Proċedura : 2016/0171(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0168/2017

Testi mressqa :

A8-0168/2017

Dibattiti :

PV 03/10/2017 - 17
CRE 03/10/2017 - 17

Votazzjonijiet :

PV 04/10/2017 - 9.7
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2017)0374

RAPPORT     ***I
PDF 877kWORD 104k
21.4.2017
PE 597.720v01-00 A8-0168/2017

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 98/41/KE dwar ir-reġistrazzjoni ta' persuni li jbaħħru abbord vapuri tal-passiġġieri li joperaw lejn jew minn portijiet tal-Istati Membri tal-Komunità u li temenda d-Direttiva 2010/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-formalitajiet ta' rappurtar għal bastimenti li jaslu fi u/jew jitilqu minn portijiet tal-Istati Membri

(COM(2016)0370 – C8-0209/2016 – 2016/0171(COD))

Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu

Rapporteur: Izaskun Bilbao Barandica

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 OPINJONI tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 98/41/KE dwar ir-reġistrazzjoni ta' persuni li jbaħħru abbord vapuri tal-passiġġieri li joperaw lejn jew minn portijiet tal-Istati Membri tal-Komunità u li temenda d-Direttiva 2010/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-formalitajiet ta' rappurtar għal bastimenti li jaslu fi u/jew jitilqu minn portijiet tal-Istati Membri

(COM(2016)0370 – C8-0209/2016 – 2016/0171(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2016)0370),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 100(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0209/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad-19 ta' Ottubru 2016(1),

–  wara li kkonsulta lill-Kumitat tar-Reġjuni,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0168/2017),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda  1

Proposta għal direttiva

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Matul dawn l-aħħar 17-il sena, sar progress teknoloġiku ewlieni fil-mezzi ta' komunikazzjoni u ħażna tad-dejta tal-movimenti tal-vapuri li jippermetti l-użu ta' sistemi ta' identifikazzjoni awtomatiċi (AIS) abbord vapuri għal monitoraġġ aħjar tal-vapuri. Bħala riżultat, l-ispejjeż relatati tat-tagħmir biex jitwettqu dawn il-funzjonijiet tnaqqsu b'mod sinifikanti. Numru ta' sistemi obbligatorji ta' rapportar ta' bastimenti ġew stabbiliti matul il-kosta tal-Ewropa, skont ir-regoli rilevanti adottati mill-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO). Id-dritt tal-Unjoni u l-liġi nazzjonali jiżguraw li l-vapuri jikkonformaw mar-rekwiżiti tar-rapportar fis-seħħ taħt dawk is-sistemi.

(3)  Matul dawn l-aħħar 17-il sena, sar progress teknoloġiku ewlieni fil-mezzi ta' komunikazzjoni u ħażna tad-data tal-movimenti tal-vapuri li jippermetti l-użu ta' sistemi ta' identifikazzjoni awtomatiċi (AIS) abbord vapuri għal monitoraġġ aħjar tal-vapuri. Bħala riżultat, l-ispejjeż relatati tat-tagħmir biex jitwettqu dawn il-funzjonijiet tnaqqsu b'mod sinifikanti. Tul il-kosti tal-Ewropa ġew stabbiliti numru ta' sistemi obbligatorji ta' rappurtar ta' bastimenti, skont ir-regoli rilevanti adottati mill-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO). Id-dritt tal-Unjoni u l-liġi nazzjonali jiżguraw li l-vapuri jikkonformaw mar-rekwiżiti tar-rappurtar fis-seħħ taħt dawk is-sistemi. Issa jenħtieġ li jsir progress fir-rigward tal-innovazzjoni teknoloġika, billi wieħed jibni fuq ir-riżultati miksuba s'issa u billi jiġi żgurat li tibqa' tinżamm dejjem in-newtralità.

Emenda  2

Proposta għal direttiva

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Il-ġbir, it-trażmissjoni u l-kondiviżjoni tad-data relatata mal-vapuri ġew permessi, issimplifikati u armonizzati min-National Single Window imsemmi fid-Direttiva 2010/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill17 u s-SafeSeaNet imsemmi fid-Direttiva 2002/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill18. L-informazzjoni dwar il-persuni abbord meħtieġa mid-Direttiva 98/41/KE għandha għalhekk tiġi rreġistrata fin-National Single Window li fil-każ ta' emerġenza jew inċident tippermetti li d-dejta tkun disponibbli faċilment għall-awtorità kompetenti.

(4)  Il-ġbir, it-trażmissjoni u l-kondiviżjoni tad-data relatata mal-vapuri ġew permessi, issimplifikati u armonizzati mit-Tieqa Unika Nazzjonali (National Single Window) imsemmija fid-Direttiva 2010/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill17 u s-SafeSeaNet imsemmi fid-Direttiva 2002/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill18. L-informazzjoni dwar il-persuni abbord meħtieġa mid-Direttiva 98/41/KE għandha għalhekk tiġi rreġistrata fit-Tieqa Unika Nazzjonali li fil-każ ta' emerġenza jew inċident tippermetti li d-data tkun disponibbli faċilment għall-awtorità kompetenti. Dik id-data għandha tintuża biss għall-iskop tas-sikurezza tal-passiġġieri u tiġi ttrattata skont id-dritt tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data u l-privatezza.

_________________

_________________

17 Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2010/65/UE tal-20 ta' Ottubru 2010 dwar il-formalitajiet ta' rappurtar għal bastimenti li jaslu fi u/jew jitilqu minn portijiet tal-Istati Membri u li tħassar id-Direttiva 2002/6/KE (ĠU L 283, 29.10.2010, p. 1).

17 Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2010/65/UE tal-20 ta' Ottubru 2010 dwar il-formalitajiet ta' rappurtar għal bastimenti li jaslu fi u/jew jitilqu minn portijiet tal-Istati Membri u li tħassar id-Direttiva 2002/6/KE (ĠU L 283, 29.10.2010, p. 1).

18 Id-Direttiva 2002/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2002 li tistabbilixxi sistema għall-monitoraġġ u l-informazzjoni dwar it-traffiku tal-bastimenti fil-Komunità u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/75/KEE (ĠU L 208, 5.8.2002, p. 10).

18 Id-Direttiva 2002/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2002 li tistabbilixxi sistema għall-monitoraġġ u l-informazzjoni dwar it-traffiku tal-bastimenti fil-Komunità u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/75/KEE (ĠU L 208, 5.8.2002, p. 10).

Emenda    3

Proposta għal direttiva

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Bl-għan li tiġi żgurata l-konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, operaturi iżgħar li għadhom ma jużawx in-National Single Window u li joperaw l-aktar fuq vjaġġi domestiċi qosra ħafna taħt l-20 mil nawtiku (jiġifieri għandhom l-obbligu li jirreġistraw in-numru ta' persuni abbord biss), għandu jkollhom l-għażla fir-rigward tal-mezzi biex jagħmlu dan in-numru disponibbli permezz tan-National Single Window jew l-AIS.

(5)  Bl-għan li tiġi żgurata l-konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, operaturi iżgħar li għadhom ma jużawx it-Tieqa Unika Nazzjonali u li joperaw l-aktar fuq vjaġġi domestiċi qosra ħafna taħt l-20 mil nawtiku (jiġifieri huma għandhom l-obbligu li jirreġistraw in-numru ta' persuni abbord biss), jenħtieġ li jkollhom l-għażla fir-rigward tal-mezzi biex jagħmlu dan in-numru disponibbli, kemm permezz tat-Tieqa Unika Nazzjonali, l-AIS jew sistema elettronika oħra approvata mill-Istat Membru.

Ġustifikazzjoni

Għandu jiġi speċifikat b'mod ċar min eżatt għandu jittrażmetti d-data permezz tat-Tieqa Unika Nazzjonali jew permezz tal-AIS. L-għażla l-ġdida ta' sistema elettronika approvata minn Stat Membru ġiet inkluża għall-operaturi ta' rotot qosra li ma jistgħu jużaw l-ebda waħda miż-żewġ għażliet l-oħra peress li jekk jagħmlu hekk dan ikun joħolqilhom problemi ta' organizzazzjoni, b'mod partikolari fir-rigward tas-sikurezza u s-salvataġġ tal-persuni.

Emenda    4

Proposta għal direttiva

Premessa 5a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a)  Il-progress li jsir fl-iżvilupp ta' twieqi uniċi nazzjonali għandu jitqies bħala bażi ideali għat-tranżizzjoni lejn Tieqa uniku Ewropea fil-futur.

Emenda  5

Proposta għal direttiva

Premessa 5b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5b)  L-Istati Membri għandhom jitħallew iżommu l-possibilitajiet eżistenti li huma jbaxxu l-livell limitu ta' 20 mil nawtiku għar-reġistrazzjoni u r-rappurtar tal-lista ta' persuni abbord, inklużi l-vjaġġi fejn il-bastimenti tal-passiġġieri li jkunu qed iġorru għadd kbir ta' passiġġieri jagħmlu waqfiet suċċessivi bejn portijiet f'distanza ta' inqas minn 20 mil nawtiku waqt li jkunu qed jagħmlu vjaġġ wieħed itwal. F'każijiet bħal dawn, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jbaxxu l-livell limitu ta' 20 mil nawtiku sabiex tiġi rreġistrata l-informazzjoni rekwiżita minn din id-Direttiva għall-passiġġieri li jkunu telgħu abbord fl-ewwel port jew f'dawk intermedjarji.

Emenda     6

Proposta għal direttiva

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  Biex titnaqqas l-ansjetà tal-qraba fil-każ ta' inċident u dewmien bla bżonn fl-għajnuna konsulari u servizzi oħra, id-dejta kkomunikata għandha tinkludi informazzjoni dwar in-nazzjonalità tal-persuni abbord. Il-lista tal-entrati tad-dejta meħtieġa għal vjaġġi ta' aktar minn 20 mil nawtiku għandha tiġi ssimplifikata, iċċarata u allinjata kemm jista' jkun mar-rekwiżiti ta' rapportar fin-National Single Window.

(6)  Biex il-qraba jiġu pprovduti informazzjoni affidabbli u f'waqtha fil-każ ta' inċident, biex jitnaqqas id-dewmien bla bżonn fl-għajnuna konsulari u servizzi oħra, u biex jiġu ffaċilitati l-proċeduri ta' identifikazzjoni, id-data kkomunikata għandha tinkludi informazzjoni dwar in-nazzjonalità tal-persuni abbord. Il-lista tal-entrati tad-data meħtieġa għall-vjaġġi ta' aktar minn 20 mil nawtiku għandha tiġi ssimplifikata, iċċarata u allinjata kemm jista' jkun mar-rekwiżiti ta' rappurtar fit-Tieqa Unika Nazzjonali.

Emenda    7

Proposta għal direttiva

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Titqies id-disponibbiltà ta' mezzi elettroniċi għar-reġistrazzjoni tad-dejta u l-fatt li d-dejta personali għandha f'kwalunkwe każ tinġabar qabel it-tluq tal-vapur, id-dewmien ta' 30 minuta attwalment previst mid-Direttiva 98/41/KE għandu jitqies bħala massimu u użat f'każijiet eċċezzjonali biss.

(7)  Titqies id-disponibbiltà ta' mezzi elettroniċi għar-reġistrazzjoni tad-data u l-fatt li d-data personali għandha f'kwalunkwe każ tinġabar qabel it-tluq tal-vapur, id-dewmien ta' 30 minuta attwalment previst mid-Direttiva 98/41/KE jenħtieġ li jitqassar għal 10 minuti, jitqies bħala massimu u jiġi użat f'każijiet eċċezzjonali biss.

Emenda  8

Proposta għal direttiva

Premessa 7a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a)  Wara li jkunu tlestew għalkollox il-proċeduri ta' reġistrazzjoni, jenħtieġ li l-passiġġieri dejjem jingħataw informazzjoni dwar il-miżuri ta' sikurezza fuq il-bastimenti u dwar l-azzjoni li għandha tittieħed f'każ ta' emerġenza.

Emenda     9

Proposta għal direttiva

Premessa 8a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8a)  Jenħtieġ li din id-Direttiva ma tapplikax għall-jottijiet tad-divertiment jew għall-biċċiet tal-baħar tad-divertiment, inkluż meta jinkrew mingħajr ekwipaġġ u ma jkunux sussegwentement involuti f'kummerċ għall-finijiet ta' ġarr ta' passiġġieri.

Emenda    10

Proposta għal direttiva

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  Sa fejn il-miżuri jinvolvu l-ipproċessar ta' dejta personali, dawk għandhom jitwettqu skont id-dritt tal-Unjoni dwar il-protezzjoni ta' dejta personali20. B'mod partikolari, id-dejta personali miġbura għall-finijiet tad-Direttiva 98/41/KE m'għandhiex tiġi pproċessata u użata għal kwalunkwe skop ieħor u m'għandhiex tinżamm aktar milli meħtieġ għall-finijiet tad-Direttiva 98/41/KE kif speċifikat fiha.

(10)  Il-miżuri previsti mid-Direttiva 98/41/KE u d-Direttiva 2010/65/KE jinvolvu l-ipproċessar ta' data personali. Dan l-ipproċessar huwa rregolat mil-liġi tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data personali, b'mod partikolari r-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill20a, u r-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill20b. B'mod partikolari, jenħtieġ li d-data personali miġbura għall-finijiet tad-Direttiva 98/41/KE biex jiġu ffaċilitati l-operazzjonijiet ta' tfittxija u ta' salvataġġ u l-ġestjoni effiċjenti tal-konsegwenzi ta' inċident ma tiġix ipproċessata jew użata ulterjorment għal kwalunkwe skop ieħor u m'għandhiex tinżamm għal aktar żmien milli meħtieġ għall-finijiet speċifiċi tad-Direttiva 98/41/KE kif speċifikat fiha. Jenħtieġ, għaldaqstant, li d-data personali tinqered awtomatikament u mingħajr dewmien żejjed ladarba l-vjaġġ tal-vapur ikun intemm għalkollox b'mod sikur jew, skont il-każ, meta jkunu ġew konklużi investigazzjoni jew proċediment ġudizzjarju li jsiru wara li jkunu seħħew xi inċident jew xi emerġenza.

__________________

__________________

20 B'mod partikolari r-Regolament (UE) Nru XXX/2016 ta' XXX (in-numru u d-data għandhom jiżdiedu wara l-adozzjoni formali) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-dejta (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Dejta) (ir-referenza għall-ĠU għandha tiżdied wara l-adozzjoni formali) u r-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).

 

 

20a Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

 

20b Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).

Emenda    11

Proposta għal direttiva

Premessa 12a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12a)  Id-data relatata man-notifika tal-eżenzjonijiet u tat-talbiet għal derogi min-naħa tal-Istati Membri, kif ukoll id-data miġbura mid-diversi servizzi ta' ġbir tad-data, għandha tiġi armonizzata u kkoordinata kif meħtieġ sabiex jiġi żgurat li l-użu ta' tali data tkun effikaċi kemm jista' jkun.

Emenda    12

Proposta għal direttiva

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  Sabiex jitqiesu l-iżviluppi fil-livell internazzjonali u biex tiżdied it-trasparenza, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-esklużjoni ta' emendi għall-istrumenti internazzjonali mill-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva jekk meħtieġ u l-istabbiliment ta' kundizzjonijiet ta' aċċess għall-bażi ta' dejta miżmuma mill-Kummissjoni biex tospita n-notifiki mill-Istati Membri ta' eżenzjonijiet u talbiet għal derogi. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta' tħejjija tagħha, inkluż fil-livell espert, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu skont il-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016. Biex tkun żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, b'mod partikolari, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess waqt bħall-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom sistematikament aċċess għal-laqgħat tal-gruppi ta' esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati.

(14)  Sabiex jitqiesu l-iżviluppi u l-innovazzjoni teknoloġika fil-livell internazzjonali u biex tiżdied it-trasparenza, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-esklużjoni ta' emendi għall-istrumenti internazzjonali mill-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva jekk meħtieġ u l-istabbiliment ta' kundizzjonijiet ta' aċċess għall-bażi ta' data miżmuma mill-Kummissjoni biex tospita n-notifiki mill-Istati Membri ta' eżenzjonijiet u talbiet għal derogi. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta' tħejjija tagħha, inkluż fil-livell espert, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu skont il-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016. Biex tkun żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, b'mod partikolari, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess waqt bħall-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom sistematikament aċċess għal-laqgħat tal-gruppi ta' esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati.

Emenda    13

Proposta għal direttiva

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  Fid-dawl taċ-ċiklu sħiħ ta' monitoraġġ taż-żjarat tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima, il-Kummissjoni għandha tevalwa l-implimentazzjoni tad-Direttiva 98/41/KE mhux aktar tard minn [seba' snin wara d-data msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(1)] u tirrapporta dwarha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. L-Istati Membri għandhom jikkooperaw mal-Kummissjoni biex jiġbru l-informazzjoni kollha meħtieġa għal din l-evalwazzjoni.

(15)  Fid-dawl taċ-ċiklu sħiħ ta' monitoraġġ taż-żjarat tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima, il-Kummissjoni għandha tevalwa l-implimentazzjoni tad-Direttiva 98/41/KE mhux aktar tard minn [sentejn wara d-data msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(1)] u tirrapporta dwarha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. L-Istati Membri għandhom jikkooperaw mal-Kummissjoni biex jiġbru l-informazzjoni kollha meħtieġa għal din l-evalwazzjoni.

Emenda    14

Proposta għal direttiva

Artikolu 1, paragrafu 1, punt (ċ)

Direttiva 98/41/KE

Artikolu 2 - inċiż 9

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

"–   "żona tal-baħar protetta" għandha tfisser żona tal-baħar li fiha jistgħu joperaw il-vapuri ta' Klassi D, elenkata skont l-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 2009/45/KE,";

(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)

Ġustifikazzjoni

(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)

Emenda     15

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Direttiva 98/41/KE

Artikolu 4 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Qabel ma l-vapur tal-passiġġieri jitlaq, il-kaptan tal-vapur tal-passiġġieri għandu jiġi mgħarraf bin-numru ta' persuni abbord u dan in-numru għandu jiġi rreġistrat fis-single window stabbilita skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2010/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill* inkella jsir disponibbli għall-awtorità nnominata permezz ta' Sistema ta' Identifikazzjoni Awtomatika.

Qabel ma l-vapur tal-passiġġieri jitlaq, il-kaptan tal-vapur tal-passiġġieri għandu jiġi mgħarraf bin-numru ta' persuni abbord u dan in-numru għandu jiġi rreġistrat fis-single window stabbilita skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2010/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill* inkella jsir disponibbli għall-awtorità nnominata permezz ta' Sistema ta' Identifikazzjoni Awtomatika.

 

Sa [daħħal id-data sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva Emendatorja], f'każijiet fejn vjaġġ huwa ta' 20 mil nawtiku jew inqas, in-numru ta' persuni abbord jista', b'deroga mill-ewwel subparagrafu, jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-awtorità nnominata permezz ta' sistema elettronika oħra, dment li dik is-sistema tkun approvata mill-Istat Membru u kienet diġà fis-seħħ qabel [daħħal id-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva].

Ġustifikazzjoni

Għandu jiġi speċifikat b'mod ċar min eżatt għandu jittrażmetti d-data permezz tat-Tieqa Unika Nazzjonali jew permezz tal-AIS. L-għażla l-ġdida ta' sistema elettronika approvata minn Stat Membru (li diġà tinsab fis-seħħ) ġiet inkluża għall-operaturi ta' rotot qosra li ma jistgħu jużaw l-ebda waħda miż-żewġ għażliet l-oħra peress li jekk jagħmlu hekk dan ikun joħolqilhom problemi ta' organizzazzjoni, b'mod partikolari fir-rigward tas-sikurezza u s-salvataġġ tal-persuni. Din l-emenda għandha l-ħsieb li tiċċara l-idea inizjali tal-emenda 10 tal-abbozz ta' rapport.

Emenda     16

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Direttiva 98/41/KE

Artikolu 5 – paragrafu 1 – inċiż 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

-  is-sena tat-twelid tagħhom,

-  id-data tat-twelid tagħhom,

Ġustifikazzjoni

Is-sena tat-twelid mhijiex data (informazzjoni) suffiċjenti biex jiġu identifikati n-nies fuq vapur kbir tal-passiġġieri. Ta' min iżid jgħid li d-data tat-twelid eżatta hija importanti mil-lat mediku fil-każ ta' tfal żgħar. Barra minn hekk, huwa rakkomandabbli li din id-data tiġi standardizzata mad-data li diġà hija pprovduta f'formoli oħra (Fil-formoli FAL huwa mitlub li tingħata d-data tat-twelid eżatta).

Emenda     17

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Direttiva 98/41/KE

Artikolu 5 – paragrafu 1 – inċiż 5a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

–   numru ta' kuntatt f'każ ta' emerġenza, meta jitlob hekk il-passiġġier;

Emenda    18

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Direttiva 98/41/KE

Artikolu 5 – paragrafu 1 – inċiż 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

  fuq l-għażla tal-passiġġier, l-informazzjoni dwar il-ħtieġa ta' kura jew għajnuna speċjali f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza.

  l-informazzjoni dwar il-ħtieġa ta' kura jew għajnuna speċjali li tista' tkun meħtieġa f'sitwazzjoni ta' emerġenza.

Emenda    19

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Direttiva 98/41/KE

Artikolu 5 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Din l-informazzjoni għandha tinġabar qabel it-tluq u għandha tkun irreġistrata fis-single window stabbilita skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2010/65/UE mat-tluq tal-vapur tal-passiġġieri imma fl-ebda każ mhux aktar tard minn tletin minuta wara t-tluq tiegħu.

2.  Din l-informazzjoni għandha tinġabar qabel it-tluq u għandha tkun irreġistrata fit-tieqa unika stabbilita skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2010/65/UE mat-tluq tal-vapur tal-passiġġieri imma fl-ebda każ mhux aktar tard minn 10 minuti wara t-tluq tiegħu.

Emenda  20

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Direttiva 98/41/KE

Artikolu 5 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Id-dejta personali miġbura għall-finijiet ta' din id-Direttiva m'għandhiex tiġi pproċessata u użata għal xi skop ieħor.";

3.  Id-data personali miġbura għall-finijiet ta' din id-Direttiva m'għandhiex tiġi pproċessata jew użata għal xi skop ieħor għajr għas-sikurezza tal-passiġġieri, għandha dejjem tiġi ġestita f'konformità mad-dritt tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data u l-privatezza, u għandha tinqered awtomatikament u mingħajr dewmien żejjed ladarba ma tkunx għadha meħtieġa.";

Emenda     21

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6

Direttiva 98/41/KE

Artikolu 8 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kull kumpanija li tassumi r-responsabbiltà għall-operazzjoni ta' vapur tal-passiġġieri għandha, meta meħtieġ permezz tal-Artikoli 4 u 5 ta' din id-Direttiva, taħtar reġistratur tal-passiġġieri responsabbli għar-reġistrazzjoni tal-informazzjoni msemmija f'dawk id-dispożizzjonijiet fis-single window stabbilita skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2010/65/UE jew biex jagħmilha disponibbli permezz ta' Sistema ta' Identifikazzjoni Awtomatika.

Kull kumpanija li tassumi r-responsabbiltà għall-operazzjoni ta' vapur tal-passiġġieri għandha, meta hi meħtieġa li tirreġistra l-informazzjoni skont l-Artikoli 4 u 5 ta' din id-Direttiva, taħtar reġistratur tal-passiġġieri responsabbli għar-reġistrazzjoni ta' dik l-informazzjoni f'konformità ma' dawk l-Artikoli.

Ġustifikazzjoni

Għandu jiġi speċifikat b'mod ċar min eżatt għandu jittrażmetti d-data permezz tat-Tieqa Unika jew permezz tal-AIS L-għażla l-ġdida ta' sistema elettronika approvata minn Stat Membru (li diġà tinsab fis-seħħ) ġiet inkluża għall-operaturi ta' rotot qosra li ma jistgħu jużaw l-ebda waħda miż-żewġ għażliet l-oħra peress li jekk jagħmlu hekk dan ikun joħolqilhom problemi ta' organizzazzjoni, b'mod partikolari fir-rigward tas-sikurezza u s-salvataġġ tal-persuni. Din l-emenda għandha l-ħsieb li tiċċara l-idea inizjali tal-emenda 15 tal-abbozz ta' rapport.

Emenda  22

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6

Direttiva 98/41/KE

Artikolu 8 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-informazzjoni personali miġbura skont l-Artikolu 5 m'għandhiex tinżamm mill-kumpanija għal aktar żmien milli huwa meħtieġ għall-għanijiet ta' din id-Direttiva jiġifieri sal-mument li d-dejta tiġi rreġistrata fis-single window stabbilita skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2010/65/UE. Mingħajr preġudizzju għal obbligi oħra ta' rapportar, meta l-informazzjoni ma tkunx meħtieġa aktar għal dan il-għan, din għandha tinqered.

L-informazzjoni personali miġbura skont l-Artikolu 5 m'għandhiex tinżamm mill-kumpanija għal aktar żmien milli huwa meħtieġ għall-għanijiet ta' din id-Direttiva jiġifieri sal-mument li d-data tiġi rreġistrata fis-single window stabbilita skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2010/65/UE. Mingħajr preġudizzju għal obbligi speċifiċi oħra ta' rappurtar skont id-dritt tal-Unjoni jew il-liġi nazzjonali, inkluż għal finijiet ta' statistika, ladarba l-informazzjoni ma tkunx meħtieġa aktar għal dan il-għan, din għandha tinqered awtomatikament u mingħajr dewmien żejjed.

Emenda     23

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6

Direttiva 98/41/KE

Artikolu 8 – paragrafu 3 a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Filwaqt li tqis it-teknoloġija l-aktar avvanzata u l-ispiża tal-implimentazzjoni, kull kumpanija għandha timplimenta miżuri tekniċi u organizzattivi xierqa sabiex tipproteġi d-data personali pproċessata skont l-Artikolu 5 mill-qerda aċċidentali jew illegali jew mit-telf aċċidentali, mit-tibdil, u mill-kxif jew l-aċċess mhux awtorizzati.

Ġustifikazzjoni

L-Emenda numru 8 tal-Opinjoni tal-Kumitat LIBE adottata skont l-Artikolu 53(4). Is-sigurtà tad-data hija element essenzjali tad-dritt tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data. Il-proposta tal-Kummissjoni dan tirrikonoxxih billi tagħraf li ma tinkludi l-ebda garanzija rigward l-aċċessibilità tad-data personali. Id-diċitura proposta hija meħudamid-Direttiva attwali 95/46/KE u l-att ta' sostituzzjoni tagħha, ir-Regolament 2016/679. L-Artikolu 11 tad-Direttiva 98/41, li hawnhekk huwa sostitwit b'Artikolu 11 ġdid, kien fih dan l-obbligu, li hu mħassar fil-proposta. Għandu jerġa' jiddaħħal.

Emenda     24

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7 – punt a – inċiż 1a (ġdid)

Direttiva 98/41/KE

Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt ba (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-  jiddaħħal il-punt (ba) li ġej:

 

"(ba)  L-Istati Membri li mill-portijiet tagħhom isalpaw il-vapuri jistgħu jeżentaw mill-obbligu stipulat fl-Artikolu 4(2) lill-vapuri tal-passiġġieri li joperaw, esklużivament f'żoni tal-baħar protetti, servizzi regolari ta' anqas minn siegħa bejn il-portijiet ta' waqfa."

Ġustifikazzjoni

Jenħtieġ li din id-deroga tibqa' tinżamm sabiex jiġi żgurat li r-reviżjoni tad-direttiva ma twassalx għal piżijiet bla bżonn għall-operaturi li joperaw servizzi regolari ta' anqas minn siegħa f'żoni tal-baħar protetti, kif stabbilit fid-Direttiva 98/41/KE.

Emenda    25

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8

Direttiva 98/41/KE

Artikolu 10 – paragrafu 3 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Id-dejta personali miġbura skont l-Artikolu 5 m'għandhiex tinżamm mill-Istati Membri aktar milli meħtieġ għall-finijiet ta' din id-Direttiva, jiġifieri:

Id-data personali miġbura skont l-Artikolu 5 għandha tinżamm mill-Istati Membri:

Emenda  26

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8

Direttiva 98/41/KE

Artikolu 10 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Mingħajr preġudizzju għal obbligi oħra ta' rapportar, meta l-informazzjoni ma tkunx meħtieġa aktar għal dawn l-għanijiet, din għandha tinqered.";

Mingħajr preġudizzju għal obbligi speċifiċi oħra ta' rappurtar skont id-dritt tal-Unjoni jew il-liġi nazzjonali, inkluż għal finijiet ta' statistika, ladarba l-informazzjoni ma tkunx meħtieġa aktar għal dan il-għan, din għandha tinqered awtomatikament u mingħajr dewmien żejjed.";

Emenda  27

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9a (ġdid)

Direttiva 98/41/KE

Artikolu 11 a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9a)  Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

 

"Artikolu 11a

 

1.   L-ipproċessar tad-data personali skont din id-Direttiva għandu jsir f'konformità mar-Regolament (UE) 2016/679.

 

2.   L-ipproċessar tad-data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni skont din id-Direttiva, bħal pereżempju fit-Tieqa Unika u fis-SafeSeaNet, għandu jitwettaq skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001.";

Ġustifikazzjoni

L-Emenda numru 8 tal-Opinjoni tal-Kumitat LIBE adottata skont l-Artikolu 53(4). Konsistenza ġuridika mad-Direttiva 2010/65 li fiha wkoll dispożizzjoni simili. Din tkun toqgħod ukoll mal-Premessa 10. Fil-fatt it-Tieqa Unika u s-SafeSeaNet huma ġestiti mill-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima.

Emenda    28

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 11

Direttiva 98/41/KE

Artikolu 12a – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Is-setgħa biex jiġu adottati l-atti ddelegati msemmija fl-Artikolu 9 u 12 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [id-data tad-dħul fis-seħħ].

2.  Is-setgħa biex jiġu adottati l-atti ddelegati msemmija fl-Artikoli 9 u 12 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' 5 snin, li jistgħu jiġġeddu, minn [id-data tad-dħul fis-seħħ].

Emenda    29

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 13

Direttiva 98/41/KE

Artikolu 14a – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva u tissottometti r-riżultati tal-evalwazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill mhux aktar tard minn [seba' snin wara d-data msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(1)].".

Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva u tissottometti r-riżultati tal-evalwazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill mhux aktar tard minn [sentejn wara d-data msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(1)].".

(1)

  ĠU C 34, 2.2.2017, p. 172.


NOTA SPJEGATTIVA

Sfond:

Il-proposta biex tiġi emendata d-Direttiva tal-Kunsill 98/41/KE tat-18 ta' Ġunju 1998 dwar ir-reġistrazzjoni ta' persuni li jbaħħru abbord vapuri tal-passiġġieri tifforma parti minn rieżami usa' tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar is-sikurezza tal-vapuri tal-passiġġieri li qiegħed jitwettaq skont il-programm tal-Kummissjoni dwar l-idoneità u l-prestazzjoni tar-regolamentazzjoni (REFIT).

Fir-rapport li jirriżulta minn din il-verifika tal-idoneità, il-Kummissjoni waslet għall-konklużjoni li l-qafas legali tal-UE kien ġeneralment adegwat għall-għan u kien wassal għal sikurezza aħjar, iżda li kien hemm lok għal titjib fir-rigward tas-simplifikar u ċ-ċarar tal-leġiżlazzjoni.

Għalhekk, l-għan ta' dan l-eżerċizzju hu li jiġu aġġornati, iċċarati u ssimplifikati r-rekwiżiti eżistenti għall-għadd u għar-reġistrazzjoni tal-passiġġieri u tal-ekwipaġġ abbord vapuri tal-passiġġieri, filwaqt li jittejbu l-livelli tas-sikurezza. Saru sforzi biex jiġu eliminati kwalunkwe duplikazzjoni tal-obbligi ta' rappurtar u/jew rekwiżit sproporzjonat.

Fil-ħidma li wettaq fuq tliet pakketti tal-UE tas-sikurezza marittima, il-Parlament Ewropew kien strumentali biex saru għadd kbir ta' titjibiet fis-sikurezza fuq il-baħar fl-UE. Il-Parlament espressament talab ukoll li titressaq proposta leġiżlattiva bl-għan li taġġorna l-leġiżlazzjoni dwar is-sikurezza tal-vapuri tal-passiġġieri.

Test propost mill-Kummissjoni

Il-proposta għall-emendar tad-Direttiva 98/41/KE tintroduċi rekwiżit ta' reġistrazzjoni u notifika diġitali tad-data tal-passiġġieri permezz ta' proċeduri amministrattivi armonizzati (l-hekk imsejħa "Tieqa Unika Nazzjonali (National Single Window)" stabbiliti taħt id-Direttiva 2010/65/UE) bl-għan li tiffaċilita l-operazzjonijiet ta' tiftix u salvataġġ f'każ ta' emerġenza. Is-sistema attwali, li fiha l-informazzjoni dwar il-persuni abbord tinżamm f'reġistru mill-kumpaniji kkonċernati, għandha tiġi sostitwita b'sistema li fiha l-informazzjoni tiġi reġistrata b'mod elettroniku u tiġi trażmessa minnufih lit-Tieqa Unika Nazzjonali. Din il-proposta tipprovdi wkoll flessibbiltà għall-operaturi ta' rotot iqsar. Alternattiva waħda ssuġġerita għall-bastimenti li ma għandhomx sistema ta' kompjuter jew konnessjoni tal-Internet abbord hija li jittrażmettu n-numru ta' persuni abbord permezz tas-Sistema ta' Identifikazzjoni Awtomatika (AIS) tal-bastiment.

Il-proposta tintroduċi kategorija ġdida ta' informazzjoni:

in-nazzjonalità tal-persuni abbord (abbażi ta' awtodikjarazzjoni). L-informazzjoni kollha li tinġabar għandha tinżamm sakemm il-vjaġġ ikkonċernat jkun intemm għalkollox b'mod sikur. Jekk iseħħ xi inċident, din l-informazzjoni għandha tinżamm sakemm il-proċedimenti ġudizzjarji jkunu tlestew għalkollox. 

Il-proposta tiċċara wkoll il-

kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva, fejn jiġi spjegat kif għandu jiġi interpretat il-valur limitu ta' 20 mil nawtiku, u kif għandha tiġi definita "żona tal-baħar D" fl-estwarji u fil-portijiet. 

Għalkemm ma' din il-proposta ma ġiet inkluża l-ebda valutazzjoni tal-impatt, hemm jakkumpanjawha Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni u pjan ta' implimentazzjoni, li jipprovdu ġustifikazzjonijiet dettaljati għat-tibdiliet proposti, jivvalutaw l-impatt ta' xi wħud minn dawk il-bidliet u jagħtu sommarju tal-iskambji ta' ideat li saru meta ġew ikkonsultati l-Istati Membri u l-partijiet ikkonċernati. Hemm inkluża wkoll skeda ta' żmien għal kwalunkwe sfida ta' implimentazzjoni u għal kwalunkwe azzjoni ta' appoġġ.

Il-pożizzjoni tar-Rapporteur

Ir-Rapporteur tilqa' x-xewqa tal-Kummissjoni li taġġorna, tiċċara u tissimplifika r-rekwiżiti eżistenti ta' din id-Direttiva u bl-istess mod titlob li jkun hemm koordinament u armonizzazzjoni bil-ħsieb li jiġi żgurat li d-Direttiva tkun effikaċi kemm jista' jkun.

Din ir-reviżjoni għandha l-għan li ttejjeb u ssaħħaħ is-suq uniku Ewropew fis-settur marittimu.

L-innovazzjoni teknoloġika qed isseħħ b'rata wisq aktar mgħaġġla milli ħsibna, u għalhekk ir-Rapporteur tħeġġeġ li jsiru sforzi biex jiġi żgurat li l-innovazzjoni tkun newtrali.

Ir-Rapporteur tappoġġja n-notifika diġitali li l-Kummissjoni tissuġġerixxi li għandha ssir permezz tat-Tieqa Unika Nazzjonali meta l-vjaġġ ikkonċernat jaqbeż l-20 mil nawtiku. Hija tal-fehma wkoll li l-progress li jsir fl-iżvilupp ta' "twieqi" fil-livell nazzjonali huwa l-bażi ideali biex noqorbu lejn Tieqa Unika Ewropea fil-futur. Madankollu, filwaqt li qegħdin iseħħu dawn l-iżviluppi, jeħtieġ li jingħata ċertu ammont ta' flessibbiltà għall-operaturi li joperaw fuq rotot iqsar u r-Rapporteur għalhekk tissuġġerixxi li tiġi offruta t-tielet għażla permezz ta' sistema elettronika approvata mill-Istat Membru. Din tagħmilha possibbli li tiġi pprevenuta kwalunkwe distorsjoni tal-attività tagħhom filwaqt li tiġi żgurata wkoll is-sikurezza fir-rigward ta' kwalunkwe bżonn ta' salvataġġ, li spiss jaqa' fl-ambitu lokali.

Kwistjoni oħra li r-Rapporteur tixtieq tqajjem hija l-ħtieġa li d-data tal-passiġġieri tiġi protetta b'aktar reqqa, b'tali mod li d-data tinqered awtomatikament malli l-informazzjoni ma tkunx meħtieġa aktar għall-finijiet imsemmija fid-Direttiva: jiġifieri, is-sikurezza tal-passiġġieri u l-faċilitazzjoni tal-operazzjonijiet ta' tiftix u ta' salvataġġ.

Ir-Rapporteur tipproponi wkoll li jenħtieġ li jkun mandatarju li tingħata informazzjoni dwar kura jew għajnuna speċjali li l-passiġġieri jistgħu jeħtieġu f'każ ta' emerġenza, sabiex jiġi żgurat li l-informazzjoni kollha tkun hemm f'każ li jkollha titwettaq operazzjoni ta' salvataġġ. Dik l-informazzjoni, flimkien mad-data tat-twelid sħiħa, kif ukoll in-nazzjonalità (kif propost mill-Kummissjoni) u dettalji oħra rekwiżiti, għandha tinġabar qabel ma jibda jsalpa l-vapur u għandha tiġi rreġistrata fit-tieqa unika stabbilita skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2010/65/UE malli jibda jsalpa l-vapur tal-passiġġieri, imma dan fl-ebda każ ma għandu jsir aktar tard minn 10 minuti wara li jibda jsalpa. Ir-Rapporteur taħseb li l-perjodu kkonċernat għandu jkun anqas mit-30 minuta proposti mill-Kummissjoni.

Fir-rigward tas-setgħa tal-Kummissjoni li tadotta atti delegati, ir-Rapporteur taqbel li din l-għodda tintuża, iżda hi tal-fehma li jenħtieġ li l-perjodu kkonċernat ikun ta' 5 snin bl-għażla li dan il-perjodu jiġi estiż, minflok il-perjodu ta' żmien indefinit li ssuġġeriet il-Kummissjoni fil-proposta tagħha.

Bl-istess mod, ir-Rapporteur tnaqqas għal tliet xhur iż-żmien li l-Kummissjoni se jkollha, l-ewwel biex taċċerta jekk deċiżjoni dwar eżenzjoni minn obbligi mressqa minn Stat Membru tkunx iġġustifikata jew jekk jistax ikollha effetti negattivi fuq il-kompetizzjoni, u t-tieni – permezz ta' att ta' implimentazzjoni – biex tesiġi li l-Istat Membru jemenda jew jirtira d-deċiżjoni tiegħu.

Fl-aħħar nett, ir-Rapporteur tistabbilixxi li jenħtieġ li l-Kummissjoni tevalwa l-implimentazzjoni tad-direttiva u tressaq ir-riżultati tal-evalwazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill mhux aktar tard minn sentejn wara d-data msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(1). B'hekk, hija qassret il-perjodu ta' żmien propost mill-Kummissjoni, li kien ta' seba' snin.


OPINJONI tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (28.2.2017)

għall-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 98/41/KE dwar ir-reġistrazzjoni ta' persuni li jbaħħru abbord vapuri tal-passiġġieri li joperaw lejn jew minn portijiet tal-Istati Membri tal-Komunità u li temenda d-Direttiva 2010/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-formalitajiet ta' rappurtar għal bastimenti li jaslu fi u/jew jitilqu minn portijiet tal-Istati Membri

(COM(2016)0370 – C8-0209/2016 – 2016/0171(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Helga Stevens

EMENDI

Il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern jistieden lill-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda    1

Proposta għal direttiva

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  Biex titnaqqas l-ansjetà tal-qraba fil-każ ta' inċident u dewmien bla bżonn fl-għajnuna konsulari u servizzi oħra, id-dejta kkomunikata għandha tinkludi informazzjoni dwar in-nazzjonalità tal-persuni abbord. Il-lista tal-entrati tad-dejta meħtieġa għal vjaġġi ta' aktar minn 20 mil nawtiku għandha tiġi ssimplifikata, iċċarata u allinjata kemm jista' jkun mar-rekwiżiti ta' rapportar fin-National Single Window.

(6)  Biex il-qraba jiġu pprovduti b'informazzjoni affidabbli u f'waqtha fil-każ ta' inċident u biex jitnaqqas id-dewmien bla bżonn fl-għajnuna konsulari u servizzi oħra, id-dejta kkomunikata għandha tinkludi informazzjoni dwar in-nazzjonalità tal-persuni abbord. Il-lista tal-entrati tad-dejta meħtieġa għal vjaġġi ta' aktar minn 20 mil nawtiku għandha tiġi ssimplifikata, iċċarata u allinjata kemm jista' jkun mar-rekwiżiti ta' rapportar fin-National Single Window.

Emenda    2

Proposta għal direttiva

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  Sa fejn il-miżuri jinvolvu l-ipproċessar ta' dejta personali, dawk għandhom jitwettqu skont id-dritt tal-Unjoni dwar il-protezzjoni ta' dejta personali20. B'mod partikolari, id-dejta personali miġbura għall-finijiet tad-Direttiva 98/41/KE m'għandhiex tiġi pproċessata u użata għal kwalunkwe skop ieħor u m'għandhiex tinżamm aktar milli meħtieġ għall-finijiet tad-Direttiva 98/41/KE kif speċifikat fiha.

(10)  Il-miżuri previsti fid-Direttiva 98/41/KE u d-Direttiva 2010/65/KE jinvolvu l-ipproċessar ta' dejta personali. Dan l-ipproċessar hu rregolat mid-dritt tal-Unjoni dwar il-protezzjoni ta' dejta personali, b'mod partikolari r-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill20a, u r-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill20b, li japplika għall-ipproċessar ta' dejta personali rreġistrata fis-Single Window u SafeSeaNet. B'mod partikolari, id-dejta personali miġbura għall-finijiet tad-Direttiva 98/41/KE biex tiffaċilita l-operazzjonijiet ta' tfittxija u salvataġġ u l-amministrazzjoni effiċjenti tal-konsegwenzi ta' inċident m'għandhiex tiġi pproċessata u użata iktar għal kwalunkwe skop ieħor u m'għandhiex tinżamm aktar milli meħtieġ għall-finijiet speċifiċi tad-Direttiva 98/41/KE kif speċifikat fiha. Għalhekk, id-dejta personali għandha tinqered minnufih wara li l-vjaġġ tal-bastiment ikun intemm b'mod sikur jew meta investigazzjoni jew proċedimenti ġudizzjarji wara l-inċident jew l-emerġenza jkunu ġew konklużi.

_______________

__________________

20 B'mod partikolari r-Regolament (UE) Nru XXX/2016 ta' XXX (in-numru u d-data għandhom jiżdiedu wara l-adozzjoni formali) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-dejta (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Dejta) (ir-referenza għall-ĠU għandha tiżdied wara l-adozzjoni formali) u r-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).

 

 

20a Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

 

20b Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' dak id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).

Emenda    3

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Direttiva 98/41/KE

Artikolu 5 – paragrafu 1 – inċiż 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

-  is-sena tat-twelid tagħhom,

-  id-data tat-twelid,

Emenda    4

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Direttiva 98/41/KE

Artikolu 5 – paragrafu 1 – inċiż 5a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-  il-'post ta' residenza abitwali',

Emenda    5

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Direttiva 98/41/KE

Artikolu 5 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Id-dejta personali miġbura għall-finijiet ta' din id-Direttiva m'għandhiex tiġi pproċessata u użata għal xi skop ieħor.";

3.  Id-dejta personali miġbura għall-finijiet ta' din id-Direttiva m'għandhiex tiġi pproċessata u użata għal xi skop ieħor.".

Emenda    6

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Direttiva 98/41/KE

Artikolu 5 – paragrafu 3a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3 a.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta tinġabar l-informazzjoni skont dan l-Artikolu, kull persuna abbord il-vapur tal-passiġġieri tingħata l-informazzjoni stabbilita fir-Regolament (UE) 2016/679, mill-kumpanija li tassumi r-responsabilità tal-operat tal-vapur tal-passiġġieri, u f'forma qasira, trasparenti, li tista' tinftiehem u faċilment aċċessibbli, bl-użu ta' lingwaġġ ċar u sempliċi.

Emenda    7

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6

Direttiva 98/41/KE

Artikolu 8 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-informazzjoni personali miġbura skont l-Artikolu 5 m'għandhiex tinżamm mill-kumpanija għal aktar żmien milli huwa meħtieġ għall-għanijiet ta' din id-Direttiva jiġifieri sal-mument li d-dejta tiġi rreġistrata fis-single window stabbilita skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2010/65/UE. Mingħajr preġudizzju għal obbligi oħra ta' rapportar, meta l-informazzjoni ma tkunx meħtieġa aktar għal dan il-għan, din għandha tinqered.

L-informazzjoni personali miġbura skont l-Artikolu 5 m'għandhiex tinżamm mill-kumpanija għal aktar żmien milli huwa meħtieġ għall-għanijiet ta' din id-Direttiva jiġifieri sal-mument li d-dejta tiġi rreġistrata fis-single window stabbilita skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2010/65/UE. Mingħajr preġudizzju għal obbligi speċifiċi oħra ta' rapportar fis-sens tad-dritt tal-Unjoni jew id-dritt nazzjonali, inkluż għal finijiet ta' statistika, meta l-informazzjoni ma tkunx meħtieġa aktar għal dan il-għan, din għandha tinqered minnufih.

Ġustifikazzjoni

Il-kliem miżjud fil-proposta "mingħajr preġudizzju għal obbligi oħra ta' rapportar" ma jipprovdix ċertezza tad-dritt peress li ma jippreċiżax x'inhuma l-obbligi oħra ta' rappurtar, taħt liema bażi ġuridika, għal liema raġunijiet. Suġġeriment għal modifika li sar mill-KEPD fl-opinjoni tiegħu biex tiġi żgurata ċ-ċertezza tad-dritt.

Emenda    8

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6

Direttiva 98/41/KE

Artikolu 8 – paragrafu 3a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Filwaqt li jitqiesu t-teknoloġija tal-ogħla livell u l-ispiża tal-implimentazzjoni, jenħtieġ li kull kumpanija timplimenta miżuri tekniċi u organizzattivi xierqa biex jipproteġu d-dejta personali pproċessata skont l-Artikolu 5 minn qerda bi żball jew illegali jew telf, bidla bi żball, kxif mhux awtorizzat ta', jew aċċess għal dejta personali maħżuna, trażmessa jew ipproċessata mod ieħor.

Ġustifikazzjoni

Is-sigurtà tad-dejta hija element essenzjali tad-dritt tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-dejta. Il-proposta tal-Kummissjoni tirrikonoxxi dan billi tagħraf li ma tinkludi l-ebda garanzija rigward l-aċċessibilità ta' dejta personali. Il-kliem propost ittieħed mid-Direttiva attwali 95/46/KE u l-att ta' sostituzzjoni tagħha, ir-Regolament 2016/679. L-Artikolu 11 tad-Direttiva 98/41, sostitut hawnhekk b'Artikolu 11 ġdid, kien fih dan l-obbligu, li tħassar fil-proposta. Għandu jerġa' jiġi introdott.

Emenda    9

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8

Direttiva 98/41/KE

Artikolu 10 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Mingħajr preġudizzju għal obbligi oħra ta' rapportar, meta l-informazzjoni ma tkunx meħtieġa aktar għal dawn l-għanijiet, din għandha tinqered.";

Mingħajr preġudizzju għal obbligi speċifiċi oħra ta' rapportar rikjesti mid-dritt tal-Unjoni jew id-dritt nazzjonali, inkluż għal finijiet ta' statistika, meta l-informazzjoni ma tkunx meħtieġa aktar għal dak il-għan, din għandha tinqered minnufih."

Ġustifikazzjoni

Allinjament mal-Emenda 3 biex tiġi żgurata l-konsistenza legali

Emenda    10

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9a (ġdid)

Direttiva 98/41/KE

Artikolu 11a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9 a)  jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

 

"Artikolu 11a

 

1.   L-ipproċessar ta' dejta skont din id-Direttiva għandu jsir f'konformità mar-Regolament (UE) 2016/679.

 

2.   L-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni skont din id-Direttiva, bħal fis-Single Window u s-SafeSeaNet, għandu jitwettaq skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001.

Ġustifikazzjoni

Konsistenza legali mad-Direttiva 2010/65 li fiha wkoll dispożizzjoni simili. Tmur sew ukoll mal-Premessa 10. Fil-fatt, is-Single Window u SafeSeaNet huma ġestiti mill-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima.

Emenda    11

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 13

Direttiva 98/41/KE

Artikolu 14a – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva u tissottometti r-riżultati tal-evalwazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill mhux aktar tard minn [sentejn wara d-data msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(1)].".

Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva u tissottometti r-riżultati tal-evalwazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill mhux aktar tard minn [tliet snin wara d-data msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(1)].".

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Reġistrazzjoni ta' persuni li jbaħħru abbord vapuri tal-passiġġieri li joperaw lejn jew minn portijiet tal-Istati Membri tal-Komunità u emenda tad-Direttiva 2010/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-formalitajiet ta' rappurtar għal bastimenti li jaslu fi u/jew jitilqu minn portijiet tal-Istati Membri

Referenzi

COM(2016)0370 – C8-0209/2016 – 2016/0171(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

TRAN

9.6.2016

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

9.6.2016

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Helga Stevens

14.11.2016

Eżami fil-kumitat

31.1.2017

27.2.2017

 

 

Data tal-adozzjoni

27.2.2017

 

 

 


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Reġistrazzjoni ta’ persuni li jbaħħru abbord vapuri tal-passiġġieri li joperaw lejn jew minn portijiet tal-Istati Membri tal-Komunità u emenda tad-Direttiva 2010/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-formalitajiet ta’ rappurtar għal bastimenti li jaslu fi u/jew jitilqu minn portijiet tal-Istati Membri

Referenzi

COM(2016)0370 – C8-0209/2016 – 2016/0171(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

6.6.2016

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

TRAN

9.6.2016

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

9.6.2016

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Izaskun Bilbao Barandica

1.8.2016

 

 

 

Eżami fil-kumitat

27.2.2017

10.4.2017

 

 

Data tal-adozzjoni

11.4.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

44

1

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Daniela Aiuto, Lucy Anderson, Inés Ayala Sender, Georges Bach, Izaskun Bilbao Barandica, Deirdre Clune, Michael Cramer, Luis de Grandes Pascual, Andor Deli, Isabella De Monte, Ismail Ertug, Jacqueline Foster, Dieter-Lebrecht Koch, Merja Kyllönen, Miltiadis Kyrkos, Bogusław Liberadzki, Peter Lundgren, Marian-Jean Marinescu, Cláudia Monteiro de Aguiar, Jens Nilsson, Markus Pieper, Salvatore Domenico Pogliese, Tomasz Piotr Poręba, Gabriele Preuß, Dominique Riquet, Massimiliano Salini, David-Maria Sassoli, Claudia Schmidt, Claudia Țapardel, Keith Taylor, Pavel Telička, István Ujhelyi, Peter van Dalen, Wim van de Camp, Janusz Zemke, Roberts Zīle, Kosma Złotowski, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Jakop Dalunde, Maria Grapini, Kateřina Konečná, Matthijs van Miltenburg, Henna Virkkunen

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

John Stuart Agnew, Jiří Maštálka

Data tat-tressiq

21.4.2017


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

44

+

ALDE

Izaskun Bilbao Barandica, Dominique Riquet, Pavel Telička, Matthijs van Miltenburg

ECR

Jacqueline Foster, Tomasz Piotr Poręba, Roberts Zīle, Kosma Złotowski, Peter van Dalen

EFDD

Daniela Aiuto, Peter Lundgren

GUE/NGL

Kateřina Konečná, Merja Kyllönen, Jiří Maštálka

PPE

Georges Bach, Deirdre Clune, Andor Deli, Dieter-Lebrecht Koch, Marian-Jean Marinescu, Cláudia Monteiro de Aguiar, Markus Pieper, Salvatore Domenico Pogliese, Massimiliano Salini, Claudia Schmidt, Henna Virkkunen, Luis de Grandes Pascual, Wim van de Camp, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska

S&D

Lucy Anderson, Inés Ayala Sender, Isabella De Monte, Ismail Ertug, Maria Grapini, Miltiadis Kyrkos, Bogusław Liberadzki, Jens Nilsson, Gabriele Preuß, David-Maria Sassoli, István Ujhelyi, Janusz Zemke, Claudia Țapardel

Verts/ALE

Michael Cramer, Jakop Dalunde, Keith Taylor

1

-

EFDD

John Stuart Agnew

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Avviż legali