Proċedura : 2017/2018(BUD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0155/2017

Testi mressqa :

A8-0155/2017

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 05/04/2017 - 9.13

Testi adottati :

P8_TA(2017)0115

RAPPORT     
PDF 587kWORD 46k
3.4.2017
PE 599.604v02-00 A8-0155/2017

dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-Abbozz ta' Baġit Emendatorju Nru 1/2017 għall-Baġit Ġenerali tal-2017 li jakkumpanja l-proposta biex jiġi mobilizzat il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea biex jipprovdi assistenza lir-Renju Unit, Ċipru u l-Portugal

(07003/2017– C8-0130/2017 – 2017/2018(BUD))

Kumitat għall-Baġits

Rapporteur: Jens Geier

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
 INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-Abbozz ta' Baġit Emendatorju Nru 1/2017 għall-Baġit Ġenerali tal-2017 li jakkumpanja l-proposta biex jiġi mobilizzat il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea biex jipprovdi assistenza lir-Renju Unit, Ċipru u l-Portugal

(07003/2017 – C8-0130/2017 – 2017/2018(BUD))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(1), u b'mod partikolari l-Artikolu 41 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017, adottat b'mod definittiv fl-1 ta' Diċembru 2016(2),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020(3) (ir-Regolament QFP),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba(4),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/335/UE, Euratom tas-26 ta' Mejju 2014 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea(5),

–  wara li kkunsidra l-Abbozz ta' Baġit Emendatorju Nru 1/2017, adottat mill-Kummissjoni fis-26 ta' Jannar 2017 (COM(2017)0046),

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni dwar l-Abbozz ta' Baġit Emendatorju Nru 1/2017 adottata mill-Kunsill fit-3.4.2017 u li ntbagħtet lill-Parlament fit-3.4.2017 (07003/2017 – C8-0130/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 88 u 91 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0155/2017),

A.  billi l-Abbozz ta' Baġit Emendatorju Nru 1/2017 huwa relatat mal-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (FSUE) għal ammont ta' EUR 71 524 810 fir-rigward tal-għargħar li laqtu lir-Renju Unit tul Diċembru 2015 sa Jannar 2016, in-nixfa u n-nirien f'Ċipru bejn Ottubru 2015 u Ġunju 2016 u n-nirien fil-gżira Portugiża ta' Madeira f'Awwissu 2016;

B.  billi l-għan tal-Abbozz ta' Baġit Emendatorju Nru 1/2017 huwa li jdaħħal formalment dan l-aġġustament baġitarju fil-baġit tal-Unjoni 2017;

C.  billi għaldaqstant il-Kummissjoni tipproponi li temenda l-baġit tal-Unjoni 2017 u żżid l-Artikolu 13 06 01 'Għajnuna għall-Istati Membri fil-każ ta' diżastru naturali kbir b'riperkussjonijiet serji fuq il-kundizzjonijiet tal-għajxien, l-ambjent naturali jew l-ekonomija';

D.  billi l-FSUE kif definit fir-Regolament dwar il-QFP huwa strument speċjali u l-approprazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament korrispondenti huma bbaġitjati lil hinn mil-limiti massimi tal-QFP;

1.  Jenfasizza l-ħtieġa urġenti li tiġi rilaxxata assistenza finanzjarja mill-FSUE għar-reġjuni affettwati minn diżastri naturali;

2.    Jieħu nota tal-Abbozz ta' Baġit Emendatorju Nru 1/2017, kif ippreżentat mill-Kummissjoni;  

3.    Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-Abbozz ta' Baġit Emendatorju Nru 1/2017;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiddikjara li l-Baġit Emendatorju Nru 1/2017 ġie adottat b'mod definittiv u biex jiżgura li jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

5.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-parlamenti nazzjonali.

(1)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(2)

ĠU L 51, 28.2.2017.

(3)

ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.

(4)

ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.

(5)

ĠU L 168, 7.6.2014, p. 105.


INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

3.4.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

35

1

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Nedzhmi Ali, Jean Arthuis, Lefteris Christoforou, Gérard Deprez, Manuel dos Santos, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazabal Rubial, Jens Geier, Ingeborg Gräßle, Iris Hoffmann, Bernd Kölmel, Zbigniew Kuźmiuk, Clare Moody, Siegfried Mureşan, Victor Negrescu, Liadh Ní Riada, Jan Olbrycht, Younous Omarjee, Pina Picierno, Paul Rübig, Petri Sarvamaa, Jordi Solé, Eleftherios Synadinos, Indrek Tarand, Isabelle Thomas, Monika Vana, Daniele Viotti, Marco Zanni, Stanisław Żółtek

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Nicola Caputo, Ivana Maletić, Andrey Novakov, Marco Valli, Tomáš Zdechovský

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Othmar Karas, Bernd Lucke


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

35

+

ALDE

Nedzhmi Ali, Jean Arthuis, Gérard Deprez

ECR

Bernd Kölmel, Zbigniew Kuźmiuk, Bernd Lucke

EFDD

Marco Valli

ENF

Marco Zanni

GUE/NGL

Liadh Ní Riada, Younous Omarjee

NI

Eleftherios Synadinos

PPE

Lefteris Christoforou, José Manuel Fernandes, Ingeborg Gräßle, Othmar Karas, Ivana Maletić, Siegfried Mureşan, Andrey Novakov, Jan Olbrycht, Paul Rübig, Petri Sarvamaa, Tomáš Zdechovský

S&D

Nicola Caputo, Eider Gardiazabal Rubial, Jens Geier, Iris Hoffmann, Clare Moody, Victor Negrescu, Pina Picierno, Isabelle Thomas, Daniele Viotti, Manuel dos Santos

Verts/ALE

Jordi Solé, Indrek Tarand, Monika Vana

1

-

ENF

Stanisław Żółtek

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Avviż legali