Proċedura : 2016/0265(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0158/2017

Testi mressqa :

A8-0158/2017

Dibattiti :

PV 13/09/2017 - 17
CRE 13/09/2017 - 17

Votazzjonijiet :

PV 14/09/2017 - 8.9

Testi adottati :

P8_TA(2017)0355

RAPPORT     ***I
PDF 950kWORD 105k
4.4.2017
PE 597.441v01-00 A8-0158/2017

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 99/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-programm statistiku Ewropew tal-2013-2017, billi jestendih għall-2018-2020

(COM(2016)0557 – C8-0367/2016 – 2016/0265(COD))

Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

Rapporteur: Roberto Gualtieri

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 99/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-programm statistiku Ewropew tal-2013-2017, billi jestendih għall-2018-2020

(COM(2016)0557 – C8-0367/2016 – 2016/0265(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2016)0557),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 294(2) u 338(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0367/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Protokoll Nru 1 tat-Trattati dwar ir-rwol tal-parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea,

–   wara li kkunsidra l-Protokoll Nru 2 tat-Trattati dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A8-0158/2017),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

EMENDI TAL-PARLAMENT EWROPEW(1)*

għall-proposta tal-Kummissjoni

---------------------------------------------------------

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 99/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-programm statistiku Ewropew tal-2013-17, billi jestendih għall-2018-2020

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE u għall-Iżvizzera)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 338(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(2),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni(3),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)  L-evidenza fil-pront, affidabbli, rilevanti u disponibbli pubblikament ibbażata fuq l-istatistika Ewropea mingħajr dewmien bla bżonn fil-provvista ta' tali statistika hija assolutament essenzjali għall-kejl tal-progress u għall-evalwazzjoni tal-effiċjenza tal-politiki u tal-programmi tal-Unjoni, b'mod speċjali fil-kuntest tal-istrateġija Ewropa 2020 u l-Aġenda għall-impjiegi, it-tkabbir, il-ġustizzja u l-bidla demokratika.

(1a)  L-istatistika Ewropea jenħtieġ li jkollha approċċ komprensiv fl-Unjoni kollha u tmur lil hinn mill-politiki u l-prijoritajiet politiċi tal-Kummissjoni sabiex tipprovdi data preċiża li tkun ta' assistenza fir-rigward tal-proċessi ta' integrazzjoni ulterjuri fl-Unjoni.

(1b)  Id-disponibbiltà ta' statistika Ewropea affidabbli u komprensiva hija beni pubbliku importanti li huwa ta' benefiċċju għal dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet, għar-riċerkaturi u għall-pubbliku ġenerali.

(1c)  Bilanċ tajjeb bejn il-miri ekonomiċi u soċjali fis-Semestru Ewropew huwa partikolarment importanti għas-sostenibbiltà u l-leġittimità tal-unjoni ekonomika u monetarja. Konsegwentement, il-miri soċjali u tal-impjieg saru aktar prominenti fis-Semestru Ewropew, fejn kemm ir-rapporti tal-pajjiżi kif ukoll ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż jivvalutaw l-isfidi soċjali u tal-impjieg, u jippromwovu riformi ta' politika bbażati fuq l-aħjar prattiki. Għal dan l-għan, l-istatistiċi soċjali huma tal-ogħla importanza.

(2)  Skont ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(4), il-programm Ewropew tal-istatistika għandu jipprevedi l-qafas għall-iżvilupp, il-produzzjoni u d-disseminazzjoni ta' statistika Ewropea komparabbli u ta' kwalità għolja, l-oqsma ewlenin u l-għanijiet ta' azzjonijiet previsti għal perjodu li jikkorrispondi għal dak tal-qafas finanzjarju pluriennali.

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 99/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(5) ikopri l-perjodu mill-2013 sal-2017 biss, filwaqt li l-qafas finanzjarju pluriennali kurrenti jestendi sal-2020. Għalhekk għandu jiġi emendat immedjatament biex jestendi l-programm statistiku Ewropew sal-2020 u jimla l-lakuni fl-istatistika fejn ikun meħtieġ b'mod urġenti.

(4)  Fil-kuntest ta' Regolamentazzjoni Aħjar, il-politiki tal-Unjoni għandhom ikunu ddisinjati u mmonitorjati dejjem iżjed abbażi ta' evidenza affidabbli li jkollha bażi statistika soda. L-istatistika Ewropea għandha rwol distint f'dak ir-rigward u tista' tagħmel differenza reali, b'mod speċjali f'oqsma ta' politika fejn il-valur analitiku, ibbażat fuq sett kbir ta' data affidabbli, kif ukoll ir-rispons jikkostitwixxu fattur ewlieni biex il-politiki jkunu ta' suċċess.

(5)  Statistika aħjar hija għalhekk kruċjali biex jinkisbu riżultati aħjar u biex tikkontribwixxi għal aktar Ewropa u għal Ewropa aħjar, u għandhom isiru sforzi akbar biex tingħata spinta lill-investimenti fl-istatistika uffiċjali kemm fil-livelli Ewropej kif ukoll dawk nazzjonali. Dan għandu jipprovdi gwida fl-oqsma tal-politika ta' prijorità u għall-bini tal-kapaċità, flimkien mal-gwida kurrenti u l-prijoritizzazzjoni kontinwa mill-ġdid. B'mod aktar speċifiku, għandha tittieħed azzjoni biex jiġu indirizzati l-aktar lakuni urġenti fl-istatistika, tiżdied il-puntwalità u jiġu appoġġjati l-prijoritajiet politiċi u l-koordinazzjoni tal-politika ekonomika permezz tas-Semestru Ewropew. Il-Kummissjoni (l-Eurostat) għandha tipprovdi wkoll projezzjonijiet ġodda tal-popolazzjoni, b'mod partikolari fir-rigward tal-flussi migratorji, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-istituti tal-istatistika nazzjonali għall-aġġornament tal-analiżi tal-implikazzjonijiet soċjali, ekonomiċi u baġitarji tat-tixjiħ tal-popolazzjoni u l-inugwaljanzi ekonomiċi.

(5a)  L-indikaturi għandhom jiġu ppubblikati f'waqthom u, fejn ikun possibbli, fi żmien 12-il xahar minn tmiem il-perjodu taż-żmien kopert. Il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tiddikjara pubblikament ir-raġuni għal kull dewmien bla bżonn li jista' jseħħ u, fejn rilevanti, tindika liema Stat Membru jkun ikkontribwixxa għad-dewmien kif ukoll il-miżuri li l-Kummissjoni tkun se tieħu biex issolvi dan id-dewmien u l-mument meta tkun se teħodhom.

(6)  Statistika ta' kwalità għolja żviluppata, prodotta u disseminata fil-qafas tal-programm pluriennali għandha tikkontribwixxi biex jintlaħqu l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tal-Aġenda 2030 tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Iżvilupp Sostenibbli u għall-Ftehim ta' Pariġi tal-2015, permezz tal-monitoraġġ tal-objettivi u l-miri tagħha. Il-kontijiet sperimentali tal-ekosistema u l-istatistika dwar it-tibdil fil-klima, inkluż dawk rilevanti għall-adattament għat-tibdil fil-klima u għall-"impronti", għandhom jiġu żviluppati aktar▌. L-Unjoni Ewropea tal-Enerġija u l-qafas tal-2030 għall-klima u l-enerġija, li għandhom l-għan li jagħmlu s-sistema tal-ekonomija u tal-enerġija tal-Unjoni aktar kompetittiva, effiċjenti, sigura u sostenibbli, se jkunu jeħtieġu statistika ġdida dwar il-konsum tal-enerġija, l-effiċjenza enerġetika, l-enerġiji rinnovabbli, id-dipendenza enerġetika u s-sigurtà tal-provvista, l-evoluzzjoni tal-prezzijiet tal-enerġija b'rabta mal-evoluzzjoni tas-salarji medji u t-tranżizzjoni lejn enerġija sostenibbli, u l-ekonomija ċirkolari.

(6a)  Għandu jsir progress fl-iżvilupp ta' qafas kunċettwali għall-produzzjoni ta' serje ta' data statistika f'waqtha li tkejjel il-konformità fiskali, l-evitar tat-taxxa u l-evażjoni tat-taxxa.

(7)  L-estensjoni tal-programm hija opportunità li għandha tittieħed biex isiru adattamenti u jiġu riflessi l-orjentazzjonijiet ġodda, li jikkomplementaw l-għanijiet eżistenti u l-prijoritizzazzjoni kontinwa, u biex tiġi żgurata l-kontinwità tas-serje ta' data storika f'kuntest fejn l-Unjoni qed tiffaċċja sfidi sinifikanti f'termini ta' żvilupp ekonomiku u koeżjoni soċjali. Hija għandha ssaħħaħ ukoll il-kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni (l-Eurostat) u l-istituti nazzjonali tal-istatistika, u ssaħħaħ id-djalogi regolari mal-Kumitat Konsultattiv Ewropew tal-Istatistika u l-koordinazzjoni bejn is-Sistema Ewropea tal-Istatistika u s-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali. Il-Kummissjoni (l-Eurostat) għandha tissorvelja l-konformità tal-Istati Membri mal-Kodiċi ta' Prattika tal-Istatistika Ewropea.

(7a)  Huwa partikolarment importanti li jitkejlu l-irqajja' ta' qgħad estrem, inkluż il-qgħad estrem fost iż-żgħażagħ fir-reġjuni transfruntieri;

(8)  Żieda xierqa fil-baġit għall-istatistika fil-livell tal-UE għandha tappoġġja dan it-tibdil għall-programm u ġġib valur miżjud sinifikanti u riżultati għal titjib fil-kwalità tad-data permezz ta' proġetti fuq skala kbira, effetti ta' ingranaġġ strutturali u ekonomiji ta' skala li jistgħu jtejbu s-sistemi statistiċi fl-Istati Membri kollha.

(9)  Dan ir-Regolament jistabbilixxi pakkett finanzjarju għall-estensjoni tal-programm statistiku Ewropew biex ikopri s-snin 2018 sa 2020. Dan għandu jikkostitwixxi l-ammont ta' referenza ewlieni, fis-sens tal-punt 17 tal-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni(6), matul il-proċedura baġitarja annwali.

(9a)  Fl-estensjoni tal-programm statistiku Ewropew pluriennali, għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-konsegwenzi tal-irtirar ta' Stat Membru mill-Unjoni. Huwa importanti li titrawwem il-komparabbiltà tad-data mal-pajjiżi ġirien, filwaqt li jiġi żgurat li l-fondi tal-Unjoni jintużaw b'mod ġust u xieraq.

(10)  Billi l-għan ta' dan ir-Regolament, jiġifieri li jiġi estiż il-programm statistiku Ewropew biex ikopri s-snin 2018 sa 2020, ma jistax jintlaħaq b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri u għalhekk jista' jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju ta' proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jinkiseb dak il-għan.

(11)  Skont ir-Regolament (KE) Nru 223/2009, l-abbozz tal-proposta għal estensjoni tal-programm statistiku Ewropew għall-perjodu 2018 sa 2020 ġie ppreżentat għal eżaminazzjoni minn qabel lill-Kumitat Ewropew tas-Sistema Statistika, il-Kumitat Konsultattiv Ewropew tal-Istatistika stabbilit bid-Deċiżjoni Nru 234/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7) u l-Kumitat dwar l-Istatistika Monetarja, Finanzjarja u tal-Bilanċ tal-Pagamenti stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/856/KE(8),

(12)  Għalhekk, ir-Regolament (UE) Nru 99/2013 għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) Nru 99/2013 huwa emendat kif ġej:

(1)  Fl-Artikolu 1, jiżdied il-paragrafu li ġej:

"Il-programm għandu jiġi estiż biex ikopri l-perjodu 2018 sal-2020."

(1a)  Fl-Artikolu 6, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

"2a.  Fit-tfassil tal-programmi ta' ħidma msemmija fl-Artikolu 9, il-Kummissjoni għandha tiżgura li ssir enfasi xierqa fuq azzjonijiet li għandhom l-għan li jippromwovu l-konformità mal-Kodiċi tal-Prattika."

(2)  Fl-Artikolu 7(1), jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

"Il-pakkett finanzjarju tal-Unjoni għall-implimentazzjoni tal-programm għall-2018 sal-2020 għandu jammonta għal EUR 218,1 miljuni, kopert bil-perjodu ta' programmazzjoni 2014 sal-2020."

(3)  L-Artikolu 13 huwa sostitwit kif ġej:

"Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni

1. Il-Kummissjoni għandha tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tiżgura li, meta jiġu implimentati attivitajiet iffinanzjati skont dan ir-Regolament, l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jkunu ggarantiti permezz tal-applikazzjoni ta' miżuri preventivi kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali oħra, permezz ta' kontrolli konsistenti u effikaċi u, jekk jiġu skoperti irregolaritajiet, permezz tal-irkupru tal-ammonti li ma kellhomx jitħallsu u, fejn ikun xieraq, permezz ta' penalitajiet amministrattivi u finanzjarji effikaċi, proporzjonati u dissważivi.

2. Il-Kummissjoni u l-Qorti tal-Awdituri jew ir-rappreżentanti tagħhom għandu jkollhom is-setgħa tal-awditjar, abbażi ta' dokumenti u kontrolli fuq il-post, fuq il-benefiċjarji kollha tal-għotjiet, il-kuntratturi, is-subkuntratturi u partijiet terzi li rċevew, b'mod dirett jew indirett, fondi tal-Unjoni skont il-Programm.

3. L-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) jista' jwettaq kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post għand l-operaturi ekonomiċi li jkunu kkonċernati direttament jew indirettament minn finanzjament bħal dan skont il-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(9) u fir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96(10) bl-għan li jiġi stabbilit jekk tkunx twettqet frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni b'konnessjoni ma' ftehim ta' għotja jew deċiżjoni ta' għotja jew kuntratt iffinanzjat, direttament jew indirettament, fil-qafas ta' dan ir-Regolament.

4. Il-ftehimiet ta' kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali u ftehimiet ta' għotja u deċiżjonijiet ta' għotja u kuntratti li jirriżultaw mill-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom espressament jagħtu setgħa lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-OLAF sabiex iwettqu t-tali awditi, kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post.

5. Meta l-implimentazzjoni ta' azzjoni tiġi esternalizzata jew sottodelegata, kollha kemm hi jew parzjalment, jew meta tkun teħtieġ l-għoti ta' kuntratt ta' akkwist jew appoġġ finanzjarju li jingħata lil parti terza, il-kuntratt, il-ftehim jew id-deċiżjoni ta' għotja għandhom jinkludu l-obbligu tal-kuntrattur jew tal-benefiċjarju li jimponi fuq kwalunkwe parti terza involuta l-aċċettazzjoni espliċita ta' dawk is-setgħat tal-Kummissjoni, tal-Qorti tal-Awdituri u tal-OLAF.

6. Il-paragrafi 4 u 5 għandhom japplikaw mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1, 2 u 3."

(3a)  Fl-Artikolu 15(2) jiżdied is-subparagrafu li ġej:

"Sat-30 ta' Ġunju 2019, il-Kummissjoni, wara konsultazzjoni mal-ESSC u mal-Kumitat Konsultattiv Ewropew tal-Istatistika, għandha tippreżenta rapport ta' progress intermedju dwar l-implimentazzjoni tal-programm lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill." Dan ir-rapport għandu jinkludi l-opinjoni tal-Kummissjoni dwar il-prospetti għall-programm statistiku Ewropew fil-qafas finanzjarju pluriennali li jibda fl-2021."

(4)  L-Artikolu 15(3) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Sal-31 ta' Diċembru 2021, il-Kummissjoni, wara konsultazzjoni mal-ESSC u mal-Kumitat Konsultattiv Ewropew tal-Istatistika, għandha tippreżenta rapport ta' evalwazzjoni finali dwar l-implimentazzjoni tal-programm lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Ir-rapport għandu jevalwa b'mod partikolari l-eżitu tal-prijoritizzazzjoni mill-ġdid u l-kostevalwazzjoni ta' prodotti statistiċi, il-progress sabiex l-aċċess għal statistika uffiċjali jsir aktar faċli u b'mod li l-utent isibha faċli jużah, inkluż il-forniment ta' data fuq is-sit web tagħha, u l-progress dwar it-titjib tad-disponibbiltà tad-data, speċjalment fuq l-attività ekonomika fis-settur terzjarju, dwar attivitajiet tal-ekonomija soċjali u dwar l-indikaturi ta' Ewropa 2020."

(5)  L-Anness huwa emendat kif previst fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa japplika mill-1 ta' Jannar 2018.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew  Għall-Kunsill

Il-President  Il-President

ANNESS

L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 99/2013 huwa emendat kif ġej:

(-1)  It-titolu tal-Anness huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Infrastruttura statistika u għanijiet tal-programm statistiku Ewropew 2013-2020"

(-1a)  Fl-introduzzjoni, l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

"L-implimentazzjoni ta' politiki tal-Unjoni tirrikjedi informazzjoni statistika ta' kwalità għolja, kumparabbli u affidabbli dwar is-sitwazzjoni ekonomika, soċjali, territorjali u ambjentali fl-Unjoni u l-komponenti tagħha f'livell nazzjonali u reġjonali. L-istatistika Ewropea hija indispensabbli wkoll għall-Ewropa, billi tippermetti lill-pubbliku ġenerali u liċ-ċittadini jifhmu kif ukoll jieħdu sehem fil-proċess demokratiku u jiddibattu dwar il-preżent u l-futur tal-Unjoni."

(-1b)  Fl-introduzzjoni, it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Il-programm statistiku Ewropew jipprevedi l-qafas leġislattiv għall-iżvilupp, il-produzzjoni u t-tixrid ta' statistika Ewropea matul il-perjodu 2013 sal-2020."

(-1c)  Fl-introduzzjoni, ir-raba' subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

"L-istatistika żviluppata, prodotta u mxerrda taħt il-programm statistiku Ewropew 2013-2020 ("il-programm") tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-politiki tal-Unjoni, kif rifless fit-TFUE u Ewropa 2020 u l-Inizjattivi Ewlenin rispettivi tagħha u ta' kwalunkwe politika oħra stabbilita fil-prijoritajiet strateġiċi tal-Kummissjoni."

(-1d)  L-Għan 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"— Għan 1: Il-provvista ta' informazzjoni statistika, b'mod li jkun f'waqtu, għall-appoġġ tal-iżvilupp, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-politiki tal-Unjoni li jirriflettu tajjeb il-prijoritajiet filwaqt li jinżamm bilanċ bejn l-oqsma ekonomiċi, soċjali, territorjali u ambjentali u jiġu moqdija l-ħtiġijiet tal-firxa wiesgħa ta' utenti tal-istatistika Ewropea, inklużi entitajiet oħra li jieħdu d-deċiżjonijiet, riċerkaturi, negozji u ċittadini Ewropej b'mod ġenerali, b'mod kosteffiċjenti, mingħajr duplikazzjoni mhux meħtieġa tal-isforzi."

(1)  Il-Punt I. Riżultati Statistiċi hu emendat kif ġej:

  (-a)  fil-punt 1.1, l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

"

L-approvazzjoni tal-istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv mill-Kunsill Ewropew ta' Ġunju 2010 tat forma fil-parti l-kbira lill-aġenda strateġika għall-Unjoni u l-politiki nazzjonali fis-snin li ġejjin. Dik l-aġenda tistabbilixxi numru ta' miri ewlenin u inizjattivi ewlenin li għalihom ikunu jridu jinkisbu indikaturi tal-istatistika mis-SSE f'numru ta' oqsma (jiġifieri t-titjib tal-kundizzjonijiet għall-innovazzjoni, ir-riċerka u l-iżvilupp, il-promozzjoni tal-impjiegi diċenti, il-promozzjoni tal-ugwaljanza fit-trattament bejn in-nisa u l-irġiel, l-ilħuq tal-għanijiet tal-Unjoni rigward it-tibdil fil-klima u dawk tal-enerġija, l-effiċjenza tar-riżorsi, it-titjib tal-livelli ta' edukazzjoni, it-tnaqqis tat-tluq bikri mill-iskola, iż-żieda fit-taħriġ vokazzjonali tul il-ħajja u l-mobbiltà tat-tagħlim, it-tixjiħ attiv u b'saħħtu, il-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali, u t-tnaqqis tal-faqar, b'enfasi fuq il-gruppi vulnerabbli. Meta jkun xieraq, tinħtieġ statistika diżaggregata skont il-ġeneru sabiex nifhmu x'tinvolvi d-diskriminazzjoni abbażi tal-ġeneru, b'enfasi fuq il-vjolenza fuq in-nisa."

(a)  Fl-Għan 1.1.1, l-ewwel paragrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Il-provvista ta' informazzjoni statistika u affidabbli ta' kwalità għolja, li trid tkun disponibbli b'mod li jkun f'waqtu u sabiex tiġi mmonitorjata l-implimentazzjoni tal-istrateġija Ewropa 2020. L-indikaturi l-ġodda għandhom, safejn possibbli, ikunu bbażati fuq data statistika disponibbli."

  (aa)  Fl-Għan 1.1.1, ir-raba' inċiż huwa sostitwit b'dan li ġej:

"- indikaturi dwar l-impjiegi li jiddistingwu bejn xogħol part-time u xogħol full-time u bejn kuntratti ta' terminu fiss u kuntratti permanenti, kif ukoll indikaturi dwar il-qgħad li jieħdu inkonsiderazzjoni l-persuni f'politiki ta' attivazzjoni bħat-taħriġ. Dik id-data jenħtieġ li tinkludi wkoll data dwar l-inugwaljanza bejn is-sessi."

(b)  Fl-Għan 1.2.1, it-tieni inċiż huwa sostitwit b'dan li ġej:

"— il-provvista ta' input statistiku għal Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir imtejjeb immirat b'mod speċifiku lejn il-produzzjoni u l-provvediment ta' statistika ta' kwalità għolja dwar id-defiċit u d-dejn tal-gvern;"

  (ba)  Fl-Għan 1.2.1, jiddaħħal l-inċiż li ġej wara t-tieni inċiż:

"— il-forniment ta' input statistiku għal monitoraġġ effiċjenti tal-inugwaljanzi ekonomiċi li jfixklu t-tkabbir ekonomiku."

  (bb)  Fl-Għan 1.3.1, l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

"It-titjib tal-indikaturi u l-informazzjoni statistika disponibbli dwar il-globalizzazzjoni ekonomika u l-katini ta' valur globali għal dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet tal-Unjoni u l-pubbliku b'mod ġenerali. Dik l-informazzjoni għandha twassal għal fehim aħjar tal-impatt ekonomiku, soċjali u ambjentali tal-globalizzazzjoni."

  (bc)  Fl-Għan 1.3.1, jiddaħħal l-inċiż li ġej wara t-tieni inċiż:

"— analiżi tal-konsegwenzi pożittivi u negattivi għas-suq Ewropew, b'mod aktar partikolari għas-suq tax-xogħol tal-Unjoni; "

(c)  Fl-Għan 1.3.1, it-tielet inċiż huwa sostitwit b'dan li ġej:

"— l-analiżi tal-katini ta' valur globali, possibilment permezz ta' tabelli xierqa ta' input/riżultati, u l-istatistika dwar il-kummerċ u n-negozju barranin, inkluż il-ħolqien ta' konnessjonijiet ta' mikrodata; u l-integrazzjoni ta' dawn ir-riżultati fl-inizjattivi internazzjonali ta' interess għall-Unjoni; u"

(d)  Il-Punt 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

‘2. Oqfsa ta' kontabilità

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Awwissu 2009, bl-isem "Il-PDG u lil hinn: Inkejlu l-progress f'dinja li dejjem tinbidel" u l-pubblikazzjoni tar-Rapport Stiglitz-Sen-Fitoussi dwar il-Kejl tal-Prestazzjoni ekonomika u l-Progress Soċjali taw impetu ġdid lill-isfida ewlenija għas-SSE, prinċipalment kif tista' tinkiseb statistika aħjar dwar kwistjonijiet trażversali u statistika iżjed integrata sabiex jiġu deskritti fenomeni soċjali, ambjentali u ekonomiċi kumplessi lil hinn mill-miżuri tradizzjonali tar-riżultati ekonomiċi. Il-ħidma fuq il-PDG u lil hinn fis-SSE tiffoka fuq tliet oqsma ta' prijorità: l-istatistika għas-settur tal-unitajiet domestiċi u l-istatistika li tkejjel id-distribuzzjoni tad-dħul, il-konsum u l-ġid; il-kejl tal-kwalità tal-ħajja b'mod multidimensjonali; u l-kejl tas-sostenibbiltà ambjentali. L-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs) dinjija ġodda adottati fl-2015 jipprovdu aktar impetu. Is-Sistema Ewropea tal-Kontijiet Nazzjonali u Reġjonali (SEK) toffri qafas integrat u konsistenti għall-istatistika ekonomika kollha li għandha tiġi kkumplimentata minn indikaturi oħra sabiex tingħata informazzjoni iżjed komprensiva għat-tfassil tal-politika u t-teħid ta' deċiżjonijiet. L-implimentazzjoni sħiħa tal-ESA 2010 se tkun appoġġjata minn valutazzjonijiet regolari tal-kwalità u tal-konformità, billi titqies l-iskadenza progressiva ta' derogi sal-2020, li twassal għal titjib ulterjuri fil-puntwalità u d-disponibbiltà ta' indikaturi. "

(da)  fil-punt 2.1, l-ewwel paragrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Il-kriżi ekonomika saħħet il-ħtieġa li jkun hemm grupp ta' indikaturi makroekonomiċi ta' kwalità għolja sabiex jiġu mifhuma u analizzati aħjar iċ-ċaqliq ekonomiku kif ukoll l-evoluzzjoni ta' inugwaljanzi ekonomiċi u l-effetti tagħhom fuq is-soċjetà, biex b'hekk jiġi ffaċilitat il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet. Minħabba l-produzzjoni li dejjem qiegħda ssir iżjed globalizzata, jeħtieġ li jiġi żviluppat qafas konsistenti li jiffaċilita l-interpretazzjoni u l-integrazzjoni tal-istatistika minn sferi differenti.

(e)  L-Għan 2.1.1 hu emendat kif ġej:

  -i) It-tieni inċiż huwa sostitwit b'dan li ġej:

"— il-produzzjoni ta' indikaturi dwar id-distribuzzjoni tal-introjtu, tal-ġid u tal-konsum fost l-unitajiet domestiċi (permezz tar-rikonċiljazzjoni tal-aggregati tal-kontijiet nazzjonali mad-data tal-istħarriġ tal-unitajiet domestiċi jew id-data amministrattiva); "

i) Ir-raba' inċiż huwa sostitwit b'dan li ġej:

"— rinfurzar ta' rabtiet mal-kontijiet nazzjonali fl-oqsma tal-migrazzjoni, il-protezzjoni soċjali, is-saħħa u l-edukazzjoni;

"— l-iżvilupp ta' qafas ta' kejl tal-kwalità tal-ħajja, li jsaħħaħ il-perspettiva tal-unitajiet domestiċi fil-kontijiet nazzjonali;

"— l-iżvilupp ta' indikaturi relatati mal-"PDG u lil hinn minnu" li jkejlu s-sostenibilità ambjentali u l-effetti esterni b'perspettiva ta' kontabilità nazzjonali;"

ii) L-inċiżi ġodda li ġejjin jiddaħħlu wara l-ħames inċiż kif ġej:

"— l-iżvilupp ulterjuri ta' indikaturi soċjali f'waqthom, inkluż tekniki avvanzati għal previżjoni immedjata (now-casting) u estimi immedjati;

— l-appoġġ għall-kondiviżjoni tad-data internazzjonali għal data makroekonomika biex jitnaqqas il-piż għall-produtturi tad-data u titjieb id-disponibbiltà ta' data komparabbli u konsistenti għall-utenti;

l-iżvilupp u l-irfinar ta' indikaturi aggregati tad-dħul u ta' aspetti tal-inugwaljanza fil-ġid;

l-iżvilupp ta' qafas kunċettwali għall-kejl u l-analiżi tal-inugwaljanza bejn is-sessi, b'mod partikolari fir-rigward tad-differenzjali tal-pagi;"

— l-iżvilupp ta' indikaturi f'waqthom dwar ċittadini li jużaw il-portabbiltà tad-drittijiet soċjali tagħhom minn Stat Membru għal ieħor"

(f)  Fl-Għan 2.1.2, l-aħħar inċiż huwa sostitwit b'dan li ġej:

"— id-disponibbiltà u l-estensjoni ta' statistika armonizzata dwar il-prezzijiet tad-djar għall-Istati Membri kollha. "

(g)  Fl-Għan 2.2.1, l-inċiżi jinbidlu b'dan li ġej:

"— l-iżvilupp ulterjuri ta' sistema koerenti ta' kontijiet ambjentali bħala "kontijiet satellita" tal-kontijiet nazzjonali ewlenin, li tipprovdi informazzjoni dwar l-emissjonijiet atmosferiċi, il-konsum tal-enerġija, il-flussi ta' riżorsi naturali, il-kummerċ fil-materja prima, it-tassazzjoni ambjentali u l-infiq fuq il-protezzjoni ambjentali, possibilment bl-inklużjoni tat-tkabbir/akkwist ekoloġiku;

— l-iżvilupp ulterjuri ta' kontijiet sperimentali tal-ekosistemi;

— l-iżvilupp ulterjuri ta' statistika relatata mat-tibdil fil-klima, inkluż statistika rilevanti għall-adattament għat-tibdil fil-klima; u

— l-iżvilupp ulterjuri ta' indikaturi li jkejlu l-"impronti" ambjentali."

h)  L-Għan 3.1.1 hu emendat kif ġej:

i) L-ewwel paragrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Żieda tal-effiċjenza u l-effikaċja tal-proċessi ta' produzzjoni tal-istatistika. Meta jitqies li t-Trattat ta' Lisbona talab għal regolamentazzjoni aħjar, is-simplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni relatata mal-pilastru tal-istatistika kummerċjali hija meħtieġa. Meta jsir hekk, għandha tingħata konsiderazzjoni xierqa għal-limitazzjonijiet tar-riżorsi disponibbli għall-produtturi u għall-piż globali fuq ir-rispondenti f'konformità mal-Programm dwar l-Idoneità u l-Prestazzjoni tar-Regolamentazzjoni (REFIT) tal-Kummissjoni. Il-provvista ta' statistika ta' kwalità għolja dwar oqsma ewlenin fejn l-impriżi huma ċ-ċentru tal-interess, bħal statistika kummerċjali, indikaturi fuq perjodu qasir, l-investiment tagħhom fil-kapital u l-ħiliet umani, it-tranżazzjonijiet internazzjonali, il-globalizzazzjoni, il-monitoraġġ tas-suq intern, l-R&Ż u l-innovazzjoni, u t-turiżmu. Għandha tingħata attenzjoni speċjali għad-disponibbiltà ta' data f'setturi industrijali u tas-servizzi ta' valur miżjud għoli, b'mod partikolari fl-ekonomija ekoloġika, diġitali, kollaborattiva, tas-saħħa, tal-edukazzjoni u soċjali."

ii) L-ewwel inċiż huwa sostitwit b'dan li ġej:

"— l-użu mill-ġdid ta' data disponibbli fis-sistema statistika jew fis-soċjetà, bażi ġuridika komuni għall-istatistika kummerċjali relatata kollha u l-produzzjoni ta' infrastruttura komuni u għodod komuni; "

(i)  L-Għan 3.2.1 hu emendat kif ġej:

  -i) L-ewwel paragrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Il-provvista ta' statistika dwar l-oqsma ewlenin ta' politika soċjali fejn iċ-ċittadin ikun iċ-ċentru tal-interess, bħall-benessri, is-sostenibbiltà, il-koeżjoni soċjali, il-faqar, l-inugwaljanzi, l-isfidi demografiċi (b'mod partikolari t-tixjiħ tal-popolazzjoni, id-depopolazzjoni, it-tixrid tal-popolazzjoni u l-migrazzjoni), is-suq tax-xogħol, l-edukazzjoni u t-taħriġ, inklużi l-edukazzjoni tul it-tfulija, it-tagħlim tal-adulti, it-taħriġ vokazzjonali u l-mobilità tat-tagħlim taż-żgħażagħ, il-kultura, l-attività fiżika, il-kwalità tal-ħajja, is-sikurezza, is-saħħa, id-diżabbiltà, il-konsum, il-moviment ħieles u s-suq intern, il-mobilità taż-żgħażagħ, l-innovazzjoni teknoloġika u għażliet ta' stili ġodda ta' ħajja. Dik l-istatistika għandha tiġi diżaggregata skont il-ġeneru fejn ikun xieraq, għal gruppi li jkunu ta' interess speċjali għal dawk li jfasslu l-politiki soċjali. Il-prijoritajiet għandhom jiġu stabbiliti skont l-Artikolu 6. "

  -ia) Ir-raba' inċiż huwa sostitwit b'dan li ġej:

"— il-provvista ta' statistika dwar l-inugwaljanzi tal-introjtu, b'indikaturi bħall-koeffiċjent Gini u l-evoluzzjoni tad-deċili ewlenin tad-distribuzzjoni tad-dħul li tipprovdi indikatur ewlieni nazzjonali paragunabbli, kif ukoll data dwar l-inugwaljanzi tal-aċċess għal beni u servizzi bażiċi; "

i) Is-seba' inċiż huwa sostitwit b'dan li ġej:

"— l-implimentazzjoni ta' azzjonijiet tal-programm ta' ħidma dwar l-integrazzjoni tal-istatistika dwar il-migrazzjoni billi jitqiesu l-isfidi ġodda, b'mod partikolari l-iżviluppi internazzjonali; "

ii) L-inċiżi ġodda li ġejjin jiddaħħlu wara s-seba' inċiż kif ġej:

"— il-forniment ta' projezzjonijiet tal-popolazzjoni u tal-aġġornamenti annwali tagħhom;

"— l-iżvilupp ta' indikaturi komprensivi dwar is-sitwazzjoni tal-migranti fi ħdan l-Unjoni;

"— aktar kooperazzjoni ma' aġenziji speċjalizzati dwar is-sitwazzjoni tar-refuġjati;

"— l-iżvilupp ta' metodoloġija għal stħarriġ dwar il-vjolenza bbażata fuq il-ġeneru f'kooperazzjoni mal-istituzzjonijiet tal-Unjoni li jaħdmu f'dak il-qasam;

"— il-ħolqien ta' bażi ġuridika komuni għall-istatistika soċjali u l-produzzjoni ta' infrastruttura komuni u ta' għodod komuni;"

"— il-provvista ta' indikaturi li jippermettu t-tqabbil tal-ispiża tal-provvista ta' servizzi pubbliċi, b'mod partikolari l-edukazzjoni u s-saħħa, bejn id-diversi reġjuni;"

"— il-provvista ta' statistika diżaggregata skont is-sess li tikkonċerna l-offerti magħmula lill-benefiċjarji tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ; "

(j)  Fil-Punt 3.3, it-tielet paragrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

"L-agrikoltura se tibqa' aspett importanti tal-politika tal-Unjoni. Il-politika Agrikola Komuni enfasizza l-ħtieġa li jiġu stabbiliti prijoritajiet ewlenin — il-produzzjoni vijabbli tal-ikel, il-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi naturali u l-azzjoni klimatika, u l-iżvilupp territorjali bbilanċjat. Se jkun hemm fokus fuq id-dimensjonijiet ambjentali, dawk relatati mal-bijodiversità/ekosistema, dawk ekonomiċi, tas-saħħa u s-sikurezza tal-bnedmin u dawk soċjali. "

(k)  L-Għan 3.3.1 hu emendat kif ġej:

i) L-ewwel paragrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

L-appoġġ għat-tfassil ta' politika abbażi tal-evidenza b'użu iżjed flessibbli u użu akbar ta' informazzjoni spazjali kkombinata ma' informazzjoni statistika soċjali, territorjali, ekonomika u ambjentali għal reġjuni, tipoloġiji reġjonali, bliet u l-grad tal-urbanizzazzjoni. "

ii) Żewġ inċiżi ġodda jiżdiedu kif ġej:

"— l-implimentazzjoni tal-użu tal-istatistika dwar l-użu tal-artijiet u l-kopertura tal-artijiet (LUCAS):

— il-koordinazzjoni ta' data statistika għal reġjuni, tipoloġiji reġjonali, bliet u l-grad tal-urbanizzazzjoni."

(l)  L-Għan 3.3.3 hu emendat kif ġej:

i) It-tieni paragrafu jiddaħħal kif ġej:

"F'konformità mal-prijorità tal-"Unjoni Ewropea tal-Enerġija" tal-Kummissjoni se jsir enfasi partikolari fuq l-istatistika relatata mal-konsum tal-enerġija, l-effiċjenza enerġetika, l-enerġiji rinnovabbli, id-dipendenza enerġetika, il-faqar enerġetiku u s-sigurtà tal-provvista, l-ekonomija ċirkolari u l-bijoekonomija. Barra minn hekk, l-istatistika dwar l-enerġija jeħtieġ li tappoġġja l-qafas ta' politika għall-2030 dwar il-klima u l-enerġija li għandu l-għan li jagħmel is-sistema tal-ekonomija u tal-enerġija tal-Unjoni aktar kompetittiva, sigura u sostenibbli."

ii) Inċiż ġdid jiżdied kif ġej:

"— id-dipendenza enerġetika u s-sigurtà tal-provvista. "

  (la)  L-għan li ġej jiżdied wara l-Għan 3.3.4:

"Għan 3.3.4a

Iċ-ċittadini Ewropej jenħtieġ li jkunu jistgħu jiksbu faċilment u mingħajr xkiel statistika Ewropea sabiex ikunu jistgħu jużaw din id-data għall-edukazzjoni u t-teħid tad-deċiżjonijiet tagħhom. Dak l-għan se jiġi implimentat permezz tat-tisħiħ tal-faċilità tal-użu tal-istatistika Ewropea u billi jiġi ffaċilitat l-aċċess għad-data. Jenħtieġ li tingħata attenzjoni speċjali għall-irkuprabilità u l-konvertibbiltà faċli tad-data statistika għall-użu prattiku, inkluż permezz ta' graffs u mapep. Firxa usa' ta' ċittadini jenħtieġ li tibbenefika mill-istatistika Ewropea sabiex jingħata kontribut effettiv għat-tisħiħ tad-disseminazzjoni ta' informazzjoni statistika madwar is-soċjetajiet Ewropej kollha. "

(2)  Punt II Metodi ta' Produzzjoni tal-Istatistika Ewropea hu emendat kif ġej:

(a)  L-ewwel paragrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Attwalment is-SSE qiegħda taffaċja numru ta' sfidi: l-aspettattivi dwar il-kamp ta' applikazzjoni, il-kwalità u l-komparabbiltà tal-istatistika Ewropea qed jiżdiedu; bil-globalizzazzjoni, ħarġet realtà kumplessa li jeħtieġ li tiġi riflessa fl-istatistika uffiċjali u tqajjem sfidi metodoloġiċi; id-disponibbiltà dejjem tiżdied tad-data minn fornituri privati u pubbliċi toffri potenzjal kbir għal titjib fil-puntwalità u r-rilevanza tal-istatistika uffiċjali kif ukoll biex jitnaqqas il-piż tar-rispons. Biex tiffaċċja dawn l-isfidi, is-Sistema Ewropea tal-Istatistika b'mod gradwali se timplimenta l-għanijiet strateġiċi definiti għall-2020, billi tibni fuq approċċ olistiku biex tikseb titjib fil-kwalità u fl-effiċjenza:

–  biex tinvolvi ruħha b'mod proattiv fi djalogu regolari mal-utenti biex tifhem b'mod aktar profond il-ħtiġijiet tagħhom, filwaqt li tirrikonoxxi li gruppi ta' utenti differenti għandhom ħtiġijiet differenti li jeħtieġ li jiġu indirizzati bl-aħjar mod.

–  biex tipprovdi prodotti u servizzi ta' kwalità għolja u tapplika approċċ ta' kwalità għall-ġestjoni, l-organizzazzjoni, u l-governanza tas-SSE.

–  biex tibbaża prodotti u servizzi tal-istatistika kemm fuq stħarriġ tradizzjonali kif ukoll fuq sorsi ġodda, inkluż data amministrattiva, ġeospazjali u, fejn possibbli, big data. Biex tikseb aċċess għal sorsi tad-data ġodda, toħloq metodi u ssib teknoloġija xierqa sabiex tuża sorsi tad-data ġodda biex tipproduċi statistika Ewropea b'mod affidabbli.

–  biex ittejjeb l-effiċjenza tal-produzzjoni statistika billi tintensifika aktar il-kondiviżjoni tal-għarfien, l-esperjenzi u l-metodoloġiji iżda wkoll billi tikkondividi l-għodod, id-data, is-servizzi u r-riżorsi fejn xieraq. L-arkitettura tal-intrapriża se tkun il-qafas ta' referenza komuni, u l-kollaborazzjoni se tkun ibbażata fuq standards maqbula u elementi komuni ta' infrastruttura teknoloġika u tal-istatistika.

–  biex timplimenta strateġija ta' tixrid għall-istatistika Ewropea li tkun flessibbli biżżejjed biex tadatta għal teknoloġiji emerġenti, tagħti gwida f'dinja ta' rivoluzzjoni tad-data u sservi ta' pilastru affidabbli għad-demokrazija."

(b)  Fl-Għan 1.1, l-ewwel inċiż huwa sostitwit b'dan li ġej:

"— l-introduzzjoni ta' mekkaniżmu ta' assigurazzjoni tal-kwalità ġdid, integrat, effettiv u adatt għall-iskop ibbażat fuq il-Kodiċi tal-Prattika u l-Qafas tal-Assigurazzjoni tal-Kwalità tas-SSE;

— il-valutazzjoni tal-konformità mal-Kodiċi tal-Prattika; "

(c)  Fl-Għan 3.1, il-ħames inċiż huwa sostitwit b'dan li ġej:

"— l-użu tal-approċċ Ewropew għall-istatistika għal rispons ta' politika rapidu f'każijiet speċifiċi u debitament ġustifikati. Dan jinkludi l-iżvilupp ta' metodoloġija għal stħarriġ dwar il-vjolenza ibbażata fuq il-ġeneru, l-ewwel nett organizzat bħala eżerċizzju waħdieni, bil-għan li jippermetti serje kontinwa ta' ġbir ta' data rilevanti differenti mwassla taħt stħarriġ soċjali tal-UE bbażat fuq l-approċċ Ewropew għall-istatistika; "

(d)  Fl-Għan 4.1, inċiż ġdid jiżdied kif ġej:

"— l-identifikazzjoni ta' rekwiżiti tad-data attwali u futuri biex jipprovdu prodotti, servizzi u mħażen virtwali tad-data bi skop multiplu u mfassla apposta għall-utent finali; "

(e)  Fl-Għan 5.1, inċiż ġdid jiddaħħal wara t-tielet inċiż kif ġej:

"— l-analiżi tal-ħtiġijiet għal ħiliet ġodda relatati max-xjenza tad-data u l-integrazzjoni tagħhom fi programmi ta' taħriġ; "

(3)  Il-Punt III. Sħubija jiġi emendat kif ġej:

(a)  Fl-Għan 1.4, tliet inċiżi jiddaħħlu wara r-raba' inċiż kif ġej:

"— iż-żieda fl-għarfien taċ-ċittadini tal-Unjoni dwar l-importanza ta' statistika uffiċjali u l-komunikazzjoni tagħha lill-partijiet interessati kollha billi jiġi ċċelebrat il-Jum Ewropew tal-Istatistika fl-20 ta' Ottubru ta' kull sena;

— it-tixrid ta' data statistika rilevanti biex tappoġġja l-Politika Ewropea tal-Viċinat u l-Ftehimiet ta' Assoċjazzjoni rispettivi;

— il-promozzjoni ta' valuri u inizjattivi Ewropej bħall-Kodiċi ta' Prattika tal-Istatistika Ewropea, l-Oqfsa tal-Assigurazzjoni tal-Kwalità tas-SSE, l-approċċi ta' standardizzazzjoni u armonizzazzjoni għal pajjiżi terzi u reġjuni; "

(1)

* Emendi: it-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ▌.

(2)

  ĠU C […], […], p. […].

(3)

  ĠU C […], […], p. […].

(4)

  Ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea u li jħassar ir-Regolament (Euratom, KE) Nru 1101/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trażmissjoni ta' data suġġetta għall-kunfidenzjalità statistika lill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom li tistabbilixxi Kumitat dwar il-Programmi tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164).

(5)

  Ir-Regolament (UE) Nru 99/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Jannar 2013 dwar il-programm statistiku Ewropew tal-2013-17 (ĠU L 39, 9.2.2013, p. 12).

(6)

  Il-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (ĠU C 373, 20.12.13, p. 1).

(7)

  Id-Deċiżjoni Nru 234/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2008 li tistabbilixxi l-Kumitat Ewropew ta' Konsultazzjoni dwar il-Politika Komunitarja ta' Tagħrif Statistiku u li tħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 91/116/KEE (ĠU L 73, 15.3.2008, p. 13).

(8)

  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/856/KE tat-13 ta Novembru 2006 li tistabbilixxi Kumitat dwar l-istatistika monetarja, finanzjarja u tal-bilanċ tal-pagamenti (ĠU L 332, 30.11.2006, p. 21).

(9)

  ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1.

(10)

  ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2.


OPINJONI tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (24.3.2017)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 99/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-programm statistiku Ewropew tal-2013-17, billi jestendih għall-2018-2020

(COM(2016)0557 – C8-0367/2016 – 2016/0265(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Maria Arena

PA_Legam

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Il-ħtieġa ta' rispons politiku għall-kriżi ekonomika profonda u l-impatt soċjali tagħha żiedet id-domanda għal politiki ekonomiċi u soċjali aħjar ibbażati fuq evidenza robusta u komparabbli. Id-deċiżjonijiet ibbażati fuq l-evidenza huma importanti b'mod speċjali għall-ġestjoni tal-prestazzjoni tal-politiki tal-UE. F'diversi okkażjonijiet, pereżempju fil-konklużjonijiet tal-Kunsill ECOFIN tat-8 ta' Diċembru 2015, il-Kunsill enfasizza l-importanza vitali tal-istatistika uffiċjali għat-tfassil tal-politika.

L-għan prinċipali tal-proposta tal-Kummissjoni huwa għaldaqstant li jestendi dan ir-Regolament 99/2013 għall-perjodu 2018-2020 u li jipprovdi l-appoġġ finanzjarju li s-Sistema Ewropea tal-Istatistika teħtieġ sabiex tkun kapaċi:

  tipprovdi informazzjoni statistika ta' kwalità għolja u tagħlaq id-distakki fl-istatistika li jeħtieġ li jiġu indirizzati bl-aktar mod urġenti, filwaqt li tiffoka fuq numru ta' oqsma ta' prijorità li jirriflettu l-10 prijoritajiet politiċi tal-Kummissjoni fl-Aġenda tal-Kummissjoni għall-impjiegi, it-tkabbir, il-ġustizzja u l-bidla demokratika u politiki oħra tal-Unjoni bħas-Semestru Ewropew, l-istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, u l-Unjoni Ewropea tal-Enerġija;

  tibni l-kapaċità permanenti meħtieġa għal reazzjoni aktar malajr għall-ħtiġijiet emerġenti u tadatta l-infrastruttura tal-istatistika sabiex tisfrutta l-potenzjal ta' sorsi ta' data ġodda; u

  issaħħaħ is-sħubija fis-Sistema Ewropea tal-Istatistika (ESS) u lil hinn minnha sabiex tkompli żżid il-produttività tagħha u tiżgura r-rwol ta' tmexxija tagħha fl-istatistika uffiċjali madwar id-dinja kollha.

Ir-Rapporteur tilqa' l-proposta tal-Kummissjoni. Hija tissuġġerixxi li jiġu speċifikati u mtejba l-indikaturi soċjali li għandhom jiġu pprovduti mill-ESS u li jissaħħu s-sinerġiji. Hija tenfasizza, b'mod partikolari, l-importanza tal-produzzjoni u t-tixrid tal-indikaturi soċjali għall-monitoraġġ tal-progress tal-istrateġija Ewropa 2020. Hija tfakkar ukoll fl-importanza tal-produzzjoni ta' indikaturi li jmorru lil hinn mill-PDG kif ukoll statistika dwar il-faqar u r-riskji ta' esklużjoni soċjali, dwar il-kwalità tal-impjiegi, iżda wkoll statistika bbażata fuq il-ġeneru, b'enfasi partikolari fuq il-vjolenza abbażi tal-ġeneru. Fuq terminu itwal, ir-Rapporteur tissuġġerixxi wkoll il-modernizzazzjoni tal-istatistika soċjali bl-implimentazzjoni ta' bażi ġuridika komuni kif ukoll bl-użu ta' infrastruttura komuni u għodod komuni.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda     1

Proposta għal regolament

Premessa -1 (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-1)  Id-data u l-indikaturi statistiċi huma s-sinsla ta' politiki responsabbli bbażati fuq l-evidenza. Sabiex jinħolqu, jiġu analizzati u jiġu adattati politiki tal-Unjoni, nazzjonali u reġjonali li jindirizzaw il-ħtiġijiet taċ-ċittadini, huwa essenzjali li tintuża informazzjoni f'waqtha, kumparabbli u preċiża dwar is-sitwazzjoni sabiex din tkun tista' tiġi indirizzata, u din hija responsabbiltà essenzjali ta' dawk li jfasslu l-politika.

Emenda     2

Proposta għal regolament

Premessa 1a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a)  Bilanċ tajjeb bejn il-miri ekonomiċi u soċjali fis-Semestru Ewropew huwa partikolarment importanti għas-sostenibbiltà u l-leġittimità tal-Unjoni ekonomika u monetarja. Għaldaqstant, il-miri soċjali u tal-impjieg saru aktar prominenti fis-Semestru Ewropew, fejn kemm ir-rapporti tal-pajjiżi kif ukoll ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż jivvalutaw l-isfidi soċjali u tal-impjieg, u jippromwovu riformi ta' politika bbażati fuq l-aħjar prattiki. Għal dan l-għan, l-istatistika soċjali għandha importanza fundamentali.

Emenda     3

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Statistika aħjar hija għalhekk kruċjali biex jinkisbu riżultati aħjar u biex tikkontribwixxi għal Ewropa aħjar, u għandhom isiru sforzi akbar biex tingħata spinta lill-investimenti fl-istatistika uffiċjali kemm fil-livelli Ewropej kif ukoll dawk nazzjonali. Dan għandu jipprovdi gwida fl-oqsma tal-politika ta' prijorità u għall-bini tal-kapaċità, flimkien mal-gwida kurrenti u l-prijoritizzazzjoni kontinwa mill-ġdid. B'mod aktar speċifiku, għandha tittieħed azzjoni biex jiġu indirizzati l-aktar lakuni urġenti fl-istatistika, tiżdied il-puntwalità u jiġu appoġġjati l-prijoritajiet politiċi u l-koordinazzjoni tal-politika ekonomika permezz tas-Semestru Ewropew. Il-Kummissjoni (l-Eurostat) għandha tipprovdi wkoll projezzjonijiet ġodda tal-popolazzjoni f'kooperazzjoni mill-qrib mal-istituti tal-istatistika nazzjonali biex tiġi aġġornata l-analiżi tal-implikazzjonijiet ekonomiċi u baġitarji tat-tixjiħ tal-popolazzjoni.

(5)  Statistika aħjar hija għalhekk kruċjali biex jinkisbu riżultati aħjar u biex tikkontribwixxi għal Ewropa aħjar, u għandhom isiru sforzi akbar biex tingħata spinta lill-investimenti fl-istatistika uffiċjali kemm fil-livelli Ewropej kif ukoll dawk nazzjonali. Dan għandu jipprovdi gwida fl-oqsma tal-politika ta' prijorità u għall-bini tal-kapaċità, flimkien mal-gwida kurrenti u l-prijoritizzazzjoni kontinwa mill-ġdid. B'mod aktar speċifiku, għandha tittieħed azzjoni biex jiġu indirizzati l-aktar lakuni urġenti fl-istatistika, tiżdied il-puntwalità u jiġu appoġġjati l-prijoritajiet politiċi u l-koordinazzjoni tal-politika ekonomika permezz tas-Semestru Ewropew. Għandu jiġi stabbilit rappurtar dwar l-ambitu u l-firxa ta' nuqqas ta' kopertura ta' persuni li jiġu "injorati" u mhux koperti mill-istatistika bħall-persuni bla dar. Il-Kummissjoni (l-Eurostat) għandha tipprovdi wkoll projezzjonijiet ġodda tal-popolazzjoni f'kooperazzjoni mill-qrib mal-istituti tal-istatistika nazzjonali biex tiġi aġġornata l-analiżi tal-implikazzjonijiet ekonomiċi u baġitarji tat-tixjiħ tal-popolazzjoni u tipprovdi stampa eżatta tad-depopolazzjoni u t-tixrid tal-popolazzjoni li jaffettwaw ħafna mir-reġjuni Ewropej, kif ukoll l-ispejjeż addizzjonali li jġarrbu biex jipprovdu servizzi pubbliċi liċ-ċittadini tagħhom.

Emenda     4

Proposta għal regolament

Premessa 7a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a)  Huwa partikolarment importanti li jitqiesu l-irqajja' ta' qgħad estrem bħall-qgħad estrem fost iż-żgħażagħ fir-reġjuni transfruntieri;

Emenda     5

Proposta għal regolament

Anness I – paragrafu 1 – punt -1 (ġdid)

Regolament (UE) Nru 99/2013

Anness I – introduzzjoni – paragrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(1a)  L-ewwel subparagrafu tal-introduzzjoni huwa emendat kif ġej:

"L-implimentazzjoni ta' politiki tal-Unjoni tirrikjedi informazzjoni statistika ta' kwalità għolja, kumparabbli u affidabbli dwar is-sitwazzjoni ekonomika, soċjali u ambjentali fl-Unjoni u l-komponenti tagħha f'livell nazzjonali u reġjonali. L-istatistika Ewropea hija indispensabbli wkoll għall-Ewropa, billi tippermetti lill-pubbliku ġenerali u liċ-ċittadini jifhmu kif ukoll jieħdu sehem fil-proċess demokratiku u jiddibattu dwar il-preżent u l-futur tal-Unjoni."

"L-implimentazzjoni ta' politiki tal-Unjoni tirrikjedi informazzjoni statistika ta' kwalità għolja, kumparabbli u affidabbli dwar is-sitwazzjoni ekonomika, soċjali, territorjali u ambjentali fl-Unjoni u l-komponenti tagħha f'livell nazzjonali u reġjonali. L-istatistika Ewropea hija indispensabbli wkoll għall-Ewropa, billi tippermetti lill-pubbliku ġenerali u liċ-ċittadini jifhmu kif ukoll jieħdu sehem fil-proċess demokratiku u jiddibattu dwar il-preżent u l-futur tal-Unjoni."

(http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=OJ:L:2013:039:0012:0029:MT:PDF)

Emenda     6

Proposta għal regolament

Anness I – paragrafu 1 – punt -1a (ġdid)

Regolament (UE) Nru 99/2013

Anness I – għanijiet – paragrafu 2 – inċiż 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(-1a)  L-Għan 1 huwa emendat kif ġej:

"— Għan 1: jipprovdi informazzjoni statistika b'mod li jkun f'waqtu għall-appoġġ tal-iżvilupp, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-politiki tal-Unjoni li jirriflettu tajjeb il-prijoritajiet filwaqt li jżomm bilanċ bejn l-oqsma ekonomiċi, soċjali u ambjentali u jaqdi l-ħtiġijiet tal-firxa wiesgħa ta' utenti tal-istatistika Ewropea, inklużi entitajiet oħra li jieħdu d-deċiżjonijiet, riċerkaturi, negozji u ċittadini Ewropej b'mod ġenerali, b'mod effiċjenti meta mqabbel mal-ispiża, mingħajr duplikazzjoni mhux meħtieġa tal-isforzi;"

"— Għan 1: jipprovdi informazzjoni statistika b'mod li jkun f'waqtu għall-appoġġ tal-iżvilupp, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-politiki tal-Unjoni li jirriflettu tajjeb il-prijoritajiet filwaqt li jżomm bilanċ bejn l-oqsma ekonomiċi, soċjali, territorjali u ambjentali u jaqdi l-ħtiġijiet tal-firxa wiesgħa ta' utenti tal-istatistika Ewropea, inklużi entitajiet oħra li jieħdu d-deċiżjonijiet, riċerkaturi, negozji u ċittadini Ewropej b'mod ġenerali, b'mod effiċjenti meta mqabbel mal-ispiża, mingħajr duplikazzjoni mhux meħtieġa tal-isforzi;"

(http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=OJ:L:2013:039:0012:0029:MT:PDF)

Emenda    7

Proposta għal regolament

Anness I – paragrafu 1 – punt 1 – punt -a (ġdid)

Regolament (UE) Nru 99/2013

Anness I – punt I – punt 1 – punt 1.1 – paragrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(-a)   Fil-punt 1.1, l-ewwel paragrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

L-approvazzjoni ta' Ewropa 2020 mill-Kunsill Ewropew ta' Ġunju 2010 tat forma fil-parti l-kbira lill-aġenda strateġika għall-Unjoni u l-politiki nazzjonali fis-snin li ġejjin. Dik l-aġenda tistabbilixxi numru ta' miri ewlenin u inizjattivi ewlenin li għalihom ikunu jridu jinkisbu indikaturi tal-istatistika mis-SSE f'numru ta' oqsma (jiġifieri t-titjib tal-kundizzjonijiet għall-innovazzjoni, ir-riċerka u l-iżvilupp, il-promozzjoni tal-impjiegi, l-ilħiq tal-għanijiet rigward it-tibdil fil-klima u dawk tal-enerġija tal-Unjoni, l-effiċjenza tar-riżorsi, it-titjib tal-livelli ta' edukazzjoni, inkluż il-mobilità tat-tagħlim, it-tixjiħ attiv u b'saħħtu, u l-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali permezz tat-tnaqqis tal-faqar).

"L-approvazzjoni tal-istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir 'intelliġenti, sostenibbli u inklużiv' mill-Kunsill Ewropew ta' Ġunju 2010 tat forma fil-parti l-kbira lill-aġenda strateġika għall-Unjoni Ewropea u l-politiki nazzjonali fis-snin li ġejjin. Dik l-aġenda tistabbilixxi numru ta' miri ewlenin u inizjattivi ewlenin li għalihom ikunu jridu jinkisbu indikaturi tal-istatistika mis-SSE f'numru ta' oqsma (jiġifieri t-titjib tal-kundizzjonijiet għall-innovazzjoni, ir-riċerka u l-iżvilupp, il-promozzjoni tal-impjiegi diċenti, il-promozzjoni tal-ugwaljanza fit-trattament bejn in-nisa u l-irġiel, l-ilħiq tal-għanijiet tal-UE rigward it-tibdil fil-klima u dawk tal-enerġija, l-effiċjenza tar-riżorsi, it-titjib tal-livelli ta' edukazzjoni, it-tnaqqis tat-tluq bikri mill-iskola, iż-żieda fit-taħriġ vokazzjonali tul il-ħajja u l-mobbiltà tat-tagħlim, it-tixjiħ attiv u b'saħħtu, il-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali, u t-tnaqqis tal-faqar, b'enfasi fuq il-gruppi vulnerabbli). Meta jkun xieraq, tinħtieġ statistika diżaggregata skont il-ġeneru sabiex nifhmu x'tinvolvi d-diskriminazzjonijiet abbażi tal-ġeneru, b'enfasi fuq il-vjolenza fuq in-nisa."

(http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:32013R0099&qid=1484042701710&from=MT)

Emenda    8

Proposta għal regolament

Anness I – paragrafu 1 – punt 1 – punt a

Regolament (UE) Nru 99/2013

Anness I – punt I – punt 1 – punt 1.1 – għan 1.1.1 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-provvista ta' informazzjoni statistika ta' kwalità għolja, li għandha tkun disponibbli b'mod li jkun f'waqtu u sabiex tiġi mmonitorjata l-implimentazzjoni ta' Ewropa 2020. L-indikaturi l-ġodda għandhom, safejn possibbli, ikunu bbażati fuq data statistika disponibbli.

Il-provvista ta' informazzjoni statistika ta' kwalità għolja u affidabbli, li trid tkun disponibbli b'mod li jkun f'waqtu għas-semestru Ewropew, bl-għan li tiġi mmonitorjata l-implimentazzjoni tal-istrateġija Ewropa 2020. L-indikaturi l-ġodda għandhom, safejn possibbli, ikunu bbażati fuq data statistika disponibbli.

(http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:32013R0099&qid=1484042701710&from=MT)

Emenda    9

Proposta għal regolament

Anness I – paragrafu 1 – punt 1 – punt aa (ġdid)

Regolament (UE) Nru 99/2013

Anness I – punt I – punt 1 – punt 1.1 – għan 1.1.1 – paragrafu 2

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(aa)  Fl-Għan 1.1.1, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

L-għan se jiġi implimentat permezz tad-disponibilità ta':

"L-għan se jiġi implimentat permezz ta':

–   indikaturi ta' mira ewlenin aġġornati għall-Ewropa 2020 (fil-qasam tal-impjiegi, ir-riċerka u l-iżvilupp, l-innovazzjoni, l-enerġija/it-tibdil fil-klima, l-edukazzjoni, l-ambjent, il-protezzjoni soċjali, l-inklużjoni soċjali u l-faqar) disponibbli fuq il-websajt tal-Kummissjoni (Eurostat);

–   it-tqegħid għad-dispożizzjoni ta' indikaturi ta' miri ewlenin aġġornati għall-istrateġija Ewropa 2020 (fil-qasam tal-impjiegi, ir-riċerka u l-iżvilupp, l-innovazzjoni, l-enerġija/it-tibdil fil-klima, l-edukazzjoni, l-ambjent, il-protezzjoni soċjali, l-inklużjoni soċjali u t-tnaqqis tal-faqar) fuq il-websajt Eurostat, kif ukoll l-ugwaljanza fit-trattament bejn in-nisa u l-irġiel;

–   statistika disponibbli għall-appoġġ tal-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-inizjattivi ewlenin ta' Ewropa 2020;

–   it-tqegħid għad-dispożizzjoni ta' statistika għall-appoġġ tal-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-inizjattivi ewlenin ta' Ewropa 2020;

 

  l-inklużjoni, f'konnessjoni ma' prodotti statistiċi ġodda, fl-istrateġija dwar l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti;

–   indikaturi addizzjonali bħala input għall-evalwazzjonijiet ex ante u ex post ta' kwalunkwe politika ekonomika, soċjali u ambjentali tal-Unjoni; u

–   it-tqegħid għad-dispożizzjoni ta' indikaturi addizzjonali bħala input għall-evalwazzjonijiet ex ante u ex post ta' kwalunkwe politika ekonomika, soċjali, territorjali u ambjentali tal-Unjoni bħala parti mill-istrateġija Ewropa 2020 fir-rigward tal-miri relatati mat-tkabbir, l-impjieg, it-tnaqqis tal-faqar u l-esklużjoni soċjali;

–   indikaturi dwar l-impjiegi li jiddistingwu bejn xogħol part-time u xogħol full-time, kif ukoll indikaturi dwar il-qgħad li jieħdu inkonsiderazzjoni l-persuni f'politiki ta' attivazzjoni bħat-taħriġ.

–   it-tqegħid għad-dispożizzjoni ta' indikaturi dwar l-impjiegi li jiddistingwu bejn xogħol part-time u xogħol full-time jew arranġamenti oħra dwar il-ħinijiet tax-xogħol, kif ukoll indikaturi dwar il-qgħad li jieħdu inkonsiderazzjoni l-persuni f'politiki ta' attivazzjoni bħat-taħriġ."

(http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:32013R0099&qid=1484042701710&from=MT)

Emenda     10

Proposta għal regolament

Anness I – paragrafu 1 – punt 1 – punt ab (ġdid)

Regolament (UE) Nru 99/2013

Anness I – punt I – punt 1 – punt 1.2 – paragrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(ab)  Fil-punt 1.2., l-ewwel paragrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Il-kriżi u t-tensjonijiet fis-swieq finanzjarji enfasizzaw il-ħtieġa li tissaħħaħ il-governanza ekonomika tal-Unjoni. Diġà ttieħdu passi deċiżivi fil-governanza u l-koordinazzjoni ekonomika mill-Unjoni, u xi wħud minnhom se jkollhom implikazzjonijiet statistiċi kbar minbarra l-attivitajiet ta’ statistika li għaddejjin.

"Il-kriżi u t-tensjonijiet fis-swieq finanzjarji u n-nuqqas ta' struttura istituzzjonali Ewropea aktar integrata enfasizzaw il-ħtieġa li tissaħħaħ il-governanza ekonomika tal-Unjoni. Se jittieħdu passi ulterjuri fil-governanza u l-koordinazzjoni ekonomika mill-Unjoni, u xi wħud minnhom se jkollhom implikazzjonijiet statistiċi kbar minbarra l-attivitajiet ta’ statistika li għaddejjin."

(http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=OJ:L:2013:039:0012:0029:MT:PDF)

Emenda     11

Proposta għal regolament

Anness I – paragrafu 1 – punt 1 – punt ac (ġdid)

Regolament (UE) Nru 99/2013

Anness I – punt I – punt 1 – punt 1.2 – punt 1.2.1 – paragrafu 3 – inċiż -1 (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(bb)  Fl-Għan 1.2.1., wara t-tieni paragrafu, jiddaħħal l-inċiż li ġej:

 

-   "l-għoti ta' input statistiku biex jiġu mmonitorjati b'mod effiċjenti l-inugwaljanzi ekonomiċi li jxekklu t-tkabbir ekonomiku;"

Emenda    12

Proposta għal regolament

Anness I – paragrafu 1 – punt 1 – punt ba (ġdid)

Regolament (UE) Nru 99/2013

Anness I – punt I – punt 1 – punt 1.2 – punt 1.2.1 – paragrafu 3 – inċiż 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(b a)   Fl-Għan 1.2.1, it-tieni paragrafu, it-tielet inċiż huwa sostitwit b'dan li ġej:

–  l-iżvilupp u l-produzzjoni ta' grupp ta' indikaturi għat-tkejjil tal-kompetittività;

–  l-iżvilupp u l-produzzjoni ta' grupp ta' indikaturi għat-tkejjil tal-kompetittività u l-produttività, kif ukoll biex jitkejjel l-impatt tagħhom fuq ir-rata tal-impjiegi, l-inugwaljanzi, il-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-pagi;

 

  l-għoti ta' input statistiku għal Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir imtejjeb immirat b'mod speċifiku lejn il-produzzjoni u l-għoti ta' statistika ta' kwalità għolja dwar id-defiċit u d-dejn tal-gvern, u l-iżvilupp ta' indikaturi biex jivvalutaw it-tipi ta' investiment imwettqa u l-kwalità tagħhom f'termini ta' sostenibbiltà u impatt fuq it-tkabbir.

(http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:32013R0099&from=MT)

Emenda    13

Proposta għal regolament

Anness I – paragrafu 1 – punt 1 – punt bb (ġdid)

Regolament (UE) Nru 99/2013

Anness I – punt I – punt 1 – punt 1.2 – punt 1.3.1 – paragrafu 2

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(bb)  Fl-Għan 1.3.1, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

"It-titjib tal-indikaturi u l-informazzjoni statistika disponibbli dwar il-globalizzazzjoni ekonomika u l-katini ta' valur globali għal dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet tal-Unjoni u l-pubbliku b'mod ġenerali."

"It-titjib tal-indikaturi u l-informazzjoni statistika disponibbli dwar il-globalizzazzjoni ekonomika u l-katini ta' valur globali għal dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet tal-UE u l-pubbliku b'mod ġenerali. Dik l-informazzjoni għandha twassal għal fehim aħjar tal-impatt ekonomiku, soċjali u ambjentali tal-globalizzazzjoni."

(http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:32013R0099&from=MT)

Emenda    14

Proposta għal regolament

Anness I – paragrafu 1 – punt 1 – punt bc (ġdid)

Regolament (UE) Nru 99/2013

Anness I – punt I – punt 1 – punt 1.3 – punt 1.3.1 – paragrafu 2 – inċiż 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(bc)  Fl-Għan 1.3.1, jiddaħħal inċiż ġdid wara t-tieni inċiż kif ġej:

 

"–  analiżi tal-konsegwenzi pożittivi u negattivi għas-suq Ewropew, b'mod aktar partikolari għas-suq tax-xogħol tal-Unjoni;"

Emenda     15

Proposta għal regolament

Anness I – paragrafu 1 – punt 1 – punt da (ġdid)

Regolament (UE) Nru 99/2013

Anness I – punt I – punt 2 – punt 2.1 – paragrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(da)  fil-punt 2.1, l-ewwel paragrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Il-kriżi ekonomika saħħet il-ħtieġa li jkun hemm grupp ta' indikaturi makroekonomiċi ta' kwalità għolja sabiex jiġu mifhuma u analizzati aħjar iċ-ċaqliq ekonomiku u l-effetti tiegħu fuq is-soċjetà, u b'hekk jiġi ffaċilitat il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet. Minħabba l-produzzjoni li dejjem qiegħda ssir iżjed globalizzata, jeħtieġ li jiġi żviluppat qafas konsistenti li jiffaċilita l-interpretazzjoni u l-integrazzjoni tal-istatistika minn sferi differenti."

"Il-kriżi ekonomika saħħet il-ħtieġa li jkun hemm grupp ta' indikaturi makroekonomiċi ta' kwalità għolja sabiex jiġu mifhuma u analizzati aħjar iċ-ċaqliq ekonomiku, l-evoluzzjoni tal-inugwaljanzi ekonomiċi u l-effetti tiegħu fuq is-soċjetà, u b'hekk jiġi ffaċilitat il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet. Minħabba l-produzzjoni li dejjem qiegħda ssir iżjed globalizzata, jeħtieġ li jiġi żviluppat qafas konsistenti li jiffaċilita l-interpretazzjoni u l-integrazzjoni tal-istatistika minn sferi differenti."

(http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=OJ:L:2013:039:0012:0029:MT:PDF)

Ġustifikazzjoni

Il-kriżi ekonomika saħħet il-ħtieġa li jkun hemm grupp ta' indikaturi makroekonomiċi ta' kwalità għolja sabiex jiġu mifhuma u analizzati aħjar iċ-ċaqliq ekonomiku u l-effetti tiegħu fuq is-soċjetà, u b'hekk jiġi ffaċilitat il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet. Minħabba li l-produzzjoni qed ssir dejjem aktar globalizzata, jeħtieġ li jiġi żviluppat qafas konsistenti li jiffaċilita l-interpretazzjoni u l-integrazzjoni tal-istatistika minn sferi differenti.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Anness I – paragrafu 1 – punt 1 – punt e – punt i

Regolament (UE) Nru 99/2013

Anness I – punt I – punt 2 – punt 2.1 – punt 2.1.1 – paragrafu 3 – inċiż 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

" –  rinfurzar ta' rabtiet mal-kontijiet nazzjonali fl-oqsma tal-protezzjoni soċjali, is-saħħa u l-edukazzjoni"

" –  rinfurzar ta' rabtiet mal-kontijiet nazzjonali fl-oqsma tas-saħħa, l-edukazzjoni, is-servizzi soċjali u l-protezzjoni soċjali

 

  l-iżvilupp ta' pjan biex titkejjel il-produzzjoni ekonomika lil hinn mill-kriterju uniku tal-PDG*

 

____________________

 

*http://ec.europa.eu/eurostat/documents/3217494/5726917/KS-BU-10-002-EN.PDF/07e0c52e-39c2-4e09-a9ac-cc8ac99071c6?version=1.0"

Emenda     17

Proposta għal regolament

Anness I – paragrafu 1 – punt 1 – punt e – punt ii

Regolament (UE) Nru 99/2013

Anness I – punt I – punt 2 – punt 2.1 – punt 2.1.1 – paragrafu 3 – inċiż 5c (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

  l-iżvilupp ta' indikaturi f'waqthom dwar ċittadini li jużaw il-portabbiltà tad-drittijiet soċjali tagħhom minn Stat Membru għal ieħor

Ġustifikazzjoni

Il-Parlament Ewropew esprima kemm-il darba l-importanza li jkollu data affidabbli, f'waqtha u soda dwar ċittadini li jużaw il-portabbiltà tad-drittijiet tagħhom meta jiċċaqilqu fl-Unjoni Ewropea.

Emenda     18

Proposta għal regolament

Anness I – paragrafu 1 – punt 1 – punt f

Regolament (UE) Nru 99/2013

Anness I – punt I – punt 2 – punt 2.1 – punt 2.1.2 – paragrafu 5 – inċiż 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

id-disponibbiltà u l-estensjoni ta' statistika armonizzata dwar il-prezzijiet tad-djar għall-Istati Membri kollha.

id-disponibbiltà u l-estensjoni ta' statistika armonizzata dwar il-prezzijiet tad-djar għall-Istati Membri kollha b'kunsiderazzjoni tad-diffikultajiet fil-housing u l-privazzjoni ta' housing.

Emenda    19

Proposta għal regolament

Anness I – paragrafu 1 – punt 1 – punt h – punt i

Regolament (UE) Nru 99/2013

Anness I – punt I – punt 3 – punt 3.1 – punt 3.1.1 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

"Żieda tal-effiċjenza u l-effikaċja tal-proċessi ta' produzzjoni tal-istatistika. Meta jitqies li t-Trattat ta’ Lisbona talab għal regolamentazzjoni aħjar, is-simplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni relatata mal-pilastru tal-istatistika kummerċjali hija meħtieġa. Meta jsir hekk, għandha tingħata konsiderazzjoni xierqa għal-limitazzjonijiet tar-riżorsi disponibbli għall-produtturi u għall-piż globali fuq ir-rispondenti f’konformità mal-Programm dwar l-Idoneità u l-Prestazzjoni tar-Regolamentazzjoni (REFIT) tal-Kummissjoni. Il-provvista ta' statistika ta' kwalità għolja dwar oqsma ewlenin fejn l-impriżi huma ċ-ċentru tal-interess, bħal statistika kummerċjali, indikaturi fuq perjodu qasir, l-investiment tagħhom fil-kapital u l-ħiliet umani, it-tranżazzjonijiet internazzjonali, il-globalizzazzjoni, il-monitoraġġ tas-suq intern, l-R&Ż u l-innovazzjoni, u t-turiżmu. Għandha tingħata attenzjoni speċjali għad-disponibbiltà ta' data f'setturi industrijali u tas-servizzi ta' valur miżjud għoli, b'mod partikolari fl-ekonomija ekoloġika, diġitali jew soċjali (bħas-saħħa u l-edukazzjoni). “

"Żieda tal-effiċjenza u l-effikaċja tal-proċessi ta' produzzjoni tal-istatistika. Il-provvista ta' statistika ta' kwalità għolja dwar oqsma ewlenin fejn l-impriżi huma ċ-ċentru tal-interess, bħal statistika kummerċjali, indikaturi fuq perjodu qasir, l-investiment tagħhom fil-kapital u l-ħiliet umani, it-taħriġ waqt is-servizz, it-tranżazzjonijiet internazzjonali, il-globalizzazzjoni, il-monitoraġġ tas-suq intern, l-R&Ż u l-innovazzjoni, u t-turiżmu. Għandha tingħata attenzjoni speċjali għad-disponibbiltà ta' data f'setturi industrijali u tas-servizzi ta' valur miżjud għoli, b'mod partikolari fl-ekonomija ekoloġika, diġitali, kollaborattiva jew soċjali (bħas-saħħa u l-edukazzjoni). “

Emenda    20

Proposta għal regolament

Anness I – paragrafu 1 – punt 1 – punt i – punt -i (ġdid)

Regolament (UE) Nru 99/2013

Anness I – punt I – punt 3 – punt 3.2 – punt 3.2.1 – paragrafu 2

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(-i)   Fl-Għan 3.2.1, l-ewwel subparagrafu huwa emendat kif ġej:

Il-provvista ta' statistika dwar oqsma ewlenin ta' politika soċjali fejn iċ-ċittadin ikun iċ-ċentru tal-interess, bħall-benessri, is-sostenibbiltà, il-koeżjoni soċjali, il-faqar, l-inugwaljanzi, l-isfidi demografiċi (b'mod partikolari t-tixjiħ tal-popolazzjoni u l-migrazzjoni), is-suq tax-xogħol, l-edukazzjoni u t-taħriġ, inklużi l-edukazzjoni tul it-tfulija, it-tagħlim tal-adulti, it-taħriġ vokazzjonali u l-mobilità tat-tagħlim taż-żgħażagħ, il-kultura, l-attività fiżika, il-kwalità tal-ħajja, is-sikurezza, is-saħħa, id-diżabbiltà, il-konsum, il-moviment ħieles u s-suq intern, il-mobilità taż-żgħażagħ, l-innovazzjoni teknoloġika u għażliet ta' stili ġodda ta' ħajja. Dik l-istatistika għandha tiġi diżaggregata skont il-ġeneru fejn ikun xieraq, għal gruppi li jkunu ta' interess speċjali għal dawk li jfasslu l-politiki soċjali. Il-prijoritajiet għandhom jiġu stabbiliti skont l-Artikolu 6.

"Il-provvista ta' statistika dwar oqsma ewlenin ta' politika soċjali fejn iċ-ċittadin ikun iċ-ċentru tal-interess, bħall-benessri, is-sostenibbiltà, il-koeżjoni soċjali, il-faqar, l-inugwaljanzi, l-isfidi demografiċi (b'mod partikolari t-tixjiħ tal-popolazzjoni, id-depopolazzjoni, it-tixrid tal-popolazzjoni u l-migrazzjoni), is-suq tax-xogħol, l-edukazzjoni u t-taħriġ, inklużi l-edukazzjoni tul it-tfulija, it-tagħlim tal-adulti, it-taħriġ vokazzjonali u l-mobilità tat-tagħlim taż-żgħażagħ, il-kultura, l-attività fiżika, il-kwalità tal-ħajja, is-sikurezza, is-saħħa, id-diżabbiltà, il-konsum, il-moviment ħieles u s-suq intern, il-mobilità taż-żgħażagħ, l-innovazzjoni teknoloġika u għażliet ta' stili ġodda ta' ħajja. Dik l-istatistika għandha tiġi diżaggregata skont il-ġeneru fejn ikun xieraq, għal gruppi li jkunu ta' interess speċjali għal dawk li jfasslu l-politiki soċjali. Il-prijoritajiet għandhom jiġu stabbiliti skont l-Artikolu 6."

Emenda     21

Proposta għal regolament

Anness I – paragrafu 1 – punt 1 – punt i – punt ia (ġdid)

Regolament (UE) Nru 99/2013

Anness I – punt I – punt 3 – punt 3.2.1 – paragrafu 3 – inċiż 4

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(-ia)  Ir-raba' inċiż huwa sostitwit b'dan li ġej:

"–  il-provvista ta' statistika dwar l-inugwaljanzi tal-introjtu, li tipprovdi indikatur ewlieni nazzjonali paragunabbli, kif ukoll data dwar l-inugwaljanzi tal-aċċess għal beni u servizzi bażiċi;"

"–  il-provvista ta' statistika dwar l-inugwaljanzi tal-introjtu, b'indikaturi bħall-Indiċi Gini u l-evoluzzjoni tad-deciles ta' fuq tad-distribuzzjoni tal-introjtu, li tipprovdi indikatur ewlieni nazzjonali paragunabbli, kif ukoll data dwar l-inugwaljanzi tal-aċċess għal beni u servizzi bażiċi u dwar l- inugwaljanzi ekonomiċi;"

(http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=OJ:L:2013:039:0012:0029:MT:PDF)

Emenda    22

Proposta għal regolament

Anness I – paragrafu 1 – punt 1 – punt i – punt ii

Regolament (UE) Nru 99/2013

Anness I – punt I – punt 3 – punt 3.2 – punt 3.2.1 – paragrafu 3 – inċiż 7b u 7c (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

"–  l-iżvilupp ta' metodoloġija għal investigazzjoni dwar il-vjolenza abbażi tal-ġeneru, b'kooperazzjoni mal-istituzzjonijiet tal-Unjoni li jaġixxu f'dan il-qasam;

 

  l-istabbiliment ta' bażi ġuridika komuni għall-istatistika soċjali u l-produzzjoni ta' infrastruttura komuni u ta' għodod komuni."

Emenda     23

Proposta għal regolament

Anness I – paragrafu 1 – punt 1 – punt i – punt iia (ġdid)

Regolament (UE) Nru 99/2013

Anness I – punt I – punt 3 – punt 3.2 – punt 3.2.1 – paragrafu 3 – inċiż 7d (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(iia)  Jiddaħħal inċiż ġdid wara s-seba' inċiż kif ġej:

 

"–  il-provvista ta' indikaturi li jippermettu tqabbil tal-ispiża tal-provvista ta' servizzi pubbliċi, b'mod partikolari l-edukazzjoni u l-kura tas-saħħa, bejn ir-reġjuni tal-Ewropa;"

Emenda     24

Proposta għal regolament

Anness I – paragrafu 1 – punt 1 – punt i – punt iib (ġdid)

Regolament (UE) Nru 99/2013

Anness I – punt I – punt 3 – punt 3.2 – punt 3.2.1 – paragrafu 2 – inċiż 7e (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(iib)  Jiddaħħal inċiż ġdid wara s-seba' inċiż kif ġej:

 

"–  il-provvista ta' statistika diżaggregata skont il-ġeneru, dwar x'offerti jsiru lill-benefiċjarji tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ;"

Emenda     25

Proposta għal regolament

Anness I – paragrafu 1 – punt 1 – punt l – punt i

Regolament (UE) Nru 99/2013

Anness I – punt I – punt 3 – punt 3.3 – punt 3.3.3 – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

F'konformità mal-prijorità tal-"Unjoni Ewropea tal-Enerġija" tal-Kummissjoni se ssir enfasi partikolari fuq l-istatistika relatata mal-konsum tal-enerġija, l-effiċjenza enerġetika, l-enerġiji rinnovabbli, id-dipendenza enerġetika u s-sigurtà tal-provvista. Barra minn hekk, l-istatistika dwar l-enerġija jeħtieġ li tappoġġja l-qafas ta' politika għall-2030 dwar il-klima u l-enerġija li għandu l-għan li jagħmel is-sistema tal-ekonomija u tal-enerġija tal-Unjoni aktar kompetittiva, sigura u sostenibbli.

F'konformità mal-prijorità tal-"Unjoni Ewropea tal-Enerġija" tal-Kummissjoni se ssir enfasi partikolari fuq l-istatistika relatata mal-konsum tal-enerġija, l-effiċjenza enerġetika, l-enerġiji rinnovabbli, id-dipendenza enerġetika, il-faqar enerġetiku u s-sigurtà tal-provvista. Barra minn hekk, l-istatistika dwar l-enerġija jeħtieġ li tappoġġja l-qafas ta' politika għall-2030 dwar il-klima u l-enerġija li għandu l-għan li jagħmel is-sistema tal-ekonomija u tal-enerġija tal-Unjoni aktar kompetittiva, sigura u sostenibbli.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Emenda tar-Regolament (UE) Nru 99/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-programm statistiku Ewropew 2013-17, billi jiġi estiż għall-2018-2020

Referenzi

COM(2016)0557 – C8-0367/2016 – 2016/0265(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

15.9.2016

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

EMPL

15.9.2016

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Maria Arena

25.10.2016

Eżami fil-kumitat

25.1.2017

27.2.2017

 

 

Data tal-adozzjoni

22.3.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

39

1

8

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Mara Bizzotto, Enrique Calvet Chambon, David Casa, Ole Christensen, Lampros Fountoulis, Marian Harkin, Rina Ronja Kari, Jan Keller, Ádám Kósa, Jean Lambert, Jérôme Lavrilleux, Patrick Le Hyaric, Jeroen Lenaers, Javi López, Thomas Mann, Dominique Martin, Anthea McIntyre, Joëlle Mélin, Emilian Pavel, João Pimenta Lopes, Georgi Pirinski, Marek Plura, Terry Reintke, Sofia Ribeiro, Robert Rochefort, Maria João Rodrigues, Claude Rolin, Anne Sander, Sven Schulze, Jutta Steinruck, Romana Tomc, Yana Toom, Marita Ulvskog, Renate Weber, Tatjana Ždanoka, Jana Žitňanská

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Maria Arena, Georges Bach, Tania González Peñas, Krzysztof Hetman, Marju Lauristin, Edouard Martin, Alex Mayer, Joachim Schuster, Jasenko Selimovic, Csaba Sógor, Michaela Šojdrová, Neoklis Sylikiotis

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

39

+

ALDE

ENF

PPE

 

S&D

 

Verts/ALE

Enrique Calvet Chambon, Marian Harkin, Robert Rochefort, Jasenko Selimovic, Yana Toom, Renate Weber

Dominique Martin, Joëlle Mélin

Georges Bach, David Casa, Krzysztof Hetman, Ádám Kósa, Jérôme Lavrilleux, Jeroen Lenaers, Thomas Mann, Marek Plura, Sofia Ribeiro, Claude Rolin, Anne Sander, Sven Schulze, Csaba Sógor, Romana Tomc, Michaela Šojdrová

Maria Arena, Ole Christensen, Jan Keller, Marju Lauristin, Javi López, Edouard Martin, Alex Mayer, Emilian Pavel, Georgi Pirinski, Maria João Rodrigues, Joachim Schuster, Jutta Steinruck, Marita Ulvskog

Jean Lambert, Terry Reintke, Tatjana Ždanoka

1

-

NI

Lampros Fountoulis

8

0

ECR

ENF

GUE/NGL

Anthea McIntyre, Jana Žitňanská

Mara Bizzotto

Tania González Peñas, Rina Ronja Kari, Patrick Le Hyaric, João Pimenta Lopes, Neoklis Sylikiotis

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Emenda tar-Regolament (UE) Nru 99/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-programm statistiku Ewropew 2013-17, billi jiġi estiż għall-2018-2020

Referenzi

COM(2016)0557 – C8-0367/2016 – 2016/0265(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

7.9.2016

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

15.9.2016

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFET

15.9.2016

BUDG

15.9.2016

EMPL

15.9.2016

ITRE

15.9.2016

 

IMCO

15.9.2016

 

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

AFET

27.10.2016

BUDG

15.9.2016

ITRE

26.9.2016

IMCO

26.9.2016

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Roberto Gualtieri

12.10.2016

 

 

 

Eżami fil-kumitat

25.1.2017

27.2.2017

 

 

Data tal-adozzjoni

27.3.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

39

2

4

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Burkhard Balz, Hugues Bayet, Pervenche Berès, Udo Bullmann, Esther de Lange, Anneliese Dodds, Markus Ferber, Sven Giegold, Sylvie Goulard, Roberto Gualtieri, Brian Hayes, Gunnar Hökmark, Danuta Maria Hübner, Georgios Kyrtsos, Philippe Lamberts, Werner Langen, Sander Loones, Olle Ludvigsson, Ivana Maletić, Fulvio Martusciello, Marisa Matias, Costas Mavrides, Bernard Monot, Luigi Morgano, Luděk Niedermayer, Stanisław Ożóg, Sirpa Pietikäinen, Pirkko Ruohonen-Lerner, Molly Scott Cato, Pedro Silva Pereira, Peter Simon, Kay Swinburne, Paul Tang, Ernest Urtasun, Marco Valli, Jakob von Weizsäcker, Steven Woolfe

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Enrique Calvet Chambon, Doru-Claudian Frunzulică, Ildikó Gáll-Pelcz, Thomas Mann, Joachim Starbatty, Nils Torvalds

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Carlos Iturgaiz, Bogdan Andrzej Zdrojewski

Data tat-tressiq

4.4.2017


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

39

+

ALDE

Enrique Calvet Chambon, Sylvie Goulard, Nils Torvalds

ECR

Pirkko Ruohonen-Lerner

ENF

Bernard Monot

GUE/NGL

Marisa Matias

EPP

Burkhard Balz, Markus Ferber, Ildikó Gáll-Pelcz, Brian Hayes, Gunnar Hökmark, Danuta Maria Hübner, Carlos Iturgaiz, Georgios Kyrtsos, Werner Langen, Ivana Maletić, Thomas Mann, Fulvio Martusciello, Luděk Niedermayer, Sirpa Pietikäinen, Bogdan Andrzej Zdrojewski, Esther de Lange

S&D

Hugues Bayet, Pervenche Berès, Udo Bullmann, Anneliese Dodds, Doru-Claudian Frunzulică, Roberto Gualtieri, Olle Ludvigsson, Costas Mavrides, Luigi Morgano, Pedro Silva Pereira, Peter Simon, Paul Tang, Jakob von Weizsäcker

VERTS/ALE

Sven Giegold, Philippe Lamberts, Molly Scott Cato, Ernest Urtasun

2

-

EFDD

Marco Valli

NI

Steven Woolfe

4

0

ECR

Sander Loones, Stanisław Ożóg, Joachim Starbatty, Kay Swinburne

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Avviż legali