Proċedura : 2016/2172(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0130/2017

Testi mressqa :

A8-0130/2017

Dibattiti :

PV 26/04/2017 - 19
CRE 26/04/2017 - 19

Votazzjonijiet :

PV 27/04/2017 - 5.43

Testi adottati :

P8_TA(2017)0174

RAPPORT     
PDF 710kWORD 60k
30.3.2017
PE 593.868v02-00 A8-0130/2017

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima għas-sena finanzjarja 2015

(2016/2172(DEC))

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

Rapporteur: Inés Ayala Sender

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima għas-sena finanzjarja 2015

(2016/2172(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima għas-sena finanzjarja 2015,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2015 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Frar 2017 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2015 (05873/2017 – C8-0058/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1406/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2002 li jistabbilixxi l-Aġenzija Marittima Ewropea tas-Sigurtà(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 19 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0130/2017),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2015;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima għas-sena finanzjarja 2015

(2016/2172(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima għas-sena finanzjarja 2015,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposta tal-Aġenzija(6),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(7) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2015 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Frar 2017 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2015 (05873/2017 – C8-0058/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(8), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1406/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2002 li jistabbilixxi l-Aġenzija Marittima Ewropea tas-Sigurtà(9), u b'mod partikolari l-Artikolu 19 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(10), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0130/2017),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima għas-sena finanzjarja 2015;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima għas-sena finanzjarja 2015

(2016/2172(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima għas-sena finanzjarja 2015,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0130/2017),

A.  billi, skont ir-rapporti finanzjarji tagħha, il-baġit finali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima ("l-Aġenzija") għas-sena finanzjarja 2015 kien jammonta għal EUR 54 611 883, li jirrappreżenta żieda ta' 4,21 % meta mqabbel mal-2014,

B.  billi l-Qorti tal-Awdituri ("il-Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea tas-Sigurtà Marittima għas-sena finanzjarja 2015 ("ir-rapport tal-Qorti") stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari,

C.  billi, fil-kuntest tal-proċedura ta' kwittanza, l-awtorità ta' kwittanza tisħaq fuq l-importanza speċjali li tissaħħaħ ulterjorment il-leġittimità demokratika tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni permezz ta' titjib fit-trasparenza u l-obbligu ta' rendikont, permezz tal-implimentazzjoni tal-kunċett ta' bbaġitjar abbażi tal-prestazzjoni u governanza tajba tar-riżorsi umani,

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.  Jinnota li l-isforzi ta' monitoraġġ tal-baġit matul is-sena finanzjarja 2015 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni baġitarja ta' 99,23 %, li tfisser żieda ta' 4,45 % meta mqabbla mal-2014, u li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 96,52 %, li tfisser żieda ta' 2,75 %;

2.  Jieħu nota tal-fatt li l-Aġenzija rristrutturat l-istruttura baġitarja tagħha fl-2014 b'effett fuq il-Baġit 2015 sabiex jingħata appoġġ aħjar għall-bżonnijiet kummerċjali tal-Aġenzija; josserva barra minn hekk li t-tieni fażi tar-ristrutturar se jkollha effett fuq il-baġit fl-2016; jistieden lill-Aġenzija tinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-impatt prattiku u l-effiċjenzi miksuba bl-istruttura tal-baġit il-ġdida;

Impenji u riporti

3.  Jirrikonoxxi li, skont l-awditu annwali tal-Qorti tal-Awdituri, kif ukoll skont ir-rapport ta' kontijiet annwali tal-Aġenzija, ma ġiet identifikata l-ebda kwistjoni partikolari fir-rigward tal-livell ta' riporti fl-2015; josserva mill-ammont totali riportat mill-2014 għall-2015 (EUR 35 987 101), 46 % kienu kkunsmati, 50 % baqgħu bħala "ammont liberu" (ammont dovut, iżda mhux imħallas) u 4 % tat-total kien ikkanċellat; jinnota li r-riporti jistgħu sikwit ikunu ġustifikati, parzjalment jew għalkollox, min-natura pluriennali tal-programmi operattivi tal-aġenziji u ma jindikawx neċessarjament dgħufijiet fl-ippjanar u fl-implimentazzjoni tal-baġit, u lanqas ma jmorru dejjem kontra l-prinċipju baġitarju tal-annwalità, b'mod partikolari jekk ikunu ppjanati minn qabel mill-Aġenzija u kkomunikati lill-Qorti;

Trasferiment

4.  Jieħu nota tal-fatt li fl-2015 l-Aġenzija wettqet total ta' 10 trasferimenti bejn titoli baġitarji; jirrikonoxxi l-fatt li dawn it-trasferimenti kienu taħt il-limitu ta' 10 % tal-approprjazzjonijiet għas-sena finanzjarja murija fuq il-linja baġitarja li minnha jsir it-trasferiment fil-każ ta' trasferimenti minn titolu wieħed għall-ieħor; josserva li l-livell u n-natura tat-trasferimenti fl-2015 baqgħu fi ħdan il-limiti tar-regoli finanzjarji;

Proċeduri ta' akkwist u reklutaġġ

5.  Jieħu nota tal-fatt li l-Aġenzija nediet 88 proċedura ta' akkwist, bi 13 minnhom li kienu proċeduri nnegozjati speċjali u l-75 l-oħra kienu jinkludu proċedura nnegozjata miftuħa u b'valur baxx;

6.  Jinnota mir-rapport ta' attività annwali tal-Aġenzija li fl-2015, l-Aġenzija kellha 207 kariga fl-organigramma tagħha; josserva li filwaqt li fil-Pjan ta' Stabbiliment tal-Aġenzija għall-2015, ġġew indikati 207 kariga statutorja, l-Aġenzija wettqet l-attivitajiet proposti fil-Programm ta' Ħidma 2015 b'202 karigi statutorji, peress li ħames karigi ġew iffriżati għal tnaqqis previst fl-2016;

7.  Jinnota r-riżultati tat-tieni eżerċizzju ta' valutazzjoni komparattiva dwar il-karigi tal-Aġenzija, b'21,67 % tal-impjiegi ddedikati għall-koordinazzjoni u l-appoġġ fil-livell amministrattiv, 71,29 % għall-kompiti operattivi u 7,05 % għall-kompiti ta' kontroll u dawk finanzjarji; jiddispjaċih dwar it-tnaqqis kontinwu fil-livell tal-persunal, filwaqt li fl-istess ħin il-kompiti mogħtija lill-Aġenzija qed jiżdiedu;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u t-trasparenza

8.  Josserva li l-Aġenzija ppubblikat "Id-Dikjarazzjonijiet ta' Impenn u Kunfidenzjalità" iffirmati mill-membri tal-Bord Amministrattiv, flimkien mas-CVs tagħhom, kif mitlub mill-awtorità ta' kwittanza fil-proċeduri ta' kwittanza preċedenti;

9.  Jikkonstata bi tħassib li d-dikjarazzjonjiet ta' interess tal-membri tal-Bord Amministrattiv mhumiex ippubblikati fuq is-sit web u l-Aġenzija ma pprovdiet l-ebda kontroll jew aġġornament tad-dikjarazzjonijiet ta' interess tal-membri tal-bord maniġerjali tagħha; iħeġġeġ lill-Aġenzija tirrimedja s-sitwazzjoni billi tippubblika tali dokumenti u tintroduċi verifiki, sabiex tiżgura s-sorveljanza u l-iskrutinju pubbliku meħtieġ tal-ġestjoni tagħha;

10.  Jikkonstata b'sodisfazzjon li l-Bord Amministrattiv tal-Aġenzija fl-2015 adotta strateġija għall-prevenzjoni u d-detezzjoni tal-frodi, li hija msejsa fuq il-metodoloġija u l-gwida għal strateġija kontra l-frodi mressqa mill-OLAF, kif ukoll fuq l-Istrateġija Kontra l-Frodi tad-DĠ Move tal-Kummissjoni;

11.  Jikkonstata bi tħassib li l-Aġenzija ma ħadet l-ebda inizjattiva speċifika sabiex iżżid it-trasparenza tagħha rigward il-kuntatti tagħha mal-partijiet interessati u mal-lobbisti; jistieden lill-Aġenzija tadotta politika proattiva ta' trasparenza fil-lobbying;

Awditu intern

12.  Jirrikonoxxi l-fatt li fl-2015, il-korpi ta' awditjar tal-Aġenzija ma ħarġu l-ebda rakkomandazzjoni jew osservazzjoni ta' awditu kritika li setgħet twassal għal riżerva fid-dikjarazzjoni annwali ta’ assigurazzjoni; jinnota b'sodisfazzjoni li r-rakkomandazzjonijiet u l-osservazzjonijiet kollha li ġejjin mill-awditi differenti mis-snin qabel l-2015, ingħalqu fil-31 ta' Diċembru 2015;

Kontroll intern

13.  Jieħu nota tal-fatt li l-Aġenzija żviluppat u implimentat serje ta' miżuri interni biex tiżgura li l-attivitajiet tagħha jkunu soġġetti għal kontroll u pprovdiet assigurazzjoni raġonevoli għall-ġestjoni tal-kisbiet tal-objettivi tagħha; josserva li l-Aġenzija implimentat ġabra sħiħa ta' Standards ta' Kontroll Intern (ICS) li huma bbażati fuq standards ekwivalenti stabbiliti mill-Kummissjoni u minn rekwiżiti minimi li ġew adottati mill-Bord Amministrattiv tiegħu;

Prestazzjoni

14.  Jieħu nota tal-fatt li l-Aġenzija kkooperat b'mod estensiv fuq livell operattiv, fil-qasam tal-monitoraġġ marittimu, is-sorveljanza u l-qsim tal-informazzjoni, ma' aġenziji tal-Unjoni u ma' korpi oħrajn (EFCA, Frontex, EU NAVFOR, MAOC-N), sabiex tikkapitalizza fuq l-għarfien espert attwali u s-servizzi f'modi ta' benefiċċju reċiproku; jikkonstata li minn Diċembru 2014, l-Aġenzija tospita l-Business Continuity Facility of the Fusion for Energy Joint Undertaking (F4E) f'Madrid; jieħu nota tal-fatt li l-Aġenzija kompliet tikkoopera mal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd (EFCA) sabiex tkun tista' wkoll tuża ċ-ċentru ta' kontinwità kummerċjali tal-Aġenzija; jirrikonoxxi l-fatt li l-Aġenzija ħadmet mill-qrib maċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (EMCDDA) biex tiżviluppa kooperazzjoni u sinerġiji bejn iż-żewġ aġenziji bil-għan li żżid l-effiċjenza u l-kosteffikaċja minħabba l-prossimità ġeografika tal-aġenziji;

Kummenti oħra

15.  Jinnota bi tħassib li hemm żbilanċ sinifikanti bejn is-sessi ta' 20 % / 80 % fir-rigward tal-membri tal-Bord Amministrattiv u tal-membri sostituti; iħeġġeġ lill-Aġenzija tikkoreġi dan l-iżbilanċ u tikkomunika l-progress magħmul lill-Parlament mill-aktar fis possibbli;

16.  Jenfasizza l-kontribut tal-Aġenzija għas-sigurtà marittima, il-prevenzjoni ta' tniġġis mill-bastimenti kif ukoll mill-istallazzjonijiet lil hinn mill-kosta għall-isfruttament tal-gass u taż-żejt fl-Ewropa, u l-assistenza li tat lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni skont id-dritt internazzjonali u tal-Unjoni; jilqa' u jinkoraġġixxi l-kollaborazzjoni min-naħa tal-Aġenzija ma' Aġenziji Ewropej oħra fir-rigward tal-kriżi tar-rifuġjati u jafferma mill-ġdid il-ħtieġa li l-Aġenzija tingħata r-riżorsi finanzjarji, materjali u umani meħtieġa biex tkun tista' twettaq il-kompiti tagħha b'mod effikaċi, inkluż meta tittratta attivitajiet ta' importanza kritika li jmorru lil hinn mill-mandat tagħha, jiġifieri l-kontribut għall-kriżi tar-rifuġjati f'termini ta' għarfien speċjalizzat, appoġġ operattiv u persunal tal-Aġenzija;

17.  Jenfasizza li l-għarfien speċjalizzat u l-kapaċitajiet interni tal-Aġenzija jagħtuha l-opportunità li tespandi l-azzjoni u l-għoti ta' servizz tagħha fuq skala aktar globali, u b'hekk tikkontribwixxi biex iżżid l-ambitu tal-oqfsa regolatorji u l-istandards tas-sikurezza u dawk ambjentali tal-Unjoni;

°

°  °

18.  Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu ta' [xx xxxx 2017](11) [dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji].).

28.2.2017

OPINJONI tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu

għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima għas-sena finanzjarja 2015

(2016/2172(DEC))

Rapporteur għal opinjoni: Claudia Schmidt

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jilqa' l-fatt li l-Qorti tal-Awdituri sabet li t-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima ("l-Aġenzija") għas-sena finanzjarja 2015 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha;

2.  Jinnota li l-baġit annwali tal-Aġenzija għas-sena 2015, minbarra d-dħul assenjat intern u estern, kien ta' EUR 54,61 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' EUR 53,12 miljun f'approprjazzjonijiet ta' pagament, u li r-rati ta' implimentazzjoni kienu ta' 99,23 % u 96,52 % rispettivament; jilqa' ż-żieda fir-rati ta' implimentazzjoni meta mqabbla mal-2014; jilqa' l-fatt li l-Aġenzija laħqet 97,96 % tal-eżekuzzjoni tal-pagamenti b'kont meħud ukoll tar-riporti awtomatiċi tal-approprjazzjonijiet ta' pagament;

3.  Jilqa' l-adozzjoni mill-Bord Amministrattiv ta' strateġija ta' prevenzjoni u sejbien ta' frodi, ibbażata fuq il-metodoloġija u l-gwida tal-OLAF u fuq l-istrateġija kontra l-frodi tad-DĠ MOVE, u jistenna li tiġi implimentata b'mod sħiħ u mgħaġġel;

4.  Jilqa' l-fatt li r-rakkomandazzjonijiet u l-osservazzjonijiet kollha li jirriżultaw minn diversi awditi minn snin qabel l-2015 ġew indirizzati u li ma kien hemm ebda azzjoni pendenti li seta' kellha influwenza negattiva fuq ir-riskji marbuta mal-attivitajiet tal-Aġenzija fl-2015;

5.  Jilqa' l-fatt li l-Aġenzija qed tfittex sinerġiji tal-azzjonijiet ma' aġenziji deċentralizzati oħra tal-UE sabiex jinkisbu aktar effikaċja, effiċjenza, u fit-tnaqqis fl-ispejjeż, b'mod partikolari fl-oqsma orizzontali u amministrattivi;

6.  Jenfasizza l-kontribut tal-Aġenzija għas-sigurtà marittima, il-prevenzjoni ta' tniġġis mill-bastimenti kif ukoll mill-istallazzjonijiet lil hinn mill-kosta għall-isfruttament tal-gass u taż-żejt fl-Ewropa, u l-assistenza li tat lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni skont id-dritt internazzjonali u tal-Unjoni; jilqa' u jinkoraġġixxi l-kollaborazzjoni min-naħa tal-Aġenzija ma' Aġenziji Ewropej oħra fir-rigward tal-kriżi tar-rifuġjati u jafferma mill-ġdid il-ħtieġa li l-Aġenzija tingħata r-riżorsi finanzjarji, materjali u umani meħtieġa biex tkun tista' twettaq il-kompiti tagħha b'mod effikaċi, inkluż meta tittratta attivitajiet ta' importanza kritika li jmorru lil hinn mill-mandat tagħha, jiġifieri l-kontribut f'termini ta' għarfien speċjalizzat, appoġġ operattiv u persunal tal-Aġenzija għall-kriżi tar-rifuġjati;

7.  Jinnota r-riżultati tat-tieni eżerċizzju ta' valutazzjoni komparattiva dwar il-karigi tal-Aġenzija, b'21,67 % tal-impjiegi ddedikati għall-koordinazzjoni u l-appoġġ fil-livell amministrattiv, 71,29 % għall-kompiti operattivi u 7,05 % għall-kompiti ta' kontroll u dawk finanzjarji; jiddispjaċih dwar it-tnaqqis kontinwu fil-livell tal-persunal, filwaqt li fl-istess ħin il-kompiti mogħtija lill-Aġenzija qed jiżdiedu;

8.  Jenfasizza li l-għarfien speċjalizzat u l-kapaċitajiet interni tal-Aġenzija jagħtuha l-opportunità li tespandi l-azzjoni u l-għoti ta' servizz tagħha fuq skala aktar globali, u b'hekk tikkontribwixxi biex iżżid l-ambitu tal-oqsfa regolatorji u l-istandards tas-sikurezza u dawk ambjentali tal-Unjoni;

9.  Jirrikonoxxi l-progress tal-Aġenzija rigward il-pubblikazzjoni tas-CVs u tad-dikjarazzjonijiet ta' interess tal-membri u s-supplenti tal-Bord Amministrattiv fuq is-sit web tal-Aġenzija; jiddispjaċih, madankollu, li d-dikjarazzjonijiet ta' interess ma ġewx ipprovduti mill-membri u mis-supplenti kollha kif kien intalab mill-Parlament u rakkomandat mill-Qorti tal-Awdituri; jistieden, għaldaqstant, lill-Aġenzija biex tippubblika mingħajr dewmien id-dikjarazzjonijiet ta' interess tal-membri u s-supplenti kollha tal-Bord Amministrattiv;

10.  Jipproponi li l-Parlament jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2015.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

28.2.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

41

3

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Daniela Aiuto, Lucy Anderson, Marie-Christine Arnautu, Georges Bach, Izaskun Bilbao Barandica, Luis de Grandes Pascual, Andor Deli, Karima Delli, Isabella De Monte, Ismail Ertug, Jacqueline Foster, Bruno Gollnisch, Dieter-Lebrecht Koch, Merja Kyllönen, Miltiadis Kyrkos, Bogusław Liberadzki, Peter Lundgren, Marian-Jean Marinescu, Georg Mayer, Gesine Meissner, Cláudia Monteiro de Aguiar, Jens Nilsson, Markus Pieper, Salvatore Domenico Pogliese, Tomasz Piotr Poręba, Gabriele Preuß, Christine Revault D’Allonnes Bonnefoy, Dominique Riquet, Massimiliano Salini, Claudia Schmidt, Jill Seymour, Claudia Țapardel, Keith Taylor, Pavel Telička, István Ujhelyi, Wim van de Camp, Janusz Zemke, Roberts Zīle, Kosma Złotowski, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Jakop Dalunde, Mark Demesmaeker, Markus Ferber, Karoline Graswander-Hainz, Kateřina Konečná, Franck Proust

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI

FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

22.3.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

23

4

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Inés Ayala Sender, Dennis de Jong, Tamás Deutsch, Martina Dlabajová, Luke Ming Flanagan, Ingeborg Gräßle, Cătălin Sorin Ivan, Jean-François Jalkh, Bogusław Liberadzki, Monica Macovei, Notis Marias, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Bart Staes, Hannu Takkula, Derek Vaughan, Joachim Zeller

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Gerben-Jan Gerbrandy, Benedek Jávor, Karin Kadenbach, Julia Pitera, Patricija Šulin

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Raymond Finch, Jens Geier, Piernicola Pedicini, Janusz Zemke

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

23

+

ALDE

ECR

GUE/NGL

PPE

S&D

VERTS/ALE

Martina Dlabajová, Gerben-Jan Gerbrandy, Hannu Takkula

Monica Macovei

Luke Ming Flanagan, Dennis de Jong

Tamás Deutsch, Ingeborg Gräßle, Julia Pitera, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Joachim Zeller, Patricija Šulin

Inés Ayala Sender, Jens Geier, Cătălin Sorin Ivan, Karin Kadenbach, Bogusław Liberadzki, Derek Vaughan, Janusz Zemke

Benedek Jávor, Bart Staes

4

-

ECR

EFDD

ENF

Notis Marias

Raymond Finch, Piernicola Pedicini

Jean-François Jalkh

0

0

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjonijiet

(1)

ĠU C 449, 1.12.2016, p. 133.

(2)

ĠU C 449, 1.12.2016, p. 133.

(3)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)

ĠU L 208, 5.8.2002, p. 1.

(5)

ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.

(6)

ĠU C 449, 1.12.2016, p. 133.

(7)

ĠU C 449, 1.12.2016, p. 133.

(8)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(9)

ĠU L 208, 5.8.2002, p. 1.

(10)

ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.

(11)

Testi adottati ta' din id-data, P[8_TA(-PROV)(2017)0000].

Avviż legali