Proċedura : 2017/2051(INI)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0117/2017

Testi mressqa :

A8-0117/2017

Dibattiti :

PV 04/04/2017 - 15
CRE 04/04/2017 - 15

Votazzjonijiet :

PV 05/04/2017 - 9.10
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2017)0112

RAPPORT     
PDF 618kWORD 52k
29.3.2017
PE 602.787v01-00 A8-0117/2017

li fih mozzjoni għal riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva dwar l-abbozz ta' regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) Nru 1311/2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020

(14942/2016 – C8-0103/2017 – 2016/0283(APP) – 2017/2051(INI))

Kumitat għall-Baġits

Rapporteur: Jan Olbrycht, Isabelle Thomas

EMENDI
MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI MHUX LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 ANNESS: DIKJARAZZJONIJIET
 INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI MHUX LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-abbozz ta' regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) Nru 1311/2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) Nru 1311/2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (COM(2016)0604),

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament Nru 1311/2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (14942/2016) u r-rettifika tal-Kunsill (14942/2016 COR2),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill b'konformità mal-Artikolu 312 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u mal-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (C8-0103/2017),

–  wara li kkunsidra l-ftehim fil-prinċipju tal-Kunsill tas-7 ta' Marzu 2017 dwar ir-reviżjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali 2014-2020(1),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' Lulju 2016 dwar it-tħejjija tar-reviżjoni postelettorali tal-QFP 2014-2020: L-input tal-Parlament qabel il-proposta tal-Kummissjoni(2),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta' Ottubru 2016 dwar ir-reviżjoni ta' nofs it-terminu tal-QFP 2014-2020(3),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva tiegħu ta' xx ta' April 2017 dwar l-abbozz ta' regolament,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–   wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0117/2017),

1.  Japprova d-dikjarazzjonijiet konġunti tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill mehmuża ma' din ir-riżoluzzjoni;

2.  Japprova d-dikjarazzjoni tiegħu annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

3.  Jieħu nota tad-dikjarazzjonijiet unilaterali tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

(1)

7030/2017 u 7031/2017 COR1.

(2)

Testi adottati, P8_TA(2016)0309.

(3)

Testi adottati, P8_TA(2016)0412.


ANNESS: DIKJARAZZJONIJIET

Dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rinforzi ("top-ups") għall-bqija tal-perjodu tal-QFP

Fil-kuntest tal-analiżi/reviżjoni ta' nofs it-terminu tal-QFP, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ftehmu dwar it-"top-ups" kif proposti mill-Kummissjoni għall-ammonti indikati fit-tabella ta' hawn taħt, li għandhom jiġu implimentati fis-snin 2017 sa 2020(1) fil-qafas tal-proċedura baġitarja annwali, mingħajr preġudizzju għall-prerogattivi tal-awtorità baġitarja:

 

Approprjazzjonijiet ta' impenn (f'miljuni ta' EUR)

Intestatura 1a

 

Orizzont 2020

200

Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa - Trasport

300

Erasmus+

100

COSME

100

Wifi4EU*

25

FEIS*

150

Total Intestatura 1a

875

 

 

Intestatura 1b (Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ)

1200**

 

 

Intestatura 3

2549

 

 

Intestatura 4*

1385

 

 

Total Intestaturi 1a, 1b, 3, 4

6009

* Dan ma jippreġudikax l-eżitu tad-diskussjonijiet li għaddejjin dwar l-abbozz ta' proposti leġiżlattivi fl-Intestatura 1a u l-Intestatura 4.

** Mifruxa fuq erba' snin (2017-2020).

Fil-proċedura baġitarja annwali ser jiġu identifikati riallokazzjonijiet ta' ammont totali ta' EUR 945 miljun, li minnhom EUR 875 miljun fl-Intestatura 1a u EUR 70 miljun fl-Intestatura 4.

Dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-evitar tal-akkumulu ta' ammont eċċessiv ta' kontijiet mhux imħallsa

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jappellaw lill-Kummissjoni tkompli bi skrutinju mill-qrib tal-implimentazzjoni tal-programmi tal-2014-2020 sabiex tiġi żgurata progressjoni ordnata tal-approprjazzjonijiet ta' pagament konsistenti mal-approprjazzjonijiet ta' impenn awtorizzati. Għal dak l-għan, jistiednu lill-Kummissjoni biex fil-mument opportun tippreżenta, matul il-bqija tal-perjodu tal-QFP attwali, ċifri aġġornati fir-rigward tal-istat attwali u stimi rigward l-approprjazzjonijiet ta' pagament. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ser jieħdu kwalunkwe deċiżjoni meħtieġa fi żmien debitu għal ħtiġijiet ġustifikati kif mistħoqq li tipprevjeni l-akkumulu ta' ammont eċċessiv ta' kontijiet mhux imħallsa u li tiżgura li t-talbiet għall-ħlas jiġu rimborżati kif mistħoqq.

Dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-pagamenti għal Strumenti speċjali

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill qablu li jadattaw il-proposta għall-emenda tad-Deċiżjoni (UE) 2015/435 b'mod li ma jippreġudika bl-ebda mod in-natura tal-pagamenti għal strumenti speċjali oħra b'mod ġenerali.

Dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar evalwazzjoni indipendenti tar-riżultati tal-objettiv ta' tnaqqis progressiv tal-persunal b'5 % bejn l-2013 u l-2017

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jipproponu li titwettaq evalwazzjoni indipendenti tar-riżultati tal-objettiv ta' tnaqqis progressiv tal-persunal b'5 % bejn l-2013 u l-2017, li tkopri l-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji kollha kif miftiehem fil-FII tal-2013 dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba. Abbażi tal-konklużjoni tal-evalwazzjoni, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistiednu lill-Kummissjoni tippreżenta proposta ta' segwitu adatta.

Dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew dwar id-dikjarazzjonijiet konġunti marbuta mar-reviżjoni ta' nofs it-terminu tal-QFP

Il-Parlament Ewropew ifakkar li l-erba' dikjarazzjonijiet konġunti li jakkumpanjaw ir-regolament rivedut tal-QFP huma ta' natura politika mingħajr ebda implikazzjoni legali.

Fir-rigward tad-dikjarazzjoni konġunta dwar ir-rinforzi ("top-ups") u riallokazzjonijiet għal programmi tal-Unjoni, huwa mfakkar li t-Trattati jipprovdu l-possibilità li l-awtorità baġitarja tiddetermina l-livell u l-kontenut tal-baġit tal-Unjoni permezz tal-proċedura baġitarja annwali. Il-Parlament Ewropew jenfasizza li, bħala fergħa ugwali tal-awtorità baġitarja, se jeżerċita bis-sħiħ il-prerogattivi tiegħu, li ma huma se jiġu kompromessi minn ebda dikjarazzjoni politika. Il-bżonn li jiġu rrispettati l-prerogattivi tal-awtorità baġitarja huwa rifless ukoll b'mod ċar fit-test tad-dikjarazzjoni konġunta.

Il-Parlament Ewropew jifhem, għalhekk, li l-ammonti indikati f'din id-dikjarazzjoni konġunta jirrappreżentaw ammonti ta' referenza li għandhom jiġu eżaminati fil-kuntest tal-proċedura baġitarja annwali, b'kont meħud taċ-ċirkostanzi konkreti ta' kull baġit annwali. Rigward, b'mod partikolari, ir-riallokazzjonijiet proposti fl-Intestaturi 1A u 4, il-Parlament Ewropew biħsiebu jeżamina kwalunkwe proposta tal-Kummissjoni fuq bażi ta' każ b'każ, sabiex jiżgura li ma jkun hemm ebda tnaqqis minn programmi ewlenin tal-Unjoni, speċjalment jekk iwasslu għat-tkabbir u l-impjiegi jew jirreaġixxu għal bżonnijiet attwali urġenti u juru rata għolja ta' implimentazzjoni.

Huwa evidenti li kwalunkwe ammonti indikati fid-dikjarazzjoni konġunta li jirrigwardaw proposti leġiżlattivi li għadhom ma ġewx adottati, ma jippreġudikaw bl-ebda mod l-eżitu ta' dawn in-negozjati leġiżlattivi.

Dikjarazzjoni tal-Kunsill dwar il-pagamenti għal Strumenti Speċjali

Il-Kunsill jipproponi li jinżamm l-istatus quo u li, fil-kuntest ta' din l-analiżi/reviżjoni, ma tiġix stabbilita regola ġenerali u globali fir-rigward tat-trattament tal-pagamenti għal strumenti speċjali oħra. Skont l-opinjoni tas-Servizz Legali tal-Kunsill, ser tibqa' l-prerogattiva tal-Awtorità tal-Baġit li tiddeċiedi skont il-każ, fir-rigward ta' mobilizzazzjoni speċifika inkwistjoni, jekk il-pagamenti korrispondenti kollha, jew uħud minnhom, għandhomx jingħaddu lil hinn mil-limiti massimi tal-QFP jew le.

Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tisħiħ tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ u miżuri addizzjonali biex jgħinu biex jiġu indirizzati l-kriżi tal-migrazzjoni u kwistjonijiet ta' sigurtà

Jekk ix-xejra ta' tnaqqis fil-qgħad fost iż-żgħażagħ osservata mill-2013 terġa' tmur għall-agħar, għandha tiġi kkunsidrata żieda fil-finanzjament għall-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ lil hinn mill-ammont ta' EUR 1.2 biljun miftiehem fil-qafas tal-analiżi/reviżjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) għall-2014-2020 billi jintużaw il-marġni disponibbli skont il-Marġni Globali għall-Impenji f'konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament dwar il-QFP. Għal dak l-iskop, il-Kummissjoni ser tirrapporta regolarment dwar ix-xejriet statistiċi osservati u tippreżenta Abbozz ta' Baġit Emendatorju jekk ikun xieraq.

Mingħajr preġudizzju għal dan ta' hawn fuq, għandhom jiġu kkunsidrati marġni oħrajn disponibbli, bħala kwistjoni ta' prijorità, għal investiment fiż-żgħażagħ madwar l-Ewropa u għal miżuri biex jgħinu biex jiġu indirizzati d-dimensjoni interna u dik esterna tal-kriżi tal-migrazzjoni u kwistjonijiet ta' sigurtà jekk ikun hemm ħtiġijiet ġodda li mhumiex koperti mill-finanzjament eżistenti jew miftiehem. Il-Kummissjoni ser tagħmel proposti għal dak l-għan jekk ikun xieraq filwaqt li tqis il-ħtieġa li jinżammu biżżejjed marġni għal avvenimenti mhux mistennija u l-implimentazzjoni bla xkiel ta' programmi diġà maqbula.

(1)

Parti mit-"top-ups" ġenerali diġà ġew miftiehma fil-kuntest tal-proċedura baġitarja tal-2017. B'hekk, il-baġit tal-2017 jinkludi EUR 200 miljun fl-Intestatura 1a u EUR 725 miljun fl-Intestatura 4. Barra minn hekk, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill qablu li jipprovdu EUR 500 miljun fl-Intestatura 1b għall-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ fl-2017 li għandha tiġi ffinanzjata mill-Marġni globali għall-impenji u li ser tiġi implimentata permezz ta' baġit emendatorju fl-2017. Fl-aħħar nett, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill stiednu wkoll lill-Kummissjoni titlob l-approprjazzjonijiet meħtieġa f'baġit emendatorju fl-2017 sabiex jiġi pprovdut il-finanzjament tal-EFSD mill-baġit tal-UE malli tiġi adottata l-bażi ġuridika.


INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

27.3.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

21

3

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Nedzhmi Ali, Jean Arthuis, Reimer Böge, Lefteris Christoforou, Eider Gardiazabal Rubial, Iris Hoffmann, Bernd Kölmel, Zbigniew Kuźmiuk, Clare Moody, Siegfried Mureşan, Jan Olbrycht, Paul Rübig, Eleftherios Synadinos, Tiemo Wölken, Stanisław Żółtek

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Nicola Caputo, Heidi Hautala, Ivana Maletić, Marco Valli

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Iratxe García Pérez, Ramón Jáuregui Atondo, Arndt Kohn, Luigi Morgano, Inmaculada Rodríguez-Piñero Fernández, Fernando Ruas, Ramón Luis Valcárcel Siso


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

21

+

ALDE

Nedzhmi Ali, Jean Arthuis

ECR

Zbigniew Kuźmiuk

PPE

Reimer Böge, Lefteris Christoforou, Ivana Maletić, Siegfried Mureşan, Jan Olbrycht, Fernando Ruas, Paul Rübig, Ramón Luis Valcárcel Siso, Arndt Kohn

S&D

Nicola Caputo, Iratxe García Pérez, Eider Gardiazabal Rubial, Iris Hoffmann, Ramón Jáuregui Atondo, Clare Moody, Luigi Morgano, Inmaculada Rodríguez-Piñero Fernández, Tiemo Wölken

3

-

ENF

Stanisław Żółtek

NI

Eleftherios Synadinos

Verts/ALE

Heidi Hautala

2

0

ECR

Bernd Kölmel

EFDD

Marco Valli

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Avviż legali - Politika tal-privatezza