Proċedura : 2016/0172(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0165/2017

Testi mressqa :

A8-0165/2017

Dibattiti :

PV 03/10/2017 - 17
CRE 03/10/2017 - 17

Votazzjonijiet :

PV 04/10/2017 - 9.8
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2017)0375

RAPPORT     ***I
PDF 772kWORD 77k
19.4.2017
PE 589.485v03-00 A8-0165/2017

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar sistema ta' spezzjonijiet għall-operazzjoni bla periklu ta' laneċ ro-ro u bċejjeċ tal-baħar ta' veloċità għolja għall-passiġġieri f'servizz regolari u li temenda d-Direttiva 2009/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kontroll tal-Istat tal-Port u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 1999/35/KE

(COM(2016)0371 – C8-0210/2016 – 2016/0172(COD))

Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu

Rapporteur: Dominique Riquet

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar sistema ta' spezzjonijiet għall-operazzjoni bla periklu ta' laneċ ro-ro u bċejjeċ tal-baħar ta' veloċità għolja għall-passiġġieri f'servizz regolari u li temenda d-Direttiva 2009/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kontroll tal-Istat tal-Port u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 1999/35/KE

(COM(2016)0371 – C8-0210/2016 – 2016/0172(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2016)0371),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 100(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0210/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad-19 ta' Ottubru 2016(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0165/2017),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal direttiva

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Ħafna Stati Membri diġà jikkombinaw l-istħarriġ obbligatorju għall-operazzjoni bla periklu ta' laneċ ro-ro regolari ma' tipi oħra ta' stħarriġ u spezzjonijiet fejn possibbli, jiġifieri l-istħarriġ tal-Istat tal-bandiera u l-ispezzjonijiet ta' kontroll tal-Istat tal-port. Biex jitnaqqas iżjed l-isforz tal-ispezzjoni u biex jiġi mmassimizzat il-ħin li fih il-vapur ikun jista' jiġi sfruttat kummerċjalment, il-vapuri suġġetti għall-ispezzjonijiet ta' kontroll tal-Istat tal-port għandhom għalhekk jiġu ttrasferiti għad-Direttiva 2009/16/KE u l-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva għandu jkun limitat għal vapuri li jipprovdu servizzi regolari ta' laneċ ro-ro u bċejjeċ tal-baħar ta' veloċità għolja għall-passiġġieri bejn portijiet fi Stat Membru jew bejn port fi Stat Membru u port fi Stat terz fejn il-bandiera tal-vapur tkun l-istess bħal tal-Istat Membri inkwistjoni.

(3)  Ħafna Stati Membri diġà jikkombinaw l-istħarriġ obbligatorju għall-operazzjoni bla periklu ta' laneċ ro-ro regolari ma' tipi oħra ta' stħarriġ u spezzjonijiet fejn possibbli, jiġifieri l-istħarriġ tal-Istat tal-bandiera u l-ispezzjonijiet ta' kontroll tal-Istat tal-port. Biex jitnaqqas iżjed l-isforz tal-ispezzjoni u biex jiġi mmassimizzat il-ħin li fih il-vapur ikun jista' jiġi sfruttat kummerċjalment, filwaqt li jkomplu jiġu żgurati standards ta' sikurezza għoljin li jenħtieġ li ma jitnaqqrux, il-vapuri suġġetti għall-ispezzjonijiet ta' kontroll tal-Istat tal-port għandhom għalhekk jiġu ttrasferiti għad-Direttiva 2009/16/KE u l-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva għandu jkun limitat għal vapuri li jipprovdu servizzi regolari ta' laneċ ro-ro u bċejjeċ tal-baħar ta' veloċità għolja għall-passiġġieri bejn portijiet fi Stat Membru jew bejn port fi Stat Membru u port fi Stat terz fejn il-bandiera tal-vapur tkun l-istess bħal tal-Istat Membri inkwistjoni. Għall-bastimenti li jtajru l-bandiera ta' Stat Membru, u li jipprovdu servizzi regolari ta' laneċ ro-ro u bċejjeċ tal-baħar ta' veloċità għolja għall-passiġġieri bejn Stat Membru u pajjiż terz, ir-reġim tad-Direttiva 2009/16/KE (kontroll tal-Istat tal-port) għandu japplika meta l-bandiera tal-bastiment ma tkunx l-istess bħal dik tal-Istat Membru kkonċernat.

Emenda     2

Proposta għal direttiva

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Id-Direttiva 1999/35/KE kienet tipprovdi li f'kull perjodu ta' 12-il xahar għandu jitwettaq stħarriġ speċifiku u stħarriġ waqt is-servizz regolari mill-Istati ospitanti. Minkejja li l-objettiv ta' dan ir-rekwiżit kien li jiżgura li dawn iż-żewġ spezzjonijiet jitwettqu b'ċertu intervall bejniethom, il-kontroll tal-idoneità tar-REFIT wera li dan mhuwiex dejjem il-każ. Biex titneħħa l-ambigwità ta' dak ir-rekwiżit u biex jiġi żgurat livell komuni ta' sikurezza, għandu jiġi ċċarat li ż-żewġ spezzjonijiet annwali għandhom iseħħu f'intervalli regolari, ta' madwar sitt xhur.

(5)  Id-Direttiva 1999/35/KE kienet tipprovdi li f'kull perjodu ta' 12-il xahar għandu jitwettaq stħarriġ speċifiku u stħarriġ waqt is-servizz regolari mill-Istati ospitanti. Minkejja li l-objettiv ta' dan ir-rekwiżit kien li jiżgura li dawn iż-żewġ spezzjonijiet jitwettqu b'intervall suffiċjenti bejniethom, il-kontroll tal-idoneità tar-REFIT wera li dan mhuwiex dejjem il-każ. Sabiex jiġi kkjarifikat ir-reġim ta' spezzjoni u jkun żgurat qafas ta' spezzjoni armonizzat li jiżgura livell għoli ta' sikurezza, filwaqt li jitqiesu l-ħtiġijiet komuni tas-servizzi, għandu jiġi ċċarat li ż-żewġ spezzjonijiet annwali għandhom iseħħu f'intervalli regolari, ta' madwar sitt xhur. Jenħtieġ li dawk l-ispezzjonijiet konsekuttivi jsiru mhux inqas minn erba' xhur u mhux aktar minn tmien xhur 'l bogħod minn xulxin. Bl-istess mod, jenħtieġ li l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima twettaq u tippreżenta studju dwar il-konsegwenzi reali tal-applikazzjoni ta' din id-Direttiva.

Emenda     3

Proposta għal direttiva

Premessa 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a)  Minħabba l-profil tar-riskju għoli u speċifiku tagħhom, jenħtieġ li l-laneċ ro-ro u bċejjeċ tal-baħar ta' veloċità għolja għall-passiġġieri jitqiesu sistematikament bħala bastimenti b'riskju għoli u għaldaqstant jenħtieġ li jiġu spezzjonati bħala kwistjoni ta' prijorità. Bħala tali, jenħtieġ li l-ispezzjonijiet tal-laneċ ro-ro jkunu inklużi fin-numru totali ta' spezzjonijiet annwali li għandhom isiru minn kull Stat Membru, kif previst fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 2009/16/KE, u, għalhekk, jenħtieġ li l-Anness II ta' dik id-Direttiva jiġi emendat skont dan.

Emenda     4

Proposta għal direttiva

Premessa 8a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8a)  Jentħie' li l-ispezzjonijiet iqisu wkoll l-ambjent tax-xogħol u l-ħajja personali tal-ekwipaġġ, peress li l-kunsiderazzjonijiet tas-sikurezza u dawk soċjali huma marbuta mill-qrib.

Emenda     5

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 5 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  "servizz regolari" jfisser serje ta' laneċ ro-ro jew qsim ta' bċejjeċ tal-baħar ta' veloċità għolja għall-passiġġieri mħaddma biex jaqdu t-traffiku bejn l-istess żewġ portijiet jew iżjed, jew serje ta' vjaġġi minn u lejn l-istess port mingħajr waqfiet intermedjarji, jew:

(5)  "servizz regolari" tfisser serje ta' qsim b'laneċ ro-ro jew bċejjeċ tal-baħar ta' veloċità għolja għall-passiġġieri mħaddma biex jaqdu t-traffiku bejn l-istess żewġ portijiet jew iżjed, jew serje ta' vjaġġi minn u lejn l-istess port, mingħajr waqfiet intermedjarji, bi qbil ma' lista ta' ħinijiet tat-tluq u tal-wasla disponibbli pubblikament jew ippjanata, jew:

Emenda     6

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  "spettur" tfisser ħaddiem tas-settur pubbliku jew persuna oħra, debitament awtorizzata mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru biex jagħmlu l-ispezzjonijiet previsti f'din id-Direttiva u responsabbli lejn dik l-awtorità kompetenti u jissodisfa l-kriterji minimi speċifikati fl-Anness XI tad-Direttiva 2009/16/KE.

(12)  "spettur" tfisser ħaddiem tas-settur pubbliku jew persuna oħra, debitament awtorizzata mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru biex jagħmlu l-ispezzjonijiet previsti f'din id-Direttiva u responsabbli lejn dik l-awtorità kompetenti.

Emenda    7

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 12a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12a)   "awtorità kompetenti tal-Istat Membru" tfisser l-awtorità maħtura mill-Istat Membru skont din id-Direttiva u li hija responsabbli għat-twettiq tal-kompiti assenjati lilha permezz ta' din id-Direttiva.

Emenda    8

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Qabel il-bidu tal-operazzjoni mil-laneċ ro-ro jew il-bċejjeċ tal-baħar ta' veloċità għolja għall-passiġġieri fuq servizz regolari koperti minn din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom iwettqu spezzjoni ta' qabel il-bidu, li tikkonsisti fi:

1.  Qabel il-bidu tal-operazzjoni mil-laneċ ro-ro jew il-bċejjeċ tal-baħar ta' veloċità għolja għall-passiġġieri fuq servizz regolari koperti minn din id-Direttiva, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom iwettqu spezzjoni ta' qabel il-bidu, li tikkonsisti fi:

Emenda     9

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu -1 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1.  Fil-każ tal-ispezzjonijiet ta' qabel il-bidu, Stat Membru jista' jeżenta minn ċerti rekwiżiti jew proċeduri stabbiliti jew stipulati fl-Annessi I u II u li huma rilevanti għal stħarriġ jew spezzjoni annwali mwettqa mill-Istat tal-bandiera, matul is-sitt xhur preċedenti, li jew issodisfaw il-proċeduri u l-linji gwida rilevanti għall-istħarriġ kif speċifikat fl-HSSC jew proċeduri mfassla biex jinkiseb l-istess għan. L-Istati Membri għandhom jittrasferixxu l-informazzjoni rilevanti għall-bażi ta' data għall-ispezzjonijiet f'konformità mal-Artikolu 10.

Emenda    10

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Meta laneċ ro-ro jew bċejjeċ tal-baħar ta' veloċità għolja għall-passiġġieri jkunu se jiġu ingaġġati fuq servizz regolari ieħor, l-Istat Membru għandu jqis l-ispezzjonijiet u l-istħarriġ li jkunu saru qabel għal dawk il-laneċ ro-ro jew bċejjeċ tal-baħar ta' veloċità għolja għall-passiġġieri għall-operazzjoni fuq servizz regolari preċedenti li jaqa' taħt din id-Direttiva. Sakemm l-Istat Membru jkun sodisfatt b'dawk l-ispezzjonijiet u stħarriġ preċedenti u li jkunu rilevanti għall-kundizjonijiet il-ġodda ta' operazzjoni, l-ispezzjonijiet u l-istħarriġ previsti fl-Artikolu 3(1) ma għandhomx għalfejn jiġu applikati qabel ma' l-lanċa ro-ro jew il-biċċa tal-baħar ta' veloċità għolja għall-passiġġieri tkun bdiet topera fuq is-servizz regolari l-ġdid.

1.  Meta laneċ ro-ro jew bċejjeċ tal-baħar ta' veloċità għolja għall-passiġġieri jkunu se jiġu ingaġġati fuq servizz regolari ieħor, l-Istat Membru jista' jqis l-ispezzjonijiet u l-istħarriġ li jkunu saru qabel għal dawk il-laneċ ro-ro jew bċejjeċ tal-baħar ta' veloċità għolja għall-passiġġieri għall-operazzjoni fuq servizz regolari preċedenti li jaqa' taħt din id-Direttiva. Sakemm l-Istat Membru jkun sodisfatt b'dawk l-ispezzjonijiet u stħarriġ preċedenti u li jkunu rilevanti għall-kundizjonijiet il-ġodda ta' operazzjoni, l-ispezzjonijiet u l-istħarriġ previsti fl-Artikolu 3(1) ma għandhomx għalfejn jiġu applikati qabel ma' l-lanċa ro-ro jew il-biċċa tal-baħar ta' veloċità għolja għall-passiġġieri tkun bdiet topera fuq is-servizz regolari l-ġdid.

Emenda    11

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 3 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  spezzjoni bil-għajn u kontroll ta' dokument ma jqajmu ebda tħassib li l-lanċa ro-ro jew li l-bċejjeċ tal-baħar ta' veloċità għolja għall-passiġġgieri ma jissodisfawx ir-rekwiżiti meħtieġa għall-operazzjoni bla periklu, u

(Ma taffettwax il-verżjonijiet lingwistiċi kollha.)

Korrezzjoni ortografika fil-verżjoni lingwistika Franċiża.

Emenda     12

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  spezzjoni matul is-servizz regolari, mhux qabel ħames xhur imma mhux aktar tard minn seba' xhur wara l-ispezzjoni. Din l-ispezzjoni għandha tkopri l-oġġetti elenkati fl-Anness III u numru suffiċjenti tal-oġġetti elenkati fl-Annessi I u II biex jiżguraw li l-laneċ ro-ro jew il-bċejjeċ tal-baħar ta' veloċità għolja għall-passiġġieri jkomplu jissodisfaw ir-rekwiżiti meħtieġa kollha għall-operazzjoni bla periklu.

(b)  it-tieni spezzjoni matul servizz regolari, li m'għandhiex titwettaq qabel erba' xhur jew aktar tard minn tmien xhur wara l-ewwel spezzjoni, imsemmija fil-punt (a); dik it-tieni spezzjoni għandha tkopri l-oġġetti elenkati fl-Anness III u, dak li, skont il-ġudizzju professjonali tal-ispettur, huwa numru suffiċjenti tal-oġġetti elenkati fl-Annessi I u II biex jiżguraw li l-laneċ ro-ro jew il-bċejjeċ tal-baħar ta' veloċità għolja għall-passiġġieri jkomplu jissodisfaw ir-rekwiżiti meħtieġa kollha għall-operazzjoni bla periklu.

Emenda    13

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-Istati Membri għandhom iwettqu spezzjoni skont l-Anness II kull darba li l-lanċa ro-ro jew il-biċċa tal-baħar ta' veloċità għolja għall-passiġġieri tkun soġġetta għal tiswija, tibdil u modifikazzjonijiet maġġuri, jew meta jkun hemm bidla fit-tmexxija, jew trasferiment ta' klassi. Madankollu, f'każ ta' bidla fit-tmexxija, jew trasferiment ta' klassi, l-Istat Membru jista', wara li jikkunsidra l-ispezzjonijiet imwettqa qabel għal-laneċ ro-ro jew il-bċejjeċ tal-baħar ta' veloċità għolja għall-passiġġieri, u sakemm l-operazzjoni bla periklu tal-lanċa jew tal-biċċa tal-baħar ma tkunx affettwata minn din il-bidla jew trasferiment, teżenta l-lanċa jew il-biċċa tal-baħar mill-ispezzjoni meħtieġa minn dan il-paragrafu.

3.  L-Istati Membri għandhom iwettqu spezzjoni skont l-Anness II kull darba li l-lanċa ro-ro jew il-biċċa tal-baħar ta' veloċità għolja għall-passiġġieri tkun soġġetta għal tiswija, tibdil u modifikazzjonijiet maġġuri, jew meta jkun hemm bidla fit-tmexxija, jew trasferiment ta' klassi.

Emenda    14

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Fil-każ ta' nuqqasijiet li b'mod ċar huma perikolużi għas-sikurezza jew is-saħħa jew li joħolqu periklu immedjat għall-ħajja, għal-lanċa ro-ro jew għall-biċċa tal-baħar ta' veloċità għolja għall-passiġġieri, għall-ekwipaġġ u għall-passiġġieri tagħha, l-Istat Membru għandu jiżgura li l-lanċa ro-ro jew il-biċċa tal-baħar ta' veloċità għolja għall-passiġġieri tkun suġġetta għal projbizzjoni tal-ordni tat-tluq. Il-kaptan għandu jingħata kopja tal-ordni tal-projbizzjoni tat-tluq.

2.  Fil-każ ta' nuqqasijiet tal-lanċa ro-ro jew tal-biċċa tal-baħar ta' veloċità għolja għall-passiġġieri li b'mod ċar huma perikolużi għas-sikurezza jew li joħolqu periklu immedjat għas-saħħa jew il-ħajja tal-ekwipaġġ u tal-passiġġieri, l-Istat Membru għandu jiżgura li l-lanċa ro-ro jew il-biċċa tal-baħar ta' veloċità għolja għall-passiġġieri tkun suġġetta għal projbizzjoni tal-ordni tat-tluq. Il-kaptan għandu jingħata kopja tal-ordni tal-projbizzjoni tat-tluq.

Emenda     15

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Il-projbizzjoni tat-tluq m'għandhiex titneħħa sakemm ma jkunx tneħħa l-periklu jew sakemm l-Istat Membru ma jkunx stabbilixxa li l-vapur jista', suġġett għal kwalunkwe kundizzjoni meħtieħa, jipproċedi lejn il-baħar jew titkompla l-operazzjoni mingħajr riskju għas-sikurezza u s-saħħa tal-passiġġieri jew l-ekwipaġġ, jew riskju għal-lanċa ro-ro jew il-biċċa tal-baħar ta' veloċità għolja għall-passiġġieri jew vapuri oħra.

3.  Il-projbizzjoni tat-tluq m'għandhiex titneħħa sakemm il-periklu ma jkunx tneħħa b'mod affidabbli jew sakemm l-Istat Membru ma jkunx stabbilixxa li l-vapur jista', suġġett għal kwalunkwe kundizzjoni meħtieġa, jipproċedi lejn il-baħar jew titkompla l-operazzjoni mingħajr riskju għas-sikurezza u s-saħħa tal-passiġġieri jew l-ekwipaġġ, jew riskju għal-lanċa ro-ro jew il-biċċa tal-baħar ta' veloċità għolja għall-passiġġieri jew vapuri oħra.

Emenda    16

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.  Sabiex tittaffa l-konġestjoni tal-port, l-Istat Membru jista' jippermetti li lanċa ro-ro jew biċċa tal-baħar ta' veloċità għolja għall-passiġġieri suġġetta għal projbizzjoni ta' ordni tat-tluq tiċċaqlaq għal parti oħra tal-port jekk ikun sikur li jsir dan. Madankollu, ir-riskju tal-konġestjoni tal-port m'għandux ikun konsiderazzjoni għad-deċiżjoni dwar il-projbizzjoni tal-ordni tat-tluq jew it-tneħħija ta' projbizzjoni ta' ordni tat-tluq. L-awtoritajiet jew il-korpi tal-port għandhom jiffaċilitaw l-akkomodazzjoni ta' dawn il-vapuri.

7.  Sabiex tittaffa l-konġestjoni tal-port, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru jista' jippermetti li lanċa ro-ro jew biċċa tal-baħar ta' veloċità għolja għall-passiġġieri suġġetta għal projbizzjoni ta' ordni tat-tluq tiċċaqlaq għal parti oħra tal-port jekk ikun sikur li jsir dan. Madankollu, ir-riskju tal-konġestjoni tal-port m'għandux ikun konsiderazzjoni għad-deċiżjoni dwar il-projbizzjoni tal-ordni tat-tluq jew it-tneħħija ta' projbizzjoni ta' ordni tat-tluq. L-awtoritajiet jew il-korpi tal-port għandhom jiffaċilitaw l-akkomodazzjoni ta' dawn il-vapuri.

Emenda    17

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Jekk l-ispezzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 3 u 5 jikkonfermaw jew jiżvelaw nuqqasijiet li jkun jitolbu projbizzjoni tat-tluq, l-ispejjeż kollha relatati mal-ispezzjonijiet għandhom jiġu koperti mill-kumpanija.

1.  Jekk l-ispezzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 3 u 5 jikkonfermaw jew jiżvelaw nuqqasijiet li jkun jitolbu projbizzjoni tat-tluq, l-ispejjeż kollha relatati mal-ispezzjonijiet għandhom jiġu koperti mill-kumpanija. Ir-reġim tal-ispejjeż addizzjonali potenzjali għall-port għandhom ikunu rregolat mir-relazzjonijiet kuntrattwali bejn l-operatur u l-port.

Emenda     18

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa, iżżomm u taġġorna bażi tad-dejta għall-ispezzjonijiet li jkun fiha l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-implimentazzjoni tas-sistema tal-ispezzjoni prevista minn din id-Direttiva jew ittejjeb aktar il-bażi tad-dejta għall-ispezzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 24 tad-Direttiva 2009/16/KE.

1.  Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa, iżżomm u taġġorna bażi tad-data għall-ispezzjonijiet li jkun fiha l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-implimentazzjoni tas-sistema tal-ispezzjoni prevista minn din id-Direttiva u li tikkollega mal-bażi tad-data għall-ispezzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 24 tad-Direttiva 2009/16/KE.

Emenda     19

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni relatata mal-ispezzjonijiet imwettqa skont din id-Direttiva, inkluż dwar nuqqasijiet u projbizzjoni tal-ordnijiet tat-tluq, tiġi ttrasferita għall-bażi tad-dejta għall-ispezzjonijiet hekk kif jitlesta r-rapport tal-ispezzjoni jew titneħħa l-projbizzjoni tal-ordni tat-tluq. Fir-rigward tad-dettalji tal-informazzjoni, id-dispożizzjonijiet tal-Anness XIII tad-Direttiva 2009/16/KE għandhom japplikaw mutatis mutandis.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni relatata mal-ispezzjonijiet imwettqa skont din id-Direttiva, inkluż dwar nuqqasijiet u projbizzjoni tal-ordnijiet tat-tluq, tiġi ttrasferita għall-bażi tad-data fi żmien 24 siegħa minn meta jitlesta r-rapport tal-ispezzjoni jew minn meta titneħħa l-projbizzjoni tal-ordni tat-tluq. Fir-rigward tad-dettalji tal-informazzjoni, id-dispożizzjonijiet tal-Anness XIII tad-Direttiva 2009/16/KE għandhom japplikaw mutatis mutandis.

Emenda    20

Proposta għal direttiva

Artikolu 13 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Is-setgħa biex jiġu adottati l-atti ddelegati msemmija fl-Artikolu 12 qiegħda tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien indeterminat mid-[data tad-dħul fis-seħħ].

2.  Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 12 hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin mid-[data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta' setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta' żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.

Emenda     21

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 – paragrafu 1 – punt 3

Direttiva 2009/16/KE

Artikolu 14a – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Meta lanċa ro-ro jew biċċa tal-baħar ta' veloċità għolja għall-passiġġieri tkun ġiet suġġetta għal spezzjoni, din l-ispezzjoni għandha tiġi rreġistrata bħala spezzjoni estiża, fil-bażi tad-dejta għall-ispezzjonijiet u titqies għall-finijiet tal-Artikoli 10, 11 u 12 u għall-kalkolu tat-twettiq tal-impenn tal-ispezzjoni ta' kull Stat Membru, sal-punt li jkunu koperti l-oġġetti kollha msemmija fl-Anness VII għal din id-Direttiva.;

4.  Meta lanċa ro-ro jew biċċa tal-baħar ta' veloċità għolja għall-passiġġieri tkun ġiet suġġetta għal spezzjoni, din l-ispezzjoni għandha tiġi rreġistrata bħala spezzjoni estiża, fil-bażi tad-data għall-ispezzjonijiet u titqies għall-finijiet tal-Artikoli 10, 11 u 12 u għall-kalkolu tat-twettiq tal-impenn tal-ispezzjoni ta' kull Stat Membru, sal-punt li jkunu koperti l-oġġetti kollha msemmija fl-Anness VII għal din id-Direttiva. L-ispezzjoni għandha tiġi inkluża fl-għadd ta' spezzjonijiet obbligatorji għal kull Stat Membru, kif previst fl-Artikolu 5.

Emenda     22

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 – paragrafu 1 – punt 3

Direttiva 2009/16/KE

Artikolu 14a – paragrafu 4a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.  L-ispettur tal-awtorità kompetenti tal-Istat tal-port jista' jaqbel, waqt spezzjoni ta' vapur ro-ro tal-passiġġieri jew vapur tal-passiġġieri ta' veloċità għolja, li jkun akkumpanjat, minn spettur ta' kontroll tal-Istat tal-port ta' Stat Membru ieħor, li jaġixxi fil-kapaċità ta' osservatur. Meta l-bandiera tal-bastiment tkun dik ta' Stat Membru, l-Istat tal-port għandu, fuq talba, jistieden rappreżentant tal-Istat tal-bandiera biex jakkumpanja l-ispezzjoni bħala osservatur.

Emenda     23

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 – paragrafu 1 – punt 5a (ġdid)

Direttiva 2009/16/KE

Artikolu 19 – paragrafu 10a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a)  Fl-Artikolu 19, jiżdied il-paragrafu 10a li ġej:

 

10a.   Meta l-ispezzjoni tkun eżerċitata taħt din id-Direttiva, l-isforzi kollha possibbli għandhom isiru biex ikun evitat li vapur jinżamm jew jiddewwem indebitament;

(1)

ĠU C 34, 2.2.2017, p. 176.


NOTA SPJEGATTIVA

Sfond

Il-proposta tal-Kummissjoni dwar l-ispezzjonijiet tal-laneċ ro-ro u l-bċejjeċ tal-baħar ta' veloċità għolja għall-passiġġieri hija parti mill-programm REFIT, li għandu l-għan li jissimplifika u jirrazzjonalizza l-qafas leġiżlattiv attwali. Id-dibattitu tal-Parlament dwar il-proposta se jiftaħ f'mument kruċjali għas-settur marittimu, peress li l-2017 hija s-sena Ewropea tal-baħar. Is-sena 2017, għalhekk, għandha tkun kruċjali biex jissaħħaħ ir-rwol tas-settur marittimu fis-suq intern.

Il-proposta għandha l-għan li tneħħi l-inċertezza u r-ripetizzjoni legali kkawżati mill-koeżistenza ta' żewġ direttivi dwar l-ispezzjonijiet tal-bastimenti: id-Direttiva 1999/35/KE li tipprevedi spezzjonijiet speċifiċi għall-laneċ ro-ro u l-bċejjeċ tal-baħar ta' veloċità għolja għall-passiġġieri u d-Direttiva 2009/16/KE li tistabbilixxi reġim ta' spezzjoni mill-Istat tal-port għall-bastimenti bbażata fuq il-valutazzjoni tar-riskju.

Il-proposta tal-Kummissjoni għandha tippermetti wkoll li jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi u ekonomiċi għall-operaturi/għas-sidien filwaqt li jiġu evitati d-duplikazzjonijiet bejn iż-żjarat speċifiċi previsti mid-Direttiva 1999/35/KE u l-ispezzjonijiet imsaħħ skont id-Direttiva 2009/16/KE jew inkella ż-żjarat annwali mill-Istat tal-bandiera, filwaqt li jinżamm livell għoli ta' sigurtà.

Fil-fatt, il-proposta għal direttiva, peress li għandha l-għan li tissostitwixxi d-Direttiva 1999/35/KE, tnaqqas il-kamp ta' applikazzjoni ta' din tal-aħħar. Il-proposta tirristrinġi l-ispezzjonijiet unikament għal-laneċ ro-ro u l-bċejjeċ tal-baħar ta' veloċità għolja għall-passiġġieri b'servizz regolari bejn port ta' Stat Membru u port li jinsab f'pajjiż terz meta l-bandiera tal-vapur tkun l-istess bħal dik tal-Istat Membru kkonċernat, jew fuq f'servizz regolari fi vjaġġi nazzjonali f'żoni marittimi li jistgħu joperaw fihom il-vapuri tal-Klassi A skont id-Direttiva 2009/45/KE.

Il-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2009/16/KE dwar il-kontroll mill-Istat tal-Port qed jitwessa' b'dettalji dwar in-natura tal-ispezzjonijiet meħtieġa għall-operazzjoni bla periklu tal-laneċ ro-ro jew il-bċejjeċ tal-baħar ta' veloċità għolja għall-passiġġieri.

Il-pożizzjoni tar-rapporteur

Ir-rapporteur jappoġġja u jilqa' b'mod favorevoli ħafna l-proposta tal-Kummissjoni li għandha l-għan li tiżgura regoli komuni ċari, issimplifikati u msaħħa għall-laneċ ro-ro u l-bċejjeċ tal-baħar ta' veloċità għolja għall-passiġġieri li jitilqu minn jew jaslu fl-UE. Huwa tal-opinjoni li dan il-qafas ġuridiku robust u koerenti huwa meħtieġ sabiex ikun żgurat mhux biss livell ta' sikurezza komuni iżda wkoll ambjent kompetittiv mhux preġudikat għall-operaturi kollha indipendentement min-nazzjonalità tagħhom jew mill-bandiera tal-bastiment.

B'mod partikolari, huwa jqis li l-proposta tmur fid-direzzjoni ta' simplifikazzjoni billi tevita d-duplikazzjoni ġuridika u tiċċara l-kamp ta' applikazzjoni bejn din id-Direttiva u d-Direttiva 2009/16/KE dwar il-kontroll mill-Istat tal-Port.

Minbarra dan, il-proposta tiżgura l-infurzar tad-Direttiva billi ddaħħal frekwenza semiannwali tal-ispezzjoni, jiġifieri żewġ spezzjonijiet f'intervalli ta' sitt xhur, u billi timla l-lakuni ġuridiċi mingħajr ma ttaqqal jew tipperikola s-simplifikazzjoni tad-Direttiva.

Jistħoqq li jsiru xi kjarifiki speċifiċi. Fil-premessa 3, ir-rapporteur jixtieq jiċċara aktar il-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva u dak tad-Direttiva 2009/16/KE, billi jippreżenta każi differenti ta' ċifri ta' servizzi regolari bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi terzi, sabiex b'hekk jiġi evitat kwalunkwe vojt ġuridiku.

Imbagħad, ir-rapporteur iqis li fl-Artikolu 2 jeħtieġ li tiġi definita l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru, għaliex id-Direttiva ħafna drabi tagħmel referenza għaliha, u din tista' tkun ta' natura differenti skont l-Istat Membru.

Fil-fehma tarr-rapporteur l-eżenzjoni fl-Artikolu 5 mill-ispezzjoni tas-servizzi regolari hekk kif proposta mill-Kummissjoni Ewropea tista' ddgħajjef is-sigurtà u s-sikurezza tal-passiġġieri. Ir-rapporteur għalhekk jirrakkomanda li din titneħħa mill-proposta.

Fir-rigward tal-ispejjeż imġarrba waqt l-immobilizzazzjoni ta' bastiment, ir-rapporteur jissuġġerixxi li jiġi ċċarat it-test billi jiġi speċifikat li l-ispejjeż konsekwenti marbuta mal-port huma koperti mir-relazzjonijiet kuntrattwali, sabiex b'hekk tiġi evitata kwalunkwe inċertezza ġuridika.

Fl-aħħar nett, hemm bżonn li jkun hemm xi dettalji oħra bil-għan li jiġi ċċarat aktar it-test.


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Sistema ta’ spezzjonijiet għall-operazzjoni bla periklu ta’ laneċ ro-ro u bċejjeċ tal-baħar ta’ veloċità għolja għall-passiġġieri f’servizz regolari u emenda tad-Direttiva 2009/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kontroll tal-Istat tal-Port u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 1999/35/KE

Referenzi

COM(2016)0371 – C8-0210/2016 – 2016/0172(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

6.6.2016

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

TRAN

9.6.2016

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Dominique Riquet

27.6.2016

 

 

 

Eżami fil-kumitat

27.2.2017

10.4.2017

 

 

Data tal-adozzjoni

11.4.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

45

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Daniela Aiuto, Lucy Anderson, Inés Ayala Sender, Georges Bach, Izaskun Bilbao Barandica, Deirdre Clune, Michael Cramer, Luis de Grandes Pascual, Andor Deli, Isabella De Monte, Ismail Ertug, Jacqueline Foster, Dieter-Lebrecht Koch, Merja Kyllönen, Miltiadis Kyrkos, Bogusław Liberadzki, Peter Lundgren, Marian-Jean Marinescu, Cláudia Monteiro de Aguiar, Jens Nilsson, Markus Pieper, Salvatore Domenico Pogliese, Tomasz Piotr Poręba, Gabriele Preuß, Dominique Riquet, Massimiliano Salini, David-Maria Sassoli, Claudia Schmidt, Claudia Țapardel, Keith Taylor, Pavel Telička, István Ujhelyi, Peter van Dalen, Wim van de Camp, Elissavet Vozemberg-Vrionidi, Janusz Zemke, Kosma Złotowski, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Jakop Dalunde, Maria Grapini, Kateřina Konečná, Evžen Tošenovský, Matthijs van Miltenburg, Henna Virkkunen

Data tat-tressiq

19.4.2017


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

45

+

ALDE

Izaskun Bilbao Barandica, Dominique Riquet, Pavel Telička, Matthijs van Miltenburg

ECR

Jacqueline Foster, Tomasz Piotr Poręba, Evžen Tošenovský, Kosma Złotowski, Peter van Dalen

EFDD

Daniela Aiuto, Peter Lundgren

GUE/NGL

Kateřina Konečná, Merja Kyllönen, Jiří Maštálka,

PPE

Georges Bach, Deirdre Clune, Andor Deli, Dieter-Lebrecht Koch, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska, Marian-Jean Marinescu, Cláudia Monteiro de Aguiar, Markus Pieper, Salvatore Domenico Pogliese, Massimiliano Salini, Claudia Schmidt, Henna Virkkunen, Elissavet Vozemberg-Vrionidi, Luis de Grandes Pascual, Wim van de Cam

S&D

Lucy Anderson, Inés Ayala Sender, Isabella De Monte, Ismail Ertug, Maria Grapini, Miltiadis Kyrkos, Bogusław Liberadzki, Jens Nilsson, Gabriele Preuß, David-Maria Sassoli, Claudia Țapardel, István Ujhelyi, Janusz Zemke

VERTS/ALE

Michael Cramer, Jakop Dalunde, Keith Taylor

0

-

 

 

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Avviż legali