Proċedura : 2017/0803(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0164/2017

Testi mressqa :

A8-0164/2017

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 27/04/2017 - 5.5

Testi adottati :

P8_TA(2017)0136

RAPPORT     *
PDF 612kWORD 57k
19.4.2017
PE 602.774v02-00 A8-0164/2017

dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill li tapprova l-konklużjoni mill-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) tal-Ftehim dwar Kooperazzjoni Operattiva u Strateġika bejn ir-Renju tad-Danimarka u l-Europol

(07281/2017 – C8-0120/2017 – 2017/0803(CNS))

Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

Rapporteur: Agustín Díaz de Mera García Consuegra

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill li tapprova l-konklużjoni mill-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) tal-Ftehim dwar Kooperazzjoni Operattiva u Strateġika bejn ir-Renju tad-Danimarka u l-Europol

(07281/2017 – C8-0120/2017 – 2017/0803(CNS))

(Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

––  wara li kkunsidra l-abbozz tal-Kunsill (07281/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 39(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, kif emendat mit-Trattat ta' Amsterdam, u l-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 36 dwar id-Dispożizzjonijiet Transitorji, skont liema artikoli l-Parlament ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0120/2017),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/371/ĠAI tas-6 ta' April 2009 li tistabbilixxi l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol)(1), u b'mod partikolari l-Artikolu 23(2) tagħha,

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/935/ĠAI tat-30 ta' Novembru 2009 li tiddetermina l-lista ta' Stati terzi u organizzazzjonijiet li magħhom l-Europol għandu jikkonkludi ftehimiet(2), kif emendata bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/290(3),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/934/ĠAI tat-30 ta' Novembru 2009 li tadotta r-regoli implimentattivi li jirregolaw ir-relazzjonijiet tal-Europol mal-imsieħba, inkluż l-iskambju ta' data personali u informazzjoni kklassifikata(4), u b'mod partikolari l-Artikoli 5 u 6 tagħha,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni mill-President tal-Kunsill Ewropew, mill-President tal-Kummissjoni u mill-Prim Ministru tad-Danimarka tal-15 ta' Diċembru 2016, li enfasizzat il-ħtiġijiet operattivi, iżda wkoll in-natura eċċezzjonali u transitorja, tal-arranġament previst bejn l-Europol u d-Danimarka,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni msemmija hawn fuq, li enfasizzat li l-arranġament previst huwa kundizzjonali fuq is-sħubija kontinwa tad-Danimarka fl-Unjoni u fiż-żona ta' Schengen, fuq l-obbligu tad-Danimarka li sal-1 ta' Mejju 2017 timplimenta b'mod sħiħ fid-dritt Daniż id-Direttiva (UE) 2016/680/UE(5) dwar il-protezzjoni tad-data fi kwistjonijiet marbuta mal-pulizija, u fuq il-qbil tad-Danimarka dwar l-applikazzjoni tal-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u tal-kompetenza tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data,

–  wara li kkunsidra l-Protokoll Nru 22 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-eżitu tar-referendum Daniż tat-3 ta' Diċembru 2015 b'rabta mal-Protokoll Nru 22 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni leġiżlattiva tiegħu tal-14 ta' Frar 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni 2009/935/ĠAI fir-rigward tal-lista ta' Stati terzi u organizzazzjonijiet li magħhom l-Europol għandu jikkonkludi ftehimiet(6) u speċifikament it-talba fil-paragrafu 4 tagħha li l-arranġament futur bejn l-Europol u r-Renju tad-Danimarka jkollu data ta’ skadenza ta’ ħames snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ, sabiex tiġi żgurata n-natura transitorja tiegħu bil-ħsieb li jsir arranġament aktar permanenti,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 78(c) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0164/2017),

1.  Japprova l-abbozz tal-Kunsill;

2.  Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.  Jitlob lill-Kunsill jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b'mod sostanzjali;

4.  Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jiżguraw li, bħala parti mill-valutazzjoni li għandha ssir skont l-Artikolu 25 tal-Ftehim dwar Kooperazzjoni Operattiva u Strateġika bejn ir-Renju tad-Danimarka u l-Europol, il-Parlament Ewropew jiġi informat u kkonsultat regolarment, b'mod partikolari permezz tal-Grupp ta' Skrutinju Parlamentari Konġunt għall-Europol li għandu jiġi stabbilit skont l-Artikolu 51(1) tar-Regolament (UE) 2016/794(7);

5.  Jistieden lill-partijiet kollha involuti biex jeżawrixxu l-possibilitajiet kollha fid-dritt primarju u sekondarju ħalli mill-ġdid joffru lid-Danimarka sħubija sħiħa fl-Europol;

6.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Europol.

(1)

ĠU L 121, 15.5.2009, p. 37.

(2)

ĠU L 325, 11.12.2009, p. 12.

(3)

ĠU L 42, 18.2.2017, p. 17

(4)

ĠU L 325, 11.12.2009, p. 6.

(5)

Id-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li tħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 89).

(6)

Testi adottati, P8_TA(2017)0023.

(7)

Ir-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2009/371/ĠAI, 2009/934/ĠAI, 2009/935/ĠAI, 2009/936/ĠAI u 2009/968/ĠAI (ĠU L 135, 24.5.2016, p. 53–114).


NOTA SPJEGATTIVA

Fil-preżent id-Danimarka tipparteċipa b'mod sħiħ fl-Europol, li jopera taħt id-Deċiżjoni eżistenti tal-Kunsill (2009/371/ĠAI). Skont it-termini tal-Protokoll Nru 22 għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma setgħetx tieħu sehem fl-adozzjoni ta' dan ir-Regolament il-ġdid tal-Europol u mhijiex soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu. Ir-Regolament il-ġdid tal-Europol se jibda japplika mill-1 ta' Mejju 2017, meta d-Deċiżjoni eżistenti tal-Kunsill dwar l-Europol se tiġi rrevokata awtomatikament. Dan ifisser li, mill-1 ta' Mejju 2017, id-Danimarka mhux se tibqa' tkun parti mill-Europol u mhux se tkun tista' tipparteċipa fl-attivitajiet tiegħu, tikkonsulta d-databażijiet tiegħu jew ikollha skambji ta' data miegħu.

Fit-3 ta' Diċembru 2015, id-Danimarka organizzat referendum fuq il-konverżjoni tan-nonparteċipazzjoni inflessibbli tagħha tal-lum fi kwistjonijiet relatati mal-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni fil-Protokoll Nru 22 f'parteċipazzjoni selettiva aktar flessibbli, ta' parteċipazzjoni, simili għal dik li għandhom bħalissa l-Irlanda u r-Renju Unit. Madankollu, l-eżitu tar-referendum kien negattiv (53,1 % vvotaw "Le", kontra 46,9 % "Iva").

Wara l-eżitu negattiv ta' dan ir-referendum, saru diskussjonijiet informali bejn l-awtoritajiet Daniżi u l-Istituzzjonijiet Ewropej biex ifittxu modi li bihom id-Danimarka tkun assoċjata kemm jista' jkun mill-qrib mal-Europol.

Dawn id-diskussjonijiet informali wasslu għal dikjarazzjoni konġunta fil-15 ta' Diċembru 2016 mill-President tal-Kunsill Ewropew, il-President tal-Kummissjoni Ewropea u l-Prim Ministru tad-Danimarka. F'din id-dikjarazzjoni konġunta huwa propost li d-Danimarka, sabiex timinimizza l-effetti negattivi tat-tluq tagħha mill-Europol, tkun assoċjata miegħu fil-forma ta' ftehim ta' kooperazzjoni operattiva. Bil-għan li jiġi evitat kwalunkwe nuqqas operattiv, dan il-ftehim ta' kooperazzjoni jkun irid jiġi konkluż bejn l-Europol u d-Danimarka qabel l-1 ta' Mejju 2017.

Ir-rotta legali għal dan tkun tinvolvi żewġ proċeduri leġiżlattivi konsekuttivi, fejn l-ewwel nett id-Danimarka se titqiegħed fil-lista ta' pajjiżi terzi li magħhom l-Europol għandu jikkonkludi ftehimiet ta' kooperazzjoni internazzjonali, u mbagħad jiġi konkluż il-ftehim ta' kooperazzjoni operattiva bejn l-Europol u d-Danimarka. Il-Parlament Ewropew għandu jiġi kkonsultat dwar iż-żewġ proposti.

Fl-14 ta' Frar 2017, il-Parlament Ewropew adotta b'maġġoranza ferm kbira r-rakkomandazzjoni biex tiġi emendata d-Deċiżjoni 2009/935/ĠAI sabiex id-Danimarka titqiegħed fuq il-lista ta' Stati terzi u organizzazzjonijiet li magħhom l-Europol għandu jikkonkludi ftehimiet ta' kooperazzjoni internazzjonali.

Dan ir-rapport jikkonċerna l-konsultazzjoni tal-Parlament dwar l-abbozz ta' ftehim ta' kooperazzjoni operattiva bejn l-Europol u d-Danimarka,

Ir-rapporteur jirrakkomanda l-approvazzjoni tal-ftehim propost. Il-ġlieda kontra l-kriminalità transfruntiera serja u organizzata u t-terroriżmu internazzjonali fl-Unjoni tirrikjedi kooperazzjoni mill-qrib u skambju ta' data bejn l-Istati Membri tagħha. Tluq f'daqqa tad-Danimarka mill-Europol, mingħajr reġim transitorju li jwassal bla intoppi f'xi forma ta' assoċjazzjoni bejn id-Danimarka u l-Europol, jista' jwassal għal lakuni operattivi u jnaqqas tal-kapaċità tal-UE li tiġġieled b'mod effikaċi kontra l-kriminalità organizzata u t-terroriżmu. Għaldaqstant huwa importanti li jiġi żgurat livell suffiċjenti ta' kooperazzjoni operattiva bejn id-Danimarka u l-Europol, inkluż l-iskambju ta' data personali rilevanti, u ta' informazzjoni klassifikata, soġġetti għal salvagwardji xierqa u għall-protezzjoni tad-data.

Fl-istess ħin, għandu jkun ċar li tali ftehim ta' kooperazzjoni mad-Danimarka għandu jkun ta' natura eċċezzjonali u ma jista' bl-ebda mod ikun ekwivalenti għal sħubija sħiħa fl-Europol. Dan issemma b'mod ċar ukoll fil-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew, adottata fl-14 ta' Frar 2017.

Ir-rapporteur jinnota b'sodisfazzjon li dak li ntqal hawn fuq ġie rifless debitament fl-abbozz ta' ftehim ta' kooperazzjoni, kif ukoll il-kundizzjonijiet stabbiliti fid-dikjarazzjoni konġunta tal-15 ta' Diċembru 2016, b'mod partikolari li l-arranġament propost ikun jiddependi mill-isuktar tas-sħubija tad-Danimarka fiż-żona Schengen, l-obbligu tad-Danimarka li sal-1 ta' Mejju 2017 tkun implimentat id-Direttiva dwar il-Protezzjoni tad-Data (Direttiva (UE) 2016/680) b'mod sħiħ fid-dritt Daniż, u l-qbil tad-Danimarka dwar l-applikazzjoni tal-ġurisdizzjoni tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja u l-kompetenza tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data. Barra minn hekk, huwa jilqa' l-fatt li d-Danimarka se tkompli tikkontribwixxi b'mod xieraq fil-baġit tal-Europol.


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Ftehim dwar Kooperazzjoni Operattiva u Strateġika bejn ir-Renju tad-Danimarka u l-Europol

Referenzi

07281/2017 – C8-0120/2017 – 2017/0803(CNS)

Data meta ġie kkonsultat il-PE

21.3.2017

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

3.4.2017

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Agustín Díaz de Mera García Consuegra

23.3.2017

 

 

 

Eżami fil-kumitat

23.3.2017

30.3.2017

11.4.2017

 

Data tal-adozzjoni

11.4.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

51

1

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jan Philipp Albrecht, Michał Boni, Caterina Chinnici, Daniel Dalton, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Frank Engel, Tanja Fajon, Raymond Finch, Monika Flašíková Beňová, Lorenzo Fontana, Mariya Gabriel, Kinga Gál, Ana Gomes, Nathalie Griesbeck, Sylvie Guillaume, Jussi Halla-aho, Monika Hohlmeier, Filiz Hyusmenova, Sophia in ‘t Veld, Dietmar Köster, Barbara Kudrycka, Cécile Kashetu Kyenge, Marju Lauristin, Juan Fernando López Aguilar, Roberta Metsola, Claude Moraes, Alessandra Mussolini, Soraya Post, Birgit Sippel, Branislav Škripek, Csaba Sógor, Helga Stevens, Traian Ungureanu, Marie-Christine Vergiat, Harald Vilimsky, Udo Voigt, Josef Weidenholzer, Kristina Winberg, Tomáš Zdechovský, Auke Zijlstra

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Carlos Coelho, Anna Maria Corazza Bildt, Gérard Deprez, Cătălin Sorin Ivan, Jean Lambert, Ulrike Lunacek, Artis Pabriks, Morten Helveg Petersen, Emil Radev, Elly Schlein, Barbara Spinelli, Anders Primdahl Vistisen, Axel Voss

Data tat-tressiq

19.4.2017


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

51

+

ALDE

Gérard Deprez, Nathalie Griesbeck, Filiz Hyusmenova, Sophia in 't Veld, Morten Helveg Petersen

ECR

Daniel Dalton, Jussi Halla-aho, Branislav Škripek, Helga Stevens, Anders Primdahl Vistisen

EFDD

Kristina Winberg

ENF

Lorenzo Fontana, Harald Vilimsky

GUE/NGL

Barbara Spinelli, Marie-Christine Vergiat

NI

Udo Voigt

PPE

Michał Boni, Carlos Coelho, Anna Maria Corazza Bildt, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Frank Engel, Mariya Gabriel, Kinga Gál, Monika Hohlmeier, Barbara Kudrycka, Roberta Metsola, Alessandra Mussolini, Artis Pabriks, Emil Radev, Csaba Sógor, Traian Ungureanu, Axel Voss, Tomáš Zdechovský

S&D

Caterina Chinnici, Tanja Fajon, Monika Flašíková Beňová, Ana Gomes, Sylvie Guillaume, Cătălin Sorin Ivan, Cécile Kashetu Kyenge, Dietmar Köster, Marju Lauristin, Juan Fernando López Aguilar, Claude Moraes, Soraya Post, Elly Schlein, Birgit Sippel, Josef Weidenholzer

VERTS/ALE

Jan Philipp Albrecht, Jean Lambert, Ulrike Lunacek

1

-

ENF

Auke Zijlstra

1

0

EFDD

Raymond Finch

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Avviż legali