Proċedura : 2016/0274(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0132/2017

Testi mressqa :

A8-0132/2017

Dibattiti :

PV 07/02/2018 - 16
CRE 07/02/2018 - 16

Votazzjonijiet :

PV 08/02/2018 - 12.7

Testi adottati :

P8_TA(2018)0037

RAPPORT     ***I
PDF 745kWORD 90k
30.3.2017
PE 599.626v02-00 A8-0132/2017

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE, Euratom) Nru 480/2009 li jistabbilixxi Fond ta' Garanzija għall-azzjonijiet esterni

(COM(2016)0582 – C8-0374/2016 – 2016/0274(COD))

Kumitat għall-Baġits

Rapporteur: Eider Gardiazabal Rubial

Rapporteur for the opinion (*): Nirj Deva, Committee on Development

(*) Kumitat assoċjat – Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE, Euratom) Nru 480/2009 li jistabbilixxi Fond ta' Garanzija għall-azzjonijiet esterni

(COM(2016)0582 – C8-0374/2016 – 2016/0274(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2016)0582),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 209 u 212 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0374/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp, tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A8-0132/2017),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda     1

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  Il-Fond ta’ garanzija għandu pagament annwali mill-baġit ġenerali tal-Unjoni, imgħax fuq riżorsi tal-Fond tal-Garanzija investiti, u ammonti rkuprati minn debituri f'kontumaċja.

(2)  Il-Fond ta’ garanzija għandu pagament annwali mill-baġit ġenerali tal-Unjoni, imgħax fuq riżorsi tal-Fond tal-Garanzija investiti, u ammonti rkuprati minn debituri f'kontumaċja. Il-pagament annwali ma għandux ikun għad-detriment ta' attivitajiet eżistenti taħt l-intestatura 4.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  L-ammont tal-Fond ta’ Garanzija f’eċċess ta’ aktar minn 10 % tat-total tal-kapital passiv pendenti totali tal-Unjoni għandu jintradd lura lill-baġit ġenerali tal-Unjoni sabiex jiġi protett aħjar il-baġit kontra r-riskju potenzjali addizzjonali ta’ inadempjenza tal-operazzjonijiet ta’ finanzjament tal-BEI li jindirizzaw il-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni.

(4)  L-ammont tal-Fond ta’ Garanzija f’eċċess ta’ aktar minn 10 % tat-total tal-kapital passiv pendenti totali tal-Unjoni għandu jintradd lura lill-baġit ġenerali tal-Unjoni sabiex jiġi protett aħjar il-baġit kontra r-riskju potenzjali addizzjonali ta’ inadempjenza tal-operazzjonijiet ta’ finanzjament tal-BEI li jindirizzaw il-pressjoni migratorja li tirriżulta mill-faqar, l-inugwaljanza, it-tkabbir demografiku, in-nuqqas ta' impjiegi u ta' opportunitajiet ekonomiċi, it-tibdil fil-klima u l-konsegwenzi fit-tul tal-ispostamenti furzat.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Il-ġestjoni finanzjarja tal-Fond ta’ Garanzija jeħtieġ li tkun ittrasferita mill-BEI lill-Kummissjoni, li għandha prattika stabbilita ta’ ġestjoni ta’ investimenti simili. Billi tieħu r-responsabbiltà tal-ġestjoni tal-assi tal-Fond ta’ Garanzija, il-Kummissjoni għandha tkun tista’ tissimplifika u tikkonsolida l-attivitajiet ta’ ġestjoni tal-assi, billi tibni fuq strutturi eżistenti u esperjenza tajba.

(5)  Il-ġestjoni finanzjarja tal-Fond ta’ Garanzija jeħtieġ li tkun ittrasferita mill-BEI lill-Kummissjoni, li għandha prattika stabbilita ta’ ġestjoni ta’ investimenti simili u għandha ssir skont l-ogħla standards tat-trasparenza u tar-responsabilità demokratika. Billi tieħu r-responsabbiltà tal-ġestjoni tal-assi tal-Fond ta’ Garanzija, il-Kummissjoni għandha tkun tista’ tissimplifika u tikkonsolida ulterjorment l-attivitajiet ta’ ġestjoni tal-assi tagħha, billi tibni fuq strutturi eżistenti u tkompli ssaħħaħ l-esperjenza tajba. It-trasferiment tal-ġestjoni għandu jwassal għal iffrankar fl-ispejjeż għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u għandu jgħin lill-Kummissjoni tagħti lill-Parlament Ewropew informazzjoni aħjar u iktar preċiża dwar il-ġestjoni u s-sitwazzjoni tal-Fond ta' Garanzija.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Regolament (KE, Euratom) Nru 480/2009

Artikolu 7

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tiżgura l-ġestjoni finanzjarja tal-Fond. Il-Kummissjoni għandha tiġġestixxi u tinvesti r-riżorsi tal-Fond ta’ Garanzija f’konformità mal-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja tajba, u għandha issegwi regoli prudenzjali xierqa.”;

Il-Kummissjoni għandha tiżgura l-ġestjoni finanzjarja tal-Fond skont dan ir-Regolament u skont ir-regoli u l-proċeduri interni tal-Fond. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tiġġestixxi u tinvesti r-riżorsi tal-Fond ta’ Garanzija f’konformità mal-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja tajba, u għandha issegwi regoli prudenzjali xierqa, filwaqt li tikkunsidra l-prinċipji li jiggwidaw l-azzjoni esterna tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha tispjega lill-Parlament Ewropew kif il-ġestjoni tal-Fond hija integrata fl-istrateġija ta’ żvilupp usa' tagħha.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Regolament (KE, Euratom) Nru 480/2009

Artikolu 8 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sal-31 ta' Marzu ta' kull sena, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Qorti tal-Awdituri, fil-kuntest tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji tal-Kummissjoni, l-informazzjoni mitluba dwar is-sitwazzjoni tal-Fond ta' Garanzija.

Sal-31 ta' Marzu ta' kull sena, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Qorti tal-Awdituri, fil-kuntest tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji tal-Kummissjoni, l-informazzjoni kollha mitluba dwar is-sitwazzjoni tal-Fond ta' Garanzija.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Regolament (KE, Euratom) Nru 480/2009

Artikolu 8 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Barra minn hekk, sa mhux aktar tard mill-31 ta' Mejju ta' kull sena, hija għandha tibgħat lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Qorti tal-Awdituri rapport annwali dwar il-ġestjoni tal-Fond ta' Garanzija matul is-sena ta' kalendarju preċedenti. Ir-rapport annwali għandu jkun fih preżentazzjoni tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Fond ta' Garanzija fi tmiem is-sena ta' kalendarju preċedenti, il-flussi finanzjarji matul is-sena ta' kalendarju preċedenti kif ukoll it-tranżazzjonijiet sinifikanti u kwalunkwe informazzjoni rilevanti dwar il-kontijiet finanzjarji. Ir-rapport għandu jinkludi wkoll informazzjoni dwar il-ġestjoni finanzjarja u l-prestazzjoni u r-riskju tal-Fond ta' Garanzija fi tmiem is-sena ta' kalendarju preċedenti.

Barra minn hekk, sa mhux aktar tard mill-31 ta' Mejju ta' kull sena, hija għandha tibgħat lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Qorti tal-Awdituri rapport annwali dwar il-ġestjoni tal-Fond ta' Garanzija matul is-sena ta' kalendarju preċedenti u valutazzjoni tal-adegwatezza tal-ammont immirat ta' 9 % u tal-livell minimu ta' 10 % msemmi fl-Artikolu 3, u tal-ġestjoni tal-assi tal-Fond ta' Garanzija mill-Kummissjoni. Dak ir-rapport annwali għandu jkun fih preżentazzjoni tal-pożizzjoni finanzjarja u l-funzjonament tal-Fond ta' Garanzija fi tmiem is-sena ta' kalendarju preċedenti, il-flussi finanzjarji matul is-sena ta' kalendarju preċedenti kif ukoll it-tranżazzjonijiet sinifikanti u kwalunkwe informazzjoni rilevanti dwar il-kontijiet finanzjarji, bħal informazzjoni dettaljata dwar il-kapital pendenti ta' self garantit jew l-assi tal-Fond ta' Garanzija f'ambjenti diffiċli tas-suq, kif ukoll il-konklużjonijiet u t-tagħlimiet meħuda. Ir-rapport għandu jinkludi wkoll informazzjoni dwar il-ġestjoni finanzjarja u l-prestazzjoni u r-riskju tal-Fond ta' Garanzija fi tmiem is-sena ta' kalendarju preċedenti.


OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp (24.3.2017)

għall-Kumitat għall-Baġits

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE, Euratom) Nru 480/2009 li jistabbilixxi Fond ta' Garanzija għall-azzjonijiet esterni

(COM(2016)0582 – C8-0374/2016 – 2016/0274(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Nirj Deva

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Il-Fond ta' Garanzija għall-azzjonijiet esterni jipproteġi lill-baġit tal-UE mix-xokkijiet li jistgħu inkella jseħħu fil-każ ta' inadempjenzi f'self li huwa garantit mill-UE. Il-Fond huwa maħsub biex ikopri l-attivazzjoni tal-garanziji tal-baġit ġenerali għall-pajjiżi terzi sabiex ikun evitat tfixkil potenzjali għall-implimentazzjoni tal-baġit fil-każ ta' inadempjenza. Il-Kummissjoni s'issa fdat il-ġestjoni finanzjarja tal-Fond ta' Garanzija għall-azzjonijiet esterni lill-BEI, madankollu il-fondi tiegħu jibqgħu proprjetà tal-UE.

Il-proposta tal-Kummissjoni skont liema din tal-aħħar tassumi l-ġestjoni tal-assi tal-Fond ta' Garanzija mill-BEI hija parti mill-pjan usa' biex, maż-żmien, tinternalizza l-ġestjoni kollha tal-assi. Fid-dawl tal-fatt li l-Kummissjoni diġà tiġġestixxi seba' biljun euro, hija tal-fehma li diġà hija mgħammra bil-persunal u bil-kompetenzi biex tiġġestixxi l-fond, mentri tiffranka l-ħlas tat-tariffi annwali lill-BEI għall-ġestjoni tal-assi; fl-2015 it-tariffa ammontat għal EUR 861 000. Il-Kummissjoni tafferma li t-trasferiment tal-ġestjoni tal-assi lill-Kummissjoni jkun jiġġenera, fuq perjodu sħiħ tal-QFP, iffrankar li jippermetti l-finanzjament ta' volum ta' investimenti ta' EUR 66 miljun.

Filwaqt li r-rapporteur jaqbel, fil-prinċipju, mal-proposta tal-Kummissjoni li tassumi l-funzjoni tal-ġestoni tal-assi tal-Fond ta' Garanzija, ir-rapporteur jemmen li hija ta' importanza fundamentali li l-Parlament Ewropew u l-Qorti tal-Awdituri jissorveljaw il-Fond ta' Garanzija u t-tranżizzjoni tal-ġestjoni tal-assi lejn il-Kummissjoni. Għal dan il-għan, ir-rapporteur jemmen li għandhom isiru valutazzjoni u evalwazzjoni tal-impatt esterni min-naħa tal-Qorti tal-Awdituri sentejn wara t-trasferiment tal-ġestjoni tal-assi tal-Fond ta' Garanzija mill-BEI lejn il-Kummissjoni. Fil-każ ta' distakk sinifikanti fil-prestazzjoni, il-ġestjoni tal-assi tal-Fond ta' Garanzija għandu jerġa' lura għand il-BEI.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Iżvilupp jistieden lill-Kumitat għall-Baġits, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  L-ammont tal-Fond ta' Garanzija f'eċċess ta' aktar minn 10 % tat-total tal-kapital passiv pendenti totali tal-Unjoni għandu jintradd lura lill-baġit ġenerali tal-Unjoni sabiex jiġi protett aħjar il-baġit kontra r-riskju potenzjali addizzjonali ta' inadempjenza tal-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI li jindirizzaw il-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni.

(4)  L-ammont tal-Fond ta' Garanzija f'eċċess ta' aktar minn 10 % tat-total tal-kapital passiv pendenti totali tal-Unjoni għandu jintradd lura lill-baġit ġenerali tal-Unjoni sabiex jiġi protett aħjar il-baġit kontra r-riskju potenzjali addizzjonali ta' inadempjenza tal-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI li jindirizzaw il-pressjonijiet migratorji li jirriżultaw mill-faqar, l-inugwaljanza, it-tkabbir demografiku, in-nuqqas ta' impjiegi u ta' opportunitajiet ekonomiċi, it-tibdil fil-klima u l-konsegwenzi fit-tul tal-ispostamenti furzati.

Emenda     2

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Il-ġestjoni finanzjarja tal-Fond ta' Garanzija jeħtieġ li tkun ittrasferita mill-BEI lill-Kummissjoni, li għandha prattika stabbilita ta' ġestjoni ta' investimenti simili. Billi tieħu r-responsabbiltà tal-ġestjoni tal-assi tal-Fond ta' Garanzija, il-Kummissjoni għandha tkun tista' tissimplifika u tikkonsolida l-attivitajiet ta' ġestjoni tal-assi, billi tibni fuq strutturi eżistenti u esperjenza tajba.

(5)  Il-ġestjoni finanzjarja tal-Fond ta' Garanzija jeħtieġ li tkun ittrasferita mill-BEI lill-Kummissjoni, li għandha prattika stabbilita ta' ġestjoni ta' investimenti simili, u jenħtieġ li ssir skont l-ogħla standards tat-trasparenza u tar-responsabilità demokratika. Billi tieħu r-responsabbiltà tal-ġestjoni tal-assi tal-Fond ta' Garanzija, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista' tissemplifika u tikkonsolida ulterjorment l-attivitajiet ta' ġestjoni tal-assi, billi tibni fuq strutturi eżistenti u esperjenza tajba.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Fond ta’ Garanzija għall-azzjonijiet esterni

Referenzi

COM(2016)0582 – C8-0374/2016 – 2016/0274(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

6.10.2016

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

DEVE

6.10.2016

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Nirj Deva

16.12.2016

Eżami fil-kumitat

28.2.2017

 

 

 

Data tal-adozzjoni

21.3.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

19

2

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Raymond Finch, Doru-Claudian Frunzulică, Enrique Guerrero Salom, György Hölvényi, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Arne Lietz, Linda McAvan, Norbert Neuser, Maurice Ponga, Lola Sánchez Caldentey, Eleni Theocharous, Paavo Väyrynen, Bogdan Brunon Wenta, Željana Zovko

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Frank Engel, Cécile Kashetu Kyenge, Florent Marcellesi, Louis Michel, Jan Zahradil

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Martina Werner

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

19

+

ALDE

Louis Michel, Paavo Väyrynen

ECR

Eleni Theocharous, Jan Zahradil

PPE

Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Frank Engel, György Hölvényi, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Maurice Ponga, Bogdan Brunon Wenta, Željana Zovko

S&D

Doru-Claudian Frunzulică, Enrique Guerrero Salom, Cécile Kashetu Kyenge, Arne Lietz, Linda McAvan, Norbert Neuser, Martina Werner

VERTS/ALE

Florent Marcellesi

2

-

EFDD

Raymond Finch

GUE/NGL

Lola Sánchez Caldentey

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (22.3.2017)

għall-Kumitat għall-Baġits

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE, Euratom) Nru 480/2009 li jistabbilixxi Fond ta' Garanzija għall-azzjonijiet esterni

(COM(2016)0582 – C8-0374/2016 – 2016/0274(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Eduard Kukan

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Il-proposta tal-Kummissjoni temenda r-Regolament li jistabbilixxi Fond ta' Garanzija għall-azzjonijiet esterni fil-kuntest tar-reviżjoni tal-Mandat ta' Self Estern tal-Bank Ewropew tal-Investiment, u tinkludi ċerti adegwamenti tekniċi.

Ir-rapporteur jaqbel ma' dawn l-adegwamenti, bl-eċċezzjoni tal-proposta tat-trasferiment tal-ġestjoni tal-Fond ta' Garanzija lill-Kummissjoni.

Skont il-fehma tar-rapporteur, għall-perjodu attwali, il-Fond ta' Garanzija għandu jibqa' fi ħdan il-ġestjoni tal-Bank Ewropew tal-Investiment. Skont ir-rapporteur, ir-reinternalizzazzjoni tal-Fond ta' Garanzija fi ħdan il-Kummissjoni tkun teħtieġ preparamenti xierqa fil-kuntest ta' qafas usa' ta' ġestjoni tal-ġabra ta' strumenti finanzjarji tal-UE fl-ambitu tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali li jmiss.

Attwalment ir-rapporteur għadu ma rċeviex provi konklużivi li t-trasferiment tal-Fond taħt il-ġestjoni tal-Kummissjoni mistenni jġib vantaġġi sinifikanti u ma joħloqx duplikazzjonijiet bla bżonn bejn l-istituzzjonijiet tal-UE. Ir-rapporteur huwa tal-opinjoni li l-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali għandhom jiġu evalwati f'aktar dettall qabel ma ssir tali bidla.

Għaldaqstant hija wkoll l-opinjoni tar-rapporteur li d-diskussjoni aktar estiża dwar l-istruttura futura tas-self estern għandha tibda ferm qabel il-perjodu finanzjarju li jmiss li jiddekorri mill-2020.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin jistieden lill-Kumitat għall-Baġits, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda     1

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  Il-Fond ta' garanzija għandu pagament annwali mill-baġit ġenerali tal-Unjoni, imgħax fuq riżorsi tal-Fond tal-Garanzija investiti, u ammonti rkuprati minn debituri f'kontumaċja.

(2)  Il-Fond ta' Garanzija għandu pagament annwali mill-baġit ġenerali tal-Unjoni, li ma jistax ikun askapitu tal-attivitajiet eżistenti fl-ambitu tal-Intestatura IV, imgħax fuq riżorsi tal-Fond tal-Garanzija investiti, u ammonti rkuprati minn debituri f'kontumaċja.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Il-ġestjoni finanzjarja tal-Fond ta' Garanzija jeħtieġ li tkun ittrasferita mill-BEI lill-Kummissjoni, li għandha prattika stabbilita ta' ġestjoni ta' investimenti simili. Billi tieħu r-responsabbiltà tal-ġestjoni tal-assi tal-Fond ta' Garanzija, il-Kummissjoni għandha tkun tista' tissimplifika u tikkonsolida l-attivitajiet ta' ġestjoni tal-assi, billi tibni fuq strutturi eżistenti u esperjenza tajba.

(5)  Il-possibbiltà ta' trasferiment tal-ġestjoni finanzjarja tal-Fond ta' Garanzija mill-BEI lill-Kummissjoni għandha tkun evalwata f'termini ta' kostijiet u benefiċċji assoċjati bil-għan li tkun garantita effiċjenza massima tal-użu tar-riżorsi finanzjarji tal-Unjoni fid-dawl tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali ta' wara l-2020.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Regolament (KE, Euratom) Nru 480/2009

Artikolu 7

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  L-Artikolu 7 huwa sostitwit b'dan li ġej:

imħassar

"Artikolu 7

 

Il-Kummissjoni għandha tiżgura l-ġestjoni finanzjarja tal-Fond. Il-Kummissjoni għandha tiġġestixxi u tinvesti r-riżorsi tal-Fond ta' Garanzija f'konformità mal-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja tajba, u għandha issegwi regoli prudenzjali xierqa.; ’

 

Emenda    4

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Regolament (KE, Euratom) Nru 480/2009

Artikolu 8 – paragrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Sat-30 ta' Ġunju 2018, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport li jevalwa l-possibbiltà ta' trasferiment tal-ġestjoni tal-assi tal-Fond ta' Garanzija mill-BEI lill-Kummissjoni. Meta jkun il-każ, dan ir-rapport għandu jiġi akkumpanjat minn proposta leġiżlattiva.

Emenda     5

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Regolament (KE, Euratom) Nru 480/2009

Artikolu 8, paragrafu 2b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Mill-31 ta' Mejju 2018, ir-rapport annwali għandu jinkludi wkoll l-informazzjoni dwar il-ġestjoni finanzjarja u l-prestazzjoni, ir-riskju tal-Fond ta' Garanzija u valutazzjoni tal-adegwatezza tal-objettiv ta' 9 % u tal-limitu minimu/massimu ta' 10 % għall-Fond.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Fond ta’ Garanzija għall-azzjonijiet esterni

Referenzi

COM(2016)0582 – C8-0374/2016 – 2016/0274(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

6.10.2016

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFET

6.10.2016

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Eduard Kukan

2.12.2016

Eżami fil-kumitat

9.2.2017

 

 

 

Data tal-adozzjoni

21.3.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

43

3

5

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Lars Adaktusson, Francisco Assis, Bas Belder, Goffredo Maria Bettini, Victor Boştinaru, Klaus Buchner, James Carver, Fabio Massimo Castaldo, Javier Couso Permuy, Andi Cristea, Arnaud Danjean, Anna Elżbieta Fotyga, Eugen Freund, Michael Gahler, Iveta Grigule, Sandra Kalniete, Manolis Kefalogiannis, Tunne Kelam, Andrey Kovatchev, Ryszard Antoni Legutko, Arne Lietz, Sabine Lösing, Ulrike Lunacek, Andrejs Mamikins, Ramona Nicole Mănescu, Alex Mayer, David McAllister, Francisco José Millán Mon, Demetris Papadakis, Ioan Mircea Paşcu, Tonino Picula, Julia Pitera, Jozo Radoš, Jordi Solé, Jaromír Štětina, Dubravka Šuica, Charles Tannock, László Tőkés, Geoffrey Van Orden, Boris Zala

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Neena Gill, Marek Jurek, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Marietje Schaake, Helmut Scholz, Eleni Theocharous, Traian Ungureanu, Bodil Valero

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Heidi Hautala, Romana Tomc, Ivan Štefanec

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

43

+

ALDE

Iveta Grigule, Jozo Radoš, Marietje Schaake

ECR

Bas Belder, Anna Elżbieta Fotyga, Marek Jurek, Ryszard Antoni Legutko, Charles Tannock, Eleni Theocharous, Geoffrey Van Orden

GUE/NGL

Javier Couso Permuy, Sabine Lösing, Helmut Scholz

PPE

Lars Adaktusson, Arnaud Danjean, Michael Gahler, Sandra Kalniete, Manolis Kefalogiannis, Tunne Kelam, Andrey Kovatchev, David McAllister, Francisco José Millán Mon, Ramona Nicole Mănescu, Julia Pitera, Romana Tomc, László Tőkés, Traian Ungureanu, Ivan Štefanec, Jaromír Štětina, Dubravka Šuica

S&D

Francisco Assis, Goffredo Maria Bettini, Victor Boştinaru, Andi Cristea, Eugen Freund, Neena Gill, Arne Lietz, Andrejs Mamikins, Alex Mayer, Demetris Papadakis, Ioan Mircea Paşcu, Tonino Picula, Boris Zala

3

-

EFDD

James Carver, Fabio Massimo Castaldo

PPE

José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra

5

0

Verts/ALE

Klaus Buchner, Heidi Hautala, Ulrike Lunacek, Jordi Solé, Bodil Valero

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


OPINJONI tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (22.3.2017)

għall-Kumitat għall-Baġits

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE, Euratom) Nru 480/2009 li jistabbilixxi Fond ta' Garanzija għall-azzjonijiet esterni

(COM(2016)0582 – C8-0374/2016 – 2016/0274(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Godelieve Quisthoudt-Rowohl

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Il-proposta temenda r-Regolament (KE, Euratom) Nru 480/2009 li jistabbilixxi Fond ta' Garanzija għall-azzjonijiet esterni u tifforma parti minn Pjan ta' Investiment Estern ambizzjuż imħabbar mill-Kummissjoni fis-7 ta' Ġunju 2016 bl-għan li tiġi kkonsolidata aktar l-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni. Din il-proposta tintroduċi 4 emendi għar-Regolament eżistenti:

1. Hija żżid id-dħul iġġenerat mill-primjum tar-riskju taħt l-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI bħala r-raba' sors ta' dħul ġdid għall-Fond ta' Garanzija.

2. L-ammont tal-Fond ta' Garanzija f'eċċess ta' aktar minn 10 % (minflok id-9 % attwali) tal-ammont totali pendenti ta' self għandu jitħallas lura lill-baġit. Dan għandu l-għan li jipprovdi iktar kapaċitajiet finanzjarji bl-għan li jiġi protett aħjar il-baġit kontra r-riskju addizzjonali potenzjali ta' inadempjenza tal-operazzjonijiet tal-BEI dwar il-kriżi tal-migrazzjoni.

3. Il-ġestjoni tal-assi tal-Fond ta' Garanzija għandha tiġi trasferita mill-BEI lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni diġà ġiet fdata bil-ġestjoni tal-Fond ta' Garanzija tal-FEIS. It-trasferiment propost jimmira li jkompli jikkonsolida l-attivitajiet għall-ġestjoni tal-assi tal-Kummissjoni.

4. Il-Kummissjoni kull sena se tissottometti lill-Parlament, lill-Kunsill u lill-Qorti tal-Awdituri rapport dettaljat dwar is-sitwazzjoni u l-ġestjoni tal-Fond ta' Garanzija. Dan jista' joħloq informazzjoni iktar preċiża u ta' kwalità aħjar ibbażata fuq strutturi eżistenti bejn dawn l-Istituzzjonijiet.

Ir-rapporteur jaqbel, b'mod ġenerali, ma' dawn l-aġġustamenti bl-eċċezzjoni tal-emendi li ġejjin.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali jistieden lill-Kumitat għall-Baġits, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Il-ġestjoni finanzjarja tal-Fond ta' Garanzija jeħtieġ li tkun ittrasferita mill-BEI lill-Kummissjoni, li għandha prattika stabbilita ta' ġestjoni ta' investimenti simili. Billi tieħu r-responsabbiltà tal-ġestjoni tal-assi tal-Fond ta' Garanzija, il-Kummissjoni għandha tkun tista' tissimplifika u tikkonsolida l-attivitajiet ta' ġestjoni tal-assi, billi tibni fuq strutturi eżistenti u esperjenza tajba.

(5)  Il-ġestjoni finanzjarja tal-Fond ta' Garanzija jeħtieġ li tkun ittrasferita mill-BEI lill-Kummissjoni, li għandha prattika stabbilita ta' ġestjoni ta' investimenti simili. Billi tieħu r-responsabbiltà tal-ġestjoni tal-assi tal-Fond ta' Garanzija, il-Kummissjoni għandha tkun tista' tkompli tissimplifika u tikkonsolida l-attivitajiet ta' ġestjoni tal-assi kif ukoll biex tikkoordina l-aspetti kollha ta' finanzjament estern tal-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni, billi tibni fuq strutturi eżistenti u t-tisħiħ ulterjuri tal-esperjenza tagħha. It-trasferiment tal-ġestjoni għandu jwassal għal iffrankar fl-infiq għall-Baġit tal-Unjoni u informazzjoni iktar preċiża u ta' kwalità aħjar dwar is-sitwazzjoni u l-ġestjoni tal-Fond ta' Garanzija pprovduta mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Regolament (KE, Euratom) Nru 480/2009

Artikolu 7

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tiżgura l-ġestjoni finanzjarja tal-Fond. Il-Kummissjoni għandha tiġġestixxi u tinvesti r-riżorsi tal-Fond ta' Garanzija f'konformità mal-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja tajba, u għandha issegwi regoli prudenzjali xierqa.";

Il-Kummissjoni għandha tiżgura l-ġestjoni finanzjarja tal-Fond skont dan ir-Regolament u skont ir-regoli u l-proċeduri interni tal-Fond. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tiġġestixxi u tinvesti r-riżorsi tal-Fond ta' Garanzija b'konformità mal-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja tajba, u għandha ssegwi regoli prudenzjali xierqa, filwaqt li jiġu kkunsidrati l-prinċipji li jiggwidaw l-azzjoni esterna tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha tispjega lill-Parlament Ewropew kif il-ġestjoni tal-Fond hija inkorporata fi strateġija ta' żvilupp usa' tagħha."

Emenda    3

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Regolament (KE, Euratom) Nru 480/2009

Artikolu 8

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sal-31 ta' Marzu ta' kull sena, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Qorti tal-Awdituri, fil-kuntest tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji tal-Kummissjoni, l-informazzjoni mitluba dwar is-sitwazzjoni tal-Fond ta' Garanzija.

Sal-31 ta' Marzu ta' kull sena, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Qorti tal-Awdituri, fil-kuntest tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji tal-Kummissjoni, l-informazzjoni kollha mitluba dwar is-sitwazzjoni tal-Fond ta' Garanzija.

Barra minn hekk, sa mhux aktar tard mill-31 ta' Mejju ta' kull sena, hija għandha tibgħat lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Qorti tal-Awdituri rapport annwali dwar il-ġestjoni tal-Fond ta' Garanzija matul is-sena kalendarja preċedenti. Ir-rapport annwali għandu jkun fih preżentazzjoni tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Fond ta' Garanzija fi tmiem is-sena kalendarja preċedenti, il-flussi finanzjarji matul is-sena kalendarja preċedenti kif ukoll it-tranżazzjonijiet sinifikanti u kwalunkwe informazzjoni rilevanti dwar il-kontijiet finanzjarji. Ir-rapport għandu jinkludi wkoll informazzjoni dwar il-ġestjoni finanzjarja u l-prestazzjoni u r-riskju tal-Fond ta' Garanzija fi tmiem is-sena kalendarja preċedenti."

Barra minn hekk, sa mhux aktar tard mill-31 ta' Mejju ta' kull sena, hija għandha tibgħat lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Qorti tal-Awdituri rapport annwali dwar il-ġestjoni tal-Fond ta' Garanzija matul is-sena kalendarja preċedenti. Ir-rapport annwali għandu jkun fih preżentazzjoni tal-pożizzjoni finanzjarja u l-funzjonament tal-Fond ta' Garanzija fi tmiem is-sena kalendarja preċedenti, il-flussi finanzjarji matul is-sena kalendarja preċedenti kif ukoll it-tranżazzjonijiet sinifikanti u kwalunkwe informazzjoni rilevanti dwar il-kontijiet finanzjarji, bħal informazzjoni dettaljata dwar l-ammonti pendenti ta' self garantit tal-kapital jew tal-assi tal-Fond ta' Garanzija f'ambjenti diffiċli tas-suq, kif ukoll il-konklużjonijiet u t-tagħlimiet meħuda. Ir-rapport għandu jinkludi wkoll informazzjoni dwar il-ġestjoni finanzjarja u l-prestazzjoni u r-riskju tal-Fond ta' Garanzija fi tmiem is-sena ta' kalendarju preċedenti. Barra minn hekk, ir-rapport għandu jipprovdi informazzjoni dettaljata dwar l-użu tal-Fond u t-titjib iġġenerat mill-proġetti ffinanzjati fil-pajjiżi benefiċjarji."

  PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Fond ta’ Garanzija għall-azzjonijiet esterni

Referenzi

COM(2016)0582 – C8-0374/2016 – 2016/0274(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

6.10.2016

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

INTA

19.1.2017

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Godelieve Quisthoudt-Rowohl

9.11.2016

Eżami fil-kumitat

28.2.2017

 

 

 

Data tal-adozzjoni

21.3.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

30

5

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

William (The Earl of) Dartmouth, Laima Liucija Andrikienė, Maria Arena, Tiziana Beghin, David Borrelli, David Campbell Bannerman, Daniel Caspary, Salvatore Cicu, Marielle de Sarnez, Karoline Graswander-Hainz, Bernd Lange, David Martin, Emmanuel Maurel, Anne-Marie Mineur, Sorin Moisă, Franz Obermayr, Artis Pabriks, Franck Proust, Godelieve Quisthoudt-Rowohl, Viviane Reding, Inmaculada Rodríguez-Piñero Fernández, Tokia Saïfi, Matteo Salvini, Marietje Schaake, Joachim Schuster, Joachim Starbatty, Adam Szejnfeld, Hannu Takkula, Iuliu Winkler, Jan Zahradil

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Klaus Buchner, Agnes Jongerius, Stelios Kouloglou, Ramona Nicole Mănescu, Ramon Tremosa i Balcells, Jarosław Wałęsa

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Philippe Loiseau, Jordi Solé

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

30

+

ALDE

Marietje Schaake, Hannu Takkula, Ramon Tremosa i Balcells, Marielle de Sarnez

ECR

David Campbell Bannerman, Joachim Starbatty, Jan Zahradil

EFDD

Tiziana Beghin

GUE/NGL

Stelios Kouloglou

PPE

Laima Liucija Andrikienė, Daniel Caspary, Salvatore Cicu, Ramona Nicole Mănescu, Artis Pabriks, Franck Proust, Godelieve Quisthoudt-Rowohl, Viviane Reding, Tokia Saïfi, Adam Szejnfeld, Jarosław Wałęsa, Iuliu Winkler

S&D

Maria Arena, Karoline Graswander-Hainz, Agnes Jongerius, Bernd Lange, David Martin, Emmanuel Maurel, Sorin Moisă, Inmaculada Rodríguez-Piñero Fernández, Joachim Schuster

5

-

EFDD

William (The Earl of) Dartmouth

ENF

Philippe Loiseau, Franz Obermayr, Matteo Salvini

GUE/NGL

Anne-Marie Mineur

3

0

EFDD

David Borrelli

Verts/ALE

Klaus Buchner, Jordi Solé

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Fond ta’ Garanzija għall-azzjonijiet esterni

Referenzi

COM(2016)0582 – C8-0374/2016 – 2016/0274(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

14.9.2016

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

6.10.2016

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFET

6.10.2016

DEVE

6.10.2016

INTA

19.1.2017

LIBE

6.10.2016

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

LIBE

4.10.2016

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Eider Gardiazabal Rubial

10.10.2016

 

 

 

Data tal-adozzjoni

27.3.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

27

2

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Nedzhmi Ali, Jean Arthuis, Reimer Böge, Lefteris Christoforou, Eider Gardiazabal Rubial, Jens Geier, Ingeborg Gräßle, Iris Hoffmann, Monika Hohlmeier, Bernd Kölmel, Zbigniew Kuźmiuk, Clare Moody, Siegfried Mureşan, Jan Olbrycht, Paul Rübig, Patricija Šulin, Eleftherios Synadinos, Inese Vaidere, Tiemo Wölken, Stanisław Żółtek

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Nicola Caputo, Heidi Hautala, Ivana Maletić, Marco Valli

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Iratxe García Pérez, Ramón Jáuregui Atondo, Arndt Kohn, Luigi Morgano, Fernando Ruas, Ramón Luis Valcárcel Siso

Data tat-tressiq

30.3.2017


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

27

+

ALDE

Nedzhmi Ali, Jean Arthuis

ECR

Zbigniew Kuźmiuk, Bernd Kölmel

PPE

Reimer Böge, Lefteris Christoforou, Ingeborg Gräßle, Monika Hohlmeier, Ivana Maletić, Siegfried Mureşan, Jan Olbrycht, Fernando Ruas, Paul Rübig, Inese Vaidere, Ramón Luis Valcárcel Siso, Patricija Šulin

S&D

Nicola Caputo, Iratxe García Pérez, Eider Gardiazabal Rubial, Jens Geier, Iris Hoffmann, Ramón Jáuregui Atondo, Arndt Kohn, Clare Moody, Luigi Morgano, Tiemo Wölken

Verts/ALE

Heidi Hautala

2

-

ENF

Stanisław Żółtek

NI

Eleftherios Synadinos

1

0

EFDD

Marco Valli

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Avviż legali