Proċedura : 2016/0170(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0167/2017

Testi mressqa :

A8-0167/2017

Dibattiti :

PV 03/10/2017 - 17
CRE 03/10/2017 - 17

Votazzjonijiet :

PV 04/10/2017 - 9.6
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2017)0373

RAPPORT     ***I
PDF 824kWORD 91k
21.4.2017
PE 594.091v01-00 A8-0167/2017

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2009/45/KE dwar regoli u standards ta' sigurtà għal vapuri tal-passiġġieri

(COM(2016)0369 – C8-0208/2016 – 2016/0170(COD))

Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu

Rapporteur: Daniela Aiuto

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2009/45/KE dwar regoli u standards ta' sigurtà għal vapuri tal-passiġġieri

(COM(2016)0369 – C8 0208/2016 – 2016/0170(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2016)0369),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 100(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C80208/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad-19 ta' Ottubru 2016(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0167/2017),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.   Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda     1

Proposta għal direttiva

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  Biex jinżamm livell għoli ta' sikurezza previst mill-istandards komuni tas-sikurezza ddefiniti mid-Direttiva 2009/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill16 u biex jiġu ppreservati kundizzjonijiet ekwi, l-applikazzjoni ta' dik id-Direttiva għandha titjieb. Id-Direttiva 2009/45/KE għandha tapplika biss għall-vapuri u l-inġenji li għalihom ġew iddisinjati l-istandards tas-sikurezza tagħha. Numru ta' tipi speċifiċi ta' vapuri għandhom għalhekk jiġu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni tagħha, bħal tenders, vapuri bil-qlugħ jew vapuri li jittrasportaw il-persunal imħarreġ involut fin-negozju tal-vapur jew stallazzjonijiet fuq il-baħar.

(1)  Biex jinżamm livell għoli ta' sikurezza u fiduċja mill-passiġġieri kif previsti mill-istandards komuni tas-sikurezza ddefiniti mid-Direttiva 2009/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill16 u biex jiġu ppreservati kundizzjonijiet ekwi, l-applikazzjoni ta' dik id-Direttiva għandha titjieb. Id-Direttiva 2009/45/KE għandha tapplika biss għall-vapuri u l-inġenji li għalihom ġew iddisinjati l-istandards tas-sikurezza tagħha. Numru ta' tipi speċifiċi ta' vapuri għandhom għalhekk jiġu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni tagħha, bħal tenders, vapuri bil-qlugħ jew vapuri li jittrasportaw il-persunal imħarreġ involut fin-negozju tal-vapur jew installazzjonijiet fuq il-baħar.

_________________

_________________

16Direttiva 2009/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Mejju 2009 dwar regoli u standards ta' sigurtà għal vapuri tal-passiġġieri (ĠU L 163, 25.6.2009, p. 1).

16Direttiva 2009/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Mejju 2009 dwar regoli u standards ta' sigurtà għal vapuri tal-passiġġieri (ĠU L 163, 25.6.2009, p. 1).

Emenda    2

Proposta għal direttiva

Premessa 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a)  It-tenders li jinġarru fuq vapur jintużaw għat-trasferiment ta' passiġġieri minn vapuri tal-passiġġieri direttament lejn ix-xatt u lura, filwaqt li tittieħed l-iqsar rotta tal-baħar. Dawn mhumiex adegwati, u jeħtieġ li ma jintużawx, għal tipi oħra ta' servizzi bħal eskursjonijiet għal veduti kostali. Tali eskursjonijiet jenħtieġ li jitwettqu minn bastimenti li jissodisfaw ir-rekwiżiti għal vapuri tal-passiġġieri tal-Istat kostali, kif ġie nnutat inter alia fil-linji gwida tal-OMI (MSC.1/Circ. 1417 dwar il-Linji Gwida għat-tenders tal-vapuri tal-passiġġieri). Jenħtieġ għalhekk li l-Kummissjoni tivvaluta l-ħtieġa għal rekwiżiti komuni Ewropej, inklużi dispożizzjonijiet obbligatorji, għat-tenders li jinġarru fuq vapur u jenħtieġ li toħroġ linji gwida speċifiċi qabel l-2020, sabiex inter alia tiffaċilita l-armonizzazzjoni tar-regoli u l-istandards bejn l-Istati Membri.

Emenda 3

Proposta għal direttiva

Premessa 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1b)  Id-Direttiva 2009/45/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill teskludi l-vapuri tal-passiġġieri li ma jitħaddmux b'mezzi mekkaniċi mill-kamp ta' applikazzjoni tagħha. Jenħtieġ li l-vapuri bil-qlugħ ma jiġux iċċertifikati f'konformità ma' dik id-Direttiva, meta l-propulsjoni mekkanika tagħhom tkun maħsuba għall-użu awżiljari u ta' emerġenza biss. Jenħtieġ, għalhekk, li l-Kummissjoni tivvaluta l-ħtieġa ta' rekwiżiti komuni Ewropej għal din il-kategorija ta' bastimenti tal-passiġġieri, u, fi kwalunkwe każ, jenħtieġ li tippubblika linji gwida speċifiċi sal-2020. Jenħtieġ li l-iskop ta' dawk il-linji gwida jkun ukoll li jiffaċilita l-armonizzazzjoni tar-regoli u l-istandards użati fl-Istati Membri, mingħajr ma jżidu rekwiżiti ma' dawk diġà stabbiliti fir-regoli tal-OMI.

Emenda    4

Proposta għal direttiva

Premessa 1c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1c)  L-installazzjonijiet offshore jinqdew minn bastimenti li jittrasportaw lill-ħaddiema. Dawn il-ħaddiema huma meħtieġa jtemmu b'suċċess kors obbligatorju ta' taħriġ dwar is-sikurezza u li jissodisfaw ċerti kriterji obbligatorji dwar is-saħħa medika. Jenħtieġ, għalhekk, li dawn jitqiesu bħala passiġġieri "speċjali" li jridu jiġu koperti minn regoli differenti u speċifiċi dwar is-sikurezza li jaqgħu barra l-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva. Jenħtieġ li l-Istati Membri jappoġġjaw b'mod attiv il-ħidma tal-OMI fil-qasam tal-istandards ta' sikurezza għall-bastimenti fuq il-baħar flimkien mar-riżoluzzjoni MSC.418(97) tagħha.

Emenda 5

Proposta għal direttiva

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  Il-Programm dwar l-Idoneità tar-Regolamentazzjoni (REFIT)17 wera li mhux l-Istati Membri kollha jiċċertifikaw il-vapuri tal-aluminju skont id-Direttiva 2009/45/KE. Dan joħloq sitwazzjoni mhux ugwali li timmina l-għan tal-kisba ta' livell ta' sikurezza għoli, komuni għall-passiġġieri li jbaħħru b'mod domestiku fl-Unjoni. Biex tiġi evitata l-applikazzjoni mhux uniformi li tirriżulta mill-interpretazzjoni tal-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva fir-rigward tad-definizzjoni ta' aluminju bħala materjal ekwivalenti u l-applikabbiltà tal-istandards korrispondenti għas-sikurezza kontra n-nirien, id-definizzjoni tal-materjal ekwivalenti għandha tiġi ċċarata.

(2)  Il-Programm dwar l-Idoneità tar-Regolamentazzjoni (REFIT)17 wera li mhux l-Istati Membri kollha jiċċertifikaw il-vapuri tal-aluminju skont id-Direttiva 2009/45/KE. Dan joħloq sitwazzjoni mhux ugwali li timmina l-għan tal-kisba ta' livell ta' sikurezza għoli, komuni għall-passiġġieri li jbaħħru b'mod domestiku fl-Unjoni. Biex tiġi evitata l-applikazzjoni mhux uniformi li tirriżulta mill-interpretazzjoni tal-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva fir-rigward tad-definizzjoni ta' aluminju bħala materjal ekwivalenti u l-applikabbiltà tal-istandards korrispondenti għas-sikurezza kontra n-nirien, id-definizzjoni tal-materjal ekwivalenti għandha tiġi ċċarata. Konsegwentement, jenħtieġ li l-aluminju jitqies bħala materjal ekwivalenti għall-azzar fl-Istati Membri kollha. Madankollu, ġie nnutat li r-regoli nazzjonali fis-seħħ għall-vapuri tal-aluminju jiżguraw livell għoli ta' sikurezza għall-passiġġieri li jbaħħru b'mod domestiku. Għalhekk, jenħtieġ li l-Istati Membri jitħallew iżommu l-metodi attwali tagħhom aktar stretti dwar il-prevenzjoni tan-nirien.

_________________

_________________

17 COM(2015)508.

17 COM(2015)508.

Emenda 6

Proposta għal direttiva

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Bil-ħsieb li jiżdiedu ċ-ċarezza u l-konsistenza legali, numru ta' definizzjonijiet u referenzi għandhom jiġu aġġornati u allinjati aktar mar-regoli internazzjonali jew tal-Unjoni relatati. Biex dan iseħħ, għandha tingħata attenzjoni speċjali biex ma jinbidilx il-kamp ta' applikazzjoni eżistenti u l-livell ta' sikurezza previst mid-Direttiva 2009/45/KE. B'mod partikolari, id-definizzjoni ta' vapur tradizzjonali għandha tiġi allinjata aħjar mad-Direttiva 2002/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill18, filwaqt li jiġu ppreservati l-kriterji attwali tas-sena tal-bini u t-tip ta' materjal. Id-definizzjoni ta' jott u biċċa tal-baħar tad-divertiment għandha tiġi allinjata aktar mal-Konvenzjoni Internazzjonali għas-Salvagwardja tal-Ħajja Umana fuq il-Baħar (il-Konvenzjoni SOLAS).

(3)  Bil-ħsieb li jiżdiedu ċ-ċarezza u l-konsistenza legali, jenħtieġ li numru ta' definizzjonijiet u referenzi jiġu aġġornati u allinjati aktar mar-regoli internazzjonali jew tal-Unjoni relatati. Biex dan iseħħ, jenħtieġ li tingħata attenzjoni speċjali biex ma jinbidilx il-kamp ta' applikazzjoni eżistenti u biex jiżdied il-livell ta' sikurezza previst mid-Direttiva 2009/45/KE. B'mod partikolari, jenħtieġ li d-definizzjoni ta' vapur tradizzjonali tiġi allinjata aħjar mad-Direttiva 2002/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill18, filwaqt li jiġu ppreservati l-kriterji attwali tas-sena tal-bini u t-tip ta' materjal. Jenħtieġ li d-definizzjoni ta' jott u biċċa tal-baħar tad-divertiment tiġi allinjata aktar mal-Konvenzjoni Internazzjonali għas-Salvagwardja tal-Ħajja Umana fuq il-Baħar (il-Konvenzjoni SOLAS).

_________________

_________________

18Id-Direttiva 2002/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2002 li tistabbilixxi sistema għall-monitoraġġ u l-informazzjoni dwar it-traffiku tal-bastimenti fil-Komunità u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/75/KEE (ĠU L 208, 5.8.2002, p. 10).

18Id-Direttiva 2002/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2002 li tistabbilixxi sistema għall-monitoraġġ u l-informazzjoni dwar it-traffiku tal-bastimenti fil-Komunità u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/75/KEE (ĠU L 208, 5.8.2002, p. 10).

Emenda    7

Proposta għal direttiva

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Fid-dawl tal-prinċipju ta' proporzjonalità, ir-rekwiżiti preskrittivi attwali li joħorġu mill-Konvenzjoni SOLAS wrew li huma diffiċli biex jiġu adattati għal vapuri tal-passiġġieri żgħar ta' taħt l-24 metru fit-tul. Barra minn hekk, vapuri żgħar huma primarjament mibnija b'materjali oħra għajr l-azzar u numru limitat ħafna biss minn dawn il-vapuri ġie għalhekk iċċertifikat skont id-Direttiva 2009/45/KE. Fin-nuqqas ta' tħassib speċifiku dwar is-sikurezza u standards adegwati previsti mid-Direttiva, il-vapuri ta' taħt l-24 metru fit-tul għandhom għalhekk jiġu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni tagħha u għandhom jiġu suġġetti għal standards speċifiċi tas-sikurezza ddeterminati mill-Istati Membri li jkunu f'pożizzjoni aħjar biex jivvalutaw il-limitazzjonijiet lokali tan-navigazzjoni għal dawn il-vapuri f'termini ta' distanza sal-kosta jew il-port u l-kundizzjonijiet tat-temp.

(4)  Fid-dawl tal-prinċipju ta' proporzjonalità, ir-rekwiżiti preskrittivi attwali li joħorġu mill-Konvenzjoni SOLAS wrew li huma diffiċli biex jiġu adattati għal vapuri tal-passiġġieri żgħar ta' taħt l-24 metru fit-tul. Barra minn hekk, vapuri żgħar huma primarjament mibnija b'materjali oħra għajr l-azzar u numru limitat ħafna biss minn dawn il-vapuri ġie għalhekk iċċertifikat skont id-Direttiva 2009/45/KE. Fin-nuqqas ta' tħassib speċifiku dwar is-sikurezza u standards adegwati previsti mid-Direttiva, għalhekk jenħtieġ li l-vapuri ta' taħt l-24 metru fit-tul jiġu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni tagħha u li jiġu suġġetti għal standards speċifiċi tas-sikurezza ddeterminati mill-Istati Membri li jkunu f'pożizzjoni aħjar biex jivvalutaw il-limitazzjonijiet lokali tan-navigazzjoni għal dawn il-vapuri f'termini ta' distanza sal-kosta jew il-port u l-kundizzjonijiet tat-temp. Fid-determinazzjoni ta' dawk l-istandards, jenħtieġ li l-Istati Membri jaġixxu f'konformità mal-linji gwida li se jiġu ppubblikati mill-Kummissjoni. Meta jagħmlu dan, jenħtieġ li huma jqisu ftehimiet u konvenzjonijiet internazzjonali mill-OMI, u li jevitaw li jdaħħlu rekwiżiti addizzjonali li jmorru lil hinn mir-regoli internazzjonali eżistenti. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tħaffef l-iżvilupp ta' linji gwida għal dawk il-bastimenti, kif previst mill-Programm ta' Ħidma tal-Kummissjoni għall-2017.

Emenda   8

Proposta għal direttiva

Premessa 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a)  Minħabba l-karatteristiċi ġeografiċi u klimatiċi speċifiċi u l-għadd kbir ta' gżejjer fil-Greċja li jeħtieġ li jiġu nnotifikati b'mod regolari u ta' spiss, kemm mill-kontinent jew minn gżejjer Griegi oħra, u minħabba l-għadd kbir ta' konnessjonijiet marittimi possibbli sussegwenti, jenħtieġ li l-Greċja titħalla tidderoga mir-rekwiżit li tistabbilixxi żoni tal-baħar. B'mod partikolari, jenħtieġ li l-Greċja titħalla tikklassifika vapuri tal-passiġġieri skont ir-rotta tal-baħar speċifika li joperaw, filwaqt li żżomm l-istess kriterji għall-klassijiet ta' vapuri tal-passiġġieri u l-istess standards ta' sikurezza.

Emenda    9

Proposta għal direttiva

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Biex tiżdied it-trasparenza u tiġi ffaċilitata n-notifika ta' eżenzjonijiet, ekwivalenzi u miżuri addizzjonali ta' sikurezza mill-Istati Membri, il-bażi ta' dejta għandu jiġi stabbilit u miżmum għal dan il-għan mill-Kummissjoni. Għandu jinkludi l-miżuri notifikati fil-forma ta' abbozz u adottata tagħhom.

(7)  Sabiex tiżdied it-trasparenza u tiġi ffaċilitata n-notifika ta' eżenzjonijiet, ekwivalenzi u miżuri addizzjonali ta' sikurezza mill-Istati Membri, jenħtieġ li l-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, tistabbilixxi bażi ta' data għal dan l-iskop, li jenħtieġ li hi żżomm u tagħmel disponibbli f'websajt aċċessibbli pubblikament. Jenħtieġ li dik il-bażi ta' data tinkludi l-miżuri notifikati fil-forma abbozzata u adottata tagħhom.

Emenda    10

Proposta għal direttiva

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  Sabiex jitqiesu l-iżviluppi fil-livell internazzjonali u l-esperjenza u biex tiżdied it-trasparenza, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-esklużjoni ta' emendi għall-istrumenti internazzjonali mill-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva jekk meħtieġ, bl-aġġornament tar-rekwiżiti tekniċi u l-istabbiliment ta' kondizzjonijiet għall-użu tal-bażi ta' dejta miżmuma mill-Kummissjoni biex tospita n-notifiki mill-Istati Membri ta' eżenzjonijiet u talbiet għal derogi skont id-Direttiva attwali. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta' tħejjija tagħha, inkluż fil-livell espert, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu skont il-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016. B'mod partikolari, biex tkun żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti ddelegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess waqt bħall-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess b'mod sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi ta' esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija tal-atti ddelegati.

(9)  Sabiex jitqiesu l-iżviluppi fil-livell internazzjonali u l-esperjenza u biex tiżdied it-trasparenza, jenħtieġ li s-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-esklużjoni ta' emendi għall-istrumenti internazzjonali mill-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva jekk meħtieġ, bl-aġġornament tar-rekwiżiti tekniċi u l-istabbiliment ta' arranġamenti dettaljati għall-aċċess għal u l-użu tal-bażi ta' data miżmuma mill-Kummissjoni biex tospita n-notifiki mill-Istati Membri ta' eżenzjonijiet u talbiet għal derogi skont id-Direttiva attwali. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta' tħejjija tagħha, inkluż fil-livell espert, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu skont il-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016. B'mod partikolari, biex tkun żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti ddelegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess waqt bħall-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess b'mod sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi ta' esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija tal-atti ddelegati.

Emenda    11

Proposta għal direttiva

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  Sabiex jiġu stabbiliti kundizzjonijiet ekwi għall-vapuri tal-passiġġieri li joperaw fuq vjaġġi minn u lejn il-portijiet tal-Unjoni, irrispettivament min-natura tal-vjaġġi li huma ingaġġati fuqhom, l-azzjoni tal-Unjoni fid-dawl biex jitħaffef ix-xogħol li għaddej bħalissa fl-IMO biex jiġu riveduti r-regolamenti tal-Konvenzjoni SOLAS għandha tiġi konformi mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

(10)  Sabiex jiġu stabbiliti kundizzjonijiet ekwi għall-vapuri tal-passiġġieri li joperaw fuq vjaġġi minn u lejn il-portijiet tal-Unjoni, irrispettivament min-natura tal-vjaġġi li huma ingaġġati fuqhom, jenħtieġ li l-azzjoni tal-Unjoni fid-dawl li jitħaffef ix-xogħol fl-OMI biex jiġu riveduti u jittejbu r-regolamenti tal-Konvenzjoni SOLAS tiġi konformi mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Emenda    12

Proposta għal direttiva

Premessa 11a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11a)  L-element uman huwa parti fundamentali mis-sikurezza tal-vapuri u l-proċeduri relatati magħha. Sabiex jinżamm livell għoli ta' sikurezza, huwa meħtieġ li titqies ir-rabta bejn is-sigurtà, l-għajxien abbord, il-kundizzjonijiet tax-xogħol u t-taħriġ, kif ukoll il-ħtieġa għal edukazzjoni adegwata għal operazzjonijiet ta' salvataġġ u ta' emerġenza transkonfinali. Għalhekk jenħtieġ li l-Unjoni jkollha rwol proattiv, anke internazzjonalment, sabiex timmonitorja u ttejjeb id-dimensjoni soċjali għall-ħaddiema abbord il-vapuri.

Emenda   13

Proposta għal direttiva

Premessa 11b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11b)  Sabiex jiġu ffaċilitati l-proċessi ta' implimentazzjoni u traspożizzjoni, jenħtieġ li r-rwol tal-EMSA u l-użu tal-Grupp ta' Esperti dwar is-Sikurezza tal-Vapuri tal-Passiġġieri eżistenti għall-Grupp tas-Sigurtà Marittima jiġu appoġġati.

Emenda     14

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt da (ġdid)

Direttiva 2009/45/KE

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt q – subparagrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(da)  il-punt (q), l-ewwel subparagrafu, huwa sostitwit b'dan li ġej:

""żona tal-baħar" tfisser żona stabbilita konformement ma' l-Artikolu 4(2);"

""żona tal-baħar jew ir-rotta marittima" tfisser żona jew, meta, għal raġunijiet ġeografiċi, ma jkunx possibbli li tiġi stabbilita żona tal-baħar, rotta, kif stabbilit skont l-Artikolu 4(2);"

Emenda     15

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt j

Direttiva 2009/45/KE

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt za

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(za)  "materjal ekwivalenti" tfisser liga tal-aluminju jew kwalunkwe materjal ieħor li ma jaqbadx, li jżomm karatteristiċi strutturali u ta' integrità ekwivalenti għall-azzar fl-aħħar tal-esponiment applikabbli għat-test standard tan-nar minħabba l-insulazzjoni pprovduta;

(za)  "materjal ekwivalenti" tfisser liga tal-aluminju jew kwalunkwe materjal ieħor li ma jaqbadx li, minnu nnifsu jew minħabba l-insulazzjoni pprovduta, iżomm karatteristiċi strutturali u ta' integrità ekwivalenti għall-azzar fl-aħħar tal-esponiment applikabbli għat-test standard tan-nar;

Emenda   16

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt j

Direttiva 2009/45/KE

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt zc

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(zc)  "vapur tradizzjonali" tfisser kull xorta ta' vapur tal-passiġġieri storiku ddisinjat qabel l-1965 u kopji tiegħu mibnija b'mod predominanti bil-materjali oriġinali, inkluż dawk iddisinjati biex jinkoraġġixxu u jippromwovu s-snajja' u l-kompetenzi tradizzjonali tal-baħar, li flimkien iservu bħala monumenti kulturali ħajja, li jitħaddmu skont il-principji tradizzjonali tat-tbaħħir u tat-teknika;

(zc)  "bastimenti tradizzjonali" tfisser it-tipi kollha ta' bastimenti u kopji tagħhom, inklużi dawk iddisinjati biex jinkoraġġixxu u jippromwovu s-snajja' u l-kompetenzi tradizzjonali tal-baħar, li flimkien iservu bħala monumenti kulturali ħajja, li jitħaddmu skont il-principji tradizzjonali tat-tbaħħir u tat-teknika;

Emenda    17

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt j

Direttiva 2009/45/KE

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt ze

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

"(ze)  "tender" tfisser dgħajsa li tinġarr fuq vapur użata għat-trasferiment ta' aktar minn 12-il passiġġier minn vapur tal-passiġġieri wieqaf lejn ix-xatt u lura;"

"(ze)  "tender" tfisser dgħajsa li tinġarr fuq vapur użata għat-trasferiment ta' aktar minn 12-il passiġġier minn vapur tal-passiġġieri wieqaf direttament lejn ix-xatt u lura, li tieħu l-iqsar rotta tal-baħar, fis-sens tal-Linji Gwida tal-OMI MSC.1/Circ.1417;"

Emenda   18

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt ba (ġdid)

Direttiva 2009/45/KE

Artikolu 4 – paragrafu 2 – subparagrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)   jiżdied il-paragrafu li ġej:

 

B'deroga mill-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, għal raġunijiet ġeografiċi, il-Greċja tista' tistabbilixxi, u taġġorna meta jkun meħtieġ, lista ta' rotot tal-baħar li tkopri r-rotot kollha fil-Greċja, minflok ma tistabbilixxi, jew taġġorna, lista ta' żoni tal-baħar. Meta tagħmel dan, il-Greċja għandha tuża l-kriterji korrispondenti għall-klassijiet ta' vapuri tal-passiġġieri stabbiliti fil-paragrafu 1.

Emenda   19

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4 – punt b

Direttiva 2009/45/KE

Artikolu 5 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Stat tal-port jista' jispezzjona vapur tal-passiġġieri jew vapur tal-passiġġieri ta' veloċità għolja, meta dan ikun operat fuq vjaġġi domestiċi, u jivverifika d-dokumentazzjoni, taħt id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2009/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*.

3.  Stat tal-port jista' jispezzjona vapur tal-passiġġieri, lanċa ro-ro jew vapur tal-passiġġieri ta' veloċità għolja, meta dawn ikunu operati fuq vjaġġi domestiċi, u jivverifika d-dokumentazzjoni, taħt id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2009/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*.

Emenda   20

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt e

Direttiva 2009/45/KE

Artikolu 6 – paragrafu 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Il-vapuri mibnija b'materjal ekwivalenti qabel id-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tagħha sa [5 snin wara d-data msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(1)].";

6.  Il-vapuri mibnija b'materjal ekwivalenti qabel [id-data tat-traspożizzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(1)] għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tagħha sa [daħħal id-data ħames snin wara d-data msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(1)].;

Emenda   21

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt ea (ġdid)

Direttiva 2009/45/KE

Artikolu 6 – paragrafu 6a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea)  jiżdied il-paragrafu 6a li ġej:

 

6a.  B'deroga mill-paragrafu 6, Stat Membru li jkollu aktar minn 60 vapur tal-passiġġieri magħmulin minn liga tal-aluminju li jtajru l-bandiera tiegħu fi [data tad-dħul fis-seħħ] jista' jeżenta, sa [daħħal id-data 8 snin wara d-data tat-traspożizzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(1)] il-vapuri tal-passiġġieri tal-Klassijiet B, C u D li huma magħmulin minn liga tal-aluminju mid-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva, sakemm ma jkun hemm l-ebda tnaqqis fil-livell ta' sikurezza u kwalunkwe vapur tal-passiġġieri eżentat ikun inbena qabel [id-data tat-traspożizzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(1)] u jopera esklużivament bejn il-portijiet ta' dak l-Istat Membru.

Emenda    22

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8 – punt b

Direttiva 2009/45/KE

Artikolu 9 – paragrafu 4 – subparagrafu 4a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

"Kwalunkwe tali miżura għandha tiġi applikata għall-vapuri tal-passiġġieri kollha tal-istess Klassi jew għall-inġenji meta joperaw taħt l-istess kondizzjonijiet speċifiċi, mingħajr diskriminazzjoni fir-rigward tal-bandiera tagħhom jew għan-nazzjonalità jew tal-post fejn ikun stabbilit l-operatur tagħhom."

Emenda    23

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8 – punt b

Direttiva 2009/45/KE

Artikolu 9 – paragrafu 4 – subparagrafu 4b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

"Il-miżuri li hemm referenza għalihom fil-paragrafu 3 għandhom japplikaw biss sakemm il-vapur jew l-inġenju jopera taħt il-kondizzjonijiet speċifikati."

Emenda    24

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8 – punt b

Direttiva 2009/45/KE

Artikolu 9 – paragrafu 4 – subparagrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

"Il-miżuri msemmija fit-tieni u fir-raba' subparagrafu għandhom jiġu nnotifikati permezz ta' bażi ta' dejta stabbilita u miżmuma mill-Kummissjoni għal dan il-għan. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 10a rigward il-kondizzjonijiet ta' aċċess għal din il-bażi ta' dejta.";

"Il-miżuri msemmija fit-tieni u fir-raba' subparagrafu għandhom jiġu nnotifikati permezz ta' bażi ta' data stabbilita, miżmuma u magħmula disponibbli fuq sit web aċċessibbli għall-pubbliku mill-Kummissjoni għal dan il-għan. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 10a rigward l-arranġamenti dettaljati għall-aċċess għal din il-bażi ta' data.";

Emenda    25

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 14

Direttiva 2009/45/KE

Artikolu 14 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

"1.  Fir-rigward tal-vapuri tal-passiġġieri involuti fuq vjaġġi internazzjonali, l-Unjoni għandha tissottometti proposti lill-IMO biex jitħaffef ix-xogħol li għaddej bħalissa fl-IMO biex jiġu riveduti r-regolamenti tal-Konvenzjoni SOLAS tal-1974, fil-verżjoni aġġornata tagħha, li fiha kwistjonijiet li jitħallew fid-diskrezzjoni tal-Amministrazzjoni, biex jiġu stabbiliti interpretazzjonijiet armonizzati għal dawk ir-regolamenti u biex jiġu adottati emendi għal dawn tal-aħħar kif xieraq.

‘1.  Fir-rigward tal-vapuri tal-passiġġieri involuti fuq vjaġġi internazzjonali, l-Unjoni għandha tissottometti proposti lill-OMI biex jitħaffef ix-xogħol fl-OMI biex jiġu riveduti u jittejbu r-regolamenti tal-Konvenzjoni SOLAS tal-1974, fil-verżjoni aġġornata tagħha, li fiha kwistjonijiet li jitħallew fid-diskrezzjoni tal-Amministrazzjoni, biex jiġu stabbiliti interpretazzjonijiet armonizzati għal dawk ir-regolamenti u biex jiġu adottati emendi għal dawn tal-aħħar kif xieraq.

Emenda   26

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 14a (ġdid)

Direttiva 2009/45/KE

Artikolu 15 – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(14a)  fl-Artikolu 15 jiżdied il-paragrafu li ġej:

 

B'mod partikolari, il-penali għandhom iqisu l-gravità, it-tul ta' żmien u l-karattru intenzjonali tal-ksur, u jiżdiedu jekk ikunu jistgħu jiġu applikati fatturi aggravanti.

(1)

  Għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.


NOTA SPJEGATTIVA

Test propost mill-Kummissjoni

Id-Direttiva 2009/45/KE tistabbilixxi regoli u standards ta' sikurezza għall-vapuri tal-passiġġieri ġodda u eżistenti magħmula mill-azzar u materjal ekwivalenti u bċejjeċ tal-baħar ta' veloċità għolja li jipprovdu servizzi domestiċi fl-Istati Membri tal-UE. Din timplimenta fil-livell tal-UE d-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni SOLAS tal-OMI li tistabbilixxi r-rekwiżiti tekniċi għall-kostruzzjoni tal-vapuri, l-istabilità, il-makkinarju, l-elettrika, is-sikurezza min-nar u t-tagħmir li jsalva l-ħajjiet għall-vapuri tal-passiġġieri, jiġifieri, vapuri li jġorru aktar minn 12-il passiġġier. Il-flotta tal-vapuri tal-passiġġieri domestika fl-UE tinkludi madwar 3 175 bastiment li jbaħħru f'żoni tal-baħar differenti kklassifikati skont id-Direttiva, u madwar 900 bastiment li joperaw biss f'żoni tal-port indikati.

Ir-reviżjoni ta' dawn ir-regoli ssegwi kontroll tal-idoneità tal-leġiżlazzjoni tas-sikurezza eżistenti tal-vapuri tal-passiġġieri mill-Kummissjoni, inklużi konsultazzjonijiet mal-Istati Membri u l-partijiet ikkonċernati. Dan il-kontroll wera li ċerti ambigwitajiet fid-dispożizzjonijiet legali wasslu għal interpretazzjonijiet differenti mill-awtoritajiet nazzjonali, b'mod partikolari dwar jekk vapuri iżgħar u ċerti tipi oħra ta' vapuri humiex koperti mid-Direttiva jew le. Il-proposta tal-Kummissjoni tipprova tissimplifika u tiċċara r-rekwiżiti korrispondenti. Id-Direttiva riveduta, b'mod partikolari, se:

  teskludi l-vapuri tal-passiġġieri kollha taħt l-24 metru, kemm eżistenti kif ukoll ġodda, mill-kamp ta' applikazzjoni, fejn tħalli l-istandards ta' sikurezza rilevanti għal regolazzjoni fil-livell tal-Istat Membru (l-Artikolu 3),

  teskludi l-bastimenti ta' servizz fuq il-baħar li jittrasportaw lill-ħaddiema lejn installazzjonijiet fuq il-baħar bħal parks eoliċi, kif ukoll tenders li huma dgħajjes (li jinġarru fuq vapur) użati għat-trasferiment ta' passiġġieri minn vapur tal-passiġġieri wieqaf bħal vapur tal-kruċiera lejn ix-xatt u lura (l-Artikolu 2),

  teskludi vapuri bil-qlugħ jekk mgħammra bi propulsjoni mekkanika awżiljarja, kif ukoll jotts tad-divertiment, u vapuri tradizzjonali, billi tiddefinixxihom b'mod aktar preċiż (l-Artikolu 2),

  tinkludi vapuri tal-passiġġieri mibnija mill-aluminju espliċitament fil-kamp ta' applikazzjoni, billi tirrikonoxxi l-aluminju bħala materjal ekwivalenti għall-azzar (l-Artikolu 2).

Barra minn hekk, il-klassifikazzjoni taż-żoni tal-baħar, skont ir-riskju għall-vapuri li joperaw f'parti partikolari tal-baħar, hija ssimplifikata u l-kriterji relatati mal-punti ta' refuġju, fejn in-nawfragi jkunu jistgħu jilħqu l-art, jiġu ssostitwiti b'referenza aktar ċara għad-distanza mil-linja tal-kosta. Aktar minn hekk, għandha tiġi stabbilita bażi ta' data mill-Kummissjoni biex tospita u tagħmel disponibbli n-notifiki meħtieġa mill-Istati Membri dwar eżenzjonijiet, ekwivalenzi jew miżuri addizzjonali ta' sikurezza li jistgħu jadottaw fir-rigward tar-rekwiżiti tad-Direttiva (l-Artikolu 14). Fl-aħħar nett, ġiet aġġornata firxa ta' definizzjonijiet tekniċi.

Il-pożizzjoni tar-rapporteur

Ir-rapporteur tenfasizza li l-iskop ewlieni tar-regolament ta' sikurezza tal-vapuri tal-passiġġieri jrid ikun li jiġi żgurat li l-passiġġieri u l-ekwipaġġ ikunu jistgħu jivvjaġġaw b'mod sikur abbord vapuri u dgħajjes tal-passiġġieri fl-UE. Is-simplifikazzjoni proposta fil-fatt għandha tgħin fl-implimentazzjoni bis-sħiħ, fil-monitoraġġ u fl-infurzar tar-regoli fl-Istati Membri u b'hekk tikkontribwixxi għaż-żamma ta' livell ta' sikurezza kumplessivament għoli.

Ir-rapporteur b'mod ġenerali tappoġġja l-proposta tal-Kummissjoni u tirrikonoxxi s-sejbiet tal-evalwazzjoni REFIT preċedenti, iżda r-rapporteur tqis li hemm numru ta' oqsma fejn il-proposta għandha bżonn tissaħħaħ u tiġi emendata. Bħalma hu previst mill-proposta, il-ħidma teknika ulterjuri biex tiċċara d-definizzjoni ta' materjal ekwivalenti għandha tiffaċilita wkoll l-implimentazzjoni tar-regoli aġġornati fl-Istati Membri fejn vapuri tal-passiġġieri mibnija bl-aluminju qegħdin jipprovdu servizzi domestiċi.

Gwida dwar l-istandards ta' sikurezza għal vapuri iżgħar u eżentati

Il-vapuri iżgħar taħt l-24 metri jintużaw b'mod mifrux fit-trasport tal-passiġġieri. Tali vapuri jistgħu jkunu wkoll bastimenti sinifikanti li jġorru sa 250 passiġġier, bħalma kien innotat mill-KESE. Filwaqt li jista' ma jkunx proporzjonat li jiġu imposti l-istess rekwiżiti bħal għall-vapuri tal-passiġġieri akbar, huwa importanti li jinżammu regoli u standards ta' sikurezza qawwija meta hija r-responsabilità tal-Istat Membru li jistabbilixxi r-regoli għal tali vapuri li jbaħħru fl-ilmijiet tagħhom. Ir-rapporteur, għalhekk, tipproponi li l-Kummissjoni tipprovdi gwida lill-Istati Membri, lill-industrija u lill-operaturi. Tali "kodiċi ta' bċejjeċ tal-baħar żgħar" se jiffaċilita l-konverġenza fir-regoli u l-kontrolli ta' sikurezza applikati fl-Istati Membri.

It-tenders li jinġarru fuq vapur jintużaw għat-trasferiment ta' passiġġieri minn vapuri tal-passiġġieri (primarjament vapuri tal-kruċiera) lejn ix-xatt u lura biss. Ir-rapporteur hija mħassba li tali vapuri m'għandhomx jintużaw għal tipi oħra ta' servizzi bħal eskursjonijiet għal veduti kostali. Dawn għandhom isiru biss minn vapuri li jissodisfaw ir-rekwiżiti għal vapuri tal-passiġġieri tal-istat kostali. Il-Kummissjoni, għalhekk, għandha tivvaluta l-ħtieġa għal rekwiżiti komuni Ewropej, li jinkludu dispożizzjonijiet obbligatorji u toħroġ linji gwida speċifiċi għal din il-kategorija, bil-għan li tiffaċilita l-armonizzazzjoni tar-regoli u l-istandards bejn l-Istati Membri.

Il-vapuri ta' servizz fuq il-baħar huma esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni abbażi tal-fatt li dawn iġorru persunal industrijali aktar milli passiġġieri lejn installazzjonijiet fuq il-baħar. Bħalissa hemm nuqqas ta' standard maqbul b'mod internazzjonali rigward id-definizzjoni u l-ġarr ta' persunal industrijali li għandu jiġi indirizzat fil-livell tal-OMI. Ir-rapporteur, għalhekk, tistieden lill-Istati Membri jappoġġjaw b'mod attiv il-ħidma tal-OMI għad-definizzjoni ta' standards adegwati ta' sikurezza ta' bastimenti fuq il-baħar.

Il-vapuri bil-qlugħ diġà ġew esklużi mid-Direttiva bħala vapuri tal-passiġġieri li ma jitħaddmux b'mezzi mekkaniċi. Skont ir-regoli l-ġodda issa huwa speċifikat li għandhom jiġu esklużi wkoll il-vapuri mgħammra bi propulsjoni mekkanika għal skopijiet awżiljarji u ta' emerġenza. Sabiex jinżammu livelli armonizzati ta' sikurezza għall-vapuri bil-qlugħ fl-Ewropa, ir-rapporteur tissuġġerixxi li l-Kummissjoni tivvaluta u toħroġ rekwiżiti komuni għal din il-kategorija, billi tippubblika linji gwida speċifiċi sal-2020.

Trasparenza

Id-Direttiva tippermetti li l-Istati Membri jieħdu miżuri biex itejbu l-istandards ta' sikurezza sabiex jindirizzaw ċirkostanzi lokali speċifiċi, jimplimentaw regoli nazzjonali li huma ekwivalenti għal rekwiżit tad-Direttiva, jew jeżentaw vapuri minn ċerti rekwiżiti f'ċerti kundizzjonijiet ta' operat (staġun, ħin tal-ġurnata, kundizzjonijiet tal-baħar, eċċ.). Tali miżuri jridu jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni u, ladarba adottati, jiġu kkomunikati wkoll lill-Istati Membri l-oħra. Sabiex tiġi garantita trasparenza sħiħa, inkluż lill-pubbliku, kwalunkwe eżenzjoni, ekwivalenza jew miżura addizzjonali ta' sikurezza għandha tiġi ppubblikata f'sit web pubblikament aċċessibbli. Il-modalitajiet ġenerali ta' aċċess għal u użu tal-bażi ta' data rispettiva għandhom jiġu speċifikati fi żmien debitu mill-Kummissjoni, permezz ta' att delegat xieraq.

Standards ta' sikurezza u ekwipaġġ tal-vapur

Sabiex jinżamm livell għoli ta' sikurezza matul vjaġġ ta' vapuri tal-passiġġieri, huwa importanti li ma jitqisux biss l-istruttura fiżika u t-tagħmir tal-bastimenti iżda li titqies ukoll ir-rabta bejn is-sikurezza, l-għajxien abbord il-vapur, il-kundizzjonijiet tax-xogħol u t-taħriġ tal-ekwipaġġ. Huwa ċar li l-element uman huwa parti fundamentali mill-proċess sħiħ. Ir-rapporteur temmen li d-Direttiva għandha tispjega fid-dettall li l-UE għandha bżonn tieħu approċċ proattiv f'dan ir-rwol, inkluż fil-qafas internazzjonali, sabiex timmonitorja u ttejjeb id-dimensjoni soċjali tal-ħaddiema fuq il-vapuri.


OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (18.1.2017)

għall-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2009/45/KE dwar regoli u standards ta' sigurtà għal vapuri tal-passiġġieri

(COM(2016)0369 – C8-0208/2016 – 2016/0170(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Joëlle Bergeron

ĠUSTIFIKAZZJONI FIL-QOSOR

Introduzzjoni

Il-proposta tal-Kummissjoni tikkonċerna l-emenda tad-Direttiva 2009/45/KE dwar regoli u standards ta' sigurtà għal vapuri tal-passiġġieri. Din id-direttiva mhijiex antika wisq, iżda madankollu għandha bżonn xi aġġornamenti. Id-direttiva tikkonċerna ż-żamma ta' standards għolja ta' sigurtà għall-vapuri tal-passiġġieri fi ħdan l-Unjoni. Peress li l-livell ta' sigurtà huwa ggarantit b'mod armonizzat, id-direttiva tipprevedi b'mod pjuttost loġiku r-rikonoxximent reċiproku taċ-ċertifikati tas-sigurtà tal-bastimenti. L-emendi differenti proposti huma spjegati hawn isfel skont kull qasam għalih.

Simplifikazzjonijiet tar-regolamentazzjoni

Il-proposta tal-Kummissjoni tifforma parti mill-programm REFIT, li jimmira li jissimplifika d-dritt tal-Unjoni sa fejn ikun possibbli. Dan jinkludi wkoll, sa ċertu punt, id-deregolamentazzjoni ta' ċerti attivitajiet. Filwaqt li huwa loġiku li l-vapuri tal-passiġġieri jkunu suġġetti għal regoli tas-sigurtà stretti, sar jidher li ma hemmx bżonn li l-bastimenti żgħar, jiġifieri dawk ta' inqas minn 24 metru, jiġu suġġetti għal regoli tas-sigurtà armonizzati minħabba li huma restrittivi wisq jew mhumiex applikabbli. Din il-proposta għalhekk tneħħi r-regolamentazzjoni Ewropea għal dawn il-bastimenti żgħar, ħlief dawk li jbaħħru b'veloċità għolja, filwaqt li l-Istati Membri jitħallew il-libertà sħiħa biex jirregolaw. Il-vapuri ta' rikreazzjoni huma esklużi wkoll mill-kamp ta' applikazzjoni tad-direttiva.

Ir-rapporteur għal opinjoni tinnota li, fil-qafas tal-proċess ta' simplifikazzjoni, ħafna mid-definizzjonijiet li jinsabu fid-Direttiva ġew adattati għaċ-ċirkostanzi attwali. Oriġinarjament, id-Direttiva kienet tapplika għall-bastimenti magħmula mill-azzar u materjali ekwivalenti, inklużi l-materjali ħfief, iżda ma ġietx applikata bl-istess mod fl-Istati Membri kollha. Il-proposta tiċċara għalhekk il-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva f'dak li jirrigwarda d-definizzjoni tal-aluminju bħala materjal ekwivalenti u reżistenti, għajr l-azzar, sabiex jintlaħqu standards ta' sigurtà komuni għal dawn il-bastimenti.

Id-direttiva attwali taqsam iż-żoni marittimi f'diversi setturi skont kemm ikun perikoluż il-baħar, u tippermetti partikolarment lill-bastimenti eħfef jinnavigaw f'żoni qrib "lokalijiet ta' rifuġju" kostali. Dawn il-lokalijiet ta' rifuġju mhumiex bilfors faċli biex jinstabu, u dan jikkumplika l-kalkolu tal-limiti taż-żoni navigabbli minn dawn il-bastimenti eħfef, dan il-kunċett ta' rifuġju tneħħa sabiex jirreferi b'mod aktar sempliċi għad-distanza sal-kosta.

Fl-istess spirtu ta' simplifikazzjoni, il-proposta għal direttiva tipprevedi l-allinjament tar-regoli ta' kontroll għall-bastimenti ġodda ma' dawk applikabbli għall-bastimenti eżistenti. Fl-aħħar nett, ħafna dispożizzjonijiet tranżitorji li saru nulli tħassru mid-direttiva sabiex jittejjeb il-mod kif tinqara.

Bażi ta' data

Sabiex tittejjeb l-aċċessibilità tar-rekwiżiti nazzjonali għas-sigurtà tal-bastimenti – li f'ħafna każijiet għadhom jistgħu jvarjaw – għall-benefiċċju tal-awtoritajiet tal-kontroll u tal-operaturi tal-bastimenti, il-proposta tipprevedi l-ħolqien mill-Kummissjoni ta' bażi ta' data dwar ir-rekwiżiti nazzjonali differenti. Din il-bażi ta' data se tkun amministrata mill-Kummissjoni u aċċessibbli għall-persuni kkonċernati. Din il-proposta hija utli ħafna peress li trendi iktar faċli l-aċċess għal-liġijiet, filwaqt li tħalli lill-Istati Membri liberi li jżommu r-rekwiżiti nazzjonali rispettivi tagħhom.

Il-komitoloġija

Qed jiġu proposti xi bidliet oħra sabiex id-dispożizzjonijiet tad-direttiva jiġu allinjati mal-qafas il-ġdid għall-komitoloġija stabbilit mit-Trattat ta' Lisbona. Għalhekk, ir-referenzi għall-atti ta' implimentazzjoni ġew aġġornati, u l-proċedura regolatorja bi skrutinju tħassret u ġiet sostitwita mill-atti delegati.

Fil-futur, ser ikunu possibbli atti delegati sabiex jiġu emendati ċerti rekwiżiti tekniċi, tiġi rregolata l-bażi tad-data msemmija hawn fuq, iżda wkoll sabiex il-Kummissjoni tkun tista' timmodera l-applikazzjoni fl-Ewropa ta' ċerti ftehimiet internazzjonali dwar is-sigurtà tan-navigazzjoni waqt l-emendar futur tagħhom. Ir-rapporteur għal opinjoni eżaminat dawn l-aspetti tal-proposta b'attenzjoni speċjali u ma għandha l-ebda riżerva x'tesprimi dwar din is-setgħa delegata ġdida.

Konklużjoni

Bħala konklużjoni, ir-rapporteur għal opinjoni tinnota li hija wettqet eżami tal-proposta għal direttiva, li hija ta' natura teknika ħafna, u m'għandha l-ebda oġġezzjoni xi tqajjem. L-allinjamenti fil-qafas ġuridiku attwali, b'mod partikolari fir-rigward tal-komitoloġija, huma korretti, u s-simplifikazzjonijiet amministrattivi huma apprezzabbli.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Legali jistieden lill-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emenda li ġejja:

Emenda     1

Proposta għal direttiva

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Biex tiżdied it-trasparenza u tiġi ffaċilitata n-notifika ta' eżenzjonijiet, ekwivalenzi u miżuri addizzjonali ta' sikurezza mill-Istati Membri, jenħtieġ li tiġi stabbilita u miżmuma bażi ta' data għal dan il-għan mill-Kummissjoni. Din jenħtieġ li tinkludi l-miżuri notifikati fil-forma abbozzata u adottata tagħhom u d-data jenħtieġ li tiġi provduta mill-Istati Membri fuq talba.

(7)  Biex tiżdied it-trasparenza u tiġi ffaċilitata n-notifika ta' eżenzjonijiet, ekwivalenzi u miżuri addizzjonali ta' sikurezza mill-Istati Membri, jenħtieġ li tiġi stabbilita u miżmuma bażi ta' data għal dan il-għan mill-Kummissjoni. Din jenħtieġ li tinkludi l-miżuri notifikati fil-forma abbozzata u fil-verżjoni adottata tagħhom. Dik id-data għandha tkun aċċessibbli għall-pubbliku.


PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Regoli u standards ta’ sigurtà għal vapuri tal-passiġġieri

Referenzi

COM(2016)0369 – C8-0208/2016 – 2016/0170(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

TRAN

9.6.2016

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

9.6.2016

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Joëlle Bergeron

11.7.2016

Eżami fil-kumitat

29.11.2016

 

 

 

Data tal-adozzjoni

12.1.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

17

0

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Max Andersson, Joëlle Bergeron, Marie-Christine Boutonnet, Jean-Marie Cavada, Therese Comodini Cachia, Mady Delvaux, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Mary Honeyball, Gilles Lebreton, Julia Reda, Evelyn Regner, József Szájer, Tadeusz Zwiefka

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Daniel Buda, Sergio Gaetano Cofferati, Angel Dzhambazki, Heidi Hautala, Constance Le Grip, Victor Negrescu

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Eleonora Evi, Andrey Novakov


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

45

+

ALDE

Izaskun Bilbao Barandica, Dominique Riquet, Pavel Telička, Matthijs van Miltenburg

ECR

Jacqueline Foster, Tomasz Piotr Poręba, Roberts Zīle, Kosma Złotowski, Peter van Dalen

EFDD

Daniela Aiuto, Peter Lundgren

GUE/NGL

Kateřina Konečná, Merja Kyllönen, Jiří Maštálka

PPE

Georges Bach, Deirdre Clune, Andor Deli, Dieter-Lebrecht Koch, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska, Marian-Jean Marinescu, Cláudia Monteiro de Aguiar, Markus Pieper, Salvatore Domenico Pogliese, Massimiliano Salini, Claudia Schmidt, Henna Virkkunen, Elissavet Vozemberg-Vrionidi, Luis de Grandes Pascual, Wim van de Camp

S&D

Lucy Anderson, Inés Ayala Sender, Isabella De Monte, Ismail Ertug, Miltiadis Kyrkos, Bogusław Liberadzki, Jens Nilsson, Gabriele Preuß, Christine Revault D'Allonnes Bonnefoy, David-Maria Sassoli, Claudia Țapardel, István Ujhelyi, Janusz Zemke

Verts/ALE

Michael Cramer, Jakop Dalunde, Keith Taylor

1

-

EFDD

John Stuart Agnew

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Avviż legali