Proċedura : 2016/2206(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0149/2017

Testi mressqa :

A8-0149/2017

Dibattiti :

PV 26/04/2017 - 19
CRE 26/04/2017 - 19

Votazzjonijiet :

PV 27/04/2017 - 5.24

Testi adottati :

P8_TA(2017)0155

RAPPORT     
PDF 875kWORD 76k
31.3.2017
PE 593.896v03-00 A8-0149/2017

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-aġenziji tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015: prestazzjoni, ġestjoni finanzjarja u kontroll

(2016/2206(DEC))

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

Rapporteur: Inés Ayala Sender

1. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

1. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-aġenziji tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015: prestazzjoni, ġestjoni finanzjarja u kontroll

(2016/2206(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjonijiet tiegħu dwar il-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-aġenziji tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għall-kwittanza għas-sena finanzjarja 2014 (COM(2016)0674) u d-dokumenti ta' ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanjawh (SWD(2016)0338 u SWD(2016)0339),

–  wara li kkunsidra r-rapporti annwali speċifiċi tal-Qorti tal-Awdituri(1) dwar il-kontijiet annwali tal-aġenziji deċentralizzati għas-sena finanzjarja 2015,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(2), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar ir-regolament finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 110 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport speċjali tal-Qorti tal-Awdituri Nru 12/2016 dwar "L-użu li l-aġenziji jagħmlu minn għotjiet: mhuwiex dejjem xieraq u mhux dejjem jista' jintwera li huwa effettiv",

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali kif ukoll tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0149/2017),

A.  billi din ir-riżoluzzjoni fiha, għal kull entità skont it-tifsira tal-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, l-osservazzjonijiet trasversali li jakkumpanjaw id-deċiżjonijiet ta' kwittanza skont l-Artikolu 110 tar-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 u l-Artikolu 3 tal-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament,

B.  billi, fil-kuntest tal-proċedura ta' kwittanza, il-Parlament jisħaq fuq l-importanza speċjali li nkomplu nsaħħu l-leġittimità demokratika tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni permezz ta' titjib fit-trasparenza u r-responsabilità, bl-implimentazzjoni tal-kunċett ta' bbaġitjar abbażi tal-prestazzjoni u governanza tajba tar-riżorsi umani;

1.  Jenfasizza li l-aġenziji għandhom influwenza sinifikanti fuq il-politiki u t-teħid ta' deċiżjonijiet u fuq l-implimentazzjoni tal-programmi f'oqsma ta' importanza vitali għaċ-ċittadini Ewropej, bħalma huma s-saħħa, l-ambjent, id-drittijiet tal-bniedem u soċjali, il-migrazzjoni, ir-rifuġjati, l-innovazzjoni, is-superviżjoni finanzjarja, is-sikurezza u s-sigurtà; itenni l-importanza tal-kompiti mwettqa mill-aġenziji u l-impatt dirett li għandhom fuq il-ħajja ta' kuljum taċ-ċittadini tal-Unjoni; jinsisti fuq l-impatt pożittiv li l-aġenziji għandhom itejbu l-viżibilità tal-Unjoni fl-Istati Membri; itenni wkoll l-importanza li l-awtonomija tal-aġenziji, b'mod partikolari dik tal-aġenziji regolatorji u ta' dawk li għandhom il-funzjoni tal-ġbir indipendenti tal-informazzjoni; ifakkar li r-raġuni ewlenija għat-twaqqif tal-aġenziji kienet għall-fini li jitwettqu valutazzjonijiet indipendenti ta' natura teknika jew xjentifika;

2.  Jinnota mis-sommarju tal-Qorti tal-Awdituri (il-"Qorti") dwar ir-riżultati tal-awditi annwali tagħha tal-2015 tal-Aġenziji Ewropej u korpi oħra (is-"Sommarju tal-Qorti") li l-baġit 2015 tal-aġenziji ammonta għal madwar EUR 2,8 biljun, li jirrappreżenta żieda ta' 7,7 % meta mqabbel mal-2014 u madwar 2 % tal-baġit ġenerali tal-Unjoni; jindika li l-ikbar parti tal-baġit tal-aġenziji huwa ffinanzjat minn sussidji tal-Kummissjoni, filwaqt li l-bqija huwa introjtu minn tariffi jew minn sorsi oħra li jammonta għal kważi terz;

3.  Jieħu nota li l-aġenziji jimpjegaw 9 965 membru permanenti, temporanju, kuntrattwali jew issekondat li jirrappreżentaw żieda ta' 6,25 % meta mqabbla ma' dik tas-sena ta' qabel, b'hekk joħolqu l-ħtieġa li jsir monitoraġġ mill-qrib tal-iżviluppi f'dan ir-rigward; jifhem madankollu li l-għadd ta' membri tal-persunal żdied l-aktar f'aġenziji li jittrattaw kwistjonijiet ta' migrazzjoni u għall-prevenzjoni ta' delitti serji u terroriżmu, li t-tnejn li huma ġġeddu u ssaħħu bħala prijoritajiet tal-Unjoni fl-2015;

4.  Jinnota mis-sommarju tal-Qorti li kien ħareġ opinjoni mhux kwalifikata dwar l-affidabilità tal-kontijiet annwali tal-aġenziji kollha minbarra l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (Frontex); jinnota, barra minn hekk, li t-tranżazzjonijiet ta' bażi tal-kontijiet tal-aġenziji kienu legali u regolari għall-aġenziji kollha għajr għall-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT) li għalih il-Qorti ħarġet opinjoni kwalifikata;

5.  Jirrikonoxxi li fl-2015 l-aġenziji pproċedew bl-eżekuzzjoni tal-programmi ta' ħidma tagħhom, kif kien previst; jinnota madankollu li d-diskussjonijiet li għaddejjin dwar ir-reviżjoni tar-Regolament Finanzjarju u tal-qafas finanzjarju pluriennali futur wara l-2020 jippreżentaw opportunità prezzjuża biex tittieħed ħarsa 'l quddiem u biex jiġu sfruttati dawn l-opportunitajiet biex jimplimentaw bidla pożittiva rigward il-ġestjoni tal-baġits tal-aġenziji, ir-riżultati u l-programmi ta' ħidma pluriennali tagħhom;

6.  Ifakkar li d-diskussjoni dwar l-abbozzi ta' programmi ta' ħidma annwali u l-istrateġiji pluriennali tal-aġenziji fil-kumitati responsabbli għandhom jgħinu biex jiġi żgurat li l-programmi u l-istrateġiji jkunu bilanċjati, jirriflettu l-prijoritajiet politiċi reali u jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti fl-istrateġija Ewropa 2020;

7.  Jinnota b'sodisfazzjon li xi aġenziji diġà jikkooperaw skont il-gruppi tematiċi tagħhom, bħalma huma l-aġenziji tal-ġustizzja u l-intern(4) u l-awtoritajiet superviżorji Ewropej(5); jinkoraġġixxi aġenziji oħrajn li ma jkunux diġà bdew, biex jikkooperaw aktar ma' aġenziji oħra fi ħdan l-istess grupp tematiku kull meta jkun possibbli, mhux biss biex jistabbilixxu servizzi u sinerġiji komuni, iżda fl-oqsma ta' politika komuni tagħhom ukoll; jinkoraġġixxi lill-Qorti biex tikkunsidra li tippreżenta analiżi panoramika tal-oqsma ta' politika komuni tal-aġenziji; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill, meta jkunu qegħdin jiddeċiedu dwar it-trasferiment tal-aġenziji bbażati fir-Renju Unit biex iqisu wkoll il-possibbiltajiet għal aktar kooperazzjoni ma' aġenziji oħra fl-istess grupp tematiku u jintroduċi servizzi komuni;

8.  Jemmen li fil-qafas tad-diskussjonijiet dwar l-approċċ il-ġdid għal baġit tal-Unjoni bbażat fuq ir-riżultati, kif ukoll fuq il-bażi kemm tal-progress miksub fit-titjib tal-kooperazzjoni tematika u kif ukoll l-eżerċizzju magħmul mill-aġenziji fir-rapport "Kif l-aġenziji u l-korpi l-oħra tal-UE jikkontribwixxu għall-Istrateġija Ewropa 2020 u l-Aġenda tal-Kummissjoni Juncker?", l-istituzzjonijiet kollha involuti tal-Unjoni, jiġifieri l-Kummissjoni, il-Parlament u l-Qorti, għandhom ukoll jieħdu inkunsiderazzjoni dan l-approċċ tematiku fil-proċedura ta' kwittanza annwali, wara l-abbozz ta' proposta fl-Anness 1;

9.  Jinnota bi tħassib li l-aġenziji regolatorji tal-Unjoni responsabbli mill-valutazzjoni tar-riskju ta' prodotti regolati, b'mod partikolari l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi jew l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini m'għandhomx ir-riżorsi finanzjarji u ġuridiċi biex iwettqu l-missjoni tagħhom b'mod xieraq;

Approċċ komuni u l-Pjan Direzzjonali tal-Kummissjoni

10.  Ifakkar li f'Lulju 2012, il-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni adottaw approċċ komuni dwar l-aġenziji deċentralizzati(6) (l-"Approċċ Komuni"), ftehim politiku dwar il-ġestjoni futura u r-riforma tal-aġenziji; ifakkar barra minn hekk li l-Approċċ Komuni ġie implimentat permezz tal-Pjan Direzzjonali tal-Kummissjoni ta' Diċembru 2012 (il-"Pjan Direzzjonali");

11.  Jinnota t-tieni rapport ta' progress dwar l-implimentazzjoni tal-Approċċ Komuni u japprezza l-progress li sar f'ħafna oqsma favur ir-razzjonalizzazzjoni tal-funzjonament tagħhom; jilqa' l-isforzi tal-Kummissjoni u tal-aġenziji u l-progress li għamlu fl-implimentazzjoni tal-pjan direzzjonali;

12.  Jinnota li l-biċċa l-kbira tal-azzjonijiet tal-Pjan Direzzjonali implimentati mill-aġenziji għinu biex itejbu r-responsabilità u t-trasparenza, li juri ulterjorment l-isforzi konsiderevoli meħuda mill-aġenziji biex jimplimentaw l-Approċċ Komuni, minkejja pressjoni f'termini ta' riżorsi, u juri li l-aġenziji huma responsabbli, trasparenti u jagħtu rendikont ta' għemilhom; jinnota, barra minn hekk, kif osserva n-Netwerk tal-Aġenziji tal-UE ("in-Netwerk"), li l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet previsti fl-Approċċ Komuni hija effettivament kompluta;

13.  Madankollu jinsab imħasseb li l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet, barra minn hekk, kellha b'mod ġenerali, impatt negattiv fuq l-effiċjenza tal-aġenziji, kif ukoll li f'ċerti oqsma l-implimentazzjoni rriżultat f'żieda sinifikanti fl-ispejjeż, kemm f'termini ta' riżorsi umani kif ukoll finanzjarji; jinnota, barra minn hekk, li dawn l-ispejjeż miżjuda kienu esperjenzati matul l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet, iżda ser tkompli wkoll fuq bażi regolari fil-futur;

14.  Jirrikonoxxi l-piż amministrattiv li l-implimentazzjoni tal-Pjan Direzzjonali kkawżat lill-aġenziji, kif ukoll l-"esternalizzazzjoni" ta' diversi kompiti relatati mal-ġbir u l-konsolidament tad-data tal-aġenziji u l-input lin-Netwerk, b'mod partikolari fir-rigward tal-proċedura tal-baġit u tal-kwittanza; jistieden lill-Kummissjoni u lill-awtorità baġitarja sabiex jirrikonoxxu dawn l-isforzi; jistieden lin-Netwerk biex jagħti studju analitiku li jivvaluta jekk l-appoġġ attwalment ipprovdut mis-segretarjat permanenti eżistenti huwiex suffiċjenti biex jissodisfa l-ħtiġijiet tal-aġenziji;

15.  Jinnota li fil-kuntest tal-implimentazzjoni ta' mekkaniżmi ġodda biex jittejbu l-proċeduri ta' rappurtar, il-mekkaniżmi ta' rappurtar preċedenti għandhom jintemmu sabiex tiġi evitata duplikazzjoni ta' kompiti u sistemi ta' rappurtar doppju ħalli tintlaħaq effiċjenza ikbar;

16.  Jemmen li l-aġenziji għandhom ikomplu jiżviluppaw, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, il-Parlament u l-Qorti, indikaturi komprensivi li jkejlu r-riżultati ġenerali u l-effiċjenza tal-attivitajiet tagħhom; jinnota li l-għan ġenerali għandu jkun numru bilanċjat ta' indikaturi li jsaħħu t-trasparenza u r-responsabilità tal-aġenziji u jappoġġjaw deċiżjonijiet tal-awtorità baġitarja dwar l-allokazzjoni tal-baġit u l-persunal;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

17.  Ifakkar li l-prinċipju tal-annwalità huwa wieħed mit-tliet prinċipji bażiċi tal-kontabilità, flimkien ma' dawk tal-unità u tal-bilanċ, li huma indispensabbli biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effiċjenti tal-baġit tal-Unjoni; jieħu nota mis-sommarju tal-Qorti li l-aktar kwistjoni frekwenti tal-ġestjoni baġitarja u finanzjarja li taffettwa 32 aġenzija, meta mqabbla ma' 28 fl-2014, jibqa' livell għoli ta' riporti ta' approprjazzjonijiet impenjati; barra minn hekk jinnota mill-Qorti li, wara l-limitu tagħha ddefinit internament għat-titoli differenti tal-baġit tal-aġenziji, hija baqgħet tirrapporta dwar dawn il-kwistjonijiet;

18.  Jirrimarka, madankollu, li r-riporti ħafna drabi huma parzjalment jew għal kollox ġustifikabbli minħabba n-natura pluriennali tal-programmi operattivi tal-aġenziji, li mhux neċessarjament jindikaw dgħufijiet fl-ippjanar u fl-implimentazzjoni tal-baġit, u li lanqas ma jmorru dejjem kontra l-prinċipju baġitarju tal-annwalità; jirrikonoxxi l-fatt li l-ammonti riportati li jirriżultaw minn dawn il-programmi operattivi huma, f'ħafna każijiet, ippjanati minn qabel mill-aġenziji u jkunu kkomunikati lill-Qorti, li jiffaċilita d-distinzjoni espliċita bejn ir-riporti ppjanati u dawk mhux ippjanati;

19.  Jindika li l-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (Eurofound) qablet, fil-prinċipju, dwar distinzjoni trasparenti bejn riporti "ippjanati" u "mhux ppjanati" li ġiet segwita mill-Eurofound għal ħafna snin; iħeġġeġ lin-Netwerk, l-aġenziji u lill-Qorti biex jeżaminaw jekk il-proċedura għad-distinzjoni bejn ir-riporti ppjanati u dawk mhux ippjanati u l-komunikazzjonijiet trasparenti tagħhom tistax tiġi stabbilita, sakemm il-kwistjoni tkun inkluża fir-Regolament Finanzjarju;

20.  Jenfasizza li l-livell ta' tħassir ta' riporti huwa indikattiv ta' kemm l-aġenziji antiċipaw korrettament il-ħtiġijiet finanzjarji tagħhom, u li dan huwa indikatur aqwa ta' ppjanar baġitarju tajjeb milli huwa l-livell ta' riporti;

21.  Jenfasizza, għaldaqstant, il-ħtieġa li jiġu stabbiliti definizzjonijiet ċari ta' riporti "ppjanati u kkomunikati" sabiex jiġi ssemplifikat ir-rappurtar tal-Qorti dwar din il-kwistjoni, kif ukoll li tippermetti lill-awtorità ta' kwittanza biex wieħed jiddistingwi bejn ir-riporti li jindikaw ippjanar baġitarju skars u r-riporti bħala għodda għall-baġit li jappoġġjaw programmi ta' appoġġ pluriennali kif ukoll ippjanar tal-akkwist;

22.  Jitlob f'dan ir-rigward biex tiddaħħal id-definizzjoni ta' riporti "ppjanati u kkomunikati" flimkien ma' linji gwida neċessarji oħra fir-reviżjoni li jmiss tar-Regolament Finanzjarju u r-Regolament Finanzjarju Qafas; jistieden lill-Kummissjoni, il-Qorti u n-Netwerk biex jiddiskutu u jipproponu soluzzjonijiet possibbli għal din il-kwistjoni, bl-għan li jissemplifikaw b'mod partikolari il-ġestjoni finanzjarja fl-oqsma tal-programmazzjoni pluriennali u tal-akkwist;

23.  Josserva li r-rapporti awditjati tal-implimentazzjoni baġitarja ta' ċerti aġenziji huma differenti mil-livell ta' dettall ipprovdut mill-biċċa l-kbira tal-aġenziji l-oħra, li juri li hemm ħtieġa għal linji gwida ċari dwar ir-rappurtar tal-baġit mill-aġenziji. jirrikonoxxi li l-aġenziji bir-rappurtar differenti esternalizzaw ir-rwol ta' uffiċjal tal-kontabilità lill-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni, kif ukoll li l-livell ta' dettall differenti huwa bbażat fuq il-prattiki tar-rappurtar tal-Kummissjoni; jappoġġja l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tistabbilixxi linji gwida għal rappurtar tal-baġit tal-aġenziji għall-kontijiet tal-2016; jistieden lin-Netwerk u lill-Kummissjoni biex jirrapportaw lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-iżviluppi futuri rigward din il-kwistjoni;

24.  Jinnota li l-aġenziji ġeneralment aġġudikaw u ħallsu l-għotjiet b'mod konformi mar-regoli; jistieden lill-aġenziji jtejbu l-ġestjoni tal-għotja u jiffukaw fuq it-tkejjil tal-effettività tal-għotjiet li ngħataw;

25.  Iħeġġeġ lill-aġenziji kollha biex kull wieħed u waħda minnhom jifformulaw pjan komprensiv tal-kontinwità tal-attivitajiet li jindirizza r-riskji konnessi tal-ibbaġitjar u l-volatilità tal-attivitajiet li jistgħu jinħolqu bħala riżultat ta' avvenimenti jew ċirkostanzi serji u mhux mistennija;

26.  Jilqa' s-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti fir-rapport speċjali tagħha Nru 12/2016 dwar l-użu li l-aġenziji jagħmlu minn għotjiet;

Kooperazzjoni fost l-aġenziji u ma' istituzzjonijiet oħra – servizzi u sinerġiji komuni

27.  Jenfasizza l-benefiċċji tal-kondiviżjoni tas-servizzi, li jippermettu applikazzjoni konsistenti tar-regoli u l-proċeduri ta' implimentazzjoni amministrattivi li jikkonċernaw ir-riżorsi umani u kwistjonijiet finanzjarji, kif ukoll titjib fl-effiċjenza potenzjali tas-servizzi ta' kondiviżjoni bejn l-aġenziji, b'mod partikolari meta wieħed iqis it-tnaqqis li l-baġit u l-persunal tal-aġenziji qed jiffaċċjaw;

28.  Jinnota bi tħassib li ċerti aġenziji għad għandhom is-sedi operattivi u amministrattivi doppji; iqis li hu essenzjali li s-sedi doppji li ma joffru l-ebda valur miżjud operattiv għandhom jitneħħew mill-aktar fis possibbli;

29.  Jirrikonoxxi mill-osservazzjonijiet tan-Netwerk li bl-għan li jiġi garantit titjib fl-effiċjenza f'termini ta' riżorsi finanzjarji u umani, l-aġenziji ħadmu biex jevitaw id-duplikazzjoni u jagħmlu l-informazzjoni tajba, korretta u faċilment aċċessibbli; jinnota b'sodisfazzjon li dawn l-isforzi jirriżultaw f'katalgu ta' servizzi komuni online fejn l-aġenziji kollha fi ħdan in-Netwerk huma mistennija li jipparteċipaw fih, jew billi joffru u jipproponu servizzi ġodda jew billi jitolbu servizzi permezz ta' pjattaforma ċentralizzata, u fejn, minn Jannar 2017, 21 aġenzija joffru total ta' 184 servizz li jridu jiġu kondiviżi, inkluż l-iskambju ta' dokumentazzjoni u parteċipazzjoni fil-fora ta' esperti;

30.  Jirrikonoxxi, barra minn hekk, li l-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) u l-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd iffirmaw proġett pilota ta' "prova tal-kunċett" li jista' jservi biex jesploraw il-vijabilità tal-EUIPO biex jipprovdu servizzi tal-IT għal irkupru minn diżastri bi prezz baxx ħafna għal aġenziji oħra fi ħdan in-Netwerk; jaqbel li skema bħal din tista' ġġib mhux biss benefiċċji f'termini ta' servizzi tal-ICT aħjar u spejjeż operattivi iktar baxxi, iżda wkoll Netwerk aktar b'saħħtu u użu miżjud tal-ICT; jistieden lin-Netwerk biex jirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-iżviluppi ulterjuri rigward dan il-proġett pilota;

31.  Josserva li l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA), f'isem 20 aġenzija, nediet sejħa għall-offerti konġunta bl-għan li jintgħażel fornitur tal-"Cloud Service Brokerage"; jinnota b'sodisfazzjon li l-kuntratt, aġġudikat f'Settembru 2016, jista', skont l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, jipprovdi ffrankar finanzjarju kumplessiv ta' EUR 2,5 miljun lill-aġenziji;

32.  Jirrikonoxxi li n-Netwerk bħalissa qed jiżviluppa għodda ġdida dwar l-akkwist konġunt, li hija inkluża fi ħdan żona ta' servizzi komuni fl-"Extranet tal-Aġenziji tal-UE"; jinnota b'sodisfazzjon li din l-għodda sservi u tappoġġja diversi aġenziji, biex b'hekk jinħoloq effett ta' lieva addizzjonali għall-kondiviżjoni ta' fornitur tas-servizz estern komuni, bi tfaddil fir-riżorsi sussegwenti u effett tal-volum;

33.  Jenfasizza l-importanza tal-kooperazzjoni u l-iskambju ta' ideat u prattiki fost l-aġenziji fil-qafas tan-netwerk għall-iżvilupp tal-prestazzjoni tal-aġenziji tal-Unjoni, li jikkontribwixxi għal governanza aktar bilanċjata u aktar koerenza bejniethom; jenfasizza li n-netwerk jeħtieġ jikkontribwixxi għal aktar effiċjenza u mhux joħloq spejjeż addizzjonali u aktar burokrazija;

34.  Jilqa' ż-żieda fis-sistematizzazzjoni tal-kooperazzjoni bejn il-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ u ċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Professjonali, li toħloq aktar sinerġiji fil-mandati rispettivi tagħhom permezz tal-programm ta' ħidma annwali konġunt tagħhom, b'mod partikolari bl-iżvilupp ta' Qafas ta' Monitoraġġ komuni ta' Riga u bil-kollaborazzjoni tagħhom mal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol dwar il-finalizzazzjoni tal-ħidma fuq sitt linji gwida metodoloġiċi dwar l-antiċipazzjoni tal-ħiliet u l-adattament ta' għodod u metodi;

Ġestjoni tar-riżorsi umani

35.  Ifakkar li l-paragrafu 27 tal-Ftehim Interistituzzjonali(7) jitlob tnaqqis progressiv ta' 5 % tal-persunal fl-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji kollha li jrid isir bejn l-2013 u l-2017; jilqa' l-fatt li l-biċċa l-kbira tal-aġenziji diġà laħqu jew qabżu t-tnaqqis ta' 5 % abbażi tal-organigrammi rispettivi tagħhom għall-2012;

36.  Jinnota bi tħassib li l-Kummissjoni applikat imposta addizzjonali ta' 5 % tal-persunal għall-aġenziji sabiex toħloq ippuljar ta' riallokazzjoni minn fejn talloka postijiet għall-aġenziji b'kompiti ġodda fdati lilhom jew waqt fażi ta' tnedija; huwa partikolarment imħasseb li bi tnaqqis addizzjonali tal-persunal, it-twettiq tal-mandati u l-programmi ta' ħidma annwali tal-Aġenzija se jkunu dejjem aktar diffiċli, b'mod partikolari għall-aġenziji kklassifikati mill-Kummissjoni bħala "aġenziji b'veloċità kostanti"; jistieden lill-Kummissjoni u l-awtorità baġitarja biex jiżguraw li kwalunkwe miżura potenzjali ta' ffrankar ta' spejjeż ulterjuri ma xxekkilx il-kapaċità tal-aġenziji li jwettqu l-mandat tagħhom; jinnota li hemm ħafna każijiet fejn il-kapaċità tal-aġenziji biex iwettqu r-responsabilitajiet tagħhom tkun ġiet kompromessa, bħalma huma l-kapaċità tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel biex tiggarantixxi s-sikurezza tal-ikel, jew il-kapaċità tal-Eurofound biex twettaq kompiti ġodda relatati mal-migranti u r-rifuġjati;

37.  Jenfasizza li jkun tajjeb li l-bilanċ ġeografiku, speċifikament ir-relazzjoni bejn in-nazzjonalità tal-persunal u d-daqs tal-Istati Membri, jibqa' element importanti tal-ġestjoni tar-riżorsi, b'mod partikolari fir-rigward tal-Istati Membri li ngħaqdu mal-Unjoni mill-2004 'l hawn, u jilqa' l-fatt li l-aġenziji tal-Unjoni laħqu kompożizzjoni aktar ibbilanċjata bejn l-uffiċjali mill-Istati Membri li ngħaqdu mal-Unjoni qabel l-2004 u dawk li ngħaqdu wara; iżda jindika li dawn l-Istati Membri għadhom sottorappreżentati fil-livell superjuri tal-amministrazzjoni u fil-karigi maniġerjali, fejn għadu mistenni li jkun hemm progress;

38.  Huwa konvint li l-persunal tal-aġenziji ffinanzjat minn ħlasijiet magħmula mill-industrija, u konsegwentement mhux iffinanzjat mill-baġit tal-Unjoni, m'għandux, bħala prinċipju, ikun milqut minn tnaqqis addizzjonali tal-persunal 'il fuq minn 5 % kif mitlub mill-ftehim interistituzzjonali; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u l-awtorità baġitarja jittrattaw bħala każ separat l-aġenziji li huma ffinanzjati primarjament mill-baġit tal-Unjoni, u jressqu qafas speċifiku għall-aġenziji li huma ffinanzjati primarjament mill-industrija, li għandu jkun proporzjonat għas-servizzi mogħtija mill-aġenzija kkonċernata;

39.  Jinnota li permezz tal-implimentazzjoni ta' proġetti u programmi ffinanzjati mill-Unjoni, l-aġenziji għandhom rwol dirett fil-ħolqien tal-impjiegi madwar l-Unjoni; jinnota, barra minn hekk, li nħolqu impjiegi permezz tad-diversi programmi ta' finanzjament tal-Unjoni f'bosta modi differenti ħafna, inkluż l-użu ta' inċentivi, bħal bonusijiet, li jirriżultaw f'differenzi sinifikanti fil-kwalità tal-impjiegi maħluqa mill-Unjoni; iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tagħmel evalwazzjoni bir-reqqa u komprensiva dwar l-impatt ta' fondi, programmi u proġetti ffinanzjati permezz tal-baġit tal-Unjoni fuq il-ħolqien dirett ta' impjiegi; jitlob lill-Kummissjoni biex tippubblika tali evalwazzjoni malajr kemm jista' jkun u biex tippreżentaha lill-Parlament;

40.  Jirrikonoxxi l-isforzi meħuda biex tiġi stabbilita l-preżentazzjoni ugwali taż-żewġ sessi fost il-persunal u l-membri tal-maniġment tal-aġenziji; iħeġġeġ lil dawk l-aġenziji li t-tagħrif dwar il-persunal tagħhom juri bilanċ fis-sessi insodisfaċenti għal dan l-iżbilanċ biex ikomplu jirrettifikawh u biex jikkomunikaw ir-riżultati lill-awtorità ta' kwittanza mill-aktar fis possibbli;

Kunflitti ta' interess u trasparenza

41.  Jinnota min-Netwerk li l-aġenziji kollha diġà adottaw regoli ġeneriċi dwar l-iżvelar ta' informazzjoni protetta bħala parti mil-linji gwida tal-etika dwar l-iżvelar ta' informazzjoni protetta skont id-dispożizzjonijiet tar-regolamenti tal-persunal; jinnota bi tħassib, madankollu, li huma biss 65 % tal-aġenziji li adottaw aktar regoli interni dwar l-iżvelar ta' informazzjoni protetta; jirrikonoxxi l-osservazzjoni tan-Netwerk li, fil-każijiet fejn għad m'hemmx fis-seħħ regoli rilevanti, il-proċess għadu għaddej u għad irid jiġi adottat; jinnota li f'diversi każijiet, l-aġenziji qed jistennew li jingħataw gwida jew il-kontribut mill-Kummissjoni qabel ma jkunu jistgħu jiffinalizzaw ir-regoli tagħhom; jirrikonoxxi barra minn hekk li r-regoli għandhom jiġu ffinalizzati u implimentati fl-ewwel nofs tal-2017; jistieden lill-aġenziji li għadhom ma adottawx ir-regoli interni dwar l-iżvelar ta' informazzjoni protetta biex jagħmlu dan mingħajr dewmien u permezz ta' dan isaħħu l-politiki interni tagħhom dwar l-iżvelar ta' informazzjoni protetta sabiex irawmu kultura ta' trasparenza u responsabbiltà fuq il-post tax-xogħol, jinfurmaw u jħarrġu b'mod regolari lill-impjegati dwar dmirijiethom u drittijiethom, jiżguraw il-protezzjoni tal-informaturi minn ritaljazzjoni, isegwu s-sustanza tat-twissijiet tal-informaturi f'waqthom filwaqt li jżommu lill-informaturi u kull persuna involuta infurmata dwar il-progress tal-proċedura, u jistabbilixxu mezz għal rappurtar intern anonimu; jistieden lill-aġenziji jirrappurtaw lura annwalment lill-awtorità tal-kwittanza dwar numru ta' każijiet tal-informaturi u l-attivitajiet ta' segwitu tagħhom.; jistieden lill-aġenziji u bl-istess mod lill-Kummissjoni biex jipprovdu gwida u approvazzjoni xierqa fejn meħtieġ;

42.  Jinnota li minn 16-il aġenzija li jużaw gruppi ta' esperti, panels u kumitati xjentifiċi, 13 qiesu, fil-politiki tal-persunal tagħhom, it-tħassib imqajjem minn inkjesta fuq inizjattiva proprja tal-Ombudsman OI/6/2014/NF dwar il-kompożizzjoni tal-gruppi esperti tal-Kummissjoni; iħeġġeġ lill-aġenziji li jifdal biex iqisu t-tħassib tal-Ombudsman mill-aktar fis possibbli;

43.  Jieħu nota tal-fatt li s-CVs u d-dikjarazzjonijiet ta' interess tal-membri tal-bord tat-tmexxija, tal-persunal maniġerjali u tal-esperti interni ġew ippubblikati minn 84 % tal-aġenziji, meta mqabbla ma' 74 % fis-sena preċedenti; jinnota, barra minn hekk, li 60 % tal-aġenziji jiċċekkjaw il-korrettezza fattwali mogħtija tad-dikjarazzjonijiet ta' interess tal-esperti, tal-bord tat-tmexxija u l-persunal mill-inqas darba fis-sena; jistieden lill-aġenziji kollha biex jadottaw linji gwida stretti għal politika koerenti dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u biex jimplimentaw dan bi qbil mal-Pjan Direzzjonali dwar is-segwitu għal Approċċ Komuni; jistieden lill-aġenziji li jifdal li għadhom ma introduċewx tali politika sabiex jivverifikaw regolarment id-dikjarazzjonijiet sabiex ikunu żgurati s-sorveljanza u l-iskrutinju pubbliku meħtieġa tal-maniġment;

44.  Jilqa' l-isforzi tal-aġenziji biex jiżdiedu kemm jista' jkun it-trasparenza bil-pubblikazzjoni ta' dikjarazzjonijiet ta' interess u CVs fuq il-websajt tagħhom; jinnota madankollu, li f'diversi każijiet, ftit minn dawn id-dokumenti huma neqsin; ifakkar madankollu li l-aġenziji m'għandhomx id-dispożizzjonijiet xierqa fir-regolamenti fundaturi tagħhom biex jagħmlu tali dokument dispożizzjoni obbligatorja; jistenna, għalhekk, li kwalunkwe reviżjoni tar-regolamenti fundaturi tal-aġenziji ikkonċernati se jistipulaw dikjarazzjoni obbligatorja ta' interess u CV minn kull membru tal-bord; jistieden ukoll lill-Kummissjoni biex tieħu vantaġġ mir-reviżjoni li għaddejja tar-Regolament Finanzjarju biex bl-istess mod tindirizza din il-kwistjoni kemm jista' jkun;

45.  Jistieden lill-aġenziji biex, f'dan ir-rigward, tieħu aktar passi lejn ġestjoni aktar trasparenti; jenfasizza li l-monitoraġġ intern kostanti u effiċjenti hija essenzjali għall-monitoraġġ u l-iskoperta ta' kunflitti ta' interess possibbli;

46.  Jinnota li l-aġenziji wrew impenn lejn il-prevenzjoni, l-identifikazzjoni u l-iskoraġġiment ta' frodi jew kwalunkwe irregolarità oħra u t-twettiq ta' azzjonijiet xierqa fl-eventwalità li din isseħħ; jinnota b'sodisfazzjon li n-Netwerk stabbilixxa grupp ta' ħidma kontra l-frodi tan-Netwerk Legali Inter-Aġenzjali, bl-għan li jitjiebu l-approċċi standardizzati u armonizzati għal strateġiji kontra l-frodi fost l-Aġenziji; jirrikonoxxi l-osservazzjonijiet tan-Netwerk li l-biċċa l-kbira tal-aġenziji indikaw żieda fl-għarfien tal-prevenzjoni kontra l-frodi; jirrikonoxxi, barra minn hekk, li sabiex jiġu ffaċilitati u kondiviżi l-aħjar prattiki, kelliema mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi u/jew il-Qorti ġew mistiedna b'mod regolari għall-grupp ta' ħidma tan-Netwerk Legali Inter-Aġenzjali msemmi hawn fuq, biex jippreżentaw il-perspettiva istituzzjonali tagħhom kif ukoll biex jipprovdi appoġġ u jissensibilizzaw l-aġenziji dwar kwistjonijiet relatati ma' frodi;

47.  Jenfasizza li l-aġenziji kollha għandu jkollhom kontrolli u gwida fir-rigward tal-ispejjeż legali fir-rigward ta' proċedimenti ġudizzjarji li fihom kienet jew hija parti aġenzija; iħeġġeġ lill-aġenziji biex jaqsmu l-aħjar prattiki f'dan il-qasam;

48  Jistieden lill-aġenziji biex jiżviluppaw linji gwida komuni għall-applikazzjoni ta' aċċess pubbliku għad-dokumenti, speċjalment rigward id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali;

49.  Iħeġġeġ lill-aġenziji biex ikomplu jsaħħu l-viżibilità tagħhom u biex ikomplu jiżviluppaw diversi mezzi ta' komunikazzjoni li jippreżentaw il-ħidma tagħhom u l-attivitajiet għall-pubbliku ġenerali;

50.  F'bosta aġenziji, il-membri tal-bord ta' tmexxija u l-eżekuttivi ppubblikaw dikjarazzjoni ta' nuqqas ta' kunflitt ta' interess minflok dikjarazzjoni ta' interess; jissottolinja l-fatt li mhijiex responsabilità tal-bord ta' tmexxija jew tal-eżekuttivi li jiddikjaraw li m'għandhom l-ebda kunflitt ta' interess; jenfasizza li dan fih innifsu jikkostitwixxi kunflitt ta' interess; jitlob li ssir verifika indipendenti tad-dikjarazzjonijiet ta' interess;

Komunikazzjoni u viżibilità

51.  Jieħu nota li l-aġenziji qed jippromwovu attivament il-ħidma tagħhom permezz ta' diversi mezzi, b'mod partikolari billi jaġġornaw regolarment is-siti web tagħhom biex jipprovdu informazzjoni u jippromwovu l-ħidma mwettqa; jinnota, barra minn hekk, li l-midja soċjali qed issir aktar u aktar għodda ta' komunikazzjoni standard għall-aġenziji; josserva li open-days, kampanji mmirati u filmati li jispjegaw ix-xogħol bażiku tal-aġenziji huma wħud mill-attivitajiet użati fl-edukazzjoni taċ-ċittadini u li jipprovduhom b'opportunitajiet biex jitgħallmu aktar dwar il-ħidma tal-aġenziji u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni; jirrikonoxxi li l-attivitajiet tar-relazzjonijiet tal-midja ġenerali jew speċjalizzati huma regolarment imkejla permezz ta' indikaturi differenti, kif ukoll li kull aġenzija għandha l-pjan ta' komunikazzjoni tagħha b'attivitajiet speċifiċi mfassla apposta għall-bżonnijiet tagħha;

Kummenti oħra

52.  Itenni l-pożizzjoni tiegħu mill-proċeduri ta' kwittanza 2013 u 2014 li, skont il-ftehim tal-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni fil-paragrafu 54 tal-Approċċ Komuni, l-aspetti kollha tal-awditjar estern esternalizzat "jibqgħu taħt ir-responsabilità sħiħa tal-Qorti, li tamministra l-proċeduri amministattivi u ta' akkwist kollha meħtieġa"; itenni, barra minn hekk, li l-approċċ il-ġdid ta' awditjar li jinvolvi l-awdituri tas-settur privat irriżulta f'żieda sinifikanti fil-piż amministrattiv fuq l-aġenziji, kif ukoll li ż-żmien użat fuq l-akkwist u l-amministrazzjoni tal-kuntratti ta' awditjar ħoloq nefqa addizzjonali u b'hekk kien piż ulterjuri fuq ir-riżorsi li qed jonqsu tal-aġenziji; jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-kunflitti ta' interess possibbli f'każijiet fejn tali awdituri privati jew il-kumpaniji rispettivi tagħhom ukoll jieħdu xogħol ta' awditjar jew ta' konsulenza għal kumpaniji tas-settur privat b'interessi ekonomiċi ċari mal-aġenziji tal-Unjoni; jenfasizza li huwa importanti ħafna li tissolva din il-kwistjoni fil-kuntest tar-reviżjoni li għaddejja bħalissa tar-Regolament Finanzjarju u r-reviżjoni sussegwenti tar-Regolament Finanzjarju Qafas; jistieden lill-partijiet kollha involuti f'dawn ir-reviżjonijiet biex jipprovdu ċarezza dwar din il-kwistjoni bħala kwistjoni ta' urġenza sabiex jitnaqqas b'mod sinifikanti l-piż amministrattiv eċċessiv u biex jerġa' jkun hemm l-approċċ preferut ta' skema tal-awditjar pubblika;

53.  Jinnota mis-sommarju tal-Qorti li l-votazzjoni tar-referendum taċ-ċittadini tar-Renju Unit (UK) li jħalli l-Unjoni, li seħħ fit-23 ta' Ġunju 2016 u wara d-data tal-karta tal-bilanċ, ġie osservat fil-paragrafu "Kwistjonijiet oħrajn" fir-rapporti annwali tal-Awtorità Bankarja Ewropea u tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, li t-tnejn jinsabu f'Londra, flimkien ma' postijiet oħra tal-Unjoni fir-Renju Unit bħall-uffiċċji tal-informazzjoni tal-Unjoni; jinnota li dan il-paragrafu jiċċara li l-kontijiet u n-noti relatati taż-żewġ aġenziji tħejjew bl-użu tal-informazzjoni li kienet disponibbli fid-data tal-iffirmar ta' dawn il-kontijiet, meta r-riżultat tal-votazzjoni taċ-ċittadini tar-Renju Unit kien għadu mhux magħruf u n-notifika formali li tattiva l-Artikolu 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea kienet għadha ma ġietx ippreżentata; jirreferi, għal osservazzjonijiet dwar l-implikazzjonijiet speċifiċi għall-Awtorità Bankarja Ewropea u l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini dwar din il-kwistjoni, għar-riżoluzzjoni tiegħu ta' [ir-riżoluzzjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Awtorità Bankarja Ewropea għas-sena finanzjarja 2015 (XXXX XXXX 2017)] u [ir-riżoluzzjoni dwar il-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għas-sena finanzjarja 2015 (XXXX XXXX 2017)];

54.  Jinnota l-pubblikazzjoni simultanja ta' proposti għar-reviżjoni tar-regolamenti rispettivi li jistabbilixxu t-tliet aġenziji tripartitiċi tal-Unjoni f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fid-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar l-aġenziji deċentralizzati tad-19 ta' Lulju 2012; jenfasizza l-importanza li tinżamm u tittejjeb il-governanza tripartitika sħiħa attwali ta' dawn l-aġenziji, filwaqt li tiġi żgurata l-parteċipazzjoni attiva tal-awtoritajiet nazzjonali, tal-organizzazzjonijiet tal-impjegaturi Ewropej u tal-organizzazzjonijiet tal-ħaddiema Ewropej fil-governanza u fil-funzjonament tagħhom; ifakkar li ġie implimentat tnaqqis fil-persunal u jtenni t-tħassib tiegħu li aktar tnaqqis jista' jillimita l-kapaċità tal-aġenziji li jaqdu l-mandati tagħhom;

55.  Jinnota l-evalwazzjoni u l-kontroll tal-idoneità li għaddejjin bħalissa fil-konfront tal-erba' aġenziji tal-Unjoni taħt il-mandat tad-Direttorat Ġenerali għall-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni (DĠ EMPL), li kellhom jibdew f'Diċembru 2016 u jitlestew f'Diċembru 2017(8); huwa tal-fehma li dawn l-evalwazzjonijiet għandhom jikkontribwixxu għal deċiżjonijiet infurmati min-naħa tal-Parlament fir-rigward tal-effikaċja u l-impatt tal-kontributi tal-aġenziji; jenfasizza wkoll il-ħtieġa li jiġu sfruttati s-sinerġiji fl-attivitajiet tal-erba' aġenziji li jikkoinċidu ma' xulxin, kif ukoll bejn l-aġenziji u l-Kummissjoni nfisha, u li jiġi evitat xogħol doppju.

56.  Jilqa' r-riżultat solidu u l-flessibilità tal-aġenziji kollha fil-qasam tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja; jilqa' l-flessibilità tagħhom biex jadattaw ruħhom għal prijoritajiet politiċi li qed jevolvu u biex jirreaġixxu għal avvenimenti mhux mistennija; jiddispjaċih, madankollu, dwar in-nuqqas ta' indikaturi effettivi li jirriflettu l-impatt tal-ħidma tagħhom fuq is-sigurtà interna, il-migrazzjoni, il-ġestjoni tal-fruntieri u l-iżvilupp tad-drittijiet fundamentali; jilqa' l-isforzi li saru minn diversi aġenziji biex itejbu l-ġestjoni baġitarja tagħhom billi jottimizzaw l-użu tal-baġits tagħhom u billi jimplimentaw proċess ta' ppjanar baġitarju aħjar;

57.  Jilqa' l-impenn tal-aġenziji kollha tal-ġustizzja u l-affarijiet interni biex jipperfezzjonaw ulterjorment il-proċeduri baġitarji, iżda jenfasizza, madankollu, li l-prijorità tagħhom għandha tkun li jtejbu l-effiċjenza operattiva fil-post u li jindirizzaw il-kwistjonijiet strutturali identifikati mill-Qorti u mis-Servizz tal-Awditjar Intern;

58.  Jirrikonoxxi li twaqqfu għadd kbir ta' aġenziji fil-qasam tal-libertà, sigurtà u ġustizzja, iżda jtenni l-importanza tal-missjonijiet li jwettqu u l-impatt dirett li għandhom fuq il-ħajja taċ-ċittadini; jenfasizza li l-aġenziji kollha twaqqfu bħala rispons għal ħtiġijiet speċifiċi; jinsab konvint li l-aġenziji kollha f'dan il-qasam politiku jiżvolġu rwol distint u meħtieġ, li jipprovdi valur miżjud Ewropew;

59.  Jitlob li l-aġenziji kollha tal-ġustizzja u l-affarijiet interni jidentifikaw l-ostakli finanzjarji, l-ostakli relatati mar-riżorsi jew punti ta' konġestjoni oħra li jxekklu l-prestazzjoni operattiva tagħhom u li jitolbu li jsiru aġġustamenti f'waqthom.

0

0  0

60.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-aġenziji soġġetti għal din il-proċedura ta' kwittanza, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-Qorti, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

ANNESS 1: ABBOZZ TA' PROPOSTA GĦALL-IGGRUPPAR TA' AĠENZIJI GĦALL-KWITTANZA TAL-PE

KUMITATI PERMANENTI

 

AĠENZIJI TAL-UE

AFFARIJIET EKONOMIĊI U MONETARJI

EBA; EIOPA; ESMA

 

IMPJIEGI U AFFARIJIET SOĊJALI

CdT; EU-OSHA; Eurofound; Cedefop, ETF

AMBJENT, SAĦĦA PUBBLIKA U SIKUREZZA TAL-IKEL

EEA; EFSA; ECDC; ECHA; EMA

 

INDUSTRIJA, RIĊERKA U ENERĠIJA

EIT, ACER; BEREC; ENISA; EURATOM; GSA

 

TRASPORT U TURIŻMU

EASA; EMSA; ERA;

SAJD

EFCA

LIBERTAJIET ĊIVILI, ĠUSTIZZJA U AFFARIJIET INTERNI

Eurojust, FRA, Frontex, EASO; EMCDDA; CEPOL, eu-LISA; Europol

DRITTIJIET TAN-NISA U UGWALJANZA BEJN IS-SESSI,

EIGE

2.2.2017

OPINJONI tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-aġenziji tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015: prestazzjoni, ġestjoni finanzjarja u kontroll

(2016/2206(DEC))

Rapporteur għal opinjoni: Marian Harkin

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jinnota l-pubblikazzjoni simultanja ta' proposti għar-reviżjoni tar-regolamenti rispettivi li jistabbilixxu t-tliet aġenziji tripartitiċi tal-Unjoni f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fid-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-UE u l-Kummissjoni Ewropea dwar l-aġenziji deċentralizzati tad-19 ta' Lulju 2012; jenfasizza l-importanza li tinżamm u tittejjeb il-governanza tripartitika sħiħa attwali ta' dawn l-aġenziji, filwaqt li tiġi żgurata l-parteċipazzjoni attiva tal-awtoritajiet nazzjonali, tal-organizzazzjonijiet tal-impjegaturi Ewropej u tal-organizzazzjonijiet tal-ħaddiema Ewropej fil-governanza u fil-funzjonament tagħhom; ifakkar li ġie implimentat tnaqqis fil-persunal u jtenni t-tħassib tiegħu li aktar tnaqqis jista' jillimita l-kapaċità tal-aġenziji li jaqdu l-mandati tagħhom;

2.  Ifakkar li d-diskussjoni dwar l-abbozzi ta' programmi ta' ħidma annwali u l-istrateġiji pluriennali tal-aġenziji fil-kumitati responsabbli għandha tgħin biex jiġi żgurat li l-programmi u l-istrateġiji jkunu bilanċjati, jirriflettu l-prijoritajiet politiċi reali u jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti fl-istrateġija Ewropa 2020;

3.  Jenfasizza l-kooperazzjoni u l-iskambju ta' ideat u prattiki fost l-aġenziji fil-qafas tan-netwerk għall-iżvilupp tal-prestazzjoni tal-aġenziji tal-Unjoni, li jikkontribwixxi għal governanza aktar bilanċjata u aktar koerenza bejniethom; jenfasizza li n-netwerk jeħtieġ jikkontribwixxi għal aktar effiċjenza u mhux joħloq spejjeż addizzjonali u aktar burokrazija;

4.  Jilqa' ż-żieda fis-sistematizzazzjoni tal-kooperazzjoni bejn l-ETF u s-CEDEFOP, li toħloq aktar sinerġiji fil-mandati rispettivi tagħhom permezz tal-programm ta' ħidma annwali konġunt tagħhom, b'mod partikolari bl-iżvilupp ta' qafas komuni ta' monitoraġġ ta' Riga u bil-kollaborazzjoni tagħhom mal-ILO dwar il-finalizzazzjoni tal-ħidma fuq sitt linji gwida metodoloġiċi dwar l-antiċipazzjoni tal-ħiliet u l-adattament ta' għodod u metodi;

5.  Jinnota t-tieni rapport ta' progress dwar l-implimentazzjoni tal-Approċċ Komuni dwar l-aġenziji deċentralizzati tal-UE(9) u japprezza l-progress li sar f'ħafna oqsma favur ir-razzjonalizzazzjoni tal-funzjonament tagħhom; jilqa' l-isforzi tal-Kummissjoni u tal-aġenziji u l-progress li għamlu fl-implimentazzjoni tal-pjan direzzjonali;

6.  Jinnota l-evalwazzjoni u l-kontroll tal-idoneità li għaddejjin bħalissa fil-konfront tal-aġenziji tal-Unjoni taħt il-mandat tad-DĠ EMPL, li kellhom jibdew f'Diċembru 2016 u jitlestew f'Diċembru 2017(10); huwa tal-fehma li dawn l-evalwazzjonijiet għandhom jikkontribwixxu għal deċiżjonijiet infurmati min-naħa tal-Parlament fir-rigward tal-effikaċja u l-impatt tal-kontribut tal-aġenziji; jenfasizza wkoll il-ħtieġa li jiġu sfruttati s-sinerġiji fl-attivitajiet tal-erba' aġenziji li jikkoinċidu ma' xulxin, kif ukoll bejn l-aġenziji u l-Kummissjoni nfisha, u li jiġi evitat xogħol doppju.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

25.1.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

43

8

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Laura Agea, Brando Benifei, Vilija Blinkevičiūtė, Enrique Calvet Chambon, Ole Christensen, Martina Dlabajová, Lampros Fountoulis, Arne Gericke, Marian Harkin, Czesław Hoc, Agnes Jongerius, Rina Ronja Kari, Jan Keller, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Jean Lambert, Jérôme Lavrilleux, Patrick Le Hyaric, Jeroen Lenaers, Verónica Lope Fontagné, Javi López, Thomas Mann, Dominique Martin, Joëlle Mélin, Elisabeth Morin-Chartier, João Pimenta Lopes, Georgi Pirinski, Terry Reintke, Sofia Ribeiro, Robert Rochefort, Claude Rolin, Anne Sander, Sven Schulze, Siôn Simon, Jutta Steinruck, Romana Tomc, Yana Toom, Ulrike Trebesius, Marita Ulvskog, Renate Weber, Jana Žitňanská

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Georges Bach, Heinz K. Becker, Lynn Boylan, Dieter-Lebrecht Koch, Paloma López Bermejo, Edouard Martin, Evelyn Regner, Csaba Sógor, Helga Stevens, Flavio Zanonato

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Marco Valli

15.2.2017

OPINJONI tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-aġenziji tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015: prestazzjoni, ġestjoni finanzjarja u kontroll

(2016/2206(DEC))

Rapporteur għal opinjoni: Petr Ježek

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jilqa' l-konklużjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri li l-kontijiet annwali finali tal-aġenziji kollha fil-qasam tal-ġustizzja u l-intern (l-Aġenziji tal-ĠAI) jippreżentaw b'mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħhom fil-31 ta' Diċembru 2015 u li t-tranżazzjonijiet tagħhom huma legali u regolari;

2.  Jilqa' r-riżultat solidu u l-flessibilità tal-aġenziji kollha fil-qasam tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja; Jilqa' l-flessibilità tagħhom biex jadattaw irwieħhom għal prijoritajiet politiċi li qed jevolvu u biex jirreaġixxu għal avvenimenti mhux mistennija; jiddispjaċih, madankollu, dwar in-nuqqas ta' indikaturi effettivi li jirriflettu l-impatt tal-ħidma tagħhom fuq is-sigurtà interna, il-migrazzjoni, il-ġestjoni tal-fruntieri u l-iżvilupp tad-drittijiet fundamentali; jilqa' l-isforzi li saru minn diversi aġenziji biex itejbu l-ġestjoni baġitarja tagħhom billi jottimizzaw l-użu tal-baġits tagħhom u billi jimplimentaw proċess ta' ppjanar baġitarju aħjar;

3.  F'bosta aġenziji l-membri tal-Bord ta' Tmexxija u l-Eżekuttivi ppubblikaw "dikjarazzjoni ta' nuqqas ta' kunflitt ta' interess" minflok "dikjarazzjoni ta' interess"; jissottolinja l-fatt li mhijiex responsabilità tal-Bord ta' Tmexxija jew tal-Eżekuttiv li jiddikkjaraw li m'għandhom l-ebda kunflitt ta' interess; jenfasizza li dan fih innifsu jikkostitwixxi kunflitt ta' interess; jitlob li ssir verifika indipendenti tad-"dikjarazzjonijiet ta' interess"; itenni li t-trasparenza hija kruċjali fil-mitigazzjoni tar-riskji ta' kunflitti ta' interess; jiddeplora l-fatt li mhux l-aġenziji kollha stabbiliew regoli ċari fir-rigward tal-protezzjoni tal-informaturi u r-"revolving doors" u jħeġġiġhom jistabbilixxu tali regoli bħala kwistjoni ta' urġenza;

4.  Jiddispjaċih, madankollu, li xi aġenziji ma jħarsux il-prinċipju tal-annwalità bħala wieħed mit-tliet prinċipji kontabilistiċi bażiċi; jistieden lill-aġenziji jtejbu l-ippjanar baġitarju fir-rigward tal-attivitajiet u jnaqqsu r-riporti;

5.  Jiddeplora l-fatt li l-Qorti tal-Awdituri ilha mill-2012 ma tippreżenta rapport speċjali dwar il-kunflitt ta' interess fl-aġenziji kollha, b'mod partikolari f'dawk relatati mal-industriji; iħeġġeġ lill-Qorti tal-Awdituri tagħmel il-verifiki effettivi ta' din il-kwistjoni u tipproduċi tali rapporti speċjali dwar il-kunflitt ta' interess sa tmiem Ġunju 2017;

6.  Jilqa' l-impenn tal-Aġenziji kollha tal-ĠAI li jirfinaw ulterjorment il-proċeduri baġitarji, iżda jenfasizza, madankollu, li l-prijorità tagħhom għandha tkun li jtejbu l-effiċjenza operattiva fil-post u li jindirizzaw il-kwistjonijiet pjuttost strutturali identifikati mill-Qorti tal-Awdituri u mis-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS);

7.  Jirrikonoxxi li twaqqfu għadd kbir ta' aġenziji fl-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja, iżda jtenni l-importanza tal-missjonijiet li jwettqu u l-impatt dirett li għandhom fuq il-ħajja taċ-ċittadini; jenfasizza li l-aġenziji kollha twaqqfu bħala rispons għal ħtiġijiet speċifiċi; jinsab konvint li l-aġenziji kollha f'dan il-qasam politiku jiżvolġu rwol distint u meħtieġ, li jipprovdi valur miżjud Ewropew;

8.  Jitlob li l-Aġenziji kollha tal-ĠAI jidentifikaw l-ostakli finanzjarji, l-ostakli relatati mar-riżorsi jew punti ta' konġestjoni oħra li jxekklu l-prestazzjoni operattiva tagħhom u li jitolbu li jsiru aġġustamenti f'waqthom.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

9.2.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

39

2

4

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Heinz K. Becker, Michał Boni, Caterina Chinnici, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Tanja Fajon, Kinga Gál, Ana Gomes, Nathalie Griesbeck, Sylvie Guillaume, Jussi Halla-aho, Monika Hohlmeier, Eva Joly, Dietmar Köster, Barbara Kudrycka, Cécile Kashetu Kyenge, Marju Lauristin, Juan Fernando López Aguilar, Monica Macovei, Roberta Metsola, Péter Niedermüller, Soraya Post, Judith Sargentini, Birgit Sippel, Branislav Škripek, Csaba Sógor, Sergei Stanishev, Helga Stevens, Traian Ungureanu, Bodil Valero, Marie-Christine Vergiat, Udo Voigt, Josef Weidenholzer, Kristina Winberg, Tomáš Zdechovský

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Petr Ježek, Jeroen Lenaers, Nadine Morano, Morten Helveg Petersen, Emil Radev, Barbara Spinelli, Anders Primdahl Vistisen, Axel Voss

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Lara Comi, Josu Juaristi Abaunz, Georg Mayer

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

22.3.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

20

2

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Inés Ayala Sender, Dennis de Jong, Martina Dlabajová, Luke Ming Flanagan, Ingeborg Gräßle, Cătălin Sorin Ivan, Jean-François Jalkh, Bogusław Liberadzki, Monica Macovei, Notis Marias, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Bart Staes, Hannu Takkula, Derek Vaughan, Joachim Zeller

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Richard Ashworth, Gerben-Jan Gerbrandy, Benedek Jávor, Karin Kadenbach, Patricija Šulin

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Jens Geier, Piernicola Pedicini

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

20

+

ALDE

ECR

GUE/NGL

PPE

S&D

VERTS/ALE

Martina Dlabajová, Gerben-Jan Gerbrandy, Hannu Takkula

Monica Macovei

Luke Ming Flanagan, Dennis de Jong

Ingeborg Gräßle, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Joachim Zeller, Patricija Šulin

Inés Ayala Sender, Jens Geier, Cătălin Sorin Ivan, Karin Kadenbach, Bogusław Liberadzki, Derek Vaughan

Benedek Jávor, Bart Staes

2

-

ECR

ENF

Notis Marias

Jean-François Jalkh

2

0

ECR

EFDD

Richard Ashworth

Piernicola Pedicini

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

(1)

ĠU C 449, 1.12.2016.

(2)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(3)

ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.

(4)

L-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (Frontex), l-Aġenzija Ewropea għat-Tmexxija Operattiva tas-Sistemi tal-IT Fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA), l-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil (EASO), l-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (EIGE), iċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (EMCDDA), il-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija (CEPOL), l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol), l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA), l-Unità tal-Unjoni Ewropea ta' Kooperazzjoni Ġudizzjarja (Eurojust)

(5)

l-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA), l-Awtorità Ewropea dwar l-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (EIOPA), u l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA).

(6)

http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=COM:2015:179:FIN&from=MT

(7)

Il-Ftehim interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1).

(8)

http://ec.europa.eu/smart-regulation/roadmaps/docs/2016_empl_020_evaluation_agencies_en.pdf

(9)

http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=COM:2015:179:FIN&from=MT

(10)

http://ec.europa.eu/smart-regulation/roadmaps/docs/2016_empl_020_evaluation_agencies_en.pdf

Avviż legali