Proċedura : 2016/2155(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0151/2017

Testi mressqa :

A8-0151/2017

Dibattiti :

PV 26/04/2017 - 19
CRE 26/04/2017 - 19

Votazzjonijiet :

PV 27/04/2017 - 5.18
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2017)0149

RAPPORT     
PDF 610kWORD 62k
3.4.2017
PE 593.841v02-00 A8-0151/2017

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, Taqsima V - Il-Qorti tal-Awdituri

(2016/2155(DEC))

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

Rapporteur: Benedek Jávor

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, Taqsima V - Il-Qorti tal-Awdituri

(2016/2155(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015(1),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015 (COM(2016)0475 – C8-0273/2016)(2),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2015, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet(3),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(4) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2015 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(5), u b'mod partikolari l-Artikoli 55, 99, 164, 165 u 166 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0151/2017),

1.  Jagħti l-kwittanza lis-Segretarju Ġenerali tal-Qorti tal-Awdituri għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2015;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, lill-Ombudsman Ewropew, lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, Taqsima V – Il-Qorti tal-Awdituri

(2016/2155(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2015, Taqsima V - Il-Qorti tal-Awdituri,

–  wara li kkunsidra r-Rapport Speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri Nru 15/2012: "Il-ġestjoni ta' kunflitti ta' interessi f'Aġenziji magħżula tal-UE",

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0151/2017),

A.  billi, fil-kuntest tal-proċedura ta' kwittanza, l-awtorità ta' kwittanza tisħaq fuq l-importanza partikolari li l-leġittimità demokratika tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni tissaħħaħ ulterjorment permezz ta' titjib fit-trasparenza u r-responsabbiltà u permezz tal-implimentazzjoni tal-kunċett ta' baġitjar abbażi tal-prestazzjoni (PBB) u governanza tajba tar-riżorsi umani,

1.  Japprezza l-kooperazzjoni bejn il-Qorti tal-Awdituri (il-"Qorti") u l-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament u jilqa' l-feedback regolari abbażi tat-talbiet tal-Parlament; jilqa' l-prattika reċenti li tippermetti lill-Parlament jippreżenta s-suġġerimenti tiegħu lill-Qorti għall-programm ta' ħidma annwali tagħha; jitlob dibattitu annwali aktar strutturat bejn il-President tal-Qorti u l-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati tal-Parlament;

2.  Jinnota li l-eżerċizzju tal-awditjar tal-kontijiet annwali tal-Qorti jsir minn awditur estern indipendenti bl-għan li jiġu applikati l-istess prinċipji ta' trasparenza u responsabbiltà li l-awditur japplika fil-konfront ta' dawk suġġetti għall-awditjar tiegħu; jieħu nota tal-opinjoni tal-awditur li r-rapporti finanzjarji tal-Qorti jagħtu stampa veritiera u ġusta tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Qorti;

3.  Jinnota li, fl-2015, l-approprjazzjonijiet finali tal-Qorti kienu jammontaw għal total ta' EUR 132 906 000 (meta mqabbla ma' EUR 133 498 000 fl-2014) u li r-rata ta' implimentazzjoni globali għall-baġit kienet ta' 98,68 %; jenfasizza li r-rata ta' implimentazzjoni kienet inqas minn dik tal-2014 (98,8 %);

4.  Jenfasizza li l-baġit tal-Qorti huwa purament amministrattiv, b'ammont kbir li qed jintuża għall-ispiża relatata ma' persuni li jaħdmu fi ħdan l-istituzzjoni; jenfasizza, madankollu, li l-introduzzjoni tal-kunċett ta' Baġitjar Abbażi tal-Prestazzjoni ma għandhiex tapplika għall-baġit tal-istituzzjoni kollu kemm hu, iżda għandha tinkludi wkoll l-iffissar ta' objettivi speċifiċi, li jistgħu jitkejlu u jinkisbu, realistiċi u marbuta mal-ħin (SMART) għall-pjanijiet annwali tal-persunal, l-unitajiet u d-dipartimenti individwali; jilqa', f'dan ir-rigward, l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' Baġitjar Abbażi tal-Prestazzjoni fl-operazzjonijiet ta' kuljum tagħha;

5.  Ifakkar lill-Qorti li, skont l-Approċċ Komuni (paragrafu 54), l-awditjar tal-aġenziji deċentralizzati jibqa' "taħt ir-responsabbiltà sħiħa tal-Qorti, li tamministra l-proċeduri kollha meħtieġa" ; jinkoraġġixxi lill-Qorti tressaq proposti biex tissolva l-kwistjoni tal-awditjar tal-aġenziji fil-kuntest tar-reviżjoni attwali tar-Regolament Finanzjarju, u r-reviżjoni sussegwenti tar-Regolament Finanzjarju Qafas; iqis li din il-kwistjoni għandha tiġi ċċarata sabiex jitnaqqas kwalunkwe piż amministrattiv eċċessiv fuq l-aġenziji deċentralizzati, mingħajr ma jixxekklu l-ħtieġa u l-effikaċja tal-ħidma tal-Qorti;

6.  Jinnota li r-riforma tal-Qorti ġiet implimentata fl-2015 u ġiet ikkunsidrata bħala suċċess mill-Qorti; jistenna bil-ħerqa li jirċievi valutazzjoni ta' nofs it-terminu tal-istrateġija tal-Qorti għall-2013-2017, inkluża analiżi tal-kisbiet tal-objettivi ewlenin tar-riforma;

7.  Jilqa' l-approċċ ibbażat fuq il-valur miżjud tal-Unjoni, kif adottat mill-Qorti fir-rapporti tagħha; jappella biex issir aktar ħidma mal-istituzzjonijiet l-oħra tal-Unjoni biex jiġu żviluppati l-indikaturi tal-prestazzjoni u l-prijoritajiet għal governanza finanzjarja tajba;

8.  Jinnota li r-reviżjoni tal-Artikolu 163 tar-Regolament Finanzjarju tipprevedi li "r-rapporti speċjali jiġu abbozzati u adottati f'perijodu ta' [...] 13-il xahar"; josserva li dan il-qafas ta' żmien ma ġiex irrispettat fl-2015; iħeġġeġ lill-Qorti tikkonforma ma' dan il-qafas ta' żmien mingħajr ma tikkomprometti l-kwalità tar-rapporti; jinkoraġġixxi, f'dan ir-rigward, lill-Qorti ttejjeb ir-rakkomandazzjonijiet fir-rapporti speċjali tagħha biex ikunu saħansitra aktar immirati;

9.  Huwa tal-fehma li r-rapporti speċjali tal-Qorti għandhom jingħataw aktar prominenza mill-istituzzjonijiet riċevituri u għandhom jinkludu rapporti annwali speċifiċi; jenfasizza li l-effikaċja ta' rapporti speċjali separati tista' tiġi estiża li kieku dawn kellhom jinġabru flimkien fiż-żmien skont oqsma ta' politika speċifiċi, u b'hekk ikun possibbli għall-Parlament li jiddedika rapporti ad hoc għal dawk ir-rapporti speċjali tal-Qorti barra miċ-ċiklu ta' kwittanza;

10.  Jiddeplora l-fatt li l-Qorti naqset, s'issa, milli tippreżenta rapport speċjali dwar kunflitti ta' interessi fl-aġenziji kollha, b'mod partikolari f'dawk relatati mal-industriji, minkejja t-talbiet ripetuti li saru mill-Parlament fir-rapporti tiegħu ta' kwittanza sa mill-2012; iħeġġeġ lill-Qorti tipproduċi u tippubblika l-ewwel rapport speċjali dwar il-kunflitti ta' interessi sal-aħħar ta' Ġunju 2017 u kull sena minn hemm 'il quddiem; iqis li l-produzzjoni tar-rapporti annwali dwar il-kunflitti ta' interessi mill-Qorti hija vitali għall-integrità tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, meta jitqies kemm hija importanti r-relazzjoni bejn l-aġenziji Ewropej fil-qasam tal-industrija, l-industriji u l-kumpaniji tal-lobbying;

11.  Josserva li l-Qorti tikkonforma mal-ftehim interistituzzjonali li l-persunal jitnaqqas b'5 % matul perjodu ta' ħames snin; jitlob li jkun infurmat, sa Ġunju 2017, dwar kif dan it-tnaqqis huwa kompatibbli mar-reklutaġġi ġodda li saru mill-Qorti fl-2015 u mal-perċentwal tar-reklutaġġi ġodda tal-2015;

12.  Jiddispjaċih li fost il-membri tal-Qorti kien hemm żbilanċ bejn is-sessi ta' ħames nisa b'paragun ma' 23 raġel fl-2015 u li n-numru tal-membri tas-sess sottorappreżentat naqas għal tlieta fl-2016; jiddispjaċih, barra minn hekk, li l-Qorti għad għandha żbilanċ bejn is-sessi fil-karigi ta' maniġment superjuri u intermedju (30,4 % / 69,6 %); jistieden lill-Qorti tippromwovi l-bilanċ bejn is-sessi, b'mod partikolari fil-karigi maniġerjali; jistieden, barra minn hekk, lill-Qorti tirrapporta lura lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-miżuri meħuda u dwar ir-riżultati miksuba f'dan ir-rigward, mingħajr ma ddgħajjef il-missjoni tagħha;

13.  Jenfasizza li l-bilanċ ġeografiku, jiġifieri r-relazzjoni bejn in-nazzjonalità tal-persunal u d-daqs tal-Istati Membri, irid jibqa' element importanti fil-ġestjoni tar-riżorsi, partikolarment fir-rigward tal-Istati Membri li ssieħbu fl-Unjoni fl-2004 jew wara; jilqa' l-fatt li l-Qorti kisbet kompożizzjoni ġeneralment ibbilanċjata ta' uffiċjali mill-Istati Membri li ssieħbu fl-Unjoni qabel l-2004 u mill-Istati Membri li ssieħbu fl-2004 jew wara; jindika, madankollu, li l-Istati Membri li ssieħbu fl-Unjoni fl-2004 jew wara għadhom sottorappreżentati fil-livell superjuri tal-amministrazzjoni u fil-karigi maniġerjali, fejn għad hemm bżonn li jsir progress;

14.  Jinsab imħasseb dwar in-numru kbir ta' ġranet ta' liv minħabba mard fost il-persunal; jistieden lill-Qorti tiżgura li l-attivitajiet ta' benessri tagħha jkunu mmirati b'tali mod li jiżguraw il-benessri tal-membri tal-persunal tagħha, sabiex il-missjoni prinċipali tagħha titwettaq aħjar;

15.  Jinnota l-metodu użat mill-Qorti biex tikkalkula l-liv minħabba mard tal-persunal; huwa tal-fehma li dan il-metodu mhuwiex xieraq għall-kalkolu effettiv tal-assenzi minħabba mard; jistieden lill-Qorti tapplika sistema ta' kalkolu bbażata fuq il-jiem ta' xogħol ta' assenza għal kull impjegat individwali, bħalma jagħmlu istituzzjonijiet oħrajn;

16.  Jinnota li l-Qorti organizzat ħames "away days", prinċipalment fit-tħejjija tar-riforma tal-Qorti, bil-parteċipazzjoni ta' proporzjon baxx ta' membri tal-persunal (107 biss); jistieden lill-Qorti tiżgura li l-attivitajiet ta' benessri tagħha jkunu mmirati b'tali mod li jinkludu l-iżvilupp proattiv u pożittiv tar-riżorsi umani, bil-parteċipazzjoni ta' kemm jista' jkun membri tal-persunal;

17.  Jinnota l-qafas etiku msaħħaħ tal-Qorti għall-prevenzjoni kemm tal-kunflitti ta' interess kif ukoll tal-imġiba ħażina min-naħa tal-persunal u l-membri; jistieden lill-Qorti tirrapporta lill-Parlament dwar ir-reviżjoni tar-regoli interni tagħha kontra l-fastidju;

18.  Iħeġġeġ lill-Qorti tintroduċi s-sottomissjoni ta' dikjarazzjonijiet ta' interessi, minflok id-dikjarazzjonijiet tan-nuqqas tal-kunflitti ta' interessi, peress li l-awtoevalwazzjoni tal-kunflitti ta' interessi hija hi stess kunflitt ta' interessi; iqis li l-evalwazzjoni ta' sitwazzjoni ta' kunflitt ta' interessi trid issir minn parti terza indipendenti; jitlob lill-Qorti tirrapporta sa Ġunju 2017 dwar il-bidliet introdotti u tindika min qed jivverifika s-sitwazzjonijiet ta' kunflitti ta' interessi; itenni li l-integrità u t-trasparenza huma elementi ewlenin għall-fiduċja pubblika; jistieden lill-Qorti tistabbilixxi regoli ċari dwar ir-"revolving doors" u tistabbilixxi miżuri u sanzjonijiet dissważivi, bħat-tnaqqis tal-pensjonijiet jew il-projbizzjoni ta' ħidma għal mill-inqas tliet snin f'korpi simili, biex jiġu evitati każijiet ta' "revolving doors";

19.  Ifakkar lill-Qorti li l-aġenziji deċentralizzati tal-Unjoni jeħtiġilhom jadottaw kodiċi ta' mġiba amministrattiva tajba u jiġu mħeġġa jużaw ir-reġistru ta' trasparenza bħala strument ta' referenza għall-interazzjoni tagħhom mar-rappreżentanti rilevanti;

20.  Jistieden lill-Qorti tkun parti mill-ftehim interistituzzjonali dwar reġistru ta' trasparenza obbligatorju;

21.  Jilqa' l-ħolqien ta' portal ta' trasparenza fuq is-sit web tal-Qorti kif ukoll il-fatt li l-Qorti diġà stabbiliet regoli dwar l-iżvelar ta' informazzjoni protetta; jirrakkomanda li l-Qorti xxerred dawn ir-regoli fost il-persunal tagħha sabiex l-impjegati kollha jkunu konxji minnhom; jitlob lill-Qorti biex, sa Ġunju 2017, tipprovdi dettalji dwar il-każijiet ta' żvelar ta' informazzjoni protetta fl-2015, jekk kien hemm, u dwar kif dawn ġew ittrattati u solvuti;

22.  Jinnota li fl-2015 il-Qorti kienet proprjetarja ta' tliet binjiet, K1, K2 u K3; jitlob lill-Qorti tinkludi l-ippjanar għax-xogħlijiet ta' titjib fil-kwalità ta' dawk il-binjiet fir-rapport ta' attività annwali tagħha u tiżgura l-implimentazzjoni tal-ogħla standards possibbli ta' effiċjenza enerġetika matul tali xogħlijiet ta' titjib;

23.  Jinnota s-sommarju tal-politika dwar il-bini tal-Qorti inkluż fir-rapport ta' attività annwali tagħha u jitlob li fil-futur tiġi pprovduta informazzjoni aktar dettaljata dwar din il-kwistjoni;

24.  Jinnota ż-żieda fil-volum ta' xogħol ta' traduzzjoni fl-2015, kważi 3 % aktar mill-2014; jinnota li, skont ir-riforma tal-Qorti, l-istruttura tad-Direttorat tat-Traduzzjoni ġiet ottimizzata; jistieden lill-Qorti tiċċara kif dak id-Direttorat tejjeb il-ħidma tiegħu;

25.  Jinnota n-negozjati bejn il-Qorti u l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) biex tiġi kkunsidrata l-possibbiltà ta' arranġament amministrattiv; jistieden lill-Qorti tirrapporta dwar il-progress li jsir fin-negozjati f'dan ir-rigward;

26.  Itenni t-talba tiegħu lill-Qorti biex fir-rapporti ta' attività annwali tagħha tinkludi, b'konformità mar-regoli eżistenti dwar il-kunfidenzjalità u l-protezzjoni tad-data, ir-riżultati u l-konsegwenzi tal-każijiet magħluqa tal-OLAF, fejn il-Qorti jew xi ħadd mill-membri tal-persunal tagħha kienu s-suġġett tal-investigazzjoni;

27.  Jinnota r-rakkomandazzjoni tas-servizz ta' awditjar intern biex jiġi kkunsidrat użu aktar razzjonali tal-vetturi uffiċjali tal-Qorti; jistieden lill-Qorti tindirizza din il-kwistjoni b'kooperazzjoni mal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u tinforma lill-Parlament dwar l-azzjonijiet meħuda għar-razzjonalizzazzjoni tal-ġestjoni tal-flotta;

28.  Jilqa' l-isforzi u l-kisbiet tal-Qorti b'rabta mat-tnaqqis tal-impronta ambjentali tagħha; jinnota li l-Qorti nediet il-proġett tal-Iskema ta' Mmaniġġjar u Awditjar Ekoloġiċi (EMAS) fl-2013, bl-għan li tikseb iċ-ċertifikazzjoni EMAS sa tmiem l-2016; jilqa' l-fatt li, fit-13 ta' Novembru 2015, il-Qorti adottat politika ambjentali li tifformalizza l-parteċipazzjoni tagħha f'inizjattiva dwar il-ġestjoni ambjentali ta' kwalità għolja; jesprimi tħassib għad-dewmien taċ-ċertifikazzjoni EMAS;

29.  Jenfasizza l-importanza ta' kooperazzjoni usa' ma' universitajiet Ewropej għall-ħolqien ta' korsijiet speċjalizzati fl-awditjar Ewropew; jistieden lill-Qorti żżomm lill-Parlament infurmat dwar l-iżviluppi u r-riżultati ta' tali kooperazzjoni estiża fil-ġejjieni;

30.  Jistieden lill-Qorti tikkunsidra l-possibbiltà li tagħmel rakkomandazzjonijiet dwar komunikazzjoni aħjar dwar il-baġit tal-Unjoni, il-funzjonijiet tagħha u l-missjoni tagħha, u dwar kif dan jista' jiġi spjegat aħjar liċ-ċittadini Ewropej.

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

22.3.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

22

3

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Inés Ayala Sender, Dennis de Jong, Tamás Deutsch, Martina Dlabajová, Luke Ming Flanagan, Ingeborg Gräßle, Jean-François Jalkh, Bogusław Liberadzki, Notis Marias, Georgi Pirinski, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Bart Staes, Hannu Takkula, Joachim Zeller

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Richard Ashworth, Benedek Jávor, Karin Kadenbach, Markus Pieper, Patricija Šulin

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Raymond Finch, Jens Geier, Arne Lietz, Piernicola Pedicini

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

22

+

ALDE

Martina Dlabajová, Hannu Takkula

ECR

Richard Ashworth

EFDD

Piernicola Pedicini

GUE/NGL

Luke Ming Flanagan, Dennis de Jong

PPE

Tamás Deutsch, Ingeborg Gräßle, Markus Pieper, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Patricija Šulin, Joachim Zeller

S&D

Inés Ayala Sender, Jens Geier, Karin Kadenbach, Bogusław Liberadzki, Arne Lietz, Georgi Pirinski,

Verts/ALE

Benedek Jávor, Bart Staes

3

-

ECR

Notis Marias

EFDD

Raymond Finch

ENF

Jean-François Jalkh

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

(1)

ĠU L 69, 13.3.2015.

(2)

ĠU C 380, 14.10.2016, p. 1.  

(3)

ĠU C 375, 13.10.2016, p. 1.

(4)

ĠU C 380, 14.10.2016, p. 147.

(5)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

Avviż legali