Proċedura : 2017/2017(BUD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0154/2017

Testi mressqa :

A8-0154/2017

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 05/04/2017 - 9.15

Testi adottati :

P8_TA(2017)0117

RAPPORT     
PDF 893kWORD 52k
3.4.2017
PE 599.595v02-00 A8-0154/2017

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea biex jipprovdi assistenza lir-Renju Unit, lil Ċipru u lill-Portugall

(COM(2017)0045 – C8-0022/2017 – 2017/2017(BUD))

Kumitat għall-Baġits

Rapporteur: José Manuel Fernandes

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
 ANNESS: DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
 NOTA SPJEGATTIVA
 ANNESS – ITTRA TAL-KUMITAT GĦALL-IŻVILUPP REĠJONALI
 INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea biex jipprovdi assistenza lir-Renju Unit, lil Ċipru u lill-Portugall

(COM(2017)0045 – C8-0022/2017 – 2017/2017(BUD))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2017)0045 – C8-0022/2017),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta' Novembru 2002 li jistabilixxi l-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea(1),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020(2), u b'mod partikolari l-Artikolu 10 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba(3), u b'mod partikolari l-punt 11 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0154/2017),

1.  Jilqa' b'sodisfazzjon id-deċiżjoni bħala sinjal ta' solidarjetà tal-Unjoni maċ-ċittadini tal-Unjoni u mar-reġjuni milquta mid-diżastri naturali;

2.  Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1)

ĠU L 311, 14.11.2002, p. 3.

(2)

ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.

(3)

ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.


ANNESS: DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea biex jipprovdi assistenza lir-Renju Unit, lil Ċipru u lill-Portugall

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta' Novembru 2002 li jistabilixxi l-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea(1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(3) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba(2), u b'mod partikolari l-punt 11 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)  Il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (minn hawn 'il quddiem "il-Fond") għandu l-għan li jippermetti lill-Unjoni tirrispondi b'mod rapidu, effiċjenti u flessibbli għal sitwazzjonijiet ta' emerġenza sabiex turi solidarjetà mal-popolazzjonijiet tar-reġjuni milquta minn diżastri naturali.

(2)  Il-Fond ma għandux jaqbeż l-ammont annwali massimu ta' EUR 500 000 000 (prezzijiet tal-2011), kif stabbilit fl-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013(3).

(3)  Fis-26 ta' Frar 2016, ir-Renju Unit ressaq applikazzjoni għall-mobilizzazzjoni tal-Fond, wara għargħar li laqat 11-il reġjun(4) matul il-perjodu bejn Diċembru 2015 sa Jannar 2016. Fl-applikazzjoni tagħhom, l-awtoritajiet tar-Renju Unit enfasizzaw li l-valutazzjoni tal-ħsara ma kinitx kompluta u li ċ-ċifri rilevanti kienu biss provviżorji. Il-fajl bl-applikazzjoni finali tlesta fit-22 ta' Settembru 2016.

(4)  Fil-5 ta' Settembru 2016, Ċipru ressqet applikazzjoni għall-mobilizzazzjoni tal-Fond, b'segwitu tal-konsegwenzi ta' nixfa gravi li kibret sa minn Ottubru 2015 u n-nirien kbar fit-18 u fid-19 ta' Ġunju 2016.

(5)  Fil-21 ta' Settembru 2016, il-Portugall ressaq applikazzjoni għall-mobilizzazzjoni tal-Fond, b'segwitu ta' nirien kbar li ħakmu l-gżira ta' Madejra bejn it-8 u t-13 ta' Awwissu 2016.

(6)  L-applikazzjonijiet tar-Renju Unit, ta' Ċipru u tal-Portugall jissodisfaw il-kundizzjonijiet għall-għoti ta' kontribuzzjoni finanzjarja mill-Fond, kif stabbilit fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 2012/2002.

(7)  Il-Fond għaldaqstant għandu jiġi mobilizzat sabiex tingħata kontribuzzjoni finanzjarja lir-Renju Unit, lil Ċipru u lill-Portugall.

(8)  Sabiex jitnaqqas kemm jista' jkun il-ħin li jieħu l-Fond biex jiġi mobilizzat, din id-Deċiżjoni għandha tapplika mid-data tal-adozzjoni tagħha,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea stabbilit għas-sena finanzjarja 2017, il-Fond ta' Solidarjetà għandu jiġi mobilizzat bil-mod segwenti f'approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament:

(a) l-ammont ta' EUR 60 301 050 għandu jiġi pprovdut lir-Renju Unit;

(b) l-ammont ta' EUR 7 298 760 għandu jiġi pprovdut lil Ċipru;

(c) l-ammont ta' EUR 3 925 000 għandu jiġi pprovdut lill-Portugall;

Artikolu 2

Din id-deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Din id-deċiżjoni tapplika minn ... [data ta' adozzjoni ta' din id-deċiżjoni]**.

(5)Magħmul fi [Brussell],

Għall-Parlament Ewropew  Għall-Kunsill

Il-President  Il-President

(1)

  ĠU L 311, 14.11.2002, p. 3.

(2)

  ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.

(3)

  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884).

(4)

  UKC2-Northumberland, UKD1-Cumbria, UKD3-Great Manchester, UKD4-Lancashire, UKE2-Yorkshire tat-Tramuntana, UKE4-Yorkshire tal-Punent, UKL1-Wales tal-Punent u The Valleys, UKM2-Skozja tal-Lvant, UKM3-Skozja tal-Lbiċ, UKM5-Skozja tal-Grigal u UKN0-Irlanda ta' Fuq.

(5)

** Id-data għandha tiddaħħal mill-Parlament qabel il-pubblikazzjoni fil-ĠU.


NOTA SPJEGATTIVA

Il-Kummissjoni tipproponi li timmobilizza l-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (FSUE) biex toffri assistenza rigward l-għargħar fir-Renju Unit, in-nixfiet u n-nirien f'Ċipru u n-nirien fil-Portugall.

Renju Unit - għargħar fl-2016

Matul Diċembru 2015 u Jannar 2016, 11-il reġjun fir-Renju Unit(1), intlaqtu minn xita qawwija u minn riħ qawwi, li wasslu għal għargħar u ħsara infrastrutturali. Dawn ikkawżaw il-qerda ta' infrastruttura pubblika u privata, djar privati u ħsarat fl-agrikoltura.

Fl-applikazzjoni tagħhom li l-Kummissjoni rċeviet fis-26 ta' Frar 2016, li iżda tlestiet biss fit-22 ta' Settembru 2016, l-istima min-naħa tal-awtoritajiet tar-Renju Unit tal-ħsara diretta totali li kkawża d-diżastru kienet ta' EUR 2 412 042 miljun. Peress li dan jirrappreżenta 5,77 % tal-medja ponderata tal-PDG tar-reġjuni milquta minn dan id-diżastru (EUR 41 784 miljun abbażi tad-data għall-2014) u jaqbeż il-limitu minimu ta' 1,5 % tal-PDG reġjonali, id-diżastru jikkwalifika bħala "diżastru reġjonali" skont it-tifsira tal-Artikolu 2(3) tar-Regolament dwar il-FSUE.

Il-kost tal-operazzjonijiet essenzjali ta' emerġenza eleġibbli, kif definit fl-Artikolu 3 tar-Regolament, ġie stmat mill-awtoritajiet tar-Renju Unit għal EUR 408,232 miljun, li minnhom aktar minn EUR 338 miljun jikkonċernaw is-settur tat-trasport u aktar minn EUR 32 miljun jikkonċernaw il-garanzija ta' infrastruttura preventiva.

Ir-reġjuni milquta jaqgħu taħt il-kategorija ta' "reġjuni inqas żviluppati", "reġjuni fi tranżizzjoni" u "reġjuni aktar żviluppati" skont il-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (FSIE) (2014-2020). L-awtoritajiet tar-Renju Unit iddikjaraw li l-allokazzjoni tagħhom mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali qed tintuża bħala appoġġ biex il-bdiewa jirkupraw, fuq il-bażi ta' applikazzjoni.

Ir-Renju Unit ma talabx li jsirlu pagament bil-quddiem.

Bi qbil mal-prassi tal-imgħoddi, il-Kummissjoni qed tipproponi li tapplika r-rata ta' 2,5 % tal-ħsara diretta totali peress li hi anqas mil-limitu minimu ta' "diżastru maġġuri" tar-Renju Unit. L-ammont totali ta' għajnuna propost huwa għalhekk EUR 60 301 050.

Ċipru - nixfa u nirien fl-2016

Bejn Ottubru 2015 u Ġunju 2016, Ċipru sofriet minn livell baxx ħafna ta' xita flimkien ma' temperaturi estremament għoljin, li wasslu għal nixfa qawwija b'telf qawwi tal-uċuħ tar-raba', nirien fil-foresti u fil-veġetazzjoni u l-iskarsezza tal-ilma. Żewġ nirien kbar f'Ġunju 2016 ħarqu żona ta' aktar minn 2 600 ettaru ta' foresta demanjali.

Fl-applikazzjoni tagħhom li l-Kummissjoni rċeviet fil-5 ta' Settembru 2016, l-istima min-naħa tal-awtoritajiet Ċiprijotti tal-ħsara diretta totali li kkawża d-diżastru kienet ta' EUR 180 803 miljun. Peress li dan jirrappreżenta 1,78 % tad-ING ta' Ċipru u jaqbeż il-limitu massimu ta' 0,6 % tad-ING (jiġifieri EUR 100 412 miljun), id-diżastru jikkwalifika bħala "diżastru ewlieni" skont it-tifsira tal-Artikolu 2(2) tar-Regolament dwar il-FSUE.

Il-kost tal-operazzjonijiet essenzjali ta' emerġenza eleġibbli, kif definit mill-Artikolu 3 tar-Regolament, kien stmat mill-awtoritajiet Ċiprijotti għal EUR 49 miljun, li minnhom aktar minn EUR 46 082 miljun jikkonċernaw il-kost tal-intervent tas-servizzi ta' emerġenza kontra n-nirien kbar u EUR 2 484 miljun jikkonċernaw r-restawr immedjat ta' żoni naturali affettwati biex jiġu evitati effetti immedjati mill-erożjoni tal-ħamrija.

Ir-reġjun milqut jaqa' taħt il-kategorija ta' "reġjuni aktar żviluppati" skont il-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (FSIE) (2014-2020). L-awtoritajiet Ċiprijotti ma indikawx lill-Kummissjoni li biħsiebhom jallokaw mill-ġdid il-finanzjament mill-programm ta' FSIE għall-miżuri ta' rkupru.

Ċipru talbet pagament bil-quddiem, li ngħata mill-Kummissjoni fis-17 ta' Novembru 2016, u li kien jammonta għal EUR 729 876 u li tħallas kompletament.

Bi qbil mal-prassi tal-imgħoddi, il-Kummisjsoni pproponiet li tapplika r-rata ta' 2,5 % tal-ħsara diretta totali sal-livell tal-limitu massimu ta' Ċipru bħala "diżastru maġġuri" u 6 % għall-parti tal-ħsara diretta totali 'l fuq minn dan il-limitu massimu. L-ammont totali ta' għajnuna propost huwa għalhekk EUR 7 298 760.

Portugall – nirien f'Madejra fl-2016

Bejn it-8 u t-13 ta' Awwissu 2016, il-gżira Portugiża ta' Madejra nħakmet minn nirien kbar, li ħarqu żona ta' 6 000 ettaru. Dawn wasslu għall-qerda ta' infrastruttura pubblika essenzjali, binjiet pubbliċi, djar privati, impriżi u ħsarat fl-agrikoltura.

Fl-applikazzjoni tagħhom li l-Kummissjoni rċeviet, fil-21 ta' Settembru 2016, l-istima min-naħa tal-awtoritajiet Portugiżi tal-ħsara diretta totali li kkawża d-diżastru kienet ta' EUR 157 miljun. Peress li dan jirrappreżenta 3,84 % tal-PDG tal-gżira ta' Madejra (PT30 - Reġjun Awtonomu ta' Madejra) u b'hekk jaqbeż il-limitu minimu ta' 1 %, id-diżastru jikkwalifika bħala "diżastru reġjonali" skont it-tifsira tal-Artikolu 2(3) tar-Regolament dwar il-FSUE.

Ġie stmat mill-awtoritajiet Portugiżi li l-operazzjonijiet essenzjali ta' emerġenza eliġibbli, kif definiti fl-Artikolu 3 tar-Regolament, se jiġu jiswew EUR 7 347 miljun, li minnhom aktar minn EUR 1 816 miljun jikkonċernaw in-nefqa għal akkomodazzjoni temporanja u EUR 1,756 miljun jikkonċernaw miżuri ta' tindif.

Ir-reġjun milqut jaqa' taħt il-kategorija ta' "reġjuni anqas żviluppati" skont il-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (FSIE) (2014-2020). L-awtoritajiet Portugiżi ma indikawx lill-Kummissjoni li biħsiebhom jallokaw mill-ġdid il-finanzjament mill-programm ta' FSIE għall-miżuri ta' rkupru.

Il-Portugall talab il-pagament bil-quddiem li ngħata mill-Kummissjoni fid-9 ta' Novembru 2016, u li jammonta għal EUR 392 500 u li tħallas kompletament.

Bi qbil mal-prassi tal-imgħoddi, il-Kummissjoni qed tipproponi li tapplika r-rata ta' 2,5 % tal-ħsara diretta totali għall-ħsarat kollha li hi anqas sal-limitu massimu ta' "diżastru maġġuri" tal-Portugall. L-ammont totali ta' għajnuna propost huwa għalhekk EUR 3 925 000.

Konklużjoni

Il-mobilizzazzjoni proposta tirrikjedi emenda għall-baġit 2017 u abbozz ta' baġit emendatorju (Nru 1/2017) immirat biex iżid l-artikolu baġitarju 13 06 01 "Għajnuna għall-Istati Membri fil-każ ta' diżastru naturali kbir b'riperkussjonijiet serji fuq il-kundizzjonijiet tal-għajxien, l-ambjent naturali jew l-ekonomija" b'EUR 71 524 810 kemm f'approprjazzjonijiet ta' impenn kif ukoll f'approprjazzjonijiet ta' pagament.

Din hija l-ewwel deċiżjoni dwar mobilizzazzjoni tal-2017 u l-ammont totali ta' għajnuna propost hawn fuq huwa konformi mad-dispożizzjonijiet ta' limitu massimu għall-Fond ta' Solidarjetà tal-UE kif stabbilit fir-Regolament dwar il-QFP ta' EUR 563 081 210 miljun (jiġifieri EUR 500 miljun bil-prezzijiet tal-2011). Peress li l-allokazzjoni ta' EUR 552 040 402 baqgħet ma ntefqitx u ġiet riportata għal sena waħda biss għall-2017, il-bqija tal-ammont mhux minfuq tal-FSUE disponibbli għall-mobilizzazzjoni attwalment hu ta' EUR 1 115 121 612.

Ir-rapporteur jirrakkomanda l-approvazzjoni rapida tal-proposta tal-Kummissjoni għal deċiżjoni annessa ma' dan ir-rapport, b'sinjal ta' solidarjetà mar-reġjuni milquta.

(1)

  UKC2-Northumberland, UKD1-Cumbria, UKD3-Great Manchester, UKD4-Lancashire, UKE2-Yorkshire tat-Tramuntana, UKE4-Yorkshire tal-Punent, UKL1-Wales tal-Punent u The Valleys, UKM2-Skozja tal-Lvant, UKM3-Skozja tal-Lbiċ, UKM5-Skozja tal-Grigal u UKN0-Irlanda ta' Fuq.


ANNESS – ITTRA TAL-KUMITAT GĦALL-IŻVILUPP REĠJONALI

Onor. Arthuis,

Il-Kummissjoni Ewropea għaddiet lill-Parlament Ewropew il-proposta tagħha għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-UE (COM(2017)0045), abbażi tal-applikazzjonijiet għall-mobilizzazzjoni tal-Fond li tressqu mir-Renju Unit, minn Ċipru u mill-Portugall b'rabta mal-għargħar fir-Renju Unit, in-nixfa u n-nirien f'Ċipru u n-nirien f'Madejra, il-Portugall, li saret fl-2016.

Il-Kummissjoni tipproponi l-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea, filwaqt li tagħti stima tal-ħsarat ikkawżati mid-diżastri kif ġej:

Diżastru

Ħsara diretta totali

 

 

 

 

(miljuni ta' EUR)

Limitu massimu applikat għad-diżastri reġjonali

 

 

 

(miljuni ta' EUR)

Limitu massimu applikat għad-diżastru maġġuri

 

 

 

(miljuni ta' EUR)

2,5 % tal-ħsara diretta totali sal-limitu massimu għad-diżastri maġġuri

 

 

(EUR)

6 % tal-ħsara diretta totali 'l fuq mil-limitu massimu għad-diżastri maġġuri

 

 

(EUR)

Ammont totali tal-għajnuna proposta

 

 

 

(EUR)

Renju Unit – għargħar fl-2016 (diżastru reġjonali)

2 412,042

 

626,764

 

 

n/a

60 301 050

 

-

60 301 050

Ċipru – nixfa u nirien fl-2016 (diżastru maġġuri)

180,803

n/a

 

101,412

2 535 300

 

4 763 460

7 298 760

Portugall – nirien f'Madeira fl-2016 (diżastru reġjonali)

157,000

40,850

 

n/a

3 925 000

-

3 925 000

 

TOTAL

 

71 524 810

Il-Kummissjoni tipproponi wkoll Abbozz ta' Baġit Emendatorju (ABE) Nru 1 għas-sena 2017 (COM(2017)0046 final) sabiex tiġi koperta l-mobilizzazzjoni proposta msemmija hawn fuq tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea, billi l-baġit għall-Artikolu 13 06 01 (Fond ta' Solidarjetà tal-UE għall-Istati Membri) jiżdied b'EUR 71,524,810 kemm f'approprjazzjonijiet ta' impenn kif ukoll f'approprjazzjonijiet ta' pagament.

Il-koordinaturi tal-Kumitat ivvalutaw dawn il-proposti u talbuni niktiblek biex nirrappurtalek li l-maġġoranza tal-membri ta' dan il-Kumitat m'għandha l-ebda oġġezzjoni għal din il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-UE biex l-ammont imsemmi hawn fuq jiġi allokat kif propost mill-Kummissjoni, u tappoġġa l-ABE Nru 1/2017 korrispondenti kif propost mill-Kummissjoni.

Dejjem tiegħek,

Iskra MIHAYLOVA


INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

3.4.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

35

1

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Nedzhmi Ali, Jean Arthuis, Lefteris Christoforou, Gérard Deprez, Manuel dos Santos, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazabal Rubial, Jens Geier, Ingeborg Gräßle, Iris Hoffmann, Bernd Kölmel, Zbigniew Kuźmiuk, Clare Moody, Siegfried Mureşan, Victor Negrescu, Liadh Ní Riada, Jan Olbrycht, Younous Omarjee, Pina Picierno, Paul Rübig, Petri Sarvamaa, Jordi Solé, Eleftherios Synadinos, Indrek Tarand, Isabelle Thomas, Monika Vana, Daniele Viotti, Marco Zanni, Stanisław Żółtek

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Nicola Caputo, Ivana Maletić, Andrey Novakov, Marco Valli, Tomáš Zdechovský

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Othmar Karas, Bernd Lucke


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

35

+

ALDE

Nedzhmi Ali, Jean Arthuis, Gérard Deprez

ECR

Bernd Kölmel, Zbigniew Kuźmiuk, Bernd Lucke

EFDD

Marco Valli

ENF

Marco Zanni

GUE/NGL

Liadh Ní Riada, Younous Omarjee

NI

Eleftherios Synadinos

PPE

Lefteris Christoforou, José Manuel Fernandes, Ingeborg Gräßle, Othmar Karas, Ivana Maletić, Siegfried Mureşan, Andrey Novakov, Jan Olbrycht, Paul Rübig, Petri Sarvamaa, Tomáš Zdechovský

S&D

Nicola Caputo, Eider Gardiazabal Rubial, Jens Geier, Iris Hoffmann, Clare Moody, Victor Negrescu, Pina Picierno, Isabelle Thomas, Daniele Viotti, Manuel dos Santos

Verts/ALE

Jordi Solé, Indrek Tarand, Monika Vana

1

-

ENF

Stanisław Żółtek

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjonijiet

Avviż legali