Proċedura : 2016/2098(INI)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0161/2017

Testi mressqa :

A8-0161/2017

Dibattiti :

PV 27/04/2017 - 3
CRE 27/04/2017 - 3

Votazzjonijiet :

PV 27/04/2017 - 5.7
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2017)0138

RAPPORT     
PDF 701kWORD 72k
5.4.2017
PE 587.516v02-00 A8-0161/2017

dwar ir-rapport annwali dwar il-kontroll tal-attivitajiet finanzjarji tal-BEI għall-2015

(2016/2098(INI))

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

Rapporteur: Nedzhmi Ali

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali
 INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI
 INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar ir-rapport annwali dwar il-kontroll tal-attivitajiet finanzjarji tal-BEI għall-2015

(2016/2098(INI))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-Rapport tal-Attività 2015 tal-Bank Ewropew tal-Investiment,

–  wara li kkunsidra r-Rapport Finanzjarju 2015 u r-Rapport Statistiku 2015 tal-Bank Ewropew tal-Investiment,

–  wara li kkunsidra r-Rapport 2015 dwar is-Sostenibbiltà, ir-Rapport 2015 dwar Valutazzjoni fuq 3 Pilastri għall-Operazzjonijiet tal-BEI fi ħdan l-UE u r-Rapport 2015 dwar ir-Riżultati barra l-UE tal-Bank Ewropew tal-Investiment,

–  wara li kkunsidra r-rapporti annwali tal-Kumitat tal-Verifika għas-sena 2015,

–  wara li kkunsidra r-Rapport Annwali 2015 dwar l-Attivitajiet Kontra l-Frodi tal-Grupp tal-Bank Ewropew tal-Investiment,

–  wara li kkunsidra r-Rapport dwar l-implimentazzjoni tal-Politika ta' Trasparenza tal-BEI fl-2015 u r-Rapport tal-2015 dwar il-Governanza Korporattiva,

–  wara li kkunsidra r-Rapport tal-Attività 2015 tal-Uffiċċju tal-Uffiċjal Ewlieni għall-Konformità tal-BEI,

–  wara li kkunsidra l-Pjanijiet Operazzjonali tal-Grupp tal-BEI 2014-2016, 2015-2017, 2016-2018 u l-Pjan Korporattiv tal-Operat tal-FEI 2014-2016,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 3 u 9 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 15, 126, 174, 175, 208, 209, 271, 308 u 309 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u l-Protokoll Nru 5 tiegħu dwar l-Istatut tal-BEI u l-Protokoll Nru 28 tiegħu dwar il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali,

–  wara li kkunsidra l-Protokoll (Nru 1) tat-TFUE dwar ir-rwol tal-Parlamenti Nazzjonali fl-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regoli ta' Proċedura tal-Bank Ewropew tal-Investiment,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Marzu 2014 dwar il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) – Rapport Annwali 2012(1), dik tat-30 ta' April 2015 dwar il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) – Rapport Annwali 2013(2), u dik tat-28 ta' April 2016 dwar il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) – Rapport Annwali 2014(3),

–   wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 1080/2011/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar il-Mandat Estern tal-BEI 2007-2013(4) u d-Deċiżjoni 466/2014/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li tagħti garanzija tal-UE lill-Bank Ewropew tal-Investiment kontra telf minn operazzjonijiet ta' finanzjament li jappoġġaw proġetti ta' investiment barra mill-Unjoni Ewropea(5),

–  wara li kkunsidra r-Regolament Nru 670/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Lulju 2012, li jemenda d-Deċiżjoni Nru 1639/2006/KE li tistabbilixxi Programm Kwadru għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (2007 sa 2013) u r-Regolament (KE) Nru 680/2007 li jistabbilixxi r-regoli ġenerali għall-għoti ta' għajnuna finanzjarja Komunitarja fil-qasam tan-netwerks trans-Ewropej tat-trasport u tal-enerġija(6) (b'rabta mal-fażi pilota għall-Inizjattiva dwar bonds li jiffinanzjaw proġetti Ewropa 2020),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta' Novembru 2014 dwar ''Pjan ta' Investiment għall-Ewropa'' (COM(2014)0903),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 2015/1017 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ġunju 2015 dwar il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi, iċ-Ċentru Ewropew ta' Konsulenza għall-Investimenti u l-Portal Ewropew ta' Proġetti ta' Investiment u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1291/2013 u (UE) Nru 1316/2013 – il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi(7),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta' Lulju 2015 bit-titolu "Naħdmu flimkien għat-tkabbir u l-impjiegi: Ir-rwol tal-Banek Promozzjonali Nazzjonali (NPBs) fl-appoġġ tal-Pjan ta' Investiment għall-Ewropa" (COM(2015)0361 final);

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-1 ta' Ġunju 2016 bit-titolu "L-Ewropa tinvesti mill-ġdid, Rendikont tal-Pjan ta' Investiment għall-Ewropa u l-passi li jmiss" (COM(2016)0359),

–  wara li kkunsidra d-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni tal-14 ta' Settembru 2016 dwar l-estensjoni tad-durata tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi kif ukoll l-introduzzjoni ta' titjib tekniku għal dan il-Fond u għaċ-Ċentru Ewropew ta' Konsulenza għall-Investimenti (COM(2016)0597), (SWD(2016)0297) u (SWD(2016)0298),

–  wara li kkunsidra l-evalwazzjoni tal-operazzjonijiet tal-BEI tal-funzjonament tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS) ta' Settembru 2016,

–  wara li kkunsidra l-Opinjoni Nru 2/2016 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri dwar il-proposta għal regolament biex jiżdied u jiġi estiż il-FEIS,

–  wara li kkunsidra r-Rapport Speċjali 19/2016 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri: "Implimentazzjoni tal-baġit tal-UE permezz ta' strumenti finanzjarji – tagħlimiet li għandhom jinsiltu mill-perjodu tal-programm 2007-2013"

–  wara li kkunsidra l-verifika ad hoc ta' Ernst & Young tat-8 ta' Novembru 2016 tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2015/1017 ("ir-Regolament dwar il-FEIS"),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Tripartitiku ta' Settembru 2016 bejn il-Kummissjoni Ewropea, il-Qorti Ewropea tal-Awdituri u l-Bank Ewropew tal-Investiment,

–  wara li kkunsidra l-ittra tal-Ombudsman Ewropew lill-President tal-Bank Ewropew tal-Investiment tat-22 ta' Lulju 2016,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A8-0161/2017),

A.  billi l-BEI huwa marbut bit-trattati li jikkontribwixxi għall-integrazzjoni, il-koeżjoni ekonomika u soċjali u l-iżvilupp reġjonali tal-UE permezz ta' strumenti ta' investiment iddedikati bħal self, ekwitajiet, garanziji, faċilitajiet tal-kondiviżjoni tar-riskju u servizzi ta' konsulenza;

B.  billi l-BEI, bħala l-akbar mutwanti pubbliku fid-dinja, jopera fis-swieq kapitali internazzjonali, filwaqt li joffri termini kompetittivi lill-klijenti u kundizzjonijiet favorevoli biex jiġu appoġġjati l-politiki u l-proġetti tal-UE;

C.  billi l-Fond Ewropew tal-Investiment (FEI) u l-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS) jenħtieġ li jkollhom rwol ewlieni billi jikkomplementaw l-interventi tal-BEI bħala l-veikolu speċjalizzat tal-UE għall-kapital ta' riskju u garanziji mmirati primarjament lejn l-appoġġ tal-SMEs u l-integrazzjoni Ewropea u l-koeżjoni ekonomika, soċjali u reġjonali;

D.  billi hemm tliet rapporti differenti maħruġa mill-Parlament Ewropew dwar l-attivitajiet tal-BEI: rapport dwar l-attivitajiet finanzjarji tal-BEI (imħejji mill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-Kumitat għall-Baġits), rapport dwar il-kontroll tal-attivitajiet finanzjarji tal-BEI (imħejji mill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit), u rapport dwar l-implimentazzjoni tal-FEIS (imħejji mill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-Kumitat għall-Baġits);

Ε.  billi d-dispożizzjonijiet kuntrattwali tal-BEI inklużi fil-kuntratti ffirmati bejn il-Grupp tal-BEI u l-kontropartijiet tiegħu fihom salvagwardji kontra r-riskji tal-frodi, inklużi l-frodi fiskali u l-ħasil tal-flus, u kontra l-finanzjament tat-terroriżmu; billi l-BEI għandu jesiġi li l-kontropartijiet tiegħu jkunu konformi mal-leġiżlazzjoni applikabbli kollha; billi jenħtieġ li l-BEI jimponi dispożizzjonijiet kuntrattwali addizzjonali li jindirizzaw kwistjonijiet speċifiċi ta' trasparenza u integrità abbażi tar-riżultati tad-diliġenza dovuta;

F.  billi l-BEI jaġixxi bħala l-fergħa implimentattiva tal-istrateġija u l-inizjattivi ewlenin tal-UE 2020 billi jiżgura l-użu ta' investiment pubbliku fis-sostituzzjoni jew il-korrezzjoni ta' diskrepanzi fis-suq finanzjarju u billi jiskatta motivaturi ġodda għat-tkabbir u l-ħolqien tax-xogħol fl-UE;

G.  billi l-effett katalitiku tal-ġbir ta' fondi tal-BEI jikkostitwixxi element ewlieni biex jiġi definit il-valur miżjud tal-UE u jiġi żgurat li l-Ewropa tibqa' attur ewlieni madwar id-dinja bl-attributi kollha ta' ekonomija ta' klassi mondjali f'termini ta' kompetittività, innovazzjoni, infrastruttura u attrattiva;

H.  billi l-investimenti tal-BEI jikkostitwixxu pakkett ta' stimolu ekonomiku biex l-UE ssir mgħammra aħjar biex tibqa' post ta' opportunitajiet u tissodisfa l-isfidi ta' kompetizzjoni ekonomika globalizzata;

I.  billi l-Pjan ta' Investiment għall-Ewropa huwa parti minn strateġija usa' mmirata lejn it-treġġigħ lura tax-xejra negattiva osservata fl-investiment pubbliku u privat permezz tal-mobilizzazzjoni ta' likwidità finanzjarja ġdida u privata li trid tiġi injettata fl-ekonomija reali bil-għan li jitrawmu investimenti strateġiċi u sostenibbli fit-tul fl-Unjoni kollha;

J.  billi bħalissa hemm għadd dejjem akbar ta' strumenti finanzjarji mfassla u promossi mill-BEI – minn PPPs għat-titolizzazzjoni; billi strumenti bħal dawn jirriskjaw li jiġġeneraw is-soċjalizzazzjoni tat-telf u l-privatizzazzjoni tal-profitti;

K.  billi l-finanzjament ta' operazzjonijiet mill-BEI barra mill-UE jappoġġja primarjament l-objettivi ta' politika esterna tal-UE, filwaqt li jespandi l-viżibbiltà u l-valuri tal-Unjoni u jikkontribwixxi għaż-żamma tal-istabbiltà ta' pajjiżi terzi;

L.  billi jenħtieġ li tiġi ffokata attenzjoni kontinwa fuq l-iżvilupp tal-aħjar prattiki relatati mal-politika tal-prestazzjoni u l-ġestjoni tal-BEI, kif ukoll il-governanza tajba u t-trasparenza;

M.  billi l-BEI jenħtieġ li jżomm il-klassifikazzjoni tal-kreditu triple-A bħala assi fundamentali tal-mudell ta' negozju tiegħu u portafoll ta' assi solidi u ta' kwalità għolja bi proġetti ta' investiment sod fl-implimentazzjoni tal-FEIS;

N.  billi l-BEI għadu ma wettaqx il-miżuri kollha meħtieġa bi tweġiba għar-rakkomandazzjonijiet u t-talbiet tal-Parlament Ewropew fir-riżoluzzjonijiet tiegħu dwar ir-Rapporti Annwali tal-BEI fis-snin preċedenti;

It-tisħiħ tas-sostenibbiltà tal-politika ta' investiment tal-BEI

1.  Jinnota li EUR 77.5 biljun tal-operazzjonijiet ġew iffirmati fl-2015 (meta mqabbla ma' EUR 77 biljun fl-2014), li minnhom EUR 69.7 biljun marru għall-Istati Membri tal-UE u EUR 7.8 biljun marru barra mill-UE;

2.  Jilqa' r-rapporti annwali tal-BEI għall-2015 u l-kisbiet tiegħu ppreżentati fih, u l-isforzi miksuba għal preżentazzjoni aħjar u għar-rapportar tal-kontribuzzjoni (jew l-addizzjonalità) u r-riżultati tal-BEI;

3.  Ifakkar it-talba tal-Parlament li jippreżenta rapport annwali aktar komprensiv u armonizzat għal ħarsa ġenerali u evalwazzjoni kwalitattivi aħjar tal-attivitajiet globali u l-prijoritajiet ta' self tal-BEI; jinsisti li l-BEI jkompli jirfina u jipprovdi informazzjoni dwar l-impatt ekonomiku, soċjali u ambjentali konkret u miksub, kif ukoll il-valur miżjud, tal-operazzjonijiet tiegħu fl-Istati Membri u barra mill-UE;

4.  Jenfasizza li l-attivitajiet kollha ffinanzjati mill-BEI jridu jkunu parti minn u konsistenti b'mod stabbli mal-istrateġija ġenerali u l-oqsma politiċi ta' prijorità tal-UE kif definiti fl-istrateġija Ewropa 2020, il-Faċilità għat-Tkabbir u l-Impjiegi u l-Patt għal Tkabbir u Impjiegi, filwaqt li jiġu applikati l-kriterji tal-effiċjenza ekonomika, soċjali, finanzjarja u ambjentali fl-għażla tal-proġetti, sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni konsistenti tal-politika tal-UE;

5.  Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu ppreżentati riżultati konkreti u konċiżi dwar kif l-investimenti esterni tal-BEI kkontribwew għall-kisba tal-prijoritajiet tal-UE u l-iżvilupp tal-bini tal-kapaċità fir-reġjuni;

6.  Iħeġġeġ bil-qawwa lill-BEI jkompli l-isforzi tiegħu biex jegħleb il-lakuni settorjali, fl-investiment u fis-suq u jinvesti fi proġetti u operazzjonijiet li jkollhom valur miżjud reali biex tinkiseb koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali akbar fl-UE, ambjent ta' investiment aktar b'saħħtu, aktar impjiegi u r-ritorn ta' tkabbir sostenibbli fl-UE kollha;

7.  Ifakkar li l-appoġġ tal-irkupru ekonomiku, it-tkabbir sostenibbli u koeżjoni aktar b'saħħitha jikkostitwixxi objettiv prevalenti u li l-BEI jenħtieġ li jantiċipa aħjar l-isfidi strutturali, b'mod partikolari dawk relatati mar-reindustrijalizzazzjoni tal-Ewropa u l-ekonomija diġitali u bbażata fuq l-għarfien, sabiex jiġu ġġenerati opportunitajiet ekonomiċi ġodda, l-innovazzjoni, l-iżvilupp ta' ekonomija ċirkolari u użu aħjar ta' sorsi ta' enerġija rinnovabbli f'konformità mal-għanijiet tal-politiki dwar l-ambjent, il-klima u l-enerġija; jenfasizza li l-proċess ta' reindustrijalizzazzjoni għandu jsir filwaqt li titqies il-ħtieġa li jinħolqu impjiegi ta' kwalità għolja, minn naħa waħda, u d-diversi sitwazzjonijiet li jikkaratterizzaw l-ekonomija Ewropea, min-naħa l-oħra, iżda dejjem bl-attenzjoni dovuta għall-ambjent u s-saħħa tal-ħaddiema u l-membri tal-pubbliku;

8.  Huwa tal-fehma li l-BEI għandu jagħti attenzjoni sistematikament għall-effetti ekonomiċi, soċjali u ambjentali fuq perjodu medju u fit-tul meta jiddefinixxi l-azzjonijiet ta' investiment u d-deċiżjonijiet ta' finanzjament tiegħu, b'mod partikolari f'dak li għandu x'jaqsam ma' aspetti transfruntieri; iqis li hemm bżonn li l-BEI jinvesti fi proġetti sostenibbli ta' importanza sistemika fit-tul – kemm fuq skala kbira u kemm fuq skala żgħira – li joħolqu valur miżjud fil-livell reġjonali kif ukoll f'dak tal-UE;

9.  Jenfasizza li s-saħħa ta' proġetti ffinanzjati għandha, minnha nfisha, tiġi evalwata mhux biss f'termini ta' rilevanza ekonomika iżda anke b'enfasi daqstant qawwija fuq is-sostenibilità ambjentali u soċjali, kif ukoll fuq l-importanza politika, transfruntiera u reġjonali ta' dawn il-proġetti; ifakkar li l-prijoritizzazzjoni fl-attivitajiet ta' self tal-BEI fuq proġetti b'riżultati tanġibbli ċari u sostenibbli u b'impatt fuq it-tkabbir u l-impjiegi trid tibqa' tikkostitwixxi l-prinċipju ta' gwida ewlieni;

10.  Jirrikonoxxi li l-BEI huwa attur ewlieni meħtieġ biex jingħata nifs ġdid lill-ekonomija tal-UE, tingħata spinta lill-impjiegi, jiżdiedu ċ-ċifri tat-tkabbir fl-Istati Membri u jiżdiedu kemm jista' jkun l-effikaċja u l-valur għall-flus tar-riżorsi finanzjarji disponibbli, bl-użu ta' strumenti rotanti, jiġifieri permezz ta' effett multiplikatur ta' fondi ta' garanzija u mobilizzazzjoni;

11.  Jemmen li hemm bżonn tiġi żgurata strateġija ta' finanzjament tal-UE reżiljenti, sostenibbli u stabbli biex jitħaffef l-irkupru ekonomiku, tingħata spinta lill-impjiegi u tingħata għajnuna lil ċerti setturi ekonomiċi u reġjuni ġeografiċi inqas żviluppati biex ilaħħqu ma' dan ir-ritmu; ifakkar fil-ħtieġa li ssir enfasi fuq investiment produttiv li jagħmel differenza, speċjalment fuq medda twila ta' żmien, u li jkun hemm tisħiħ fis-settur primarju, ir-riċerka, l-infrastruttura u l-impjiegi; jemmen li l-proġetti għandhom jintgħażlu fuq il-bażi tal-merti tagħhom, il-potenzjal tagħhom li jiġġeneraw valur miżjud għall-UE kollha kemm hi, u addizzjonalità reali, possibbilment bi profil ta' riskju ogħla;

12.  Itenni, f'dan ir-rigward, li għandha tiġi ppubblikata aktar informazzjoni dwar in-natura preċiża tal-proġetti individwali ffinanzjati direttament jew indirettament permezz tal-attivitajiet ta' self tal-BEI, u, b'mod partikolari, dwar il-valur miżjud u l-impatt ekonomiku li jkun mistenni jkollhom fuq kull Stat Membru;

13.  Itenni t-tħassib tal-Parlament dwar id-definizzjoni ta' strateġija bilanċjata b'distribuzzjoni ġeografika dinamika, ġusta u trasparenti tal-proġetti u l-investimenti fost l-Istati Membri, filwaqt li tiqies l-enfasi speċjali fuq il-pajjiżi u r-reġjuni inqas żviluppati; josserva li 73 % tas-self totali tal-BEI għall-2015 (EUR 51 biljun) huwa kkonċentrat f'sitt Stati Membri, li juri li mhux l-Istati Membri jew ir-reġjuni kollha huma kapaċi jibbenefikaw bl-istess mod minn opportunitajiet ta' investiment;

14.  Jappoġġja l-inizjattivi tal-BEI biex jipprovdi assistenza teknika konġunta fuq il-post lill-awtoritajiet maniġerjali u l-intermedjarji finanzjarji, inkluż taħriġ immirat fil-pjattaforma fi-compass;

15.  Jistieden lill-BEI jtejjeb il-politika ta' komunikazzjoni tiegħu mal-partijiet ikkonċernati potenzjali u l-investituri privati dwar is-sorsi u l-istrumenti ta' finanzjament disponibbli, u maċ-ċittadini dwar ir-riżultati miksuba;

16.  Jistieden lill-BEI u lill-Kummissjoni jintensifikaw it-tixrid tal-possibbiltajiet ta' finanzjament li joffru, kif ukoll l-appoġġ u l-konsulenza tagħhom, biex jiżdied l-iffinanzjar ta' proġetti tal-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-SMEs, u biex jiġi ssimplifikat l-aċċess għal finanzjament mill-BEI u t-taħlit ta' għotjiet ma' self u strumenti finanzjarji; jistieden lill-Kummissjoni tappoġġja t-tfassil ta' programmi ta' taħriġ għal benefiċjarji potenzjali billi tagħti lill-awtoritajiet ta' ġestjoni rwol aktar sostanzjali fl-għoti ta' informazzjoni, gwida u konsulenza għall-benefiċjarji finali;

17.  Iqis li huwa fundamentali li l-BEI jżomm il-klassifikazzjoni tal-kreditu triple-A tiegħu sabiex jippreserva l-aċċess tiegħu għas-swieq kapitali internazzjonali taħt l-aqwa kundizzjonijiet ta' self u jgħaddi dawn il-benefiċċji fl-istrateġija tal-investiment u fil-kundizzjonijiet ta' self li joffri; jitlob lill-BEI jiżviluppa l-kultura ta' riskju tiegħu sabiex itejjeb l-effikaċja tiegħu u l-komplementarjetà u s-sinerġiji bejn l-interventi tiegħu u d-diversi politiki tal-UE;

18.  Jesprimi t-tħassib profond tiegħu dwar il-fatt li l-konklużjonijiet tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) fir-Rapport Speċjali Nru 19/2016 tagħha dwar "L-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE permezz ta' strumenti finanzjarji – tagħlimiet li għandhom jinsiltu mill-perjodu tal-programm 2007-2013" żvelaw li l-ispejjeż u l-imposti għall-fondi ġestiti mill-BEI/FEI li jimplimentaw strumenti finanzjarji taħt ġestjoni kondiviża huma ġeneralment ogħla, u jinkoraġġixxi lill-QEA twettaq awditu simili għall-perjodu attwali;

Il-monitoraġġ tal-impatt tal-BEI fl-implimentazzjoni ta' oqsma ta' politika pubblika ewlenin

19.  Jinnota r-rapport dwar ir-riżultati u l-impatt tal-operazzjonijiet tal-BEI fl-UE fl-2015 abbażi tal-metodoloġija ta' valutazzjoni fuq tliet pilastri bil-għan li jiġu vvalutati r-riżultati mistennija, jsir monitoraġġ tar-riżultati attwali u jitkejjel l-impatt tal-erba' għanijiet ta' politika pubblika (PPGs) ewlenin, jiġifieri l-innovazzjoni u l-ħiliet (22.7 % tal-firem tal-BEI fl-2015, li jammonta għal EUR 15.8 biljun), il-finanzjament għall-SMEs u l-kumpaniji b'kapitalizzazzjoni medja (28.5 % ta' firem, jew EUR 19.8 biljun), l-infrastruttura (24.5 %, jew EUR 17.1 biljun) u l-ambjent (24.3 %, jew EUR 16.9 biljun); jinnota li, għall-fini ta' spjegazzjoni tar-riżultati mistennija, hemm inklużi għażla ta' outputs u riżultati tal-operazzjonijiet ġodda ffirmati, iżda li m'hemmx informazzjoni inkluża f'dan ir-rapport dwar ir-riżultati attwali li qed isir monitoraġġ tagħhom, u lanqas fuq l-impatt miksub;

20.  Jiddispjaċih li fir-Rapport Annwali 2015 m'hemm l-ebda informazzjoni pprovduta dwar l-operazzjonijiet tal-BEI fl-UE f'dak li għandux x'jaqsam mar-riżultati mistennija u miksuba mill-operazzjonijiet tal-Bank fir-rigward taż-żewġ objettivi ta' politika trasversali tiegħu, jiġifieri l-azzjoni klimatika u l-koeżjoni; jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-fatt li fl-2015 il-BEI ma laħaqx il-livell previst ta' 30 % investimenti għall-koeżjoni (25.2 % milħuqa ġewwa l-UE) u li l-implimentazzjoni prevista għall-2016 (27 %) hija wkoll taħt il-mira ta' 30 %; jistieden bil-qawwa lill-BEI jerġa' jintroduċi l-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali bħala għan ta' politika pubblika primarju u jagħti bidu għal rapportar espliċitu dwar l-implimentazzjoni tiegħu;

21.  Jiddispjaċih ukoll li l-aġġornament tal-metodoloġija bi tliet pilastri biex tiġi allinjata mar-rekwiżiti tar-Regolament dwar il-FEIS ma wassalx għall-armonizzazzjoni tar-rapportar tal-BEI għall-operazzjonijiet ġewwa l-UE mar-rapportar ta' operazzjonijiet barra l-UE u għall-inklużjoni ta' informazzjoni analitika u komprensiva dwar ir-riżultati konkreti miksuba fl-UE; jitlob li tiġi ddivulgata aktar informazzjoni fil-livell tal-proġetti billi jingħata aċċess pubbliku għall-iskedi tal-evalwazzjoni u l-valutazzjoni tal-proġetti b'rabta mal-valutazzjoni tat-3 pilastri (3PA) u l-qafas għall-kejl tar-riżultati (REM);

22.  Jenfasizza li strateġija ambizzjuża ta' investiment trid tiġi abbinata ma' strumenti ta' monitoraġġ u ta' rapportar ċari li jiggarantixxu l-ġestjoni tal-prestazzjoni;

23.  Jistieden lill-BEI jenfasizza kontinwament l-iskrutinju tal-prestazzjoni tiegħu permezz ta' valutazzjonijiet tal-prestazzjoni u impatt ippruvat; iħeġġeġ lill-BEI jkompli jiddefinixxi l-indikaturi ta' monitoraġġ tiegħu, b'mod aktar speċifiku l-indikaturi tal-addizzjonalità, sabiex l-impatt jiġi vvalutat kemm jista' jkun malajr fil-fażi tal-ġenerazzjoni tal-proġetti u l-Bord jingħata informazzjoni suffiċjenti dwar l-impatt mistenni, b'mod partikolari fir-rigward tal-kontribut għall-politiki tal-UE;

24.  Jirrikonoxxi l-kumplessità tal-monitoraġġ ta' portafoll li qed jikber u tat-tħejjija ta' diversi proġetti, u sussegwentement tal-ġestjoni kumplessiva tal-indikaturi; iħeġġeġ lill-BEI jagħmel sforzi akbar sabiex jiġi żgurat monitoraġġ xieraq;

25.  Iħeġġeġ lill-BEI jkun aktar proattiv fil-konfront tal-Istati Membri sabiex jipprovdi servizzi għall-bini tal-kapaċitajiet u servizzi ta' konsulenza direttament lill-benefiċjarji għat-tħejjija ta' proġetti ta' investiment fuq skala kbira permezz ta' kooperazzjoni aħjar ma' awtoritajiet nazzjonali jew deċentralizzati rilevanti jew banek promozzjonali nazzjonali;

L-iskemi ta' finanzjament għall-SMEs

26.  Ifakkar li l-BEI għandu responsabbiltajiet madwar id-dinja kollha biex jiżgura l-attrattiva tal-UE fix-xena dinjija bil-promozzjoni ta' klima li twassal għall-investiment għan-negozji u l-intrapriżi;

27.  Jirrikonoxxi r-rwol ċentrali li l-SMEs u l-kumpaniji b'kapitalizzazzjoni medja jaqdu biex tingħata spinta lill-impjiegi u t-tkabbir tal-ekonomija tal-UE u tal-Istati Membri individwali; jappoġġja l-isforzi tal-BEI biex jintensifika l-appoġġ tiegħu għal kull tip ta' SME (kapital inizjali, negozji ġodda, mikrointrapriżi u intrapriżi ta' daqs medju, raggruppamenti tan-negozji), b'enfasi fuq mudelli kummerċjali ġodda b'opportunitajiet ta' impjieg b'potenzjali għoli għaż-żgħażagħ; jistieden lill-BEI, f'dan il-kuntest, jagħmel l-isforzi meħtieġa biex jiżgura l-implimentazzjoni sħiħa tal-programm ta' Inizjattiva tal-SMEs;

28.  Jinnota li l-appoġġ tal-BEI għall-SMEs kien jammonta għal madwar 36.6 % tal-finanzjament tiegħu fl-2015, li skatta effett ta' lieva ta' EUR 39.7 biljun għall-finanzjament tal-SMEs u appoġġja 5 miljun impjieg;

29.  Jilqa' l-isforzi tal-Fond Ewropew tal-Investiment biex iħaddem l-Inizjattiva tal-SMEs attwalment f'sitt pajjiżi (Spanja, l-Italja, il-Bulgarija, il-Finlandja, ir-Rumanija u Malta), li huma mistennija jibbenefikaw minn madwar EUR 8.5 biljun f'self ġdid lill-SMEs b'termini favorevoli; jistieden lill-Istati Membri jimplimentaw l-Inizjattiva tal-SMEs fuq skala usa', filwaqt li jżommu f'moħħhom il-kapaċità tagħha li tnaqqas ir-riskju għall-intermedjarji finanzjarji; japprezza, għalhekk, il-proposta tal-Kummissjoni li ttawwal l-Inizjattiva tal-SMEs sal-2020; jenfasizza, madankollu, li l-Inizjattiva tal-SMEs għandu jkollha rwol akbar, peress li l-finanzjament tal-SMEs huwa kruċjali għall-promozzjoni tat-tkabbir u l-impjiegi fl-UE, speċjalment fil-perjodu ta' wara l-kriżi ekonomika u finanzjarja; jistieden lill-BEI jissorvelja u jsaħħaħ l-użu tal-istrument ta' titolizzazzjoni; jitlob, barra minn hekk, titjib fil-politika ta' komunikazzjoni tal-BEI u l-kundizzjonijiet amministrattivi tal-Inizjattiva tal-SMEs; jistieden lill-Fond Ewropew tal-Investiment jippubblika rapport li jagħti dettalji tas-suċċessi u n-nuqqasijiet tal-programm;

30.  Jilqa' t-tnedija ta' strumenti ġodda, maqbula bejn il-BEI u l-Kummissjoni, bħall-istrument ta' Finanzjament Privat għall-Effiċjenza Enerġetika (PF4EE), l-Inizjattiva tal-SMEs u l-istrumenti finanzjarji tal-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali (EaSI), li huma mistennija jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-għanijiet tal-istrateġija Ewropa 2020; jinnota l-attivitajiet tal-FEI, b'mod partikolari l-istrumenti finanzjarji COSME (Kompetittività tal-Intrapriżi u l-SMEs) u Innovfin, li bbenefikaw mill-FEIS fl-2015 billi rduppjaw l-ammont ta' self li jiggarantixxi;

31.  Jistieden lill-BEI jżid il-profil tar-riskju tal-intervent tiegħu, b'mod speċjali meta jappoġġja l-SMEs li qed jieħdu riskji jew jevolvu f'reġjuni ekonomikament żvantaġġati jew reġjuni nieqsa mill-istabbiltà; jemmen ukoll li s-settur tal-SMEs u l-aċċess tiegħu għall-finanzjament jikkostitwixxu objettiv rikorrenti u fit-tul li jrid jiġi segwit u msaħħaħ ulterjorment;

L-innovazzjoni

32.  Jappoġġja kull inċentiv għall-innovazzjoni mmotivata mis-suq, l-iżvilupp soċjali u l-ħarsien ambjentali, u b'hekk jinżamm tkabbir sostenibbli u użu għaqli tar-riżorsi; jappoġġja inċentivi li jgħinu lill-UE fl-ambizzjoni tagħha li ssir ekonomija ċirkolari, diġtali u bbażata fuq l-għarfien u jippreservaw il-kompetittività tal-UE;

33.  Jinnota li l-BEI diġà jiffinanzja investimenti fl-R&Ż minn kumpaniji tas-sigurtà fl-UE fejn jintużaw teknoloġiji ċivili u b'użu doppju; huwa tal-fehma li, fir-rigward tat-teknoloġiji b'użu doppju, il-BEI għandu jappoġġja primarjament dawk l-investimenti li huma motivati mill-kummerċjalizzazzjoni tagħhom f'applikazzjonijiet ċivili – eżempji ta' proġetti tal-BEI ta' dan it-tip diġà jinkludu investimenti R&Ż fl-inġenji tal-ajru u provvisti tal-ispazju, sistemi tar-radar, iċ-ċibersigurtà u s-sigurtà cloud, il-mikroelettronika u l-vaċċini;

34. Jinnota li s-self għal proġetti innovattivi fl-2015 tela' għal livell rekord ta' EUR 18.7 biljun u jilqa' l-enfasi akbar li qed issir mill-BEI fuq l-investiment fl-innovazzjoni;

35.  Jinnota li, permezz tat-tkomplija tal-appoġġ tiegħu għal teknoloġiji ċivili u b'użu doppju, il-BEI jista' jżid l-appoġġ tiegħu għas-settur tas-sigurtà tal-UE fi ħdan il-qafas legali stabbilit tiegħu; dan jinkludi operazzjonijiet li jibbenefikaw mill-FEIS;

L-infrastruttura

36.  Jistieden lill-BEI jkompli jappoġġja l-aġenda tal-infrastruttura bbażata fuq proġetti ta' interess komuni effiċjenti fis-setturi tat-trasport u tal-enerġija b'riżorsi proprji u permezz tal-implimentazzjoni tal-istrumenti finanzjarji tad-dejn fil-qafas tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, filwaqt li jqis il-kompatibbiltà tagħhom mal-objettivi tal-politika ambjentali u klimatika u l-iżvilupp reġjonali; jistieden lill-BEI jiżviluppa strumenti finanzjarji ġodda għall-bini tal-infrastruttura u jaħdem fil-qafas tat-termini ta' strateġiji makroreġjonali;

37.  Jilqa' l-livell ta' finanzjament tal-objettivi tal-koeżjoni ekonomika u soċjali (EUR 17 634 biljun) u riġenerazzjoni rurali u urbana (EUR 5 467 biljun), u jirrakkomanda li dan jinżamm; iqis dan il-finanzjament bħala fattur essenzjali li jikkomplementa l-politika ta' koeżjoni u l-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (Fondi SIE); jenfasizza l-importanza li jinżamm djalogu regolari mal-awtoritajiet maniġerjali biex jinħolqu sinerġiji u komplementarjetà bejn iż-żewġ strumenti;

38.  Jistieden lill-BEI, lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali flimkien mal-banek u l-istituzzjonijiet promozzjonali nazzjonali (NPBIs) isaħħu l-kooperazzjoni tagħhom sabiex jinħolqu aktar sinerġiji bejn il-Fondi SIE u l-istrumenti ta' finanzjament u s-self tal-BEI, kif ukoll sabiex jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi, jiġu ssimplifikati l-proċeduri, tiżdied il-kapaċità amministrattiva, tingħata spinta lill-iżvilupp u l-koeżjoni territorjali u jittejjeb il-fehim tal-Fondi SIE u l-finanzjament mill-BEI; iqis li ftit informazzjoni hija disponibbli rigward l-attivitajiet ta' finanzjament imħallat tal-BEI fi proġetti u programmi tal-politika ta' koeżjoni; jitlob lill-BEI jonora r-rwol tiegħu bħala istituzzjoni pubblika u jsegwi l-ogħla ambizzjoni fir-rigward tar-responsabbiltà, it-trasparenza u l-viżibbiltà sabiex tiġi evitata l-ambigwità; jistieden lill-BEI jiżviluppa politika ta' komunikazzjoni rigward l-attivitajiet tiegħu, inklużi l-attivitajiet konsultattivi tiegħu, sabiex il-forom kollha ta' gvern u l-benefiċjarji kollha jkun jista' jkollhom aċċess għall-programmi tiegħu;

39.  Jissottolinja li l-użu akbar ta' strumenti finanzjarji fil-politika ta' koeżjoni jirrikjedi involviment akbar tal-Parlament Ewropew fl-iskrutinju tal-attivitajiet tal-BEI anke biex jippermetti valutazzjoni aħjar tal-implikazzjonijiet u l-konsegwenzi tar-rwol tal-BEI;

40.  Jitlob lill-Istati Membri jagħmlu użu sħiħ mill-allokazzjoni tagħhom tal-Fondi SIE u l-addizzjonalità, u b'hekk dan jikkomplementa s-self u l-istrumenti finanzjarji tal-BEI; jitlob, barra minn hekk, aktar taħlit u taħlit aħjar tal-għotjiet ma' finanzjament mill-BEI biex jiġi sfruttat aħjar l-effett ta' lieva tal-Fondi SIE; jitlob li l-BEI jmexxi dan il-proċess peress li għandu l-għarfien espert u responsabbiltà lejn l-azzjonisti li jgħinuh jikseb redditu fuq l-investimenti tiegħu;

41.  Jistieden lill-BEI jżid il-finanzjament tiegħu għall-koeżjoni ekonomika u soċjali kif ukoll l-objettivi urbani, filwaqt li jkompli jappoġġja setturi tradizzjonali u innovattivi fl-UE; jitlob, barra minn hekk, l-żvilupp ta' strumenti finanzjarji speċjali li jappoġġjaw l-implimentazzjoni ta' pjanijiet ta' azzjoni u strateġiji makroreġjonali, b'kooperazzjoni mal-Istati Membri;

L-investiment fl-ambjent u l-klima

42.  Iħeġġeġ lill-BEI jiffoka l-azzjoni klimatika tiegħu fuq is-sostenibbiltà tal-proġetti transettorjali fil-kuntest tal-miri COP21 u jappoġġja l-espansjoni tal-enerġiji rinnovabbli u l-effiċjenza fir-riżorsi; jinnota li l-finanzjament għas-sorsi ta' enerġija rinnovabbli laħaq EUR 3.4 biljun;

43.  Jistieden lill-BEI jivvaluta mill-ġdid l-attenzjoni li jiddedika speċifikament għal proġetti ta' infrastruttura tal-gass, speċjalment peress li d-domanda għall-gass fl-Ewropa qed tonqos filwaqt li qed jitwieldu pjanijiet ġodda fuq skala kbira ġodda biex jinbnew pipelines u terminals tal-LNG; jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-fatt li l-investimenti tal-BEI fl-infrastruttura tal-gass jistgħu jwasslu għal investimenti f'assi mitlufa;

44.  Iqis li hemm bżonn jitkompla l-iżvilupp ta' suq għal proġetti ekoloġiċi u sostenibbli, prinċipalment bil-promozzjoni tal-ħolqien ta' ekonomija ċirkolari, b'mod partikolari permezz ta' suq ta' bonds ekoloġiċi;

Il-kontribut tal-BEI għall-ġestjoni ta' kwistjonijiet globali

45.  Jinnota ż-żieda fil-mandat estern minn EUR 10 għal 27 biljun, b'ammont fakultattiv addizzjonali ta' EUR 3 biljun; ifakkar il-ħtieġa li tinżamm b'mod kostanti l-koerenza ta' dan il-mandat mal-objettivi tal-politika esterna tal-UE, partikolarment fir-rigward tar-rispett tad-drittijiet ċivili fil-pajjiżi li jirċievu finanzjament; itenni t-talba tal-Parlament lill-QEA biex tħejji rapport speċjali dwar l-allinjament mal-politiki tal-UE tal-interventi ta' self estern tal-BEI u l-prestazzjoni tagħhom;

46.  Jilqa' l-kapaċità ta' adattament rapidu tal-BEI għall-isfidi internazzjonali; jitlob lill-BEI jkompli bl-appoġġ tiegħu għall-politiki esterni tal-UE u r-rispons ta' emerġenza relatat mal-isfida globali tal-migrazzjoni billi jinkludi l-aspett tal-iżvilupp u jippromwovi r-reżiljenza ekonomika;

Il-monitoraġġ tal-valur miżjud u l-addizzjonalità tal-FEIS

47.  Jinnota li l-għan tal-FEIS huwa li jimmobilizza, permezz tal-BEI, total ta' EUR 315 biljun f'investiment addizzjonali u proġetti ġodda fl-ekonomija reali sal-2018; josserva li ġew approvati 97 proġett ta' infrastruttura u innovazzjoni u 192 ftehim ta' finanzjament tal-SMEs, li jirrappreżentaw investiment mistenni totali ta' EUR 115.7 biljun;

48.  Jirrikonoxxi li l-implimentazzjoni tal-FEIS bidlet b'mod rapidu l-mudell tal-profil u kummerċjali tal-BEI f'termini ta' proċessi u monitoraġġ ta' firem u kuntratti;

49.  Jinnota li sabiex isir użu sħiħ mill-kapaċità li jinġarru riskji addizzjonali, il-Grupp tal-BEI qed jiżviluppa diversi prodotti ġodda li jippermettu teħid tar-riskju ogħla (eż. dejn subordinat, tip ta' ekwità, kondiviżjoni tar-riskju mal-banek), u eżamina mill-ġdid il-politika tar-riskju tal-kreditu u l-eliġibbiltajiet tiegħu biex ikun hemm aktar flessibbiltà; jinnota li l-BEI qed iżid l-appoġġ tiegħu għal kumpaniji innovattivi jew għal proġetti ta' infrastruttura, bħal fil-każ tal-appoġġ tal-FEIS; jinnota li l-BEI jista' jappoġġja għadd akbar minn dawn il-proġetti riskjużi mingħajr ma jikkomprometti l-prinċipji ta' ġestjoni tajba;

50.  Ifakkar li l-objettiv tal-FEIS huwa li jidentifika profili ta' proġetti distinti, verament innovattivi u aktar riskjużi b'kontropartijiet ġodda mis-settur privat meta mqabbla ma' strumenti ta' finanzjament eżistenti tal-BEI, filwaqt li jinkiseb valur miżjud Ewropew transfruntier fl-implimentazzjoni tal-proġetti magħżula u kontribut reali għall-objettivi ta' politika komuni eżistenti tal-UE;

51.  Jirrikonoxxi li l-FEIS huwa strument ibbażat fuq is-suq; ifakkar, madankollu, li l-Istati Membri kollha għandhom jiżviluppaw kapaċità adegwata biex jużawh;

52.  Jinnota li, għall-benefiċċju tal-objettivi ta' koeżjoni u sostenibbiltà, fl-implimentazzjoni tal-proġetti tal-FEIS għandha tiġi kkunsidrata l-aktar firxa ġeografika wiesgħa possibbli; jitlob lill-BEI jikkoreġi l-iżbilanċi ġeografiċi attwali u l-konċentrazzjoni settorjali tal-portafoll tal-FEIS, b'mod partikolari fil-qafas tat-tieqa għall-infrastruttura u l-innovazzjoni (IIW) u t-tieqa għall-intrapriżi żgħar u medji (SMEW), billi jsaħħaħ l-attivitajiet ta' konsulenza tiegħu għall-iżvilupp ta' proġetti fl-Istati Membri u l-assistenza teknika permezz taċ-Ċentru Ewropew ta' Konsulenza għall-Investimenti (EIAH), billi jikkunsidra l-estensjoni tal-għadd ta' setturi eliġibbli għal finanzjament mill-FEIS jew billi jiġu adattati aħjar it-tip u d-daqs tal-proġetti għall-bżonnijiet tas-suq fl-Istati Membri;

53.  Jistieden lill-BEI jikkunsidra b'attenzjoni, fil-proċess tal-għażla, l-addizzjonalità reali u dinamiċi ġodda fuq l-iskala tal-effett multiplikatur, li jista' jvarja fost il-proġetti, b'mod partikolari f'oqsma fejn il-BEI jew il-FEI ma kinux diġà involuti, f'każijiet ta' falliment tas-suq jew f'sitwazzjonijiet ta' investiment subottimali;

54.  Jinnota li l-effett ta' lieva jvarja fost il-proġetti primarjament minħabba l-iskala, il-kumplessità u l-korrelazzjoni tagħhom bejn sfidi settorjali importanti u aspettattivi tal-benefiċjarji finali f'kuntest ta' skarsezza ta' fondi pubbliċi; huwa tal-opinjoni li l-preżunzjoni ta' effett ta' lieva medju ta' x15 jista' jitkejjel biss fi tmiem ċ-ċiklu tal-investiment filwaqt li jitqiesu l-partikolaritajiet tas-setturi; iqis ukoll li l-effikaċja tal-interventi mhijiex ivvalutata biss fuq il-potenzjal tal-istrumenti finanzjarji iżda anke fuq riżultati li jistgħu jitkejlu;

55.  Jitlob lill-BEI jikkunsidra b'mod partikolari l-prinċipju tal-addizzjonalità u jipprovdi informazzjoni ta' ġestjoni kwalitattiva rilevanti dwar l-implimentazzjoni tal-objettivi ddikjarati mill-FEIS, li turi l-addizzjonalità u l-impatt effettivi tagħhom meta mqabbla ma' parametri referenzjarji, iżda anke fid-dawl tal-estensjoni tal-FEIS lil hinn mill-2017;

56.  Iqis li għall-mobilizzazzjoni tal-kapital tas-settur privat huwa importanti li l-BEI jeħles lill-investituri minn xi wħud mir-riskji mġarrba minn proġetti potenzjali; jistieden ukoll lill-BEI jsaħħaħ kemm l-attrattiva u kemm il-viżibbiltà tal-FEIS fil-linji gwida ta' investiment u proġetti li jridu jiġu ffinanzjati billi jkompli jiżviluppa politika aktar effikaċi għas-sensibilizzazzjoni fost l-investituri privati potenzjali;

57.  Jinnota li l-FEIS (permezz tal-SMEW) huwa għodda importanti għall-provvista tal-finanzjament supplimentari lill-SMEs, jiġifieri sa EUR 75 biljun tal-investiment totali katalizzat mill-FEIS fuq perjodu ta' tliet snin, flimkien mal-kapaċitajiet ta' self tal-BEI u l-FEI;

58.  Jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi pjattaforma ta' garanzija Ewropea permanenti fil-qafas tal-FEIS biex tiffaċilita l-aċċess tal-SMEs għall-finanzjament, u biex ittejjeb l-iżvilupp ta' garanziji u tal-prodotti ta' self ibbażati fuq garanziji Ewropej;

59.  Jistieden lill-BEI jieħu l-opportunità ppreżentata mill-FEIS biex iżid il-finanzjament għal proġetti ta' enerġija rinnovabbli deċentralizzati mhux kollegati mal-grilja u fuq skala iżgħar li jinvolvu liċ-ċittadini u l-komunitajiet li jkollhom diffikultajiet biex jiksbu finanzjament minn sorsi oħra;

60.  Jinnota wkoll iż-żieda fl-attivitajiet speċjali tal-BEI f'termini ta' volum li rriżultat mill-ewwel sena tal-implimentazzjoni tal-FEIS, u li tirrifletti evoluzzjoni tal-kultura ta' riskju u l-politika ta' self prudenti tal-BEI;

61.  Jinsisti, għal finijiet ta' responsabbiltà, fuq l-iżvilupp ta' investimenti mmexxija mir-riżultati li jridu jiġu vvalutati b'mod regolari permezz tat-tabella ta' valutazzjoni tal-indikaturi mill-Kumitat tal-Investiment, bil-għan li jiġu identifikati proġetti mmirati sew f'termini tal-kontribut tagħhom għat-tkabbir u l-impjiegi u tingħata stampa oġġettiva f'termini ta' addizzjonalità, valur miżjud u konsistenza mal-politiki tal-Unjoni jew operazzjonijiet klassiċi oħra tal-BEI; jistieden lill-BEI jiddivulga informazzjoni dwar kif marru l-proġetti li ngħataw il-garanzija tal-FEIS meta mqabbla mat-tabella ta' valutazzjoni tal-indikaturi tal-FEIS;

62.  Jinnota li, fil-futur, il-BEI jibqa' miftuħ biex jiddiskuti mas-servizzi tal-Parlament dwar arranġamenti ulterjuri li jistgħu jiġu previsti biex ikun hemm approċċ aktar strutturat u anqas frammentat għad-djalogu bejn il-Parlament u l-BEI; fil-preżent, il-BEI u l-Parlament qed jaħdmu flimkien lejn konklużjoni rapida tal-ftehim formali dwar il-FEIS, li jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-iskambju tal-informazzjoni kollha skont dan il-ftehim – inkluż ir-Rapport Annwali dwar il-FEIS lill-Kunsill u l-Parlament;

L-approfondiment tat-trasparenza, ir-responsabbiltà, l-integrità u l-kontroll intern tal-BEI bħala kundizzjoni essenzjali għal governanza korporattiva aħjar

63.  Jemmen li r-rwol ekonomiku msaħħaħ tal-BEI, iż-żieda fil-kapaċità tal-investiment tiegħu u l-użu tal-baġit tal-UE biex jiġu ggarantiti l-operazzjonijiet tal-BEI jridu jiġu akkumpanjati minn titjib fit-trasparenza u responsabbiltà approfondita sabiex jiġi żgurat skrutinju pubbliku ġenwin tal-attivitajiet, l-għażla tal-proġetti u l-prijoritajiet ta' finanzjament tiegħu;

64.  Jistieden lill-BEI jaġġorna b'mod regolari l-immappjar tar-riskju tal-attivitajiet tiegħu u jadatta l-kultura tar-riskju tiegħu fir-rigward tal-mudell kummerċjali riċenti tiegħu u ż-żieda fil-volum tal-portafoll tiegħu b'rabta mal-implimentazzjoni tal-istrumenti l-ġodda mal-FEIS, diversi faċiltajiet, pjattaformi ta' investiment u strumenti għall-kondiviżjoni tar-riskju; jistieden ukoll lill-BEI, f'dan il-kuntest, jinkludi dimensjonijiet mhux finanzjarji – bħal valur miżjud soċjali u/jew ambjentali – fl-immappjar tar-riskju tiegħu; jilqa', f'dan il-kuntest, l-implimentazzjoni tal-qafas tal-attitudni lejn ir-riskji prudenzjali tal-BEI sabiex jissaħħu l-monitoraġġ tar-riskji u s-sorveljanza tal-oriġini, is-sjieda u l-ġestjoni tar-riskji; ifakkar il-ħtieġa li jiġi żviluppat qafas ta' kontroll uniku u omoġenju;

65.  Jilqa' l-kwalità għolja tal-portafoll tas-self tal-BEI, b'livell ta' self indebolit li jirrappreżenta 0.3 % tal-portafoll tas-self totali tal-BEI, li jikkonferma l-politiki ta' ġestjoni tar-riskju konsistentement prudenti tal-BEI u jżomm l-affidabbiltà kreditizja qawwija tiegħu fis-swieq finanzjarji internazzjonali;

66.  Jilqa' l-fatt li l-politika ta' trasparenza tal-BEI hija bbażata fuq preżunzjoni ta' divulgazzjoni u li kulħadd jista' jikseb aċċess għad-dokumenti u l-informazzjoni tal-BEI; ifakkar fir-rakkomandazzjoni tiegħu għall-pubblikazzjoni ta' dokumenti mhux kunfidenzjali fis-sit web tal-BEI, bħall-Pjanijiet Korporattivi tal-Operat għas-snin preċedenti, ftehimiet interistituzzjonali u memoranda, u jistieden lill-BEI ma jiqafx hemm iżda jkompli jfittex modi kif jagħmel titjib u jgħolli l-istandards;

67.  Jilqa' r-rapport dwar l-implimentazzjoni tal-politika ta' trasparenza tal-Grupp tal-BEI għall-2015 u r-rieżami li ġej tal-politika tal-BEI dwar l-iżvelar ta' informazzjoni protetta;

68.  Ifakkar li t-trasparenza fl-implimentazzjoni tal-politiki tal-UE ma twassalx biss għat-tisħiħ tar-responsabbiltà korporattiva globali u l-kredibbiltà tal-BEI, b'ħarsa ġenerali ċara lejn it-tip ta' intermedjarji finanzjarji u benefiċjarji finali, iżda tikkontribwixxi wkoll lejn it-tisħiħ tal-effikaċja u s-sostenibbiltà tal-proġetti ffinanzjati flimkien ma' approċċ ta' tolleranza żero għall-frodi u l-korruzzjoni fil-portafoll tas-self tiegħu; jistieden lill-BEI jallinja ruħu mas-sistema l-ġdida ta' twissija bikrija u esklużjoni ppjanata mill-Kummissjoni;

69.  Jinnota bi tħassib li l-BEI, minkejja li jiffinanzja tliet darbiet aktar mill-Bank Dinji, interdixxa tliet entitajiet biss, filwaqt li l-Bank Dinji interdixxa 820; jistieden lill-BEI jingħaqad man-netwerk ta' banek pubbliċi oħra li għandhom x'jaqsmu ma' interdizzjonijiet, netwerk li jinkludi l-Bank Dinji u l-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (BERŻ), sabiex din is-sitwazzjoni tiġi rettifikata;

70.  Itenni t-talba tiegħu li tiżdied it-trasparenza tal-interventi tal-BEI meta jopera mal-intermedjarji finanzjarji u l-benefiċjarji sabiex jiġu evitati kontropartijiet b'rekords negattivi, kontropartijiet interdetti u kontropartijiet li jista' jkollhom rabtiet ma' NCJs, ma' attivitajiet offshore jew mal-kriminalità organizzata; iqis li l-użu ta' kriterji għall-għażla ta' intermedjarji finanzjarji u l-pussess ta' informazzjoni aġġornata dwar is-sjieda benefiċjarja tal-kumpanija, inklużi fondi fiduċjarji, fondazzjonijiet u rifuġji fiskali, huma l-aħjar prattiki li jridu jiġu segwiti b'mod permanenti; jistieden lill-BEI jkompli jsaħħaħ il-kundizzjonijiet kuntrattwali tiegħu billi jintegra klawsola jew referenza għall-governanza tajba sabiex itaffi r-riskji għall-integrità u r-reputazzjoni;

71.  Jissuġġerixxi li l-BEI għandu jsegwi l-eżempju mogħti mill-Korporazzjoni Finanzjarja Internazzjonali (IFC) tal-grupp tal-Bank Dinji u jibda jiddivulga informazzjoni dwar is-subproġetti b'riskju għoli li jiffinanzja permezz ta' banek kummerċjali (l-intermedjarji/il-veikoli finanzjarji prinċipali użati mill-BEI għall-finanzjament tal-SMEs);

72.  Jilqa' l-laqgħat regolari mas-soċjetà ċivili u l-konsultazzjonijiet pubbliċi dwar l-iżvilupp tal-politiki tal-BEI;

73.  Jitlob li jiġi żgurat livell dejjem ogħla ta' trasparenza fil-politika tad-divulgazzjoni tal-BEI fir-rigward tal-korpi ta' governanza tiegħu, b'mod partikolari permezz tad-divulgazzjoni tal-minuti tal-laqgħat tal-Bord tad-Diretturi tal-BEI u l-FEI jew il-Kumitat tal-Investiment tal-FEIS fir-rigward ta' proġetti ta' interess pubbliku li jibbenefikaw mill-garanzija tal-baġit tal-UE u li għandhom impatt fuq it-territorji u ċ-ċittadini tal-UE; iqis id-divulgazzjoni tat-tabella ta' valutazzjoni tal-indikaturi bħala prattika tajba għal kwalunkwe operazzjoni u għall-valutazzjonijiet tal-impatt ambjentali u soċjali fil-livell tal-proġetti jew is-subproġetti;

74.  Itenni t-talba tiegħu biex l-informazzjoni dwar is-sistema tal-kuntratti u s-sottokuntratti tiġi ppubblikata u tkun aċċessibbli faċilment, u biex il-Parlament jingħata aċċess għall-informazzjoni u d-dokumentazzjoni finanzjarja assoċjata fil-każijiet kollha;

75.  Jilqa' l-approċċ proattiv meħud mill-Ombudsman Ewropew biex jeżerċita skrutinju pubbliku fuq il-BEI; jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar in-nuqqasijiet identifikati fil-mekkaniżmi eżistenti tal-BEI għall-prevenzjoni tal-kunflitti ta' interess li jista' jkun hemm fil-korpi li jmexxuh; jistieden lill-BEI, f'dan ir-rigward, jikkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsman u jirrevedi l-Kodiċi ta' Kondotta tiegħu mill-aktar fis possibbli sabiex ikun hemm prevenzjoni aħjar tal-kunflitti ta' interess fil-korpi li jmexxuh u ta' kwistjonijiet ta' revolving doors;

76.  Iqis li l-Viċi Presidenti tal-BEI m'għandhomx jibqgħu jkunu inkarigati minn proġetti fil-pajjiżi ta' oriġini tagħhom, minħabba l-potenzjal ċar ta' kunflitti ta' interess u l-fatt li minoranza ta' Stati Membri biss għandhom il-Viċi President tagħhom;

77.  Jilqa' r-rieżami tar-regoli tal-Uffiċċju tal-Mekkaniżmu tal-Ilmenti (Uffiċċju CM), u t-tiġdid tal-Memorandum ta' Qbil bejn l-Ombudsman Ewropew u l-EIB; jitlob kjarifika mingħand il-BEI dwar id-dewmien għat-tnedija ta' konsultazzjoni pubblika dwar ir-reviżjoni tal-politiki u l-proċeduri tal-mekkaniżmu tal-ilmenti tiegħu; jinnota li proċess ta' reviżjoni bħal dan joffri opportunità biex ikomplu jitjiebu l-indipendenza u l-effiċjenza tal-mekkaniżmu tal-ilmenti, bil-ħsieb li jiġi stabbilit ukoll mekkaniżmu għal fluss sistematiku ta' informazzjoni direttament bejn l-Uffiċċju CM u d-diretturi; jenfasizza li l-maniġment tal-BEI għandu jirrapporta kull sena lill-Ombudsman u l-Parlament dwar kif ir-rakkomandazzjonijiet tal-mekkaniżmi tal-ilmenti tiegħu jkunu ġew riflessi fil-politiki u l-prattiki tal-bank; jenfasizza, barra minn hekk, li l-kap tal-Uffiċċju CM għandu jippreżenta r-rapport tal-attività u l-valutazzjoni tiegħu ta' kif il-bank qiegħed jissodisfa r-rakkomandazzjonijiet tal-Uffiċċju CM lill-Parlament Ewropew darba fis-sena;

78.  Jitlob lill-BEI jagħmel l-almu tiegħu fil-ġlieda kontra l-evażjoni u l-evitar tat-taxxa, l-attivitajiet irregolari u l-ħasil tal-flus permezz tal-politika tiegħu dwar il-ġurisdizzjonijiet mhux trasparenti u li ma jikkooperawx (NCJ) u l-qafas tal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu (AML-CFT);

79.  Jistieden lill-BEI jżomm ukoll kooperazzjoni regolari ma' istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali oħrajn permezz tal-iskambju ta' informazzjoni dwar ir-riżultati tad-diliġenza dovuta korporattiva jew fiskali tiegħu jew ir-rieżami fil-qafas tal-prinċipju "kun af il-klijent tiegħek", u jirrapporta kull sena lill-Parlament u lill-pubbliku dwar kif jimplimenta l-politika tiegħu dwar l-NCJ;

80.  Iqis li s-superviżjoni prudenzjali esterna tal-BEI ħaqqha kunsiderazzjoni bir-reqqa, kif iddikjarat mill-Parlament fir-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu;

81.  Jinnota l-konklużjoni tal-Ftehim Tripartitiku aġġornat bejn il-BEI, il-Kummissjoni u l-Qorti Ewropea tal-Awdituri f'Settembru 2016 u jistieden lill-QEA twettaq verifiki ta' prestazzjoni tal-operazzjonijiet tal-BEI f'setturi differenti meta jkunu relatati mal-użu tar-riżorsi baġitarji tal-UE f'dak li għandu x'jaqsam mal-effikaċja u l-effiċjenza tagħhom;

82.  Jistieden lill-Kummissjoni tibda tippreżenta, annwalment, sa Ġunju ta' kull sena mill-2018 'il quddiem, rapport dwar l-implimentazzjoni sa mill-bidu tal-QFP attwali u dwar is-sitwazzjoni attwali, inklużi r-riżultati miksuba, tal-istrumenti finanzjarji kollha ġestiti u implimentati mill-Grupp tal-BEI, li joperaw b'riżorsi mill-baġit tal-UE, biex tużah fil-proċedura ta' kwittanza;

83.  Jistieden lill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) jinkludi informazzjoni dwar każijiet relatati mal-BEI fir-rapport annwali tiegħu;

Segwitu tar-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament

84.  Jitlob lill-BEI jirrapporta dwar is-sitwazzjoni attwali u l-istatus tar-rakkomandazzjonijiet preċedenti maħruġa mill-Parlament fir-riżoluzzjonijiet annwali tiegħu, b'mod speċjali fir-rigward tal-impatt tal-attivitajiet tiegħu b'rabta mas-self;

85.  Jistieden lill-BEI jirrevedi l-politika tiegħu dwar il-prevenzjoni u d-dissważjoni ta' mġiba pprojbita fl-attivitajiet tal-BEI, li għandha tistabbilixxi l-ħtieġa li l-BEI tieqaf tiffinanzja u/jew tapprova aktar żborżamenti tas-self għall-proġetti li jkunu taħt investigazzjoni nazzjonali jew min-naħa tal-OLAF fir-rigward ta' korruzzjoni u frodi;

o

o o

86.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Bank Ewropew tal-Investiment u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri.

(1)

Testi adottati, P7_TA (2014)0201.

(2)

Testi adottati, P8_TA(2015)0183.

(3)

Testi adottati, P8_TA(2016)0200.

(4)

ĠU L 280, 27.10.2011, p. 1.

(5)

ĠU L 135, 8.5.2014, p. 1.

(6)

ĠU L 204, 31.7.2012, p. 1.

(7)

ĠU L 169, 1.7.2015, p. 1.


OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (7.2.2017)

għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

dwar ir-Rapport Annwali dwar il-kontroll tal-attivitajiet finanzjarji tal-BEI għall-2015

(2016/2098(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Ivan Jakovčić

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.    Jieħu nota tal-iffirmar mill-BEI fl-2015 ta' EUR 77.5 biljun (li minnhom EUR 69.7 biljun kienu ġewwa l-Unjoni u EUR 7.8 biljun barra l-Unjoni) f'operazzjonijiet ġodda fl-oqsma tal-innovazzjoni, l-SMEs, l-infrastruttura u l-ambjent, kif ukoll appoġġ għall-akkomodazzjoni għar-refuġjati u l-investimenti fir-reġjuni milquta mill-kriżi tar-rifuġjati; jinnota wkoll li fl-2015 il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (EFSI) iffinanzja 126 proġett li jammontaw għal EUR 7.5 biljun u li mmobilizza EUR 50 biljun f'investimenti;

2.    Jirrikonoxxi r-rwol importanti ta' finanzjament mill-BEI fi żmien ta' kriżi ekonomika u finanzjarja serja, li qed ikollu impatt serju fuq is-sistemi ta' kreditu tradizzjonali;

3.    Jitlob lill-BEI u lill-Kummissjoni jipprovdu aktar assistenza teknika biex ikomplu jappoġġaw il-kapaċità amministrattiva u l-ġestjoni tal-proġetti, sabiex jiġi ssimplifikat l-aċċess għall-finanzjament u biex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni ta' investiment fl-oqsma differenti tal-Unjoni Ewropea; filwaqt li jirrikonoxxi l-importanza ta' dawk l-Istati Membri li huma azzjonisti maġġuri tal-BEI, huwa jitlob ukoll għajnuna għal dawk l-Istati Membri li għandhom proporzjon baxx ta' finanzjament mill-BEI, b'mod partikolari fl-oqsma ta' servizzi ta' konsulenza u servizzi analitiċi, il-ġestjoni tal-proġetti u attivitajiet ta' bini tal-kapaċità, sabiex tiġi żgurata allokazzjoni ġeografikament ibbilanċjata ta' finanzjament sabiex jiġi evitat li d-distakk bejn ir-reġjuni jikber, filwaqt li tinżamm valutazzjoni ta' applikazzjonijiet abbażi tal-mertu;

4.    Jilqa' l-livell ta' finanzjament tal-objettivi tal-koeżjoni ekonomika u soċjali (EUR 17 634 biljun) u riġenerazzjoni rurali u urbana (EUR 5 467 biljun), u jirrakkomanda li dan jinżamm; iqis dan il-finanzjament bħala fattur essenzjali li jikkomplementa l-politika ta' koeżjoni u l-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (Fondi SIE); jenfasizza l-importanza li jinżamm djalogu regolari mal-awtoritajiet ta' ġestjoni biex jistabbilixxu sinerġiji u komplementarjetà bejn iż-żewġ strumenti;

5.    Jirrikonoxxi li l-kwalità tal-portafoll ta' self tibqa' għolja bis-saħħa tal-politiki ta' ġestjoni tar-riskju prudenti; jitlob lill-BEI, madankollu, iżid l-inizjattiva tiegħu għar-riskju, u b'hekk jiġi żgurat impatt ekonomiku usa' u aktar effettiv, filwaqt li jinżamm livell għoli ta' portafoll ta' self, inkluż permezz ta' arranġamenti għal koordinazzjoni aktar mill-qrib ma' korpi nazzjonali li jissottoskrivu self preferenzjali għal programmi ta' investiment li huma f'konformità mal-objettivi għall-iżvilupp promossi mill-BEI; jinnota li l-istrumenti finanzjarji, inkluż is-self, ma għandhomx jitħallew jissostitwixxu għotjiet;

6.    Jistieden lill-BEI, lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali flimkien mal-Banek u l-Istituzzjonijiet Promozzjonali Nazzjonali (NPBIs) isaħħu l-kooperazzjoni tagħhom sabiex joħolqu aktar sinerġiji bejn il-Fondi SIE u l-istrumenti ta' finanzjament u s-self tal-BEI, kif ukoll sabiex jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi, jiġu ssimplifikati l-proċeduri, tiżdied il-kapaċità amministrattiva, tingħata spinta lill-iżvilupp u l-koeżjoni territorjali u jittejjeb il-fehim tal-Fondi SIE u l-finanzjament mill-BEI; iqis li ftit informazzjoni hija disponibbli rigward l-attivitajiet ta' finanzjament imħallat tal-BEI fi proġetti u programmi tal-Politika ta' Koeżjoni; jitlob lill-BEI jonora r-rwol tiegħu bħala istituzzjoni pubblika u li jsegwi l-ogħla ambizzjoni fir-rigward tar-responsabilità, it-trasparenza u l-viżibilità sabiex tiġi evitata ambigwità; jistieden lill-BEI jiżviluppa politika ta' komunikazzjoni rigward l-attivitajiet tiegħu, inklużi l-attivitajiet konsultattivi tiegħu, sabiex il-forom kollha ta' gvern u l-benefiċjarji kollha jkun jista' jkollhom aċċess għall-programmi tiegħu;

7.    Jissottolinja li l-użu ikbar ta' strumenti finanzjarji fil-politika ta' koeżjoni jirrikjedi involviment akbar tal-Parlament Ewropew fl-iskrutinju tal-attivitajiet tal-BEI anki biex jippermetti wkoll valutazzjoni aħjar tal-implikazzjonijiet u l-konsegwenzi tar-rwol tal-BEI;

8.    Jilqa' l-isforzi tal-Fond Ewropew tal-Investiment biex iħaddem l-Inizjattiva tal-SMEs attwalment f'sitt pajjiżi (Spanja, l-Italja, il-Bulgarija, il-Finlandja, ir-Rumanija u Malta), li huma mistennija jibbenefikaw minn madwar EUR 8.5 biljun ta' self ġdid lill-SMEs b'termini favorevoli; jistieden lill-Istati Membri jimplimentaw l-Inizjattiva tal-SMEs fuq skala usa', filwaqt li jżommu f'moħħhom il-kapaċità tagħha li tnaqqas ir-riskju għall-intermedjarji finanzjarji; japprezza, għalhekk, il-proposta tal-Kummissjoni li ttawwal l-Inizjattiva tal-SMEs sal-2020; jenfasizza, madankollu, li l-Inizjattiva tal-SMEs jenħtieġ li jkollha rwol akbar, peress li l-finanzjament lill-SMEs huwa kruċjali għall-promozzjoni tat-tkabbir u l-impjiegi fl-UE, speċjalment fil-perjodu ta' wara l-kriżi ekonomika u finanzjarja; jistieden lill-BEI jimmonitorja u jsaħħaħ l-użu tal-istrument ta' titolizzazzjoni; jitlob, barra minn hekk, titjib fil-politika ta' komunikazzjoni tal-BEI u l-kundizzjonijiet amministrattivi tal-Inizjattiva tal-SMEs; jistieden lill-Fond Ewropew tal-Investiment jippubblika rapport li jagħti dettalji tas-suċċessi u n-nuqqasijiet tal-programm;

9.    Jitlob lill-Istati Membri jagħmlu użu sħiħ mill-allokazzjoni tagħhom tal-Fondi SIE u l-addizzjonalità, u b'hekk jiġu kkomplementati s-self u l-istrumenti finanzjarji tal-BEI; jitlob, barra minn hekk, aktar taħlit u taħlit aħjar tal-għotjiet ma' finanzjament mill-BEI biex jiġi sfruttat aħjar l-effett ta' lieva tal-Fondi SIE; jitlob li l-BEI imexxi dan il-proċess peress li għandu l-għarfien espert u r-responsabiltà lejn l-azzjonisti li jgħinuh jikseb redditu fuq l-investimenti tiegħu;

10.    Jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi Pjattaforma ta' Garanzija Ewropea taħt il-EFSI biex tiffaċilita l-aċċess tal-SMEs għall-finanzjament, u biex ittejjeb l-iżvilupp ta' garanziji u tal-prodotti ta' self ibbażati fuq garanziji Ewropej;

11.    Jistieden lill-BEI iżid il-finanzjament tiegħu tal-koeżjoni ekonomika u soċjali kif ukoll l-objettivi urbani, filwaqt li jkompli jappoġġa setturi tradizzjonali u innovattivi fl-UE; jitlob, barra minn hekk, l-żvilupp ta' strumenti finanzjarji speċjali biex jappoġġaw l-implimentazzjoni ta' pjanijiet ta' azzjoni u strateġiji makroreġjonali, b'kooperazzjoni mal-Istati Membri;

12.    Jistieden lill-BEI u lill-Kummissjoni jintensifikaw it-tixrid tal-possibilitajiet tagħhom ta' finanzjament, kif ukoll l-appoġġ u pariri tagħhom, biex jiżdied l-iffinanzjar ta' proġetti tal-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-SMEs, u biex jiġi ssimplifikat l-aċċess għal finanzjament mill-BEI u t-taħlit ta' għotjiet ma' self u strumenti finanzjarji; jistieden lill-Kummissjoni tappoġġa t-tfassil ta' programmi ta' taħriġ għal benefiċjarji potenzjali billi tagħti lill-awtoritajiet ta' ġestjoni rwol aktar sostanzjali fl-għoti ta' informazzjoni, gwida u konsulenza għal benefiċjarji finali;

13.    Jiddispjaċih li l-għadd ta' kuntratti ta' self dubjużi żdied bejn l-2014 u l-2015, b'esponiment totali jiżdied b'EUR 455 miljun għal EUR 1.41 biljun; jistieden lill-Kummissjoni tirrieżamina l-ġestjoni tar-riskju tagħha u l-proċeduri ta' diliġenza dovuta tal-proġetti, sabiex jiġi żgurat li din il-problema, li dejjem qed tikber, tiġi indirizzata b'mod effettiv, u biex tipprovdi aġġornament lill-Parlament Ewropew dwar il-progress fl-2017.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

6.2.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

23

1

4

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Pascal Arimont, Franc Bogovič, Victor Boştinaru, Rosa D’Amato, Michela Giuffrida, Krzysztof Hetman, Constanze Krehl, Jens Nilsson, Andrey Novakov, Younous Omarjee, Mirosław Piotrowski, Stanislav Polčák, Terry Reintke, Liliana Rodrigues, Monika Smolková, Maria Spyraki, Ramón Luis Valcárcel Siso, Matthijs van Miltenburg, Lambert van Nistelrooij, Joachim Zeller

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Petras Auštrevičius, Andor Deli, Maurice Ponga, Bronis Ropė, Branislav Škripek, Hannu Takkula, Julie Ward

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Sofia Ribeiro


INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

27.3.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

16

1

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Nedzhmi Ali, Martina Dlabajová, Ingeborg Gräßle, Cătălin Sorin Ivan, Gilles Pargneaux, Georgi Pirinski, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Claudia Schmidt, Bart Staes, Marco Valli, Joachim Zeller

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Benedek Jávor, Marian-Jean Marinescu, Julia Pitera

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Arndt Kohn, Barbara Kudrycka, Lieve Wierinck


INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

27.3.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

16

1

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Nedzhmi Ali, Martina Dlabajová, Ingeborg Gräßle, Cătălin Sorin Ivan, Gilles Pargneaux, Georgi Pirinski, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Claudia Schmidt, Bart Staes, Marco Valli, Joachim Zeller

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Benedek Jávor, Marian-Jean Marinescu, Julia Pitera

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Arndt Kohn, Barbara Kudrycka, Lieve Wierinck


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

16

+

ALDE

PPE

S&D

Greens

Nedzhmi Ali, Martina Dlabajová, Lieve Wierinck

Ingeborg Gräßle, Barbara Kudrycka, Marian-Jean Marinescu, Julia Pitera, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Claudia Schmidt, Joachim Zeller

Cătălin Sorin Ivan, Arndt Kohn, Gilles Pargneaux, Georgi Pirinski

Benedek Jávor, Bart Staes

1

-

EFDD

Marco Valli

0

0

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Avviż legali