Proċedura : 2016/0275(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0135/2017

Testi mressqa :

A8-0135/2017

Dibattiti :

PV 07/02/2018 - 16
CRE 07/02/2018 - 16

Votazzjonijiet :

PV 08/02/2018 - 12.8
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2018)0038

RAPPORT     ***I
PDF 1434kWORD 188k
31.3.2017
PE 599.628v02-00 A8-0135/2017

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Nru 466/2014/UE li tagħti garanzija tal-UE lill-Bank Ewropew tal-Investiment kontra telf minn operazzjonijiet ta' finanzjament li jappoġġaw proġetti ta' investiment barra mill-Unjoni Ewropea

(COM(2016)0583 – C8-0376/2016 – 2016/0275(COD))

Kumitat għall-Baġits

Rapporteur: Eider Gardiazabal Rubial

Rapporteur għal opinjoni (*):

Nirj Deva, Kumitat għall-Iżvilupp

(*) Kumitat assoċjat – Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura

ERRATA/ADDENDA
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp(*)
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Nru 466/2014/UE li tagħti garanzija tal-UE lill-Bank Ewropew tal-Investiment kontra telf minn operazzjonijiet ta' finanzjament li jappoġġaw proġetti ta' investiment barra mill-Unjoni Ewropea

(COM(2016)0583 – C8-0376/2016 – 2016/0275(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2016)0583),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 209 u 212 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0376/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar ir-rieżami ta' nofs it-terminu tal-applikazzjoni tad-Deċiżjoni Nru 466/2014/UE fir-rigward tal-garanzija tal-UE lill-Bank Ewropew tal-Investiment kontra telf minn operazzjonijiet ta' finanzjament li jappoġġaw proġetti ta' investiment barra mill-Unjoni Ewropea (COM(2016)0584),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, tal-Kumitat għall-Iżvilupp, tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0135/2017),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda     1

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  Il-komunità internazzjonali qed tiffaċċja kriżi bla preċedent ta' refuġjati, li teħtieġ solidarjetà, mobilizzazzjoni effiċjenti tar-riżorsi finanzjarji u l-ħtieġa li jiġu ffaċċati u li jintegħlbu l-isfidi eżistenti b'mod ikkoordinat. L-atturi kollha jridu jaħdmu flimkien biex japplikaw politiki sostnuti, fuq terminu medju u fit-tul kif ukoll użu effiċjenti ta' proċessi u programmi eżistenti bl-għan li jappoġġaw inizjattivi li jikkontribwixxu għall-indirizzar tal-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni.

(1)  Il-komunità internazzjonali qed tiffaċċja kriżi migratorja u ta' rifuġjati bla preċedent, li teħtieġ solidarjetà, mobilizzazzjoni effiċjenti tar-riżorsi finanzjarji u l-ħtieġa li jiġu ffaċċati u li jintegħlbu l-isfidi eżistenti b'mod ikkoordinat. L-atturi kollha jridu jaħdmu flimkien biex japplikaw politiki sostnuti, fuq terminu medju u fit-tul kif ukoll użu effiċjenti ta' programmi eżistenti bl-għan li jfasslu u jappoġġaw inizjattivi li jikkontribwixxu għall-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs) u għall-indirizzar tal-kawżi fundamentali tal-pressjonijiet migratorji li jinbtu mill-faqar, mill-inugwaljanza, mit-tkabbir demografiku, min-nuqqas ta' impjiegi u ta' opportunitajiet ekonomiċi, mit-tibdil fil-klima u mill-konsegwenzi fit-tul tal-ispostamenti furzati.

Emenda     2

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 1a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a)  Jenħtieġ li jkun evitat kull tentattiv ta' rbit tal-finanzjament tal-iżvilupp mal-kontroll fil-fruntieri, mal-ġestjoni tal-flussi migratorji jew mal-ftehimiet ta' riammissjoni.

Emenda    3

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  Jenħtieġ li jiġi żviluppat qafas ġdid ta' sħubija ma' pajjiżi terzi orjentat lejn ir-riżultati li jikkunsidra l-politiki u l-istrumenti kollha tal-Unjoni. Bħala parti minn dan il-qafas ġdid ta' sħubija, il-Pjan ta' Investiment Estern jenħtieġ li jiġi stabbilit biex jappoġġa l-investimenti f'reġjuni barra mill-Unjoni, filwaqt li jikkontribwixxi għall-kisba tal-għan ta' żvilupp sostenibbli. Jenħtieġ ukoll li jissodisfa l-objettivi tal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli u l-objettivi segwiti mill-istrumenti finanzjarji l-oħra għall-azzjoni esterna.

(2)  Jenħtieġ li jiġi żviluppat qafas ġdid ta' sħubija ma' pajjiżi terzi orjentat lejn ir-riżultati li jikkunsidra l-politiki u l-istrumenti kollha tal-Unjoni. Bħala parti minn dan il-qafas ġdid ta' sħubija, il-Pjan ta' Investiment Estern jenħtieġ li jiġi stabbilit biex jappoġġa l-investimenti f'reġjuni barra mill-Unjoni, filwaqt li jikkontribwixxi għall-kisba tal-għan ta' żvilupp sostenibbli. Jenħtieġ ukoll li jissodisfa l-objettivi tal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli, il-Ftehim ta' Pariġi adottat skont il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima u l-objettivi segwiti mill-istrumenti finanzjarji l-oħra għall-azzjoni esterna.

Ġustifikazzjoni

Bil-Ftehim ta' Pariġi dwar il-Klima, il-gvernijiet qablu li jillimitaw it-tisħin globali għal ferm inqas minn 2 °C 'il fuq mil-livelli preindustrijali u għalhekk li jagħmlu tnaqqis ta' emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra bl-aqwa tekniki disponibbli. Huma impenjaw ruħhom ukoll li jappoġġaw lill-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp fl-isforzi tagħhom lejn l-adattament għat-tibdil fil-klima.

Emenda     4

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Komponent ewlieni tal-Inizjattiva ta' Reżiljenza tal-BEI huwa l-espansjoni, kemm f'termini kwantitattivi kif ukoll kwalitattivi, tal-Mandat ta' Self Estern tal-BEI (ELM). Jenħtieġ li dan jippermetti lill-BEI li jikkontribwixxi b'mod rapidu għall-objettivi tal-EIP, b'mod partikolari billi jipprovdi finanzjament addizzjonali lill-benefiċjarji fis-settur privat.

(4)  Komponent ewlieni tal-Inizjattiva ta' Reżiljenza tal-BEI huwa l-espansjoni, kemm f'termini kwantitattivi kif ukoll kwalitattivi, tal-Mandat ta' Self Estern tal-BEI (ELM). Jenħtieġ li dan jippermetti lill-BEI li jikkontribwixxi b'mod rapidu għall-objettivi tal-EIP, b'mod partikolari billi jipprovdi finanzjament addizzjonali lill-benefiċjarji fis-settur privat bil-għan li tingħata spinta lill-investimenti fit-tul.

Emenda     5

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  Sabiex l-ELM ikun jista' jwieġeb għall-isfidi futuri potenzjali u għall-prijoritajiet tal-Unjoni, kif ukoll biex jipprovdi rispons strateġiku li jindirizza l-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni, il-limitu massimu għall-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI taħt il-garanzija tal-UE jeħtieġ li jiżdied għal EUR 32 300 000 000 billi jiġi rilaxxat l-ammont addizzjonali fakultattiv ta' EUR 3 000 000 000. Skont il-mandat ġenerali, l-ammont ta' EUR 1 400 000 000 għandu jkun allokat għal proġetti fis-settur pubbliku diretti lejn ir-refuġjati u l-komunitajiet ospitanti f'żoni milquta mill-kriżijiet.

(9)  Sabiex l-ELM ikun jista' jwieġeb għall-isfidi futuri potenzjali u għall-prijoritajiet tal-Unjoni, kif ukoll biex jipprovdi rispons strateġiku li jindirizza l-kawżi fundamentali tal-pressjonijiet migratorji li jinbtu mill-faqar, mill-inugwaljanza, mit-tkabbir demografiku, min-nuqqas ta' impjiegi u ta' opportunitajiet ekonomiċi kif ukoll mit-tibdil fil-klima, il-limitu massimu għall-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI taħt il-garanzija tal-UE jeħtieġ li jiżdied għal EUR 38 470 000 000. Skont il-mandat ġenerali, l-ammont ta' EUR 1 400 000 000 għandu jkun allokat għal proġetti fis-settur pubbliku diretti lejn l-iżvilupp ta' infrastruttura ekonomika u soċjali fil-pajjiżi sħab, ta' tranżitu u fil-komunitajiet ospitanti, b'enfasi fuq il-ħolqien tal-impjiegi u s-sostenibbiltà.

Emenda     6

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 9a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9a)  Filwaqt li hu importantissmu li jiġu indirizzati l-kawżi fundamentali tal-kriżi migratorja u tar-rifuġjati, dan ma għandux isir askapitu tal-politiki f'oqsma oħra ta' prijorità strateġika ewlenija kif deskritt fl-Istrateġija Globali tal-UE.

Emenda    7

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  Taħt il-mandat il-ġdid ta' self tas-settur privat, jenħtieġ li l-ammont massimu ta' EUR 2 300 000 000 ikun iddedikat għal proġetti li jindirizzaw il-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni fil-limitu massimu miżjud u jenħtieġ li jibbenefika mill-Garanzija Komprensiva mill-Unjoni.

(10)  Taħt il-mandat il-ġdid ta' self tas-settur privat, jenħtieġ li l-ammont massimu ta' EUR 2 300 000 000 ikun iddedikat għal proġetti li jindirizzaw il-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni u jikkontribwixxu għar-reżiljenza ekonomika fit-tul tar-rifuġjati, tal-migranti, tal-komunitajiet ospitanti u ta' tranżitu, fil-limitu massimu miżjud u jenħtieġ li jibbenefika mill-Garanzija Komprensiva mill-Unjoni.

Emenda     8

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 10a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10a)  Bħala wieħed mill-objettivi prinċipali tal-BEI fl-ambitu tal-ELM, l-appoġġ għall-l-iżvilupp tal-Intrapriżi Mikro, Żgħar u ta' Daqs Medju (MSMEs) u tas-settur privat lokali jeħtieġ sforz miftiehem biex l-operazzjonijiet tal-BEI jiġu ffukati fuq it-titjib tal-aċċess tal-MSMEs għall-finanzjament u l-kreditu, l-għoti ta' assistenza teknika, il-promozzjoni tal-intraprenditorija u l-iżgurar tal-provvista xieraq ta' servizzi finanzjarji lill-unitajiet domestiċi u lill-kumpaniji, sabiex l-MSMEs ikunu jistgħu jagħmlu tranżizzjoni aktar faċli mill-ekonomija informali volatili għas-settur formali. L-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI jenħtieġ ukoll li jippruvaw jappoġġaw il-proġetti ta' investiment iż-żgħar immexxija mill-MSMEs, b'hekk tkompli tkun aġevolata l-internazzjonalizzazzjoni tal-MSMEs, speċjalment f'żoni rurali mbiegħda u b'mod partikolari fil-qasam tat-trattament tal-ilma tajjeb għax-xorb, tar-rimi tal-ilma mormi u tal-enerġija rinnovabbli.

Emenda     9

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  Jenħtieġ li t-trattament tal-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni jiġi miżjud bħala objettiv ġdid tal-mandat.

(11)  Jenħtieġ li r-reżiljenza ekonomika fit-tul tar-rifuġjati, tal-migranti, tal-komunitajiet ospitanti u ta' tranżitu bħala risposta strateġika għat-trattament tal-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni, inklużi iżda mhux limitati għall-faqar, l-inugwaljanza, it-tkabbir demografiku, in-nuqqas ta' impjiegi u ta' opportunitajiet ekonomiċi u t-tibdil fil-klima, tiġi miżjuda bħala objettiv ġdid tal-mandat. il-proġetti ffinanzjati fl-ambitu tal-objettiv il-ġdid jenħtieġ li, fil-prinċipju, jissodisfaw il-kriterji għall-Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp (ODA) stabbilita mill-Kumitat ta' Għajnuna għall-Iżvilupp (DAC) tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi u jenħtieġ li jkunu konformi mal-Artikolu 208 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u mal-Prinċipji Gwida tan-Nazzjonijiet Uniti dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem.

Emenda     10

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  Wara l-Ftehim ta' Pariġi adottat taħt il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-klima4, jenħtieġ li l-għan tal-BEI jkun li jinżamm il-livell għoli attwali ta' nfiq rilevanti għall-klima taħt l-ELM, filwaqt li jikkontribwixxi għaż-żieda tal-investiment tiegħu relatat mal-klima fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw minn 25 % għal 35 % sal-2020.

(13)  Wara l-Ftehim ta' Pariġi adottat taħt il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-klima4, jenħtieġ li l-għan tal-BEI jkun li jiżdied il-livell għoli attwali ta' nfiq rilevanti għall-klima taħt l-ELM, filwaqt li jikkontribwixxi għaż-żieda tal-investiment tiegħu relatat mal-klima fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw minn 25 % għal 35 % sal-2020, skont l-impenn meħud fl-istrateġija għall-klima tiegħu. Jenħtieġ li l-BEI jikkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-22 ta' Mejju 2013 dwar it-tneħħija gradwali ta' sussidji ta' ħsara ambjentali jew ekonomika, inkluż fuq karburanti fossili;

_________________

_________________

4 Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/590 tal-11 ta' April 2016 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim ta' Pariġi adottat skont il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (ĠU L 103, 19.4.2016, p. 1).

4 Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/590 tal-11 ta' April 2016 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim ta' Pariġi adottat skont il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (ĠU L 103, 19.4.2016, p. 1).

Ġustifikazzjoni

Fl-istrateġija tiegħu dwar il-klima adottata fi tmiem l-2015, il-BEI ħa l-impenn li jgħolli l-livell tiegħu għall-proġetti ta' azzjoni dwar il-klima fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw għal massimu ta' 35 % sa tmiem l-2020. Dan l-avviż jenħtieġ li jiġi rifless fil-mandat estern tiegħu. Bl-istess mod, il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-22 ta' Mejju 2013 għandhom ikunu totalment riflessi fl-attivitajiet ta' self estern tal-Ewropa.

Emenda     11

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  Jenħtieġ li l-BEI jiżviluppa u jimplimenta sett ta' indikaturi fil-qafas għall-Kejl tar-Riżultati tiegħu għall-proġetti fis-settur pubbliku u fis-settur privat diretti lejn ir-refuġjati u l-komunitajiet ospitanti. Għalhekk, jenħtieġ li fir-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI, tiġi inkluża valutazzjoni tal-kontribuzzjoni tal-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI li jindirizzaw il-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni.

(15)  Jenħtieġ li l-BEI jiżviluppa u jimplimenta sett ta' indikaturi fil-qafas għall-Kejl tar-Riżultati tiegħu għall-proġetti fis-settur pubbliku u fis-settur privat li jindirizzaw il-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni u r-reżiljenza ekonomika fit-tul tar-rifuġjati, tal-migranti, tal-komunitajiet ospitanti u ta' tranżitu. Għalhekk, jenħtieġ li fir-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI, tiġi inkluża valutazzjoni tal-kontribut tal-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI favur dawn l-objettivi, partikolarment il-kontribuzzjoni għall-SDGs, l-involviment tas-soċjetà ċivili lokali u l-allinjament mal-prijoritajiet tal-politika esterna u tal-baġit tal-Unjoni. Il-BEI jenħtieġ li jieħu l-passi kollha meħtieġa biex jikkonsolida r-responsabbiltà tiegħu quddiem il-Parlament Ewropew, permezz tat-trasparenza u l-aċċess għall-informazzjoni, billi jippubblika r-riżultati, l-evalwazzjonijiet u l-valutazzjonijiet tal-impatt tal-proġetti fuq bażi sistematika permezz tal-Qafas għall-Kejl tar-Riżultati.

Emenda    12

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 15a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(15a)  Jenħtieġ li tiġi żgurata viżibilità u trasparenza akbar tal-operazzjonijiet tal-BEI skont l-ELM, partikolarment fir-rigward ta' subproġetti ffinanzjati permezz tal-intermedjarji finanzjarji, billi jitjieb l-aċċess għall-informazzjoni għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni u għall-pubbliku inġenerali.

Emenda     13

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)  Jenħtieġ li l-limitu massimu għal allokazzjoni mill-ġdid bejn ir-reġjuni mill-BEI matul il-mandat jiżdied minn 10 % għal 20 % biss fejn dan jikkonċerna l-bżonn li jiġu indirizzati emerġenzi u sitwazzjonijiet ta' kriżi li jistgħu jinqalgħu fil-perjodu tal-mandat u li huma rikonoxxuti bħala prijoritajiet tal-politika esterna tal-Unjoni. Il-mandat tas-settur privat ta' EUR 2 300 000 000 u l-ammont ta' EUR 1 400 000 000 iddedikat għal proġetti fis-settur pubbliku ma jistgħux jiġu allokati mill-ġdid billi l-għan tagħhom hu li jindirizzaw il-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni.

(16)  Jenħtieġ li l-limitu massimu għal allokazzjoni mill-ġdid bejn ir-reġjuni mill-BEI matul il-mandat jiżdied minn 10 % għal 20 % biss fejn dan jikkonċerna l-bżonn li jiġu indirizzati emerġenzi u sitwazzjonijiet ta' kriżi li jistgħu jinqalgħu fil-perjodu tal-mandat u li huma rikonoxxuti bħala prijoritajiet tal-politika esterna tal-Unjoni. Il-BEI jenħtieġ li jinnotifika lill-Parlament Ewropew dwar kull deċiżjoni ta' riallokazzjoni billi jipprovdi rapport ġustifikattiv u valutazzjoni tal-impatt. Il-mandat tas-settur privat ta' EUR 2 300 000 000 u l-ammont ta' EUR 1 400 000 000 iddedikat għal proġetti fis-settur pubbliku ma jistgħux jiġu allokati mill-ġdid billi l-għan tagħhom hu li jindirizzaw il-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni u tal-bżonnijiet tar-rifuġjati, tal-migranti, tal-komunitajiet ospitanti u ta' tranżitu.

Emenda     14

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1

Deċiżjoni Nru 466/2014/UE

Artikolu 2 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  ammont massimu ta' EUR 30 000 000 000 taħt mandat ġenerali, li minnhom ammont ta' EUR 1 400 000 000 huwa allokat għal proġetti fis-settur pubbliku diretti lejn ir-refuġjati u l-komunitajiet ospitanti;

(a)  ammont massimu ta' EUR 36 170 000 000 taħt mandat ġenerali, li minnhom ammont ta' EUR 1 400 000 000 huwa allokat għal proġetti fis-settur pubbliku diretti lejn l-indirizzar tal-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni u tal-bżonnijiet tar-rifuġjati, tal-migranti, tal-komunitajiet ospitanti u ta' tranżitu;

Emenda     15

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1

Deċiżjoni Nru 466/2014/UE

Artikolu 2 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  ammont massimu ta' EUR 2 300 000 000 taħt mandat ta' self tas-settur privat għal proġetti li jindirizzaw il-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni.

(b)  ammont massimu ta' EUR 2 300 000 000 taħt mandat ta' self tas-settur privat għal proġetti li jindirizzaw il-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni u l-bżonnijiet tar-rifuġjati, tal-migranti, tal-komunitajiet ospitanti u ta' tranżitu.

Emenda    16

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1

Deċiżjoni Nru 466/2014/UE

Artikolu  2 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-ammonti massimi taħt il-mandat ġenerali u l-mandat ta' self tas-settur privat imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jinqasam f'limiti u sottolimiti massimi reġjonali kif stipulat fl-Anness I. Fil-limiti massimi reġjonali, il-BEI għandu jiżgura progressivament li jkun hemm distribuzzjoni bilanċjata tal-pajjiżi fir-reġjuni koperti mill-garanzija tal-UE.";

2.  L-ammonti massimi taħt il-mandat ġenerali u l-mandat ta' self tas-settur privat imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jinqasam f'limiti u sottolimiti massimi reġjonali kif stipulat fl-Anness I. Fil-limiti massimi reġjonali, il-BEI għandu jiżgura li jkun hemm distribuzzjoni adegwata tal-pajjiżi fir-reġjuni koperti mill-garanzija tal-UE, bi qbil mal-prijoritajiet tal-politika esterna tal-Unjoni li għandhom ikunu riflessi fil-linji gwida tekniċi operattivi reġjonali msemmijin fl-Artikolu 5.";

Emenda    17

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt a

Deċiżjoni Nru 466/2014/UE

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt d

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  risposta strateġika għall-indirizzar tal-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni.";

(d)  ir-reżiljenza ekonomika fit-tul tar-rifuġjati, tal-migranti, tal-komunitajiet ospitanti u ta' tranżitu bħala risposta strateġika għall-indirizzar tal-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni, inklużi iżda mhux limitati għall-faqar, l-inugwaljanza, it-tkabbir demografiku, in-nuqqas ta' impjiegi u ta' opportunitajiet ekonomiċi u t-tibdil fil-klima;

Emenda    18

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt aa (ġdid)

Deċiżjoni Nru 466/2014/UE

Artikolu 3 – paragrafu 4

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(a a)  Fl-Artikolu 3, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"4.   Fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, kif iddefiniti fil-lista ta' riċevituri tal-għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi, l-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI għandhom jikkontribwixxu indirettament, f'konformità mal-Artikoli 208 u 209 tat-TFUE, għall-għanijiet tal-politika tal-Unjoni ta' kooperazzjoni għall-iżvilupp, bħat-tnaqqis tal-faqar permezz tat-tkabbir inklużiv u l-iżvilupp ekonomiku, ambjentali u soċjali sostenibbli.

"4.   Fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, kif iddefiniti fil-lista ta' riċevituri tal-għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi, l-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI għandhom jiffokaw, f'konformità mal-Artikoli 208 u 209 tat-TFUE, fuq l-għanijiet tal-politika tal-Unjoni ta' kooperazzjoni għall-iżvilupp, b'mod partikolari fuq it-tnaqqis tal-faqar permezz tat-tkabbir inklużiv u l-iżvilupp ekonomiku, ambjentali u soċjali sostenibbli.

(http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:02014D0466-20160926&qid=1486646836381&from=MT)

Emenda    19

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt b

Deċiżjoni Nru 466/2014/UE

Artikolu 3 – paragrafu 5 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Biex jiġi żgurat li l-investimenti tas-settur privat ikollhom l-ikbar impatt fuq l-iżvilupp, il-BEI għandu jagħmel ħiltu biex isaħħaħ is-settur privat lokali fil-pajjiżi benefiċjarji permezz ta' appoġġ għall-investiment lokali kif previst fil-punt (a) tal-paragrafu 1. L-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI li jappoġġaw l-objettivi ġenerali stabbiliti fil-paragrafu 1 għandhom ifittxu wkoll li jtejbu l-appoġġ tagħhom għall-proġetti ta' investiment mmexxija mill-SMEs tal-Unjoni. Sabiex l-użu tal-fondi jiġi mmonitorjat b'mod effettiv għall-benefiċċju tal-SMEs ikkonċernati, il-BEI għandu jistabbilixxi u jżomm dispożizzjonijiet kuntrattwali xierqa li jimponu obbligi ta' rapportar standard kemm fuq l-intermedjarji finanzjarji kif ukoll fuq il-benefiċjarji;

Biex jiġi żgurat li l-investimenti tas-settur privat ikollhom l-ikbar impatt fuq l-iżvilupp, il-BEI għandu jagħmel ħiltu biex jikkontribwixxi għall-ħolqien ta' kundizzjonijiet favorevoli għall-impriża u għall-investiment privati u jiżgura li, bħala prijorità, jissaħħaħ is-settur privat lokali, inklużi l-MSMEs, il-kooperattivi u l-impriżi soċjali, fil-pajjiżi benefiċjarji permezz ta' appoġġ għall-investiment lokali kif previst fil-punt (a) tal-paragrafu 1. L-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI li jappoġġaw l-objettivi ġenerali stabbiliti fil-paragrafu 1 għandhom ifittxu wkoll li jtejbu l-appoġġ tagħhom għall-proġetti ta' investiment mmexxija mill-MSMEs mill-pajjiżi riċevituri u mill-Unjoni, filwaqt li jippermettu aċċess għall-finanzjament u jimmobilizzaw l-iżvilupp ta' proġetti ta' investiment ġodda mmexxija mill-MSMEs, biex tkun iffaċilitata aktar l-internazzjonalizzazzjoni tal-MSMEs. L-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI għandhom jikkontribwixxu biex jitjieb l-aċċess tal-SMEs għas-suq f'pajjiżi terzi sħab tal-Unjoni u l-integrazzjoni tagħhom fil-katini tal-valur globali, u għandhom jikkontribwixxu aktar għat-tisħiħ tal-internazzjonalizzazzjoni u l-kompetittività tal-kumpaniji tal-Unjoni. Sabiex l-użu tal-fondi jiġi mmonitorjat u evalwat b'mod effettiv għall-benefiċċju tal-MSMEs ikkonċernati, il-BEI għandu jwettaq eżerċizzju tad-diliġenza dovuta bir-reqqa u jistabbilixxi u jżomm dispożizzjonijiet kuntrattwali xierqa li jimponu obbligi ta' rapportar standard kemm fuq l-intermedjarji finanzjarji kif ukoll fuq il-benefiċjarji finali. Il-BEI għandu jagħmel ħiltu biex jidentifika l-ostakli li jħabbtu wiċċhom magħhom l-SMEs fl-aċċess għall-finanzjament u għandu jiżgura li dawn jiġu megħluba;

Emenda    20

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt ba (ġdid)

Deċiżjoni Nru 466/2014/UE

Artikolu 3 – paragrafu 5 – subparagrafu 2

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(ba)  fil-paragrafu 5, it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Il-BEI għandu jikkoopera mal-intermedjarji finanzjarji li jistgħu jappoġġaw il-ħtiġijiet speċifiċi tal-SMEs fil-pajjiżi li fihom jopera u li ma jipparteċipawx fl-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI implimentati f'pajjiż eliġibbli permezz ta' mezzi li jinsabu f'ġurisdizzjoni barranija li ma tikkooperax imsemmija fl-Artikolu 13."

"Il-BEI għandu jikkoopera mal-intermedjarji finanzjarji li jistgħu jappoġġaw il-ħtiġijiet speċifiċi tal-SMEs fil-pajjiżi li fihom jopera u li ma jipparteċipawx fl-operazzjonijiet implimentati permezz ta' mezzi li jinsabu f'ġurisdizzjoni barranija li ma tikkooperax imsemmija fl-Artikolu 13."

Emenda    21

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt bb (ġdid)

Deċiżjoni Nru 466/2014/UE

Artikolu 3 – paragrafu 6

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(bb)  Fl-Artikolu 3, il-paragrafu 6 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"6.   L-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI li jappoġġaw l-għanijiet ġenerali previsti fil-punt (b) tal-paragrafu 1 għandhom jappoġġaw il-proġetti ta' investiment fil-biċċa l-kbira fl-oqsma tat-trasport, l-enerġija, l-infrastruttura ambjentali, it-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, is-saħħa u l-edukazzjoni. Dan jinkludi l-produzzjoni u l-integrazzjoni tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli, it-trasformazzjoni tas-sistemi tal-enerġija li jippermettu l-bidla għal teknoloġiji u fjuwils b'livell inqas intensiv tal-karbonju, is-sigurtà tal-enerġija u l-infrastruttura tal-enerġija sostenibbli, inkluż għall-produzzjoni tal-gass u t-trasport tal-gass lejn is-suq tal-enerġija tal-Unjoni, kif ukoll l-elettrifikazzjoni ta' żoni rurali, l-infrastruttura ambjentali, bħall-ilma u s-sanità u l-infrastruttura ekoloġika, it-telekomunikazzjoni u l-infrastruttura tan-netwerk tal-broadband."

"6.   L-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI li jappoġġaw l-għanijiet ġenerali previsti fil-punt (b) tal-paragrafu 1 għandhom jappoġġaw il-proġetti ta' investiment fil-biċċa l-kbira fl-oqsma tat-trasport, l-enerġija, l-infrastruttura ambjentali, it-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, is-saħħa u l-edukazzjoni. Dan jinkludi l-produzzjoni u l-integrazzjoni tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli, miżuri għall-effiċjenza enerġetika, it-trasformazzjoni tas-sistemi tal-enerġija li jippermettu l-bidla għal teknoloġiji u fjuwils b'livell inqas intensiv tal-karbonju, is-sigurtà tal-enerġija u l-infrastruttura tal-enerġija sostenibbli, inkluż għall-produzzjoni tal-gass u t-trasport tal-gass lejn is-suq tal-enerġija tal-Unjoni, kif ukoll l-elettrifikazzjoni ta' żoni rurali, l-infrastruttura ambjentali, bħall-ilma u s-sanità u l-infrastruttura ekoloġika, it-telekomunikazzjoni u l-infrastruttura tan-netwerk tal-broadband."

(http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:32014D0466&from=MT)

Ġustifikazzjoni

Il-produzzjoni u t-trasport tal-gass jenħtieġ li ma jkunux koperti mill-Garanzija tal-UE, peress li dan jikkostitwixxi sussidju tal-fjuwils fossili. Id-Deċiżjoni jenħtieġ li ddaħħal fis-seħħ il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Ewropa tat-22 ta' Mejju 2013 dwar it-tneħħija gradwali ta' sussidji ta' ħsara ambjentali jew ekonomika, inkluż fuq karburanti fossili.

Emenda     22

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt c

Deċiżjoni Nru 466/2014/UE

Artikolu 3 – paragrafu 7 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI li jappoġġaw l-objettivi ġenerali stabbiliti fil-punt (c) tal-paragrafu 1 għandhom jappoġġaw il-proġetti ta' investiment fil-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih li jikkontribwixxu għall-objettivi globali tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima, b'mod partikolari billi jiġu evitati jew jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra fl-oqsma tal-enerġija rinnovabbli, l-effiċjenza fl-enerġija u t-trasport sostenibbli, jew billi tiżdied ir-reżiljenza għall-impatti negattivi tat-tibdil fil-klima fuq il-pajjiżi, is-setturi u l-komunitajiet vulnerabbli.

L-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI li jappoġġaw l-objettivi ġenerali stabbiliti fil-punt (c) tal-paragrafu 1 għandhom jappoġġaw il-proġetti ta' investiment fil-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih li jikkontribwixxu għall-objettivi globali tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima, b'mod partikolari billi jiġu evitati jew jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra u titnaqqas il-marka tal-karbonju fl-oqsma tal-enerġija rinnovabbli, l-effiċjenza fl-enerġija u t-trasport sostenibbli, jew billi tiżdied ir-reżiljenza għall-impatti negattivi tat-tibdil fil-klima fuq il-pajjiżi, is-setturi u l-komunitajiet vulnerabbli.

Emenda    23

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt c

Deċiżjoni Nru 466/2014/UE

Artikolu 3 – paragrafu 7 – subparagrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Matul il-perjodu kopert minn din id-Deċiżjoni, l-EIB għandu jagħmel ħiltu biex jinżamm il-livell għoli attwali tal-operazzjonijiet rilevanti għall-klima, filwaqt li l-volum minimu ta' dawn l-operazzjonijiet għandu jirrappreżenta mill-inqas 25 % tal-operazzjonijiet ta' finanzjament kollha tal-BEI.

Matul il-perjodu kopert minn din id-Deċiżjoni, il-BEI għandu jagħmel ħiltu biex iżomm livell għoli tal-operazzjonijiet rilevanti għall-klima, li l-volum tagħhom għandu jirrappreżenta mill-inqas 25 % tal-operazzjonijiet ta' finanzjament kollha tal-BEI barra mill-Unjoni, u din il-mira għandha tiżdied gradwalment għal tal-inqas 35 % sal-2020.

Emenda    24

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt c

Deċiżjoni 466/2014/UE

Artikolu 3 – paragrafu 7 – subparagrafu 4a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-operazzjonijiet tal-BEI għandhom, fost affarijiet oħra, jintegraw azzjonijiet konkreti biex jitneħħa l-finanzjament ta' proġetti li jkunu ta' ħsara għall-kisba tal-objettivi tal-Unjoni dwar il-klima u biex jkunu intensifikati l-isforzi li jappoġġaw sorsi ta' enerġija rinnovabbli u effiċjenza enerġetika.

Emenda     25

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt c

Deċiżjoni Nru 466/2014/UE

Artikolu 3 – paragrafu 8 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI li jappoġġaw l-objettivi ġenerali previsti fil-punt (d) tal-paragrafu 1 għandhom isostnu l-proġetti ta' investiment li jindirizzaw il-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni, jikkontribwixxu għar-reżiljenza ekonomika fit-tul u jissalvagwardjaw l-iżvilupp sostenibbli fil-pajjiżi benefiċjarji. L-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI għandhom, b'mod partikolari, jindirizzaw il-ħtiġijiet li qed jiżdiedu għall-infrastruttura u għas-servizzi relatati li jpprovdu għal-influss tal-migranti, u jżidu l-opportunitajiet ta' xogħol għall-komunitajiet ospitanti u tar-refuġjati biex titrawwem l-integrazzjoni ekonomika u biex ir-refuġjati jsiru awtonomi.

L-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI li jappoġġaw l-objettivi ġenerali previsti fil-punt (d) tal-paragrafu 1 għandhom isostnu l-proġetti ta' investiment li jindirizzaw il-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni, jikkontribwixxu għar-reżiljenza ekonomika fit-tul u jissalvagwardjaw l-iżvilupp sostenibbli fil-pajjiżi benefiċjarji filwaqt li jiżguraw il-konformità mal-SDGs. L-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI għandhom, b'mod partikolari, jindirizzaw il-ħtiġijiet li qed jiżdiedu għall-infrastruttura u għas-servizzi relatati li jipprovdu għal-influss tal-migranti, u jżidu l-opportunitajiet ta' xogħol għall-komunitajiet ospitanti u tar-rifuġjati biex titrawwem l-integrazzjoni ekonomika u biex ir-rifuġjati jsiru awtonomi, jsaħħu l-azzjoni umanitarja u s-sostenn favur il-ħolqien ta' impjiegi dinjitużi filwaqt li jiżguraw ir-rispett sħiħ tad-drittijiet tal-bniedem, tal-ħaddiem u soċjali, il-libertajiet fundamentali u l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri bis-saħħa tal-implimentazzjoni ta' approċċ ibbażat fuq id-drittijiet li jħaddan fih id-drittijiet tal-bniedem u soċjali kollha bi qbil mal-prinċipji ta' trasparenza, parteċipazzjoni, nondiskriminazzjoni u responsabbiltà. L-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI għandhom jirrikonoxxu li l-ugwaljanza tal-ġeneru hija kwistjoni trasversali biex jinkiseb żvilupp sostenibbli. Perspettiva li tikkunsidra l-ġeneru għandha tiġi applikata għall-operazzjonijiet ta' finanzjament kollha. Il-BEI għandu, sal-31 ta' Diċembru 2017, jiżviluppa Pjan ta' Azzjoni għall-Ġeneri u jiżgura li l-operazzjonijiet kollha tal-BEI fl-ambitu ta' dan il-mandat jirrispettaw il-prinċipji tal-Istrateġija għall-Ugwaljanza tal-Ġeneri approvata f'Diċembru 2016.

Emenda    26

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt c

Deċiżjoni Nru 466/2014/UE

Artikolu 3 – paragrafu 8 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  is-settur pubbliku, inklużi l-muniċipalitajiet u l-entitajiet tas-settur pubbliku, f'termini ta' infrastruttura u ta' servizzi biex jindirizzaw bżonnijiet miżjuda b'mod sinifikanti.";

(b)  is-settur pubbliku, inklużi l-muniċipalitajiet u l-entitajiet tas-settur pubbliku, f'termini ta' infrastruttura u ta' servizzi, u b'mod partikolari għall-kura tas-saħħa u b'faċilitajiet speċjali għat-tfal, għal servizzi ta' sanità u edukazzjoni skolastika, biex jindirizzaw bżonnijiet miżjuda b'mod sinifikanti;

Emenda     27

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt ca (ġdid)

Deċiżjoni Nru 466/2014/UE

Artikolu 3 – paragrafu 8a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca)   jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

 

"8a.  Fl-ambitu tal-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI favur l-objettivi ġenerali stabbiliti fil-paragrafu 1 huwa rikonoxxut li l-ugwaljanza tal-ġeneru, bħala kwistjoni trasversali biex jintlaħaq żvilupp sostenibbli, hi aspett importanti tad-diliġenza dovuta tal-proġetti. Perspettiva li tikkunsidra l-ġeneru għandha tiġi applikata għall-operazzjonijiet ta' finanzjament kollha ta' din ix-xorta.

Emenda    28

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt cb (ġdid)

Deċiżjoni 466/2014/UE

Artikolu 3 – paragrafu 8b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(cb)  jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

 

"8b.  Il-BEI għandu jiżgura li l-kumpaniji parteċipanti fil-proġetti kofinanzjati mill-BEI għandhom ikunu obbligati li jaderixxu mal-prinċipju ta' paga ugwali u trasparenza fil-pagi kif ukoll mal-prinċipju tal-ugwaljanza bejn is-sessi kif tiddisponi d-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a. Id-deċiżjonijiet tal-BEI dwar il-finanzjament tal-proġetti għandhom iqisu l-azzjoni meħuda mill-kumpaniji kandidati fil-qasam tar-responsabbiltà soċjali korporattiva;

 

______________

 

1a Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' opportunitajiet indaqs u ta' trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta' impjiegi u xogħol (ĠU L 204, 26.7.2006, p. 23).

Emenda     29

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt cc (ġdid)

Deċiżjoni Nru 466/2014/UE

Artikolu 3 – paragrafu 9

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(cc)  il-paragrafu 9 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"9.   Il-garanzija tal-UE għandha tkopri biss operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI li jsiru f'pajjiżi eliġibbli li jkunu kkonkludew ftehim qafas mal-BEI li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet legali biex isiru dawn l-operazzjonijiet."

"9.   Il-garanzija tal-UE għandha tkopri biss operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI li jsiru f'pajjiżi eliġibbli li jkunu kkonkludew ftehim qafas mal-BEI li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet legali biex isiru dawn l-operazzjonijiet. Il-kondizzjonijiet legali li fihom għandhom jitwettqu l-operazzjonijiet għandhom jinkludu wkoll standards ambjentali, soċjali, tad-drittijiet tal-bniedem u tax-xogħol."

(http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?qid=1488449786444&uri=CELEX%3A02014D0466-20160926)

Emenda     30

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2a (ġdid)

Deċiżjoni Nru 466/2014/UE

Artikolu 5 – paragrafu 1 – subparagrafu 3a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a)  Fl-Artikolu 5, paragrafu 1, jiżdied is-subparagrafu li ġej wara s-subparagrafu 3:

 

Il-Kummissjoni u l-BEI għandhom jiżguraw li s-soċjetà ċivili lokali tkun biżżejjed informata tajjeb bl-operazzjonijiet ippjanati jew attwali.

Emenda     31

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2b (ġdid)

Deċiżjoni Nru 466/2014/UE

Artikolu 5 – paragrafu 1 – subparagrafu 7a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2b)  Fl-Artikolu 5, paragrafu 1, jiżdied is-subparagrafu li ġej wara s-subparagrafu 7:

 

L-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI għandhom ikunu konsistenti mal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu "Strateġija rinnovata tal-UE 2011-14 għar-Responsabbiltà Soċjali Korporattiva", anki fir-rigward tal-intermedjarji finanzjarji.

Emenda    32

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2c (ġdid)

Deċiżjoni Nru 466/2014/UE

Artikolu 5 – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2c)  Fl-Artikolu 5, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

 

"1a.   Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 18 rigward l-emendi tal-Anness IV, billi tinkludi b'mod partikolari lista ta' kawżi fundamentali tal-migrazzjoni skont ir-reġjun."

Emenda     33

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3a (ġdid)

Deċiżjoni Nru 466/2014/UE

Artikolu 8 – paragrafu 5

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(3a)  Fl-Artikolu 8, il-paragrafu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"5.  Il-ftehimiet ta' finanzjament mal-promoturi individwali relatati mal-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI għandhom jinkludu wkoll dispożizzjonijiet ambjentali u soċjali adatti f'konformità mar-regoli u l-proċeduri tal-BEI stess."

"5.   Il-ftehimiet ta' finanzjament mal-promoturi individwali relatati mal-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI għandhom jinkludu wkoll dispożizzjonijiet fil-qasam tal-akkwist, ambjentali, klimatiku u soċjali xierqa f'konformità mar-regoli u l-proċeduri tal-BEI stess, inklużi rekwiżiti sabiex il-garanzija tal-UE u l-involviment tal-BEI jsiru viżibbli għall-benefiċjarju aħħari."

Emenda    34

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3b (ġdid)

Deċiżjoni Nru 466/2014/UE

Artikolu 8 – paragrafu 6

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(3b)  Fl-Artikolu 8, il-paragrafu 6 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"6.  Il-Kummissjoni u l-BEI għandhom jistabbilixxu fil-ftehim ta' garanzija msemmi fl-Artikolu 14 politika ċara u trasparenti dwar l-allokazzjoni li tippermetti li l-BEI jidentifika, fi ħdan l-attività esterna tiegħu, l-operazzjonijiet li jridu jiġu ffinanzjati skont din id-Deċiżjoni sabiex jiġi żgurat l-aktar użu effettiv tal-garanzija tal-UE. Il-politika dwar l-allokazzjoni għandha tiġi bbażata fuq l-affidabbiltà kreditizja tal-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI kif ivvalutati mill-BEI, il-limiti massimi kif iddefiniti fl-Anness I, in-natura tal-kontroparti, jekk tkunx sovrana, Stat jew entità sottosovrana li taqgħa taħt il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jew entità privata, il-kapaċità ta' assorbiment ta' riskju tal-BEI u kriterji rilevanti oħra, inkluż il-valur miżjud tal-garanzija tal-UE. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jiġu infurmati rigward il-politika dwar l-allokazzjoni skont l-Artikolu 14."

"6.  Il-Kummissjoni u l-BEI għandhom jistabbilixxu fil-ftehim ta' garanzija msemmi fl-Artikolu 14 politika ċara u trasparenti dwar l-allokazzjoni li tippermetti li l-BEI jidentifika, fi ħdan l-attività esterna tiegħu, l-operazzjonijiet li jridu jiġu ffinanzjati skont din id-Deċiżjoni sabiex jiġi żgurat l-aktar użu effettiv tal-garanzija tal-UE. Il-politika dwar l-allokazzjoni għandha tiġi bbażata fuq l-affidabbiltà kreditizja tal-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI kif ivvalutati mill-BEI, il-limiti massimi kif iddefiniti fl-Anness I, in-natura tal-kontroparti, jekk tkunx sovrana, Stat jew entità sottosovrana li taqgħa taħt il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu jew entità privata, il-kapaċità ta' assorbiment ta' riskju tal-BEI u kriterji rilevanti oħra, inkluż il-valur miżjud tal-garanzija tal-UE. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jiġu infurmati rigward il-politika dwar l-allokazzjoni skont din id-Deċiżjoni inkluż b'paragun mal-politika tal-BEI dwar l-allokazzjoni tas-self għar-riskju tiegħu barra mill-Unjoni, skont l-Artikolu 14."

Emenda    35

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3c (ġdid)

Deċiżjoni Nru 466/2014/UE

Artikolu 9 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(3c)  Fl-Artikolu 9, l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Il-BEI għandu jwettaq id-diliġenza dovuta u, fejn ikun il-każ, jesiġi li l-promoturi tal-proġett jagħmlu konsultazzjoni pubblika lokali f'konformità mal-prinċipji soċjali u ambjentali tal-Unjoni, mal-partijiet interessati nazzjonali u lokali rilevanti, kif ukoll mas-soċjetà ċivili, fl-istadju tal-ippjanar tal-proġett u l-istadju ta' implimentazzjoni dwar l-aspetti soċjali, tad-drittijiet tal-bniedem, ambjentali, ekonomiċi u relatati mal-iżvilupp ta' proġetti ta' investiment koperti mill-garanzija tal-UE u li jipprovdu informazzjoni rilevanti għall-valutazzjoni tal-kontribut biex jintlaħqu l-politika esterna u l-għanijiet strateġiċi tal-Unjoni.

"Il-BEI għandu jwettaq id-diliġenza dovuta u jesiġi li l-promoturi tal-proġett jagħmlu konsultazzjoni pubblika lokali f'konformità mal-prinċipji soċjali u ambjentali tal-Unjoni, mal-partijiet interessati nazzjonali u lokali rilevanti, kif ukoll mas-soċjetà ċivili, fl-istadju tal-ippjanar tal-proġett u l-istadju ta' implimentazzjoni dwar l-aspetti soċjali, tad-drittijiet tal-bniedem, tal-ugwaljanza tal-ġeneru, ambjentali, ekonomiċi u relatati mal-iżvilupp ta' proġetti ta' investiment koperti mill-garanzija tal-UE u li jipprovdu informazzjoni rilevanti għall-valutazzjoni tal-kontribut biex jintlaħqu l-politika esterna u l-għanijiet strateġiċi tal-Unjoni.

Emenda     36

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3d (ġdid)

Deċiżjoni Nru 466/2014/UE

Artikolu 9 – paragrafu 1 – subparagrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3 d)  Fl-Artikolu 9, paragrafu 1, jiddaħħal is-subparagrafu li ġej wara l-ewwel subparagrafu:

 

"Il-BEI għandu jiżgura li l-prinċipju tal-kunsens liberu, infurmat minn qabel huwa implimentat, qabel l-operazzjonijiet ta' finanzjament li jolqtu lir-riżorsi tal-art u naturali."

(http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:02014D0466-20160926&qid=1488388409292&from=MT)

Ġustifikazzjoni

Fl-2007, l-Assemblea Ġenerali tan-NU adottat id-Dikjarazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Popli Indiġeni li fiha rrikonoxxiet drittijiethom u għamlet riferiment speċifiku għall-kunsens liberu, infurmat minn qabel bħala rekwiżit preliminari għal kwalunkwe attività li tolqot l-artijiet, it-territorji u r-riżorsi naturali ta' missirijiethom. Dan il-prinċipju għandu jiġi rrispettat ukoll fl-operazzjonijiet tal-BEI.

Emenda     37

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3e (ġdid)

Deċiżjoni Nru 466/2014/UE

Artikolu 9 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(3e)  Fl-Artikolu 9, it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Fejn ikun il-każ, din il-valutazzjoni għandha tinkludi valutazzjoni dwar kif il-kapaċitajiet tal-benefiċjarji tal-finanzjament tal-BEI jistgħu jiġu msaħħa tul iċ-ċiklu kollu tal-proġett permezz ta' assistenza teknika. Ir-regoli u l-proċeduri tal-BEI innifsu għandhom jinkludu d-dispożizzjonijiet meħtieġa dwar il-valutazzjoni tal-impatt ambjentali u soċjali tal-proġetti ta' investiment u tal-aspetti marbutin mad-drittijiet tal-bniedem u l-prevenzjoni ta' kunflitti, sabiex jiżguraw li l-proġetti ta' investiment appoġġati skont din id-Deċiżjoni huma ambjentalment u soċjalment sostenibbli."

"Din il-valutazzjoni għandha tinkludi valutazzjoni dwar kif il-kapaċitajiet tal-benefiċjarji tal-finanzjament tal-BEI jistgħu jiġu msaħħa tul iċ-ċiklu kollu tal-proġett permezz ta' assistenza teknika. Ir-regoli u l-proċeduri tal-BEI innifsu għandhom jinkludu d-dispożizzjonijiet meħtieġa dwar il-valutazzjoni tal-impatt ambjentali u soċjali tal-proġetti ta' investiment u tal-aspetti marbutin mad-drittijiet tal-bniedem u l-prevenzjoni ta' kunflitti, sabiex jiżguraw li l-proġetti ta' investiment appoġġati skont din id-Deċiżjoni huma ambjentalment u soċjalment sostenibbli. Bħala parti mill-gwida interna disponibbli tiegħu fir-rigward tal-applikazzjoni tad-diliġenza dovuta, il-BEI għandu jiżviluppa gwida prattika dwar il-valutazzjoni tal-aspetti relatati mad-drittijiet tal-bniedem bażiċi kollha, li għandha tintuża matul il-valutazzjoni ex ante u matul il-monitoraġġ kontinwu li jsir fuq bażi ta' kull proġett, inkluż għall-proġetti li jinvolvu intermedjarji finanzjarji, abbażi tal-oqfsa eżistenti, partikolarment il-Qafas Strateġiku tal-UE u l-Pjan ta' Azzjoni għad-Drittijiet tal-Bniedem, u fid-dawl tal-parametri ta' riferiment eżistenti marbuta mad-drittijiet tal-bniedem fornuti mill-Unjoni, mill-entitajiet rilevanti tan-Nazzjonijiet Uniti u mill-organizzazzjonijiet fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem."

(http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/ALL/?uri=CELEX%3A32014D0466)

Emenda     38

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3f (ġdid)

Deċiżjoni Nru 466/2014/UE

Artikolu 9 – paragrafu 3

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(3f)  L-Artikolu 9(3) huwa sostitwit b'dan li ġej:

3.  Il-monitoraġġ tal-BEI għandu jistinka wkoll biex ikopri l-implimentazzjoni ta' operazzjonijiet intermedjarji u l-prestazzjoni tal-intermedjarji finanzjarji b'appoġġ għall-SMEs.

"3.   Il-monitoraġġ tal-BEI għandu jkopri l-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet intermedjati u l-prestazzjoni tal-intermedjarji finanzjarji b'appoġġ għall-SMEs."

(http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:32014D0466&qid=1487606632536&from=MT)

Emenda    39

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3g (ġdid)

Deċiżjoni Nru 466/2014/UE

Artikolu 9 – paragrafu 5

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(3g)   fl-Artikolu 9, il-paragrafu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"5.   Ir-riżultati tal-monitoraġġ għandhom, fejn ikun possibbli, jiġu żvelati, soġġett għar-rekwiżiti ta' kunfidenzjalità u l-qbil tal-partijiet rilevanti. "

"5.   Ir-riżultati tal-monitoraġġ għandhom jiġu żvelati, soġġett għar-rekwiżiti ta' kunfidenzjalità u l-qbil tal-partijiet rilevanti."

Emenda     40

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt a

Deċiżjoni Nru 466/2014/UE

Artikolu 11 – paragrafu 1 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  fil-punt (b), tiżdied is-sentenza li ġejja:

(a)  il-punt (b) huwa emendat kif ġej:

(b)  Għandhom jiġu żviluppati mill-BEI indikaturi għal proġetti li jipprovdu rispons strateġiku li jindirizza l-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni;

(b)  valutazzjoni tal-valur miżjud, ir-riżultati, l-eżiti u l-impatt fuq l-iżvilupp tal-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI fuq bażi aggregata, abbażi tar-rapport annwali ta' qafas tal-BEI għall-Kejl tar-Riżultati. Għal dan il-għan, il-BEI għandu juża indikaturi tal-prestazzjoni b'rabta mal-aspetti tal-iżvilupp, ambjentali u soċjali, inklużi aspetti relatati mad-drittijiet tal-bniedem u l-ugwaljanza tal-ġeneru, tal-proġetti ffinanzjati, b'kont meħud tal-indikaturi rilevanti taħt id-Dikjarazzjoni ta' Pariġi tal-2005 dwar l-Effikaċja tal-Għajnuna. L-indikaturi għall-ugwaljanza tal-ġeneru għandhom jinkludu l-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel, l-ibbaġitjar u l-miri għall-ġeneru, u, meta jkun possibbli, għandhom jiġu evalwati ex post permezz ta' diżaggregazzjoni tad-data skont il-ġeneru. L-indikaturi għall-aspetti ambjentali tal-proġetti għandhom jinkludu kriterji għal teknoloġija nadifa, orjentati, fil-prinċipju, lejn l-effiċjenza fl-enerġija u t-teknoloġiji biex jitnaqqsu l-emissjonijiet. Il-BEI għandu jiżviluppa indikaturi għall-proġetti li jipprovdu rispons strateġiku li jindirizza l-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni u jibni reżiljenza ekonomika fit-tul tal-komunitajiet ospitanti u ta' tranżitu, b'konsultazzjoni u b'kooperazzjoni dettaljati u regolari mal-partijiet interessati, mas-soċjetà ċivili, mal-komunitajiet milquta u mal-NGOs;

Emenda     41

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt aa (ġdid)

Deċiżjoni Nru 466/2014/UE

Artikolu 11 – paragrafu 1 – punt c

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(aa)  il-punt c huwa sostitwit b'dan li ġej:

''(c)  valutazzjoni tal-kontribut tal-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI biex jiġu sodisfatti l-politika esterna u l-għanijiet strateġiċi tal-Unjoni, b'kont meħud tal-linji gwida operattivi tekniċi reġjonali msemmija fl-Artikolu 5;"

''(c)  valutazzjoni tal-kontribut tal-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI biex jiġu sodisfatti l-politika esterna tal-Unjoni u l-objettivi strateġiċi tagħha.

 

Il-Kummissjoni għandha, f'kooperazzjoni mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE), tistabbilixxi qafas u metodoloġija għal rappurtar annwali mill-BEI dwar l-operazzjonijiet tiegħu koperti mill-Garanzija Komunitarja u l-konformità tagħhom mal-prinċipji ġenerali li jiggwidaw l-azzjoni esterna tal-Unjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 21 tat-TUE. L-objettiv ewlieni ta' dan ir-rapportar għandu jkun il-monitoraġġ tal-konformità tal-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI mal-obbligi tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u partikolarment mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 21 tiegħu, inkluż ir-rispett għal u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, il-qerda tal-faqar u l-ġestjoni tar-riskji ambjentali.

 

Din il-metodoloġija għandha tiġi żviluppata mill-Kummissjoni u s-SEAE sa [sena wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni emendatorja] u għandha tibni fuq rappurtar dwar il-konformità mad-drittijiet tal-bniedem mill-BEI, kif mitlub mill-Qafas Strateġiku u l-Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem.

 

Abbażi tar-rappurtar annwali mill-BEI, kull sena l-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew l-evalwazzjoni tagħha tal-informazzjoni pprovduta mill-BEI u tissuġġerixxi tibdil possibbli fil-politiki u l-proċeduri tal-BEI għall-adozzjoni mill-Istati Membri wara li tqis l-opinjoni tal-Parlament Ewropew dwar dawk il-bidliet. Rakkomandazzjonijiet possibbli mill-Kummissjoni Ewropea u l-Parlament Ewropew dwar kif jista' jittejjeb ir-rappurtar tal-BEI għal dak il-għan għandhom ikunu riflessi minnu waqt l-aġġornament tal-Linji Gwida Operattivi Tekniċi Reġjonali."

(http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?qid=1488449786444&uri=CELEX%3A02014D0466-20160926)

Emenda     42

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt -ab (ġdid)

Deċiżjoni Nru 466/2014/UE

Artikolu 11 – paragrafu 1 – punt e

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(ab)  Fl-Artikolu 11, paragrafu 1, il-punt (e) huwa sostitwti b'dan li ġej:

(e)  valutazzjoni tal-kwalità tal-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI, b'mod partikolari, il-punt sa fejn il-BEI kkunsidra s-sostenibbiltà ambjentali u soċjali fid-diliġenza dovuta u l-monitoraġġ ta' proġetti ta' investiment iffinanzjati;"

"(e)  valutazzjoni tal-kwalità tal-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI, b'mod partikolari, il-punt sa fejn il-BEI kkunsidra s-sostenibbiltà ambjentali u soċjali fid-diliġenza dovuta u l-monitoraġġ ta' proġetti ta' investiment iffinanzjati kif ukoll miżuri li jimmassimizzaw is-sjieda lokali bil-promozzjoni tal-parteċipazzjoni tal-komunitajiet, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-NGOs milquta;"

(http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:32014D0466&qid=1487606632536&from=MT)

Emenda     43

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt b

Deċiżjoni Nru 466/2014/UE

Artikolu 11 – paragrafu 1 – punt j

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(j)  Valutazzjoni tal-kontribuzzjoni tal-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI għal rispons strateġiku li jindirizza l-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni. ;

(j)  Valutazzjoni tal-kontribut tal-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI għal rispons strateġiku li jindirizza l-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni li jinbtu mill-faqar, mill-inugwaljanza, mit-tkabbir demografiku, min-nuqqas ta' impjiegi u ta' opportunitajiet ekonomiċi, mit-tibdil fil-klima fit-tul u li jikkontribwixxi għar-reżiljenza ekonomika tar-rifuġjati, tal-migranti, tal-komunitajiet ospitanti u ta' tranżitu;

Emenda    44

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5a (ġdid)

Deċiżjoni Nru 466/2014/UE

Artikolu 11 – paragrafu 2

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(5a)  Fl-Artikolu 11, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

2.  Għall-finijiet tar-rappurtar tal-Kummissjoni msemmija fil-paragrafu 1, il-BEI għandu jipprovdi lill-Kummissjoni b'rapporti annwali dwar l-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI li jsiru skont din id-Deċiżjoni inklużi l-elementi kollha meħtieġa li jippermettu li l-Kummissjoni tirrapporta f'konformità mal-paragrafu 1. Il-BEI jista' wkoll jipprovdi lill-Kummissjoni b'informazzjoni addizzjonali rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex tingħata stampa komprensiva tal-attività esterna tal-BEI.

2.  Għall-finijiet tar-rappurtar tal-Kummissjoni msemmija fil-paragrafu 1, il-BEI għandu jipprovdi lill-Kummissjoni b'rapporti annwali dwar l-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI li jsiru skont din id-Deċiżjoni inklużi l-elementi kollha meħtieġa li jippermettu li l-Kummissjoni tirrapporta f'konformità mal-paragrafu 1. Il-BEI jista' wkoll jipprovdi lill-Kummissjoni b'informazzjoni addizzjonali rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex tingħata stampa komprensiva tal-attività esterna tal-BEI. Il-Parlament Ewropew jista', fuq il-bażi tar-rapporti annwali, ifassal rakkomandazzjonijiet lill-BEI dwar proġetti li għaddejjin.

Emenda    45

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5b (ġdid)

Deċiżjoni Nru 466/2014/UE

Artikolu 12 – paragrafu 1 – parti introduttorja

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(5b)  Fl-Artikolu 12, paragrafu 1, il-parti introduttorja hija sostitwita b'dan li ġej:

"1.  F'konformità mal-politika tal-BEI dwar it-trasparenza u l-prinċipji tal-Unjoni dwar l-aċċess għal dokumenti u informazzjoni, u progressivament skont l-Istandards Internazzjonali dwar it-Trasparenza fl-Għajnuna Internazzjonali, il-BEI għandu iqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku fuq is-sit elettroniku tiegħu l-informazzjoni marbuta ma':"

"1.  F'konformità mal-politika tal-BEI dwar it-trasparenza u l-prinċipji tal-Unjoni dwar l-aċċess għal dokumenti u informazzjoni, u progressivament skont l-Istandards Internazzjonali dwar it-Trasparenza fl-Għajnuna Internazzjonali, il-BEI għandu b'mod proattiv u sistematiku jqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku fuq is-sit elettroniku tiegħu l-informazzjoni marbuta ma':"

Emenda    46

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5c (ġdid)

Deċiżjoni Nru 466/2014/UE

Artikolu 12 – paragrafu 1 – punt a

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(5c)  Fl-Artikolu 12, il-paragrafu 1, il-punt a, huwa sostitwit b'dan li ġej:

"(a)   l-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI kollha li jsiru skont din id-Deċiżjoni, wara l-istadju tal-approvazzjoni tal-proġett, b'mod partikolari, li tindika jekk proġett ta' investiment huwiex kopert mill-garanzija tal-UE u kif jikkontribwixxi għall-miri tal-azzjoni esterna tal-Unjoni, filwaqt li tittieħed nota b'mod partikolari l-impatt ekonomiku, soċjali u ambjentali tiegħu;"

"(a)   "(a) l-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI kollha li jsiru skont din id-Deċiżjoni, wara l-istadju tal-approvazzjoni tal-proġett, b'mod partikolari, bl-indikazzjoni ta' jekk proġett ta' investiment huwiex kopert mill-garanzija tal-UE u kif jikkontribwixxi għall-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni, filwaqt li tittieħed nota b'mod partikolari tal-impatt speċifiku mil-lat ekonomiku, soċjali, ambjentali, klimatiku u tal-ġeneru, kif ukoll li tiġi ppubblikata wkoll l-informazzjoni rilevanti marbuta mal-proġetti individwali fl-ambitu ta' din id-Deċiżjoni, inklużi d-dokumentazzjoni relatata mal-Kejl tar-Riżultati, fid-dawl tal-protezzjoni tal-informazzjoni kunfidenzjali u kummerċjalment sensittiva;

Emenda     47

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5d (ġdid)

Deċiżjoni Nru 466/2014/UE

Artikolu 12 – paragrafu 1 – punt c

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(5d)  fl-Artikolu 12, paragrafu 1, il-punt c huwa sostitwit b'dan li ġej:

"(c)  meta possibbli u xieraq, ftehimiet qafas eżistenti bejn il-BEI u pajjiż riċevitur. Meta jiffirma ftehimiet ġodda jew jemenda dawk eżistenti, il-BEI għandu jagħmel ħiltu biex jippermetti li dawn jiġu żvelati;"

"(c)  meta possibbli u xieraq, ftehimiet qafas eżistenti bejn il-BEI u pajjiż riċevitur. Meta jiffirma ftehimiet ġodda jew jemenda dawk eżistenti, il-BEI għandu jiżgura d-divulgazzjoni tagħhom;

Emenda     48

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5e (ġdid)

Deċiżjoni Nru 466/2014/UE

Artikolu 13

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5e)  L-Artikolu 13 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Artikolu 13

"Artikolu 13

Ġurisdizzjonijiet li ma jikkooperawx

Ġurisdizzjonijiet li ma jikkooperawx

Fl-operazzjonijiet ta' finanzjament tiegħu, il-BEI ma għandu jittollera l-ebda attività li titwettaq għal finijiet illegali, inkluż il-ħasil tal-flus, il-finanzjament tat-terroriżmu, il-frodi fiskali u l-evażjoni tat-taxxa, il-korruzzjoni, u l-frodi li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. B'mod partikolari l-BEI ma għandu jipparteċipa fl-ebda operazzjoni ta' finanzjament implimentata f'pajjiż eliġibbli b'mezz li jinsab f'ġurisdizzjoni li ma tikkooperax identifikata bħala tali mill-Unjoni, min-Nazzjonijiet Uniti, mill-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi jew mit-Task Force ta' Azzjoni Finanzjarja.

Fl-operazzjonijiet ta' finanzjament tiegħu, il-BEI ma għandu jikkonforma mal-istandards rilevanti u mal-leġiżlazzjoni applikabbli fil-qasam tal-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus u tal-ġlieda kontra t-terroriżmu, il-frodi fiskali u l-evażjoni tat-taxxa.

 

Il-BEI ma għandux juża jew jieħu sehem fi strutturi għall-evitar tat-taxxa, b'mod partikolari skemi ta' pjanifikazzjoni fiskali aggressiva jew prattiki li ma jikkonformawx mal-kriterji ta' governanza fiskali tajba, kif stabbiliti fl-atti ġuridiċi tal-Unjoni, fil-konklużjonijiet tal-Kunsill, fil-komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni jew fi kwalunkwe avviż formali minn din tal-aħħar.

 

Il-BEI ma għandux iżomm relazzjonijiet ta' negozju ma' entitajiet kostitwiti f'ġurisdizzjonijiet li ma jikkooperawx mal-Unjoni fir-rigward tal-applikazzjoni ta' standards tat-taxxa miftiehma internazzjonalment dwar it-trasparenza u l-iskambju ta' informazzjoni.

 

Meta jikkonkludi ftehimiet ma' intermedjarji finanzjarji, il-BEI għandu jittrasponi r-rekwiżiti li ssir referenza għalihom f'dan l-Artikolu fil-kuntratti rilevanti u għandu jitlob rapport pajjiż b'pajjiż dwar l-osservanza tagħhom.

 

Il-BEI għandu, wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni u mal-partijiet interessati, jirrevedi u jaġġorna l-politika tiegħu dwar il-ġurisdizzjonijiet li ma jikkooperawx sa mhux aktar tard wara l-adozzjoni, min-naħa tal-Unjoni, tal-lista tal-ġurisdizzjonijiet li ma jikkooperawx. Kull sena wara tali data, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' dik il-politika.

Fl-operazzjonijiet ta' finanzjament tiegħu, il-BEI għandu japplika l-prinċipji u l-istandards stabbiliti fil-liġi tal-Unjoni dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-fini tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, inkluż ir-rekwiżit li jittieħdu miżuri raġonevoli biex jiġu identifikati s-sidien li jibbenefikaw, fejn applikabbli.

 

Emenda    49

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5f (ġdid)

Deċiżjoni Nru 466/2014/UE

Artikolu 14 – paragrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(5f)  Fl-Artikolu 14, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Il-Kummissjoni u l-BEI għandhom jiffirmaw ftehim ta' garanzija li jistipula d-dispożizzjonijiet u l-proċeduri dettaljati marbutin mal-garanzija tal-UE kif stabbilita fl-Artikolu 8, u għandhom jinfurmaw lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, kif meħtieġ."

"Il-Kummissjoni u l-BEI għandhom jiffirmaw ftehim ta' garanzija li jistipula d-dispożizzjonijiet u l-proċeduri dettaljati marbutin mal-garanzija tal-UE kif stabbilita fl-Artikolu 8, li huma għandhom jikkomunikaw lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill."

Emenda    50

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5g (ġdid)

Deċiżjoni Nru 466/2014/UE

Artikolu 18 – paragrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5g)   Fl-Artikolu 18, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

 

"2a.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 5 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu indeterminat ta' żmien minn [data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni emendatorja]."

Emenda    51

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5h (ġdid)

Deċiżjoni Nru 466/2014/UE

Artikolu 18 – paragrafu 3

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(5h)   Fl-Artikolu 18, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"3.   Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikolu 4 tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data iktar tard speċifikata fiha. Din ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ."

"3.   Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikoli 4 u 5 tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data iktar tard speċifikata fiha. Din ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ."

Emenda    52

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5i (ġdid)

Deċiżjoni Nru 466/2014/UE

Artikolu 18 – paragrafu 5

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(5i)  Fl-Artikolu 18, il-paragrafu 5 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"5.   Att iddelegat adottat skont l-Artikolu 4 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġi espressal-ebda oġġezzjoni la mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill fi żmien perijodu ta' xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perijodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill."

"5.   Att delegat adottat skont l-Artikoli 4 u 5 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġi espressa l-ebda oġġezzjoni la mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill fi żmien perijodu ta' xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perijodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.""

Emenda     53

Proposta għal deċiżjoni

Anness I

Deċiżjoni Nru 466/2014/UE

Anness I – paragrafu -1 (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-korpi governattivi tal-BEI għandhom b'mod partikolari jużaw tali possibbiltà ta' riallokazzjoni sabiex il-garanzija tal-UE tkun tista' tkompli tagħti attenzjoni lill-pajjiżi ta' prijorità bi profil ta' riskju ogħla meta mqabbla ma' dawk koperti bil-Faċilitajiet ta' Riskju Proprju tal-BEI. Il-Kummissjoni għandha żżomm lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill informati b'mod regolari dwar tali riallokazzjonijiet, inkluż b'paragun mal-politika tal-BEI dwar l-allokazzjoni ta' self għar-riskju tiegħu barra mill-Unjoni.

Emenda    54

Proposta għal deċiżjoni

Anness I

Deċiżjoni Nru 466/2014/UE

Anness 1 – punt B – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

B.  Pajjiżi tal-Viċinat u tas-Sħubija: EUR 18 374 000 000, imqassma fis-sottolimiti massimi li ġejjin:

B.  Pajjiżi tal-Viċinat u tas-Sħubija: EUR 23 145 000 000, imqassma fis-sottolimiti massimi li ġejjin:

Emenda    55

Proposta għal deċiżjoni

Anness I

Deċiżjoni Nru 466/2014/UE

Anness I – punt B – punt i

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i)  Il-pajjiżi Mediterranji: EUR 12 366 000 000, li minnhom, EUR 10 506 000 000 taħt il-mandat ġenerali u EUR 1 860 000 000 taħt il-mandat ta' self tas-settur privat;

(i)  Il-pajjiżi Mediterranji: EUR 13 607 000 000, li minnhom, EUR 11 747 000 000 taħt il-mandat ġenerali u EUR 1 860 000 000 taħt il-mandat ta' self tas-settur privat;

Emenda    56

Proposta għal deċiżjoni

Anness I

Deċiżjoni Nru 466/2014/UE

Anness 1 – punt B – punt ii

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ii)  L-Ewropa tal-Lvant, il-Kawkasu tan-Nofsinhar u r-Russja: EUR 6 008 000 000;

(ii)  L-Ewropa tal-Lvant, il-Kawkasu tan-Nofsinhar u r-Russja: EUR 9 538 000 000;

Emenda    57

Proposta għal deċiżjoni

Anness I

Deċiżjoni Nru 466/2014/UE

Anness I – punt C – parti introdittorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

C.  L-Asja u l-Amerika Latina: EUR 3 785 000 000, imqassma fis-sottolimiti massimi li ġejjin:

C.  L-Asja u l-Amerika Latina: EUR 5 130 000 000, imqassma fis-sottolimiti massimi indikattivi li ġejjin:

Emenda    58

Proposta għal deċiżjoni

Anness I

Deċiżjoni Nru 466/2014/UE

Anness I – punt C – punt i

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i)  L-Amerika Latina: EUR 2 543 000 000;

(i)  L-Amerika Latina: EUR 3 318 000 000;

Emenda    59

Proposta għal deċiżjoni

Anness I

Deċiżjoni Nru 466/2014/UE

Anness I – punt C – punt ii

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ii)  L-Asja: EUR 1 040 000 000;

(ii)  L-Asja: EUR 1 510 000 000;

Emenda    60

Proposta għal deċiżjoni

Anness I

Deċiżjoni Nru 466/2014/UE

Anness I – punt C – punt iii

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iii)  L-Asja Ċentrali: EUR 202 000 000;

(iii)  L-Asja Ċentrali: EUR 302 000 000;

Emenda    61

Proposta għal deċiżjoni

Anness I

Deċiżjoni Nru 466/2014/UE

Anness I – punt D – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Afrika t'Isfel: EUR 462 000 000.

L-Afrika t'Isfel: EUR 516 000 000.

Emenda    62

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 1a

 

Dispożizzjoni tranżitorja

 

Il-BEI jista' jiffinanzja proġetti skont il-mandat ta' self għas-settur privat qabel id-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni u l-konklużjoni tal-ftehim ta' garanzija bejn il-Kummissjoni u l-BEI. Proġetti simili jistgħu jiġu inklużi fi ħdan il-kopertura ta' garanzija tal-UE, soġġett għal konferma mill-Kummissjoni fir-rigward tar-rispett tat-termini li jrid jintlaħaq qbil dwarhom fil-ftehim ta' garanzija.


OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp(*) (31.3.2017)

għall-Kumitat għall-Baġits

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Nru 466/2014/UE li tagħti garanzija tal-UE lill-Bank Ewropew tal-Investiment kontra telf minn operazzjonijiet ta' finanzjament li jappoġġaw proġetti ta' investiment barra mill-Unjoni Ewropea.

(COM(2016)0583 – C8-0376/2016 – 2016/0275(COD))

Rapporteur għal opinjoni (*): Nirj Deva

(*)  Kumitat assoċjat – Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Bħala l-akbar mutwanti multilaterali tad-dinja, il-BEI qed isir kulma jmur aktar attiv barra l-UE, billi jinvesti fi proġetti li jippromwovu l-iżvilupp sostenibbli u t-tkabbir ekonomiku inklużiv, immexxi mill-għanijiet tal-politika esterna tal-UE, u għalhekk qed isir parti integrali mill-Pjan ta' Investment Estern (PIE).

Sfidi bla preċedent qed ikomplu jagħmlu pressjoni fuq il-kapaċità tal-mandat estern, u jħallu marġini operazzjonali limitat fl-Asja, l-Afrika t'Isfel, l-Asja Ċentrali, l-Ewropa tal-Lvant, li hu previst li se jkompli jonqos saħansitra aktar fl-ambitu tal-limitu massimu propost mill-Kummissjoni għall-mandat ta' self estern. Il-preżenza tal-BEI fl-Asja, l-Amerika Latina u l-Afrika t'Isfel jonqos b'50 % meta mqabbla mal-livelli attwali tagħha, filwaqt li l-attività tal-bank fil-Viċinat tal-Lvant se tara tnaqqis sinifikanti.

Ir-rapporteur għal opinjoni jilqa' l-Pakkett tar-Reżiljenza tal-BEI, iżda jemmen li ammont addizzjonali ta' EUR 3 530 miljun lil hinn mill-proposta tal-Kummissjoni għandu jippermetti lill-BEI iżomm l-attivitajiet esterni tiegħu fil-livelli attwali, lil hinn mill-pajjiżi ġirien milquta attwalment mill-kriżi tal-migrazzjoni u tar-rifuġjati.

Il-Pjan ta' Investment Estern jista' jiżviluppa f'katalizzatur inkredibbli għat-tkabbir sostenibbli u l-ħolqien tal-impjiegi. Huwa jipprovdi qafas koerenti biex jiġi promoss l-investiment, jitħeġġu s-sħubijiet pubbliċi-privati u jkunu appoġġati l-MSMEs, permezz tal-mobilizzazzjoni ta' fondi mill-UE, l-Istati Membri tagħha u donaturi oħra u finanzjament mill-Istituzzjonijiet Finanzjarji u s-settur privat.

Ir-rapporteur għal opinjoni jemmen li l-Kummissjoni Ewropea u l-BEI għandhom jagħmlu enfasi aktar fit-tul fuq l-iżvilupp sostenibbli, il-ħolqien tal-impjiegi u t-tkabbir, minflok ma jinvestu l-enerġija tagħhom biex jindirizzaw ir-rispons għall-kriżi tar-rifuġjati u l-migrazzjoni. Il-pajjiżi b'introjtu baxx u medju jinsabu fil-qalba tal-kriżi tar-rifuġjati. Maġġoranza kbira tal-persuni spustati bil-forza jgħixu f'pajjiżi li qed jiżviluppaw li jilqgħu fihom 89 fil-mija tar-rifuġjati u 99 fil-mija tal-persuni spostati internament.(1)

Bħala tali, trid issir distinzjoni ċara bejn aġenda għall-iżvilupp fit-tul, fil-kuntest tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli, li jinkludi l-indirizzar tal-kawżi ewlenin tal-migrazzjoni u l-perspettiva għal żmien qasir biex jgħinu lir-rifuġjati u l-komunitajiet ospitanti f'żoni milquta mill-kriżijiet, kif maħsub permezz tal-Modulu 3 tal-Pakkett ta' Reżiljenza tal-BEI.

Ir-rapporteur għal opinjoni jemmen ukoll li huwa vitali li l-SMEs jiġu appoġġati biex jagħmlu t-tranżizzjoni lejn is-settur formali u jkollhom aċċess aħjar għall-kreditu. Meta jitqies li 70 % tal-MSMEs kollha fis-swieq emerġenti m'għandhomx aċċess għall-kreditu, it-titjib tal-aċċess tal-SMEs għall-finanzjament u s-sejbien ta' soluzzjonijiet biex jiġi sfruttat il-potenzjal ta' sorsi ta' kapital huwa kruċjali biex jippermetti li dan is-settur potenzjalment dinamiku biex jikber u jipprovdi l-impjiegi meħtieġa. 

EMENDI

Il-Kumitat għall-Iżvilupp jistieden lill-Kumitat għall-Baġits, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda     1

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  Il-komunità internazzjonali qed tiffaċċja kriżi bla preċedent ta' refuġjati, li teħtieġ solidarjetà, mobilizzazzjoni effiċjenti tar-riżorsi finanzjarji u l-ħtieġa li jiġu ffaċċati u li jintegħlbu l-isfidi eżistenti b'mod ikkoordinat. L-atturi kollha jridu jaħdmu flimkien biex japplikaw politiki sostnuti, fuq terminu medju u fit-tul kif ukoll użu effiċjenti ta' proċessi u programmi eżistenti bl-għan li jappoġġaw inizjattivi li jikkontribwixxu għall-indirizzar tal-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni.

(1)  Il-komunità internazzjonali qed tiffaċċja kriżi migratorja u tar-rifuġjati bla preċedent ta' , li teħtieġ solidarjetà, mobilizzazzjoni effiċjenti tar-riżorsi finanzjarji u l-ħtieġa li jiġu ffaċċati u li jintegħlbu l-isfidi eżistenti b'mod ikkoordinat. L-atturi kollha jridu jaħdmu flimkien biex japplikaw politiki sostnuti, fuq terminu medju u fit-tul kif ukoll użu effiċjenti ta' programmi eżistenti bl-għan li jfasslu u jappoġġaw inizjattivi li jikkontribwixxu għall-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs) u għall-indirizzar tal-kawżi fundamentali tal-pressjonijiet migratorji li jirriżultaw mill-faqar, mill-inugwaljanza, mit-tkabbir demografiku, min-nuqqas ta’ impjiegi u ta' opportunitajiet ekonomiċi, mit-tibdil fil-klima u mill-konsegwenzi fit-tul tal-ispostament furzat.

Emenda     2

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 1a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a)  Jenħtieġ li jkun evitat kull tentattiv ta' rbit tal-finanzjament tal-iżvilupp mal-kontroll fil-fruntieri, mal-ġestjoni tal-flussi migratorji jew mal-ftehimiet ta' riammissjoni.

Emenda     3

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  Jenħtieġ li jiġi żviluppat qafas ġdid ta' sħubija ma' pajjiżi terzi orjentat lejn ir-riżultati li jikkunsidra l-politiki u l-istrumenti kollha tal-Unjoni. Bħala parti minn dan il-qafas ġdid ta' sħubija, il-Pjan ta' Investiment Estern jenħtieġ li jiġi stabbilit biex jappoġġa l-investimenti f'reġjuni barra mill-Unjoni, filwaqt li jikkontribwixxi għall-kisba tal-għan ta' żvilupp sostenibbli. Jenħtieġ ukoll li jissodisfa l-objettivi tal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli u l-objettivi segwiti mill-istrumenti finanzjarji l-oħra għall-azzjoni esterna.

(2)  Jenħtieġ li jiġi żviluppat qafas ġdid ta' sħubija ma' pajjiżi terzi, allinjat mal-prinċipji tal-effikaċja tal-iżvilupp, li jikkunsidra l-politiki u l-istrumenti kollha tal-Unjoni. Bħala parti minn dak il-qafas ġdid ta' sħubija, il-Pjan ta' Investiment Estern għandu jiġi stabbilit sabiex tingħata spinta lill-investimenti sostenibbli, li għandhom l-għan li jiksbu l-SDG f'reġjuni barra mill-Unjoni, filwaqt li joħloq sħubijiet mas-settur privat lokali u tal-Unjoni u li jikkontribwixxi għall-kisba tal-SDGs. Jenħtieġ ukoll li jissodisfa l-objettivi tal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Aġenda ta' Azzjoni ta' Addis Ababa, inkluż il-promozzjoni tal-mobilizzazzjoni ta' riżorsi interni u l-objettivi segwiti mill-istrumenti finanzjarji l-oħra għall-azzjoni esterna. Aktar ma pajjiż jagħmel progress fir-riformi interni tiegħu għall-bini u l-konsolidament tal-istituzzjonijiet demokratiċi, ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt u aktar ma jħaffef il-pass ta' tali progress, aktar għandu jirċievi appoġġ mill-Unjoni; Tali approċċ ta' kondizzjonalità pożittiva jista' jġib miegħu bidla reali u jiggarantixxi li flus il-kontribwenti Ewropej qed jintefqu b'mod sostenibbli;

Emenda     4

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  Sabiex l-ELM ikun jista' jwieġeb għall-isfidi futuri potenzjali u għall-prijoritajiet tal-Unjoni, kif ukoll biex jipprovdi rispons strateġiku li jindirizza l-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni, il-limitu massimu għall-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI taħt il-garanzija tal-UE jeħtieġ li jiżdied għal EUR 32 300 000 000 billi jiġi rilaxxat l-ammont addizzjonali fakultattiv ta' EUR 3 000 000 000. Skont il-mandat ġenerali, l-ammont ta' EUR 1 400 000 000 għandu jkun allokat għal proġetti fis-settur pubbliku diretti lejn ir-refuġjati u l-komunitajiet ospitanti f'żoni milquta mill-kriżijiet.

(9)  Sabiex l-ELM ikun jista' jwieġeb għall-isfidi futuri potenzjali u għall-prijoritajiet tal-Unjoni, kif ukoll biex jipprovdi rispons strateġiku li jindirizza l-kawżi fundamentali tal-pressjonijiet migratorji li jinbtu mill-faqar, mill-inugwaljanza, mit-tkabbir demografiku, min-nuqqas ta' impjiegi u ta' opportunitajiet ekonomiċi, it-tibdil fil-klima, il-limitu massimu għall-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI taħt il-garanzija tal-UE jeħtieġ li jiżdied għal EUR 38 470 000 000. Skont il-mandat ġenerali, l-ammont ta' EUR 1 400 000 000 għandu jkun allokat għal proġetti fis-settur pubbliku diretti lejn l-iżvilupp ta' infrastruttura ekonomika u soċjali fil-pajjiżi sħab u l-komunitajiet ta' tranżitu u dawk ospitanti, b'enfasi fuq il-ħolqien tal-impjiegi u s-sostenibbiltà.

Emenda    5

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  Taħt il-mandat il-ġdid ta' self tas-settur privat, jenħtieġ li l-ammont massimu ta' EUR 2 300 000 000 ikun iddedikat għal proġetti li jindirizzaw il-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni fil-limitu massimu miżjud u jenħtieġ li jibbenefika mill-Garanzija Komprensiva mill-Unjoni.

(10)  Taħt il-mandat il-ġdid ta' self tas-settur privat, jenħtieġ li l-ammont massimu ta' EUR 2 300 000 000 ikun iddedikat għal proġetti li jindirizzaw il-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni u jikkontribwixxu lejn ir-reżiljenza ekonomika fit-tul tal-komunitajiet ospitanti u ta' tranżitu, fil-limitu massimu miżjud u jenħtieġ li jibbenefika mill-Garanzija Komprensiva mill-Unjoni.

Emenda     6

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 10a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10a)  Bħala wieħed mill-objettivi prinċipali tal-BEI fl-ambitu tal-ELM, l-appoġġ għall-iżvilupp tal-MSMEs u tas-settur privat lokali jeħtieġ sforz miftiehem biex l-operazzjonijiet tal-BEI jiġu ffukati fuq it-titjib tal-aċċess tal-MSMEs għall-finanzjament u l-kreditu, l-għoti ta' assistenza teknika, il-promozzjoni tal-intraprenditorija u l-iżgurar tal-provvista xieraq ta' servizzi finanzjarji lill-unitajiet domestiċi u lill-kumpaniji, sabiex l-MSMEs ikunu jistgħu jagħmlu tranżizzjoni aktar faċli mill-ekonomija informali volatili għas-settur formali. L-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI għandhom ifittxu wkoll li jappoġġjaw b'mod qawwi l-proġetti żgħar ta' investiment immexxija mill-MSMEs, biex ikomplu jiffaċilitaw l-internazzjonalizzazzjoni tal-MSMEs, speċjalment fiż-żoni rurali mbiegħda, u b'mod partikolari fil-qasam tat-trattament tal-ilma tax-xorb, ir-rimi tal-ilma mormi kif ukoll l-enerġija rinnovabbli.

Emenda     7

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 10b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10b)  Jenħtieġ li ssir reviżjoni tal-mandat tas-self estern biex jiġi żgurat l-allinjament tiegħu mal-prinċipji tal-effikaċja tal-iżvilupp u l-SDG.

Emenda     8

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  Jenħtieġ li t-trattament tal-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni jiġi miżjud bħala objettiv ġdid tal-mandat.

(11)  Jenħtieġ li t-trattament tal-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni u l-kontribut għall-iżvilupp sostenibbli fit-tul jiġu miżjuda bħala objettiv ġdid tal-mandat; il-proġetti ffinanzjati fl-ambitu tal-objettiv il-ġdid jenħtieġ li, fil-prinċipju, jissodisfaw il-kriterji għall-Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp (ODA) stabbilita mill-Kumitat ta' Għajnuna għall-Iżvilupp (DAC) tal-OECD u jenħtieġ li jkunu konformi mal-Artikolu 208 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u mal-Prinċipji Gwida tan-NU dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem.

Emenda     9

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  Jenħtieġ li l-komplementarjetà u l-koordinazzjoni mal-inizjattivi tal-Unjoni li jindirizzaw il-kawżi tal-migrazzjoni jiġu żgurati, flimkien mal-appoġġ tal-Unjoni għar-riintegrazzjoni sostenibbli ta' migranti li jirritornaw lejn il-pajjiżi ta' oriġini.

imħassar

Emenda     10

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  Wara l-Ftehim ta' Pariġi adottat taħt il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-klima4, jenħtieġ li l-għan tal-BEI jkun li jinżamm il-livell għoli attwali ta' nfiq rilevanti għall-klima taħt l-ELM, filwaqt li jikkontribwixxi għaż-żieda tal-investiment tiegħu relatat mal-klima fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw minn 25 % għal 35 % sal-2020.

(13)  Wara l-Ftehim ta' Pariġi adottat taħt il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-klima4, jenħtieġ li l-għan tal-BEI jkun li jiżdied il-livell għoli attwali ta' nfiq rilevanti għall-klima taħt l-ELM, filwaqt li jikkontribwixxi għaż-żieda tal-investiment tiegħu relatat mal-klima fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw minn 25 % għal 35 % sal-2020, skont l-impenn meħud fl-istrateġija għall-klima tiegħu. Jenħtieġ li l-BEI jqis il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Ewropa tat-22 ta' Mejju 2013 dwar it-tneħħija gradwali ta' sussidji ta' ħsara ambjentali jew ekonomika, inkluż fuq karburanti fossili.

_________________

_________________

4 Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/590 tal-11 ta' April 2016 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim ta' Pariġi adottat skont il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (ĠU L 103, 19.4.2016, p. 1).

4 Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/590 tal-11 ta' April 2016 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim ta' Pariġi adottat skont il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (ĠU L 103, 19.4.2016, p. 1).

Ġustifikazzjoni

Fl-istrateġija tiegħu dwar il-klima adottata fi tmiem l-2015, il-BEI ħa l-impenn li jgħolli l-livell tiegħu għall-proġetti ta' azzjoni dwar il-klima fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw għal massimu ta' 35 % sa tmiem l-2020. Dan l-avviż jenħtieġ li jiġi rifless fil-mandat estern tiegħu. Bl-istess mod, il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-22 ta' Mejju 2013 għandhom jiġu riflessi bis-sħiħ fl-attivitajiet ta' self esterni tal-Ewropa.

Emenda     11

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  Jenħtieġ li l-BEI jiżviluppa u jimplimenta sett ta' indikaturi fil-qafas għall-Kejl tar-Riżultati tiegħu għall-proġetti fis-settur pubbliku u fis-settur privat diretti lejn ir-refuġjati u l-komunitajiet ospitanti. Għalhekk, jenħtieġ li fir-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI, tiġi inkluża valutazzjoni tal-kontribuzzjoni tal-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI li jindirizzaw il-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni.

(15)  Jenħtieġ li l-BEI jiżviluppa u jimplimenta sett ta' indikaturi fil-qafas għall-Kejl tar-Riżultati tiegħu għall-proġetti fis-settur pubbliku u fis-settur privat li jindirizzaw il-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni u r-reżiljenza ekonomika fit-tul tal-komunitajiet ta' tranżitu u dawk ospitanti. Għalhekk, fir-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-kontribut tal-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI lejn dawn l-objettivi, b'mod partikolari kontribut għall-SDG, l-involviment tas-soċjetà ċivili lokali, u l-allinjament mal-prijoritajiet esterni tal-Unjoni u l-prijoritajiet tal-baġit tal-Unjoni għandha tiġi inkluża valutazzjoni tal-kontribuzzjoni tal-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI. Il-BEI għandu jieħu l-passi kollha meħtieġa biex jikkonsolida r-responsabbiltà tiegħu quddiem il-Parlament Ewropew, permezz tat-trasparenza u l-aċċess għall-informazzjoni, billi jippubblika r-riżultati, l-evalwazzjonijiet u l-valutazzjonijiet tal-impatt tal-proġetti fuq bażi sistematika permezz tal-Qafas għall-Kejl tar-Riżultati.

Emenda     12

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)  Jenħtieġ li l-limitu massimu għal allokazzjoni mill-ġdid bejn ir-reġjuni mill-BEI matul il-mandat jiżdied minn 10 % għal 20 % biss fejn dan jikkonċerna l-bżonn li jiġu indirizzati emerġenzi u sitwazzjonijiet ta' kriżi li jistgħu jinqalgħu fil-perjodu tal-mandat u li huma rikonoxxuti bħala prijoritajiet tal-politika esterna tal-Unjoni. Il-mandat tas-settur privat ta' EUR 2 300 000 000 u l-ammont ta' EUR 1 400 000 000 iddedikat għal proġetti fis-settur pubbliku ma jistgħux jiġu allokati mill-ġdid billi l-għan tagħhom hu li jindirizzaw il-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni.

(16)  Jenħtieġ li l-limitu massimu għal allokazzjoni mill-ġdid bejn ir-reġjuni mill-BEI matul il-mandat jiżdied minn 10 % għal 20 % biss fejn dan jikkonċerna l-bżonn li jiġu indirizzati emerġenzi u sitwazzjonijiet ta' kriżi li jistgħu jinqalgħu fil-perjodu tal-mandat u li huma rikonoxxuti bħala prijoritajiet tal-politika esterna tal-Unjoni. Jenħtieġ li l-BEI jinnotifika lill-Parlament Ewropew dwar kull deċiżjoni ta' riallokazzjoni billi jipprovdi rapport ġustifikattiv u valutazzjoni tal-impatt. Il-mandat tas-settur privat ta' EUR 2 300 000 000 u l-ammont ta' EUR 1 400 000 000 iddedikat għal proġetti fis-settur pubbliku skont l-Inizjattiva tar-Reżiljenza tal-BEI għandhom jiġu assorbiti kompletament għal dan l-iskop u m'għandhomx jiġu allokati mill-ġdid.

Emenda     13

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1

Deċiżjoni Nru 466/2014/UE

Artikolu 2 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-limitu massimu tal-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI koperti mill-garanzija tal-UE, matul il-perjodu 2014-20 ma għandux jaqbeż it-EUR 32 300 000 000. L-ammonti inizjalment allokati għal operazzjonijiet ta' finanzjament iżda kkanċellati sussegwentement ma jgħoddux mal-limitu.

Il-limitu massimu tal-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI koperti mill-garanzija tal-UE, matul il- 2014-20 ma għandux jaqbeż it-EUR 38 470 000 000. L-ammonti inizjalment allokati għal operazzjonijiet ta' finanzjament iżda kkanċellati sussegwentement ma jgħoddux mal-limitu.

Ġustifikazzjoni

Iż-żieda ssuġġerita hija meħtieġa jekk il-BEI se jikkontribwixxi għal firxa sħiħa tal-politiki u l-prijoritajiet tal-UE, inkluża l-Ukrajna u pajjiżi oħrajn li saru eliġibbli reċentement.

Emenda     14

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1

Deċiżjoni Nru 466/2014/UE

Artikolu 2 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  ammont massimu ta' EUR 30 000 000 000 taħt mandat ġenerali, li minnhom ammont ta' EUR 1 400 000 000 huwa allokat għal proġetti fis-settur pubbliku diretti lejn ir-refuġjati u l-komunitajiet ospitanti;

(a)  ammont massimu ta' EUR 36 170 000 000 taħt mandat ġenerali, li minnhom ammont ta' EUR 1 400 000 000 huwa allokat għal proġetti fis-settur pubbliku biex jiġu indirizzati l-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni, inkluż it-tibdil fil-klima, u l-infrastruttura u l-iżvilupp soċjali u ekonomiċi fit-tul tal-persuni spustati bil-forza u tal-komunitajiet ospitanti, implimentati taħt l-Inizjattiva tar-Reżiljenza tal-BEI;

Emenda    15

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1

Deċiżjoni Nru 466/2014/UE

Artikolu 2 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  ammont massimu ta' EUR 2 300 000 000 taħt mandat ta' self tas-settur privat għal proġetti li jindirizzaw il-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni.

(b)  ammont massimu ta' EUR 2 300 000 000 taħt mandat ta' self tas-settur privat għal proġetti li jindirizzaw il-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni, l-infrastruttura u l-iżvilupp soċjali u ekonomiċi fit-tul tal-persuni spustati bil-forza u tal-komunitajiet ospitanti, implimentati taħt l-Inizjattiva tar-Reżiljenza tal-BEI;

Emenda     16

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt a

Deċiżjoni Nru 466/2014/UE

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt d

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  risposta strateġika għall-indirizzar tal-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni.;

(d)  risposta strateġika għall-indirizzar tal-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni li jirriżultaw mill-faqar, mill-inugwaljanza, mit-tkabbir demografiku, min-nuqqas ta' impjiegi u ta' opportunitajiet ekonomiċi, mit-tibdil fil-klima fit-tul u li jikkontribwixxi għar-reżiljenza ekonomika tal-komunitajiet ospitanti u ta' tranżitu;

Emenda    17

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt aa (ġdid)

Deċiżjoni Nru 466/2014/UE

Artikolu 3 – paragrafu 4

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(aa)  il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"4.   Fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, kif iddefiniti fil-lista ta' riċevituri tal-għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi, l-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI għandhom jikkontribwixxu indirettament, f'konformità mal-Artikoli 208 u 209 tat-TFUE, għall-għanijiet tal-politika tal-Unjoni ta' kooperazzjoni għall-iżvilupp, bħat-tnaqqis tal-faqar permezz tat-tkabbir inklużiv u l-iżvilupp ekonomiku, ambjentali u soċjali sostenibbli.

"4.   Fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, kif iddefiniti fil-lista ta' riċevituri tal-għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi, l-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI għandhom jiffukaw, f'konformità mal-Artikoli 208 u 209 tat-TFUE, fuq l-għanijiet tal-politika tal-Unjoni ta' kooperazzjoni għall-iżvilupp, b'mod partikolari fuq it-tnaqqis tal-faqar permezz tat-tkabbir inklużiv u l-iżvilupp ekonomiku, ambjentali u soċjali sostenibbli.

(http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:02014D0466-20160926&qid=1486646836381&from=MT)

Emenda     18

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt b

Deċiżjoni Nru 466/2014/UE

Artikolu 3 – paragrafu 5 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Biex jiġi żgurat li l-investimenti tas-settur privat ikollhom l-ikbar impatt fuq l-iżvilupp, il-BEI għandu jagħmel ħiltu biex isaħħaħ is-settur privat lokali fil-pajjiżi benefiċjarji permezz ta' appoġġ għall-investiment lokali kif previst fil-punt (a) tal-paragrafu 1. L-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI li jappoġġaw l-objettivi ġenerali stabbiliti fil-paragrafu 1 għandhom ifittxu wkoll li jtejbu l-appoġġ tagħhom għall-proġetti ta' investiment mmexxija mill-SMEs tal-Unjoni. Sabiex l-użu tal-fondi jiġi mmonitorjat b'mod effettiv għall-benefiċċju tal-SMEs ikkonċernati, il-BEI għandu jistabbilixxi u jżomm dispożizzjonijiet kuntrattwali xierqa li jimponu obbligi ta' rapportar standard kemm fuq l-intermedjarji finanzjarji kif ukoll fuq il-benefiċjarji;

Biex jiġi żgurat li l-investimenti tas-settur privat ikollhom l-ikbar impatt fuq l-iżvilupp, il-BEI għandu jagħmel ħiltu biex isaħħaħ bħala prijorità lis-settur privat lokali inklużi l-MSMEs fil-pajjiżi benefiċjarji permezz ta' appoġġ għall-investiment lokali kif previst fil-punt (a) tal-paragrafu 1. L-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI li jappoġġaw l-objettivi ġenerali stabbiliti fil-paragrafu 1 għandhom ifittxu li jtejbu l-appoġġ tagħhom għall-proġetti ta' investiment mmexxija minn MSMEs, filwaqt li jippermettu aċċess għall-finanzjament u jimmobilizzaw l-iżvilupp ta' proġetti ta' investiment ġodda mmexxija minn MSMEs, biex tkun iffaċilitata aktar l-internazzjonalizzazzjoni tal-MSMEs. Sabiex l-użu tal-fondi jiġi mmonitorjat u evalwat b'mod effettiv għall-benefiċċju tal-MSMEs ikkonċernati, il-BEI għandu jwettaq eżerċizzju tad-diliġenza dovuta u jistabbilixxi u jżomm dispożizzjonijiet kuntrattwali xierqa li jimponu obbligi ta' rapportar standard kemm fuq l-intermedjarji finanzjarji kif ukoll fuq il-benefiċjarji finali.

Emenda     19

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt c

Deċiżjoni Nru 466/2014/UE

Artikolu 3 – paragrafu 7 – subparagrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Matul il-perjodu kopert minn din id-Deċiżjoni, l-EIB għandu jagħmel ħiltu biex jinżamm il-livell għoli attwali tal-operazzjonijiet rilevanti għall-klima, filwaqt li l-volum minimu ta' dawn l-operazzjonijiet għandu jirrappreżenta mill-inqas 25 % tal-operazzjonijiet ta' finanzjament kollha tal-BEI.

Matul il-perjodu kopert minn din id-Deċiżjoni, l-EIB għandu jagħmel ħiltu biex jinżamm il-livell għoli attwali tal-operazzjonijiet rilevanti għall-klima, filwaqt li l-volum minimu ta' dawn l-operazzjonijiet għandu jirrappreżenta mill-inqas 25 % tal-operazzjonijiet ta' finanzjament kollha tal-BEI, u din il-mira għandha tiżdied gradwalment għal tal-inqas 35 % sal-2020.

Emenda     20

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt c

Deċiżjoni Nru 466/2014/UE

Artikolu 3 – paragrafu 8 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI li jappoġġaw l-objettivi ġenerali previsti fil-punt (d) tal-paragrafu 1 għandhom isostnu l-proġetti ta' investiment li jindirizzaw il-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni, jikkontribwixxu għar-reżiljenza ekonomika fit-tul u jissalvagwardjaw l-iżvilupp sostenibbli fil-pajjiżi benefiċjarji. L-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI għandhom, b'mod partikolari, jindirizzaw il-ħtiġijiet li qed jiżdiedu għall-infrastruttura u għas-servizzi relatati li jpprovdu għal-influss tal-migranti, u jżidu l-opportunitajiet ta' xogħol għall-komunitajiet ospitanti u tar-refuġjati biex titrawwem l-integrazzjoni ekonomika u biex ir-refuġjati jsiru awtonomi.

L-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI li jappoġġaw l-objettivi ġenerali previsti fil-punt (d) tal-paragrafu 1 għandhom isostnu l-proġetti ta' investiment li tal-pressjonijiet migratorji li jirriżultaw mill-faqar, mis-sottożvilupp, mill-inugwaljanza, mit-tkabbir demografiku, min-nuqqas ta’ impjiegi u ta' opportunitajiet ekonomiċi kif ukoll mit-tibdil fil-klima u jikkontribwixxu għar-reżiljenza ekonomika fit-tul u jissalvagwardjaw l-iżvilupp sostenibbli fil-pajjiżi benefiċjarji filwaqt li tiġi żgurata l-konformità mal-SDG. L-operazzjonijiet ta’ finanzjament tal-BEI għandhom, b’mod partikolari, isaħħu l-azzjoni umanitarja u jappoġġaw il-ħolqien ta’ impjiegi deċenti, filwaqt li jiżguraw ir-rispett sħiħ tad-drittijiet tal-bniedem, tax-xogħol u d-drittijiet soċjali, il-libertajiet fundamentali u l-ugwaljanza bejn is-sessi billi jimplimentaw approċċ ibbażat fuq id-drittijiet li jinkludi d-drittijiet tal-bniedem u soċjali kollha f’konformità mat-trasparenza, il-parteċipazzjoni, in-nondiskriminazzjoni u r-responsabbiltà. L-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI għandhom jirrikonoxxu li l-ugwaljanza bejn is-sessi hija kwistjoni trasversali biex jinkiseb żvilupp sostenibbli. Perspettiva li tikkunsidra l-ġeneru għandha tiġi applikata għall-operazzjonijiet ta' finanzjament kollha. Il-BEI għandu jiżgura li, sal-31 ta' Diċembru 2017, jiżviluppa Pjan ta' Azzjoni għall-Ġeneru u li l-operazzjonijiet kollha tal-BEI fl-ambitu ta' dan il-mandat jirrispettaw il-prinċipji tal-Istrateġija għall-Ugwaljanza bejn is-sessi approvata f'Diċembru 2016.

Emenda     21

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt ca (ġdid)

Deċiżjoni Nru 466/2014/UE

Artikolu 3 – paragrafu 9

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(ca)  il-paragrafu 9 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"9. Il-garanzija tal-UE għandha tkopri biss operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI li jsiru f'pajjiżi eliġibbli li jkunu kkonkludew ftehim qafas mal-BEI li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet legali biex isiru dawn l-operazzjonijiet."

"9. Il-garanzija tal-UE għandha tkopri biss operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI li jsiru f'pajjiżi eliġibbli li jkunu kkonkludew ftehim qafas mal-BEI li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet legali biex isiru dawn l-operazzjonijiet. Kondizzjonijiet legali li fihom għandhom jitwettqu l-operazzjonijiet għandhom jinkludu wkoll standards ambjentali, soċjali, tad-drittijiet tal-bniedem u tax-xogħol."

(http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?qid=1488449786444&uri=CELEX%3A02014D0466-20160926)

Ġustifikazzjoni

Il-ftehimiet qafas konklużi bejn il-BEI u l-pajjiż riċevitur jinkludu, fost l-oħrajn, dispożizzjonijiet dwar it-tassazzjoni, il-konvertibilità tal-munita, it-trasferiment tal-fondi, it-trattament doganali u fiskali tal-proġetti, il-proċess tas-sejħa għal offerti u t-trattament tar-rappreżentanti tal-bank. Għalhekk, il-ftehimiet qafas għandhom jinkludu dispożizzjonijiet li jirreferu għal obbligi fi kwistjonijiet ambjentali, soċjali, tad-drittijiet tal-bniedem u tax-xogħol.

Emenda     22

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3a (ġdid)

Deċiżjoni Nru 466/2014/UE

Artikolu 9 – paragrafu 1 – subparagrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a)  Fl-Artikolu 9(1), għandu jiddaħħal is-subparagrafu li ġej:

 

"Il-BEI għandu jiżgura li l-prinċipju ta’ kunsens liberu,infurmat minn qabel u jiġi implimentat, qabel l-operazzjonijiet ta’ finanzjament li jolqtu l-art u r-riżorsi naturali.";

(http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:02014D0466-20160926&qid=1488388409292&from=MT)

Ġustifikazzjoni

Fl-2007, l-Assemblea Ġenerali tan-NU adottat id-Dikjarazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Popli Indiġeni li fiha rrikonoxxiet drittijiethom u għamlet riferiment speċifiku għall-kunsens liberu, infurmat minn qabel bħala rekwiżit preliminari għal kwalunkwe attività li tolqot l-artijiet, it-territorji u r-riżorsi naturali ta' missirijiethom. Dan il-prinċipju għandu jiġi rrispettat ukoll fl-operazzjonijiet tal-BEI.

Emenda     23

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3b (ġdid)

Deċiżjoni Nru 466/2014/UE

Artikolu 9 – paragrafu 1 – subparagrafu 1b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3b)  Fl-Artikolu 9(1), jiddaħħal is-subparagrafu li ġej:

 

"Il-BEI għandu jistabbilixxi gwida prattika dwar il-valutazzjoni tal-aspetti relatati mad-drittijiet tal-bniedem bażiċi kollha li għandhom jintużaw waqt il-valutazzjoni ex ante u l-monitoraġġ kontinwu fuq bażi ta’ proġett bi proġett, inkluż għal proġetti li jinvolvu intermedjarji finanzjarji, ibbażata fuq l-oqfsa eżistenti, b’mod partikolari l-Qafas Strateġiku tal-UE u l-Pjan ta’ Azzjoni għad-Drittijiet tal-Bniedem.";

Emenda     24

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt a

Deċiżjoni Nru 466/2014/UE

Artikolu 11 – paragrafu 1 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  Għandhom jiġu żviluppati mill-BEI indikaturi għal proġetti li jipprovdu rispons strateġiku li jindirizza l-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni;;

(b)  Għandhom jiġu żviluppati mill-BEI indikaturi għal proġetti li jipprovdu rispons strateġiku li jindirizza l-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni u jikkontribwixxi għall-bini tar-reżiljenza ekonomika fit-tul tal-komunitajiet ospitanti u ta' tranżitu b'konsultazzjoni u f'kooperazzjoni mal-partijiet interessati u s-soċjetà ċivili;

Emenda     25

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt aa (ġdid)

Deċiżjoni Nru 466/2014/UE

Artikolu 11 – paragrafu 1 – punt c

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(aa)  fl-Artikolu 11(1), il-punt (c) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"(c)   valutazzjoni tal-kontribut tal-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI biex jiġu sodisfatti l-politika esterna u l-għanijiet strateġiċi tal-Unjoni, b'kont meħud tal-linji gwida operattivi tekniċi reġjonali msemmija fl-Artikolu 5;"

"(c)   valutazzjoni tal-kontribuzzjoni tal-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI biex jiġu ssodisfati l-politika esterna tal-Unjoni u l-objettivi strateġiċi tagħha.

 

Il-Kummissjoni għandha, f'kooperazzjoni mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE), tistabbilixxi qafas u metodoloġija għal rappurtar annwali mill-BEI dwar l-operazzjonijiet tiegħu koperti mill-Garanzija Komunitarja u l-konformità tagħhom mal-prinċipji ġenerali li jiggwidaw l-azzjoni esterna tal-Unjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 21 tat-TUE. L-objettiv ewlieni ta' dan ir-rapportar għandu jkun il-monitoraġġ tal-konformità tal-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI mal-obbligi tat-TUE, u partikolarment mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 21 tiegħu, inkluż ir-rispett għal u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, il-qerda tal-faqar u l-ġestjoni tar-riskji ambjentali.

 

Dik il-metodoloġija għandha tiġi żviluppata mill-Kummissjoni u mis-SEAE matul l-ewwel sena wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni riveduta u tibni fuq rappurtar dwar il-konformità mad-drittijiet tal-bniedem mill-BEI, kif mitlub mill-Qafas Strateġiku u l-Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem.

 

Abbażi tar-rappurtar annwali mill-BEI, kull sena l-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew l-evalwazzjoni tagħha tal-informazzjoni pprovduta mill-BEI u tissuġġerixxi tibdil possibbli fil-politiki u l-proċeduri li jkun segwit mill-BEI għall-adozzjoni mill-Istati Membri wara li tqis l-opinjoni tal-Parlament Ewropew dwar dawk il-bidliet. Rakkomandazzjonijiet possibbli mill-Kummissjoni Ewropea u l-Parlament Ewropew dwar kif jista' jittejjeb ir-rappurtar tal-BEI għal dak il-għan għandhom ikunu riflessi minnu waqt l-aġġornament tal-Linji Gwida Operattivi Tekniċi Reġjonali."

(http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?qid=1488449786444&uri=CELEX%3A02014D0466-20160926)

Emenda     26

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt b

Deċiżjoni Nru 466/2014/UE

Artikolu 11 – paragrafu 1 – punt j

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(j)  Valutazzjoni tal-kontribuzzjoni tal-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI għal rispons strateġiku li jindirizza l-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni. ;

(j)  Valutazzjoni tal-kontribuzzjoni tal-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI għal rispons strateġiku li jindirizza l-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni li jirriżultaw mill-faqar, mill-inugwaljanza, mit-tkabbir demografiku, min-nuqqas ta' impjiegi u ta' opportunitajiet ekonomiċi, mit-tibdil fil-klima fit-tul u li jikkontribwixxi għar-reżiljenza ekonomika tal-komunitajiet ospitanti u dawk ta' tranżitu;

Emenda     27

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 a (ġdid)

Deċiżjoni Nru 466/2014/UE

Artikolu 12 – paragrafu 1 – frażi introduttorja

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(5a)  Fl-Artikolu 12(1), il-kliem ta' introduzzjoni għandhom jiġu sostitwiti bil-kliem:

"1.   F'konformità mal-politika tal-BEI dwar it-trasparenza u l-prinċipji tal-Unjoni dwar l-aċċess għal dokumenti u informazzjoni, u progressivament skont l-Istandards Internazzjonali dwar it-Trasparenza fl-Għajnuna Internazzjonali, il-BEI għandu iqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku fuq is-sit elettroniku tiegħu l-informazzjoni marbuta ma':

"1.   F'konformità mal-politika tal-BEI dwar it-trasparenza u d-dritt tal-Unjoni dwar l-aċċess għal dokumenti u informazzjoni, u progressivament skont l-Istandards Internazzjonali dwar it-Trasparenza fl-Għajnuna Internazzjonali, il-BEI għandu iqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku fuq is-sit elettroniku tiegħu l-informazzjoni marbuta ma':

(http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?qid=1488449786444&uri=CELEX%3A02014D0466-20160926)

Emenda     28

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5b (ġdid)

Deċiżjoni Nru 466/2014/UE

Artikolu 12 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5b)  Fl-Artikolu 12(1), jiddaħħal il-punt li ġej:

 

"(ba)  Il-BEI għandu jagħmel disponibbli fuq ir-reġistru pubbliku tiegħu d-dokumenti li ġejjin:

 

-   id-Dokumenti tal-Kejl tar-Riżultati kollha għal proġetti li jaqgħu taħt din il-garanzija, b’mod partikolari dawk li jindikaw kif tali garanzija tikkontribwixxi għall-miri tal-azzjoni esterna tal-Unjoni, filwaqt li tittieħed nota b’mod partikolari tal-impatt ekonomiku, soċjali u ambjentali tagħha;

 

-   rapporti ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni;

 

-   rapporti dwar it-tlestija tal-proġetti;

 

-   opinjonijiet mogħtija mill-Kummissjoni skont il-proċedura deskritta fl-Artikolu 19 tal-Istatut tal-BEI."

Ġustifikazzjoni

L-aċċess għal informazzjoni u dokumenti kopert minn din il-garanzija għandu jkun direttament ibbażat fuq il-leġiżlazzjoni eżistenti tal-UE dwar aċċess għal dokumenti u żvelar ta’ informazzjoni bħal dawk tar-Regolament Nru 1049/2001 tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni u r-Regolament Nru 1367/2006 tas-6 ta’ Settembru 2006 dwar l-applikazzjoni għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità tad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali.

Emenda    29

Proposta għal deċiżjoni

Anness II

Deċiżjoni Nru 466/2014/UE

Anness II – punt B – paragrafu 2 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Ewropa tal-Lvant, il-Kawkasu tan-Nofsinhar u r-Russja

L-Ewropa tal-Lvant, il-Kawkasu tan-Nofsinhar

Emenda    30

Proposta għal deċiżjoni

Anness II

Deċiżjoni Nru 466/2014/UE

Anness II – punt B – paragrafu 2 – subparagrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ir-Russja

imħassar

Emenda    31

Proposta għal deċiżjoni

Anness II

Deċiżjoni Nru 466/2014/UE

Anness II – punt C – paragrafu 1 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Arġentina, il-Bolivja, il-Brażil, il-Kolombja, il-Costa Rica, Kuba, l-Ekwador, El Salvador, il-Gwatemala, il-Honduras, il-Messiku, in-Nikaragwa, il-Panama, il-Paragwaj, il-Perù, l-Urugwaj, il-Venezwela

L-Arġentina, il-Bolivja, il-Brażil, iċ-Ċilì, il-Kolombja, il-Kosta Rika, Kuba, l-Ekwador, El Salvador, il-Gwatemala, il-Ħonduras, il-Messiku, in-Nikaragwa, il-Panama, il-Paragwaj, il-Perù, l-Urugwaj, il-Venezwela

Emenda    32

Proposta għal deċiżjoni

Anness III

Deċiżjoni Nru 466/2014/UE

Anness II – punt B – paragrafu 2 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Ewropa tal-Lvant, il-Kawkasu tan-Nofsinhar u r-Russja

L-Ewropa tal-Lvant, il-Kawkasu tan-Nofsinhar

Emenda    33

Proposta għal deċiżjoni

Anness III

Deċiżjoni Nru 466/2014/UE

Anness II – punt B – paragrafu 2 – subparagrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ir-Russja

imħassar

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Garanzija tal-UE lill-Bank Ewropew tal-Investiment kontra telf minn operazzjonijiet ta' finanzjament li jappoġġaw proġetti ta' investiment barra mill-Unjoni Ewropea

Referenzi

COM(2016)0583 – C8-0376/2016 – 2016/0275(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

6.10.2016

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

DEVE

6.10.2016

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Nirj Deva

16.12.2016

Eżami fil-kumitat

28.2.2017

 

 

 

Data tal-adozzjoni

21.3.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

19

5

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Raymond Finch, Doru-Claudian Frunzulică, Enrique Guerrero Salom, Maria Heubuch, György Hölvényi, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Arne Lietz, Linda McAvan, Norbert Neuser, Maurice Ponga, Lola Sánchez Caldentey, Eleni Theocharous, Paavo Väyrynen, Bogdan Brunon Wenta, Anna Záborská, Željana Zovko

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Frank Engel, Cécile Kashetu Kyenge, Florent Marcellesi, Louis Michel, Jan Zahradil

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Tania González Peñas, Martina Werner

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

19

+

ALDE

Louis Michel, Paavo Väyrynen

ECR

Eleni Theocharous, Jan Zahradil

PPE

Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Frank Engel, György Hölvényi, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Maurice Ponga, Bogdan Brunon Wenta, Željana Zovko, Anna Záborská

S&D

Doru-Claudian Frunzulică, Enrique Guerrero Salom, Cécile Kashetu Kyenge, Arne Lietz, Linda McAvan, Norbert Neuser, Martina Werner

5

-

EFDD

Raymond Finch

GUE/NGL

Tania González Peñas, Lola Sánchez Caldentey

VERTS/ALE

Maria Heubuch, Florent Marcellesi

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

(1)

Forcibly Displaced - Toward a development approach supporting refugees, the internally displaced, and their hosts ADVANCE EDITION, The World Bank, 2016, p.3 https://openknowledge.worldbank.org/bitstream/handle/10986/25016/9781464809385.pdf?sequence=2&isAllowed=y


OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (22.3.2017)

għall-Kumitat għall-Baġits

dwar il-proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Nru 466/2014/UE li tagħti garanzija tal-UE lill-Bank Ewropew tal-Investiment kontra telf minn operazzjonijiet ta' finanzjament li jappoġġaw proġetti ta' investiment barra mill-Unjoni Ewropea

(COM(2016)0583 – C8-0376/2016 – 2016/0275(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Eduard Kukan

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Il-proposta tal-Kummissjoni għandha l-għan li tespandi l-Mandat ta' Self Estern tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) kemm b'mod kwantittativ u kwalitattiv, partikolarment bil-għan li ssaħħaħ l-attivitajiet tal-Viċinat tan-Nofsinhar u l-Balkani tal-Punent u tikkontribwixxi għall-Pjan ta' Investiment Estern il-ġdid.

Ir-rapporteur jilqa' din il-proposta, iżda jqis li din għandha tiġi akkumpanjata b'żieda adegwata tal-limitu massimu għal operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI skont il-fond ta' garanzija tal-UE sabiex jiġi evitat il-bżonn li jkollhom jintemmu l-operazzjonijiet prijoritarji eżistenti. Fuq kollox dan hu l-każ tal-attivitajiet tal-BEI fl-Ukrajna fejn hu stmat li s-self fil-livelli attwali jeżawrixxi l-pakkett propost saħansitra qabel nofs l-2018.

Ir-rapporteur jappoġġja fokus strateġiku akbar dwar il-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni kif ukoll dwar proġetti ta' appoġġ għall-komunitajiet ospitanti f'reġjuni prijoritarji. Hemm bżonn madankollu ta' aktar ċarezza fil-proposta, dwar id-distinzjoni bejn dawn l-objettivi differenti u dwar l-ammonti allokati lilhom.

Ir-rapporteur jappoġġja wkoll l-idea li l-BEI jingħata l-possibilità li jiffinanzja proġetti skont mandat ġdid ta' self għas-settur privat, u dan qabel id-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni (l-hekk imsejjaħ "warehousing" (ħżin)).

Ir-rapporteur hu tal-fehma wkoll li għandha tissaħħaħ aktar ir-rabta essenzjali bejn l-operazzjonijiet tal-BEI u l-politika esterna tal-UE. Partikolarment, it-tqassim skont il-pajjiż fi ħdan il-limiti massimi reġjonali, għandu jirrifletti bis-sħiħ il-prijoritajiet u l-limiti tal-politika esterna u għandu jiġi definit wara konsultazzjoni mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna.

Barra minn hekk, għandu jkun hemm titjib fit-trasparenza fir-rigward tal-proġetti tal-BEI li jiġu ffinanzjati permezz ta' intermedjarji finanzjarji.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin jistieden lill-Kumitat għall-Baġits, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda    1

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  Il-komunità internazzjonali qed tiffaċċja kriżi bla preċedent ta’ refuġjati, li teħtieġ solidarjetà, mobilizzazzjoni effiċjenti tar-riżorsi finanzjarji u l-ħtieġa li jiġu ffaċċati u li jintegħlbu l-isfidi eżistenti b’mod ikkoordinat. L-atturi kollha jridu jaħdmu flimkien biex japplikaw politiki sostnuti, fuq terminu medju u fit-tul kif ukoll użu effiċjenti ta’ proċessi u programmi eżistenti bl-għan li jappoġġaw inizjattivi li jikkontribwixxu għall-indirizzar tal-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni.

(1)  Il-komunità internazzjonali qed tiffaċċja kriżi bla preċedent ta’ migrazzjoni u ta' rifuġjati, li teħtieġ solidarjetà, mobilizzazzjoni effiċjenti tar-riżorsi finanzjarji u l-ħtieġa li jiġu ffaċċati u li jintegħlbu l-isfidi eżistenti b’mod ikkoordinat. L-atturi kollha jridu jaħdmu flimkien biex japplikaw politiki sostnuti, fuq terminu medju u fit-tul kif ukoll użu effiċjenti ta’ proċessi u programmi eżistenti bl-għan li jappoġġaw inizjattivi li jikkontribwixxu għall-indirizzar tal-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni u għall-bini tar-reżiljenza tal-kommunitajiet ta' tranżitu u dawk ospitanti.

Emenda     2

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  Sabiex l-ELM ikun jista' jwieġeb għall-isfidi futuri potenzjali u għall-prijoritajiet tal-Unjoni, kif ukoll biex jipprovdi rispons strateġiku li jindirizza l-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni, il-limitu massimu għall-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI taħt il-garanzija tal-UE jeħtieġ li jiżdied għal EUR 32 300 000 000 billi jiġi rilaxxat l-ammont addizzjonali fakultattiv ta’ EUR 3 000 000 000. Skont il-mandat ġenerali, l-ammont ta’ EUR 1 400 000 000 għandu jkun allokat għal proġetti fis-settur pubbliku diretti lejn ir-refuġjati u l-komunitajiet ospitanti f’żoni milquta mill-kriżijiet.

(9)  Sabiex l-ELM ikun jista' jżomm il-livelli ta' appoġġ attwali għall-prijoritajiet tal-Unjoni, kif deskritti fl-Istrateġija Globali għall-Politika Estera u ta' Sigurtà tal-Unjoni Ewropea ("Strateġija Globali tal-UE") u biex ikun jista' jwieġeb għall-isfidi futuri potenzjali kif ukoll biex jipprovdi rispons strateġiku li jindirizza l-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni, il-limitu massimu għall-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI taħt il-garanzija tal-UE jeħtieġ li jiżdied għal EUR 36 300 000 000, inter alia, billi jiġi rilaxxat l-ammont addizzjonali fakultattiv ta’ EUR 3 000 000 000. Skont il-mandat ġenerali, l-ammont ta’ EUR 1 400 000 000 għandu jkun allokat għal proġetti fis-settur pubbliku immirati lejn it-tisħiħ tar-reżiljenza tal-migranti, ir-rifuġjati u tal-komunitajiet ta' tranżitu u dawk ospitanti.

Emenda     3

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 9a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9a)  Filwaqt li hu essenzjali li jiġu indirizzati l-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni u tal-kriżi tar-rifuġjati, dan ma għandux jitwettaq bi ħsara għall-politiki f'oqsma oħra ta' prijorità strateġika ewlenija kif deskritt fl-Istrateġija Globali tal-UE.

Emenda    4

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 10a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10a)  B'kunsiderazzjoni tal-bżonn ta' implimentazzjoni rapida tal-Inizjattiva ta' Reżiljenza tal-BEI, il-BEI għandu jkun jista' jaħżen proġetti skont il-mandat ta’ self għas-settur privat, soġġett għall-kundizzjonijiet li jrid jintlaħaq ftehim dwarhom bejn il-Kummissjoni u l-BEI.

Emenda    5

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  Jenħtieġ li t-trattament tal-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni jiġi miżjud bħala objettiv ġdid tal-mandat.

(11)  Jenħtieġ li t-trattament tal-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni u l-bini ta' reżiljenza ta' komunitajiet ta' tranżitu u dawk ospitanti għandhom jiġu miżjuda bħala objettiv ġdid tal-mandat u għandhom jiġu segwiti b'konformità sħiħa mal-Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE). Il-BEI għandu jwettaq eżerċizzju ta' diliġenza dovuta approfondita kif ukoll il-monitoraġġ tal-proġett sabiex jiżgura il-konformità u għandu jżomm mekkaniżmu ta' lment li jkun aċċessibbli għall-partijiet interessati kollha. Il-konformità mal-Artikolu 21 TUE, inkluż dwar ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, il-qerda tal-faqar u l-immaniġġjar tar-riskji ambjentali, għandha tiġi evalwata mill-Kummissjoni fir-rappurtar annwali tagħha.

Emenda     6

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  Wara l-Ftehim ta’ Pariġi adottat taħt il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-klima4, jenħtieġ li l-għan tal-BEI jkun li jinżamm il-livell għoli attwali ta' nfiq rilevanti għall-klima taħt l-ELM, filwaqt li jikkontribwixxi għaż-żieda tal-investiment tiegħu relatat mal-klima fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw minn 25 % għal 35 % sal-2020.

(13)  Wara l-Ftehim ta’ Pariġi adottat taħt il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-klima4, jenħtieġ li l-għan tal-BEI jkun li jiżdied il-livell għoli attwali ta' nfiq rilevanti għall-klima taħt l-ELM, filwaqt li jikkontribwixxi għaż-żieda tal-investiment tiegħu relatat mal-klima fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw minn 25 % għal 35 % sal-2020, bi qbil mal-impenn meħud bħala parti mill-istrateġija għall-klima tiegħu.

_________________

_________________

4 Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/590 tal-11 ta' April 2016 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim ta' Pariġi adottat skont il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (ĠU L 103, 19.4.2016, p. 1).

4 Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/590 tal-11 ta' April 2016 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim ta' Pariġi adottat skont il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (ĠU L 103, 19.4.2016, p. 1).

Emenda    7

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  Jenħtieġ li l-BEI jiżviluppa u jimplimenta sett ta’ indikaturi fil-qafas għall-Kejl tar-Riżultati tiegħu għall-proġetti fis-settur pubbliku u fis-settur privat diretti lejn ir-refuġjati u l-komunitajiet ospitanti. Għalhekk, jenħtieġ li fir-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-operazzjonijiet ta’ finanzjament tal-BEI, tiġi inkluża valutazzjoni tal-kontribuzzjoni tal-operazzjonijiet ta’ finanzjament tal-BEI li jindirizzaw il-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni.

(15)  Jenħtieġ li l-BEI jiżviluppa u jimplimenta sett ta’ indikaturi fil-qafas għall-Kejl tar-Riżultati tiegħu għall-proġetti fis-settur pubbliku u fis-settur privat li jindirizzaw il-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni u li jsaħħu r-reżiljenza tal-migranti, ir-rifuġjati u l-komunitajiet ta' tranżitu u dawk ospitanti. Għalhekk, jenħtieġ li fir-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-operazzjonijiet ta’ finanzjament tal-BEI, tiġi inkluża valutazzjoni tal-kontribuzzjoni tal-operazzjonijiet ta’ finanzjament tal-BEI diretta lejn dawk l-objettivi.

Emenda    8

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 15a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(15a)  Għandha tiġi żgurata l-viżibilità u t-trasparenza akbar tal-operazzjonijiet tal-BEI skont l-ELM, partikolarment fir-rigward ta' subproġetti ffinanzjati permezz ta' intermedjarji finanzjarji, billi jitjieb l-aċċess għall-informazzjoni għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni u għall-pubbliku in ġenerali.

Emenda    9

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)  Jenħtieġ li l-limitu massimu għal allokazzjoni mill-ġdid bejn ir-reġjuni mill-BEI matul il-mandat jiżdied minn 10 % għal 20 % biss fejn dan jikkonċerna l-bżonn li jiġu indirizzati emerġenzi u sitwazzjonijiet ta’ kriżi li jistgħu jinqalgħu fil-perjodu tal-mandat u li huma rikonoxxuti bħala prijoritajiet tal-politika esterna tal-Unjoni. Il-mandat tas-settur privat ta’ EUR 2 300 000 000 u l-ammont ta’ EUR 1 400 000 000 iddedikat għal proġetti fis-settur pubbliku ma jistgħux jiġu allokati mill-ġdid billi l-għan tagħhom hu li jindirizzaw il-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni.

(16)  Jenħtieġ li l-limitu massimu għal allokazzjoni mill-ġdid bejn ir-reġjuni mill-BEI matul il-mandat jiżdied minn 10 % għal 20 % biss fejn dan jikkonċerna l-bżonn li jiġu indirizzati emerġenzi u sitwazzjonijiet ta’ kriżi li jistgħu jinqalgħu fil-perjodu tal-mandat u li huma rikonoxxuti bħala prijoritajiet tal-politika esterna tal-Unjoni. Il-mandat tas-settur privat ta’ EUR 2 300 000 000 u l-ammont ta’ EUR 1 400 000 000 iddedikat għal proġetti fis-settur pubbliku skont l-Inizjattiva ta' Reżiljenza tal-BEI għandhom jiġu assorbiti kompletament għall-għanijiet tiegħu u ma għandhomx jiġu riallokati.

Emenda    10

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)  Il-lista ta’ reġjuni u pajjiżi eliġibbli u reġjuni u pajjiżi potenzjalment eliġibbli jenħtieġ li tiġi modifikata sabiex teskludi pajjiżi b'introjtu għoli u bi klassifikazzjoni ta’ kreditu għolja (il-Brunei, l-Iżlanda, l-Iżrael, Singapore, iċ-Ċilì u l-Korea t’Isfel). Barra minn hekk, l-Iran qed jiżdied mal-lista ta’ reġjuni u pajjiżi potenzjalment eliġibbli.

(17)  Il-lista ta’ reġjuni u pajjiżi eliġibbli u reġjuni u pajjiżi potenzjalment eliġibbli jenħtieġ li tiġi modifikata sabiex teskludi pajjiżi b'introjtu għoli u bi klassifikazzjoni ta’ kreditu għolja (il-Brunei, l-Iżlanda, l-Iżrael, Singapore, iċ-Ċilì u l-Korea t’Isfel). Barra minn hekk, ir-Russja għandha titneħħa mil-lista ta' reġjuni u pajjiżi eliġibbli u l-Iran għandu jiġu miżjud mal-lista ta’ reġjuni u pajjiżi potenzjalment eliġibbli.

Emenda    11

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1

Deċiżjoni Nru 466/2014/UE

Artikolu 2 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-limitu massimu tal-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI koperti mill-garanzija tal-UE, matul il-perjodu 2014-20 ma għandux jaqbeż it-EUR 32 300 000 000. L-ammonti inizjalment allokati għal operazzjonijiet ta' finanzjament iżda kkanċellati sussegwentement ma jgħoddux mal-limitu.

Il-limitu massimu tal-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI koperti mill-garanzija tal-UE, matul il-perjodu 2014-20 ma għandux jaqbeż l-EUR 36 300 000 000. L-ammonti inizjalment allokati għal operazzjonijiet ta' finanzjament iżda kkanċellati sussegwentement ma jgħoddux mal-limitu.

Emenda    12

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1

Deċiżjoni Nru 466/2014/UE

Artikolu 2 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  ammont massimu ta’ EUR 30 000 000 000 taħt mandat ġenerali, li minnhom ammont ta’ EUR 1 400 000 000 huwa allokat għal proġetti fis-settur pubbliku diretti lejn ir-refuġjati u l-komunitajiet ospitanti;

(a)  ammont massimu ta’ EUR 34 000 000 000 taħt mandat ġenerali, li minnhom ammont ta’ EUR 1 400 000 000 huwa allokat għal proġetti fis-settur pubbliku diretti lejn it-tisħiħ tar-reżiljenza tal-migranti, ir-rifuġjati u l-komunitajiet ta' tranżitu u dawk ospitanti;

Emenda    13

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1

Deċiżjoni Nru 466/2014/UE

Artikolu 2 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  ammont massimu ta’ EUR 2 300 000 000 taħt mandat ta’ self tas-settur privat għal proġetti li jindirizzaw il-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni.

(b)  ammont massimu ta’ EUR 2 300 000 000 taħt mandat ta’ self tas-settur privat għal proġetti li jindirizzaw il-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni, implimentati taħt l-Inizjattiva ta' Reżiljenza tal-BEI.

Emenda    14

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1

Deċiżjoni Nru 466/2014/UE

Artikolu 2 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-ammonti massimi taħt il-mandat ġenerali u l-mandat ta' self tas-settur privat imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jinqasam f’limiti u sottolimiti massimi reġjonali kif stipulat fl-Anness I. Fil-limiti massimi reġjonali, il-BEI għandu jiżgura progressivament li jkun hemm distribuzzjoni bilanċjata tal-pajjiżi fir-reġjuni koperti mill-garanzija tal-UE.";

2.  L-ammonti massimi taħt il-mandat ġenerali u l-mandat ta' self tas-settur privat imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jinqasam f’limiti u sottolimiti massimi reġjonali kif stipulat fl-Anness I. Fil-limiti massimi reġjonali, il-BEI għandu jiżgura li jkun hemm distribuzzjoni adegwata tal-pajjiżi fir-reġjuni koperti mill-garanzija tal-UE, bi qbil mal-prijoritajiet ta' politika esterna tal-Unjoni, li għandhom jiġu riflessi fil-linji gwida tekniċi operattivi reġjonali, imsemmija fl-Artikolu 5.";

Emenda    15

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt a

Deċiżjoni Nru 466/2014/UE

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt d

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

‘(d)  risposta strateġika għall-indirizzar tal-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni.;

‘(d)  risposta strateġika għall-indirizzar tal-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni u l-bini ta' reżiljenza tal-komunitajiet ta' tranżitu u dawk ospitanti.';

Emenda     16

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt b

Deċiżjoni Nru 466/2014/UE

Artikolu 3 – paragrafu 5 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Biex jiġi żgurat li l-investimenti tas-settur privat ikollhom l-ikbar impatt fuq l-iżvilupp, il-BEI għandu jagħmel ħiltu biex isaħħaħ is-settur privat lokali fil-pajjiżi benefiċjarji permezz ta' appoġġ għall-investiment lokali kif previst fil-punt (a) tal-paragrafu 1. L-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI li jappoġġaw l-objettivi ġenerali stabbiliti fil-paragrafu 1 għandhom ifittxu wkoll li jtejbu l-appoġġ tagħhom għall-proġetti ta' investiment mmexxija mill-SMEs tal-Unjoni. Sabiex l-użu tal-fondi jiġi mmonitorjat b’mod effettiv għall-benefiċċju tal-SMEs ikkonċernati, il-BEI għandu jistabbilixxi u jżomm dispożizzjonijiet kuntrattwali xierqa li jimponu obbligi ta' rapportar standard kemm fuq l-intermedjarji finanzjarji kif ukoll fuq il-benefiċjarji;

Biex jiġi żgurat li l-investimenti tas-settur privat ikollhom l-ikbar impatt fuq l-iżvilupp, il-BEI għandu jagħmel ħiltu biex isaħħaħ is-settur privat lokali fil-pajjiżi benefiċjarji permezz ta' appoġġ għall-investiment lokali kif previst fil-punt (a) tal-paragrafu 1. L-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI li jappoġġaw l-objettivi ġenerali stabbiliti fil-paragrafu 1 għandhom ifittxu wkoll li jtejbu l-appoġġ tagħhom għall-proġetti ta' investiment mmexxija mill-SMEs tal-Unjoni. Il-BEI se jippermetti aktar teħid ta' riskju, flessibilità u approċċ għall-iżvilupp kif ukoll se jippermetti kejl preċiż tal-impatt. Sabiex l-użu tal-fondi jiġi mmonitorjat b’mod effettiv għall-benefiċċju tal-SMEs ikkonċernati, il-BEI għandu jistabbilixxi u jżomm dispożizzjonijiet kuntrattwali xierqa li jimponu obbligi ta' rapportar standard kemm fuq l-intermedjarji finanzjarji kif ukoll fuq il-benefiċjarji';

Emenda     17

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt c

Deċiżjoni Nru 466/2014/UE

Artikolu 3 – paragrafu 7 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI li jappoġġaw l-objettivi ġenerali stabbiliti fil-punt (c) tal-paragrafu 1 għandhom jappoġġaw il-proġetti ta' investiment fil-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih li jikkontribwixxu għall-objettivi globali tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima, b'mod partikolari billi jiġu evitati jew jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra fl-oqsma tal-enerġija rinnovabbli, l-effiċjenza fl-enerġija u t-trasport sostenibbli, jew billi tiżdied ir-reżiljenza għall-impatti negattivi tat-tibdil fil-klima fuq il-pajjiżi, is-setturi u l-komunitajiet vulnerabbli.

L-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI li jappoġġaw l-objettivi ġenerali stabbiliti fil-punt (c) tal-paragrafu 1 għandhom jappoġġaw il-proġetti ta' investiment fil-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih li jikkontribwixxu għall-objettivi globali tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima, b'mod partikolari billi jiġu evitati jew jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra u t-tnaqqis tal-marka tal-karbonju fl-oqsma tal-enerġija rinnovabbli, l-effiċjenza fl-enerġija u t-trasport sostenibbli, jew billi tiżdied ir-reżiljenza għall-impatti negattivi tat-tibdil fil-klima fuq il-pajjiżi, is-setturi u l-komunitajiet vulnerabbli.

Emenda     18

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3a (ġdid)

Deċiżjoni Nru 466/2014/UE

Artikolu 9 – paragrafu 3

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(3a)  L-Artikolu 9(3) huwa sostitwit b'dan li ġej:

Il-monitoraġġ tal-BEI għandu jistinka wkoll biex ikopri l-implimentazzjoni ta' operazzjonijiet intermedjarji u l-prestazzjoni tal-intermedjarji finanzjarji b'appoġġ għall-SMEs.

"3. Il-monitoraġġ tal-BEI għandu jkopri wkoll, l-implimentazzjoni ta' operazzjonijiet intermedjarji u l-prestazzjoni tal-intermedjarji finanzjarji b'appoġġ għall-SMEs."

(http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:32014D0466&qid=1487606632536&from=MT)

Emenda    19

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt a

Deċiżjoni Nru 466/2014/UE

Artikolu 11 – paragrafu 1 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

‘(b)  Għandhom jiġu żviluppati mill-BEI indikaturi għal proġetti li jipprovdu rispons strateġiku li jindirizza l-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni;”;

‘(b)  Għandhom jiġu żviluppati mill-BEI indikaturi għal proġetti li jipprovdu rispons strateġiku li jindirizza l-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni u l-bini ta' reżiljenza tal-komunitajiet ta' tranżitu u dawk ospitanti, u dan b'konsultazzjoni mill-qrib mal-komunitajiet, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-NGOs milquta;”;

Emenda     20

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt aa (ġdid)

Deċiżjoni Nru 466/2014/UE

Artikolu 11 – paragrafu 1 – punt e

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(aa)  il-punt (e) huwa sostitwit b'dan li ġej:

(e)  valutazzjoni tal-kwalità tal-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI, b'mod partikolari, il-punt sa fejn il-BEI kkunsidra s-sostenibbiltà ambjentali u soċjali fid-diliġenza dovuta u l-monitoraġġ ta' proġetti ta' investiment iffinanzjati;

"(e)  valutazzjoni tal-kwalità tal-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI, b'mod partikolari, il-punt sa fejn il-BEI kkunsidra s-sostenibbiltà ambjentali u soċjali fid-diliġenza dovuta u l-monitoraġġ ta' proġetti ta' investiment iffinanzjati kif ukoll miżuri li jimmassimizzaw is-sjieda lokali bil-promozzjoni tal-parteċipazzjoni tal-komunitajiet, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-NGOs milquta;"

(http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:32014D0466&qid=1487606632536&from=MT)

Emenda    21

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt b

Deċiżjoni Nru 466/2014/UE

Artikolu 11 – paragrafu 1 – punt j

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

"(j)  Valutazzjoni tal-kontribuzzjoni tal-operazzjonijiet ta’ finanzjament tal-BEI għal rispons strateġiku li jindirizza l-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni.';

"(j)  Valutazzjoni tal-kontribuzzjoni tal-operazzjonijiet ta’ finanzjament tal-BEI għal rispons strateġiku li jindirizza l-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni u l-bini ta’ reżiljenza tal-komunitajiet ta' tranżitu u dawk ospitanti.";

Emenda    22

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5a (ġdid)

Deċiżjoni Nru 466/2014/UE

Artikolu 12 – paragrafu 1 – punt a

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(5a)  L-Artikolu 12(1)(a), huwa sostitwit b'dan li ġej:

(a)  l-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI kollha li jsiru skont din id-Deċiżjoni, wara l-istadju tal-approvazzjoni tal-proġett, b'mod partikolari, li tindika jekk proġett ta' investiment huwiex kopert mill-garanzija tal-UE u kif jikkontribwixxi għall-miri tal-azzjoni esterna tal-Unjoni, filwaqt li tittieħed nota b'mod partikolari l-impatt ekonomiku, soċjali u ambjentali tiegħu;

‘(a)  l-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI kollha li jsiru skont din id-Deċiżjoni, wara l-istadju tal-approvazzjoni tal-proġett, inkluż l-informazzjoni dwar il-proġetti u s-subproġetti ffinanzjati permezz ta' intermedjarji finanzjarji, b'mod partikolari, li tindika jekk proġett ta' investiment huwiex kopert mill-garanzija tal-UE u kif jikkontribwixxi għall-miri tal-azzjoni esterna tal-Unjoni, filwaqt li tittieħed nota b'mod partikolari l-impatt ekonomiku, soċjali u ambjentali tiegħu;'

Emenda     23

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5b (ġdid)

Deċiżjoni Nru 466/2014/UE

Artikolu 13 – subparagrafu 2

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(5b)  fl-Artikolu 13, it-tieni subparagrafu hu mibdul b'dan li ġej:

Fl-operazzjonijiet ta' finanzjament tiegħu, il-BEI għandu japplika l-prinċipji u l-istandards stabbiliti fil-liġi tal-Unjoni dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-fini tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, inkluż ir-rekwiżit li jittieħdu miżuri raġonevoli biex jiġu identifikati s-sidien benefiċjarji, fejn applikabbli.

Fl-operazzjonijiet ta' finanzjament tiegħu, il-BEI għandu japplika l-prinċipji u l-istandards stabbiliti fil-liġi tal-Unjoni dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-fini tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, inkluż permezz tal-introduzzjoni ta' rapportar skont il-pajjiż, reġistri pubbliċi tas-sjieda tal-benefiċjarji u lista sewda ta' ġurisdizzjonijiet fiskali li ma jikkonformawx. Il-BEI għandu jirrapporta regolarment lill-Parlament Ewropew dwar l-implimentazzjoni tal-politika tiegħu dwar ġurisdizzjoni mhux konformi."

(http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:32014D0466&qid=1487606632536&from=MT)

Emenda    24

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6

Deċiżjoni Nru 466/2014/UE

Artikolu 20 – paragrafu -1 (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

“Sat-30 ta' Ġunju 2018, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport li jevalwa l-applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni li għandu jikkontribwixxi għall-possibilita ta' deċiżjoni ġdida dwar l-ELM koperta mill-garanzija tal-UE.

Emenda    25

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 1a

 

Dispożizzjoni tranżitorja

 

Il-BEI jista’ jiffinanzja proġetti skont il-mandat ta’ self għas-settur privat qabel id-dħul fis-seħħ ta' din id-deċiżjoni u l-konklużjoni tal-ftehim ta' garanzija bejn il-Kummissjoni u l-BEI. Proġetti simili jistgħu jiġu inklużi fi ħdan il-kopertura ta' garanzija tal-UE, soġġett għal konferma mill-Kummissjoni fir-rigward tar-rispett tat-termini li jrid jintlaħaq qbil dwarhom fil-ftehim ta’ garanzija.

Emenda    26

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – punt B – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

B.  Pajjiżi tal-Viċinat u tas-Sħubija: EUR 18 374 000 000, imqassma fis-sottolimiti massimi indikattivi li ġejjin:

B.  Pajjiżi tal-Viċinat u tas-Sħubija: EUR 21 904 000 000, imqassma fis-sottolimiti massimi indikattivi li ġejjin:

Emenda    27

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – punt B – punt ii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ii)  L-Ewropa tal-Lvant, il-Kawkasu tan-Nofsinhar u r-Russja: EUR 6 008 000 000;

(ii)  L-Ewropa tal-Lvant, il-Kawkasu tan-Nofsinhar u r-Russja: EUR 9 538 000 000;

Emenda     28

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – punt C – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

C.  L-Asja u l-Amerika Latina: EUR 3 785 000 000, imqassma fis-sottolimiti massimi li ġejjin:

C.  L-Asja u l-Amerika Latina: EUR 4 255 000 000, imqassma fis-sottolimiti massimi li ġejjin:

Emenda     29

Proposta għal deċiżjoni

Anness I – punt C – punt ii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ii)  L-Asja: EUR 1 040 000 000;

(ii)  L-Asja: EUR 1 510 000 000;

Emenda    30

Proposta għal deċiżjoni

Anness III – punt B – punt 2 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ir-Russja

imħassar

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Garanzija tal-UE lill-Bank Ewropew tal-Investiment kontra telf minn operazzjonijiet ta’ finanzjament li jappoġġaw proġetti ta’ investiment barra mill-Unjoni Ewropea

Referenzi

COM(2016)0583 – C8-0376/2016 – 2016/0275(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

6.10.2016

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFET

6.10.2016

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Eduard Kukan

2.12.2016

Eżami fil-kumitat

9.2.2017

 

 

 

Data tal-adozzjoni

21.3.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

39

8

4

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Lars Adaktusson, Francisco Assis, Bas Belder, Goffredo Maria Bettini, Victor Boştinaru, Klaus Buchner, James Carver, Fabio Massimo Castaldo, Javier Couso Permuy, Andi Cristea, Arnaud Danjean, Anna Elżbieta Fotyga, Eugen Freund, Michael Gahler, Iveta Grigule, Sandra Kalniete, Manolis Kefalogiannis, Tunne Kelam, Andrey Kovatchev, Ryszard Antoni Legutko, Arne Lietz, Sabine Lösing, Ulrike Lunacek, Andrejs Mamikins, Ramona Nicole Mănescu, Alex Mayer, David McAllister, Francisco José Millán Mon, Demetris Papadakis, Ioan Mircea Paşcu, Tonino Picula, Julia Pitera, Jozo Radoš, Jordi Solé, Jaromír Štětina, Dubravka Šuica, Charles Tannock, László Tőkés, Geoffrey Van Orden, Boris Zala

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Neena Gill, Marek Jurek, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Marietje Schaake, Helmut Scholz, Eleni Theocharous, Traian Ungureanu, Bodil Valero

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Heidi Hautala, Romana Tomc, Ivan Štefanec

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

39

+

ALDE

Iveta Grigule, Jozo Radoš, Marietje Schaake

PPE

Lars Adaktusson, Arnaud Danjean, Michael Gahler, Sandra Kalniete, Manolis Kefalogiannis, Tunne Kelam, Andrey Kovatchev, David McAllister, Francisco José Millán Mon, Ramona Nicole Mănescu, Julia Pitera, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Romana Tomc, László Tőkés, Traian Ungureanu, Ivan Štefanec, Jaromír Štětina, Dubravka Šuica

S&D

Francisco Assis, Goffredo Maria Bettini, Victor Boştinaru, Andi Cristea, Eugen Freund, Neena Gill, Arne Lietz, Andrejs Mamikins, Alex Mayer, Demetris Papadakis, Ioan Mircea Paşcu, Tonino Picula, Boris Zala

Verts/ALE

Klaus Buchner, Heidi Hautala, Ulrike Lunacek, Jordi Solé, Bodil Valero

8

-

ECR

Bas Belder, Anna Elżbieta Fotyga, Marek Jurek, Ryszard Antoni Legutko, Eleni Theocharous, Geoffrey Van Orden

EFDD

James Carver, Fabio Massimo Castaldo

4

0

ECR

Charles Tannock

GUE/NGL

Javier Couso Permuy, Sabine Lösing, Helmut Scholz

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


OPINJONI tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (28.2.2017)

għall-Kumitat għall-Baġits

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Nru 466/2014/UE li tagħti garanzija tal-UE lill-Bank Ewropew tal-Investiment kontra telf minn operazzjonijiet ta' finanzjament li jappoġġaw proġetti ta' investiment barra mill-Unjoni Ewropea

(COM(2016)0583 – C8-0376/2016 – 2016/0275(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Salvatore Cicu

EMENDI

Il-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali jistieden lill-Kumitat għall-Baġits, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda    1

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  Jenħtieġ li jiġi żviluppat qafas ġdid ta' sħubija ma' pajjiżi terzi orjentat lejn ir-riżultati li jikkunsidra l-politiki u l-istrumenti kollha tal-Unjoni. Bħala parti minn dan il-qafas ġdid ta' sħubija, il-Pjan ta' Investiment Estern jenħtieġ li jiġi stabbilit biex jappoġġa l-investimenti f'reġjuni barra mill-Unjoni, filwaqt li jikkontribwixxi għall-kisba tal-għan ta' żvilupp sostenibbli. Jenħtieġ ukoll li jissodisfa l-objettivi tal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli u l-objettivi segwiti mill-istrumenti finanzjarji l-oħra għall-azzjoni esterna.

(2)  Jenħtieġ li jiġi żviluppat qafas ġdid ta' sħubija ma' pajjiżi terzi orjentat lejn ir-riżultati li jikkunsidra l-politiki u l-istrumenti kollha tal-Unjoni. Bħala parti minn dan il-qafas ġdid ta' sħubija, il-Pjan ta' Investiment Estern jenħtieġ li jiġi stabbilit biex jappoġġa l-investimenti f'reġjuni barra mill-Unjoni, filwaqt li jikkontribwixxi għall-kisba tal-għan ta' żvilupp sostenibbli u inklużiv, il-ħolqien tal-ġid u l-ilħuq tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs). Jenħtieġ ukoll li jissodisfa l-objettivi tal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli u l-objettivi segwiti mill-istrumenti finanzjarji l-oħra għall-azzjoni esterna.

Emenda    2

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 8a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8a)  Il-BEI ġie fdat b'kompiti addizzjonali, pereżempju fil-qasam tad-diplomazija ekonomika Ewropea. Sabiex ikun jista' jagħti riżultati f'dak ir-rigward, il-BEI għandu bżonn ta' mezzi finanzjarji suffiċjenti. Is-suċċess tal-Fond ta' Garanzija taħt il-Mandat ta' Self Estern jippermetti lill-BEI jipproduċi riżultati konkreti u jippermetti impatt fil-livell tal-Unjoni permezz ta' proġetti sodi f'pajjiżi terzi bi spiża minima għall-baġit tal-Unjoni. Fid-dawl tar-rikjesti dejjem jikbru fuq il-BEI bħala d-driegħ finanzjarju tal-Unjoni, jitqies importanti li jissaħħaħ dan l-istrument ta' suċċess, u jenħtieġ li l-Kummissjoni żżid il-proviżjonament tal-baġit għall-Fond ta' Garanzija pprovdut lill-BEI fiż-żmien tal-proposta leġiżlattiva li jmiss li tkopri l-perjodu 2021-2028.

Emenda    3

Proposta għal deċiżjoni

Premessal 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  Sabiex l-ELM ikun jista' jwieġeb għall-isfidi futuri potenzjali u għall-prijoritajiet tal-Unjoni, kif ukoll biex jipprovdi rispons strateġiku li jindirizza l-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni, il-limitu massimu għall-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI taħt il-garanzija tal-UE jeħtieġ li jiżdied għal EUR 32 300 000 000 billi jiġi rilaxxat l-ammont addizzjonali fakultattiv ta' EUR 3 000 000 000. Skont il-mandat ġenerali, l-ammont ta' EUR 1 400 000 000 għandu jkun allokat għal proġetti fis-settur pubbliku diretti lejn ir-refuġjati u l-komunitajiet ospitanti f'żoni milquta mill-kriżijiet.

(9)  Sabiex l-ELM ikun jista' jwieġeb għall-isfidi futuri potenzjali u għall-prijoritajiet tal-Unjoni, kif ukoll biex jipprovdi rispons strateġiku li jindirizza l-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni, il-limitu massimu għall-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI taħt il-garanzija tal-UE jeħtieġ li jiżdied għal EUR 38 500 000 000. Skont il-mandat ġenerali, l-ammont ta' EUR 1 400 000 000 għandu jkun allokat għal proġetti fis-settur pubbliku diretti lejn ir-refuġjati u l-komunitajiet ospitanti f'żoni milquta mill-kriżijiet.

Ġustifikazzjoni

Il-proposta tal-Kummissjoni jkollha impatt dirett u immedjat fuq politiki u prijoritajiet urġenti oħra tal-UE. De facto, tkun teħtieġ tnaqqis sinifikanti fl-attività annwali tal-BEI fil-Viċinat tal-Lvant, inkluż l-Ukrajna. L-attività annwali fil-Lvant ikollha titnaqqas b'madwar 70 % meta mqabbla mal-livelli tas-self annwali attwali. Il-limiti massimi proposti għall-Asja u l-Amerika Latina u għall-Afrika t'Isfel jirriżultaw fi tnaqqis ta' 50 % fl-attività annwali meta mqabbla mal-livelli attwali.

Emenda    4

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  Jenħtieġ li t-trattament tal-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni jiġi miżjud bħala objettiv ġdid tal-mandat.

(11)  Jenħtieġ li t-trattament tal-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni jiġi miżjud bħala objettiv ġdid tal-mandat u li kull proġett iffinanzjat taħt dan l-objettiv ġdid ikun f'konformità mal-Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE).

Emenda    5

Proposal for a decision

Recital 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  Jenħtieġ li l-komplementarjetà u l-koordinazzjoni mal-inizjattivi tal-Unjoni li jindirizzaw il-kawżi tal-migrazzjoni jiġu żgurati, flimkien mal-appoġġ tal-Unjoni għar-riintegrazzjoni sostenibbli ta' migranti li jirritornaw lejn il-pajjiżi ta' oriġini.

(12)  Jenħtieġ li l-komplementarjetà u l-koordinazzjoni mal-inizjattivi tal-Unjoni li jindirizzaw il-kawżi tal-migrazzjoni jiġu żgurati, flimkien mal-appoġġ tal-Unjoni għar-riintegrazzjoni sostenibbli ta' migranti li jirritornaw lejn il-pajjiżi ta' oriġini. Għalhekk, jenħtieġ li l-BEI jikkoopera mill-qrib mas-SEAE u li jkun jista' jirrikorri għall-organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti bħall-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Migrazzjoni (OIM) u l-UNHCR fejn meħtieġ.

Emenda    6

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  Wara l-Ftehim ta' Pariġi adottat taħt il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-klima, jenħtieġ li l-għan tal-BEI jkun li jinżamm il-livell għoli attwali ta' nfiq rilevanti għall-klima taħt l-ELM, filwaqt li jikkontribwixxi għaż-żieda tal-investiment tiegħu relatat mal-klima fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw minn 25 % għal 35 % sal-2020.

(13)  Wara l-Ftehim ta' Pariġi adottat taħt il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-klima, jenħtieġ li l-għan tal-BEI jkun li jiżdied il-livell għoli attwali ta' nfiq rilevanti għall-klima taħt l-ELM, filwaqt li jikkontribwixxi għaż-żieda tal-investiment tiegħu relatat mal-klima fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw minn 25 % għal 35 % sal-2020, skont l-impenn meħud fl-istrateġija għall-klima tiegħu.

Ġustifikazzjoni

Fl-istrateġija tiegħu dwar il-klima adottata fi tmiem l-2015, il-BEI ħa l-impenn li jgħolli l-livell tiegħu għall-proġetti ta' azzjoni dwar il-klima fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw għal massimu ta' 35 % sa tmiem l-2020. Dan l-avviż jenħtieġ li jiġi rifless fil-mandat estern tiegħu.

Emenda    7

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  Jenħtieġ li l-BEI jiżviluppa u jimplimenta sett ta' indikaturi fil-qafas għall-Kejl tar-Riżultati tiegħu għall-proġetti fis-settur pubbliku u fis-settur privat diretti lejn ir-refuġjati u l-komunitajiet ospitanti. Għalhekk, jenħtieġ li fir-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI, tiġi inkluża valutazzjoni tal-kontribuzzjoni tal-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI li jindirizzaw il-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni.

(15)  Jenħtieġ li l-BEI jiżviluppa u jimplimenta sett ta' indikaturi fil-qafas għall-Kejl tar-Riżultati tiegħu għall-proġetti fis-settur pubbliku u fis-settur privat diretti lejn ir-refuġjati u l-komunitajiet ospitanti, inklużi indikaturi li jippermettu li jitkejjel il-kontribut tal-proġett lejn il-kisba tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli, il-ġlieda kontra l-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni, u l-involviment tas-soċjetajiet ċivili tal-komunità ospitanti. Fir-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI, jenħtieġ li tiġi inkluża valutazzjoni tal-kontribuzzjoni tal-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI li jindirizzaw dawk il-fatturi, filwaqt li jkunu żgurati responsabbiltà sħiħa u trasparenza. Il-BEI jenħtieġ li jtejjeb l-aċċess xieraq għall-informazzjoni, mhux biss għall-Parlament Ewropew u għall-istituzzjonijiet l-oħra, iżda wkoll għall-pubbliku b'mod ġenerali, partikolarment fir-rigward tas-sistema ta' kuntratti u sottokuntratti u d-data finanzjarja dwar proġetti ffinanzjati mill-BEI.

Emenda    8

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)  Jenħtieġ li l-limitu massimu għal allokazzjoni mill-ġdid bejn ir-reġjuni mill-BEI matul il-mandat jiżdied minn 10 % għal 20 % biss fejn dan jikkonċerna l-bżonn li jiġu indirizzati emerġenzi u sitwazzjonijiet ta' kriżi li jistgħu jinqalgħu fil-perjodu tal-mandat u li huma rikonoxxuti bħala prijoritajiet tal-politika esterna tal-Unjoni. Il-mandat tas-settur privat ta' EUR 2 300 000 000 u l-ammont ta' EUR 1 400 000 000 iddedikat għal proġetti fis-settur pubbliku ma jistgħux jiġu allokati mill-ġdid billi l-għan tagħhom hu li jindirizzaw il-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni.

(16)  Jenħtieġ li l-limitu massimu għal allokazzjoni mill-ġdid bejn ir-reġjuni mill-BEI matul il-mandat jiżdied minn 10 % għal 20 % biss fejn dan jikkonċerna l-bżonn li jiġu indirizzati emerġenzi u sitwazzjonijiet ta' kriżi li jistgħu jinqalgħu fil-perjodu tal-mandat u li huma rikonoxxuti bħala prijoritajiet tal-politika esterna tal-Unjoni. Il-BEI jenħtieġ li jinnotifika lill-Parlament Ewropew dwar kull deċiżjoni ta' riallokazzjoni billi jipprovdi rapport ġustifikattiv u valutazzjoni tal-impatt. Il-mandat tas-settur privat ta' EUR 2 300 000 000 u l-ammont ta' EUR 1 400 000 000 iddedikat għal proġetti fis-settur pubbliku ma jistgħux jiġu allokati mill-ġdid billi l-għan tagħhom hu li jindirizzaw il-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni.

Emenda    9

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)  Il-lista ta' reġjuni u pajjiżi eliġibbli u reġjuni u pajjiżi potenzjalment eliġibbli jenħtieġ li tiġi modifikata sabiex teskludi pajjiżi b'introjtu għoli u bi klassifikazzjoni ta' kreditu għolja (il-Brunei, l-Iżlanda, l-Iżrael, Singapore, iċ-Ċilì u l-Korea t'Isfel). Barra minn hekk, l-Iran qed jiżdied mal-lista ta' reġjuni u pajjiżi potenzjalment eliġibbli.

(17)  Il-lista ta' reġjuni u pajjiżi eliġibbli u reġjuni u pajjiżi potenzjalment eliġibbli jenħtieġ li tiġi mfassla b'mod li jinkiseb l-akbar impatt tal-iżvilupp u modifikata sabiex teskludi pajjiżi b'introjtu għoli u bi klassifikazzjoni ta' kreditu għolja (il-Brunei, l-Iżlanda, Iżrael, Singapore, iċ-Ċilì u l-Korea t'Isfel). Barra minn hekk, l-Iran qed jiżdied mal-lista ta' reġjuni u pajjiżi potenzjalment eliġibbli.

Emenda    10

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 17a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(17a)  Il-Kunsill Ewropew enfasizza r-rwol ewlieni li għandu l-BEI fir-relazzjonijiet ekonomiċi esterni tal-Unjoni u fil-laqgħa tiegħu tal-20/21 ta' Marzu 2014 stieden lill-BEI biex jikkontribwixxi aktar għat-tisħiħ tal-internazzjonalizzazzjoni u tal-kompetittività tal-kumpaniji Ewropej. L-aċċess għall-finanzjament huwa waħda mill-isfidi l-aktar urġenti għall-SMEs. Għalhekk hija meħtieġa strateġija tal-BEI li tippermetti aċċess ulterjuri u mtejjeb għall-finanzjament għall-SMEs, inkluż permezz ta' programmi u inizjattivi ta' faċilitazzjoni tal-kummerċ, bħalma huma l-Faċilità Ewropea ta' Mikrofinanzjament Progress u l-faċilitajiet il-ġodda għall-finanzjament tal-attivitajiet kummerċjali ta' SMEs Ewropej. Barra minn hekk, jenħtieġ li jiġu stabbiliti rekwiżiti ta' politika aktar proattivi għall-SMEs u l-mikroimpriżi għall-banek intermedjarji li jiżborżaw il-fondi tal-BEI u li tittejjeb aktar it-trasparenza fir-rigward tal-valutazzjoni tal-impatt ekonomiku u soċjali lokali tas-self intermedjat tal-BEI.

Emenda    11

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 17b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(17b)  L--objettivi kwantitattivi tal-BEI għal azzjonijiet relatati mal-klima jinsabu fit-triq it-tajba. Il-BEI wiegħed li jżid ulterjorment l-enfasi tiegħu fuq l-Azzjoni Klimatika f'pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp sa massimu ta' 35 % sal-2020. Sabiex il-BEI jkun jista' jilħaq dan l-objettiv, hemm bżonn li limiti massimi reġjonali oġġettivi jkunu allokati b'finanzjament suffiċjenti, inkella l-BEI se jkollu jnaqqas l-attivitajiet tiegħu fl-Asja u fl-Amerika Latina, reġjuni fejn tradizzjonalment kienu attivi ħafna fil-finanzjament klimatiku.

Emenda    12

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1

Deċiżjoni 466/2014/UE

Artikolu 2 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-limitu massimu tal-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI koperti mill-garanzija tal-UE, matul il-perjodu 2014-20 ma għandux jaqbeż it-EUR 32 300 000 000. L-ammonti inizjalment allokati għal operazzjonijiet ta' finanzjament iżda kkanċellati sussegwentement ma jgħoddux mal-limitu.

1.  Il-limitu massimu tal-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI koperti mill-garanzija tal-UE, matul il-perjodu 2014-20 ma għandux jaqbeż it-EUR 38 500 000 000. L-ammonti inizjalment allokati għal operazzjonijiet ta' finanzjament iżda kkanċellati sussegwentement ma jgħoddux mal-limitu.

Emenda    13

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1

Deċiżjoni 466/2014/UE

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  ammont massimu ta' EUR 30 000 000 000 taħt mandat ġenerali, li minnhom ammont ta' EUR 1 400 000 000 huwa allokat għal proġetti fis-settur pubbliku diretti lejn ir-refuġjati u l-komunitajiet ospitanti;

(a)  ammont massimu ta' EUR 36 200 000 000 taħt mandat ġenerali, li minnhom ammont ta' EUR 2 500000 000 huwa allokat għal proġetti fis-settur pubbliku diretti lejn ir-refuġjati u l-komunitajiet ospitanti, kif ukoll biex jiġu indirizzati l-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni;

Emenda    14

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – point b

Deċiżjoni 466/2014/UE

Artikolu 3 – paragrafu 5 – subparagrafu

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Biex jiġi żgurat li l-investimenti tas-settur privat ikollhom l-ikbar impatt fuq l-iżvilupp, il-BEI għandu jagħmel ħiltu biex isaħħaħ is-settur privat lokali fil-pajjiżi benefiċjarji permezz ta' appoġġ għall-investiment lokali kif previst fil-punt (a) tal-paragrafu 1. L-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI li jappoġġaw l-objettivi ġenerali stabbiliti fil-paragrafu 1 għandhom ifittxu wkoll li jtejbu l-appoġġ tagħhom għall-proġetti ta' investiment mmexxija mill-SMEs tal-Unjoni. Sabiex l-użu tal-fondi jiġi mmonitorjat b'mod effettiv għall-benefiċċju tal-SMEs ikkonċernati, il-BEI għandu jistabbilixxi u jżomm dispożizzjonijiet kuntrattwali xierqa li jimponu obbligi ta' rapportar standard kemm fuq l-intermedjarji finanzjarji kif ukoll fuq il-benefiċjarji;

Biex jiġi żgurat li l-investimenti tas-settur privat ikollhom l-ikbar impatt fuq l-iżvilupp, il-BEI għandu jagħmel ħiltu biex isaħħaħ is-settur privat lokali u jikkontribwixxi biex joħloq kundizzjonijiet favorevoli għall-impriżi u l-investiment privati fil-pajjiżi benefiċjarji permezz ta' appoġġ għall-investiment lokali kif previst fil-punt (a) tal-paragrafu 1. L-operazzjonijiet ta' finanzjament mill-BEI li jappoġġaw l-objettivi ġenerali stabbiliti fil-paragrafu 1 għandhom ifittxu wkoll li jtejbu l-appoġġ tagħhom għall-proġetti ta' investiment mmexxija mill-SMEs tal-Unjoni. L-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI għandhom jikkontribwixxu biex jitjieb l-aċċess tal-SMEs għas-suq f'pajjiżi terzi sħab tal-Unjoni u l-integrazzjoni tagħhom fil-katini tal-valur globali, u għandhom jikkontribwixxu aktar għat-tisħiħ tal-internazzjonalizzazzjoni u l-kompetittività tal-kumpaniji tal-Unjoni. Sabiex l-użu tal-fondi jiġi mmonitorjat b'mod effettiv għall-benefiċċju tal-SMEs ikkonċernati, il-BEI għandu jistabbilixxi u jżomm dispożizzjonijiet kuntrattwali xierqa li jimponu obbligi ta' rapportar standard kemm fuq l-intermedjarji finanzjarji kif ukoll fuq il-benefiċjarji; Il-BEI jagħmel ħiltu biex jidentifika l-ostakoli eżistenti fl-aċċess tal-SMEs għall-finanzjament, u jiżgura li dawn jingħelbu;

Emenda    15

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt ba (ġdid)

Deċiżjoni 466/2014/UE

Artikolu 3 – paragrafu 6

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(ba)  Fl-Artikolu 3, il-paragrafu 6 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"6.   L-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI li jappoġġaw l-għanijiet ġenerali previsti fil-punt (b) tal-paragrafu 1 għandhom jappoġġaw il-proġetti ta' investiment fil-biċċa l-kbira fl-oqsma tat-trasport, l-enerġija, l-infrastruttura ambjentali, it-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, is-saħħa u l-edukazzjoni. Dan jinkludi l-produzzjoni u l-integrazzjoni tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli, it-trasformazzjoni tas-sistemi tal-enerġija li jippermettu l-bidla għal teknoloġiji u fjuwils b'livell inqas intensiv tal-karbonju, is-sigurtà tal-enerġija u l-infrastruttura tal-enerġija sostenibbli, inkluż għall-produzzjoni tal-gass u t-trasport tal-gass lejn is-suq tal-enerġija tal-Unjoni, kif ukoll l-elettrifikazzjoni ta' żoni rurali, l-infrastruttura ambjentali, bħall-ilma u s-sanità u l-infrastruttura ekoloġika, it-telekomunikazzjoni u l-infrastruttura tan-netwerk tal-broadband.

"6.   L-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI li jappoġġaw l-għanijiet ġenerali previsti fil-punt (b) tal-paragrafu 1 għandhom jappoġġaw il-proġetti ta' investiment fil-biċċa l-kbira fl-oqsma tat-trasport, l-enerġija, l-infrastruttura ambjentali, it-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, is-saħħa u l-edukazzjoni. Dan jinkludi l-produzzjoni u l-integrazzjoni tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli, miżuri ta' effiċjenza tal-enerġija, it-trasformazzjoni tas-sistemi tal-enerġija li tippermetti l-bidla għal teknoloġiji u fjuwils b'livell inqas intensiv tal-karbonju, is-sigurtà tal-enerġija u l-infrastruttura tal-enerġija sostenibbli, inkluż l-elettrifikazzjoni ta' żoni rurali, l-infrastruttura ambjentali, bħall-ilma u s-sanità u l-infrastruttura ekoloġika, it-telekomunikazzjoni u l-infrastruttura tan-netwerk tal-broadband.

http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:32016R0679

Ġustifikazzjoni

Il-produzzjoni u t-trasport tal-gass jenħtieġ li ma jkunux koperti mill-Garanzija tal-UE, peress li dan jikkostitwixxi sussidju tal-fjuwils fossili. Id-Deċiżjoni jenħtieġ li ddaħħal fis-seħħ il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Ewropa tat-22 ta' Mejju 2013 biex jitneħħew sussidji ambjentalment jew ekonomikament ta' ħsara, inklużi għall-fjuwils fossili.

Emenda    16

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt c

Deċiżjoni 466/2014/UE

Artikolu 3 – paragrafu 7 – subparagrafu 4 a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-operazzjonijiet tal-BEI jenħtieġ li fost l-oħrajn jintegraw azzjonijiet konkreti biex jitneħħa gradwalment il-finanzjament ta' proġetti li jkunu ta' ħsara għall-kisba tal-objettivi tal-Unjoni dwar il-klima u biex jiġu intensifikati l-isforzi li jappoġġaw sorsi ta' enerġija rinnovabbli u effiċjenza enerġetika.

Emenda    17

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt c

Deċiżjoni Nru 466/2014/UE

Artikolu 3 – paragrafu 8 –subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI li jappoġġaw l-objettivi ġenerali previsti fil-punt (d) tal-paragrafu 1 għandhom isostnu l-proġetti ta' investiment li jindirizzaw il-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni, jikkontribwixxu għar-reżiljenza ekonomika fit-tul u jissalvagwardjaw l-iżvilupp sostenibbli fil-pajjiżi benefiċjarji. L-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI għandhom, b'mod partikolari, jindirizzaw il-ħtiġijiet li qed jiżdiedu għall-infrastruttura u għas-servizzi relatati li jpprovdu għal-influss tal-migranti, u jżidu l-opportunitajiet ta' xogħol għall-komunitajiet ospitanti u tar-refuġjati biex titrawwem l-integrazzjoni ekonomika u biex ir-refuġjati jsiru awtonomi.

L-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI li jappoġġaw l-objettivi ġenerali previsti fil-punt (d) tal-paragrafu 1 għandhom isostnu l-proġetti ta' investiment li jindirizzaw il-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni, jikkontribwixxu għar-reżiljenza ekonomika fit-tul u jissalvagwardjaw l-iżvilupp sostenibbli fil-pajjiżi benefiċjarji, inkluż it-tisħiħ tal-azzjoni umanitarja u l-għoti ta' appoġġ għall-bini ta' infrastruttura u għall-ħolqien tax-xogħol, filwaqt li tkun żgurata l-konformità mal-SDGs. L-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI għandhom, b'mod partikolari, jindirizzaw il-ħtiġijiet li qed jiżdiedu għall-infrastruttura u t-trasport, l-enerġija u l-aċċess għall-enerġija u t-telekomunikazzjonijiet, hekk kif dawn il-proġetti jżidu b'mod sinifikanti il-potenzjal tal-kummerċ u jista' jkollhom effett ta' lieva fuq l-internazzjonalizzazzjoni tal-SMEs, speċjalment f'reġjuni bi żvantaġġi ġeografiċi, iżda wkoll jisfruttaw il-potenzjal fis-setturi bħall-agrikoltura, it-teknoloġiji ekoloġiċi, ir-riċerka u l-innovazzjoni u drittijiet ta' proprjetà, kif ukoll isaħħu l-azzjoni umanitarja, jappoġġaw il-ħolqien ta' impjiegi deċenti u l-edukazzjoni għall-komunitajiet ospitanti u tar-refuġjati biex titrawwem l-integrazzjoni ekonomika u biex ir-refuġjati jsiru awtonomi, filwaqt li jkun żgurat ir-rispett sħiħ tad-drittijiet tal-bniedem, b'mod partikolari d-drittijiet tax-xogħol u dawk soċjali u l-istat tad-dritt.

Emenda    18

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt c

Deċiżjoni Nru 466/2014/UE

Artikolu 3 – paragrafu 8 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  is-settur pubbliku, inklużi l-muniċipalitajiet u l-entitajiet tas-settur pubbliku, f'termini ta' infrastruttura u ta' servizzi biex jindirizzaw bżonnijiet miżjuda b'mod sinifikanti.;

(b)  is-settur pubbliku, inklużi l-muniċipalitajiet u l-entitajiet tas-settur pubbliku, f'termini ta' infrastruttura u ta' servizzi, u b'mod partikolari għall-kura tas-saħħa u b'faċilitajiet speċjali għat-tfal, għal servizzi ta' sanità u edukazzjoni skolastika, biex jindirizzaw bżonnijiet miżjuda b'mod sinifikanti;

Ġustifikazzjoni

Il-kura medika, b'mod partikolari tat-tfal, il-prevenzjoni b'suċċess ta' mard permezz ta' provvisti sanitarji suffiċjenti, u l-għoti ta' edukazzjoni skolastika huma minn ta' quddiem fost il-ħtiġijiet għat-tfal migranti u l-familji tagħhom.

Emenda    19

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt ca (ġdid)

Deċiżjoni 466/2014/UE

Artikolu 3 – paragrafu 8a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca)  jiżdied il-paragrafu li ġej:

 

8a.  Il-programmi relatati mal-SMEs fil-pajjiżi terzi jenħtieġ li jkunu intiżi lejn l-integrazzjoni tagħhom fil-katini tal-provvista globali, filwaqt li, b'mod partikolari fil-viċinat tal-Lvant u tan-Nofsinhar, dawn il-programmi tal-BEI jenħtieġ li jkunu orjentati lejn l-integrazzjoni tal-SMEs fil-katini tal-valur Ewropej.

Emenda    20

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt cb (ġdid)

Deċiżjoni 466/2014/UE

Artikolu 3 – paragrafu 8 b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(cb)  jiżdied il-paragrafu li ġej:

 

8b.  Il-BEI għandu jiżgura li l-kumpaniji li jipparteċipaw fi proġetti kofinanzjati mill-BEI jkunu obbligati jżommu mal-prinċipju ta' pagi ugwali u trasparenza tal-pagi u l-prinċipju tal- ugwaljanza bejn is-sessi kif stabbilit fid-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a. Id-deċiżjonijiet tal-BEI dwar il-finanzjament tal-proġetti jenħtieġ li jqisu l-azzjoni mill-kumpaniji kandidati fil-qasam tar-responsabbiltà soċjali korporattiva;

 

______________

 

1a Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' opportunitajiet indaqs u ta' trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta' impjiegi u xogħol (ĠU L 204, 26.7.2006 p. 23.).

Emenda    21

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt a

Deċiżjoni Nru 466/2014/UE

Artikolu 11 – paragrafu 1 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  Għandhom jiġu żviluppati mill-BEI indikaturi għal proġetti li jipprovdu rispons strateġiku li jindirizza l-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni;

(b)  Għandhom jiġu żviluppati mill-BEI indikaturi għal proġetti li jipprovdu rispons strateġiku li jindirizza l-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni, b'konsultazzjoni dettaljata u regolari u kooperazzjoni mal-partijiet interessati u mas-soċjetà ċivili;

Emenda    22

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt aa (ġdid)

Deċiżjoni 466/2014/UE

Artikolu 11 – paragrafu 1 – punt c

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(aa)  il-punt (c) jinbidel b'dan li ġej:

''(c)  valutazzjoni tal-kontribut tal-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI biex jiġu sodisfatti l-politika esterna u l-għanijiet strateġiċi tal-Unjoni, b'kont meħud tal-linji gwida operattivi tekniċi reġjonali msemmija fl-Artikolu 5;

''(c)  valutazzjoni tal-kontribut tal-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI biex jiġu sodisfatti l-politika esterna u l-għanijiet strateġiċi tal-Unjoni u l-koerenza tagħhom ma' politiki oħra tal-Unjoni.

 

Il-Kummissjoni għandha, f'kooperazzjoni mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE), tistabbilixxi qafas u metodoloġija għal rappurtar annwali mill-BEI dwar l-operazzjonijiet tiegħu koperti mill-Garanzija Komunitarja u l-konformità tagħhom mal-prinċipji ġenerali li jiggwidaw l-azzjoni esterna tal-Unjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 21 tat-TUE. L-objettiv ewlieni ta' dan ir-rapportar hu l-monitoraġġ tal-konformità tal-BEI mal-obbligi u d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 21 tat-TUE, inkluż ir-rispett u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, il-qerda tal-faqar u l-ġestjoni tar-riskji ambjentali.

 

Din il-metodoloġija għandha tiġi żviluppata mill-Kummissjoni u mis-SEAE matul l-ewwel sena wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni emendatorja u se tibni fuq rappurtar dwar il-konformità mad-drittijiet tal-bniedem mill-BEI, kif mitlub mill-Qafas Strateġiku u l-Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem.

 

Abbażi tar-rappurtar annwali mill-BEI, il-Kummissjoni għandha tipproduċi kull sena għall-Parlament Ewropew l-evalwazzjoni tagħha tal-informazzjoni pprovduta mill-BEI u tissuġġerixxi tibdil eventwali fil-politiki u l-proċeduri li jkun segwa l-Bank għall-adozzjoni mill-Istati Membri wara li tqis l-opinjoni tal-Parlament dwarhom. Rakkomandazzjonijiet eventwali mill-Kummissjoni Ewropea u l-Parlament Ewropew dwar kif jista' jittejjeb ir-rappurtar tal-BEI għal dan il-għan għandhom ikun riflessi waqt l-aġġornament tal-Linji Gwida Operattivi Tekniċi Reġjonali."

http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=CELEX:32016R0679

Ġustifikazzjoni

It-tħassib ewlieni dwar is-self tal-BEI barra l-UE jibqa' l-operazzjonalizzazzjoni fuq il-post tad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-ELM. F'dan ir-rigward, il-bini ta' mekkaniżmu ta' valutazzjoni tal-konformità mal-Artikolu 21 tat-TUE għandu jkun ta' importanza ewlenija biex imexxi lill-BEI sabiex joħloq u jimplimenta proċeduri effettivi ta' diliġenza dovuta fl-iskrinjar tal-operazzjonijiet appoġġati mill-Bank fir-rigward tal-impatt potenzjali tagħhom fuq id-drittijiet tal-bniedem, il-qerda tal-faqar u l-ambjent.

Emenda    23

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5a (ġdid)

Deċiżjoni Nru 466/2014/UE

Artikolu 11 – paragrafu 2

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(5a)  fl-Artikolu 11, il-paragrafu 2 huwa emendat kif ġej:

2.  Għall-finijiet tar-rappurtar tal-Kummissjoni msemmija fil-paragrafu 1, il-BEI għandu jipprovdi lill-Kummissjoni b'rapporti annwali dwar l-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI li jsiru skont din id-Deċiżjoni inklużi l-elementi kollha meħtieġa li jippermettu li l-Kummissjoni tirrapporta f'konformità mal-paragrafu 1. Il-BEI jista' wkoll jipprovdi lill-Kummissjoni b'informazzjoni addizzjonali rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex tingħata stampa komprensiva tal-attività esterna tal-BEI.

2.  Għall-finijiet tar-rappurtar tal-Kummissjoni msemmija fil-paragrafu 1, il-BEI għandu jipprovdi lill-Kummissjoni b'rapporti annwali dwar l-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI li jsiru skont din id-Deċiżjoni inklużi l-elementi kollha meħtieġa li jippermettu li l-Kummissjoni tirrapporta f'konformità mal-paragrafu 1. Il-BEI jista' wkoll jipprovdi lill-Kummissjoni b'informazzjoni addizzjonali rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex tingħata stampa komprensiva tal-attività esterna tal-BEI. Il-Parlament Ewropew jista', fuq il-bażi tar-rapporti annwali, ifassal rakkomandazzjonijiet lill-BEI dwar proġetti li għaddejjin.

Emenda    24

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6

Deċiżjoni Nru 466/2014/UE

Artikolu 20

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sal-31 ta' Diċembru 2021, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport finali ta' evalwazzjoni dwar l-applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni.

Sabiex jissaħħaħ il-kontroll parlamentari, l-istruttura ta' governanza tal-BEI għandha terġa' tiġi organizzata skont l-iskema ta' governanza msaħħa tal-Fond Ewropew għal Investimenti Strateġiċi (FEIS). Il-Kummissjoni għandha tipprovdi informazzjoni dwar l-implimentazzjoni ta' din l-organizzazzjoni mill-ġdid sal-31 ta' Diċembru 2017. Barra minn hekk, il-BEI għandu jinforma lill-Parlament Ewropew dwar id-deċiżjonijiet tal-investiment tiegħu, jippreżenta l-valutazzjonijiet tal-impatt li juru l-konformità ta' proġetti ppjanati mal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli u l-Ftehim ta' Pariġi, kif ukoll jippubblika r-rapporti dwar kull proġett iffinanzjat, l-eżitu tal-investigazzjonijiet interni, kif ukoll l-għażla, is-superviżjoni u l-valutazzjoni tal-attivitajiet u l-programmi tiegħu bbażati fuq indikaturi ċari li jistgħu jitkejlu, u l-metodi użati għal valutazzjonijiet ex ante u ex post għal kull proġett iffinanzjat u s-sejbiet tagħhom, filwaqt li tiġi rrispettata s-sensittività kummerċjali dwar l-operazzjonijiet tas-settur privat, b'mod speċjali rigward ir-raġunijiet għal ċaħda ta' proġetti mressqa.

 

Sal-31 ta' Diċembru 2021, il-Kummissjoni għandha tressaq lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport finali ta' evalwazzjoni dwar l-applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Garanzija tal-UE lill-Bank Ewropew tal-Investiment kontra telf minn operazzjonijiet ta’ finanzjament li jappoġġaw proġetti ta’ investiment barra mill-Unjoni Ewropea

Referenzi

COM(2016)0583 – C8-0376/2016 – 2016/0275(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

6.10.2016

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

INTA

6.10.2016

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Salvatore Cicu

12.10.2016

Eżami fil-kumitat

24.1.2017

 

 

 

Data tal-adozzjoni

28.2.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

29

4

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Laima Liucija Andrikienė, Maria Arena, Tiziana Beghin, David Campbell Bannerman, Daniel Caspary, Salvatore Cicu, Christofer Fjellner, Karoline Graswander-Hainz, Heidi Hautala, Bernd Lange, David Martin, Emmanuel Maurel, Emma McClarkin, Anne-Marie Mineur, Sorin Moisă, Artis Pabriks, Franck Proust, Tokia Saïfi, Marietje Schaake, Helmut Scholz, Joachim Schuster, Joachim Starbatty, Adam Szejnfeld, Hannu Takkula, Iuliu Winkler

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Reimer Böge, Klaus Buchner, Sergio Gutiérrez Prieto, Sander Loones, Georg Mayer, Fernando Ruas, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Pedro Silva Pereira

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Jean-François Jalkh, Joëlle Mélin

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

29

+

ALDE

Schaake Marietje, Takkula Hannu

ECR

Campbell Bannerman David, Loones Sander, McClarkin Emma, Starbatty Joachim

EFDD

Beghin Tiziana

PPE

Andrikienė Laima Liucija, Böge Reimer, Caspary Daniel, Cicu Salvatore, Fjellner Christofer, Pabriks Artis, Proust Franck, Ruas Fernando, Salafranca Sánchez-Neyra José Ignacio, Saïfi Tokia, Szejnfeld Adam, Winkler Iuliu

S&D

Arena Maria, Graswander-Hainz Karoline, Gutiérrez Prieto Sergio, Lange Bernd, Martin David, Maurel Emmanuel, Moisă Sorin, Schuster Joachim, Silva Pereira Pedro

VERTS/ALE

Buchner Klaus

4

ENF

Jalkh Jean-François, Mayer Georg, Mélin Joëlle

GUE/NGL

Mineur Anne-Marie

2

0

GUE/NGL

Scholz Helmut

VERTS/ALE

Hautala Heidi

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


OPINJONI tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (21.3.2017)

għall-Kumitat għall-Baġits

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Nru 466/2014/UE li tagħti garanzija tal-UE lill-Bank Ewropew tal-Investiment kontra telf minn operazzjonijiet ta' finanzjament li jappoġġaw proġetti ta' investiment barra mill-Unjoni Ewropea

(COM(2016)0583 – C8-0376/2016 – 2016/0275(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Aldo Patriciello

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Kuntest

Il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) huwa l-istituzzjoni ta' finanzjament tal-Unjoni li tikkontribwixxi għall-integrazzjoni, l-iżvilupp u l-koeżjoni Ewropea billi tiffinanzja proġetti b'appoġġ għall-politiki tal-UE. Għalkemm il-maġġoranza tal-proġetti ffinanzjati mill-BEI jinsabu fi ħdan l-Unjoni, il-BEI jwettaq ukoll operazzjonijiet barra mill-Unjoni. L-Unjoni tat lill-BEI għadd ta' mandati biex iwettaq ċerti operazzjonijiet ta' self taħt garanzija baġitarja tal-UE li tkopri l-perjodu 2014-2020, inkluż mandat ta' self estern tal-BEI (ELM) li jkopri l-operazzjonijiet tal-BEI barra mill-Unjoni.

Ir-rapporteur jagħraf li l-Unjoni, bħala attur globali, għandu jkollha rwol ta' tmexxija fl-indirizzar tat-tibdil fil-klima. Barra minn hekk, hu jirrikonoxxi li l-BEI għamel l-azzjoni klimatika waħda mill-prijoritajiet ewlenin tiegħu u żviluppa pożizzjoni ta' tmexxija fost l-istituzzjonijiet ta' finanzjament internazzjonali f'dan il-qasam billi inkorpora dawn il-prijoritajiet ambjentali fl-attivitajiet u fl-azzjonijiet tal-bank fi ħdan u barra mill-Unjoni.

Matul il-perjodu 2010-2014, il-BEI pprovda aktar minn EUR 90 biljun għal proġetti ta' azzjoni favur il-klima, u dan għamel lill-BEI wieħed mill-akbar finanzjaturi tal-klima globalment.

Il-finanzjament tal-BEI għal proġetti dwar it-tibdil fil-klima

Wara r-rieżami ta' nofs it-terminu tal-mandat attwali, li kkunsidra l-esperjenzi miksuba matul il-perjodu bejn l-2014 u l-2016, ir-rapporteur jilqa' din il-proposta leġiżlattiva adottata mill-Kummissjoni fl-14 ta' Settembru 2016.

Din il-proposta l-ġdida, mibnija fuq il-kisbiet tal-imgħoddi u l-isfidi affrontati, tagħmel referenza għall-ftehim ta' Pariġi adottat skont il-Konvenzjoni Qafas tan-NU dwar it-Tibdil fil-Klima, fejn il-gvernijiet qablu li jillimitaw it-tisħin globali għal ferm inqas minn 2 °C 'il fuq mil-livelli preindustrijali u għalhekk li jagħmlu tnaqqis rapidu tal-gassijiet b'effett ta' serra bl-aqwa tekniki disponibbli.

Konsegwentement, bir-rikonoxximent tal-ftehim bħala pass importanti fit-triq lejn ekonomija dinjija aktar sostenibbli, ir-rapporteur jappoġġa bis-sħiħ l-azzjonijiet kollha meħtieġa biex jallinjaw b'mod ġenerali l-għanijiet u l-operazzjonijiet tal-mandat ta' self estern, inkluż l-objettiv orizzontali ta' livell għoli reċentement miżjud biex jindirizza l-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni, mal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-NU. Dawn l-azzjonijiet jistgħu jikkontribwixxu direttament għal uħud minn dawn l-Għanijiet, bħall-ilma nadif u s-sanità, l-enerġija affordabbli u nadifa, l-industrija, l-innovazzjoni u l-infrastruttura, bliet u komunitajiet sostenibbli, l-azzjoni dwar il-klima, ix-xogħol deċenti u t-tkabbir ekonomiku.

Ir-rapporteur jilqa' l-proposta b'mod partikolari fir-rigward tal-għan tal-BEI li jsostni l-livell attwalment għoli ta' infiq favur il-klima skont l-ELM, billi jikkontribwixxi biex iżid l-investiment tiegħu relatat mal-klima fil-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp minn 25 % għal 35 % sal-2020.

Barra minn hekk, ir-rapporteur jappoġġa l-fatt li l-proposta tistipula dawn l-elementi ewlenin li ġejjin:

  L-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI, minkejja s-sitwazzjonijiet ferm differenti ta' pajjiżi madwar id-dinja, għandhom jappoġġaw il-proġetti ta' investiment għall-mitigazzjoni tat-tibdil u l-adattament fil-klima li jikkontribwixxu għall-objettivi globali tal-Konvenzjoni Qafas tan-NU dwar it-Tibdil fil-Klima u tal-Ftehim ta' Pariġi, b'mod partikolari billi jiġu evitati jew jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra fl-oqsma tal-enerġija rinnovabbli, bl-effiċjenza fl-enerġija u t-trasport sostenibbli, jew billi tiżdied ir-reżiljenza għall-impatti negattivi tat-tibdil fil-klima fuq il-pajjiżi, is-setturi u l-komunitajiet vulnerabbli.

  Għalkemm il-BEI kien l-ewwel istituzzjoni finanzjarja internazzjonali li sistematikament introduċa kost għall-karbonju fl-evalwazzjoni tal-proġetti tiegħu, il-kriterji ta' eliġibbiltà għall-proġetti ta' azzjoni klimatika għandhom ikunu dawk definiti fl-istrateġija tal-BEI dwar it-tibdil fil-klima li kienet aġġornata fl-2015. Abbażi tal-metodoloġiji għall-valutazzjoni tal-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra tal-proġetti u l-varjazzjonijiet tal-emissjonijiet imfassla mill-BEI, għandha tiġi inkluża analiżi tal-marka tal-karbonju fil-proċedura tal-valutazzjoni ambjentali biex jiġi determinat jekk il-proposti tal-proġetti jottimizzawx it-titjib fl-effiċjenza tal-enerġija.

  Matul il-perjodu kopert minn din id-Deċiżjoni (2014-2020), il-BEI għandu jagħmel ħiltu biex jinżamm il-livell attwalment għoli tal-operazzjonijiet rilevanti favur il-klima, filwaqt li l-volum minimu ta' dawn l-operazzjonijiet għandu jirrappreżenta mill-inqas 25 % tal-operazzjonijiet ta' finanzjament totali tal-BEI.

  Il-BEI għandu jsaħħaħ l-elementi ta' adattament fil-kontribuzzjoni tiegħu għal proġetti dwar it-tibdil fil-klima.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel jistieden lill-Kumitat għall-Baġits, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda    1

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  Jenħtieġ li jiġi żviluppat qafas ġdid ta' sħubija ma' pajjiżi terzi orjentat lejn ir-riżultati li jikkunsidra l-politiki u l-istrumenti kollha tal-Unjoni. Bħala parti minn dan il-qafas ġdid ta' sħubija, il-Pjan ta' Investiment Estern jenħtieġ li jiġi stabbilit biex jappoġġa l-investimenti f'reġjuni barra mill-Unjoni, filwaqt li jikkontribwixxi għall-kisba tal-għan ta' żvilupp sostenibbli. Jenħtieġ ukoll li jissodisfa l-objettivi tal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli u l-objettivi segwiti mill-istrumenti finanzjarji l-oħra għall-azzjoni esterna.

(2)  Jenħtieġ li jiġi żviluppat qafas ġdid ta' sħubija ma' pajjiżi terzi orjentat lejn ir-riżultati li jikkunsidra l-politiki u l-istrumenti kollha tal-Unjoni. Bħala parti minn dan il-qafas ġdid ta' sħubija, il-Pjan ta' Investiment Estern jenħtieġ li jiġi stabbilit biex jappoġġa l-investimenti f'reġjuni barra mill-Unjoni, filwaqt li jikkontribwixxi għall-kisba tal-għan ta' żvilupp sostenibbli. Jenħtieġ ukoll li jissodisfa l-objettivi tal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli, il-Ftehim ta' Pariġi adottat skont il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima u l-objettivi segwiti mill-istrumenti finanzjarji l-oħra għall-azzjoni esterna.

Ġustifikazzjoni

Bil-Ftehim ta' Pariġi dwar il-Klima, il-gvernijiet qablu li jillimitaw it-tisħin globali għal ferm inqas minn 2 °C 'il fuq mil-livelli preindustrijali u għalhekk li jagħmlu tnaqqis ta' emissjonijiet ta' gass b'effett ta' serra bl-aqwa tekniki disponibbli. Huma impenjaw ukoll li jappoġġaw lill-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp fl-isforzi tagħhom lejn l-adattament għat-tibdil fil-klima.

Emenda     2

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  Wara l-Ftehim ta' Pariġi adottat taħt il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-klima4, jenħtieġ li l-għan tal-BEI jkun li jinżamm il-livell għoli attwali ta' nfiq rilevanti għall-klima taħt l-ELM, filwaqt li jikkontribwixxi għaż-żieda tal-investiment tiegħu relatat mal-klima fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw minn 25 % għal 35 % sal-2020.

(13)  Wara l-Ftehim ta' Pariġi adottat taħt il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-klima4, jenħtieġ li l-għan tal-BEI jkun li jinżamm il-livell għoli attwali ta' nfiq rilevanti għall-klima taħt l-ELM, filwaqt li jikkontribwixxi għaż-żieda tal-investiment tiegħu relatat mal-klima fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw minn 25 % għal 35 % sal-2020. Barra minn hekk, il-BEI għandu jaħdem biex jelimina gradwalment proġetti li ma jikkontribwixxux għall-objettivi tal-Unjoni dwar il-klima u t-tranżizzjoni lejn ekonomija b'użu baxx tal-karbonju.

_________________

_________________

4Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/590 tal-11 ta' April 2016 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim ta' Pariġi adottat skont il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (ĠU L 103, 19.4.2016, p. 1).

4Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/590 tal-11 ta' April 2016 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim ta' Pariġi adottat skont il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (ĠU L 103, 19.4.2016, p. 1).

Emenda     3

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt bb (ġdid)

Deċiżjoni 466/2014/UE

Artikolu 3 – paragrafu 6

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(b b)  il-paragrafu 6 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"6. L-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI li jappoġġaw l-għanijiet ġenerali previsti fil-punt (b) tal-paragrafu 1 għandhom jappoġġaw il-proġetti ta' investiment fil-biċċa l-kbira fl-oqsma tat-trasport, l-enerġija, l-infrastruttura ambjentali, it-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, is-saħħa u l-edukazzjoni. Dan jinkludi l-produzzjoni u l-integrazzjoni tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli, it-trasformazzjoni tas-sistemi tal-enerġija li jippermettu l-bidla għal teknoloġiji u fjuwils b'livell inqas intensiv tal-karbonju, is-sigurtà tal-enerġija u l-infrastruttura tal-enerġija sostenibbli, inkluż għall-produzzjoni tal-gass u t-trasport tal-gass lejn is-suq tal-enerġija tal-Unjoni, kif ukoll l-elettrifikazzjoni ta' żoni rurali, l-infrastruttura ambjentali, bħall-ilma u s-sanità u l-infrastruttura ekoloġika, it-telekomunikazzjoni u l-infrastruttura tan-netwerk tal-broadband.

"6. L-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI li jappoġġaw l-għanijiet ġenerali previsti fil-punt (b) tal-paragrafu 1 għandhom jappoġġaw il-proġetti ta' investiment fil-biċċa l-kbira fl-oqsma tat-trasport, l-enerġija, l-infrastruttura ambjentali, it-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, is-saħħa u l-edukazzjoni. Dan jinkludi l-produzzjoni u l-integrazzjoni tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli, it-trasformazzjoni tas-sistemi tal-enerġija li jippermettu l-bidla għal teknoloġiji u fjuwils b'livell inqas intensiv tal-karbonju, is-sigurtà tal-enerġija u l-infrastruttura tal-enerġija sostenibbli, inkluż l-elettrifikazzjoni ta' żoni rurali, l-infrastruttura ambjentali, bħall-ilma u s-sanità u l-infrastruttura ekoloġika, it-telekomunikazzjoni u l-infrastruttura tan-netwerk tal-broadband. L-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI ma għandhomx jikkontribwixxu għal produzzjoni ġdida ta' enerġija mill-faħam u lanqas ma għandhom iżidu d-dipendenza fuq il-faħam;

(http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?qid=1488461953197&uri=CELEX:02014D0466-20160926)

Ġustifikazzjoni

L-allinjament tal-kundizzjonijiet għall-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI fil-qasam tal-enerġija mal-pożizzjoni tal-Parlament dwar l-appoġġ tal-ETS għall-modernizzazzjoni tas-settur tal-enerġija. Il-proġetti ta' finanzjament għall-produzzjoni tal-gass u għat-trasport għas-suq tal-enerġija tal-Unjoni m'għandhomx ikunu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-istrument li jkollu l-għan li jindirizza l-kawżi ewlenin tal-migrazzjoni billi jikkontribwixxi biex jintlaħqu l-għanijiet ta' żvilupp sostenibbli.

Emenda    4

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt c

Deċiżjoni 466/2014/UE

Artikolu 3 – paragrafu 7 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI li jappoġġaw l-objettivi ġenerali stabbiliti fil-punt (c) tal-paragrafu 1 għandhom jappoġġaw il-proġetti ta' investiment fil-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih li jikkontribwixxu għall-objettivi globali tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima, b'mod partikolari billi jiġu evitati jew jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra fl-oqsma tal-enerġija rinnovabbli, l-effiċjenza fl-enerġija u t-trasport sostenibbli, jew billi tiżdied ir-reżiljenza għall-impatti negattivi tat-tibdil fil-klima fuq il-pajjiżi, is-setturi u l-komunitajiet vulnerabbli.

Bir-rikonoxximent tat-tibdil fil-klima bħala l-akbar sfida globali ta' żmienna, u sabiex ikun evitat li r-riskju marbut mal-klima jimmina serjament l-isforzi li ttieħdu s'issa biex jitjieb il-benessri, b'mod partikolari fir-reġjuni l-aktar foqra tad-dinja, l-operazzjonijiet ta' finanzjament tal-BEI li jappoġġaw l-objettivi ġenerali stabbiliti fil-punt (c) tal-paragrafu 1 għandhom jappoġġaw il-proġetti ta' investiment fil-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih li jikkontribwixxu għall-objettivi globali tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima. B'mod partikolari, dawk il-miri ambizzjużi għandhom jitwettqu billi jiġu evitati jew jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra fl-oqsma tal-enerġija rinnovabbli, l-effiċjenza fl-enerġija u t-trasport sostenibbli, jew billi tiżdied ir-reżiljenza għall-impatti negattivi tat-tibdil fil-klima fuq il-pajjiżi, is-setturi u l-komunitajiet vulnerabbli.

Ġustifikazzjoni

Wieħed mill-ostakli fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima hu li jkunu disponibbli l-investimenti meħtieġa f'din it-tranżizzjoni, speċjalment fir-reġjuni l-aktar foqra tad-dinja. Hu importanti li jkunu żviluppati soluzzjonijiet innovattivi ta' finanzjament tal-klima li jindirizzaw in-nuqqasijiet tas-suq u li jaħtfu l-opportunitajiet biex jiġi attirat il-finanzjament privat, inkluż permezz tas-suq tal-kapital.

Emenda     5

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt c

Deċiżjoni 466/2014/UE

Artikolu 3 – paragrafu 7 – subparagrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Matul il-perjodu kopert minn din id-Deċiżjoni, l-EIB għandu jagħmel ħiltu biex jinżamm il-livell għoli attwali tal-operazzjonijiet rilevanti għall-klima, filwaqt li l-volum minimu ta' dawn l-operazzjonijiet għandu jirrappreżenta mill-inqas 25 % tal-operazzjonijiet ta' finanzjament kollha tal-BEI.

Matul il-perjodu kopert minn din id-Deċiżjoni, il-BEI għandu jagħmel ħiltu biex jinżamm il-livell għoli tal-operazzjonijiet rilevanti għall-klima, li l-volum tagħhom għandu jirrappreżenta mill-inqas 25 % tal-operazzjonijiet ta' finanzjament kollha tal-BEI barra mill-Unjoni, u din il-mira għandha tiżdied gradwalment għal tal-inqas 35 % sal-2020.

Emenda    6

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt c

Deċiżjoni 466/2014/UE

Artikolu 3 – paragrafu 7a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

‘7a.  Jenħtieġ li jsiru kunsiderazzjonijiet tal-klima b'mod adatt fl-attivitajiet kollha mwettqa mill-Mandat ta' Self Estern tal-BEI biex jiġu żgurati benefiċċji kull meta hu possibbli u fattibbli. Minkejja l-volumi ta' self sinifikanti u l-firxa settorjali wiesgħa tal-proġetti appoġġati, għandhom isiru aktar sforzi sabiex l-azzjonijiet ambjentali tal-BEI u l-istrumenti ta' integrazzjoni jsiru aktar effettivi, b'mod partikolari bl-estensjoni wiesgħa, fejn possibbli, tal-kopertura ta' politiki settorjali u bl-iżvilupp tal-valutazzjoni tar-riskju u tal-vulnerabilità tal-klima.

Ġustifikazzjoni

L-integrazzjoni tal-kunsiderazzjonijiet tat-tibdil fil-klima fi ħdan l-istandards, il-metodi u l-proċessi kollha tal-BEI, se jgħinu biex isaħħu l-impatt ambjentali tal-attivitajiet ta' finanzjament tal-BEI.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Garanzija tal-UE lill-Bank Ewropew tal-Investiment kontra telf minn operazzjonijiet ta’ finanzjament li jappoġġaw proġetti ta’ investiment barra mill-Unjoni Ewropea

Referenzi

COM(2016)0583 – C8-0376/2016 – 2016/0275(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

6.10.2016

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

6.10.2016

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Aldo Patriciello

13.10.2016

Eżami fil-kumitat

27.2.2017

 

 

 

Data tal-adozzjoni

21.3.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

54

1

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marco Affronte, Margrete Auken, Zoltán Balczó, Ivo Belet, Biljana Borzan, Paul Brannen, Soledad Cabezón Ruiz, Nessa Childers, Birgit Collin-Langen, Mireille D’Ornano, Miriam Dalli, Seb Dance, Angélique Delahaye, Stefan Eck, Bas Eickhout, José Inácio Faria, Francesc Gambús, Gerben-Jan Gerbrandy, Jens Gieseke, Julie Girling, Sylvie Goddyn, Françoise Grossetête, Jytte Guteland, György Hölvényi, Anneli Jäätteenmäki, Benedek Jávor, Karin Kadenbach, Kateřina Konečná, Urszula Krupa, Giovanni La Via, Peter Liese, Norbert Lins, Valentinas Mazuronis, Gesine Meissner, Susanne Melior, Miroslav Mikolášik, Piernicola Pedicini, Pavel Poc, Julia Reid, Frédérique Ries, Michèle Rivasi, Annie Schreijer-Pierik, Davor Škrlec, Renate Sommer, Estefanía Torres Martínez, Nils Torvalds, Adina-Ioana Vălean, Damiano Zoffoli

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Guillaume Balas, Nicola Caputo, Carlos Zorrinho, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Jan Keller, Arne Lietz, Stefano Maullu

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

54

+

ALDE

Gerben-Jan Gerbrandy, Anneli Jäätteenmäki, Valentinas Mazuronis, Gesine Meissner, Frédérique Ries, Nils Torvalds

ECR

Julie Girling, Urszula Krupa

EFDD

Piernicola Pedicini

ENF

Mireille D'Ornano, Sylvie Goddyn

GUE/NGL

Stefan Eck, Kateřina Konečná, Estefanía Torres Martínez

NI

Zoltán Balczó

EPP

Ivo Belet, Birgit Collin-Langen, Angélique Delahaye, José Inácio Faria, Francesc Gambús, Jens Gieseke, Françoise Grossetête, György Hölvényi, Giovanni La Via, Peter Liese, Norbert Lins, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska, Stefano Maullu, Miroslav Mikolášik, Annie Schreijer-Pierik, Renate Sommer, Adina-Ioana Vălean

S&D

Guillaume Balas, Biljana Borzan, Paul Brannen, Soledad Cabezón Ruiz, Nicola Caputo, Nessa Childers, Miriam Dalli, Seb Dance, Jytte Guteland, Karin Kadenbach, Jan Keller, Arne Lietz, Susanne Melior, Pavel Poc, Damiano Zoffoli, Carlos Zorrinho

Verts//ALE

Marco Affronte, Margrete Auken, Bas Eickhout, Benedek Jávor, Michèle Rivasi, Davor Škrlec

1

-

EFDD

Julia Reid

0

0

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Garanzija tal-UE lill-Bank Ewropew tal-Investiment kontra telf minn operazzjonijiet ta’ finanzjament li jappoġġaw proġetti ta’ investiment barra mill-Unjoni Ewropea

Referenzi

COM(2016)0583 – C8-0376/2016 – 2016/0275(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

14.9.2016

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

6.10.2016

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFET

6.10.2016

DEVE

6.10.2016

INTA

6.10.2016

ECON

6.10.2016

 

ENVI

6.10.2016

 

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

ECON

12.10.2016

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Eider Gardiazabal Rubial

10.10.2016

 

 

 

Data tal-adozzjoni

27.3.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

28

3

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Nedzhmi Ali, Jean Arthuis, Reimer Böge, Lefteris Christoforou, Eider Gardiazabal Rubial, Jens Geier, Ingeborg Gräßle, Iris Hoffmann, Monika Hohlmeier, Bernd Kölmel, Zbigniew Kuźmiuk, Clare Moody, Siegfried Mureşan, Jan Olbrycht, Paul Rübig, Patricija Šulin, Eleftherios Synadinos, Inese Vaidere, Tiemo Wölken, Stanisław Żółtek

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Nicola Caputo, Heidi Hautala, Ivana Maletić, Marco Valli

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Iratxe García Pérez, Ramón Jáuregui Atondo, Luigi Morgano, Inmaculada Rodríguez-Piñero Fernández, Fernando Ruas, Ramón Luis Valcárcel Siso

Data tat-tressiq

31.3.2017


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

28

+

ALDE

Nedzhmi Ali, Jean Arthuis

ECR

Zbigniew Kuźmiuk, Bernd Kölmel

PPE

Reimer Böge, Lefteris Christoforou, Ingeborg Gräßle, Monika Hohlmeier, Ivana Maletić, Siegfried Mureşan, Jan Olbrycht, Fernando Ruas, Paul Rübig, Inese Vaidere, Ramón Luis Valcárcel Siso, Patricija Šulin

S&D

Nicola Caputo, Iratxe García Pérez, Eider Gardiazabal Rubial, Jens Geier, Iris Hoffmann, Ramón Jáuregui Atondo, Arndt Kohn, Clare Moody, Luigi Morgano, Inmaculada Rodríguez-Piñero Fernández, Tiemo Wölken

Verts/ALE

Heidi Hautala

3

-

EFDD

Marco Valli

ENF

Stanisław Żółtek

NI

Eleftherios Synadinos

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Avviż legali