Proċedura : 2016/2170(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0129/2017

Testi mressqa :

A8-0129/2017

Dibattiti :

PV 26/04/2017 - 19
CRE 26/04/2017 - 19

Votazzjonijiet :

PV 27/04/2017 - 5.52

Testi adottati :

P8_TA(2017)0183

RAPPORT     
PDF 710kWORD 62k
30.3.2017
PE 593.876v02-00 A8-0129/2017

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2015

(2016/2170(DEC))

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

Rapporteur: Inés Ayala Sender

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2015

(2016/2170(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2015,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta tal-Eurojust(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2015 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Frar 2017 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Eurojust fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2015 (05873/2017 – C8-0056/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/187/ĠAI tat-28 ta' Frar 2002 li tistabbilixxi Eurojust bil-għan li tiġi msaħħa l-ġlieda kontra l-kriminalità serja(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 36 tagħha,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0129/2017),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Amministrattiv tal-Eurojust għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2015;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Amministrattiv tal-Eurojust, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2015

(2016/2170(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2015,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta tal-Eurojust(6),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(7) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2015 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Frar 2017 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Eurojust fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2015 (05873/2017 – C8-0056/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(8), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/187/ĠAI tat-28 ta' Frar 2002 li tistabbilixxi Eurojust bil-għan li tiġi msaħħa l-ġlieda kontra l-kriminalità serja(9), u b'mod partikolari l-Artikolu 36 tagħha,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(10), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0129/2017),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2015;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Amministrattiv tal-Eurojust, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2015

(2016/2170(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2015,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0129/2017),

A.  billi, skont ir-rapporti finanzjarji tagħha, il-baġit finali tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2015 kien ta' EUR 33 818 351; billi l-baġit kollu tal-Eurojust huwa derivat mill-baġit tal-Unjoni;

B.  billi l-Qorti tal-Awdituri ("il-Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2015 ("ir-rapport tal-Qorti"), stqarret li kisbet assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Eurojust huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

C.  billi, fil-kuntest tal-proċedura ta' kwittanza, l-awtorità ta' kwittanza tisħaq fuq l-importanza speċjali li l-leġittimità demokratika tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni tissaħħaħ ulterjorment permezz ta' titjib fit-trasparenza u l-obbligu ta' rendikont, permezz tal-implimentazzjoni tal-kunċett ta' bbaġitjar abbażi tal-prestazzjoni u governanza tajba tar-riżorsi umani,

Segwitu għall-kwittanza 2014

1.  Jirrikonoxxi li, skont ir-rapport tal-Qorti, fir-rigward ta' segwitu għal kwittanzi preċedenti, ittieħdu azzjonijiet korrettivi u għal żewġ kummenti l-azzjoni korrettiva hija mmarkata bħala "Għadha għaddejja" filwaqt li għal kumment ieħor hija mmarkata bħala "Mhux applikabbli";

2.  Jirrikonoxxi li l-Eurojust, f'konsultazzjoni mad-Direttorat Ġenerali għall-Ġustizzja u l-Konsumaturi u d-Direttorat Ġenerali għall-Baġit tal-Kummissjoni, tevalwa l-użu tal-approprjazzjonijiet differenzjati biex tiżgura l-finanzjament tal-attivitajiet operattivi, li ma jistgħux jiġu ppjanati minn qabel u li jeħtieġu jkomplu għaddejjin matul is-sena kollha;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

3.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-isforzi ta' monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2015 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 99,99 %, li tirrappreżenta żieda ta' 0,17 % mill-2014; jinnota, barra minn hekk, li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 89 %, li tfisser żieda ta' 1,69 % mill-2014;

4.  Jiddispjaċih li l-Eurojust ħabbtet wiċċha ma' kwistjonijiet ta' disponibbiltà baġitarja minħabba problemi strutturali magħrufa fil-finanzjament tagħha u li għat-tieni sena konsekuttiva kellha tirrikorri għal miżuri ta' mitigazzjoni soġġetti għal baġit emendatorju; jiddispjaċih li l-inċertezza finanzjarja li kellha ħabbtet wiċċha magħha l-Eurojust irriżultat fil-posponiment ta' wħud mill-attivitajiet kurrenti tagħha u d-differiment ta' żviluppi teknoloġiċi prezzjużi; jitlob li l-Eurojust u l-Kummissjoni jsolvu dawn il-problemi strutturali magħrufa u jiżguraw livell xieraq ta' finanzjament għas-snin li ġejjin;

Impenji u riporti

5.  Jinnota li l-ammont riportat mill-2014 għall-2015 kien ta' EUR 4 246 726 li minnhom intużaw 87,6 %; jinnota, barra minn hekk, li ammont ta' EUR 525 194 – li jirrappreżenta ammont simili għall-2014 – ġie kkanċellat fl-aħħar tas-sena;

6.  Jieħu nota tal-fatt li, skont ir-rapport tal-Qorti, il-livell ta' approprjazzjonijiet impenjati riportati għat-Titolu II (nefqa amministrattiva) kienu ta' EUR 1 600 000 (21 %) meta mqabbla ma' EUR 1 500 000 (20 %) fl-2014; jirrikonoxxi li dawn ir-riporti huma prinċipalment relatati ma' kuntratti speċifiċi għal servizzi ta' sigurtà u ospitalità u proġetti tal-ICT, hardware u manutenzjoni, spejjeż marbuta mal-konsulenza u mal-proġetti għall-bini l-ġdid, kif ukoll għal servizzi ordnati qabel tmiem is-sena u provduti fl-2016;

7.  Jinnota li r-riporti jistgħu jkunu parzjalment jew għalkollox ġustifikabbli min-natura pluriennali tal-programmi operattivi tal-aġenziji u li mhux neċessarjament jindikaw dgħufijiet fl-ippjanar u fl-implimentazzjoni tal-baġit, u li mhux dejjem imorru kontra l-prinċipju baġitarju tal-annwalità, b'mod partikolari jekk ikunu ppjanati minn qabel u kkomunikati lill-Qorti;

Proċeduri ta' akkwist u reklutaġġ

8.  Jieħu nota tal-fatt li l-Eurojust iffirmat 23 kuntratt b'valur ta' aktar minn EUR 15 000, li jirrappreżenta tnaqqis ċkejken ta' 14 % meta mqabbel mal-2014; josserva li ntużat proċedura ta' akkwist miftuħa għal 82,6 % tal-kuntratti, rata li tirrappreżenta 95,44 % tal-akkwisti;

9.  Jinnota li r-rata ta' postijiet vakanti tal-Eurojust fil-31 ta' Diċembru 2015 kienet ta' 2,4 % meta mqabbla ma' 4,8 % fil-31 ta' Diċembru 2014; jinnota b'sodisfazzjon li l-organigramma tal-2015 ġiet eżegwita fil-livell ta' 97,6 %;

10.  Josserva li fl-2015 il-Eurojust implimentat it-tieni mewġa ta' tnaqqis fil-karigi, li tikkorrispondi għal 2 % jew erba' karigi, sabiex tintlaħaq il-mira tat-tnaqqis tal-persunal b'5 % miftiehma mill-awtorità baġitarja; jinnota, barra minn hekk, li l-aħħar mewġa ta' tnaqqis tal-persunal, li tikkorrispondi għal 1 % jew tliet karigi, kellha tiġi implimentata fl-2016 fil-qasam tal-appoġġ amministrattiv; jirrikonoxxi li t-tnaqqis tal-persunal saħħaħ is-sehem ta' impjiegi operattivi fl-organizzazzjoni;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u t-trasparenza

11.  Jinnota l-affermazzjoni mill-ġdid tal-Eurojust li regoli ċari għall-protezzjoni tal-informaturi jiżvolġu rwol integrali biex tinkiseb kultura ta' fiduċja u biex tiġi miġġielda l-frodi, kif previst fl-Artikolu 22c tar-Regolamenti tal-Persunal; jieħu nota tal-fatt li l-Eurojust tinsab fil-proċess li tfassal regoli ġodda għall-protezzjoni tal-informaturi; jirrimarka li diskussjoni preliminari dwar l-abbozz ta' regoli diġà saret fil-Kulleġġ tal-Eurojust nhar l-4 ta' Ottubru 2016; jistieden lill-Eurojust tkompli tirrapporta dwar il-proċess u dwar l-adozzjoni sussegwenti tar-regoli tagħha għall-protezzjoni tal-informaturi;

12.  Josserva li verżjonijiet qosra tal-curriculum vitae (CVs) tal-membri tal-Kulleġġ huma ppubblikati online iżda li d-dikjarazzjonijiet ta' interess mhumiex; jinnota f'dan ir-rigward li, f'Jannar 2016, il-Kulleġġ tal-Eurojust adotta linji gwida dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess; jinnota wkoll li l-Eurojust bħalissa qed tiffinalizza l-proċess ta' kumpilazzjoni ta' dikjarazzjonijiet ta' interess u li r-riżultati tiegħu se jiġu sussegwentement ippubblikati fuq is-sit web tagħha; jitlob lill-Eurojust tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-progress dwar din il-kwistjoni;

13.  Jinnota bi tħassib li l-Eurojust ma pprevediet l-ebda kontroll jew aġġornament tad-dikjarazzjonijiet ta' interess tal-esperti, il-membri tal-Kulleġġ u l-membri tal-persunal;

14.  Jiddispjaċih li l-amministrazzjoni u l-membri tal-Korp Konġunt ta' Sorveljanza indipendenti ma ppubblikawx id-dikjarazzjonijiet ta' interess tagħhom; jappella biex dawn id-dikjarazzjonijiet jiġu ppubblikati minnufih; jappella biex il-Eurojust tadotta gwida prattika dwar il-ġestjoni istituzzjonali u oħra dwar il-kunflitti ta' interess, skont il-linji gwida ppubblikati mill-Kummissjoni f'Diċembru 2013, u tistabbilixxi regoli ċari kontra l-prattika ta' "bibien iduru";

Awditu intern

15.  Jirrikonoxxi li, skont ir-rapport annwali tal-Eurojust, is-Servizz ta' Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni ppospona l-awditjar tiegħu dwar il-"Monitoraġġ u Rappurtar / Elementi Fundamentali tal-Assigurazzjoni" minħabba r-riżorsi tal-IT skarsi tiegħu fil-qasam tal-awditjar, awditjar li finalment twettaq f'Jannar 2016; jistenna bil-ħerqa r-rapport annwali li jmiss tal-Eurojust u dettalji ulterjuri dwar l-awditjar;

16.  Josserva li mis-27 ta' Marzu 2015 ir-rakkomandazzjonijiet pendenti preċedenti kollha ngħalqu mill-IAS; ifakkar li fl-2014 l-IAS awditja l-ġestjoni u l-organizzazzjoni tal-Laqgħat ta' Koordinazzjoni u ċ-Ċentri ta' Koordinazzjoni fil-Eurojust; jieħu nota tal-fatt li fl-2015 l-IAS ħareġ rapport finali ta' awditjar b'rakkomandazzjoni waħda mmarkata bħala "Importanti"; jinnota b'sodisfazzjon li l-Eurojust implimentat l-azzjoni korrettiva għar-rakkomandazzjoni u li din issa tidher bħala "Ikkompletata";

17.  Jieħu nota tal-fatt li l-implimentazzjoni tal-proġett ta' Tisħiħ tas-Sistema ta' Kontabilità Bbażata fuq id-Dovuti ppermettiet użu aktar effiċjenti tar-riżorsi umani fl-amministrazzjoni tal-Eurojust, filwaqt li għodda ġdida għar-reġistrazzjoni tal-ħin (eRecording), implimentata mid-Direttur Amministrattiv għall-impjegati kollha tal-amministrazzjoni sa minn April 2015, irrappreżentat pass lejn monitoraġġ u rappurtar ibbażati fuq l-attività;

Kummenti oħra

18.  Jinkoraġġixxi lill-Eurojust biex tkompli tittratta t-terroriżmu, it-traffikar u l-kuntrabandu, u ċ-ċiberkriminalità bħala prijoritajiet; jilqa' l-fatt li l-Istati Membri qed jagħmlu dejjem aktar użu mil-laqgħat ta' koordinazzjoni u ċ-ċentri ta' koordinazzjoni u li qed jagħrfu l-valur taż-żieda fl-involviment ta' pajjiżi terzi f'timijiet konġunti ta' investigazzjoni; jilqa' l-fatt li l-għadd ta' każijiet li għalihom l-Istati Membri talbu l-għajnuna tal-Eurojust qed ikompli jikber u żdied bi 23 % meta mqabbel mal-2014; jikkunsidra li l-baġit tagħha għandu jiżdied konsegwentement;

19.  Jirrikonoxxi li l-Eurojust, flimkien mal-Istat Membru ospitanti tagħha, tinsab attwalment fil-proċess ta' tħejjija għat-tranżizzjoni lejn il-bini l-ġdid tagħha; jinnota li l-kostruzzjoni tal-bini bdiet fir-rebbiegħa tal-2015 u l-ġarr mistenni ġie ppjanat għar-rebbiegħa tal-2017; jistieden lill-Eurojust tirrapporta ulterjorment lill-awtorità ta' kwittanza dwar it-tranżizzjoni lejn il-bini l-ġdid tagħha, kif ukoll tiddeskrivi l-ispejjeż ta' tranżizzjoni totali mġarrba;

20.  Jinnota bi tħassib li hemm żbilanċ sinifikanti bejn is-sessi kemm fil-maniġment superjuri kif ukoll bejn il-membri tal-Kulleġġ tal-Eurojust; iħeġġeġ lill-Eurojust tikkoreġi dan l-iżbilanċ malajr kemm jista' jkun u tikkomunika r-riżultati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill;

21.  Jinnota li l-Eurojust għandha 7 karozzi tas-servizz bi spiża ta' EUR 20 000 fis-sena;

22.  Jinnota li, fl-2015, 64 membru tal-persunal ipparteċipaw f'away days li l-ispiża tagħhom kienet ta' EUR 9 346,98 (EUR 146,04 kull persuna);

23.  Jiddispjaċih li, fir-rapport annwali tagħha tal-2015, il-Eurojust iddikjarat li l-korruzzjoni mhijiex prijorità tal-Unjoni; jinnota li, b'kontradizzjoni għal din id-dikjarazzjoni, hemm id-90 każ ta' korruzzjoni li fir-rigward tagħhom, fl-2015, il-Eurojust intalbet tipprovdi l-għarfien espert tagħha (darbtejn aktar milli kien hemm fl-2014) skont ir-rapport annwali tal-Eurojust; jirrikonoxxi l-fatt li l-Greċja, ir-Rumanija u l-Kroazja kienu l-Istati Membri li ressqu l-akbar ammont ta' talbiet f'każijiet relatati mal-korruzzjoni;

°

°  °

24.  Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu ta' [xx xxxx 2017](11) [dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji].

1.3.2017

OPINJONI tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2015

(2016/2170(DEC))

Rapporteur għal opinjoni: Petr Ježek

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jilqa' l-konklużjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri li l-kontijiet annwali tal-Eurojust jippreżentaw b'mod ġust il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta' Diċembru 2015 u li t-tranżazzjonijiet tagħha huma legali u regolari;

2.  Jinkoraġġixxi lill-Eurojust biex tkompli tittratta t-terroriżmu, it-traffikar u l-kuntrabandu, u ċ-ċiberkriminalità bħala prijoritajiet; jilqa' l-fatt li numru dejjem akbar ta' Stati Membri għamlu użu mil-laqgħat ta' koordinazzjoni u ċ-ċentri ta' koordinazzjoni u li jagħrfu l-valur tal-involviment miżjud ta' pajjiżi terzi f'timijiet konġunti ta' investigazzjoni; jagħraf li l-għadd ta' każijiet li għalihom l-Istati Membri talbu l-għajnuna tal-Eurojust qed ikompli jikber u żdied bi 23 % meta mqabbel mal-2014; jikkunsidra li l-baġit tagħha għandu jiżdied kif xieraq; jinnota r-rata għolja ta' 99,86 % ta' implimentazzjoni baġitarja min-naħa tal-Eurojust għall-2015 mill-baġit annwali tagħha ta' EUR 33,818 miljun;

3.  Jiddispjaċih li, fir-rapport annwali tagħha tal-2015, il-Eurojust iddikjarat li l-korruzzjoni mhijiex prijorità tal-Unjoni; jinnota li, b'kontradizzjoni għal din id-dikjarazzjoni, hemm id-90 każ ta' korruzzjoni li fir-rigward tagħhom il-Eurojust intalbet tipprovdi l-għarfien espert tekniku tagħha fl-2015 (darbtejn aktar milli kien hemm fl-2014) skont ir-rapport annwali tal-Eurojust; jirrikonoxxi l-fatt li l-Greċja, ir-Rumanija u l-Kroazja kienu l-Istati Membri li ressqu l-akbar ammont ta' talbiet f'każijiet relatati mal-korruzzjoni;

4.  Jiddispjaċih li l-Eurojust ħabbtet wiċċha ma' kwistjonijiet ta' disponibbiltà baġitarja minħabba problemi strutturali magħrufa fil-finanzjament tagħha; jiddispjaċih li l-inċertezza finanzjarja li ħabbtet wiċċha magħha l-Eurojust irriżultat fil-posponiment ta' ċerti attivitajiet kurrenti u d-differiment ta' żviluppi teknoloġiċi prezzjużi; jitlob li l-Eurojust u l-Kummissjoni jsolvu dawn il-problemi strutturali magħrufa u jiżguraw livell xieraq ta' finanzjament għas-snin li ġejjin;

5.  Jinnota l-livell għoli ta' approprjazzjonijiet impenjati riportati għall-infiq amministrattiv (21 %); jirrikonoxxi li dan kien prinċipalment ir-riżultat ta' inċertezza baġitarja; jiddispjaċih li dan wassal għal kwistjonijiet ta' eżekuzzjoni f'kuntratti speċifiċi għas-sigurtà u s-servizzi ta' ospitalità, proġetti tal-ICT, xiri u manutenzjoni ta' ħardwer, kif ukoll konsulenza u spejjeż tal-proġett għall-bini l-ġdid; jilqa', minkejja d-diffikultajiet li nqalgħu, l-impenn tal-Eurojust biex tevita kwalunkwe riport mhux ġustifikat;

6.  Jiddispjaċih li l-amministrazzjoni u l-membri tal-Korp Konġunt ta' Sorveljanza indipendenti ma ppubblikawx id-dikjarazzjonijiet tal-interessi tagħhom; jappella biex dawn id-dikjarazzjonijiet jiġu ppubblikati minnufih; jappella lill-Eurojust biex tadotta gwida prattika dwar il-ġestjoni istituzzjonali u waħda dwar il-kunflitti ta' interess, skont il-linji gwida ppubblikati mill-Kummissjoni f'Diċembru 2013 u biex tistabbilixxi regoli ċari kontra "l-bibien iduru"; ifakkar lill-Eurojust biex tadotta regoli vinkolanti interni għall-protezzjoni tal-informaturi, bi qbil mal-Artikolu 22c tar-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, li bdew jiġu applikati fl-1 ta' Jannar 2014;

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

9.2.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

38

2

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Heinz K. Becker, Michał Boni, Caterina Chinnici, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Tanja Fajon, Kinga Gál, Ana Gomes, Nathalie Griesbeck, Sylvie Guillaume, Jussi Halla-aho, Monika Hohlmeier, Eva Joly, Dietmar Köster, Barbara Kudrycka, Cécile Kashetu Kyenge, Marju Lauristin, Juan Fernando López Aguilar, Monica Macovei, Roberta Metsola, Péter Niedermüller, Soraya Post, Judith Sargentini, Birgit Sippel, Csaba Sógor, Sergei Stanishev, Helga Stevens, Traian Ungureanu, Bodil Valero, Marie-Christine Vergiat, Udo Voigt, Josef Weidenholzer, Kristina Winberg, Tomáš Zdechovský

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Petr Ježek, Jeroen Lenaers, Nadine Morano, Morten Helveg Petersen, Emil Radev, Barbara Spinelli, Anders Primdahl Vistisen, Axel Voss

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Josu Juaristi Abaunz, Georg Mayer

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

22.3.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

24

5

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Inés Ayala Sender, Dennis de Jong, Tamás Deutsch, Martina Dlabajová, Luke Ming Flanagan, Ingeborg Gräßle, Cătălin Sorin Ivan, Jean-François Jalkh, Bogusław Liberadzki, Monica Macovei, Notis Marias, Georgi Pirinski, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Bart Staes, Hannu Takkula, Derek Vaughan, Joachim Zeller

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Richard Ashworth, Gerben-Jan Gerbrandy, Benedek Jávor, Karin Kadenbach, Julia Pitera, Patricija Šulin

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Raymond Finch, Jens Geier, Piernicola Pedicini, Janusz Zemke

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

24

+

ALDE

ECR

GUE/NGL

PPE

S&D

VERTS/ALE

Martina Dlabajová, Gerben-Jan Gerbrandy, Hannu Takkula

Monica Macovei

Luke Ming Flanagan, Dennis de Jong

Tamás Deutsch, Ingeborg Gräßle, Julia Pitera, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Joachim Zeller, Patricija Šulin

Inés Ayala Sender, Jens Geier, Cătălin Sorin Ivan, Karin Kadenbach, Bogusław Liberadzki, Georgi Pirinski, Derek Vaughan, Janusz Zemke

Benedek Jávor, Bart Staes

5

-

ECR

EFDD

ENF

Richard Ashworth, Notis Marias

Raymond Finch, Piernicola Pedicini

Jean-François Jalkh

0

0

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjonijiet

(1)

ĠU C 449, 1.12.2016, p. 193.

(2)

ĠU C 449, 1.12.2016, p. 193.

(3)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)

ĠU L 63, 6.3.2002, p. 1.

(5)

ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.

(6)

ĠU C 449, 1.12.2016, p. 193.

(7)

ĠU C 449, 1.12.2016, p. 193.

(8)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(9)

ĠU L 63, 6.3.2002, p. 1.

(10)

ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.

(11)

Testi adottati ta' din id-data, P[8_TA(-PROV)(2017)0000].

Avviż legali