trasparenza fil-lobbying;

Awditjar intern

11.  Jinnota li l-Aġenzija kellha rakkomandazzjoni miftuħa waħda mis-servizz tal-awditajr intern (IAS) tal-Kummissjoni li ngħalqet f'Jannar 2015; jinnota, barra minn hekk, li l-IAS kellu jwettaq valutazzjoni tar-riskju għall-Aġenzija fl-2016; jistenna b'interess ir-rapport annwali tal-Aġenzija għall-2016 u aktar informazzjoni dwar il-valutazzjoni tar-riskji li tkun saret;

Kontroll intern

12.  Jinnota li skont l-Aġenzija, il-kontroll estensiv ex post għas-sena finanzjarja 2014, skont l-istandard ta' kontroll intern (ICS) Nru 8 "proċessi u proċeduri", irriżulta f'għadd ta' rakkomandazzjonijiet, li kollha kienu indirizzati fl-2015; jirrikonoxxi, barra minn hekk, li 174 tranżazzjoni finanzjarja li jirrappreżentaw 70,99 % tal-baġit tal-Aġenzija għall-2014 kienu kkontrollati, li jirriżulta f'rakkomandazzjoni waħda maħruġa rigward l-ittardjar fil-pagamenti; jirrikonoxxi li d-dewmien ma ġġenerax xi imgħax li jrid jitħallas;

Kummenti oħra

13.  Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, il-preambolu tar-Regolament (UE) Nru 526/2013 jiddikjara li l-persunal primarjament involut fl-amministrazzjoni għandu jkun ibbażat f'Heraklion; jirrikonoxxi l-fatt li, skont il-ġurisprudenza stabbilita, l-Aġenzija ma qisitx il-preambolu tar-Regolament (UE) Nru 526/2013 bħala fattur restrittiv fir-rilokazzjoni;

14.  Jirrikonoxxi l-fatt li l-Aġenzija, fil-komunikazzjoni tagħha mal-awtoritajiet lokali u l-Kummissjoni, kompliet tenfasizza l-vantaġġi tar-rilokazzjoni tal-Aġenzija lejn l-uffiċċju uniku f'Ateni; jinnota, barra minn hekk, li l-ispiża stmata dwar ir-rilokazzjoni tal-14-il membru tal-persunal li baqgħu f'Heraklion kif ukoll tal-għamara kollha hija ta' madwar EUR 360 000; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Griegi, lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija biex isibu soluzzjoni għall-kwistjoni taż-żewġ siti tal-Aġenzija malajr kemm jista' jkun sabiex jiġi żgurat użu aktar effiċjenti tal-fondi tal-Unjoni;

15.  Jinnota li, fl-2015, 68 membru tal-persunal ipparteċipaw f'away day li swiet EUR 9 585 (EUR 141 kull persuna);

°

°  °

16.  Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu ta' [xx xxxx 2017](11) [dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji].).

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

22.3.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

23

5

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Inés Ayala Sender, Dennis de Jong, Tamás Deutsch, Martina Dlabajová, Luke Ming Flanagan, Ingeborg Gräßle, Cătălin Sorin Ivan, Jean-François Jalkh, Bogusław Liberadzki, Monica Macovei, Notis Marias, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Bart Staes, Hannu Takkula, Derek Vaughan, Joachim Zeller

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Richard Ashworth, Gerben-Jan Gerbrandy, Benedek Jávor, Karin Kadenbach, Julia Pitera, Patricija Šulin

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Raymond Finch, Jens Geier, Piernicola Pedicini, Janusz Zemke

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

23

+

ALDE

ECR

GUE/NGL

PPE

S&D

VERTS/ALE

Martina Dlabajová, Gerben-Jan Gerbrandy, Hannu Takkula

Monica Macovei

Luke Ming Flanagan, Dennis de Jong

Tamás Deutsch, Ingeborg Gräßle, Julia Pitera, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Joachim Zeller, Patricija Šulin

Inés Ayala Sender, Jens Geier, Cătălin Sorin Ivan, Karin Kadenbach, Bogusław Liberadzki, Derek Vaughan, Janusz Zemke

Benedek Jávor, Bart Staes

5

-

ECR

EFDD

ENF

Richard Ashworth, Notis Marias

Raymond Finch, Piernicola Pedicini

Jean-François Jalkh

0

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

(1)

ĠU C 449, 1.12.2016, p. 138.

(2)

ĠU C 449, 1.12.2016, p. 138.

(3)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)

ĠU L 165, 18.6.2013, p. 41.

(5)

ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.

(6)

ĠU C 449, 1.12.2016, p. 138.

(7)

ĠU C 449, 1.12.2016, p. 138.

(8)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(9)

ĠU L 165, 18.6.2013, p. 41.

(10)

ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.

(11)

Testi adottati ta' dik id-data, P[8_TA(-PROV)(2017)0000].

Avviż legali