Proċedura : 2016/0221(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0120/2017

Testi mressqa :

A8-0120/2017

Dibattiti :

PV 13/09/2017 - 18
CRE 13/09/2017 - 18

Votazzjonijiet :

PV 14/09/2017 - 8.10

Testi adottati :

P8_TA(2017)0356

RAPPORT     ***I
PDF 834kWORD 78k
30.3.2017
PE 595.680v01-00 A8-0120/2017

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 345/2013 dwar fondi Ewropej ta' kapital ta' riskju u r-Regolament (UE) Nru 346/2013 dwar il-fondi ta' intraprenditorija soċjali Ewropej

(COM(2016)0461 – C8-0320/2016 – 2016/0221(COD))

Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

Rapporteur: Sirpa Pietikäinen

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 345/2013 dwar fondi Ewropej ta' kapital ta' riskju u r-Regolament (UE) Nru 346/2013 dwar il-fondi ta' intraprenditorija soċjali Ewropej

(COM(2016)0461 – C8-0320/2016 – 2016/0221(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2016)0461),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema Artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0320/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-14 ta' Diċembru 2016(1),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0120/2017),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

EMENDI TAL-PARLAMENT EWROPEW(2)*

għall-proposta tal-Kummissjoni

---------------------------------------------------------

2016/0221 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 345/2013 dwar fondi Ewropej ta' kapital ta' riskju u r-Regolament (UE) Nru 346/2013 dwar il-fondi ta' intraprenditorija soċjali Ewropej

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew,(3)

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(4),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja(5),

Billi:

(1)  Ir-Regolament (UE) Nru 345/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6) u r-Regolament (UE) Nru 346/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7) jistabbilixxu rekwiżiti uniformi u kundizzjonijiet għal maniġers ta' impriżi ta' investiment kollettiv li jixtiequ jużaw fl-Unjoni d-denominazzjonijiet "EuVECA" jew "EuSEF" għall-kummerċjalizzazzjoni ta' fondi ta' kapital ta' riskju kwalifikanti u fondi ta' intraprenditorija soċjali kwalifikanti. Ir-Regolament (UE) Nru 345/2013 u r-Regolament (UE) Nru 346/2013 għandhom regoli li jmexxu, b'mod partikolari, l-investiment kwalifikanti, l-impriża ta' portafoll kwalifikanti u l-investituri eliġibbli. Skont ir-Regolament (UE) Nru 345/2013 u r-Regolament (UE) Nru 346/2013, huma biss il-maniġers b'assi mmaniġġjati li b'kollox ma jaqbżux il-livell limitu msemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(8) li jikkwalifikaw għall-użu tat-tikketti "EuVECA" u "EuSEF" rispettivament.

(2)  Il-Komunikazzjoni dwar il-Pjan ta' Investiment għall-Ewropa tas-16 ta' Novembru 2014(9) tipprovdi strateġija komprensiva biex jiġi indirizzat in-nuqqas ta' finanzjament li qed iżomm lura l-potenzjal tal-Ewropa li tikber u tipprovdi impjiegi għaċ-ċittadini tagħha. Hija timmira li tikseb investiment privat billi tuża finanzjament pubbliku u billi ttejjeb il-qafas ġuridiku għall-ambjent tal-investiment.

(3)  Il-Komunikazzjoni dwar l-Unjoni tas-Swieq Kapitali tat-30 ta' Settembru 2015(10) hija element importanti tal-Pjan ta' Investiment. Hija timmira li tnaqqas il-frammentazzjoni fis-swieq finanzjarji u żżid il-provvista ta' kapital għal negozji, minn ġewwa u minn barra l-Unjoni, permezz tat-twaqqif ta' suq kapitali uniku ġenwin. Il-Komunikazzjoni tispeċifika li r-Regolament (UE) Nru 345/2013 u r-Regolament (UE) Nru 346/2013 jeħtieġ li jiġu emendati biex jiġi żgurat li l-oqfsa jistgħu jappoġġaw bl-aħjar mod l-investiment fl-SMEs.

(4)  Is-suq tal-fondi ta' kapital ta' riskju kwalifikanti u l-fondi ta' intraprenditorija soċjali kwalifikanti jenħtieġ li jinfetħu biex iżidu l-effetti fuq skala, jitnaqqsu l-kostijiet ta' tranżazzjoni u operazzjonali, itejbu l-kompetizzjoni u jsaħħu l-għażla tal-investitur. L-estensjoni tal-bażi ta' maniġers prospettivi tikkontribwixxi għall-ftuħ ta' dak is-suq. Dan huwa mistenni jkun ta' benefiċċju għal impriżi li jfittxu investimenti billi jagħtihom aċċess għal finanzjament minn firxa akbar u aktar varjata ta' sorsi ta' investiment ta' riskji. Il-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 345/2013 u r-Regolament (UE) Nru 346/2013 jenħtieġ, għalhekk, li jiġu estiżi billi jinfetaħ l-użu tat-tikketti "EuVECA" u "EuSEF" għal maniġers ta' impriżi ta' investiment kollettiv awtorizzati skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2011/61/UE.

(5)  Sabiex jinżamm livell għoli ta' protezzjoni tal-investituri, dawk il-maniġers jenħtieġ li jibqgħu soġġetti għar-rekwiżiti tad-Direttiva 2011/61/UE filwaqt li jkunu konformi ma' ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 345/2013 jew ir-Regolament (UE) Nru 346/2013, jiġifieri d-dispożizzjonijiet rigward investimenti eliġibbli, investituri fil-mira u rekwiżiti tal-informazzjoni.

(5a)  Limitu ta' EUR 100 000 bħala livell minimu tad-dħul għal investituri mhux professjonali jinżamm għall-investiment fil-fondi EuVECA. Minħabba n-natura fit-tul u mhux likwida tagħhom, il-fondi ta' kapital ta' riskju mhumiex direttament adatti għall-investituri fil-livell tal-konsumatur għajr dawk deskritti fl-Artikolu 6 ta' dan ir-Regolament, anki fil-każ fejn ir-regoli ta' protezzjoni tal-investitur ikunu msaħħa. Madankollu, fil-kuntest tar-rieżami li jmiss tar-Regolament (UE) Nru 345/2013, il-Kummissjoni jenħtieġ li tinvestiga jekk ikunx ta' benefiċċju li tinħoloq opzjoni volontarja addizzjonali għall-investituri fil-livell tal-konsumatur permezz tal-użu ta' fond ta' alimentazzjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 345/2013 għal dawk il-fondi EuVECA li jixtiequ jkabbru l-bażi tal-investituri tagħhom. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tinvestiga wkoll jekk it-tnaqqis tal-livell limitu relattivament għoli jistax ikun ta' benefiċċju, speċjalment peress li jista' jitqies bħala ostakolu potenzjali għal aktar investiment f'tali fondi, u jekk jistax ikun xieraq li t-tikketta tal-intraprenditorija soċjali tiġi estiża għal ċerti entitajiet tal-mikrofinanzjament u tal-finanzjament kollettiv b'impatt soċjali għoli. Għalkemm il-kapital ta' riskju jibqa' forma ferm riskjuża ta' investiment, jenħtieġ li jitfakkar li forom ta' investiment mhux regolati b'riskju simili qed ikunu disponibbli b'mod aktar frekwenti għall-konsumaturi. Tali forom ta' investiment, pereżempju l-finanzjament kollettiv, attwalment jaqgħu barra mill-ispazju regolat filwaqt li r-reġim tal-EuVECA huwa regolat u ssorveljat.

(5b)  Għall-fondi EuSEF, il-limitu ta' EUR 100 000 jenħtieġ li, fi kwalunkwe każ, jitbaxxa għal EUR 50 000. Dan iżid l-aċċess għall-finanzjament b'mod partikolari għall-kumpaniji iżgħar u soċjalment impenjati li huma inqas bankabbli minħabba l-fatt li dawn jerġgħu jinvestu l-profitti tagħhom fil-proġetti tagħhom u għaldaqstant ma jissodisfawx ir-redditu minimu meħtieġ għar-rekwiżiti tal-kapital tal-banek. Dan jippermetti wkoll li jitwessa' l-ispettru ta' possibbiltajiet ta' investiment għall-investituri mhux professjonali u jippermetti lil tali investituri jappoġġjaw kumpaniji b'impatt soċjali pożittiv.

(6)  Sabiex jiġi żgurat li l-awtoritajiet kompetenti jkunu jafu dwar kull użu ġdid tat-tikketti "EuVECA" u "EuSEF", il-maniġers ta' impriżi ta' investiment kollettiv awtorizzati skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2011/61/UE jenħtieġ li jirreġistraw kull fond ta' kapital ta' riskju kwalifikanti jew fond ta' intraprenditorija soċjali kwalifkanti li huma biħsiebhom jiġġestixxu u jikkumerċjalizzaw. Dan huwa mistenni jiżgura li dawk il-maniġers ikunu jistgħu jżommu l-mudelli ta' negozju tagħhom billi jkunu jistgħu jiġġestixxu impriżi ta' investiment kollettiv stabbiliti fi Stati Membri oħra filwaqt li titwessa' l-firxa ta' prodotti li joffru.

(7)  Il-firxa ta' impriżi eliġibbli li l-fondi ta' kapital ta' riskju kwalifikanti jistgħu jinvestu fihom jenħtieġ li tiġi estiża biex tkompli tiżdied il-provvista ta' kapital għan-negozji. Id-definizzjoni ta' impriżi ta' portafoll kwalifikanti jenħtieġ li tinkludi, għalhekk, kumpaniji sa 499 impjegat (midcaps żgħar) u impriżi żgħar u ta' daqs medju elenkati fis-swieq tat-tkabbir tal-SMEs. L-għażliet ta' investiment ġodda jenħtieġ li jippermettu wkoll li entitajiet tal-fażi tat-tkabbir li diġà għandhom aċċess għal sorsi oħra ta' finanzjament, bħal swieq tat-tkabbir tal-SMEs, jirċievu kapital minn fondi ta' kapital ta' riskju kwalifikanti li min-naħa tagħhom huma mistennijin jikkontribwixxu għall-iżvilupp tas-swieq tat-tkabbir tal-SMEs.

(7a)  Sabiex il-qafas ikun aktar attraenti u sabiex tiżdied aktar il-provvista tal-kapital lin-negozji soċjali, il-firxa ta' impriżi eliġibbli li l-fondi ta' intraprenditorija soċjali kwalifikanti jistgħu jinvestu fihom jenħtieġ li tiġi estiża billi titwessa' d-definizzjoni ta' impatt soċjali pożittiv. Il-lingwaġġ attwali dettaljat dwar l-impatt soċjali pożittiv skont id-definizzjoni ta' impriża ta' portafoll kwalifikanti huwa diffiċli biex jiġi kkwantifikat u, bħala riżultat, huwa diffiċli biex jiġi interpretat, applikat jew issorveljat kemm mill-fondi kif ukoll mir-regolaturi. Barra minn hekk, id-diskrepanza bejn dak li jikkostitwixxi impatt soċjali pożittiv f'kuntesti differenti tal-Unjoni tkompli tikkomplika x-xenarju regolatorju tal-fondi ta' intraprenditorija soċjali u pereżempju tagħmel il-parteċipazzjoni ta' investituri istituzzjonali f'fondi EuSEF aktar diffiċli.

(8)  Il-fondi tal-kapital ta' riskju kwalifikanti jenħtieġ li jiġu permessi jipparteċipaw fuq perjodu itwal ta' żmien ukoll fis-sellum ta' finanzjament għal SMEs mhux elenkati, midcaps żgħar mhux elenkati u SMEs elenkati fis-swieq tat-tkabbir tal-SMEs, biex ikomplu jtejbu l-potenzjal tagħhom li jagħmlu redditi minn kumpaniji b'ħafna tkabbir. Għalhekk, jenħtieġ li jiġu permessi investimenti ta' segwitu wara l-ewwel investiment.

(9)  Il-proċeduri ta' reġistrazzjoni jenħtieġ li jkunu sempliċi u kosteffikaċi. Għalhekk, ir-reġistrazzjoni ta' maniġer skont ir-Regolament (UE) Nru 345/2013 u r-Regolament (UE) Nru 346/2013 jenħtieġ li sservi l-iskop tar-reġistrazzjoni msemmi fid-Direttiva 2011/61/UE. Id-deċiżjonijiet u n-nuqqasijiet ta' reġistrazzjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 345/2013 jew ir-Regolament (UE) Nru 346/2013 jenħtieġ li, meta jkun xieraq, jiġu soġġetti għal rieżami ġuridiku.

(10)  It-tariffi u spejjeż oħra imposti fuq il-maniġers ta' fondi ta' kapital ta' riskju kwalifikanti minn Stati Membri ospitanti jikkontribwixxu għal diverġenza regolatorja u jistgħu xi kultant jirrappreżentaw ostakoli sinifikanti għall-attivitajiet transfruntiera. Tali tariffi jimpedixxu l-fluss liberu tal-kapital bejn il-fruntieri tal-Unjoni, u b'hekk jimminaw il-prinċipji tas-suq intern. Għalhekk huwa meħtieġ li jiġi enfasizzat u ċċarat li l-projbizzjoni għall-Istat Membru ospitanti li jimponi rekwiżiti jew proċeduri amministrattivi fir-rigward tal-kummerċjalizzazzjoni ta' fondi ta' kapital ta' riskju kwalifikanti u fondi ta' intraprenditorija soċjali kwalifikanti fit-territorju tiegħu tinkludi l-projbizzjoni li jiġu imposti tariffi u spejjeż oħra fuq il-maniġers ta' dawk il-fondi, sakemm ma tridx titwettaq xi ħidma superviżorja.

(10a)  L-oqfsa ġuridiċi u superviżorji jenħtieġ li jkollhom rwol fundamentali fl-evitar tat-teħid ta' riskji eċċessivi u l-instabbiltà fis-swieq finanzjarji u li jiffaċilitaw l-operazzjonijiet transfruntiera f'unjoni tas-swieq kapitali Ewropej aktar imsaħħa; għalhekk, hija meħtieġa superviżjoni mifruxa madwar l-Unjoni li tkun b'saħħitha u li tkun tinkludi strumenti makroprudenzjali adegwati. Fid-dawl tar-rieżami ta' nofs it-terminu 2017 tal-programm CMU, il-konverġenza superviżorja jenħtieġ li titjieb fl-Unjoni abbażi tal-esperjenza tas-settur bankarju bil-qafas SSM.

(11)  F'konformità mar-Regolament (UE) Nru 345/2013 u r-Regolament (UE) Nru 346/2013, ▌il-maniġers ta' fondi ta' kapital ta' riskju kwalifikanti u l-fondi ta' intraprenditorija soċjali kwalifikanti, li mhumiex awtorizzati f'konformità mad-Direttiva 2011/61/UE, għandhom l-obbligu li jkollhom biżżejjed fondi proprji fi kwalunkwe ħin. Sabiex jiġi żviluppat trattament tal-kapital xieraq u proporzjonat għall-maniġers ta' fondi ta' kapital ta' riskju kwalifikanti u għall-maniġers ta' fondi ta' intraprenditorija soċjali kwalifikanti, il-livell tar-rekwiżiti ta' fondi proprji fil-kuntest ta' dawk iż-żewġ strutturi ta' fondi jenħtieġ li jkun konsiderevolment aktar baxx u anqas kumpless mill-ammonti stabbiliti fl-Artikolu 9 tad-Direttiva 2011/61/UE biex jitqiesu l-ispeċifiċitajiet, in-natura u d-daqs żgħir ta' dawn il-fondi, u biex jiġi rrispettat il-prinċipju tal-proporzjonalità. Sabiex ikun hemm fehim konsistenti ta' dawk ir-rekwiżiti għal dawk il-maniġers fl-Unjoni, l-applikazzjoni ta' rekwiżiti minimi ta' kapital u fondi proprji tenħtieġ li tkun prevista f'dan ir-regolament.

(12)  Peress li dan ir-Regolament jibda l-użu tat-tikketti "EuVECA" u "EuSEF" għal maniġers ta' impriżi ta' investiment kollettiv awtorizzati skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2011/61/UE, id-database ċentrali, miżmum mill-ESMA f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 345/2013 u r-Regolament (UE) Nru 346/2013, jenħtieġ li jinkludi wkoll informazzjoni rigward il-fondi ta' kapital ta' riskju kwalifikanti u fondi ta' intraprenditorija soċjali kwalifikanti li huma mmaniġġjati u kkumerċjalizzati minn dawk il-maniġers.

(12a)  L-adegwatezza tad-definizzjoni ta' kummerċjalizzazzjoni u d-diskrepanzi fl-interpretazzjoni ta' dik id-definizzjoni mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti ġew identifikati bħala wieħed mill-ostakoli sinifikanti għall-investimenti transfruntiera bħala parti mill-ħidma tal-Kummissjoni fuq l-Unjoni tas-Swieq Kapitali. Sabiex tiġi ffaċilitata l-kummerċjalizzazzjoni transfruntiera effiċjenti ta' fondi kwalifikanti ta' kapital ta' riskju u ta' intraprenditorija soċjali, u sabiex jitqiesu l-ispeċifiċitajiet tal-fondi EuVECA u EuSEF u l-proċess tal-ġbir ta' fondi kapitali tagħhom, iċ-ċirkolazzjoni ta' abbozz ta' dokumentazzjoni dwar fond li ma jinkludix id-dokumenti tas-sottoskrizzjoni, fi żmien meta l-ebda sottoskrizzjoni ma tkun possibbli, jenħtieġ li ma titqiesx bħala kummerċjalizzazzjoni. Jenħtieġ li l-kummerċjalizzazzjoni titqies li tkun bdiet biss f'dak il-punt li fih id-dokumenti legali finali relatati mal-fond ma jkunux aktar negozjabbli.

(12b)  B'mod parallel mar-rieżami skont l-Artikolu 69 tad-Direttiva 2011/61/UE, il-Kummissjoni jenħtieġ li tanalizza jekk l-introduzzjoni ta' passaport maniġerjali għal maniġers ta' fondi ta' kapital ta' riskju kwalifikanti u fondi ta' intraprenditorija soċjali kwalifikanti hijiex xierqa u jekk id-definizzjoni ta' kummerċjalizzazzjoni għal kapital ta' riskju hijiex adatta. Abbażi ta' dak ir-rieżami, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, akkumpanjat, jekk ikun xieraq, minn proposta leġiżlattiva.

(13)  Peress li l-objettivi ta' dan ir-Regolament, jiġifieri li jkompli jissaħħaħ is-suq intern għal fondi ta' kapital ta' riskju kwalifikanti u fondi ta' intraprenditorija soċjali kwalifikanti billi jissaħħaħ l-użu tat-tikketti "EuVECA" u "EuSEF", ma jistgħux jinkisbu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri, u jistgħu għalhekk, minħabba l-iskala jew l-effetti tiegħu, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, konformi mal-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkisbu l-objettivi f'konformità mal-Artikolu 5(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

(13a)  Dan ir-Regolament jenħtieġ li jkun mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tar-regoli tal-għajnuna mill-istat lill-fondi ta' kapital ta' riskju kwalifikanti. Tali fondi jistgħu jservu bħala vetturi għall-għajnuna mill-istat biex jippromwovu l-investimenti ta' kapital ta' riskju f'SMEs permezz, pereżempju, ta' trattament aktar favorevoli ta' investituri privati milli tal-Istat, dment li tali għajnuna tkun kompatibbli mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat u b'mod partikolari mal-Artikolu 21 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 tas-17 ta' Ġunju 2014.

(14)  Ir-Regolament (UE) Nru 345/2013 u r-Regolament (UE) Nru 346/2013 għandhom jiġu emendati skont dan,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) Nru 345/2013 huwa emendat kif ġej:

(1)  Fl-Artikolu 2, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“2.  L-Artikoli 5 u 6, il-punti (c) u (i) tal-Artikolu 13(1) u l-Artikolu 14a ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw għal maniġers ta' impriżi ta' investiment kollettiv awtorizzati permezz tal-Artikolu 6 tad-Direttiva 2011/61/UE li jimmaniġġjaw portafolli ta' fondi ta' kapital ta' riskju kwalifikanti u bi ħsiebhom jużaw id-denominazzjoni "EuVECA" fir-rigward tal-kummerċjalizzazzjoni ta' dawk il-fondi fl-Unjoni."

(2)  L-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:

(a)  Il-punt (k) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"(k)  "Stat Membru tad-domiċilju" tfisser l-Istat Membru li fih il-maniġer ta' fondi ta' kapital ta' riskju kwalifikanti jkollu l-uffiċċju reġistrat tiegħu;"

(b)  Fil-punt (d), il-punt (i) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"(i)  fi żmien l-ewwel investiment mill-fond ta' kapital ta' riskju kwalifikanti f'dik l-impriża jikkonforma mal-kundizzjonijiet li ġejjin:

—  l-impriża mhijiex ammessa għan-negozjar fuq suq regolat jew fuq faċilità multilaterali tan-negozjar (MTF) kif definit fil-punti (21) u (22) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*, u timpjega sa 499 persuna;

—  l-impriża hija intrapriża żgħira u ta' daqs medju kif definit fil-punt (12) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE li hija elenkata fuq suq tat-tkabbir tal-SMEs kif definit fil-punt (13) tal-Artikolu 4(1) ta' dik id-Direttiva."

(c)  Il-punt (m) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"(m)  "awtorità kompetenti" tfisser:

(i)  għal maniġers imsemmija fl-Artikolu 2(1) ta' dan ir-Regolament, l-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 3(3)(a) tad-Direttiva 2011/61/UE;

(ii)  għal maniġers imsemmija fl-Artikolu 2(2) ta' dan ir-Regolament, l-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2011/61/UE.

(iii)  għal fondi ta' kapital ta' riskju kwalifikanti, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih il-fond ta' kapital ta' riskju kwalifikanti jkollu l-uffiċċju rreġistrat jew il-kwartieri ġenerali tiegħu;"

_______________________________________________________________

*  Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349).

(2a)  Fl-Artikolu 7, il-punt (f) huwa sostitwit b'dan li ġej:

  "(f) jittrattaw lill-investituri tagħhom b'mod ġust. Dan ma għandux jipprekludi trattament aktar favorevoli ta' investituri privati milli ta' investitur tal-istat, dment li jkun kompatibbli mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat u b'mod partikolari mal-Artikolu 21 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 tas-17 ta' Ġunju 2014;"

(3)  ▌L-Artikolu 10 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 10

1.  Fi kwalunkwe ħin, il-maniġers ta' fondi ta' kapital ta' riskju kwalifikanti għandu jkollhom biżżejjed fondi proprji u għandhom jużaw riżorsi umani u tekniċi adegwati u xierqa kif ikun meħtieġ għall-immaniġġjar korrett tal-fondi ta' kapital ta' riskju kwalifikanti li huma jiġġestixxu.

2.  Kemm il-fondi ta' kapital ta' riskju kwalifikanti mmaniġġjati internament kif ukoll dawk immaniġġjati esternament għandhom jiġu allokati kapital inizjali ta' EUR 30 000.

2a.  Il-fondi proprji għandhom dejjem jammontaw għal mill-inqas 12,5 % tal-ispejjeż ġenerali fissi li l-istess maniġer ikun ġarrab fis-sena preċedenti. Meta sseħħ bidla sinifikanti fin-negozju ta' kumpanija meta mqabbel mas-sena preċedenti, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jaġġustaw dak ir-rekwiżit. Jekk maniġer ta' fond ta' kapital ta' riskju kwalifikanti ma jkunx wettaq negozju ta' sena, ir-rekwiżit għandu jammonta għal 12,5 % tal-ispejjeż ġenerali fissi mistennija fil-pjan tan-negozju tiegħu, sakemm l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-maniġer ma tkunx tirrikjedi aġġustament għal dak il-pjan.

2b.  Jekk il-fondi ta' kapital ta' riskju kwalifikanti jaqbżu EUR 300 000 000, il-maniġer ta' dawk il-fondi għandu l-obbligu li jipprovdi ammont addizzjonali ta' fondi proprji li jikkorrispondu għal 0,015 % tal-ammont li għalih il-valur totali tal-fondi ta' kapital ta' riskju kwalifikanti jaqbeż EUR 300 000 000.

2c.  Huwa meħtieġ li l-fondi proprji jiġu investiti f'assi likwidi jew assi li jistgħu faċilment jinbidlu fi flus fi żmien qasir. Il-fondi proprji ma għandhomx jinkludu pożizzjonijiet spekulattivi.

2d.  Sakemm jamministraw dawk il-fondi qabel ... [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament emendatorju], Il-maniġers ta' fondi ta' kapital ta' riskju kwalifikanti jistgħu jkomplu jimmaniġġjaw dawk il-fondi matul il-ħajja ta' dawk il-fondi mingħajr ma jikkonformaw mar-rekwiżit stabbilit fil-paragrafu 2b tal-Artikolu 10. Dawk il-maniġers għandhom jiżguraw li huma jkunu kapaċi jiġġustifikaw, fi kwalunkwe ħin, is-suffiċjenza tal-fondi tagħhom stess biex iżommu kontinwità operazzjonali."

(3a)  Fl-Artikolu 13(1), il-punt (c)(iv) huwa sostitwit b'dan li ġej:

  "(iv) l-investimenti mhux kwalifikanti li għandu l-ħsieb li jagħmel, inklużi l-kriterji u l-linji gwida li jirregolaw l-għażla ta' tali investimenti;"

(4)  ▌L-Artikolu 14 huwa emendat kif ġej:

(a)  Il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

– Il-parti introduttorja hija sostiwita b'dan li ġej:

“1.  Il-maniġers ta' fondi ta' kapital ta' riskju kwalifikanti li għandhom l-intenzjoni li jużaw id-denominazzjoni "EuVECA" għall-kummerċjalizzazzjoni tal-fondi ta' kapital ta' riskju kwalifikanti tagħhom għandhom jinfurmaw lill-awtorità kompetenti rilevanti tal-Istat Membru tad-domiċilju tagħhom u lill-ESMA dwar l-intenzjoni tagħhom u għandhom jipprovdulhom l-informazzjoni li ġejja:"

– Il-punt (e) huwa mħassar.

(b)   Il-paragrafu 2 huwa emendat kif ġej:

  – Il-parti introduttorja hija sostiwita b'dan li ġej:

“2.  L-awtorità kompetenti rilevanti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandha tirreġistra l-maniġer ta' fond ta' kapital ta' riskju kwalifikanti biss jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet segwenti:"

– Il-punt (d) huwa mħassar.

(c)  jiddaħħlu l-paragrafi li ġejjin:

"3a.  Il-maniġers imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu infurmati mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tagħhom dwar jekk ġewx irreġistrati bħala maniġer ta' fond ta' kapital ta' riskju kwalifikanti mhux aktar tard minn xahrejn wara li jkunu pprovdew l-informazzjoni kollha msemmija fil-paragrafu 1.

3b.  Reġistrazzjoni skont dan l-Artikolu għandha tikkostitwixxi reġistrazzjoni għall-finijiet tal-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 2011/61/UE.

3c.  Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni konsistenti ta' dan l-Artikolu, l-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta lill-awtoritajiet kompetenti u lill-ESMA fl-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni stabbilita fil-paragrafu 1 u l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

3d.  Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi tal-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu, l-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni biex tiddetermina forom, mudelli u proċeduri standard għall-għoti ta' informazzjoni previsti fil-paragrafu 1.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu f'konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

3e.  L-ESMA għandha twettaq rwol ta' koordinazzjoni u sorveljanza sabiex tiżgura li jittieħed approċċ konsistenti mill-awtoritajiet kompetenti b'rabta mal-proċess ta' reġistrazzjoni stabbilit f'dan l-Artikolu. Għal dak il-għan, l-ESMA għandha twettaq rieżamijiet tal-proċessi ta' reġistrazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti.

L-ESMA għandha s-setgħa, filwaqt li tirrispetta l-prinċipju tal-proporzjonalità, li toħroġ rakkomandazzjonijiet f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 1095/2010 indirizzati lill-awtoritajiet kompetenti biex jibdlu l-proċessi ta' reġistrazzjoni tagħhom fejn ikollha raġunijiet ċari u li jistgħu jintwerew biex temmen li l-proċess ta' reġistrazzjoni tal-awtorità kompetenti ma jikkonformax mar-rekwiżiti ta' reġistrazzjoni stabbiliti f'dan ir-Regolament jew l-istandards tekniċi regolatorji u standards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fil-paragrafi 3c u 3d ta' dan l-Artikolu."

(5)  Jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin:

"Artikolu 14a

1.  Maniġers ta' impriżi ta' investiment kollettiv awtorizzati skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2011/61/UE għandhom japplikaw għal reġistrazzjoni tal-fondi ta' kapital ta' riskju li għalihom biħsiebhom jużaw id-denominazzjoni "EuVECA".

2.  Il-maniġers imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinfurmaw lill-awtorità kompetenti rilevanti tal-Istat Membru tad-domiċilju tagħhom u lill-ESMA dwar l-intenzjoni tagħhom u għandhom jipprovdulhom l-informazzjoni li ġejja:

(a)  ir-regoli tal-fond jew l-istrumenti tal-inkorporazzjoni tal-fond ta' kapital ta' riskju kwalifikanti;

(b)  l-informazzjoni dwar l-identità tad-depożitarju;

(c)  l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 14(1).

Għall-finijiet tal-punt (c) tal-ewwel subparagrafu, l-informazzjoni dwar l-arranġamenti magħmula għall-konformità mar-rekwiżiti tal-Kapitolu II ta' dan ir-Regolament għandhom jirreferu għall-arranġamenti li jkunu saru biex ikun hemm konformità mal-Artikoli 5 u 6 u l-punti (c) u (i) tal-Artikolu 13(1).

2a.  L-awtorità kompetenti tal-fond ta' kapital ta' riskju kwalifikanti għandha titlob lill-awtorità kompetenti tal-maniġer informazzjoni dwar jekk il-fond ta' kapital ta' riskju kwalifikanti jaqax fil-kamp ta' applikazzjoni tal-awtorizzazzjoni tal-maniġer li jimmaniġġja l-AIFs u jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 14(2) punt (a) humiex issodisfati. Meta l-fond ta' kapital ta' riskju kwalifikanti jkun stabbilit fi Stat Membru differenti minn dak tal-maniġer tiegħu, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn il-fond ta' kapital ta' riskju kwalifikanti huwa stabbilit għandha tipprovdi lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju l-informazzjoni meħtieġa dwar il-fond u għandha titlob informazzjoni lil dik l-awtorità sabiex tevalwa u tikkonferma jekk fond ta' kapital ta' riskju kwalifikanti jaqax fl-ambitu tal-awtorizzazzjoni tal-maniġer li jimmaniġġja l-AIFs u jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt (a) tal-Artikolu 14(2) humiex issodisfati. L-awtorità kompetenti tal-fond ta' kapital ta' riskju kwalifikanti tista' titlob lill-awtorità kompetenti tal-maniġer kjarifika u informazzjoni rigward id-dokumentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu. L-awtorità kompetenti tal-maniġer għandha tipprovdi tweġiba fi żmien 10 ijiem ta' xogħol mid-data li fiha hija tkun irċeviet it-talba sottomessa mill-awtorità kompetenti tal-fond ta' kapital ta' riskju kwalifikanti.

2b.  Jekk dawn id-dokumenti u din l-informazzjoni jibqgħu aġġornati, il-maniġers ta' impriżi ta' investiment kollettiv awtorizzati skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2011/61/UE ma għandhomx jintalbu jipprovdu informazzjoni jew dokumenti, li l-kumpanija ta' mmaniġġjar tkun diġà pprovdiet meta tkun applikat għal awtorizzazzjoni skont id-Direttiva 2011/61/UE.

3.  L-awtorità kompetenti tal-fond ta' kapital ta' riskju kwalifikanti għandha tirreġistra kull fond bħala fond ta' kapital ta' riskju kwalifikanti jekk il-maniġer tal-fond jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 14(2).

4.  Il-maniġers imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu infurmati mill-awtorità kompetenti tal-fond ta' kapital ta' riskju kwalifikanti dwar jekk dak il-fond ġiex irreġistrat bħala fond ta' kapital ta' riskju kwalifikanti mhux aktar tard minn għoxrin jum wara li dawk il-maniġers ikunu pprovdew l-informazzjoni kollha msemmija fil-paragrafu 2.

5.  Ir-reġistrazzjoni tal-fondi ta' kapital ta' riskju kwalifikanti skont il-paragrafi 1, 2 u 3 għandha tkun valida fit-territorju kollu tal-Unjoni u għandha tippermetti l-kummerċjalizzazzjoni ta' dawk il-fondi taħt id-denominazzjoni "EuVECA" fl-Unjoni kollha.

5a.  Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi tal-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu, l-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni biex tiddetermina forom, mudelli u proċeduri standard għall-provvista ta' informazzjoni previsti fil-paragrafu 2.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu f'konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

5b.  L-ESMA għandha twettaq rwol ta' koordinazzjoni u sorveljanza sabiex tiżgura li jittieħed approċċ konsistenti mill-awtoritajiet kompetenti b'rabta mal-proċess ta' reġistrazzjoni stabbilit f'dan l-Artikolu.

L-ESMA għandha s-setgħa, filwaqt li tirrispetta l-prinċipju tal-proporzjonalità, li toħroġ rakkomandazzjonijiet f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 1095/2010 indirizzati lill-awtoritajiet kompetenti biex jibdlu l-proċessi ta' reġistrazzjoni tagħhom fejn ikollha raġunijiet ċari u li jistgħu jintwerew għaliex temmen li l-proċess ta' reġistrazzjoni tal-awtorità kompetenti ma jikkonformax mal-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 5a ta' dan l-Artikolu.

Article 14b

Kull rifjut biex jiġu rreġistrati l-maniġers imsemmi fl-Artikolu 14 u l-fondi msemmija fl-Artikolu 14a għandu jkun sostanzjat, notifikat lill-maniġers imsemmija f'dawk l-Artikoli u soġġett għad-dritt ta' appell quddiem il-qrati. Dan id-dritt ta' appell għandu jeżisti wkoll meta ma tkun ittieħdet ebda deċiżjoni fuq reġistrazzjoni xahrejn wara li tkun saret applikazzjoni għaliha."

(5a)  Fl-Artikolu 15, il-parti introduttorja hija sostitwita b'dan li ġej:

"Il-maniġers ta' fondi ta' kapital ta' riskju kwalifikanti għandhom jinfurmaw lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju u lill-ESMA fejn ikollhom l-intenzjoni li jikkummerċjalizzaw:"

(6)  ▌L-Artikolu 16 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 16

1.  L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandha tinnotifika ▌lill-ESMA immedjatament dwar kull reġistrazzjoni jew tneħħija ta' maniġer ta' fond ta' kapital ta' riskju kwalifikanti, kwalunkwe żieda jew tneħħija ta' fond ta' kapital ta' riskju kwalifikanti, ▌jew kwalunkwe żieda jew tneħħija ta' Stat Membru li fih maniġer ta' fond ta' kapital ta' riskju kwalifikanti jkun biħsiebu jikkumerċjalizza dawk il-fondi.

Għall-finijiet tal-iffaċilitar tal-proċess ta' notifika u l-iskambju ta' informazzjoni meħtieġ, l-ESMA għandha żżomm database ċentrali aċċessibbli mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tad-domiċilju u ospitanti.

2.  L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ospitanti ma għandhomx jimponu fuq il-maniġers ta' fondi ta' kapital ta' riskju kwalifikanti rekwiżiti jew proċeduri amministrattivi fir-rigward tal-kummerċjalizzazzjoni tal-fondi ta' kapital ta' riskju kwalifikanti tagħhom, u lanqas ma għandhom jirrikjedu approvazzjoni ta' dik il-kummerċjalizzazzjoni qabel il-bidu tagħha.

Mingħajr preġudizzju għall-ġeneralità tal-ewwel subparagrafu, ir-rekwiżiti jew il-proċeduri amministrattivi msemmija f'dak is-subparagrafu għandhom jinkludu tariffi u spejjeż oħrajn.

3.  Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi ta' applikazzjoni ta' dan l-Artikolu, l-ESMA tista' tfassal abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni biex tiddetermina forom, mudelli u proċeduri standard għall-għoti u l-iskambju ta' informazzjoni previsti fil-paragrafu 1.

4.  L-ESMA għandha tippreżenta dawn l-abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni sas-16 ta' Frar 2014.

5.  Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu f'konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010."

(7)  L-Artikolu 17 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 17

L-ESMA għandha żżomm aġġornata database ċentrali, pubblikament aċċessibbli fuq l-internet, li telenka l-maniġers ta' fond ta' kapital ta' riskju kwalifikanti kollha, bl-użu ta' fond tad-denominazzjoni "EuVECA" u l-fondi ta' kapital ta' riskju kwalifikanti li jużawha għalihom, kif ukoll il-pajjiżi li fihom dawk il-fondi jkunu kkummerċjalizzati.";

(7a)  Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

"Artikolu 17a

1. Fuq is-sit web tagħha, l-ESMA għandha tippubblika lista ta' pajjiżi terzi li jissodisfaw ir-rekwiżit applikabbli skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 3(d)(iv) abbażi tal-informazzjoni riċevuta skont il-paragrafu 2.

2. Għall-fini tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 3(d)(iv), l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-ESMA l-ftehimiet li jkunu ffirmaw mal-ġurisdizzjonijiet ta' pajjiżi terzi biex jiżguraw skambju effettiv ta' informazzjoni dwar kwsitjonijiet tat-taxxa."

(7b)  Fl-Artikolu 19, jiżdied il-paragrafu li ġej:

"L-ESMA għandha twettaq rwol ta' sorveljanza sabiex tiżgura li jittieħed approċċ konsistenti mill-awtoritajiet kompetenti b'rabta mal-użu tas-setgħat superviżorji u investigattivi stabbiliti fil-paragrafu 1."

(8)  Fl-Artikolu 20(2), id-data tas-"16 ta' Mejju 2015" hija sostitwita b'dik ta' "[24 xahar wara d-data ta' dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament]";

(9)  L-Artikolu 21 huwa emendat kif ġej:

(a)  il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

– Il-punt (c) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"(c)  juża d-denominazzjoni "EuVECA" iżda mhuwiex irreġistrat skont l-Artikolu 14, jew il-fond ta' kapital ta' riskju kwalifikanti ma jkunx irreġistrat f'konformità mal-Artikolu 14a;"

– Il-punt (e) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"(e)  ikun akkwista reġistrazzjoni permezz ta' dikjarazzjonijiet foloz jew b'xi mod irregolari ieħor bi ksur tal-Artikolu 14 jew l-Artikolu 14a;"

(b)  Fil-paragrafu 2, il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"(a)  tieħu l-miżuri li jiżguraw li l-maniġer ta' fond ta' kapital ta' riskju kwalifikanti jikkonforma mal-Artikoli 5 u 6, mal-punti (a) u (b) tal-Artikolu 7 u mal-Artikoli 12 sa 14a;"

(ba)  Il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“4.  Id-dritt li jkun ikkummerċjalizzat fond ta' kapital ta' riskju kwalifikanti wieħed jew aktar taħt id-denominazzjoni "EuVECA" jiskadi b'effett immedjat mid-data tad-deċiżjoni tal-awtorità kompetenti msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 2 jew tar-rakkomandazzjoni tal-ESMA msemmija fil-paragrafu 4a."

(bb)  Jiżdied il-paragrafu li ġej:

"4a L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju jew ospitanti għandhom jinfurmaw lill-ESMA mingħajr dewmien jekk jemmnu li l-maniġer ta' fond ta' kapital ta' riskju kwalifikanti jkun wettaq xi ksur imsemmi fil-punti (a) sa (i) tal-Artikolu 21(1).

L-ESMA għandha, filwaqt li tirrispetta l-prinċipju tal-proporzjonalità, toħroġ rakkomandazzjonijiet bi qbil mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 1095/2010 indirizzati lill-awtoritajiet kompetenti biex jieħdu jew iżommu lura milli jieħdu miżuri msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu jew jieħdu miżuri xierqa msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu nnifsu fejn ikollha raġunijiet ċari u li jistgħu jintwerew biex temmen li tali miżuri huma meħtieġa mil-lat tal-protezzjoni tal-investitur, l-istabbiltà finanzjarja jew l-integrità tas-suq."

(10)  ▌L-Artikolu 26(2) huwa emendat kif ġej:

(a)  Fil-punt (a), id-data tat-"22 ta' Lulju 2017" hija sostitwita b'dik ta' "[48 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament]".

(b)  Jiżdied is-subparagrafu li ġej:

"B'mod parallel mar-rieżami f'konformità mal-Artikolu 69 tad-Direttiva 2011/61/UE, il-Kummissjoni Ewropea għandha tanalizza:

jekk l-introduzzjoni ta' passaport maniġerjali għal maniġers tal-fondi ta' kapital ta' riskju kwalifikanti hijiex xierqa;

jekk id-definizzjoni ta' kummerċjalizzazzjoni għall-kapital ta' riskju hijiex adatta kif ukoll l-impatt ta' din id-definizzjoni u interpretazzjonijiet nazzjonali differenti fuq l-operazzjoni u l-vijabbiltà tal-fondi ta' kapital ta' riskju u fuq id-distribuzzjoni transfruntiera tal-fondi EuVECA.

Wara r-rieżami, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, akkumpanjat, jekk ikun xieraq, minn proposta leġiżlattiva."

Artikolu 2

Ir-Regolament (UE) Nru 346/2013 huwa emendat kif ġej:

(1)   Fl-Artikolu 2, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"2.  L-Artikoli 5 u 6, 10, 13(2), il-punti (d), (e) u (f) tal-Artikolu 14(1) u l-Artikolu 15a ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw għal maniġers ta' impriżi ta' investiment kollettiv awtorizzati skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2011/61/UE li jimmaniġġjaw portafolli ta' fondi ta' intraprenditorija soċjali kwalifikanti u li biħsiebhom jużaw id-denominazzjoni "EuSEF" fir-rigward tal-kummerċjalizzazzjoni ta' dawk il-fondi fl-Unjoni."

(2)   L-Artikolu 3(1) huwa emendat kif ġej:

(-a)  Fil-punt d(ii), l-ewwel inċiż huwa sostitwit b'dan li ġej:

"–  tipprovdi servizzi jew oġġetti li jiġġeneraw rendiment soċjali,"

(a)  Il-punt (k) huwa sostitwit b'dan li ġej:

""Stat Membru tad-domiċilju" tfisser l-Istat Membru fejn il-maniġer ta' intraprenditorija soċjali kwalifikanti jkollu l-uffiċċju reġistrat tiegħu;"

(b)  Il-punt (m) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"(m)  "awtorità kompetenti" tfisser:

(iii)  għal maniġers imsemmija fl-Artikolu 2(1) ta' dan ir-Regolament, l-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 3(3)(a) tad-Direttiva 2011/61/UE;

(ii)  għal maniġers imsemmija fl-Artikolu 2(2) ta' dan ir-Regolament, l-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2011/61/UE.

(iii)  għal fondi ta' intraprenditorija soċjali, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih il-fond ta' intraprenditorija soċjali kwalifikanti jkollu l-uffiċċju reġistrat jew il-kwartieri ġenerali;"

(2a)  Fl-Artikolu 6(1), il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"(a) jimpenjaw li jinvestu minimu ta' EUR 50 000; u"

(3)  ▌L-Artikolu 11▌huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 11

1.  Fi kwalunkwe ħin, il-maniġers ta' fondi ta' intraprenditorija soċjali kwalifikanti għandu jkollhom biżżejjed fondi proprji u jużaw riżorsi umani u tekniċi adegwati u adattati kif ikun meħtieġ għall-immaniġġjar xieraq tal-fondi ta' intraprenditorija soċjali kwalifikanti li huma jimmaniġġjaw.

2.   Kemm il-fondi ta' intraprenditorija soċjali kwalifikanti mmaniġġjati internament kif ukoll dawk immaniġġjati esternament għandhom jiġu allokati kapital inizjali ta' EUR 30 000.

2a.  Il-fondi proprji għandhom dejjem jammontaw għal mill-inqas 12,5 % tal-ispejjeż ġenerali fissi li l-istess maniġer ikun ġarrab fis-sena preċedenti. Meta sseħħ bidla sinifikanti fin-negozju ta' kumpanija meta mqabbel mas-sena preċedenti, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jaġġustaw dak ir-rekwiżit. Jekk maniġer ta' fond ta' intraprenditorija soċjali kwalifikanti ma jkunx wettaq negozju ta' sena, ir-rekwiżit għandu jammonta għal 12,5 % tal-ispejjeż ġenerali fissi mistennija fil-pjan tan-negozju tiegħu, sakemm l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-maniġer ma tkunx tirrikjedi aġġustament għal dak il-pjan.

2b.  Jekk il-fondi ta' kapital ta' riskju kwalifikanti jaqbżu EUR 300 000 000, il-maniġer ta' dawk il-fondi għandu l-obbligu li jipprovdi ammont addizzjonali ta' fondi proprji li jikkorrispondu għal 0,015 % tal-ammont li għalih il-valur totali tal-fondi ta' kapital ta' riskju kwalifikanti jaqbeż EUR 300 000 000.

2c.  Huwa meħtieġ li l-fondi proprji jiġu investiti f'assi likwidi jew assi li jistgħu faċilment jinbidlu fi flus fi żmien qasir. Il-fondi proprji ma għandhomx jinkludu pożizzjonijiet spekulattivi."

(3a)  L-Artikolu 13(2) huwa emendat kif ġej:

(a)  Il-punt (e) huwa sostitwit b'dan li ġej:

  "(e) tagħrif dwar in-natura, il-valur u l-għan tal-investimenti għajr investimenti kwalifikanti msemmija fl-Artikolu 5(1)."

(b)  jiżdied il-punt li ġej:

  "(ea) deskrizzjoni ta' kif il-fatturi ambjentali u klimatiċi jitqiesu fl-approċċ tal-investiment tal-fond ta' intraprenditorija soċjali kwalifikanti u b'mod partikolari, informazzjoni dwar l-esponiment tiegħu għall-assi li l-valur tiegħu jista' jintlaqat b'mod negattiv mil-leġiżlazzjoni meħtieġa biex jiġu ssodisfati l-miri tal-klima tal-Unjoni;"

(3b)  Fl-Artikolu 14(1), il-punt c(iv) huwa sostitwit b'dan li ġej:

  "(iv) l-investimenti mhux kwalifikanti li biħsiebu jagħmel, inklużi l-kriterji u l-linji gwida li jirregolaw l-għażla ta' tali investimenti;"

(4)  ▌L-Artikolu 15 huwa emendat kif ġej:

(a)  il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

– Il-parti introduttorja hija sostitwita b'dan li ġej:

“1.  Il-maniġers ta' fondi ta' intraprenditorija soċjali kwalifikanti li għandhom l-intenzjoni li jużaw id-denominazzjoni 'EuSEF' għall-kummerċjalizzazzjoni tal-fondi ta' intraprenditorija soċjali kwalifikanti tagħhom għandhom jinfurmaw lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tagħhom u lill-ESMA dwar l-intenzjoni tagħhom u għandhom jipprovdulhom l-informazzjoni li ġejja:"

– il-punt (e) huwa mħassar.

(b)  Fil-paragrafu 2, il-punt (d) huwa mħassar.

(c)  Jiddaħħlu l-paragrafi li ġejjin:

"3a. Il-maniġers imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu infurmati mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tagħhom dwar jekk ġewx irreġistrati bħala maniġer tal-fond ta' intraprenditorija soċjali kwalifikanti mhux aktar tard minn xahrejn wara li jkunu pprovdew l-informazzjoni kollha msemmija fil-paragrafu 1.

3b.   Reġistrazzjoni skont dan l-Artikolu għandha tikkostitwixxi reġistrazzjoni għall-finijiet tal-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 2011/61/UE.

3c. Sabiex tiġi żgurata applikazzjoni konsistenti ta' dan l-Artikolu, l-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta lill-awtoritajiet kompetenti u lill-ESMA fl-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni stabbilita fil-paragrafu 1 u l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 2.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

3d.   Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi tal-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu, l-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni biex tiddetermina forom, mudelli u proċeduri standard għall-għoti ta' informazzjoni previsti fil-paragrafu 1.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu f'konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

3e. L-ESMA għandha twettaq rwol ta' koordinazzjoni u sorveljanza sabiex tiżgura li jittieħed approċċ konsistenti mill-awtoritajiet kompetenti b'rabta mal-proċess ta' reġistrazzjoni stabbilit f'dan l-Artikolu. Għal dak il-għan, l-ESMA għandha twettaq rieżamijiet tal-proċessi ta' reġistrazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti.

L-ESMA għandha s-setgħa, filwaqt li tirrispetta l-prinċipju tal-proporzjonalità, li toħroġ rakkomandazzjonijiet f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 1095/2010 indirizzati lill-awtoritajiet kompetenti biex jibdlu l-proċessi ta' reġistrazzjoni tagħhom fejn ikollha raġunijiet ċari u li jistgħu jintwerew biex temmen li l-proċess ta' reġistrazzjoni tal-awtorità kompetenti ma jikkonformax mar-rekwiżiti ta' reġistrazzjoni stabbiliti f'dan ir-Regolament jew l-istandards tekniċi regolatorji u standards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fil-paragrafi 3c u 3d.";

(5)  Jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin:

"Artikolu 15a

1.  Maniġers ta' impriżi ta' investiment kollettiv awtorizzati skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2011/61/UE għandhom japplikaw għar-reġistrazzjoni tal-fondi tal-intraprenditorija soċjali kwalifikanti li għalihom biħsiebhom jużaw id-denominazzjoni "EuSEF".

2.  Il-maniġers imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinfurmaw lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tagħhom u lill-ESMA dwar l-intenzjoni tagħhom u għandhom jipprovdulhom l-informazzjoni li ġejja:

(a)  ir-regoli tal-fondi jew l-istrumenti tal-inkorporazzjoni tal-fond ta' intraprenditorija soċjali kwalifikanti;

(b)  l-informazzjoni dwar l-identità tad-depożitarju;

(c)  l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 15(1).

Għall-finijiet tal-punt (c) tal-ewwel subparagrafu, l-informazzjoni dwar l-arranġamenti li saru għall-konformità mar-rekwiżiti tal-Kapitolu II ta' dan ir-Regolament għandhom jirreferu għall-arranġamenti li jkunu saru għall-konformità mal-Artikoli 5, 6 u 10, l-Artikoli 13(2) u l-punti (d), (e) u (f) tal-Artikolu 14(1).

2a.  L-awtorità kompetenti tal-fond ta' intraprenditorija soċjali kwalifikanti għandha titlob lill-awtorità kompetenti tal-maniġer informazzjoni dwar jekk il-fond ta' intraprenditorija soċjali kwalifikanti jaqax fl-ambitu tal-awtorizzazzjoni tal-maniġer li jimmaniġġja l-AIFs u jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 15(2) punt (a) humiex issodisfati. L-awtorità kompetenti tal-maniġer għandha tipprovdi tweġiba fi żmien 10 ijiem ta' xogħol mid-data li fiha hija tkun irċeviet it-talba sottomessa mill-awtorità kompetenti tal-fond ta' intraprenditorija soċjali kwalifikanti.

2b.  Jekk dawn id-dokumenti u din l-informazzjoni jibqgħu aġġornati, il-maniġers ta' impriżi ta' investiment kollettiv awtorizzati skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2011/61/UE ma għandhomx jintalbu jipprovdu informazzjoni jew dokumenti, li l-kumpanija ta' mmaniġġjar tkun diġà pprovdiet meta tkun applikat għal awtorizzazzjoni skont id-Direttiva 2011/61/UE.

3.  L-awtorità kompetenti tal-fond tal-intraprenditorija soċjali kwalifikanti għandha tirreġistra kull fond bħala fond ta' intraprenditorija soċjali kwalifikanti jekk il-maniġer tal-fond jissodisfa l-kundizzjonijiet imniżżla fl-Artikolu 15(2).

4.  Il-maniġers imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu infurmati mill-awtorità kompetenti tal-fond tal-intraprenditorija soċjali kwalifikanti dwar jekk il-fond ġiex irreġistrat bħala fond ta' intraprenditorija soċjali kwalifikanti mhux aktar tard minn għoxrin jum wara li dawk il-maniġers ikunu pprovdew l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2.

5.  Ir-reġistrazzjoni ta' fondi ta' intraprenditorija soċjali skont il-paragrafi 1, 2 u 3 għandha tkun valida fit-territorju sħiħ tal-Unjoni u għandha tippermetti l-kummerċjalizzazzjoni ta' dawk il-fondi bid-denominazzjoni "EuSEF" fl-Unjoni kollha.

5a.  Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi tal-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu, l-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni biex tiddetermina forom, mudelli u proċeduri standard għall-għoti ta' informazzjoni previsti fil-paragrafu 2.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu f'konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

5b.  L-ESMA għandha twettaq rwol ta' koordinazzjoni u sorveljanza sabiex tiżgura li jittieħed approċċ konsistenti mill-awtoritajiet kompetenti b'rabta mal-proċess ta' reġistrazzjoni stabbilit f'dan l-Artikolu.

L-ESMA għandha s-setgħa, filwaqt li tirrispetta l-prinċipju tal-proporzjonalità, li toħroġ rakkomandazzjonijiet f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 1095/2010 indirizzati lill-awtoritajiet kompetenti biex jibdlu l-proċessi ta' reġistrazzjoni tagħhom fejn ikollha raġunijiet ċari u li jistgħu jintwerew għaliex temmen li l-proċess ta' reġistrazzjoni tal-awtorità kompetenti ma jikkonformax mal-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 5a ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 15b

Kull rifjut biex jiġu rreġistrati l-maniġers imsemmija fl-Artikolu 15 u l-fondi msemmija fl-Artikolu 15a għandu jkun sostanzjat, innotifikat lill-maniġers imsemmija f'dawk l-Artikoli u soġġett għal dritt ta' appell quddiem il-qrati. Dan id-dritt ta' appell għandu jeżisti wkoll meta ma tkun ittieħdet ebda deċiżjoni fuq reġistrazzjoni xahrejn wara li tkun saret applikazzjoni għaliha.";

(5a)  Fl-Artikolu 16, il-parti introduttorja hija sostitwita b'dan li ġej:

  "Il-maniġers ta' fondi ta' kapital ta' riskju kwalifikanti għandhom jinfurmaw lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju u lill-ESMA fejn ikollhom l-intenzjoni li jikkummerċjalizzaw:"

(6)   Fl-Artikolu 17, il-paragrafi 1, 2 u 3 huma sostitwiti b'dan li ġej:

“1.  L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tad-domiċilju għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ospitanti u lill-ESMA immedjatament dwar kull reġistrazzjoni ta' maniġer ta' fond ta' intraprenditorija soċjali kwalifikanti f'konformità mal-Artikolu 15 u l-Artikolu 15a, kull żieda ta' fond ta' intraprenditorija soċjali kwalifikanti ġdid, kull żieda ta' domiċilju ġdid għat-twaqqif ta' fond ta' intraprenditorija soċjali kwalifikanti jew kull żieda ta' Stat Membru ġdid fejn il-maniġer ta' fond ta' intraprenditorija soċjali kwalifikanti għandu l-ħsieb li jikkumerċjalizza dawk il-fondi.

L-ESMA għandha żżomm database ċentrali aċċessibbli mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tad-domiċilju u ospitanti għall-finijiet tal-iffaċilitar tal-proċess ta' notifika u l-iskambju ta' informazzjoni meħtieġ.

2.  L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ospitanti ma għandhomx jimponu fuq il-maniġers ta' fondi ta' intraprenditorija soċjali kwalifikanti rekwiżiti jew proċeduri amministrattivi fir-rigward tal-kummerċjalizzazzjoni tal-fondi ta' intraprenditorija soċjali kwalifikanti, u lanqas ma għandhom jeżiġu approvazzjoni ta' dik il-kummerċjalizzazzjoni qabel ma tibda.

Mingħajr preġudizzju għall-ġeneralità tal-ewwel subparagrafu, ir-rekwiżiti jew il-proċeduri amministrattivi msemmija f'dak is-subparagrafu għandhom jinkludu tariffi u spejjeż oħrajn.

3. Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi ta' applikazzjoni ta' dan l-Artikolu, l-ESMA tista' tfassal abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni biex tiddetermina forom, mudelli u proċeduri standard għall-għoti u l-iskambju ta' informazzjoni previsti fil-paragrafu 1."

(7)  L-Artikolu 18 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 18

L-ESMA għandha żżomm aġġornata database ċentrali, aċċessibbli fuq l-internet, li telenka l-maniġers ta' fond ta' kapital ta' riskju kwalifikanti bl-użu tad-denominazzjoni "EuSEF" u l-fondi ta' intraprenditorija soċjali kwalifikanti li jużawha għalihom, kif ukoll il-pajjiżi li fihom dawk il-fondi jkunu kkummerċjalizzati.";

(7a)  Fl-Artikolu 20, jiżdied il-paragrafu li ġej:

  "L-ESMA għandha twettaq rwol ta' sorveljanza sabiex tiżgura li jittieħed approċċ konsistenti mill-awtoritajiet kompetenti b'rabta mal-użu tas-setgħat superviżorji u investigattivi stabbiliti fil-paragrafu 1."

(8)  Fl-Artikolu 21(2), id-data tas-"16 ta' Mejju 2015" hija sostitwita b'dik ta' "[24 xahar wara d-data ta' dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament]";

(9)  L-Artikolu 22 huwa emendat kif ġej:

(a)  Il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

– Il-punt (c) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"(c)  juża d-denominazzjoni "EuSEF" mingħajr ma jkun irreġistrat f'konformità mal-Artikolu 15, jew il-fond ta' intraprenditorija soċjali kwalifikanti ma jkunx irreġistrat f'konformità mal-Artikolu 15a;"

– il-punt (e) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"(e)  akkwista reġistrazzjoni permezz ta' dikjarazzjonijiet foloz jew b'xi mod irregolari ieħor bi ksur tal-Artikolu 15 jew l-Artikolu 15a;"

(aa)  Jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

"1a.  L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju jew ospitanti għandhom jinfurmaw lill-ESMA mingħajr dewmien jekk iqisu li l-maniġer ta' fond ta' intraprenditorija soċjali kwalifikanti jkun wettaq xi ksur fil-punti (a) sa (i) tal-Artikolu 22(1)."

(b)  Fil-paragrafu 2, il-punt (a) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"(a)  tieħu l-miżuri li jiżguraw li l-maniġer ta' fond ta' intraprenditorija soċjali kwalifikanti jikkonforma mal-Artikoli 5 u 6, punti (a) u (b) tal-Artikolu 7, u l-Artikoli 13 sa 15a;"

(ba)  Il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"4.  Id-dritt li jkun ikkummerċjalizzat fond ta' intraprenditorija soċjali kwalifikanti wieħed jew aktar skont id-denominazzjoni "EuSEF" fl-Unjoni jiskadi b'effett immedjat mid-data tad-deċiżjoni tal-awtorità kompetenti msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 2 jew tar-rakkomandazzjoni tal-ESMA msemmija fil-paragrafu 4a."

(bb)  Jiżdied il-paragrafu li ġej:

"4a. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju jew ospitanti għandhom jinfurmaw lill-ESMA mingħajr dewmien jekk jemmnu li l-maniġer ta' fond ta' intraprenditorija soċjali kwalifikanti jkun wettaq xi ksur fil-punti (a) sa (i) tal-Artikolu 21(1).

L-ESMA għandha, filwaqt li tirrispetta l-prinċipju tal-proporzjonalità, toħroġ rakkomandazzjonijiet bi qbil mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 1095/2010 indirizzati lill-awtoritajiet kompetenti biex jieħdu jew iżommu lura milli jieħdu miżuri msemmija fil-paragrafu 2 jew jieħdu miżuri xierqa msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu nnifsu fejn ikollha raġunijiet ċari u li jistgħu jintwerew biex temmen li tali miżuri huma meħtieġa mil-lat tal-protezzjoni tal-investitur, l-istabbiltà finanzjarja jew l-integrità tas-suq."

(10)   ▌L-Artikolu 27(2) huwa emendat kif ġej:

(a)  Fil-punt (a), id-data tat-"22 ta' Lulju 2017" hija sostitwita bi... "[48 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament]".

(b)  Jiżdied is-subparagrafu li ġej:

"B'mod parallel mar-rieżami f'konformità mal-Artikolu 69 tad-Direttiva 2011/61/UE, il-Kummissjoni Ewropea għandha tanalizza:

a) jekk l-introduzzjoni ta' passaport maniġerjali għal maniġers tal-fondi ta' intraprenditorija soċjali kwalifikanti hijiex xierqa;

b) jekk id-definizzjoni ta' kummerċjalizzazzjoni għall-kapital ta' riskju hijiex adatta kif ukoll l-impatt ta' din id-definizzjoni u interpretazzjonijiet nazzjonali differenti fuq l-operazzjoni u l-vijabbiltà tal-fondi ta' intraprenditorija soċjali u fuq id-distribuzzjoni transfruntiera tal-fondi EuSEF.

Wara r-rieżami, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, akkumpanjat, jekk ikun xieraq, minn proposta leġiżlattiva."

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew  Għall-Kunsill

Il-President  Il-President

(1)

ĠU C 75, 10.3.2017, p. 48.

(2)

* Emendi: it-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ▌.

(3)

  ĠU C […], […], p. […].

(4)

  ĠU C , , p. .

(5)

  Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew ta' .................... (............) u d-deċiżjoni tal-Kunsill ta' .................

(6)

  Ir-Regolament (UE) Nru 345/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' April 2013 dwar fondi Ewropej ta' kapital tar-riskju (ĠU L 115, 25.4.2013, p. 1).

(7)

  Ir-Regolament (UE) Nru 346/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' April 2013 dwar il-fondi ta' intraprenditorija soċjali Ewropej (ĠU L 115, 25.4.2013, p. 18).

(8)

  Id-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2011 dwar Maniġers ta' Fondi ta' Investiment Alternattivi u li temenda d-Direttivi 2003/41/KE u 2009/65/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 1095/2010 (ĠU L 174, 1.7.2011, p. 1).

(9)

  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Bank Ċentrali Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kumitat tar-Reġjuni u lill-Bank Ewropew tal-Investiment: Pjan ta' Investiment għall-Ewropa (COM(2014)903 final).

(10)

  Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Bank Ċentrali Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: Pjan ta' Azzjoni għall-Bini ta' Unjoni tas-Swieq Kapitali, (COM(2015)468 final).


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Fondi Ewropej ta’ kapital ta’ riskju u fondi ta’ intraprenditorija soċjali Ewropej

Referenzi

COM(2016)0461 – C8-0320/2016 – 2016/0221(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

13.7.2016

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

12.9.2016

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

12.9.2016

IMCO

12.9.2016

JURI

12.9.2016

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

ITRE

26.9.2016

IMCO

26.9.2016

JURI

5.9.2016

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Sirpa Pietikäinen

12.7.2016

 

 

 

Eżami fil-kumitat

8.12.2016

12.1.2017

27.2.2017

 

Data tal-adozzjoni

22.3.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

44

4

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Burkhard Balz, Hugues Bayet, Pervenche Berès, Udo Bullmann, Esther de Lange, Markus Ferber, Jonás Fernández, Sven Giegold, Neena Gill, Sylvie Goulard, Brian Hayes, Gunnar Hökmark, Danuta Maria Hübner, Cătălin Sorin Ivan, Georgios Kyrtsos, Alain Lamassoure, Sander Loones, Bernd Lucke, Olle Ludvigsson, Ivana Maletić, Gabriel Mato, Costas Mavrides, Stanisław Ożóg, Dimitrios Papadimoulis, Sirpa Pietikäinen, Pirkko Ruohonen-Lerner, Alfred Sant, Pedro Silva Pereira, Peter Simon, Theodor Dumitru Stolojan, Kay Swinburne, Paul Tang, Ernest Urtasun, Tom Vandenkendelaere, Cora van Nieuwenhuizen, Miguel Viegas, Jakob von Weizsäcker, Marco Zanni

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Enrique Calvet Chambon, David Coburn, Syed Kamall, Jan Keller, Paloma López Bermejo, Thomas Mann, Siegfried Mureşan, Lieve Wierinck

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Krzysztof Hetman, Agnes Jongerius, Tatjana Ždanoka

Data tat-tressiq

30.3.2017


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

44

+

ALDE

Enrique Calvet Chambon, Sylvie Goulard, Lieve Wierinck, Cora van Nieuwenhuizen

ECR

Syed Kamall, Sander Loones, Bernd Lucke, Stanisław Ożóg, Pirkko Ruohonen-Lerner, Kay Swinburne

PPE

Burkhard Balz, Markus Ferber, Brian Hayes, Krzysztof Hetman, Gunnar Hökmark, Danuta Maria Hübner, Georgios Kyrtsos, Alain Lamassoure, Ivana Maletić, Thomas Mann, Gabriel Mato, Siegfried Mureşan, Sirpa Pietikäinen, Theodor Dumitru Stolojan, Tom Vandenkendelaere, Esther de Lange

S&D

Hugues Bayet, Pervenche Berès, Udo Bullmann, Jonás Fernández, Neena Gill, Cătălin Sorin Ivan, Agnes Jongerius, Jan Keller, Olle Ludvigsson, Costas Mavrides, Alfred Sant, Pedro Silva Pereira, Peter Simon, Paul Tang, Jakob von Weizsäcker

Verts/ALE

Sven Giegold, Ernest Urtasun, Tatjana Ždanoka

4

-

EFDD

David Coburn

ENF

Marco Zanni

GUE/NGL

Paloma López Bermejo, Miguel Viegas

1

0

GUE/NGL

Dimitrios Papadimoulis

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Avviż legali