Proċedura : 2016/2171(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0118/2017

Testi mressqa :

A8-0118/2017

Dibattiti :

PV 26/04/2017 - 19
CRE 26/04/2017 - 19

Votazzjonijiet :

PV 27/04/2017 - 5.47

Testi adottati :

P8_TA(2017)0178

RAPPORT     
PDF 705kWORD 61k
30.3.2017
PE 593.874v01-00 A8-0118/2017

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2015

(2016/2168(DEC))

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

Rapporteur: Inés Ayala Sender

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2015

(2016/2171(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2015,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta tal-Fondazzjoni(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2015 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Frar 2017 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Fondazzjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2015 (05873/2017 – C8-0057/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1339/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 17 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A8-0118/2017),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni għas-sena finanzjarja 2015;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2015

(2016/2171(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2015,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta tal-Fondazzjoni(6),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(7) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2015 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Frar 2017 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Fondazzjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2015 (05873/2017 – C8-0057/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(8), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1339/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ(9), u b'mod partikolari l-Artikolu 17 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(10), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A8-0118/2017),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2015;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2015

(2016/2171(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2015,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A8-0118/2017),

A.  billi, skont ir-rapporti finanzjarji tagħha, il-baġit finali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ ("il-Fondazzjoni") għas-sena finanzjarja 2015 kien jammonta għal EUR 20 153 042, somma li tirrappreżenta tnaqqis ta' 0,02 % meta mqabbla mal-2014; billi l-baġit kollu tal-Fondazzjoni huwa derivat mill-baġit tal-Unjoni,

B.  billi l-Qorti tal-Awdituri (il-"Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni għas-sena finanzjarja 2014 (ir-"rapport tal-Qorti"), stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

C.  billi, fil-kuntest tal-proċedura ta' kwittanza, l-awtorità ta' kwittanza tisħaq fuq l-importanza partikolari li l-leġittimità demokratika tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni tissaħħaħ ulterjorment permezz ta' titjib fit-trasparenza u l-obbligu ta' rendikont, permezz tal-implimentazzjoni tal-kunċett ta' bbaġitjar abbażi tal-prestazzjoni u governanza tajba tar-riżorsi umani,

Segwitu għall-kwittanza 2014

1.  Jinnota bi tħassib li, skont ir-rapport tal-Qorti, kumment magħmul fir-rapport 2013 tal-Qorti dwar fondi li jammontaw għal EUR 7,5 miljun depożitati f'bank wieħed bi klassifikazzjoni tal-kreditu baxxa u li l-azzjoni korrettiva għalih kienet immarkata bħala "Għadha għaddejja" fir-rapport 2014 tal-Qorti għadu mmarkat bħala kumment li l-azzjoni korrettiva għalih "Għadha għaddejja"; jirrikonoxxi, madankollu, li l-fondi miżmuma f'dak il-bank tnaqqsu għal EUR 1,8 miljun fl-2015; jinnota, barra minn hekk, li, minħabba kwistjonijiet bankarji speċifiċi, il-Fondazzjoni hija obbligata żżomm bank Taljan;

2.  Jinnota mir-rapport tal-Qorti li ttieħdet azzjoni korrettiva fir-rigward ta' kumment fir-rapport 2014 tal-Qorti u issa hija mmarkata bħala "Ikkompletata";

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

3.  Jinnota li l-isforzi ta' monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2014 irriżultaw f'rata għolja ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 99,89 %, rata li tindika li l-impenji saru f'waqthom, u f'rata għolja ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament ta' 96,04 %;

Impenji u riporti

4.  Jinnota li r-riporti kumplessivi tal-Fondazzjoni fit-Titoli I u II naqsu għal 3,3 % meta mqabbla ma' 6,4 % fl-2014; jinnota li r-riporti kienu jammontaw għal EUR 180 398 (1,4 %) għat-Titolu I (nefqa għall-persunal); jinnota, barra minn hekk, li r-riporti kienu jammontaw għal EUR 316 442 (16,1 %) għat-Titolu II (nefqa amministrattiva), somma li tfisser tnaqqis konsiderevoli ta' 20,1 % meta mqabbla mas-sena preċedenti; jinnota li r-riporti għat-Titolu III (nefqa operattiva) żdiedu b'4 % għal 36,4 %, prinċipalment minħabba żieda fl-attivitajiet ippjanati fit-tieni nofs tal-2015 u l-effetti ta' trasferiment ta' fondi għat-Titolu III f'Diċembru 2015, li sar sabiex jiġi massimizzat l-appoġġ tal-Fondazzjoni għall-attivitajiet operattivi;

5.  Jirrimarka li r-riporti ħafna drabi jistgħu jkunu parzjalment jew għalkollox ġustifikati min-natura pluriennali tal-programmi operattivi tal-aġenziji, li ma jindikawx neċessarjament dgħufijiet fl-ippjanar u fl-implimentazzjoni tal-baġit, u li mhux dejjem imorru kontra l-prinċipju baġitarju tal-annwalità, b'mod partikolari jekk ikunu ppjanati minn qabel mill-Fondazzjoni u kkomunikati lill-Qorti;

Trasferimenti

6.  Jinnota li l-Fondazzjoni għamlet disa' trasferimenti baġitarji fl-2015, wieħed aktar mill-2014, filwaqt li kompliet tosserva r-rakkomandazzjonijiet li rċeviet mill-Qorti; jirrikonoxxi li ż-żieda fl-ammont ta' approprjazzjonijiet ta' pagament trasferiti hija marbuta mar-ristrutturar tal-baġit imwettaq fl-2015, u kienet meħtieġa biex ikunu jistgħu jitħallsu l-attivatijiet tas-sena preċedenti, li għalihom il-linji baġitarji ma tkomplewx; jirrikonoxxi, barra minn hekk, li l-livell u n-natura tat-trasferimenti fl-2014 baqgħu fi ħdan il-limiti tar-regoli finanzjarji tal-Fondazzjoni;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u t-trasparenza

7.  Jinnota li l-Fondazzjoni ma ġabritx jew ma ppubblikatx id-dikjarazzjonijiet ta' kunflitti ta' interessi tal-membri kollha tal-Bord tat-Tmexxija tagħha; jinnota li m'hemm l-ebda mekkaniżmu li jobbliga lill-membri jipprovdu tali dikjarazzjonijiet; jinnota li saħansitra wħud mid-dikjarazzjonijiet u s-CVs disponibbli fuq is-sit web tal-Fondazzjoni huma aċċessibbli biss b'password; jappella biex il-Fondazzjoni tadotta linji gwida stretti għal politika koerenti dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess għall-membri tal-Bord tat-Tmexxija u tadotta u timplimenta politika ċara dwar il-kunflitti ta' interess, f'konformità mal-Pjan Direzzjonali dwar is-segwitu għall-Approċċ Komuni dwar l-aġenziji deċentralizzati tal-UE; jappella biex il-Fondazzjoni tippubblika tali dokumenti kollha kemm huma, f'konformità ma' dawk il-linji gwida, u tħalli l-pubbliku jkollu l-ħarsa ġenerali neċessarja dwar il-maniġment superjuri tagħha; jilqa' l-fatt li d-dikjarazzjonijiet kollha ta' kunflitti ta' interess tal-persunal rilevanti tal-Fondazzjoni nġabru;

8.  Jinnota mill-Fondazzjoni li preżentazzjoni ta' sensibilizzazzjoni dwar il-frodi u l-kunflitti ta' interess għall-persunal kollu kienet ippjanata għal tmiem l-2016; jinnota, barra minn hekk, li l-membri tal-bord ta' selezzjoni jiffirmaw dikjarazzjoni ta' kunflitti ta' interess mal-wasla tal-lista ta' applikanti; jirrikonoxxi li l-membri kollha ġodda tal-persunal jattendu preżentazzjoni dwar l-etika u l-integrità, inklużi l-kunflitti ta' interessi u l-frodi;

Awditu intern

9.  Jinnota li, skont il-pjan ta' awditjar, is-Servizz ta' Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni ma wettaqx awditu matul l-2015; jinnota li, fi tmiem l-2015, il-Fondazzjoni kellha rakkomandazzjoni waħda miftuħa tal-awditjar rigward "il-ħatra formali ta' bords ta' selezzjoni fil-proċeduri ta' akkwist"; jirrikonoxxi li l-IAS baxxa r-rakkomandazzjoni minn "importanti ħafna" għal "importanti" f'Settembru 2015, u li r-rakkomandazzjoni se tingħalaq formalment permezz ta' ttestjar fuq il-post mill-IAS matul iż-żjara li jmiss tiegħu lill-Fondazzjoni;

10.  Jirrikonoxxi li l-Fondazzjoni kkummissjonat tliet awditi ex post permezz tal-kuntratti qafas interistituzzjonali tal-Kummissjoni għall-awditjar; jinnota, barra minn hekk, li r-riżultati tal-awditi kienu ġeneralment pożittivi, għalkemm l-awditu dwar il-prestazzjoni u s-sistema u l-awditu dwar "prattiki tal-ETF fit-tħaddim tal-Qafas tagħha għall-Ġestjoni tal-Prestazzjoni u l-Pjan tagħha għall-Pjan ta' Titjib" identifikaw punti fejn hemm lok għal titjib; jirrikonoxxi mill-Fondazzjoni li implimentat minnufih azzjonijiet sabiex ittaffi l-problemi identifikati;

Kummenti oħra

11.  Jirrikonoxxi u jilqa' l-kontribut kontinwu tal-Fondazzjoni għall-immodernizzar tas-sistemi tal-edukazzjoni u tat-taħriġ u għat-tisħiħ tal-kapital uman tal-pajjiżi sħab, inkluż l-appoġġ mogħti lid-djalogu dwar il-migrazzjoni tal-Unjoni u lis-Sħubijiet għall-Mobbiltà mal-pajjiżi tal-viċinat; jinnota l-inventarju tal-Fondazzjoni dwar il-miżuri ta' appoġġ lill-migranti mill-perspettiva tal-impjieg u l-ħiliet (MISMES) kif ukoll ir-rakkomandazzjonijiet tagħha dwar il-ħiliet u l-migrazzjoni; jilqa' l-kollaborazzjoni bejn il-Fondazzjoni u l-pajjiżi sħab sabiex janalizzaw il-fenomenu tan-"NEETs" (Żgħażagħ Barra mill-Edukazzjoni, Impjieg jew Taħriġ);

12.  Jinnota li r-riorganizzazzjoni interna tal-Fondazzjoni daħlet fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2015 u jittama li l-organizzazzjoni interna mibdula se tgħin lill-Fondazzjoni tikseb riżultati aħjar;

13.  Ifaħħar ir-rata għolja ta' kisba ta' 96 % tal-Fondazzjoni fir-rigward tal-mira stabbilita fil-programm ta' ħidma tagħha;

14.  Jilqa' b'sodisfazzjon kbir il-konformità sħiħa tal-Fondazzjoni mar-Regolamenti tal-Persunal tal-UE tal-2004;

15.  Jinnota l-isforzi li saru mill-Fondazzjoni biex tiżgura s-sigurtà tal-assi tagħha u jittama li dan il-proċess se jitlesta fil-futur qrib;

°

°  °

16.  Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu ta' [xx xxxx 2017](11) [dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji].).

31.1.2017

OPINJONI tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2015

(2016/2171(DEC))

Rapporteur għal opinjoni: Marian Harkin

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jesprimi s-sodisfazzjon tiegħu li l-Qorti tal-Awdituri ddikjarat li t-tranżazzjonijiet sottostanti tal-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni għas-sena finanzjarja 2015 kienu skont il-liġi u regolari u li l-pożizzjoni finanzjarja tagħha sal-31 ta' Diċembru 2015 hija rappreżentata b'mod ġust;

2.  Jirrikonoxxi u jilqa' l-kontribut kontinwu tal-Fondazzjoni għall-immodernizzar tas-sistemi edukattivi u tat-taħriġ u għat-tisħiħ tal-kapital uman tal-pajjiżi sħab, inkluż l-appoġġ mogħti lid-djalogu dwar il-migrazzjoni tal-Unjoni u lis-Sħubijiet għall-Mobilità mal-pajjiżi tal-viċinat; jinnota l-inventarju tal-Fondazzjoni dwar il-miżuri ta' appoġġ lill-migranti mill-perspettiva tal-impjieg u l-ħiliet (MISMES) kif ukoll ir-rakkomandazzjonijiet tagħha dwar il-ħiliet u l-migrazzjoni; jilqa' l-kollaborazzjoni bejn il-Fondazzjoni u l-pajjiżi sħab sabiex janalizzaw il-fenomenu tan-NEET (Żgħażagħ Barra mill-Edukazzjoni, Impjieg jew Taħriġ);

3.  Jieħu nota tal-fatt li r-riorganizzazzjoni interna tal-Fondazzjoni daħlet fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2015 u jittama li l-organizzazzjoni interna mibdula se tgħin lill-Fondazzjoni tikseb riżultati aħjar;

4.  Ifaħħar ir-rata għolja ta' kisba ta' 96 % tal-Fondazzjoni fir-rigward tal-mira stipulata fil-programm ta' ħidma tagħha;

5.  Jilqa' b'sodisfazzjon kbir l-konformità sħiħa tal-Fondazzjoni mar-Regolamenti tal-Persunal tal-UE tal-2004;

6.  Jinnota l-isforzi li saru mill-Fondazzjoni biex tiżgura s-sigurtà tal-assi tagħha u jittama li dan il-proċess se jitlesta fil-futur qrib;

7.  Jinnota l-livell għoli ta' approprjazzjonijiet impenjati għat-Titolu II (36,2 %) riportati għall-2015, li huwa prinċipalment attribwit għal xiri ppjanat li sar fi tmiem l-2014..

8.  Jieħu nota tal-fatt li fl-2015 il-Fondazzjoni kienet għadha qed taħdem fuq azzjonijiet korrettivi bi tweġiba għall-kumment magħmul mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri u l-Parlament Ewropew fejn ġie enfasizzat li, sa tmiem l-2013, il-Fondazzjoni kellha EUR 7,5 miljun f'kontijiet f'bank wieħed bi klassifikazzjoni tal-kreditu baxxa (F3, BBB).

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

25.1.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

46

3

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Laura Agea, Brando Benifei, Vilija Blinkevičiūtė, Enrique Calvet Chambon, Ole Christensen, Martina Dlabajová, Lampros Fountoulis, Arne Gericke, Marian Harkin, Czesław Hoc, Agnes Jongerius, Rina Ronja Kari, Jan Keller, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Jean Lambert, Jérôme Lavrilleux, Patrick Le Hyaric, Jeroen Lenaers, Verónica Lope Fontagné, Javi López, Thomas Mann, Dominique Martin, Joëlle Mélin, Elisabeth Morin-Chartier, João Pimenta Lopes, Georgi Pirinski, Terry Reintke, Sofia Ribeiro, Robert Rochefort, Claude Rolin, Anne Sander, Sven Schulze, Siôn Simon, Jutta Steinruck, Romana Tomc, Yana Toom, Ulrike Trebesius, Marita Ulvskog, Renate Weber, Jana Žitňanská

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Georges Bach, Heinz K. Becker, Lynn Boylan, Dieter-Lebrecht Koch, Paloma López Bermejo, Edouard Martin, Evelyn Regner, Csaba Sógor, Helga Stevens, Flavio Zanonato

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Marco Valli

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI

FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

22.3.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

23

4

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Inés Ayala Sender, Dennis de Jong, Tamás Deutsch, Martina Dlabajová, Luke Ming Flanagan, Cătălin Sorin Ivan, Bogusław Liberadzki, Monica Macovei, Notis Marias, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Bart Staes, Hannu Takkula, Derek Vaughan, Joachim Zeller

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Richard Ashworth, Gerben-Jan Gerbrandy, Benedek Jávor, Karin Kadenbach, Julia Pitera, Patricija Šulin

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Raymond Finch, Jens Geier, Susanne Melior, Piernicola Pedicini, Janusz Zemke

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

23

+

ALDE

ECR

GUE/NGL

PPE

S&D

VERTS/ALE

Martina Dlabajová, Gerben-Jan Gerbrandy, Hannu Takkula

Monica Macovei

Luke Ming Flanagan, Dennis de Jong

Tamás Deutsch, Julia Pitera, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Joachim Zeller, Patricija Šulin

Inés Ayala Sender, Jens Geier, Cătălin Sorin Ivan, Karin Kadenbach, Bogusław Liberadzki, Susanne Melior, Derek Vaughan, Janusz Zemke

Benedek Jávor, Bart Staes

4

-

ECR

EFDD

Richard Ashworth, Notis Marias

Raymond Finch, Piernicola Pedicini

0

0

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

(1)

ĠU C 449, 1.12.2016, p. 168.

(2)

ĠU C 449, 1.12.2016, p. 168.

(3)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)

ĠU L 354, 31.12.2008, p. 82.

(5)

ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.

(6)

ĠU C 449, 1.12.2016, p. 168.

(7)

ĠU C 449, 1.12.2016, p. 168.

(8)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(9)

ĠU L 354, 31.12.2008, p. 82.

(10)

ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.

(11)

Testi adottati ta' din id-data, P[8_TA(-PROV)(2017)0000].

Avviż legali