Proċedura : 2016/0152(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0172/2017

Testi mressqa :

A8-0172/2017

Dibattiti :

PV 05/02/2018 - 20
CRE 05/02/2018 - 20

Votazzjonijiet :

PV 06/02/2018 - 5.4
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2018)0023

RAPPORT     ***I
PDF 1782kWORD 239k
27.4.2017
PE 595.745v01-00 A8-0172/2017

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-indirizzar tal-imblukkar ġeografiku u forom oħrajn ta' diskriminazzjoni abbażi tan-nazzjonalità, tal-post tar-residenza jew tal-post tal-istabbiliment tal-konsumaturi fi ħdan is-suq intern u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE

(COM(2016)0289 – C8-0192/2016 – 2016/0152(COD))

Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur

Rapporteur: Róża Gräfin von Thun und Hohenstein

Rapporteur għal opinjoni (*):

Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Committee on Legal Affairs

(*) Kumitati assoċjati – Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura

ERRATA/ADDENDA
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-indirizzar tal-imblukkar ġeografiku u forom oħrajn ta' diskriminazzjoni abbażi tan-nazzjonalità, tal-post tar-residenza jew tal-post tal-istabbiliment tal-konsumaturi fi ħdan is-suq intern u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE

(COM(2016)0289 – C8-0192/2016 – 2016/0152(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2016)0289),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema l-Kummissjoni ssottomettiet il-proposta lill-Parlament (C8-0192/2016)),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati sottomessi, fi ħdan il-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità, mill-Kunsill Federali Awstrijak u l-Kunsill Nazzjonali u l-Kamra tad-Deputati tal-Lussemburgu, li jsostnu li l-abbozz tal-att leġiżlattiv mhuwiex konformi mal-prinċipju tas-sussidjarjetà,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad-19 ta' Ottubru 2016(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali, tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (A8-0172/2017),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal regolament

Titolu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Proposta għal

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar l-indirizzar tal-imblukkar ġeografiku u forom oħrajn ta' diskriminazzjoni abbażi tan-nazzjonalità, tal-post tar-residenza jew tal-post tal-istabbiliment tal-konsumaturi fi ħdan is-suq intern u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE

dwar l-indirizzar tal-imblukkar ġeografiku mhux ġustifikat u forom oħrajn ta' diskriminazzjoni abbażi tan-nazzjonalità, tal-post tar-residenza jew tal-lokazzjoni temporanja tal-konsumatur fi ħdan is-suq intern u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  Sabiex jintlaħaq l-għan li jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tas-suq intern, bħala żona mingħajr fruntieri interni fejn jiġi żgurat il-moviment liberu ta', fost l-oħrajn, il-prodotti u s-servizzi, mhuwiex biżżejjed li jiġu aboliti, bħal bejn l-Istati Membri, l-ostakoli tal-Istat biss. Din l-abolizzjoni tista' tiġi mminata minn partijiet privati li jistabbilixxu ostakoli li huma inkonsistenti mal-libertajiet tas-suq intern. Dan iseħħ meta n-negozjanti li joperaw fi Stat Membru wieħed jimblukkaw jew jillimitaw l-aċċess għall-interfaċċi online tagħhom, bħal siti web u apps, tal-konsumaturi minn Stati Membri oħrajn li jixtiequ jidħlu fi tranżazzjonijiet kummerċjali transfruntiera (prattika magħrufa bħala mblukkar ġeografiku). Dan iseħħ ukoll permezz ta' azzjonijiet oħrajn minn ċerti negozjanti li jinvolvu l-applikazzjoni ta' kundizzjonijiet ġenerali differenti ta' aċċess għall-prodotti u s-servizzi tagħhom b'rabta ma' dawn il-konsumaturi minn Stati Memrbi oħrajn kemm online u anki offline. Billi xi kultant jista' jkun hemm ġustifikazzjonijiet oġġettivi għat-tali trattament differenzjali, f'każijiet oħrajn in-negozjanti jiċħdu lill-konsumaturi li jkunu jixtiequ jidħlu fi tranżazzjonijiet kummerċjali transfruntiera milli jkollhom aċċess għall-prodotti jew għas-servizzi, jew japplikaw kundizzjonijiet differenti f'dan ir-rigward, għal raġunijiet purament kummerċjali.

(1)  Sabiex jintlaħaq il-potenzjal sħiħ tas-suq intern, bħala żona mingħajr fruntieri interni fejn jiġi żgurat il-moviment liberu ta', fost l-oħrajn, il-prodotti u s-servizzi, mhuwiex biżżejjed li jiġu aboliti, bħal bejn l-Istati Membri, l-ostakoli tal-Istat biss. Din l-abolizzjoni tista' tiġi mminata minn partijiet privati li jistabbilixxu ostakoli li huma inkonsistenti mal-libertajiet tas-suq intern. Dan iseħħ meta n-negozjanti li joperaw fi Stat Membru wieħed jimblukkaw jew jillimitaw l-aċċess għall-interfaċċi online tagħhom, bħal siti web u apps, minn konsumaturi minn Stati Membri oħrajn li jixtiequ jidħlu fi tranżazzjonijiet kummerċjali transfruntiera (prattika magħrufa bħala mblukkar ġeografiku). Dan iseħħ ukoll permezz ta' azzjonijiet oħrajn minn ċerti negozjanti li jinvolvu l-applikazzjoni ta' kundizzjonijiet ġenerali differenti ta' aċċess għall-prodotti u s-servizzi tagħhom b'rabta ma' dawn il-konsumaturi minn Stati Membri oħrajn kemm online u anki offline. Filwaqt li jista' jkun hemm ġustifikazzjonijiet oġġettivi eċċezzjonali għat-tali trattament differenzjali, f'każijiet oħrajn xi prattiki tan-negozjanti jiċħdu jew jillimitaw l-aċċess jew is-servizzi lill-konsumaturi li jkunu jixtiequ jidħlu fi tranżazzjonijiet kummerċjali transfruntiera, jew, f'dan ir-rigward, japplikaw kundizzjonijiet differenti li mhumiex ġustifikati b'mod oġġettiv. Studji1a wrew li t-tneħħija tal-imblukkar ġeografiku mhux ġustifikat u forom oħra ta' diskriminazzjoni bbażati fuq in-nazzjonalità, il-post tar-residenza jew il-lokazzjoni temporanja tal-konsumaturi tista' tippromwovi t-tkabbir u tnaqqas il-prezzijiet medji fis-suq intern kollu.

___________________

1a Ara l-valutazzjoni tal-impatt tal-Kummissjoni Ewropea. Ara wkoll l-istudji tad-Dipartiment Tematiku tal-Parlament Ewropew (1) "Extending the scope of the geoblocking prohibition: an economic assessment" ("It-twessigħ tal-kamp ta' applikazzjoni ġeografiku: valutazzjoni ekonomika") http://www.europarl.europa.eu/RegData/etudes/IDAN/2017/595364/IPOL_IDA(2017)595364_EN.pdf u (2) "The Geoblocking proposal: internal market, competition law and other regulatory aspects" ("Il-proposta dwar l-Imblukkar Ġeografiku: is-suq intern, il-ligi dwar il-kompetizzjoni u aspetti regolatorji oħra) http://www.europarl.europa.eu/RegData/etudes/STUD/2017/595362/IPOL_STU(2017)595362_EN.pdf.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 1a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1a)  Dan mhuwiex Regolament awtonomu, huwa maħsub li jiġi mifhum flimkien mal-proposta għal Direttiva dwar ċerti aspetti li jirrigwardaw il-kuntratti għall-bejgħ online u bejgħ mill-bogħod ieħor ta' oġġetti1a u l-proposta għal Direttiva dwar ċerti aspetti li jikkonċernaw il-kuntratti għall-provvista ta' kontenut diġitali1b li ser jikkontribwixxi għall-ħolqien ta' suq uniku diġitali.

___________________

1a COM (2015)0635.

1b COM (2015)0634.

Ġustifikazzjoni

Ir-regolament propost għandu jitqies espliċitament flimkien ma' proposti oħra għal leġiżlazzjoni biex jinħoloq suq uniku diġitali, u s-suċċess tiegħu jiddependi fuq dawk il-proposti. Għalhekk, jenħtieġ li ssir referenza għad-Direttiva dwar ċerti aspetti li jikkonċernaw kuntratti għall-bejgħ ta' prodotti u li tħassar id-Direttiva 1999/44/KE u d-Direttiva dwar ċerti aspetti li jikkonċernaw kuntratti għall-forniment ta' kontenut diġitali u servizzi diġitali.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  B'dan il-mod ċerti negozjanti jissegmentaw b'mod artifiċjali s-suq intern tul il-fruntieri interni u jfixklu l-moviment liberu tal-prodotti u servizzi, u b'hekk jillimitaw id-drittijiet tal-konsumaturi u ma jħalluhomx jibbenefikaw minn għażla aktar wiesgħa u minn kundizzjonijiet aħjar. Prattiki diskriminatorji bħal dawn huma fattur importanti li jikkontribwixxu għal-livell relattivament baxx tat-tranżazzjonijiet kummerċjali transfruntiera fi ħdan l-Unjoni, inkluż fis-settur tal-kummerċ elettroniku, li jipprevjenu milli jseħħ il-potenzjal tat-tkabbir sħiħ tas-suq. L-iċċarar ta' liema sitwazzjonijiet fejn ma jistax ikun hemm ġustifikazzjoni għat-trattament differenzjali ta' dan it-tip, għandu jġib ċarezza u ċertezza legali għall-parteċipanti kollha fit-tranżazzjonijiet transfruntiera u għandu jiżgura li r-regoli dwar in-nondiskriminazzjoni jistgħu jiġu applikati b'mod effettiv u jiġu infurzati fis-suq intern kollu.

(2)  B'dan il-mod, ċerti prattiki tan-negozjanti jissegmentaw b'mod artifiċjali s-suq intern tul il-fruntieri interni u jfixklu l-moviment liberu tal-prodotti u servizzi, u b'hekk jillimitaw id-drittijiet tal-konsumaturi u ma jħalluhomx jibbenefikaw minn għażla aktar wiesgħa u minn kundizzjonijiet aħjar. Prattiki diskriminatorji bħal dawn huma fattur importanti li jikkontribwixxu għal-livell relattivament baxx tat-tranżazzjonijiet kummerċjali transfruntiera fi ħdan l-Unjoni, inkluż fis-settur tal-kummerċ elettroniku, li jipprevjenu milli jseħħ il-potenzjal tat-tkabbir sħiħ tas-suq. Madankollu, hemm diversi raġunijiet sottostanti għal tali prattiki min-naħa ta' kumpaniji, b'mod partikolari l-SMEs u l-mikrointrapriżi. F'ħafna każijiet, l-ambjenti legali differenti, l-inċertezza legali involuta u r-riskji assoċjati fir-rigward tal-liġijiet applikabbli dwar il-protezzjoni applikabbli tal-konsumatur u tal-ambjent jew dwar l-ittikkettar, it-tassazzjoni u kwistjonijiet fiskali, l-ispejjeż tal-konsenja jew ir-rekwiżiti lingwistiċi jikkontribwixxu għan-nuqqas ta' rieda min-naħa tan-negozjanti li jidħlu f'relazzjonijiet kummerċjali mal-konsumaturi minn Stati Membri oħra. F'każijiet oħrajn xi negozjanti qed jifframmentaw is-suq sabiex jgħollu l-prezzijiet għall-konsumatur. L-iċċarar ta' liema sitwazzjonijiet fejn ma jistax ikun hemm ġustifikazzjoni għat-trattament differenzjali ta' dan it-tip u xi tkun ir-responsabbiltà tan-negozjanti meta jbiegħu lill-konsumaturi minn Stati Membri differenti f'konformità ma' dan ir-Regolament, jenħtieġ li jġib ċarezza u ċertezza legali għall-parteċipanti kollha fit-tranżazzjonijiet transfruntiera u jenħtieġ li jiżgura li r-regoli dwar in-nondiskriminazzjoni jistgħu jiġu applikati b'mod effettiv u jiġu infurzati fis-suq intern kollu.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 2a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2a)  Dan ir-Regolament għandu l-iskop li jindirizza l-imblukkar ġeografiku billi jneħħi ostaklu għall-funzjonament tas-suq intern. Madankollu, jeħtieġ li jitqies il-fatt li l-ħafna differenzi fil-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri, bħal dawk li jirriżultaw minn standards nazzjonali differenti jew minn nuqqas ta' rikonoxximent reċiproku jew armonizzazzjoni fil-livell tal-Unjoni, għadhom jikkostitwixxu ostakoli sinifikanti għall-kummerċ transfruntier. Dawn l-ostakoli jkomplu jwasslu għall-frammentazzjoni tas-suq uniku, u spiss iġiegħlu lin-negozjanti jinvolvu ruħhom fi prattiki ta' mblukkar ġeografiku. Għalhekk, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jenħtieġ li jkomplu jindirizzaw dawn l-ostakoli bl-għan li jnaqqsu l-frammentazzjoni tas-suq u jikkompletaw is-suq uniku.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  F'konformità mal-Artikolu 20 tad-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill17, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri tas-servizzi stabbiliti fl-Unjoni ma jitrattawx lir-riċevituri tas-servizzi b'mod differenti abbażi tan-nazzjonalità jew tal-post tar-residenza tagħhom. Madankollu, din id-dispożizzjoni ma kinitx effettiva bis-sħiħ f'dak li għandu x'jaqsam mal-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni u ma naqsitx b'mod suffiċjenti l-inċertezza legali, b'mod partikolari minħabba l-possibbiltà li jiġu ġġustifikati d-differenzi fit-trattament li tippermetti u d-diffikultajiet korrispondenti fl-infurzar tagħha fil-prattika. Barra minn hekk, b'konsegwenza tal-azzjonijiet minn negozjanti stabbiliti f'pajjiżi terzi, jista' jirriżulta mblukkar ġeografiku u forom oħrajn ta' diskriminazzjoni abbażi tan-nazzjonalità, tal-post tar-residenza jew tal-post ta' stabbiliment, li ma jaqgħux taħt il-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva.

(3)  F'konformità mal-Artikolu 20 tad-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill17, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri tas-servizzi stabbiliti fl-Unjoni ma jitrattawx lir-riċevituri tas-servizzi b'mod differenti abbażi tan-nazzjonalità jew tal-post tar-residenza tagħhom. Madankollu, din id-dispożizzjoni ma kinitx effettiva bis-sħiħ f'dak li għandu x'jaqsam mal-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni u ma naqsitx b'mod suffiċjenti l-inċertezza legali. Dan ir-Regolament għandu l-għan li jissupplimenta l-Artikolu 20 tad-Direttiva 2006/123/KE. Dan jenħtieġ li ma jiġix interpretat bħala li jissostitwixxi lil dik id-Direttiva. Pjuttost, l-għan tiegħu huwa li jissupplimentaha billi jiddefinixxi ċerti sitwazzjonijiet fejn trattamenti differenti abbażi tan-nazzjonalità, tal-post tar-residenza jew tal-lokazzjoni temporanja ma jkunux jistgħu jiġu ġġustifikati skont l-Artikolu 20(2) tad-Direttiva 2006/123/KE. Barra minn hekk, b'konsegwenza tal-azzjonijiet minn negozjanti stabbiliti f'pajjiżi terzi, jista' jirriżulta mblukkar ġeografiku mhux ġustifikat u forom oħrajn ta' diskriminazzjoni abbażi tan-nazzjonalità, tal-post tar-residenza jew tal-lokazzjoni temporanja, li ma jaqgħux taħt il-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva.

__________________

__________________

17 Id-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern (ĠU L 376, 27.12.2006, p. 36).

17 Id-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern (ĠU L 376, 27.12.2006, p. 36).

Emenda     7

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Għall-finijiet li jiġi assigurat il-funzjonament tajjeb tas-suq intern, il-miżuri fil-mira stabbiliti f'dan ir-Regolament, li jipprovdu għal sett ta' regoli ċari, uniformi u effettivi fuq għadd magħżul ta' kwistjonijiet, huma għalhekk meħtieġa.

(4)  Għall-finijiet li jiġi assigurat il-funzjonament tajjeb tas-suq intern u li jiġi ggarantit il-moviment liberu tal-persuni, tal-prodotti u tas-servizzi mingħajr diskriminazzjoni abbażi tal-pajjiż tal-oriġini jew tal-post tar-residenza, il-miżuri fil-mira stabbiliti f'dan ir-Regolament, li jipprovdu għal sett ta' regoli ċari, uniformi u effettivi fuq għadd magħżul ta' kwistjonijiet, huma għalhekk meħtieġa. Dawn il-miżuri jenħtieġ li jżommu bilanċ bejn il-protezzjoni tal-konsumatur u l-libertà ekonomika u kuntrattwali għan-negozjanti.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Dan ir-Regolament għandu l-għan li jipprevjeni d-diskriminazzjoni abbażi tan-nazzjonalità, tal-post tar-residenza jew tal-post tal-istabbiliment tal-konsumatur, inkluż l-imblukkar ġeografiku, fit-tranżazzjonijiet kummerċjali transfruntiera bejn negozjanti u konsumaturi li għandhom x'jaqsmu mal-bejgħ ta' prodotti u mal-provvista ta' servizzi fi ħdan l-Unjoni. Għandu l-għan li jindirizza d-diskriminazzjoni diretta kif ukoll dik indiretta, biex b'hekk ikopri wkoll id-differenzi mhux ġustifikati fit-trattament abbażi ta' kriterji oħrajn ta' distinzjoni li jwasslu għall-istess riżultat bħall-applikazzjoni tal-kriterji bbażati b'mod dirett fuq in-nazzjonalità tal-konsumaturi, tal-post tar-residenza jew tal-post ta' stabbiliment. Kriterji oħrajn bħal dawn jistgħu jiġu applikati, b'mod partikolari, abbażi ta' informazzjoni li tindika l-lokazzjoni fiżika tal-konsumaturi, bħall-indirizz tal-IP li jintuża meta tiġi aċċessata interfaċċa online, l-indirizz sottomess għall-konsenja tal-prodotti, l-għażla tal-lingwa li saret jew l-Istat Membru fejn intuża l-istrument ta' pagament tal-konsumatur.

(5)  Dan ir-Regolament għandu l-għan li jipprevjeni d-diskriminazzjoni abbażi tan-nazzjonalità, tal-post tar-residenza jew tal-lokazzjoni temporanja tal-konsumatur, inkluż l-imblukkar ġeografiku, fit-tranżazzjonijiet kummerċjali transfruntiera bejn negozjant u konsumatur li għandhom x'jaqsmu mal-bejgħ ta' prodotti u mal-provvista ta' servizzi fi ħdan l-Unjoni. Għandu l-għan li jindirizza d-diskriminazzjoni diretta kif ukoll dik indiretta, biex b'hekk ikopri wkoll id-differenzi mhux ġustifikati fit-trattament abbażi ta' kriterji oħrajn ta' distinzjoni li jwasslu għall-istess riżultat bħall-applikazzjoni tal-kriterji bbażati b'mod dirett fuq in-nazzjonalità tal-konsumaturi, tal-post tar-residenza jew tal-lokazzjoni temporanja. Kriterji oħrajn bħal dawn jistgħu jiġu applikati, b'mod partikolari, abbażi ta' informazzjoni li tindika l-lokazzjoni fiżika tal-konsumaturi, bħall-indirizz tal-IP li jintuża meta tiġi aċċessata interfaċċa online, l-indirizz sottomess għall-konsenja tal-prodotti, l-għażla tal-lingwa li saret jew l-Istat Membru fejn intuża l-istrument ta' pagament tal-konsumatur.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 5a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5a)  Jenħtieġ li dan ir-Regolament ma japplikax għal sitwazzjonijiet purament interni li fihom l-ebda element transfruntier ma jista' jitqies li jeżisti u l-attivitajiet kollha relatati ma', fost l-oħrajn, in-nazzjonalità, il-post tar-residenza jew il-lokazzjoni temporanja, l-aċċess għal interfaċċa online, l-aċċess għall-prodotti jew is-servizzi jew it-tranżazzjonijiet ta' pagamenti jinżammu fl-istess Stat Membru.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  Meta jitqies li xi ostakoli regolatorji u amministrattivi għan-negozjanti tneħħew mill-Unjoni kollha f'ċerti setturi tas-servizzi minħabba l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2006/123/KE, f'termini ta' kamp ta' applikazzjoni materjali, il-konsistenza bejn dan ir-Regolament u d-Direttiva 2006/123/KE għandha tiġi żgurata. B'konsegwenza ta' dan, id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw, fost l-oħrajn, għal servizzi awdjoviżivi forniti elettronikament, li l-karatteristika prinċipali tagħhom tkun l-għoti ta' aċċess għal u l-użu ta' xogħlijiet protetti bid-dritt tal-awtur jew suġġetti oħrajn protetti, madankollu soġġetti għall-esklużjoni speċifika tal-Artikolu 4 u l-evaluwazzjoni sussegwenti ta' dik l-esklużjoni kif previst fl-Artikolu 9. Is-servizzi awdjoviżivi, inklużi servizzi li l-karatteristika prinċipali tagħhom huwa l-għoti ta' aċċess għal xandiriet ta' avvenimenti sportivi u li huma pprovduti abbażi ta' liċenzji territorjali esklużivi, huma esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. L-aċċess għal servizzi finanzjarji għall-konsumatur, inklużi servizzi ta' pagament, għandhom għalhekk jiġu esklużi wkoll, minkejja d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament rigward in-nondiskriminazzjoni fil-pagamenti.

(6)  Peress li xi ostakoli regolatorji u amministrattivi għan-negozjanti tneħħew mill-Unjoni kollha f'ċerti setturi tas-servizzi minħabba l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2006/123/KE, f'termini ta' kamp ta' applikazzjoni materjali tagħha, il-konsistenza bejn dan ir-Regolament u d-Direttiva 2006/123/KE jenħtieġ li tiġi żgurata. B'konsegwenza ta' dan, id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament jenħtieġ li japplikaw, fost l-oħrajn, għal servizzi awdjoviżivi forniti elettronikament, li l-karatteristika prinċipali tagħhom tkun l-għoti ta' aċċess għal u l-użu ta' xogħlijiet protetti bid-dritt tal-awtur jew suġġetti oħrajn protetti, madankollu soġġetti għall-esklużjoni speċifika tal-Artikolu 4. Madankollu, jenħtieġ li jiġi nnutat li sa mill-adozzjoni tad-Direttiva 2006/123/KE, l-ostakoli regolatorji u amministrattivi għan-negozjanti tneħħew b'mod parzjali anki f'setturi oħrajn.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 6a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6a)  Minħabba n-natura speċifika tax-xogħlijiet kulturali u l-mudelli kummerċjali speċifiċi għad-distribuzzjoni tagħhom, jenħtieġ li dan ir-Regolament ma jaffettwax il-prinċipju tat-territorjalità tad-drittijiet tal-awtur f'setturi kulturali.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Id-diskriminazzjoni tista' sseħħ ukoll fir-rigward ta' servizzi fil-qasam tat-trasport, b'mod partikolari fir-rigward tal-bejgħ tal-biljetti għat-trasport tal-passiġġieri. Madankollu, f'dan ir-rigward ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill18, ir-Regolament (UE) Nru 1177/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill19 u r-Regolament (UE) Nru 181/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill20 diġà jinkludu projbizzjonijiet wiesgħa ta' diskriminazzjonijiet li jkopru l-prattiki diskriminatorji kollha li dan ir-Regolament għandu l-għan li jindirizza. Barra minn hekk huwa maħsub li r-Regolament (KE) Nru 1371/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ser jiġi emendat f'dan is-sens fil-futur. Għalhekk, u sabiex tiġi żgurata l-konsistenza mal-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2006/123/KE, is-servizzi fil-qasam tat-trasport għandhom jibqgħu barra mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

(7)  Id-diskriminazzjoni sseħħ ukoll fir-rigward ta' servizzi barra mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, inkluż fil-qasam tas-servizzi awdjoviżivi, finanzjarji, tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, tat-trasport jew tal-kura tas-saħħa. Is-servizzi awdjoviżivi, inklużi servizzi li l-karatteristika prinċipali tagħhom hija l-għoti ta' aċċess għal xandiriet ta' avvenimenti sportivi li huma pprovduti abbażi ta' liċenzji territorjali esklużivi, huma esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. L-aċċess għal servizzi finanzjarji għall-konsumatur, inklużi servizzi ta' pagament, jenħtieġ li għalhekk jiġu esklużi wkoll, minkejja d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament rigward in-nondiskriminazzjoni fil-pagamenti. Fir-rigward tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, il-Kummissjoni ppreżentat proposta għal Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi li tħares il-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni17a. F'dak li għandu x'jaqsam it-trasport, ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament (UE) Nru 1177/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (UE) Nru 181/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill diġà jinkludu projbizzjonijiet wiesgħa dwar diskriminazzjoni li jkopru l-prattiki diskriminatorji kollha li dan ir-Regolament għandu l-għan li jindirizza. Barra minn hekk huwa maħsub li r-Regolament (KE) Nru 1371/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ser jiġi emendat f'dan is-sens fil-futur. Fir-rigward tas-servizzi tal-kura tas-saħħa, id-Direttiva 2011/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill21a diġà ssostni li ma tistax issir diskriminazzjoni kontra l-pazjenti minn Stati Membri oħrajn fir-rigward tan-nazzjonalità. Għalhekk, u sabiex tiġi żgurata l-konsistenza mal-acquis, is-servizzi fil-qasam ta', inter alia, is-servizzi awdjoviżivi, finanzjarji, tal-komunikazzjonijiet elettroniċi, tat-trasport jew tal-kura tas-saħħa jenħtieġ li, f'dan l-istadju, jibqgħu barra mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

__________________

__________________

17a Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-Kodiċi Ewropew tal-Komunikazzjoni Elettronika (Riformulazzjoni) (COM(2016)0590).

18 Ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Settembru 2008 dwar regoli komuni għall-operat ta' servizzi tal-ajru fil-Komunità (ĠU L 293, 31.10.2008, p. 3).

18 Ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Settembru 2008 dwar regoli komuni għall-operat ta' servizzi tal-ajru fil-Komunità (ĠU L 293, 31.10.2008, p. 3).

19 Ir-Regolament (UE) Nru 1177/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 dwar id-drittijiet tal-passiġġieri meta jivvjaġġaw bil-baħar jew minn passaġġi fuq l-ilma interni u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 (ĠU L 334, 17.12.2010, p. 1).

20 Ir-Regolament (UE) Nru 181/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 dwar id-drittijiet tal-passiġġieri fit-trasport bix-xarabank u bil-kowċ u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 1).

21 Ir-Regolament (KE) Nru 1371/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2007 dwar id-Drittijiet u l-Obbligi tal-passiġġieri tal-ferroviji (ĠU L 315, 3.12.2007, p. 14).

21 Ir-Regolament (KE) Nru 1371/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2007 dwar id-Drittijiet u l-Obbligi tal-passiġġieri tal-ferroviji (ĠU L 315, 3.12.2007, p. 14).

21a Id-Direttiva 2011/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2011 dwar l-applikazzjoni tad-drittijiet tal-pazjenti fil-qasam tal-kura tas-saħħa transkonfinali (ĠU L 88, 4.4.2011, p. 45).

Emenda  13

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  Dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr preġudizzju għar-regoli applikabbli fil-qasam tat-tassazzjoni, peress li t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jipprovdi bażi speċifika għall-azzjoni fil-livell tal-Unjoni fir-rigward ta' kwistjonijiet ta' tassazzjoni.

(8)  (Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)

Emenda    14

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  F'konformità mar-Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, l-għażla tal-liġi applikabbli għall-kuntratti bejn konsumatur u professjonist li jwettaq l-attivitajiet kummerċjali jew professjonali tiegħu jew tagħha fil-pajjiż fejn il-konsumatur għandu r-residenza abitwali tiegħu jew tagħha jew, bi kwalunkwe mezz, jidderieġi dawn l-attivitajiet lejn dak il-pajjiż jew lejn diversi pajjiżi inkluż dak il-pajjiż, tista' ma twassalx għaċ-ċaħda tal-konsumatur mill-protezzjoni mogħtija lilu mid-dispożizzjonijiet li ma jistgħux jiġu derogati bi ftehim bis-saħħa tal-liġi tal-pajjiż fejn il-konsumatur għandu r-residenza abitwali tiegħu jew tagħha. F'konformità mar-Regolament (UE) 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fi kwistjonijiet relatati ma' kuntratt bejn konsumatur u professjonist li jinvolvi ruħu f'attivitajiet kummerċjali jew professjonali fl-Istat Membru tad-domiċilju tal-konsumatur jew, bi kwalunkwe mezz, jidderieġi dawn l-attivitajiet lejn dak l-Istat Membru jew lejn diversi Stati inkluż dak l-Istat Membru, konsumatur jista' jressaq proċedimenti kontra l-parti l-oħra fil-qrati tal-Istat Membru fejn ikun domiċiljat u l-proċedimenti jistgħu jinġiebu kontra l-konsumatur f'dawk il-qrati biss.

imħassar

__________________

22 Ir-Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali (Ruma I) (ĠU L 177, 4.7.2008, p. 6).

23 Ir-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (ĠU L 351, 20.12.2012, p. 1).

Emenda    15

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  Dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa l-atti tad-dritt tal-Unjoni dwar il-kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet ċivili, b'mod partikolari d-dispożizzjonijiet dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali u dwar il-ġurisdizzjoni stabbiliti fir-Regolamenti (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, inkluż l-applikazzjoni ta' dawk l-atti u dawk id-dispożizzjonijiet f'każijiet individwali. B'mod partikolari, is-sempliċi fatt li negozjant jaġixxi skont id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament ma għandux jiġi interpretat li jimplika li hu jidderieġi l-attivitajiet tiegħu lejn l-Istat Membru tal-konsumatur għall-fini ta' din l-applikazzjoni.

(10)  Dan ir-Regolament jenħtieġ li jkun mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Unjoni dwar il-kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet ċivili, b'mod partikolari d-dispożizzjonijiet dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali u dwar il-ġurisdizzjoni stabbiliti fir-Regolamenti (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, inkluż l-applikazzjoni ta' dawk l-atti u dawk id-dispożizzjonijiet f'każijiet individwali. Is-sempliċi konformità ma' dan ir-Regolament jenħtieġ li ma tiġix intepretata li timplika negozjant jidderieġi l-attivitajiet tiegħu lejn l-Istat Membru tal-konsumatur. B'mod partikolari, meta negozjant, li jaġixxi f'konformità mal-Artikoli 3, 4 u 5, ma jimblukkax jew ma jillimitax l-aċċess tal-konsumatur għall-interfaċċa online tiegħu, ma jidderiġihx jew ma jidderiġihiex lejn verżjoni differenti tal-interfaċċa online tiegħu li l-konsumatur oriġinarjament ried aċċess għaliha, irrispettivament min-nazzjonalità jew il-post tar-residenza tiegħu, ma japplikax kundizzjonijiet ġenerali differenti ta' aċċess f'sitwazzjonijiet ipprovduti minn dan ir-Regolament, jew fejn in-negozjant jaċċetta strumenti ta' pagament maħruġa fi Stat Membru ieħor fuq bażi nondiskriminatorja, dak in-negozjant ma jistax jitqies, unikament abbażi ta' dawn ir-raġunijiet, bħala li qed jidderieġi l-attivitajiet tiegħu lejn l-Istat Membru li fih il-konsumatur għandu r-residenza abitwali jew id-domiċilju tiegħu. Barra minn hekk, negozjant m'għandux ukoll jiġi meqjus bħala li jidderieġi l-attivitajiet lejn l-Istat Membru fejn il-konsumatur għandu r-residenza abitwali jew id-domiċilju tiegħu meta n-negozjant li jaġixxi f'konformità ma' dan ir-Regolament jieħu passi raġonevolment mistennija jew mitluba mill-konsumatur jew meħtieġa bil-liġi sabiex jipprovdi l-informazzjoni u l-assistenza meħtieġa lill-konsumaturi b'mod dirett jew indirett billi jirreferi lill-konsumatur għal kwalunkwe partijiet terzi li jistgħu jipprovdu l-assistenza meħtieġa.

__________________

__________________

24 Ir-Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali (Ruma I) (ĠU L 177, 4.7.2008, p. 6).

24 Ir-Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali (Ruma I) (ĠU L 177, 4.7.2008, p. 6).

25 Ir-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (ĠU L 351, 20.12.2012, p. 1).

Emenda    16

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  Ġeneralment, il-prattiki diskriminatorji li dan ir-Regolament għandu l-għan li jindirizza jseħħu permezz ta' termini ġenerali, kundizzjonijiet jew informazzjoni oħra stabbiliti u applikati minn jew f'isem in-negozjant ikkonċernat, bħala prekundizzjoni għall-ksib tal-aċċess għall-prodotti jew għas-servizzi inkwistjoni, u li huma disponibbli għall-pubbliku b'mod ġenerali. Dawn il-kundizzjonijiet ġenerali ta' aċċess jinkludu fost l-oħrajn prezzijiet, kundizzjonijiet ta' pagament u kundizzjonijiet ta' konsenja. Dawn jistgħu jsiru disponibbli għall-pubbliku ġenerali minn jew f'isem in-negozjant permezz ta' diversi mezzi, bħall-informazzjoni ppubblikata fir-reklami, fuq is-siti web jew fuq dokumentazzjoni prekuntrattwali jew kuntrattwali. Dawn il-kundizzjonijiet japplikaw fin-nuqqas ta' ftehim bil-kontra nnegozjat b'mod individwali magħmul b'mod dirett bejn in-negozjant u l-konsumatur. Il-patti u l-kundizzjonijiet li huma nnegozjati b'mod individwali bejn in-negozjant u l-konsumaturi ma għandhomx jitqiesu bħala kundizzjonijiet ġenerali tal-aċċess għall-finijiet ta' dan ir-Regolament.

(11)  Ġeneralment, il-prattiki diskriminatorji li dan ir-Regolament għandu l-għan li jindirizza jseħħu permezz ta' termini ġenerali, kundizzjonijiet jew informazzjoni oħra stabbiliti u applikati minn jew f'isem in-negozjant ikkonċernat, bħala prekundizzjoni għall-ksib tal-aċċess għall-prodotti jew għas-servizzi inkwistjoni, u li huma disponibbli għall-pubbliku b'mod ġenerali. Dawn il-kundizzjonijiet ġenerali ta' aċċess jinkludu fost l-oħrajn prezzijiet, kundizzjonijiet ta' pagament u kundizzjonijiet ta' konsenja. Dawn jistgħu jsiru disponibbli għall-pubbliku ġenerali minn jew f'isem in-negozjant permezz ta' diversi mezzi, bħall-informazzjoni ppubblikata fir-reklami jew fuq is-siti web, jew jistgħu jiffurmaw parti minn informazzjoni prekuntrattwali jew kuntrattwali. Dawn il-kundizzjonijiet japplikaw fin-nuqqas ta' patti u kundizzjonijiet innegozjati bejn in-negozjant u l-konsumatur. Il-patti u l-kundizzjonijiet li huma nnegozjati b'mod individwali bejn in-negozjant u l-konsumaturi ma għandhomx jitqiesu bħala kundizzjonijiet ġenerali tal-aċċess għall-finijiet ta' dan ir-Regolament. Madankollu, jenħtieġ li l-possibbiltà li jiġu nnegozjati patti u kundizzjonijiet b'mod individwali jew li jsir qbil b'mod individwali dwar drittijiet jew obbligi addizzjonali ma tirriżultax fl-imblukkar ġeografiku jew f'forom oħrajn ta' diskriminazzjoni mhux ġustifikati indirizzati minn dan ir-Regolament.

Emenda    17

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  Kemm il-konsumaturi kif ukoll l-impriżi għandhom jiġu ssalvagwardjati mid-diskriminazzjoni għal raġunijiet relatati man-nazzjonalità, mal-post tar-residenza jew mal-post ta' stabbiliment tagħhom meta jaġixxu bħala konsumaturi għall-finijiet ta' dan ir-Regolament. Madankollu, din il-protezzjoni ma għandhiex testendi għall-konsumaturi li qed jixtru prodott jew servizz għall-bejgħ mill-ġdid, peress li dan jaffettwa l-iskemi ta' distribuzzjoni użati b'mod wiesa' bejn l-impriżi f'kuntest minn negozju għal negozju, bħad-distribuzzjoni selettiva u esklużiva, li ġeneralment tippermetti lill-manifatturi jagħżlu l-bejjiegħa bl-imnut tagħhom, soġġetti għall-konformità mar-regoli dwar il-kompetizzjoni.

(12)  Il-konsumaturi jenħtieġ li jiġu ssalvagwardjati mid-diskriminazzjoni għal raġunijiet relatati man-nazzjonalità, mal-post tar-residenza jew mal-lokazzjoni temporanja tagħhom. Madankollu, fil-każ ta' kuntratti għal żewġ għanijiet, fejn il-kuntratt huwa konkluż għal skopijiet parzjalment fl-ambitu u parzjalment barra mill-ambitu tan-negozju ta' persuna u l-iskop ta' negozju tant huwa limitat li mhuwiex predominanti fil-kuntest kumplessiv tal-kuntratt, jenħtieġ li dik il-persuna titqies ukoll bħala konsumatur.

Emenda    18

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  Sabiex tiżdied il-possibbiltà għall-konsumaturi biex ikollhom aċċess għal informazzjoni relatata mal-bejgħ tal-prodotti u l-provvista tas-servizzi fis-suq intern u biex tiżdied it-trasparenza, inkluż fir-rigward tal-prezzijiet, in-negozjanti ma għandhomx, permezz tal-użu ta' miżuri teknoloġiċi jew b'xi mod ieħor, jimpedixxu lill-konsumaturi milli jkollhom aċċess sħiħ u ugwali għal interfaċċi online abbażi tan-nazzjonalità, tal-post tar-residenza jew tal-post tal-istabbiliment tagħhom. Dawn il-miżuri teknoloġiċi jistgħu jinkludu, b'mod partikolari, kwalunkwe teknoloġija użata biex tiddetermina l-post fiżiku tal-konsumatur, inkluż l-ittraċċar tiegħu permezz tal-indirizz tal-IP, il-koordinati miksuba permezz ta' sistema globali tan-navigazzjoni bis-satellita jew dejta relatata mat-tranżazzjoni tal-pagament. Madankollu, din il-projbizzjoni tad-diskriminazzjoni fir-rigward tal-aċċess għal interfaċċi online ma għandhiex tinftiehem li toħloq obbligu għan-negozjant li jidħol fi tranżazzjonijiet kummerċjali mal-konsumaturi.

(14)  Sabiex tiżdied il-possibbiltà għall-konsumaturi biex ikollhom aċċess għal informazzjoni relatata mal-bejgħ tal-prodotti u l-provvista tas-servizzi fi ħdan is-suq intern u biex tiżdied it-trasparenza, inkluż fir-rigward tal-prezzijiet, in-negozjanti u s-swieq online jenħtieġ li ma jimpedixxux, permezz tal-użu ta' miżuri teknoloġiċi jew b'xi mod ieħor, lill-konsumaturi milli jkollhom aċċess sħiħ u ugwali għal interfaċċi online abbażi tan-nazzjonalità, tal-post tar-residenza jew tal-lokazzjoni temporanja tagħhom. Aċċess sħiħ u ugwali għal interfaċċi online fil-forma ta' applikazzjoni għall-apparati mobbli jenħtieġ jinkludi l-possibbiltà għall-konsumatur li jniżżel u jaċċessa kull verżjoni tal-applikazzjoni għall-apparati mobbli li negozjant jista' jopera fi Stat Membru wieħed jew aktar. Il-miżuri teknoloġiċi biex jipprevjenu tali aċċess jistgħu jinkludu, b'mod partikolari, kwalunkwe teknoloġija użata biex tiddetermina l-post fiżiku tal-konsumatur, inkluż l-ittraċċar ta' dik il-lokazzjoni permezz tal-indirizz tal-IP, il-koordinati miksuba permezz ta' sistema globali tan-navigazzjoni bis-satellita jew dejta relatata mat-tranżazzjoni tal-pagament. Madankollu, din il-projbizzjoni tad-diskriminazzjoni fir-rigward tal-aċċess għal interfaċċi online ma għandhiex tinftiehem li toħloq obbligu għan-negozjant li jidħol fi tranżazzjonijiet kummerċjali mal-konsumaturi.

Emenda    19

Proposta għal regolament

Premessa 14a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14a)  Sabiex jiġi żgurat it-trattament ugwali tal-klijenti u sabiex tiġi evitata diskriminazzjoni fil-prattika, jenħtieġ li s-siti web tan-negozjanti, l-applikazzjonijiet għall-apparati mobbli u l-interfaċċi kollha l-oħrajn jitfasslu b'tali mod li jippermettu d-dħul tad-data fil-formoli minn Stat Membru li mhuwiex dak tan-negozjant. B'mod partikolari, jenħtieġ li s-siti web jippermettu li jiddaħħlu indirizzi, numri tat-telefown, inklużi prefissi internazzjonali, numri tal-kontijiet tal-bank, inklużi numri tal-IBAN u tal-BIC, u kwalunkwe data oħra minn Stat Membru li mhuwiex dak tan-negozjant li huma meħtieġa sabiex issir ordni permezz tal-interfaċċa online ta' dak in-negozjant. Jenħtieġ li l-konsumatur ma jkunx obbligat juża biss mezzi oħrajn sabiex jordna, bħal email jew bit-telefown, sakemm dawn ma jkunux il-mezzi primarji għall-klijenti kollha, inklużi dawk mill-Istat Membru tan-negozjant, sabiex jagħmel tali ordnijiet.

Emenda    20

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  Ċerti negozjanti joperaw verżjonijiet differenti tal-interfaċċi online tagħhom, li jimmiraw konsumaturi minn Stati Membri differenti. Filwaqt li dan għandu jibqa' possibbli, ir-ridirezzjonar ta' klijent minn verżjoni partikolari tal-interfaċċa online lejn verżjoni oħra mingħajr il-kunsens espliċitu tiegħu jew tagħha għandu jkun ipprojbit. Il-verżjonijiet kollha tal-interfaċċa online għandhom jibqgħu aċċessibbli b'mod faċli għall-konsumaturi l-ħin kollu.

(15)  Ċerti negozjanti joperaw verżjonijiet differenti tal-interfaċċi online tagħhom, li jimmiraw konsumaturi minn Stati Membri differenti. Filwaqt li dan għandu jibqa' possibbli, ir-ridirezzjonar ta' konsumatur minn verżjoni partikolari tal-interfaċċa online lejn verżjoni oħra mingħajr il-kunsens espliċitu tiegħu jew tagħha jenħtieġ li jkun ipprojbit. Jenħtieġ li n-negozjanti ma jkunux taħt l-obbligu li jitolbu l-kunsens espliċitu tal-konsumatur kull darba li l-istess konsumatur iżur l-istess interfaċċa online. Ladarba jkun ingħata l-kunsens espliċitu tal-konsumatur, dan jenħtieġ li jitqies validu għaż-żjarat sussegwenti kollha tal-istess konsumatur fl-istess interfaċċa online. Il-verżjonijiet kollha tal-interfaċċa online jenħtieġ li jibqgħu aċċessibbli b'mod faċli għall-konsumaturi l-ħin kollu.

Emenda    21

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)  F'ċerti każijiet, l-imblukkar, l-illimitar tal-aċċess jew ir-ridirezzjonar mingħajr il-kunsens tal-konsumaturi lejn verżjoni alternattiva ta' interfaċċa online għal raġunijiet relatati man-nazzjonalità, mal-post tar-residenza jew mal-post tal-istabbiliment jistgħu jkunu neċessarji sabiex tiġi żgurata l-konformità ma' rekwiżit legali fid-dritt tal-Unjoni jew fil-liġijiet tal-Istati Membri skont id-dritt tal-Unjoni. Dawn il-liġijiet jistgħu jillimataw l-aċċess tal-konsumaturi għal ċerti prodotti jew servizzi, pereżempju billi jipprojbixxu l-wiri ta' kontenut speċifiku f'ċerti Stati Membri. In-negozjanti ma għandhomx jitwaqqfu milli jikkonformaw ma' dawn ir-rekwiżiti u b'hekk ikunu jistgħu jimblukkaw, jillimitaw l-aċċess jew jidderieġu mill-ġdid ċerti konsumaturi jew konsumaturi f'ċerti territorji lejn interfaċċa online, sa fejn dak ikun meħtieġ għal din ir-raġuni.

(16)  F'ċerti każijiet, l-imblukkar jew l-illimitar tal-aċċess, jew ir-ridirezzjonar mingħajr il-kunsens tal-konsumaturi lejn verżjoni alternattiva ta' interfaċċa online għal raġunijiet relatati man-nazzjonalità, mal-post tar-residenza jew mal-lokazzjoni temporanja tal-konsumatur jistgħu jkunu neċessarji sabiex tiġi żgurata l-konformità ma' rekwiżit legali fid-dritt tal-Unjoni jew fil-liġijiet ta' Stat Membru skont id-dritt tal-Unjoni. Dawn il-liġijiet jistgħu jillimitaw l-aċċess tal-konsumaturi għal ċerti prodotti jew servizzi, pereżempju billi jipprojbixxu l-wiri ta' kontenut speċifiku f'ċerti Stati Membri. Jenħtieġ li n-negozjanti ma jitwaqqfux milli jikkonformaw ma' dawn ir-rekwiżiti u b'hekk jenħtieġ ikunu jistgħu jimblukkaw, jillimitaw l-aċċess jew jidderieġu mill-ġdid ċerti gruppi ta' konsumaturi jew konsumaturi f'ċerti territorji sa fejn dak ikun meħtieġ għal din ir-raġuni.

Emenda    22

Proposta għal regolament

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)  F'numru ta' sitwazzjonijiet speċifiċi, kull differenza fit-trattament tal-konsumaturi permezz tal-applikazzjoni tal-kundizzjonijiet ġenerali tal-aċċess, inklużi rifjuti diretti li jinbiegħu l-prodotti jew li jiġu pprovduti s-servizzi għal raġunijiet relatati man-nazzjonalità, mal-post tar-residenza u mal-post tal-istabbiliment tal-konsumaturi ma tistax tiġi ġġustifikata b'mod oġġettiv. F'dawn is-sitwazzjonijiet, kull diskriminazzjoni bħal din għandha tiġi pprojbita u l-konsumaturi għandhom konsegwentement ikunu intitolati, skont il-kundizzjonijiet speċifiċi stabbiliti f'dan ir-Regolament, biex jidħlu fi tranżazzjonijiet kummerċjali bl-istess kundizzjonijiet bħal konsumatur lokali u jkollhom aċċess sħiħ u l-istess aċċess għal kwalunkwe wieħed mill-prodotti jew is-servizzi differenti offruti irrispettivament min-nazzjonalità, mill-post tar-residenza jew mill-post tal-istabbiliment tagħhom. Għalhekk, fejn meħtieġ, in-negozjanti għandhom jieħdu miżuri biex tiġi żgurata l-konformità ma' din il-projbizzjoni tad-diskriminazzjoni f'każ li l-konsumaturi kkonċernati jkunu preklużi milli jkollhom aċċess sħiħ u ugwali bħal dan. Madankollu, il-projbizzjoni applikabbli f'dawk is-sitwazzjonijiet ma għandhiex tinftiehem li tipprekludi lin-negozjanti milli jidderieġu l-attivitajiet tagħhom lejn Stati Membri differenti jew lejn ċerti gruppi ta' konsumaturi b'offerti mmirati u b'patti u kundizzjonijiet differenti, inkluż permezz tal-istabbiliment ta' interfaċċi online speċifiċi għall-pajjiż.

(17)  F'numru ta' sitwazzjonijiet speċifiċi, kull differenza fit-trattament tal-konsumaturi permezz tal-applikazzjoni tal-kundizzjonijiet ġenerali tal-aċċess, inklużi rifjuti diretti li jinbiegħu l-prodotti jew li jiġu pprovduti s-servizzi għal raġunijiet relatati man-nazzjonalità, mal-post tar-residenza u mal-lokazzjoni temporanja tal-konsumaturi ma tistax tiġi ġġustifikata b'mod oġġettiv. F'dawn is-sitwazzjonijiet, kull diskriminazzjoni bħal din jenħtieġ li tiġi pprojbita u l-konsumaturi jenħtieġ li konsegwentement ikunu intitolati, skont il-kundizzjonijiet speċifiċi stabbiliti f'dan ir-Regolament, biex jidħlu fi tranżazzjonijiet kummerċjali bl-istess kundizzjonijiet bħal konsumatur lokali u jenħtieġ ikollhom aċċess sħiħ u l-istess aċċess għal kwalunkwe wieħed mill-prodotti jew is-servizzi differenti offruti, irrispettivament min-nazzjonalità, mill-post tar-residenza jew mil-lokazzjoni temporanja tiegħu. Għalhekk, negozjant jenħtieġ li jieħu miżuri biex tiġi żgurata l-konformità ma' din il-projbizzjoni tad-diskriminazzjoni. Madankollu, jenħtieġ li l-projbizzjoniapplikabbli f'dawk is-sitwazzjonijiet ma tinftiehemx li tipprekludi lin-negozjanti milli jidderieġu l-attivitajiet tagħhom lejn Stati Membri differenti jew lejn ċerti gruppi ta' konsumaturi b'offerti mmirati u kundizzjonijiet ġenerali differenti ta' aċċess, inkluż permezz tal-istabbiliment ta' interfaċċi online speċifiċi għall-pajjiż inklużi dawk bi prezzijiet differenti.

Emenda    23

Proposta għal regolament

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)  L-ewwel waħda minn dawn is-sitwazzjonijiet hija fejn in-negozjant ibigħ il-prodotti u ma jkun hemm l-ebda konsenja transfruntiera ta' dawk il-prodotti minn jew f'isem in-negozjant lejn l-Istat Membru fejn jgħix il-konsumatur. F'din is-sitwazzjoni l-konsumatur għandu jkun jista' jixtri l-prodotti, eżattament bl-istess kundizzjonijiet, inklużi l-prezz u l-kundizzjonijiet relatati mal-konsenja tal-prodotti, bħall-konsumaturi simili li huma residenti tal-Istat Membru tan-negozjant. Dan jista' jfisser li l-konsumatur barrani jkollu jiġbor il-prodotti f'dak l-Istat Membru, jew fi Stat Membru differenti li n-negozjant ikun jikkonsenja fih. F'din is-sitwazzjoni, m'hemmx bżonn li wieħed jirreġistra għat-taxxa fuq il-valur miżjud ("VAT") fl-Istat Membru tal-konsumatur u lanqas jagħmel arranġamenti għall-konsenja transfruntiera tal-prodotti.

(18)  L-ewwel waħda minn dawn is-sitwazzjonijiet hija fejn in-negozjant ibigħ il-prodotti u ma jkun hemm l-ebda konsenja transfruntiera ta' dawk il-prodotti minn jew f'isem in-negozjant lejn l-Istat Membru fejn jgħix il-konsumatur. Minflok, in-negozjant joffri konsenja lejn il-post fi Stat Membru barra l-Istat Membru ta' residenza tal-konsumatur, inkluż il-possibbiltà li jinġabru l-prodotti f'lokazzjoni li għandha tiġi miftiehma bejn in-negozjant u l-konsumatur. F'din is-sitwazzjoni l-konsumatur għandu jkun jista' jixtri l-prodotti, eżattament bl-istess kundizzjonijiet, inklużi l-kundizzjonijiet tal-prezz u l-kundizzjonijiet relatati mal-konsenja tal-prodotti, bħall-konsumaturi simili li huma residenti tal-Istat Membru li fih jiġu kkonsenjati l-prodotti jew li fih jinġabru l-prodotti. Dan jista' jfisser li konsumatur barrani jkollu jiġbor il-prodotti f'dak l-Istat Membru, jew fi Stat Membru differenti li n-negozjant ikun jikkonsenja fih, jew jorgnizza, bil-mezzi privati tiegħu, il-konsenja transfruntiera tal-prodotti. F'din is-sitwazzjoni, f'konformità mad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE1a, m'hemmx bżonn li wieħed jirreġistra għat-taxxa fuq il-valur miżjud ("VAT") fl-Istat Membru tal-konsumatur.

___________________

1a Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta' Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1).

Emenda    24

Proposta għal regolament

Premessa 19a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19a)  It-tielet sitwazzjoni hija dik fejn il-konsumaturi jfittxu li jirċievu servizzi forniti b'mod elettroniku li l-karatteristika prinċipali tagħhom tkun l-għoti ta' aċċess għal u l-użu ta' xogħlijiet protetti bid-dritt tal-awtur jew suġġetti oħrajn protetti, bħal kotba elettroniċi jew mużika online, logħob jew software, sakemm in-negozjant ikollu d-drittijiet jew ikun kiseb liċenzja biex juża dan il-kontenut għat-territorji rilevanti. F'dan il-każ ukoll, mhija meħtieġa l-ebda konsenja fiżika, peress li s-servizzi qed jiġu forniti b'mod elettroniku. In-negozjant jista' jiddikjara u jħallas il-VAT b'mod issimplifikat skont ir-regoli dwar il-VAT tal-Mini-One-Stop-Shop (MOSS) stabbiliti fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 282/2011.

Emenda    25

Proposta għal regolament

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20)  Fl-aħħar nett, fis-sitwazzjoni fejn in-negozjant jipprovdi s-servizzi u dawk is-servizzi jiġu rċevuti mill-konsumatur fil-post ta' jew f'lokazzjoni magħżula min-negozjant u li hija differenti mill-Istat Membru li l-konsumatur huwa ċittadin fih jew li fih il-konsumatur għandu l-post tar-residenza jew il-post tal-istabbiliment, l-applikazzjoni tal-kundizzjonijiet ġenerali differenti ta' aċċess għal raġunijiet relatati ma' dawn il-kriterji ma għandhiex tiġi ġustifikata lanqas. Dawn is-sitwazzjonijiet jikkonċernaw, skont kif ikun il-każ, l-għoti tas-servizzi bħall-akkomodazzjoni f'lukanda, avvenimenti sportivi, kiri tal-karozzi, u biljetti tad-dħul għal festivals tal-mużika jew parks ta' divertiment. F'dawn is-sitwazzjonijiet, in-negozjant ma għandux għalfejn jirreġistra għall-VAT fi Stat Membru ieħor u lanqas ma għandu għalfejn jagħmel arranġamenti għall-konsenja transfruntiera tal-prodotti.

(20)  Fl-aħħar nett, fis-sitwazzjoni fejn in-negozjant jipprovdi s-servizzi u dawk is-servizzi jiġu rċevuti mill-konsumatur fil-post ta' jew f'lokazzjoni li ma tinsabx fl-Istat Membru li fih il-konsumatur għandu l-post tar-residenza tiegħu, l-applikazzjoni tal-kundizzjonijiet ġenerali differenti ta' aċċess għal raġunijiet relatati man-nazzjonalità, il-post tar-residenza jew lokazzjoni temporanja jenħtieġ li ma tiġix ġustifikata lanqas. Dawn is-sitwazzjonijiet jikkonċernaw, skont kif ikun il-każ, l-għoti tas-servizzi esklużi s-servizzi pprovduti b'mod elettroniku, bħall-akkomodazzjoni f'lukanda, avvenimenti sportivi, kiri tal-karozzi, u biljetti tad-dħul għal festivals tal-mużika jew parks ta' divertiment. F'dawn is-sitwazzjonijiet, in-negozjant ma għandux għalfejn jirreġistra għall-VAT fi Stat Membru ieħor.

Emenda    26

Proposta għal regolament

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21)  F'dawn is-sitwazzjonijiet kollha, bis-saħħa tad-dispożizzjonijiet dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali u dwar il-ġurisdizzjoni stabbiliti fir-Regolamenti (KE) Nru 593/2008 u (UE) 1215/2012, fejn negozjant ma jwettaqx l-attivitajiet tiegħu fl-Istat Membru tal-konsumatur jew ma jidderiġix l-attivitajiet tiegħu hemm, jew fejn il-klijent mhuwiex konsumatur, il-konformità ma' dan ir-Regolament ma timplika l-ebda spiża addizzjonali għan-negozjant assoċjata ma' ġurisdizzjoni jew ma' differenzi fil-liġi applikabbli. Fejn, b'kuntrast, negozjant iwettaq l-attivitajiet tiegħu fl-Istat Membru tal-konsumatur jew jidderieġi l-attivitajiet tiegħu hemm, in-negozjant ikun immanifesta l-intenzjoni tiegħu li jistabbilixxi relazzjonijiet kummerċjali mal-konsumaturi minn dak l-Istat Membru u b'hekk kien kapaċi jieħu kont ta' kwalunkwe spiża bħal din.

(21)  F'dawn is-sitwazzjonijiet kollha, bis-saħħa tad-dispożizzjonijiet dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali u dwar il-ġurisdizzjoni stabbiliti fir-Regolamenti (KE) Nru 593/2008 u (UE) Nru 1215/2012, fejn negozjant ma jwettaqx l-attivitajiet tiegħu fl-Istat Membru tal-konsumatur jew ma jidderiġix l-attivitajiet tiegħu hemm, il-konformità ma' dan ir-Regolament ma tinvolvi l-ebda spiża addizzjonali għan-negozjant assoċjata ma' ġurisdizzjoni jew ma' differenzi fil-liġi applikabbli.

Emenda    27

Proposta għal regolament

Premessa 21a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21a)  F'dawk is-sitwazzjonijiet kollha, il-kundizzjonijiet ġenerali ta' aċċess jenħtieġ li jikkonformaw mal-liġijiet u r-regolamenti tal-Istat Membru fejn in-negozjant iwettaq l-attivitajiet tiegħu li lejh hu jidderieġi l-attivitajiet tiegħu. Negozjant ma għandux għalfejn jiżgura li l-kundizzjonijiet ġenerali ta' aċċess ikunu konformi mal-liġijiet u mar-regolamenti, jew li juża l-lingwa, tal-Istat Membru tar-residenza ta' konsumatur li lilu n-negozjant ma għandux l-intenzjoni li jbigħ.

Emenda    28

Proposta għal regolament

Premessa 21b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21b)  L-użu ta' lingwa f'interfaċċa online ta' negozjant, fih innifsu, ma jistax jippreżenta indikazzjoni li n-negozjant għandu l-intenzjoni li jbigħ lil konsumaturi minn Stat Membru ieħor.

Ġustifikazzjoni

Filwaqt li jenħtieġ li l-patti u l-kundizzjonijiet ġenerali jinkludu indikazzjoni tas-suq intenzjonat tan-negozjant, jenħtieġ li ma jiġix preżunt, f'każijiet ta' dubju, li s-sempliċi użu ta' lingwa partikolari jindika l-intenzjoni li jiġu attirati xerrejja minn Stat Membru ieħor li fih tintuża dik il-lingwa.

Emenda    29

Proposta għal regolament

Premessa 21c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21c)  Skont id-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a, il-konsumatur għandu d-dritt, fil-każ ta' nuqqas ta' konformità tal-prodotti ta' konsum mal-kuntratt, li jeħtieġ lill-bejjiegħ isewwi dawk il-prodotti jew jissostitwixxihom, f'kull każ mingħajr ħlas, sakemm dan ma jkunx impossibbli jew sproporzjonat. Din id-Direttiva tillimita l-ispejjeż li għandhom jiġġarrbu mill-bejjiegħ għall-ispejjeż meħtieġa li jeħel sabiex iġib l-oġġetti f'konformità. Barra minn hekk, din id-Direttiva ma tipprekludix li, f'ċerti ċirkustanzi, id-dritt tal-konsumatur għar-rimbors tal-ispejjeż ta' tiswija jew sostituzzjoni jkun limitat, fejn meħtieġ, għal ammont li jkun proporzjonali għall-valur li l-prodotti kien ikollhom kieku ma kienx hemm nuqqas ta' konformità, u għas-sinifikat tan-nuqqas ta' konformità. Meta jkunu applikabbli, ir-regoli dwar l-informazzjoni prekuntrattwali, ir-rekwiżiti tal-lingwa, id-dritt ta' rtirar, l-eżerċizzju tiegħu u l-effetti tiegħu, il-konsenja, u t-trażmissjoni tar-riskju huma rregolati mid-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1b. Dik id-Direttiva tistabbilixxi, inter alia, x'inhuma l-ispejjeż imġarrba minn konsumaturi u negozjanti f'każ ta' rtirar minn kuntratt mill-bogħod jew barra mill-post tan-negozju. L-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament jenħtieġ li tkun mingħajr preġudizzju għad-Direttivi 1999/44/KE u 2011/83/UE.

__________________

1a Id-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Mejju 1999 dwar ċerti aspetti tal-bejgħ ta' oġġetti tal-konsum u garanziji assoċjati magħhom (ĠU L 171, 7.7.1999, p. 12).

1b Id-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 304, 22.11.2011, p. 64).

Emenda    30

Proposta għal regolament

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22)  In-negozjanti li jaqgħu taħt l-iskema speċjali prevista fil-Kapitolu 1 tat-Titolu XII tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE27 mhumiex obbligati jħallsu l-VAT. Għal dawk in-negozjanti, meta jipprovdu s-servizzi elettronikament, il-projbizzjoni tal-applikazzjoni ta' kundizzjonijiet ġenerali differenti ta' aċċess għal raġunijiet marbuta man-nazzjonalità, mal-post tar-residenza jew mal-post tal-istabbiliment tal-konsumatur timplika rekwiżit ta' reġistrazzjoni sabiex jitqies il-VAT ta' Stati Membri oħra u tista' timplika xi spejjeż addizzjonali, li jkunu piż sproporzjonat, meta wieħed iqis id-daqs u l-karatteristiċi tan-negozjanti kkonċernati. Għalhekk, dawk in-negozjanti għandhom ikunu eżentati minn dik il-projbizzjoni għall-perjodu ta' żmien li tkun applikabbli skema bħal din.

(22)  In-negozjanti li jaqgħu taħt l-iskema speċjali prevista fil-Kapitolu 1 tat-Titolu XII tad-Direttiva 2006/112/KE mhumiex obbligati jħallsu l-VAT fl-Istat Membru fejn huma stabbiliti. Għal dawk in-negozjanti, meta jipprovdu s-servizzi elettronikament, il-projbizzjoni kontra l-applikazzjoni ta' kundizzjonijiet ġenerali differenti ta' aċċess għal raġunijiet marbuta man-nazzjonalità, mal-post tar-residenza jew mal-lokazzjoni temporanja tal-konsumatur tinvolvi rekwiżit ta' reġistrazzjoni sabiex jitqies il-VAT ta' Stati Membri oħra u tista' timplika xi spejjeż addizzjonali, li jkunu jimponu piż sproporzjonat, meta wieħed iqis id-daqs u l-karatteristiċi tan-negozjanti kkonċernati. Għalhekk, dawk in-negozjanti jenħtieġ li jkunu eżentati minn dik il-projbizzjoni għall-perjodu ta' żmien li tkun applikabbli skema bħal din.

__________________

27 Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta' Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1–118).

Emenda    31

Proposta għal regolament

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23)  F'dawk is-sitwazzjonijiet kollha, in-negozjanti f'xi każijiet jistgħu jinżammu milli jbigħu l-prodotti jew milli jipprovdu s-servizzi lil ċerti klijenti jew lill-klijenti f'ċerti territorji, għal raġunijiet marbuta man-nazzjonalità, mal-post tar-residenza jew mal-post tal-istabbiliment tal-klijent, b'konsegwenza ta' projbizzjoni speċifika jew ta' rekwiżit stipulat fid-dritt tal-Unjoni jew fil-liġijiet ta' xi Stati Membri skont id-dritt tal-Unjoni. Il-liġijiet tal-Istati Membri jistgħu jirrikjedu wkoll, skont id-dritt tal-Unjoni, li n-negozjanti jirrispettaw ċerti regoli dwar l-ipprezzar tal-kotba. In-negozjanti ma għandhomx jitwaqqfu milli jikkonformaw ma' dawn il-liġijiet sa fejn ikun meħtieġ.

(23)  F'dawk is-sitwazzjonijiet kollha, in-negozjanti f'xi każijiet jistgħu jinżammu milli jbigħu l-prodotti jew milli jipprovdu s-servizzi lil ċerti gruppi ta' konsumaturi jew lill-konsumaturi f'ċerti territorji, għal raġunijiet marbuta man-nazzjonalità, mal-post tar-residenza jew mal-lokazzjoni temporanja tal-konsumatur, b'konsegwenza ta' projbizzjoni speċifika jew ta' rekwiżit stipulat fid-dritt tal-Unjoni jew fil-liġijiet ta' Stat Membru skont id-dritt tal-Unjoni. Il-liġijiet tal-Istati Membri jistgħu jirrikjedu wkoll, skont id-dritt tal-Unjoni, li n-negozjanti jirrispettaw ċerti regoli dwar l-ipprezzar tal-kotba. Barra minn hekk, il-liġijiet tal-Istati Membri jistgħu jirrekjedu li pubblikazzjonijiet forniti elettronikament ikunu jistgħu jibbenefikaw mill-istess trattament bir-rata tal-VAT preferenzjali bħal pubblikazzjonijiet fuq kwalunkwe mezz ta' appoġġ fiżiku, kif provdut mill-proposta għal Direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/112/KE, fir-rigward tar-rati tat-taxxa fuq il-valur miżjud applikata għall-kotba, għall-gazzetti u għar-rivisti1a. Jenħtieġ li n-negozjanti ma jitwaqqfux milli jikkonformaw ma' dawn il-liġijiet sa fejn ikun meħtieġ.

__________________

1a COM(2016)0758.

Emenda    32

Proposta għal regolament

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24)  Skont id-dritt tal-Unjoni, in-negozjanti huma, fil-prinċipju, liberi li jiddeċiedu liema mezzi ta' pagament jixtiequ jaċċettaw, inkluż id-ditti tal-pagament. Madankollu, ladarba din l-għażla tkun saret, fid-dawl tal-qafas legali eżistenti tas-servizzi tal-pagamenti, ma hemm l-ebda raġuni għan-negozjanti biex jiddiskriminaw lill-konsumaturi fi ħdan l-Unjoni billi jirrifjutaw ċerti tranżazzjonijiet kummerċjali, jew inkella billi japplikaw ċerti kundizzjonijiet differenti tal-pagamenti fir-rigward ta' dawn it-tranżazzjonijiet, għal raġunijiet relatati man-nazzjonalità, mal-post ta' residenża jew mal-post tal-istabbiliment tal-konsumatur. F'dan il-kuntest partikolari, dan it-trattament mhux iġġustifikat u mhux ugwali għal raġunijiet relatati mal-post tal-kont ta' pagament, mal-post tal-istabbiliment tal-fornitur tas-servizzi ta' pagament jew mal-post tal-ħruġ tal-istrument tal-pagament fi ħdan l-Unjoni għandu jkun ukoll espressament ipprojbit. Għandu jkun imfakkar ukoll li r-Regolament (UE) Nru 260/2012 diġà jipprojbixxi lill-benefiċjarji kollha, inklużi n-negozjanti, milli jobbligaw li l-kontijiet bankarji jkunu minn ċertu Stat Membru sabiex jiġi aċċettat li l-pagamenti jsiru bil-euro.

(24)  Skont id-dritt tal-Unjoni, in-negozjanti huma, fil-prinċipju, liberi li jiddeċiedu liema mezzi ta' pagament jixtiequ jaċċettaw. Skont ir-Regolament (UE) Nru 2015/751 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a u d-Direttiva 2015/2366/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1b, il-bejjiegħa bl-imnut li jaċċettaw strumenti ta' pagament permezz ta' kard ta' ditta u kategorija ta' pagament speċifiċi mhumiex obbligati li jaċċettaw strumenti ta' pagament permezz ta' kard tal-istess kategorija iżda ta' ditta differenti, jew tal-istess ditta iżda ta' kategorija differenti. Madankollu, ladarba din l-għażla tkun saret, fid-dawl tal-qafas legali eżistenti tas-servizzi tal-pagamenti, jenħtieġ li l-bejjiegħa tal-imnut ma jiddiskriminawx bejn konsumaturi fi ħdan l-Unjoni billi jirrifjutaw ċerti tranżazzjonijiet kummerċjali, jew inkella billi japplikaw ċerti kundizzjonijiet differenti tal-pagamenti fir-rigward ta' dawn it-tranżazzjonijiet ta' pagament, għal raġunijiet relatati man-nazzjonalità, mal-post ta' residenza jew mal-lokazzjoni temporanja tal-konsumatur. F'dan il-kuntest partikolari, dan it-trattament mhux iġġustifikat u mhux ugwali għal raġunijiet relatati mal-post tal-kont ta' pagament, mal-post tal-istabbiliment tal-fornitur tas-servizzi ta' pagament jew mal-post tal-ħruġ tal-istrument tal-pagament fi ħdan l-Unjoni jenħtieġ ikun espressament ipprojbit bl-istess mod. Jenħtieġ li jkun imfakkar ukoll li r-Regolament (UE) Nru 260/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1c diġà jipprojbixxi lin-negozjanti kollha, milli jobbligaw li l-kontijiet bankarji jkunu minn ċertu Stat Membru sabiex jiġi aċċettat li l-pagamenti jsiru bil-euro.

__________________

1a Ir-Regolament (UE) Nru 2015/751 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2015 dwar it-tariffi tal-interkambju għat-transazzjonijiet ta' pagament permezz ta' kard (ĠU L 123, 19.5.2015, p. 1).

1b Id-Direttiva (UE) Nru 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 dwar is-servizzi ta' pagament fis-suq intern, li temenda d-Direttivi 2002/65/KE, 2009/110/KE u 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010, u li tħassar id-Direttiva 2007/64/KE (ĠU L 337, 23.12.2015, p. 35).

1c Ir-Regolament (UE) Nru 260/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Marzu 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u tan-negozju għat-trasferimenti ta' kreditu u debiti diretti bl-euro u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 924/2009 (ĠU L 94, 30.3.2012, p. 22).

Emenda    33

Proposta għal regolament

Premessa 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25)  Id-Direttiva 2015/2366/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill28 introduċiet rekwiżiti stretti tas-sigurtà għall-inizjazzjoni u għall-ipproċessar tal-pagamenti elettroniċi li naqsu r-riskji tal-frodi għall-mezzi kollha ġodda u dawk iktar tradizzjonali ta' ħlas, speċjalment għall-pagamenti online. Il-fornituri tas-servizz tal-pagamenti għandhom japplikaw l-hekk imsejħa awtentikazzjoni tal-klijent, proċess ta' awtentikazzjoni li jivvalida l-identità tal-utent ta' servizz ta' pagament jew tat-tranżazzjoni tal-pagament. Għat-tranżazzjonijiet mill-bogħod, bħall-pagamenti online, ir-rekwiżiti tas-sigurtà huma saħansitra iktar stretti, u jeżiġu rabta dinamika bejn l-ammont tat-tranżazzjoni u l-kont ta' min jirċievi l-ħlas, biex l-utent ikun imħares iktar bil-minimizzazzjoni tar-riskji fil-każ ta' żbalji jew attakki qarrieqa. B'riżultat ta' dawn id-dispożizzjonijiet, ir-riskju tal-frodi fil-pagamenti fix-xiri nazzjonali u dak transfruntier inġab f'livell indaqs u ma għandux jintuża bħala argument għar-rifjut jew id-diskriminazzjoni ta' kwalunkwe tranżazzjoni kummerċjali fl-Unjoni.

(25)  Id-Direttiva 2015/2366/UE introduċiet rekwiżiti stretti tas-sigurtà għall-inizjazzjoni u għall-ipproċessar tal-pagamenti elettroniċi li naqsu r-riskji tal-frodi għall-mezzi kollha ġodda u dawk iktar tradizzjonali ta' ħlas, speċjalment għall-pagamenti online. Il-fornituri tas-servizz tal-pagamenti għandhom japplikaw l-hekk imsejħa awtentikazzjoni tal-konsumatur, proċess ta' awtentikazzjoni li jivvalida l-identità tal-utent ta' servizz ta' pagament jew tat-tranżazzjoni tal-pagament. Għat-tranżazzjonijiet mill-bogħod, bħall-pagamenti online, ir-rekwiżiti tas-sigurtà huma saħansitra iktar stretti, u jeżiġu rabta dinamika bejn l-ammont tat-tranżazzjoni u l-kont ta' min jirċievi l-ħlas, biex l-utent ikun imħares iktar bil-minimizzazzjoni tar-riskji fil-każ ta' żbalji jew attakki qarrieqa. B'riżultat ta' dawk id-dispożizzjonijiet, ir-riskju tal-frodi fil-pagamenti fix-xiri transfruntier tnaqqas b'mod sinifikanti. Madankollu, fil-każ ta' debiti diretti li fihom in-negozjant jaf ma jkunx jista' jivvaluta l-affidabbiltà kreditizja ta' konsumatur kif xieraq, jew ikun jirrekjedi li jidħol f'kuntratt ġdid jew immodifikat mal-fornituri ta' soluzzjonijiet ta' pagament, jenħtieġ li n-negozjant jitħalla jitlob pagament bil-quddiem permezz ta' trasferiment ta' kreditu SEPA qabel ma jibgħat il-prodotti jew jipprovdi s-servizz. Għaldaqstant, trattament differenti huwa ġustifikabbli f'sitwazzjonijiet fejn ma jkun hemm ebda mezz ieħor disponibbli għan-negozjant sabiex jivverifika l-affidabbiltà kreditizja tal-konsumatur.

__________________

28 Id-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 dwar is-servizzi ta' pagament fis-suq intern, li temenda d-Direttivi 2002/65/KE, 2009/110/KE u 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010, u li tħassar id-Direttiva 2007/64/KE (ĠU L 337, 23.12.2015, p. 35–127).

Emenda    34

Proposta għal regolament

Premessa 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26)  Dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa l-applikazzjoni tar-regoli dwar il-kompetizzjoni, u b'mod partikolari l-Artikoli 101 u 102 TFUE. Ftehimiet li jimponu fuq in-negozjanti obbligi biex ma jinvolvux ruħhom f'bejgħ passiv fis-sens tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 330/201029 lil ċerti konsumaturi jew konsumaturi f'ċerti territorji huma meqjusa b'mod ġenerali restrittivi għall-kompetizzjoni u ma jistgħux normalment jiġu eżentati mill-projbizzjoni stabbilita fl-Artikolu 101(1) TFUE. Anki meta ma jaqgħux taħt l-Artikolu 101 TFUE, fil-kuntest tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, dawn ifixklu l-funzjonament xieraq tas-suq intern u jistgħu jintużaw biex jiġu evitati d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament. Id-dispożizzjonijiet rilevanti ta' dawn il-ftehimiet u ta' ftehimiet oħrajn fir-rigward tal-bejgħ passiv li jirrikjedu lin-negozjant jaġixxi bi ksur ta' dan ir-Regolament għandhom għalhekk ikunu awtomatikament nulli. Madankollu, dan ir-Regolament, u b'mod partikolari d-dispożizzjonijiet tiegħu dwar l-aċċess għall-prodotti u s-servizzi, ma għandux jaffettwa l-ftehimiet li jirrestrinġu l-bejgħ attiv fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 330/2010.

(26)  Dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa l-applikazzjoni tar-regoli dwar il-kompetizzjoni, u b'mod partikolari l-Artikoli 101 u 102 TFUE. Ftehimiet li jimponu fuq in-negozjanti obbligi biex ma jinvolvux ruħhom f'bejgħ passiv fis-sens tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 330/201029 lil ċerti gruppi ta' konsumaturi jew konsumaturi f'ċerti territorji huma meqjusa b'mod ġenerali restrittivi għall-kompetizzjoni u ma jistgħux normalment jiġu eżentati mill-projbizzjoni stabbilita fl-Artikolu 101(1) TFUE. Id-dispożizzjonijiet rilevanti ta' dawn il-ftehimiet fir-rigward tal-bejgħ passiv li jirrikjedu lin-negozjant jaġixxi bi ksur ta' dan ir-Regolament jenħtieġ li għalhekk ikunu awtomatikament nulli u bla effett. Madankollu, dan ir-Regolament, u b'mod partikolari d-dispożizzjonijiet tiegħu dwar l-aċċess għall-prodotti u s-servizzi, ma għandux jaffettwa l-ftehimiet li jirrestrinġu l-bejgħ attiv fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 330/2010.

__________________

__________________

29 Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 330/2010 tal-20 ta' April 2010 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 101(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għal kategoriji ta' akkordji vertikali u prattiċi miftiehma (ĠU L 102, 23.4.2010, p. 1).

Emenda    35

Proposta għal regolament

Premessa 27

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27)  L-Istati Membri għandhom jaħtru korp wieħed jew iżjed responsabbli għat-teħid ta' azzjoni effettiva biex tiġi mmonitorjata u żgurata l-konformità mad-dispożizzjoni ta' dan ir-Regolament. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li jkunu jistgħu jiġu imposti pieni effettivi, proporzjonati u dissważivi fuq in-negozjanti fil-każ ta' kwalunkwe ksur ta' dan ir-Regolament.

(27)  Jenħtieġ li l-Istati Membri jaħtru korp responsabbli wieħed jew iżjed bis-setgħat meħtieġa biex jieħu azzjoni effettiva biex tiġi mmonitorjata u żgurata l-konformità mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament. Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw ukoll li jkunu jistgħu jittieħdu miżuri effettivi, proporzjonati u dissważivi kontra n-negozjanti fil-każ ta' kwalunkwe ksur ta' dan ir-Regolament.

Emenda    36

Proposta għal regolament

Premessa 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28)  Il-konsumaturi għandhom ikunu fil-pożizzjoni li jirċievu assistenza mill-awtoritajiet responsabbli li tiffaċilita r-riżoluzzjoni tal-kunflitti man-negozjanti, li tirriżulta mill-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, inkluż permezz ta' formola tal-ilmenti uniformi.

(28)  Il-konsumaturi jenħtieġ li jkunu kapaċi jirċievu assistenza mill-korpi responsabbli li tiffaċilita r-riżoluzzjoni tal-kunflitti man-negozjanti, li tirriżulta mill-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Għal dan il-għan, l-Istati Membri jenħtieġ li jaħtru bħala korp jew korpi responsabbli għall-għoti ta' assistenza, fost l-oħrajn, il-punti ta' kuntatt tas-Soluzzjoni Online għat-Tilwim imsemmija fir-Regolament (UE) Nru 524/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a.

________________

1a Ir-Regolament (UE) Nru 524/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar is-soluzzjoni online għal tilwim mal-konsumaturi u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE (Regolament dwar l-ODR tal-konsumaturi) (ĠU L 165, 18.6.2013, p. 1).

Emenda    37

Proposta għal regolament

Premessa 29

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(29)  Dan ir-Regolament għandu jiġi evalwat regolarment, bil-għan li jiġu proposti l-emendi meta jkun hemm bżonn. L-ewwel evalwazzjoni għandha tikkonċentra, b'mod partikolari, fuq il-possibbiltà li l-projbizzjoni tal-Artiklu 4(1)(b) tiġi estiża għal servizzi forniti elettronikament, li l-karatteristika prinċipali tagħhom tkun l-għoti ta' aċċess għal u l-użu ta' xogħlijiet protetti bid-dritt tal-awtur jew suġġetti oħrajn protetti, dejjem jekk in-negozjant ikollu d-drittijiet meħtieġa għat-territorji rilevanti.

(29)  Dan ir-Regolament jenħtieġ li jiġi evalwat regolarment, bil-għan li jiġu proposti l-emendi meta jkun hemm bżonn. L-ewwel evalwazzjoni jenħtieġ li tanalizza bir-reqqa l-impatt ġenerali tar-Regolament dwar is-suq intern u kummerċ elettroniku transfruntier. Hija tenħtieġ tikkonċentra, b'mod partikolari, fuq il-possibbiltà li jiġi estiż il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għal setturi oħra. Jenħtieġ li dan jikkunsidra l-ispeċifiċitajiet ta' kull settur. B'mod partikolari, l-evalwazzjoni tal-estensjoni għal servizzi awdjoviżivi tenħtieġ li tkun ibbażata fuq prezzijiet dettaljati u data tal-ispejjeż li jipposjedu biss il-fornituri tas-servizzi. Għalhekk, dawk il-fornituri jenħtieġ li jikkooperaw fl-evalwazzjoni sabiex jiffaċilitaw il-valutazzjoni dwar jekk l-inklużjoni ta' dawk is-servizzi fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament twassalx għall-evoluzzjoni ta' mudelli tan-negozju li huma aktar effiċjenti minn dawk li jintużaw diġà.

Emenda    38

Proposta għal regolament

Premessa 30

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(30)  Bl-għan li jiġi ffaċilitat l-infurzar effettiv tar-regoli stabbiliti f'dan ir-Regolament, il-mekkaniżmi sabiex tiġi żgurata l-kooperazzjoni transfruntiera bejn l-awtoritajiet kompetenti previsti fir-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill30 għandhom ikunu disponibbli wkoll fir-rigward ta' dawn ir-regoli. Madankollu, peress li r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 japplika biss fir-rigward tal-liġijiet li jipproteġu l-interessi tal-konsumaturi, dawn il-miżuri għandhom ikunu disponibbli biss meta l-klijent ikun konsumatur. Ir-Regolament (KE) Nru 2006/2004 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(30)  Bl-għan li jiġi ffaċilitat l-infurzar effettiv tar-regoli stabbiliti f'dan ir-Regolament, il-mekkaniżmi sabiex tiġi żgurata l-kooperazzjoni transfruntiera bejn l-awtoritajiet kompetenti previsti fir-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill30 jenħtieġ li jkunu disponibbli wkoll fir-rigward ta' dawn ir-regoli.

__________________

__________________

30 Ir-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ottubru 2004 dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi ("ir-Regolament dwar kooperazzjoni fil-protezzjoni tal-konsumaturi") (ĠU L 364, 9.12.2004, p. 1).

Emenda    39

Proposta għal regolament

Premessa 31

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(31)  Sabiex tippermetti t-tressiq tal-azzjonijiet għall-inġunzjonijiet immirati lejn il-protezzjoni tal-interessi kollettivi tal-konsumaturi fir-rigward tal-atti kontra dan ir-Regolament skont id-Direttiva 2009/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, din id-Direttiva għandha tiġi emendata wkoll, sabiex tinkludi referenza għal dan ir-Regolament fl-Anness I tagħha.

(31)  Sabiex tippermetti t-tressiq tal-azzjonijiet għall-inġunzjonijiet immirati lejn il-protezzjoni tal-interessi kollettivi tal-konsumaturi fir-rigward tal-atti kontra dan ir-Regolament skont id-Direttiva 2009/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, din id-Direttiva għandha tiġi emendata wkoll, sabiex tinkludi referenza għal dan ir-Regolament fl-Anness I tagħha. Il-konsumaturi jenħtieġ li jkunu mħeġġa wkoll biex jagħmlu użu tajjeb mill-mekkaniżmi għar-riżoluzzjoni ta' tilwim barra l-qorti dwar obbligi kuntrattwali li jirriżultaw mill-bejgħ online jew kuntratti ta' servizzi stabbiliti taħt ir-Regolament (UE) Nru 524/2013.

__________________

__________________

31 Id-Direttiva 2009/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar inġunzjonijiet għall-protezzjoni tal-interessi tal-konsumaturi (ĠU L 110, 1.5.2009, p. 30).

31 Id-Direttiva 2009/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar inġunzjonijiet għall-protezzjoni tal-interessi tal-konsumaturi (ĠU L 110, 1.5.2009, p. 30).

Ġustifikazzjoni

Kjarifika, li l-ODR tista' tkun il-mezz xieraq tar-riżoluzzjoni tat-tilwim f'dan il-qasam partikolari.

Emenda    40

Proposta għal regolament

Premessa 32

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(32)  In-negozjanti, l-awtoritajiet pubbliċi u l-partijiet interessati l-oħrajn għandu jkollhom biżżejjed żmien biex jadattaw għal, u biex jiżguraw konformità mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament. Fid-dawl tal-karatteristiċi partikolari tas-servizzi forniti b'mod elettroniku, minbarra servizzi li l-karatteristika ewlenija tagħhom hija l-għoti ta' aċċess għal u l-użu ta' xogħlijiet protetti bid-dritt tal-awtur jew materjal protett ieħor, huwa xieraq li tiġi applikata l-projbizzjoni tal-Artikolu 4(1)(b) biss minn data aktar tard fir-rigward tal-provvista ta' dawn is-servizzi.

imħassar

Emenda    41

Proposta għal regolament

Premessa 33

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(33)  Sabiex jintlaħaq l-għan li tiġi indirizzata b'mod effettiv id-diskriminazzjoni diretta jew indiretta abbażi tan-nazzjonalità, tal-post tar-residenza jew tal-post tal-istabbiliment tal-konsumaturi, huwa xieraq li jiġi adottat Regolament, li japplika b'mod dirett fl-Istati Membri kollha. Dan huwa neċessarju sabiex tiġi ggarantita l-applikazzjoni uniformi tar-regoli dwar in-nondiskriminazzjoni madwar l-Unjoni u d-dħul fis-seħħ tagħhom fl-istess ħin. Regolament biss jiżgura l-grad ta' ċarezza, uniformità u ċertezza legali li hija meħtieġa sabiex il-konsumaturi jkunu jistgħu jibbenefikaw bis-sħiħ minn dawn ir-regoli.

(33)  Sabiex jintlaħaq l-għan li tiġi indirizzata b'mod effettiv id-diskriminazzjoni diretta jew indiretta abbażi tan-nazzjonalità, tal-post tar-residenza jew tal-lokazzjoni temporanja tal-konsumaturi, huwa xieraq li jiġi adottat Regolament, li japplika b'mod dirett fl-Istati Membri kollha. Dan huwa neċessarju sabiex tiġi ggarantita l-applikazzjoni uniformi tar-regoli dwar in-nondiskriminazzjoni madwar l-Unjoni u d-dħul fis-seħħ tagħhom fl-istess ħin. Regolament biss jiżgura l-grad ta' ċarezza, uniformità u ċertezza legali li hija meħtieġa sabiex il-konsumaturi jkunu jistgħu jibbenefikaw bis-sħiħ minn dawn ir-regoli.

Emenda    42

Proposta għal regolament

Premessa 34

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(34)  Peress li l-għan ta' dan ir-Regolament, jiġifieri l-prevenzjoni tad-diskriminazzjoni diretta u indiretta abbażi tan-nazzjonalità, tal-post tar-residenza jew tal-post tal-istabbiliment tal-konsumaturi, inkluż l-imblukkar ġeografiku fi tranżazzjonijiet kummerċjali ma' negozjanti fi ħdan l-Unjoni, ma jistax jinkiseb b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri, minħabba n-natura transfruntiera tal-problema u ċ-ċarezza insuffiċjenti tal-qafas legali eżistenti, iżda minflok jista', minħabba l-iskala u l-effett potenzjali tiegħu fuq il-kummerċ fis-suq intern jinkiseb b'mod aħjar fil-livell tal-Unjoni, din tal-aħħar tista' tadatta miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq dan l-għan.

(34)  Peress li l-għan ta' dan ir-Regolament, jiġifieri l-prevenzjoni tad-diskriminazzjoni diretta u indiretta abbażi tan-nazzjonalità, tal-post tar-residenza jew tal-lokazzjoni temporanja tal-konsumaturi, inkluż l-imblukkar ġeografiku fi tranżazzjonijiet kummerċjali ma' negozjanti fi ħdan l-Unjoni, ma jistax jinkiseb b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri, minħabba n-natura transfruntiera tal-problema u ċ-ċarezza insuffiċjenti tal-qafas legali eżistenti, iżda minflok jista', minħabba l-iskala u l-effett potenzjali tiegħu fuq il-kummerċ fis-suq intern jinkiseb b'mod aħjar fil-livell tal-Unjoni, din tal-aħħar tista' tadatta miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq dan l-għan.

Emenda    43

Proposta għal regolament

Premessa 35

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(35)  Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipju rikonoxxut fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. B'mod partikolari dan ir-Regolament għandu l-għan li jiżgura rispett sħiħ tal-Artikoli 16 u 17 tagħha,

(35)  Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipju rikonoxxut fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. B'mod partikolari dan ir-Regolament għandu l-għan li jiżgura rispett sħiħ tal-Artikoli 11 (libertà ta' espressjoni u ta' informazzjoni), 16 (libertà ta' intrapriża), 17 (libertà ta' proprjetà) u 38 (protezzjoni tal-konsumatur) tagħha,

Emenda    44

Proposta għal regolament

Artikolu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 1

Artikolu 1

Objettiv u kamp ta' applikazzjoni

Suġġett

1.  Dan ir-Regolament għandu l-għan li jikkontribwixxi għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern billi jipprevjeni d-diskriminazzjoni abbażi, b'mod dirett jew indirett, tan-nazzjonalità, tal-post tar-residenza jew tal-post tal-istabbiliment tal-konsumaturi.

Dan ir-Regolament għandu l-għan li jikkontribwixxi għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern billi jipprevjeni d-diskriminazzjoni abbażi, b'mod dirett jew indirett, tan-nazzjonalità, tal-post tar-residenza jew tal-lokazzjoni temporanja tal-konsumaturi u sabiex jissupplimenta aktar l-Artikolu 20 tad-Direttiva 2006/123/KE.

2.  Dan ir-Regolament japplika għas-sitwazzjonijiet li ġejjin:

(a)  fejn in-negozjant ibigħ prodotti, jipprovdi servizzi, jew ifittex li jagħmel dan, fi Stat Membru ieħor għajr l-Istat Membru li fih il-konsumatur għandu l-post tar-residenza jew il-post ta' stabbiliment;

(b)  fejn in-negozjant ibigħ prodotti, jipprovdi servizzi, jew ifittex li jagħmel dan, fl-istess Stat Membru li fih il-konsumatur għandu l-post tar-residenza jew il-post tal-istabbiliment, imma l-konsumatur huwa ċittadin ta' Stat Membru ieħor;

(c)  fejn in-negozjant ibigħ prodotti jew jipprovdi servizzi, jew ifittex li jagħmel dan, fi Stat Membru li fih il-konsumatur qed joqgħod b'mod temporanju mingħajr ma jgħix f'dak l-Istat Membru jew mingħajr ma għandu post ta' stabbiliment f'dak l-Istat Membru.

3.  Dan ir-Regolament ma japplikax għall-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 2006/123/KE.

4.  Dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr preġudizzju għar-regoli applikabbli għall-qasam tat-tassazzjoni.

5.  Dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa l-atti tad-dritt tal-Unjoni dwar il-kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet ċivili. Il-konformità ma' dan ir-Regolament ma għandhiex tkun interpretata li timplika li n-negozjant jidderieġi l-attivitajiet tiegħu jew tagħha lejn l-Istat Membru fejn il-konsumatur għandu r-residenza abitwali jew id-domiċilju fis-sens ta' punt (b) tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 593/2008 u punt (c) tal-Artikolu 17(1) tar-Regolament (UE) 1215/2012.

6.  Meta d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament ikunu f'kunflitt mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 20(2) tad-Direttiva 2006/123/KE, id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament għandhom jipprevalu.

Emenda    45

Proposta għal regolament

Artikolu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 1a

Kamp ta' applikazzjoni

1.  Dan ir-Regolament ma japplikax għal sitwazzjonijiet purament interni fejn l-elementi rilevanti kollha tat-tranżazzjoni huma limitati għal Stat Membru wieħed.

2.  Dan ir-Regolament ma japplikax għall-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 2006/123/KE.

3.  Dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr preġudizzju għar-regoli applikabbli għall-qasam tat-tassazzjoni.

4.  Meta d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament ikunu f'kunflitt mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 20(2) tad-Direttiva 2006/123/KE, id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament għandhom jipprevalu.

5.  Dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Unjoni applikabbli dwar il-kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet ċivili. Is-sempliċi konformità ma' dan ir-Regolament ma għandhiex tkun interpretata li timplika li n-negozjant jidderieġi l-attivitajiet tiegħu lejn l-Istat Membru fejn il-konsumatur għandu r-residenza abitwali jew id-domiċilju fis-sens ta' punt (b) tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 593/2008 u punt (c) tal-Artikolu 17(1) tar-Regolament (UE) 1215/2012. B'mod partikolari, meta negozjant, li jaġixxi f'konformità mal-Artikoli 3, 4 u 5, ma jimblukkax jew ma jillimitax l-aċċess tal-konsumatur għall-interfaċċa online tiegħu, ma jidderiġihx jew ma jidderiġihiex lejn verżjoni differenti tal-interfaċċa online tiegħu li l-konsumatur oriġinarjament ried aċċess għaliha, irrispettivament min-nazzjonalità jew il-post tar-residenza tiegħu, ma japplikax kundizzjonijiet ġenerali differenti ta' aċċess f'sitwazzjonijiet ipprovduti minn dan ir-Regolament, jew fejn in-negozjant jaċċetta strumenti ta' pagament maħruġa fi Stat Membru ieħor fuq bażi nondiskriminatorja, dak in-negozjant ma jistax jitqies, unikament abbażi ta' dawn ir-raġunijiet, bħala li qed jidderieġi l-attivitajiet tiegħu lejn l-Istat Membru li fih il-konsumatur għandu r-residenza abitwali jew id-domiċilju tiegħu.

Barra minn hekk, negozjant m'għandux ukoll jiġi meqjus bħala li jidderieġi l-attivitajiet tiegħu lejn l-Istat Membru fejn il-konsumatur għandu r-residenza abitwali jew id-domiċilju tiegħu meta n-negozjant li jaġixxi f'konformità ma' dan ir-Regolament jieħu passi raġonevolment mistennija jew mitluba mill-konsumatur jew meħtieġa bil-liġi sabiex jipprovdi l-informazzjoni u l-assistenza meħtieġa lill-konsumaturi b'mod dirett jew indirett billi jirreferi lill-konsumatur għal kwalunkwe partijiet terzi li jistgħu jipprovdu l-assistenza meħtieġa.

Emenda    46

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, id-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 7 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 282/2011, l-Artikolu 2(10), (20) u (30) tar-Regolament (UE) Nru 2015/751 tal-Parlament Ewropew32 u tal-Kunsill u l-Artikolu 4(8), (9), (11), (12), (14), (23), (24) u (30) tad-Direttiva (UE) 2015/2366 għandhom japplikaw.

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament:

(a)   "servizzi forniti b'mod elettroniku" għandha t-tifsira assenjata għal dak it-terminu fl-Artikolu 7 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 282/2011;

(b)   "tariffa tal-interkambju" għandha t-tifsira assenjata għal dak it-terminu fl-Artikolu 2(10) tar-Regolament (UE) Nru 2015/751;

(c)   "strument ta' pagament bil-kards" għandha t-tifsira assenjata għal dak it-terminu fl-Artikolu 2(20) tar-Regolament (UE) Nru 2015/751;

(d)   "marka ta' pagament" għandha t-tifsira assenjata għal dak it-terminu fl-Artikolu 2(30) tar-Regolament (UE) Nru 2015/751;

(e)   "tranżazzjoni ta' pagament" għandha t-tifsira assenjata għal dak it-terminu fl-Artikolu 4(5) tad-Direttiva (UE) Nru 2015/2366;

(f)   "pagatur" għandha t-tifsira assenjata għal dak it-terminu fl-Artikolu 4(8) tad-Direttiva (UE) Nru 2015/2366;

(g)   "fornitur ta' servizzi ta' pagament" għandha t-tifsira assenjata għal dak it-terminu fl-Artikolu 4(11) tad-Direttiva (UE) Nru 2015/2366;

(h)   "kont ta' pagament" għandha t-tifsira assenjata għal dak it-terminu fl-Artikolu 4(12) tad-Direttiva (UE) Nru 2015/2366;

(i)   "strument ta' pagament" għandha t-tifsira assenjata għal dak it-terminu fl-Artikolu 4(14) tad-Direttiva (UE) Nru 2015/2366;

(j)   "debitu dirett" għandha t-tifsira assenjata għal dak it-terminu fl-Artikolu 4(23) tad-Direttiva (UE) Nru 2015/2366;

(k)   "trasferiment ta' kreditu" għandha t-tifsira assenjata għal dak it-terminu fl-Artikolu 4(24) tar-Regolament (UE) 2015/2366;

(i)   "awtentikazzjoni b'saħħitha tal-konsumatur" għandha t-tifsira assenjata għal dak it-terminu fl-Artikolu 4(30) tar-Regolament (UE) 2015/2366;

__________________

32 Ir-Regolament (UE) 2015/751 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2015 dwar it-tariffi tal-interkambju għat-transazzjonijiet ta' pagament permezz ta' kard (ĠU L 123, 19.5.2015, p. 1).

Emenda    47

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw ukoll:

Id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw ukoll għall-iskopijiet ta' dan ir-Regolament:

Emenda    48

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  "klijent" tfisser konsumaturi, jew impriżi, li huma ċittadini tal-Istat Membru jew għandhom il-post tar-residenza jew tal-istabbiliment tagħhom fi Stat Membru, u għandhom l-intenzjoni li jixtru jew jixtru prodotti jew servizzi fi ħdan l-Unjoni, ħlief għal bejgħ mill-ġdid;

imħassar

Ġustifikazzjoni

Sabiex tiġi żgurata l-libertà kuntrattwali, il-kuntratti B2B jenħtieġ li jiġu esklużi minn dan ir-Regolament bil-konsegwenza li r-Regolament japplika biss għall-kuntratti B2C.

Emenda    49

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  "kundizzjonijiet ġenerali ta' aċċess" tfisser it-termini, il-kundizzjonijiet u l-informazzjoni l-oħra kollha, inklużi l-prezzijiet tal-bejgħ, li jirregolaw l-aċċess tal-konsumaturi għall-prodotti u s-servizzi offruti għall-bejgħ minn negozjant, li huma stabbiliti, applikati u magħmula disponibbli għall-pubbliku inġenerali minn jew f'isem in-negozjant u li japplikaw fin-nuqqas ta' ftehim innegozjat b'mod individwali bejn in-negozjant u l-konsumatur;

(-d)  "kundizzjonijiet ġenerali ta' aċċess" tfisser it-termini, il-kundizzjonijiet u l-informazzjoni l-oħra kollha, inklużi l-prezzijiet netti tal-bejgħ, li jirregolaw l-aċċess tal-konsumaturi għall-prodotti u s-servizzi offruti għall-bejgħ minn negozjant, li huma stabbiliti, applikati u magħmula disponibbli għall-pubbliku inġenerali minn jew f'isem in-negozjant u li japplikaw fin-nuqqas ta' ftehim innegozjat b'mod individwali bejn in-negozjant u l-konsumatur;

Emenda    50

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  "prodotti" tfisser kwalunkwe oġġett tanġibbli u mobbli, bl-eċċezzjoni ta' oġġetti mibjugħa permezz tal-eżekuzzjoni jew mod ieħor bl-awtorità tal-liġi; l-ilma, il-gass u l-elettriku għandhom jitqiesu bħala prodotti fis-sens ta' dan ir-Regolament fejn dawn jitqiegħdu għall-bejgħ f'volum limitat jew fi kwantità stabbilita;

(e)  "prodotti" tfisser kwalunkwe oġġett tanġibbli u mobbli, bl-eċċezzjoni ta' (i) oġġetti mibjugħa permezz tal-eżekuzzjoni jew mod ieħor bl-awtorità tal-liġi, u (ii) l-ilma, il-gass u l-elettriku sakemm dawn ma jitqiegħdux għall-bejgħ f'volum limitat jew fi kwantità stabbilita;

Ġustifikazzjoni

Allinjament mal-proposta għall-bejgħ online.

Emenda    51

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)  "interfaċċa online" tfisser kwalunkwe softwer, inklużi siti web u applikazzjonijiet, imħaddma minn jew f'isem negozjant, li għandu r-rwol li jagħti aċċess għall-prodotti jew għas-servizzi tan-negozjant lill-konsumaturi bl-għan li jidħlu fi tranżazzjoni kummerċjali fir-rigward ta' dawk il-prodotti u s-servizzi;

(f)  "interfaċċa online" tfisser kwalunkwe softwer, inklużi siti web jew partijiet minnhom u applikazzjonijiet għall-apparati mobbli, imħaddma minn jew f'isem negozjant, li għandu r-rwol li jagħti aċċess għall-prodotti jew għas-servizzi tan-negozjant lill-konsumaturi bl-għan li jidħlu fi tranżazzjoni kummerċjali fir-rigward ta' dawk il-prodotti u s-servizzi;

Emenda    52

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt fa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(fa)  "suq online" tfisser servizz diġitali li jippermetti lill-konsumaturi jikkonkludu bejgħ online jew kuntratti ta' servizz ma' negozjanti fuq is-sit web tas-suq online jew fuq sit web tan-negozjant li juża servizzi tal-informatika pprovduti mis-suq online;

Emenda    53

Proposta għal regolament

Artikolu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 3

Artikolu 3

Aċċess għal interfaċċi online

Aċċess għal interfaċċi online

1.  In-negozjanti ma għandhomx, bl-użu ta' miżuri teknoloġiċi jew b'xi mod ieħor, jimblukkaw jew jillimitaw l-aċċess tal-konsumaturi għall-interfaċċi online tagħhom għal raġunijiet relatati man-nazzjonalità, mal-post tar-residenza jew mal-post tal-istabbiliment tal-konsumatur.

1.  Negozjant u suq online ma għandhomx, bl-użu ta' miżuri teknoloġiċi jew b'xi mod ieħor, jimblukkaw jew jillimitaw l-aċċess tal-konsumaturi għall-interfaċċi online tagħhom għal raġunijiet relatati man-nazzjonalità, mal-post tar-residenza jew mal-lokazzjoni temporanja tal-konsumatur.

2.  In-negozjanti ma għandhomx, għal raġunijiet relatati man-nazzjonalità, mal-post tar-residenza jew mal-post tal-istabbiliment tal-konsumatur, jidderieġu l-konsumaturi lejn verżjoni tal-interfaċċa online tagħhom li tkun differenti mill-interfaċċa online li l-konsumatur oriġinarjament ried jaċċessa, bis-saħħa tat-tqassim tagħha, bl-użu tal-lingwa jew b'karatteristiċi oħrajn li jagħmluha speċifika għal konsumaturi ta' nazzjonalità, ta' post tar-residenza jew ta' post tal-istabbiliment partikolari, sakemm il-konsumatur ma jagħtix il-kunsens espliċitu tiegħu jew tagħha qabel dan ir-ridirezzjonar.

2.  Negozjant ma għandux, għal raġunijiet relatati man-nazzjonalità, mal-post tar-residenza jew mal-lokazzjoni temporanja tal-konsumatur, jidderieġu konsumatur lejn verżjoni tal-interfaċċa online tiegħu li tkun differenti mill-interfaċċa online li l-konsumatur inizjalment ried jaċċessa, bis-saħħa tat-tqassim tagħha, bl-użu tal-lingwa jew b'karatteristiċi oħrajn li jagħmluha speċifika għal konsumaturi ta' nazzjonalità, ta' post tar-residenza jew ta' lokazzjoni temporanja partikolari, sakemm il-konsumatur ma jagħtix il-kunsens espliċitu tiegħu jew tagħha għal dan ir-ridirezzjonar.

Jekk in-negozjant jippermetti lill-konsumatur biex jesprimi preferenza ċara fuq kont personali, li jista' jiġi mmodifikat fi kwalunkwe mument mill-konsumatur, in-negozjant għandu jkun permess b'mod regolari biex jidderieġi mill-ġdid dak il-konsumatur għal paġna speċifika, bil-kundizzjoni li din il-paġna tippermetti aċċess ċar u sempliċi għall-interfaċċa online li l-konsumatur ried jaċċessa inizjalment.

F'każ li jseħħ dan ir-ridirezzjonar bil-kunsens espliċitu tal-konsumatur, il-verżjoni oriġinali tal-interfaċċa online għandha tibqa' aċċessibbli b'mod faċli għal dak il-konsumatur.

F'każ li jseħħ dan ir-ridirezzjonar bil-kunsens espliċitu tal-konsumatur, il-verżjoni oriġinali tal-interfaċċa online li l-konsumatur ried jaċċessa inizjalment għandha tibqa' aċċessibbli b'mod faċli mill-konsumatur.

3.  Il-projbizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw fejn l-imblukkar, il-limitazzjoni tal-aċċess jew ir-ridirezzjonar fir-rigward ta' ċerti konsumaturi jew ta' konsumaturi f'ċerti territorji, ikunu meħtieġa sabiex tiġi żgurata l-konformità ma' rekwiżit legali fid-dritt tal-Unjoni jew fil-liġijiet tal-Istati Membri skont id-dritt tal-Unjoni.

3.  Il-projbizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw fejn l-imblukkar jew il-limitazzjoni tal-aċċess jew ir-ridirezzjonar fir-rigward ta' ċerti gruppi ta' konsumaturi jew ta' konsumaturi f'ċerti territorji, ikunu meħtieġa sabiex negozjant jew suq online jikkonformaw ma' rekwiżit legali fid-dritt tal-Unjoni jew fil-liġijiet ta' Stat Membru skont id-dritt tal-Unjoni. In-negozjant jew is-suq online għandhom jiġġustifikaw ir-raġunijiet ta' konformità b'mod ċar u espliċitu fil-lingwa tal-interfaċċa online li inizjalment il-konsumatur ried jaċċessa.

4.  Fejn in-negozjant jimblukka jew jillimita l-aċċess tal-konsumaturi għal interfaċċi online jew jidderieġi mill-ġdid lill-konsumaturi lejn verżjoni differenti tal-interfaċċa online f'konformita mal-paragrafu 4, in-negozjant għandu jipprovdi ġustifikazzjoni ċara. Din il-ġustifikazzjoni għandha tingħata bil-lingwa tal-interfaċċa online li l-konsumatur oriġinarjament ried jaċċessa.

(Fir-rigward ta' konsumatur/negozjant, is-sostituzzjoni ta' "tagħhom" b'"tiegħu" tapplika għat-test kollu. L-adozzjoni ta' din l-emenda ser teħtieġ tibdil korrispondenti fit-test kollu.)

Emenda    54

Proposta għal regolament

Artikolu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 4

Artikolu 4

Aċċess għall-prodotti u s-servizzi

Aċċess għall-prodotti u s-servizzi

1.  In-negozjanti ma għandhomx japplikaw kundizzjonijiet ġenerali differenti ta' aċċess għall-prodotti u s-servizzi tagħhom, minħabba raġunijiet relatati man-nazzjonalità, mal-post tar-residenza jew mal-post ta' stabbiliment tal-konsumatur, fis-sitwazzjonijiet li ġejjin:

1.  Negozjant ma għandux japplika kundizzjonijiet ġenerali differenti ta' aċċess għall-prodotti u s-servizzi tiegħu, minħabba raġunijiet relatati man-nazzjonalità, mal-post tar-residenza, jew mal-lokazzjoni temporanja tal-konsumatur, fejn il-konsumatur ifittex li:

(a)  fejn in-negozjant ibigħ prodotti u dawn il-prodotti ma jiġux konsenjati b'mod transfruntier lejn l-Istat Membru tal-konsumatur minn negozjant jew f'ismu jew f'isimha;

(a)  jixtri prodotti u n-negozjant joffri konsenja ta' dawn il-prodotti lejn lokazzjoni fi Stat Membru għajr l-Istat Membru ta' residenza tal-konsumatur, inkluż l-għażla li jiġbor il-prodotti minn lokazzjoni li għandha tiġi maqbula bejn il-konsumatur u n-negozjant;

(b)  fejn in-negozjant jipprovdi servizzi forniti b'mod elettroniku, għajr servizzi li l-karatteristika prinċipali tagħhom tkun l-għoti ta' aċċess għal u l-użu ta' xogħlijiet protetti bid-dritt tal-awtur jew materjal protett ieħor;

(b)  jirċievi servizzi forniti b'mod elettroniku min-negozjant, għajr servizzi li l-karatteristika prinċipali tagħhom tkun l-għoti ta' aċċess għal u l-użu ta' xogħlijiet protetti bid-dritt tal-awtur jew materjal protett ieħor;

(ba)  jirċievi servizzi forniti b'mod elettroniku li l-karatteristika prinċipali tagħhom tkun l-għoti ta' aċċess għal u l-użu ta' xogħlijiet protetti bid-dritt tal-awtur jew materjal protett ieħor li fir-rigward tagħhom in-negozjant ikollu d-drittijiet meħtieġa jew akkwista l-liċenzja biex juża dan il-kontenut għat-territorji rilevanti;

(c)  fejn in-negozjant jipprovdi servizzi, għajr dawk koperti mill-punt (b), u dawn is-servizzi jiġu forniti lill-konsumatur fil-bini tan-negozjant jew f'post fiżiku li fih jopera n-negozjant, fi Stat Membru għajr dak li fih il-konsumatur huwa ċittadin jew li fih il-konsumatur għandu l-post tar-residenza jew il-post tal-istabbiliment tiegħu.

(c)  jirċievi servizzi min-negozjant għajr servizzi forniti b'mod elettroniku u dawn is-servizzi jiġu forniti lill-konsumatur f'post fiżiku li fih jopera n-negozjant fi Stat Membru għajr dak li fih il-konsumatur għandu l-post tar-residenza tiegħu.

1a.  Il-projbizzjoni stabbilita fil-paragrafu 1 ma għandhiex tipprevjeni lil negozjant milli japplika kundizzjonijiet ġenerali differenti ta' aċċess fi Stati Membri differenti jew fi ħdan Stat Membru wieħed li huma offruti lill-konsumaturi f'territorju speċifiku jew lil grupp speċifiku ta' konsumaturi sakemm dawn mhumiex applikati għal raġunijiet relatati man-nazzjonalità, il-post tar-residenza jew il-lokazzjoni temporanja.

1b.  Il-projbizzjoni stabbilita fil-paragrafu 1 ma tinvolvix obbligu biex negozjant jikkonforma mar-rekwiżiti legali nazzjonali jew jinforma lill-konsumaturi dwar dawn ir-rekwiżiti meta negozjant ma jwettaqx jew ma jidderiġix l-attivitajiet tiegħu lejn l-Istat Membru speċifiku.

2.   Il-projbizzjoni stipulata fil-punt (b) tal-paragrafu 1 ma għandhiex tapplika għal negozjanti li huma eżentati mill-VAT abbażi tad-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 1 tat-Titolu XII tad-Direttiva 26/112/KE.

3.   Il-projbizzjoni stabbilita fil-paragrafu 1 ma għandhiex tapplika jekk dispożizzjoni speċifika stabbilita fid-dritt tal-Unjoni jew fil-liġijiet tal-Istati Membri skont id-dritt tal-Unjoni tipprevjeni lin-negozjant milli jbigħ il-prodotti jew milli jipprovdi s-servizzi lil ċerti konsumaturi jew lil konsumaturi f'ċerti territorji.

3.   Il-projbizzjoni stabbilita fil-paragrafu 1 ma għandhiex tapplika jekk dispożizzjoni speċifika stabbilita fid-dritt tal-Unjoni jew fil-liġijiet ta' Stat Membru skont id-dritt tal-Unjoni tipprevjeni lin-negozjant milli jbigħ il-prodotti jew milli jipprovdi s-servizzi kkonċernati lil ċerti gruppi ta' konsumaturi jew lil konsumaturi f'ċerti territorji.

Fir-rigward tal-bejgħ tal-kotba, il-projbizzjoni stipulata fil-paragrafu 1 ma għandhiex tipprekludi lin-negozjanti milli japplikaw prezzijiet differenti lill-klijenti f'ċerti territorji jekk dawn ikunu obbligati jagħmlu hekk bil-liġijiet tal-Istati Membri skont id-dritt tal-Unjoni.

Fir-rigward tal-bejgħ tal-kotba, inkluż il-verżjoni elettronika tagħhom, il-projbizzjoni stipulata fil-paragrafu 1 għandha tkun mingħajr preġudizzju għal leġiżlazzjoni speċifika rigward l-ipprezzar fl-Istati Membri skont id-dritt tal-Unjoni.

Emenda    55

Proposta għal regolament

Artikolu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 5

Artikolu 5

Nondiskriminazzjoni minħabba raġunijiet relatati mal-pagament

Nondiskriminazzjoni minħabba raġunijiet relatati mal-pagament

1.  In-negozjanti ma għandhomx, minħabba raġunijiet relatati man-nazzjonalità, mal-post tar-residenza jew mal-post tal-istabbiliment tal-konsumatur, mal-post tal-kont ta' pagament, mal-post tal-istabbiliment tal-fornitur tas-servizzi ta' pagament jew mal-post tal-ħruġ tal-istrument ta' pagament fi ħdan l-Unjoni, japplikaw kundizzjonijiet differenti ta' pagament għal kwalunkwe bejgħ ta' prodotti jew provvista ta' servizzi, fejn:

1.  Negozjant ma għandux, minħabba raġunijiet relatati man-nazzjonalità, mal-post tar-residenza jew mal-lokazzjoni temporanja tal-konsumatur, mal-post tal-kont ta' pagament, mal-post tal-istabbiliment tal-fornitur tas-servizzi ta' pagament jew mal-post tal-ħruġ tal-istrument ta' pagament fi ħdan l-Unjoni, japplikaw kundizzjonijiet differenti għal tranżazzjoni ta' pagament, fejn:

(a)  dawn il-pagamenti jsiru permezz ta' tranżazzjonijiet elettroniċi bi trasferiment tal-kreditu, b'debitu dirett jew bi strument ta' pagament bil-kards fl-istess ditta tal-pagamenti;

(a)  dik it-tranżazzjoni ta' pagament issir permezz ta' tranżazzjoni elettronika bi trasferiment tal-kreditu, b'debitu dirett jew bi strument ta' pagament bil-kards fl-istess ditta u kategorija tal-pagamenti;

(b)  il-benefiċjarju tal-ħlas jista' jitlob għal awtentikazzjoni b'saħħitha tal-konsumatur mill-kontribwent skont id-Direttiva (UE) 2015/2366; kif ukoll

(b)  jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-awtentikazzjoni skont id-Direttiva (UE) 2015/2366; kif ukoll

(c)  il-pagamenti jkunu f'munita li l-benefiċjarju jaċċetta.

(c)  it-tranżazzjoni ta' pagament tkun f'munita li n-negozjant jaċċetta.

1a.  Fejn ġustifikat b'raġunijiet oġġettivi, il-projbizzjoni stabbilita fil-paragrafu 1 ma għandhiex tipprekludi d-dritt tan-negozjant li jżomm il-prodotti jew l-għoti tas-servizz ikkonċernat, sakemm in-negozjant ikun irċieva l-konferma li t-tranżazzjoni ta' pagament tkun inbdiet kif xieraq.

2.  Il-projbizzjoni stabbilita fil-paragrafu 1 ma għandhiex tipprekludi l-possibbiltà li n-negozjanti jitolbu ħlasijiet għall-użu ta' strument ta' pagament bil-kards li għalih it-tariffi tal-interkambju mhumiex regolati skont il-Kapitolu II tar-Regolament (UE) 2015/751 u għal dawk is-servizzi ta' pagament li għalihom ma japplikax ir-Regolament (UE) Nru 260/2012. Dawn il-pagamenti ma għandhomx jaqżbu l-ispejjeż imġarrba min-negozjant għall-użu tal-istrument ta' pagament.

2.  Il-projbizzjoni stabbilita fil-paragrafu 1 ma għandhiex tipprekludi negozjant milli jimponi ħlas għall-użu ta' strument ta' pagament bil-kards li għalih it-tariffi tal-interkambju mhumiex regolati skont il-Kapitolu II tar-Regolament (UE) 2015/751 jew għal dawk is-servizzi ta' pagament li għalihom ma japplikax ir-Regolament (UE) Nru 260/2012, sakemm l-Istat Membru fejn in-negozjant huwa stabbilit ipprojbixxa jew illimita dawn il-ħlasijiet skont l-Artikolu 62(5) tad-Direttiva 2015/2366. Dawn il-pagamenti ma għandhomx jaqbżu l-ispejjeż diretti mġarrba min-negozjant għall-użu tal-istrument ta' pagament.

2a.  Il-projbizzjoni stabbilita fil-paragrafu 1 ma għandhiex tipprekludi l-għażla tan-negozjant biex, f'każ ta' debiti diretti, jitlob pagament bil-quddiem permezz ta' trasferiment tal-kreditu SEPA qabel ma jintbagħtu l-oġġetti jew qabel ma jiġi pprovdut is-servizz, fejn dawn ma għandhomx mod ieħor biex jiżguraw li x-xerrej jissodisfa l-obbligu ta' pagament tiegħu.

Emenda    56

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-ftehimiet li jimponu obbligi fuq in-negozjanti, fir-rigward tal-bejgħ passiv, biex jaġixxu bi ksur ta' dan ir-Regolament għandhom ikunu b'mod awtomatiku nulli.

Id-dispożizzjonijiet tal-ftehimiet li jimponu obbligi fuq in-negozjanti, fir-rigward tal-bejgħ passiv fi ħdan it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 330/2010, biex jaġixxu bi ksur ta' dan ir-Regolament għandhom ikunu b'mod awtomatiku nulli u bla effett.

Emenda    57

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Infurzar mill-awtoritajiet tal-Istati Membri

Infurzar

Emenda    58

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Kull Stat Membru għandu jaħtar korp wieħed jew aktar biex ikunu responsabbli għall-infurzar ta' dan ir-Regolament. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm mezzi adegwati u effettivi mal-korp jew mal-korpi maħtura sabiex tiġi infurzata l-konformità ma' dan ir-Regolament.

1.  Kull Stat Membru għandu jaħtar korp wieħed jew aktar biex ikunu responsabbli għall-infurzar adegwat u effettiv ta' dan ir-Regolament. Mingħajr preġudizzju għall-mekkaniżmi oħra ta' informazzjoni u kooperazzjoni, dawn il-korpi għandhom ikunu responsabbli biex jiżguraw kooperazzjoni transfruntiera ma' korpi fi Stati Membri oħra permezz tal-mezzi xierqa.

Emenda    59

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-pieni applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-pieni previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

2.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-miżuri applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u għandhom jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-miżuri previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

Emenda     60

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2a.  Il-miżuri msemmija fil-paragrafu 2 għandhom jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni u jkunu magħmula disponibbli pubblikament fuq is-sit web tal-Kummissjoni.

Emenda    61

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Kull Stat Membru għandu jagħti responsabbiltà għall-għoti ta' assistenza prattika lill-konsumaturi lil korp jew korpi fil-każ ta' tilwim bejn konsumatur u negozjant li jirriżulta mill-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Kull Stat Membru għandu jaħtar korp wieħed jew aktar biex ikunu responsabbli għal dan il-kompitu.

Kull Stat Membru għandu jaħtar korp jew korpi responsabbli għall-għoti ta' assistenza prattika lill-konsumaturi fil-każ ta' tilwim bejn konsumatur u negozjant li jirriżulta mill-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

Allinjament tal-istruttura mal-Artikolu 7(1)

Emenda    62

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-korpi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom joffru lill-konsumaturi mudell ta' formola uniformi biex iressqu l-ilmenti lill-korpi msemmija fil-paragrafu 1 u fl-Artikolu 7(1). Il-Kummissjoni għandha tassisti lil dawn il-korpi fl-iżvilupp ta' dan il-mudell ta' formola.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Regolamentazzjoni żejda peress li l-formola tal-mudell tkopri ksur differenti kif stipulat fir-Regolament u tista' tkopri żewġ korpi differenti.

Emenda    63

Proposta għal regolament

Artikolu 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 9

Artikolu 9

Klawżola ta' reviżjoni

Klawżola ta' reviżjoni

1.  Sa [data: sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] u kull ħames snin minn hemm 'il quddiem, il-Kummissjoni għandha tirrapporta dwar l-evalwazzjoni ta' dan ir-Regolament lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. Fejn meħtieġ, ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn proposta biex jiġi emendat dan ir-Regolament, fid-dawl tal-iżviluppi legali, tekniċi u ekonomiċi.

1.  Sa [data: tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] u kull ħames snin minn hemm 'il quddiem, il-Kummissjoni għandha tirrapporta dwar l-evalwazzjoni ta' dan ir-Regolament lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. Fejn meħtieġ, ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn proposta biex jiġi emendat dan ir-Regolament, fid-dawl tal-iżviluppi legali, tekniċi u ekonomiċi.

2.  L-ewwel evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha ssir, b'mod partiklari, bil-ħsieb li jiġi evalwat jekk il-projbizzjoni tal-Artiklu 4(1)(b) għandhiex tiġi applikata wkoll għal servizzi forniti elettronikament, li l-karatteristika prinċipali tagħhom tkun l-għoti ta' aċċess għal u l-użu ta' xogħlijiet protetti bid-dritt tal-awtur jew suġġetti oħrajn protetti, dejjem jekk in-negozjant ikollu d-drittijiet meħtieġa għat-territorji rilevanti.

2.  L-ewwel evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha ssir, b'mod partiklari, bil-ħsieb li jiġi evalwat l-impatt ġenerali ta' dan ir-Regolament fuq is-suq intern u l-kummerċ elettroniku transfruntier. B'mod partikolari, l-ewwel evalwazzjoni bir-reqqa għandha tivvaluta jekk il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għandux jiġi estiż biex ikopri setturi addizzjonali bħas-settur awdjoviżiv, finanzjarju, tat-trasport, tal-komunikazzjoni elettronika jew dawk relatati mas-servizzi tal-kura tas-saħħa, fejn jitqiesu l-karatteristiċi ta' kull settur.

Emenda    64

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2006/2004 il-punt [numru] li ġej huwa miżjud: "[numru] [titolu sħiħ ta' dan ir-Regolament] (ĠU L XX, XX.XX.Sena, p. X), meta l-klijent ikun konsumatur fis-sens tal-Artikolu 2(3) tar-Regolament Nru XXXX/Sena biss."

1.  Fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2006/2004 il-punt [numru] li ġej huwa miżjud: "[numru] [titolu sħiħ ta' dan ir-Regolament] (ĠU L XX, XX.XX.Sena, p. X)".

Emenda    65

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Madankollu, il-punt (b) tal-Artikolu 4(1) għandu japplika mill-1 ta' Lulju 2018.

imħassar

(1)

Għadha mhix ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali.

NOTA SPJEGATTIVA

I. Introduzzjoni

Bħala parti mill-pakkett tal-kummerċ elettroniku tagħha, fil-25 ta' Mejju 2016, il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat proposta għal Regolament dwar l-indirizzar tal-imblukkar ġeografiku u forom oħrajn ta' diskriminazzjoni bbażati fuq in-nazzjonalità, il-post tar-residenza jew il-post tal-istabbiliment tal-konsumatur. L-għan tar-Regolament huwa li jiżgura li l-konsumaturi jkollhom l-istess aċċess għall-prodotti u s-servizzi bħall-konsumaturi lokali. Ir-Regolament jibni fuq id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva dwar is-Servizzi (l-Artikolu 20), li diġà tistabbilixxi l-prinċipju għan-nondiskriminazzjoni, iżda fil-prattika rriżulta li huwa diffiċli biex jiġi infurzat minħabba inċertezza legali dwar liema prattiki jitqiesu – u ma jitqisux – bħala ġustifikati.

Ir-Regolament ifittex li jipprovdi aktar ċertezza legali u eżegwibbiltà billi jiddefinixxi sitwazzjonijiet speċifiċi meta ma jista' jkun hemm l-ebda raġuni ġustifikata għal diskriminazzjoni minħabba raġunijiet ta' nazzjonalità u ta' residenza. Barra minn hekk, ir-Regolament propost jipprojbixxi l-imblukkar tal-aċċess għal siti web u l-użu ta' rotta alternattiva awtomatika mingħajr il-kunsens minn qabel tal-konsumatur. Ir-Regolament propost jinkludi wkoll dispożizzjonijiet ta' nondiskriminazzjoni fi ħdan mezzi ta' pagament aċċettati.

Ir-Regolament jagħmel parti mill-istrateġija ġenerali biex jiġi stimolat il-kummerċ elettroniku transfruntier, li huwa mutur ewlieni għat-tkabbir, billi jiżgura aċċess aħjar għall-prodotti u s-servizzi, billi jibni fiduċja u jipprovdi aktar ċertezza u billi jnaqqas il-piż amministrattiv.

II. Il-pożizzjoni tar-rapporteur

Ir-Rapporteur taqsam l-għan ġenerali tal-proposta tal-Kummissjoni, jiġifieri li jitwettaq il-potenzjal sħiħ tas-suq intern bħala żona mingħajr fruntieri interni li fiha huwa żgurat il-moviment liberu ta' prodotti u servizzi. Is-suq intern huwa lil hinn minn realtà. Il-kummerċ elettroniku huwa mutur ewlieni għat-tkabbir, b'rati ta' tkabbir annwali fl-UE b'medja li taqbeż it-13 %. Madankollu, 15 % biss tal-konsumaturi xtraw online minn pajjiż ieħor tal-UE u 8 % tan-negozjanti biegħu b'mod transfruntier (meta mqabbel mal-24 % lokalment). In-negozjanti u l-konsumaturi jaffaċċjaw ostakoli kontinwament. Fl-ambjent online, tali ostakoli jidhru immedjatament – pereżempju, fir-rigward tal-konsumaturi, wieħed ma jistax jifhem għalfejn dawn jenħtieġ li jiċċaħħdu milli jaċċessaw ċerti siti web, għalfejn jenħtieġ li ma jkunux jistgħu jixtru ċerti prodotti fi Stati Membri oħrajn jew għalfejn jenħtieġ li jħallsu prezz differenti bbażat fuq in-nazzjonalità jew ir-residenza tagħhom biss.

Fl-istess ħin, hemm raġunijiet ġustifikati b'mod ċar għal tali trattament differenzjali min-negozjanti. Tali raġuni tista' tkun pereżempju l-fatt li n-negozjant ma jkollux id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali meħtieġa f'territorju partikolari. Jew in-negozjanti jistgħu jqisu li japplikaw kundizzjonijiet differenti ta' aċċess minħabba pereżempju l-ispejjeż addizzjonali mġarrba minħabba d-distanza involuta jew il-karatteristiċi tekniċi tal-għoti tas-servizz jew il-kundizzjonijiet differenti tas-suq.

Il-proposta tal-Kummissjoni hija pass tajjeb fid-direzzjoni t-tajba. Din tipprovdi aktar ċarezza billi tiddefinixxi sitwazzjonijiet speċifiċi fejn id-diskriminazzjoni għal raġunijiet ta' nazzjonalità jew ta' residenza qatt ma tista' tkun ġustifikata. Din iġġib ukoll ċarezza dwar it-tip ta' azzjonijiet li jitqiesu bħala inaċċettabbli – bħall-projbizzjoni tal-imblukkar tal-aċċess u d-dispożizzjonijiet ta' nondiskriminazzjoni fi ħdan mezzi ta' pagament aċċettati. Madankollu, il-proposta tal-Kummissjoni ma tissodisfax elementi importanti.

1.  Iċ-ċertezza legali għall-konsumaturi u n-negozjanti

Ir-Rapporteur hija tal-fehma li waħda mir-raġunijiet għalfejn in-negozjanti jistgħu joqogħdu lura milli jinvolvu ruħhom f'relazzjonijiet kummerċjali ma' konsumaturi minn Stati Membri oħrajn hija l-inċertezza legali u r-riskji assoċjati fir-rigward tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumatur, dawk ambjentali jew tat-tikkettar applikabbli. Dan mhuwiex indirizzat fil-proposta tal-Kummissjoni, li tħalli inċertezza konsiderevoli kemm għan-negozjanti kif ukoll għall-konsumaturi.

Biex tindirizza dan, ir-Rapporteur tipproponi Artikolu 8a ġdid dwar il-liġi u l-ġurisdizzjoni applikabbli. L-Artikolu għandu l-għan li jikkjarifika li f'dawk il-każijiet fejn negozjant juri b'mod ċar l-intenzjoni tiegħu li jbigħ lil konsumaturi minn Stat Membru wieħed jew aktar u konsumatur minn Stat Membru ieħor ikun jixtieq jikkonkludi kuntratt ma' dan in-negozjant taħt id-drittijiet mogħtija mill-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament, allura n-negozjant jittratta lill-konsumatur bl-istess mod li kieku jittratta konsumaturi lokali. Fi kliem ieħor, in-negozjant ikun jista' japplika r-rekwiżiti tal-protezzjoni tal-konsumatur, dawk ambjentali, tat-tikkettar jew tas-sigurtà tal-prodott tal-Istat Membru tiegħu. Bl-istess mod, il-qorti responsabbli jenħtieġ li tkun dik tal-Istat Membru tan-negozjant.

2.  Kamp ta' applikazzjoni

Fl-interess tal-proporzjonalità, ir-rapporteur tipproponi li l-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament jiġi limitat għall-konsumaturi biss, b'eċċezzjoni importanti waħda, jiġifieri fil-każ ta' kuntratti b'għan doppju b'fokus ta' negozju limitat, dik il-persuna jenħtieġ li titqies ukoll bħala konsumatur.

Ir-Rapporteur tista' taċċetta li f'dan l-istadju l-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament ikun allinjat ma' dak tad-Direttiva dwar is-Servizzi sa fejn ikun possibbli sabiex tiġi żgurata l-konsistenza, fi kliem ieħor is-servizzi mhux ekonomiċi ta' interess ġenerali, is-servizzi tat-trasport, is-servizzi awdjoviżivi, il-logħob tal-azzard, il-kura tas-saħħa u ċerti servizzi oħrajn huma esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament. Madankollu, ir-Rapporteur temmen li huwa meħtieġ li dan jiġi evalwat fil-kuntest tal-ewwel reviżjoni tar-Regolament.

Madankollu, ir-Rapporteur ma taqbilx mal-Kummissjoni dwar il-kwistjoni ta' kif għandhom jiġu ttrattati s-servizzi forniti b'mod elettroniku għall-għoti ta' aċċess għal u l-użu ta' xogħlijiet protetti bid-dritt tal-awtur jew materjal protett ieħor. Ir-Rapporteur temmen li hemm diversi każijiet ta' diskriminazzjoni b'rabta mas-servizzi forniti b'mod elettroniku bħall-kotba elettroniċi, il-mużika elettronika, il-logħob jew is-softwer. Għalhekk, hija tipproponi li dawn jiġu inklużi fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 4, sakemm in-negozjant ikollu d-drittijiet meħtieġa għat-territorji rilevanti.

3.  Kjarifiki addizzjonali

Barra minn hekk, ir-Rapporteur tipproponi numru ta' kjarifiki għall-abozz ta' test tal-Kummissjoni. Dawn jinkludu b'mod patikolari:

  Kjarifika li l-projbizzjoni tan-nondiskriminazzjoni tkopri mhux biss in-nazzjonalità u l-post tar-residenza iżda ankil-lokazzjoni temporanja

  Kjarifika li sitwazzjonijiet purament interni mingħajr komponent transfruntier huma esklużi (Artikolu 1a)

  Simplifikazzjoni fir-rigward tal-aċċess għal interfaċċi online tal-Artikolu 3: ir-Rapporteur tqis id-dispożizzjoni tal-kunsens espliċitu ssuġġerit mill-Kummissjoni bħala wieħed ta' piż kbir wisq kemm għan-negozju kif ukoll għall-konsumaturi u tqis li huwa biżżejjed li jiġi impost obbligu ta' informazzjoni dwar ir-ridirezzjonar kif ukoll aċċess sħiħ għall-interfaċċa oriġinali. Ir-Rapporteur tikkjarifika li l-ispjegazzjonijiet għandhom jingħataw fil-lingwa tal-interfaċċa online. Ir-Rapporteur tqis ukoll li l-aċċess għall-interfaċċi online jenħtieġ li ma jkunx limitat biss min-negozjanti iżda anki mis-swieq online.

  Kjarifika fl-Artikolu 4 li n-negozjanti xorta jistgħu japplikaw kundizzjonijiet ġenerali differenti ta' aċċess bejn l-Istati Membri jew fi Stat Membru offruti lill-konsumaturi f'territorju speċifiku jew grupp speċifiku ta' konsumaturi, diment li dawn ma jkunux definiti abbażi tan-nazzjonalità, tar-residenza jew tal-lokazzjoni temporanja. Fi kliem ieħor, negozjant xorta jkun jista' joffri prezzijiet differenti f'portals tal-web differenti, diment li konsumatur li javviċina web shop minn Stat Membru ieħor ikun jista' jixtri l-prodott taħt l-istess kundizzjonijiet bħall-konsumatur lokali.

  Kjarifika fl-Artikolu 5 dwar metodi ta' pagament biex tiġi evitata żieda fir-riskji ta' frodi marbuta ma' ċerti metodi ta' pagament billi jiġi ċċarat li n-negozjant għandu d-dritt li jżomm prodott jew servizz sakemm ikun irċieva konferma li t-tranżazzjoni ta' pagament tkun inbdiet kif xieraq.

OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (4.4.2017)

għall-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-indirizzar tal-imblukkar ġeografiku u forom oħrajn ta' diskriminazzjoni abbażi tan-nazzjonalità, tal-post tar-residenza jew tal-post tal-istabbiliment tal-konsumaturi fi ħdan is-suq intern u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE

(COM(2016)0289 – C8-0192/2016 – 2016/0152(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Lidia Joanna Geringer de Oedenberg

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Ir-rapporteur tilqa' l-proposta tal-Kummissjoni iżda temmen li din ma tagħmilx biżżejjed biex tabolixxi l-imblukkar ġeografiku. Il-forniment elettroniku ta' xogħlijiet jew servizzi mhux awdjoviżivi protetti mid-drittijiet tal-awtur, inklużi kotba elettroniċi, softwer, logħob tal-kompjuter u mużika jenħtieġ li jiġi inkluż fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament mid-data tad-dħul fis-seħħ, u fl-ewwel reviżjoni wara sentejn ta' applikazzjoni jenħtieġ li jiġi evalwat jekk ix-xogħlijiet awdjoviżivi jkunux jenħtieġu wkoll li jkunu inklużi fil-kamp ta' applikazzjoni tiegħu. Prekundizzjoni għal tali inklużjoni madankollu tkun li l-kummerċjant ikollu liċenzja tad-drittijiet tal-awtur għal tali xogħlijiet jew b'mod ieħor ikun detentur tad-drittijiet fit-territorji rilevanti kollha. Barra minn hekk, huwa meħtieġ li tiġi żgurata ċ-ċarezza legali fir-rigward tat-tifsira ta' "tmexxija ta' attività", b'mod partikolari f'dawk il-każijiet fejn negozjant ikun qed jimmira Stat Membru speċifiku u r-regoli dwar l-għażla tal-liġi applikabbli jwasslu għall-applikazzjoni tal-liġi tal-Istat Membru tal-konsumatur. Jenħtieġ li ma jkun hemm l-ebda dubju dwar liema regoli japplikaw f'sitwazzjonijiet bħal dawn. Madankollu, huwa wkoll essenzjali li n-negozjanti ma jitħallewx jiddiskriminaw f'każijiet oħra u li jiġu obbligati jbigħu lil konsumaturi u negozjanti oħra irrispettivament mill-pajjiż ta' oriġini jew ta' residenza tal-konsumatur. Għaldaqstant jenħtieġ li l-liġi applikabbli għal tali tranżazzjonijiet mhux direzzjonati tkun dik tal-Istat Membru tal-bejjiegħ, mhux l-inqas sabiex tagħmel il-ħajja aktar faċli għall-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, li għalihom il-piż biex jiżguraw ir-riżorsi biex b'mod effettiv jagħmlu kummerċ ma' konsumaturi minn bosta sistemi legali differenti jkun sproporzjonat. Fl-aħħar nett huwa essenzjali li r-Regolament jibda japplika mill-aktar fis possibbli.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Legali jistieden lill-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar l-indirizzar tal-imblukkar ġeografiku u forom oħrajn ta' diskriminazzjoni abbażi tan-nazzjonalità, tal-post tar-residenza jew tal-post tal-istabbiliment tal-konsumaturi fi ħdan is-suq intern u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE.

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar l-indirizzar tal-imblukkar ġeografiku u forom oħrajn ta' diskriminazzjoni abbażi tal-pajjiż ta' oriġini, tal-post tar-residenza jew tal-post tal-istabbiliment tal-konsumaturi fi ħdan is-suq intern u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE

Ġustifikazzjoni

Il-kelma "nazzjonalità" trid tiġi mibdula b'"pajjiż ta' oriġini jew residenza" tul it-test kollu".

Emenda     2

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  Sabiex jintlaħaq l-għan li jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tas-suq intern, bħala żona mingħajr fruntieri interni fejn jiġi żgurat il-moviment liberu ta', fost l-oħrajn, il-prodotti u s-servizzi, mhuwiex biżżejjed li jiġu aboliti, bħal bejn l-Istati Membri, l-ostakoli tal-Istat biss. Din l-abolizzjoni tista' tiġi mminata minn partijiet privati li jistabbilixxu ostakoli li huma inkonsistenti mal-libertajiet tas-suq intern. Dan iseħħ meta n-negozjanti li joperaw fi Stat Membru wieħed jimblukkaw jew jillimitaw l-aċċess għall-interfaċċi online tagħhom, bħal siti web u apps, tal-konsumaturi minn Stati Membri oħrajn li jixtiequ jidħlu fi tranżazzjonijiet kummerċjali transfruntiera (prattika magħrufa bħala mblukkar ġeografiku). Dan iseħħ ukoll permezz ta' azzjonijiet oħrajn minn ċerti negozjanti li jinvolvu l-applikazzjoni ta' kundizzjonijiet ġenerali differenti ta' aċċess għall-prodotti u s-servizzi tagħhom b'rabta ma' dawn il-klijenti minn Stati Memrbi oħrajn kemm online u anki offline. Billi xi kultant jista' jkun hemm ġustifikazzjonijiet oġġettivi għat-tali trattament differenzjali, f'każijiet oħrajn in-negozjanti jiċħdu lill-konsumaturi li jkunu jixtiequ jidħlu fi tranżazzjonijiet kummerċjali transfruntiera milli jkollhom aċċess għall-prodotti jew għas-servizzi, jew japplikaw kundizzjonijiet differenti f'dan ir-rigward, għal raġunijiet purament kummerċjali.

(1)  Sabiex jintlaħaq l-għan li jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tas-suq intern, bħala żona fejn ħafna mill-ostakli għall-kummerċ tneħħew u fejn jiġi żgurat il-moviment liberu ta', fost l-oħrajn, il-persuni, il-prodotti u s-servizzi, u sabiex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti fl-Istrateġija tas-Suq Diġitali, mhuwiex biżżejjed li tiġi abolita, bejn l-Istati Membri, il-burokrazija amministrattiva biss. Din l-abolizzjoni tista' tiġi mminata minn ċerti partijiet privati li jistabbilixxu ostakli li huma inkonsistenti mal-prinċipji u mal-libertajiet tas-suq intern. Dan iseħħ meta n-negozjanti li joperaw fi Stat Membru wieħed, f'sitwazzjonijiet eċċezzjonali, mingħajr ma dan ikun ġust, jimblukkaw jew jillimitaw l-aċċess għall-interfaċċi online tagħhom, bħal siti web u apps, tal-konsumaturi minn Stati Membri oħrajn li jixtiequ jidħlu fi tranżazzjonijiet kummerċjali transfruntiera (prattika magħrufa bħala mblukkar ġeografiku). Dan iseħħ ukoll permezz ta' azzjonijiet oħrajn minn ċerti negozjanti li jinvolvu l-applikazzjoni ta' kundizzjonijiet ġenerali restrittivi differenti ta' aċċess għall-prodotti u s-servizzi tagħhom b'rabta ma' dawn il-konsumaturi minn Stati Memrbi oħrajn, kemm online kif ukoll offline. Din il-prattika timmina l-iskop ewlieni tas-suq intern, tnaqqas l-alternattivi għall-konsumaturi u l-livell tal-kompetizzjoni.

Emenda     3

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  B'dan il-mod ċerti negozjanti jissegmentaw b'mod artifiċjali s-suq intern tul il-fruntieri interni u jfixklu l-moviment liberu tal-prodotti u servizzi, u b'hekk jillimitaw id-drittijiet tal-konsumaturi u ma jħalluhomx jibbenefikaw minn għażla aktar wiesgħa u minn kundizzjonijiet aħjar. Prattiki diskriminatorji bħal dawn huma fattur importanti li jikkontribwixxu għal-livell relattivament baxx tat-tranżazzjonijiet kummerċjali transfruntiera fi ħdan l-Unjoni, inkluż fis-settur tal-kummerċ elettroniku, li jipprevjenu milli jseħħ il-potenzjal tat-tkabbir sħiħ tas-suq. L-iċċarar ta' liema sitwazzjonijiet fejn ma jistax ikun hemm ġustifikazzjoni għat-trattament differenzjali ta' dan it-tip, għandu jġib ċarezza u ċertezza legali għall-parteċipanti kollha fit-tranżazzjonijiet transfruntiera u għandu jiżgura li r-regoli dwar in-nondiskriminazzjoni jistgħu jiġu applikati b'mod effettiv u jiġu infurzati fis-suq intern kollu.

(2)  B'dan il-mod ċerti negozjanti jissegmentaw b'mod artifiċjali s-suq intern tul il-fruntieri interni u jfixklu l-moviment liberu tal-prodotti u s-servizzi, u b'hekk jillimitaw id-drittijiet tal-konsumaturi u ma jħalluhomx jibbenefikaw minn għażla aktar wiesgħa u minn kundizzjonijiet aħjar. Prattiki diskriminatorji bħal dawn huma fattur importanti li jikkontribwixxi għal-livell relattivament baxx tat-tranżazzjonijiet kummerċjali transfruntiera fi ħdan l-Unjoni, inkluż fis-settur tal-kummerċ elettroniku, li jipprevjeni milli jseħħ il-potenzjal tat-tkabbir sħiħ ta' suq intern verament integrat u t-trawwim tiegħu. L-iċċarar ta' f'liema sitwazzjonijiet ma jistax ikun hemm ġustifikazzjoni għal trattament differenzjali ta' dan it-tip, jenħtieġ li jġib ċarezza u ċertezza legali għall-parteċipanti kollha fit-tranżazzjonijiet transfruntiera u jenħtieġ li jiżgura li r-regoli dwar in-nondiskriminazzjoni jkunu jistgħu jiġu applikati b'mod effettiv u jiġu infurzati fis-suq intern kollu.

Emenda     4

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  F'konformità mal-Artikolu 20 tad-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill17, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri tas-servizzi stabbiliti fl-Unjoni ma jitrattawx lir-riċevituri tas-servizzi b'mod differenti abbażi tan-nazzjonalità jew tal-post tar-residenza tagħhom. Madankollu, din id-dispożizzjoni ma kinitx effettiva bis-sħiħ f'dak li għandu x'jaqsam mal-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni u ma naqsitx b'mod suffiċjenti l-inċertezza legali, b'mod partikolari minħabba l-possibbiltà li jiġu ġġustifikati d-differenzi fit-trattament li tippermetti u d-diffikultajiet korrispondenti fl-infurzar tagħha fil-prattika. Barra minn hekk, b'konsegwenza tal-azzjonijiet minn negozjanti stabbiliti f'pajjiżi terzi, jista' jirriżulta mblukkar ġeografiku u forom oħrajn ta' diskriminazzjoni abbażi tan-nazzjonalità, tal-post tar-residenza jew tal-post ta' stabbiliment, li ma jaqgħux taħt il-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva.

(3)  F'konformità mal-Artikolu 20 tad-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill17, l-Istati Membri jeħtiġilhom jiżguraw li l-fornituri tas-servizzi stabbiliti fl-Unjoni ma jittrattawx lir-riċevituri tas-servizzi b'mod differenti abbażi tal-pajjiż ta' oriġini jew tal-post tar-residenza tagħhom. Madankollu, din id-dispożizzjoni ma kinitx effettiva bis-sħiħ f'dak li għandu x'jaqsam mal-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni u ma naqsitx b'mod suffiċjenti l-inċertezza legali, b'mod partikolari minħabba l-possibbiltà li jiġu ġġustifikati d-differenzi fit-trattament li tippermetti u d-diffikultajiet korrispondenti fl-infurzar tagħha fil-prattika. Barra minn hekk, b'konsegwenza tal-azzjonijiet minn negozjanti stabbiliti f'pajjiżi terzi, jista' jirriżulta mblukkar ġeografiku u forom oħrajn ta' diskriminazzjoni abbażi tal-pajjiż ta' oriġini jew tal-post ta' residenza, li ma jaqgħux taħt il-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva, iżda li jeħtieġu li jiġu indirizzati.

_________________

_________________

17 Id-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern (ĠU L 376, 27.12.2006, p. 36).

17 Id-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern (ĠU L 376, 27.12.2006, p. 36).

Emenda     5

Proposta għal regolament

Premessa 3a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3a)  Minkejja li dan ir-Regolament jittratta speċifikament l-imblukkar ġeografiku, jenħtieġ li jkun hemm iffukar partikolari fuq iż-żieda fil-fiduċja tal-konsumatur fil-kummerċ elettroniku, billi tingħata aktar għażla u aċċess akbar għal oġġetti u servizzi bi prezzijiet aktar baxxi.

Emenda     6

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Għall-finijiet li jiġi assigurat il-funzjonament tajjeb tas-suq intern, il-miżuri fil-mira stabbiliti f'dan ir-Regolament, li jipprovdu għal sett ta' regoli ċari, uniformi u effettivi fuq għadd magħżul ta' kwistjonijiet, huma għalhekk meħtieġa.

(4)  Għall-finijiet li jiġi assigurat il-funzjonament tajjeb tas-suq intern u li jiġi ggarantit il-moviment liberu tal-persuni, tal-prodotti u tas-servizzi, mingħajr diskriminazzjoni bbażata fuq il-pajjiż ta' oriġini jew il-post tar-residenza, il-miżuri fil-mira stabbiliti f'dan ir-Regolament, li jipprevedu ġabra ta' regoli ċari, uniformi u effettivi fuq għadd magħżul ta' kwistjonijiet, huma għalhekk meħtieġa. Dawn il-miżuri jenħtieġ li jżommu l-bilanċ bejn il-protezzjoni tal-konsumatur u l-libertà ekonomika u kuntrattwali għan-negozjanti.

Emenda     7

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Dan ir-Regolament għandu l-għan li jipprevjeni d-diskriminazzjoni mhux ġustifikata abbażi tan-nazzjonalità, tal-post tar-residenza jew tal-post tal-istabbiliment tal-klijent, inkluż l-imblukkar ġeografiku, fit-tranżazzjonijiet kummerċjali transfruntiera bejn negozjanti u klijenti li għandhom x'jaqsmu mal-bejgħ ta' prodotti u mal-provvista ta' servizzi fi ħdan l-Unjoni. Għandu l-għan li jindirizza d-diskriminazzjoni diretta kif ukoll dik indiretta, biex b'hekk ikopri wkoll id-differenzi mhux ġustifikati fit-trattament abbażi ta' kriterji oħrajn ta' distinzjoni li jwasslu għall-istess riżultat bħall-applikazzjoni tal-kriterji bbażati b'mod dirett fuq in-nazzjonalità tal-konsumaturi, tal-post tar-residenza jew tal-post ta' stabbiliment. Kriterji oħrajn bħal dawn jistgħu jiġu applikati, b'mod partikolari, abbażi ta' informazzjoni li tindika l-lokazzjoni fiżika tal-konsumaturi, bħall-indirizz tal-IP li jintuża meta tiġi aċċessata interfaċċa online, l-indirizz sottomess għall-konsenja tal-prodotti, l-għażla tal-lingwa li saret jew l-Istat Membru fejn intuża l-istrument ta' pagament tal-konsumatur.

(5)  Dan ir-Regolament għandu l-għan li jipprevjeni d-diskriminazzjoni abbażi tal-post ta' oriġini jew tal-post tar-residenza, fit-tranżazzjonijiet kummerċjali transfruntiera bejn negozjanti u konsumaturi li għandhom x'jaqsmu mal-bejgħ ta' prodotti u mal-provvista ta' prodotti mhux tanġibbli u servizzi fi ħdan l-Unjoni. Għandu l-għan li jipprevjeni d-diskriminazzjoni diretta kif ukoll dik indiretta. Id-diskriminazzjoni indiretta jenħtieġ li tinftiehem li tfisser l-applikazzjoni ta' kriterji li jiddistingwu għajr il-pajjiż ta' oriġini tal-klijent jew il-post tar-residenza, li jwasslu b'mod determinat jew statistikament għall-istess riżultat bħall-applikazzjoni diretta ta' dawn l-istess kriterji. Huwa jkopri wkoll id-differenzi mhux ġustifikati fit-trattament abbażi ta' kriterji oħrajn ta' distinzjoni li jwasslu għall-istess riżultat bħall-applikazzjoni tal-kriterji bbażati b'mod dirett fuq il-pajjiż ta' oriġini tal-konsumatur, il-post tar-residenza jew il-post ta' stabbiliment. Kriterji oħrajn bħal dawn jistgħu jiġu applikati, b'mod partikolari, abbażi ta' informazzjoni li tindika l-lokazzjoni fiżika tal-konsumaturi, bħall-indirizz tal-IP li jintuża meta tiġi aċċessata interfaċċa online, l-indirizz mogħti għall-konsenja tal-prodotti, l-għażla tal-lingwa li tkun saret jew l-Istat Membru fejn ikun intuża l-istrument ta' pagament tal-konsumatur. Għalhekk, jenħtieġ li dan ir-Regolament jipprojbixxi l-imblukkar mhux ġustifikat tal-aċċess għal siti web u impriżi oħrajn online, u t-trasferiment tal-konsumaturi minn verżjoni ta' pajjiż għal oħra, id-diskriminazzjoni kontra l-konsumaturi f'każijiet speċifiċi tal-bejgħ ta' prodotti u servizzi u l-evitar ta' dik il-projbizzjoni ta' diskriminazzjoni fi ftehimiet ta' bejgħ passivi.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  Meta jitqies li xi ostakoli regolatorji u amministrattivi għan-negozjanti tneħħew mill-Unjoni kollha f'ċerti setturi tas-servizzi minħabba l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2006/123/KE, f'termini ta' kamp ta' applikazzjoni materjali, il-konsistenza bejn dan ir-Regolament u d-Direttiva 2006/123/KE għandha tiġi żgurata. B'konsegwenza ta' dan, id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw, fost l-oħrajn, għal servizzi awdjoviżivi forniti elettronikament, li l-karatteristika prinċipali tagħhom tkun l-għoti ta' aċċess għal u l-użu ta' xogħlijiet protetti bid-dritt tal-awtur jew suġġetti oħrajn protetti, madankollu soġġetti għall-esklużjoni speċifika tal-Artikolu 4 u l-evalwazzjoni sussegwenti ta' dik l-esklużjoni kif previst fl-Artikolu 9. Is-servizzi awdjoviżivi, inklużi servizzi li l-karatteristika prinċipali tagħhom huwa l-għoti ta' aċċess għal xandiriet ta' avvenimenti sportivi u li huma pprovduti abbażi ta' liċenzji territorjali esklużivi, huma esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. L-aċċess għal servizzi finanzjarji għall-konsumatur, inklużi servizzi ta' pagament, għandhom għalhekk jiġu esklużi wkoll, minkejja d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament rigward in-nondiskriminazzjoni fil-pagamenti.

(6)  Meta jitqies li xi ostakli regolatorji u amministrattivi għan-negozjanti tneħħew mill-Unjoni kollha f'ċerti setturi tas-servizzi minħabba l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2006/123/KE, f'termini ta' kamp ta' applikazzjoni materjali, jenħtieġ li l-konsistenza bejn dan ir-Regolament u d-Direttiva 2006/123/KE tiġi żgurata. B'konsegwenza ta' dan, jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament japplikaw, fost l-oħrajn, għal xogħlijiet mhux awdjoviżivi protetti mid-drittijiet tal-awtur u servizzi forniti elettronikament u prodotti mhux tanġibbli, li l-karatteristika prinċipali tagħhom tkun l-għoti ta' aċċess għal xogħlijiet protetti bid-dritt tal-awtur jew materjal tematiku ieħor protett u l-użu tagħhom li fir-rigward tagħhom in-negozjant ikollu d-drittijiet jew ikun kiseb il-liċenzja biex juża tali kontenut għat-territorji kollha rilevanti. Xogħlijiet awdjoviżivi, inklużi xogħlijiet ċinematografiċi u servizzi awdjoviżivi, inklużi servizzi li l-karatteristika prinċipali tagħhom hija l-għoti ta' aċċess għal xandiriet ta' avvenimenti sportivi u li huma pprovduti abbażi ta' liċenzji territorjali esklużivi, huma esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament sakemm issir reviżjoni komprensiva tal-leġiżlazzjoni. Għalhekk jenħtieġ li l-aċċess għal servizzi finanzjarji għall-konsumatur, inklużi servizzi ta' pagament, jiġu esklużi wkoll. Madankollu, jenħtieġ li l-Kummissjoni, minkejja dan, tirrieżamina l-possibbiltajiet biex tinkludihom fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament, minkejja d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament rigward in-nondiskriminazzjoni fil-pagamenti.

Emenda     9

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Id-diskriminazzjoni tista' sseħħ ukoll fir-rigward ta' servizzi fil-qasam tat-trasport, b'mod partikolari fir-rigward tal-bejgħ tal-biljetti għat-trasport tal-passiġġieri. Madankollu, f'dan ir-rigward ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill18, ir-Regolament (UE) Nru 1177/19 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill19 u r-Regolament (UE) Nru 181/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill20 diġà jinkludu projbizzjonijiet wiesgħa ta' diskriminazzjonijiet li jkopru l-prattiki diskriminatorji kollha li dan ir-Regolament għandu l-għan li jindirizza. Barra minn hekk huwa maħsub li r-Regolament (KE) Nru 1371/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill21 ser jiġi emendat f'dan is-sens fil-futur. Għalhekk, u sabiex tiġi żgurata l-konsistenza mal-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2006/123/KE, is-servizzi fil-qasam tat-trasport għandhom jibqgħu barra mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

(7)  Id-diskriminazzjoni sseħħ fir-rigward ta' servizzi fil-qasam tat-trasport, b'mod partikolari fir-rigward tal-bejgħ tal-biljetti għat-trasport tal-passiġġieri, minkejja li r-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill18, ir-Regolament (UE) Nru 1177/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill19 u r-Regolament (UE) Nru 181/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill20 diġà jinkludu projbizzjonijiet wiesgħa ta' diskriminazzjonijiet. Barra minn hekk huwa maħsub li r-Regolament (KE) Nru 1371/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill21 se jiġi emendat f'dan is-sens fil-futur qrib. Għalhekk, is-servizzi fil-qasam tat-trasport jenħtieġ li, jew wara r-reviżjoni ta' dan ir-Regolament jiġu inklużi fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, jew il-projbizzjoni tad-diskriminazzjonijiet li tkopri l-prattiki diskriminatorji kollha jenħtieġ li tiġi infurzata b'mod effettiv permezz ta' leġiżlazzjoni tal-Unjoni speċifika f'dak il-qasam.

_________________

_________________

18Ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Settembru 2008 dwar regoli komuni għall-operat ta' servizzi tal-ajru fil-Komunità (ĠU L 293, 31.10.2008, p. 3).

18Ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Settembru 2008 dwar regoli komuni għall-operat ta' servizzi tal-ajru fil-Komunità (ĠU L 293, 31.10.2008, p. 3).

19Ir-Regolament (UE) Nru 1177/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 dwar id-drittijiet tal-passiġġieri meta jivvjaġġaw bil-baħar jew minn passaġġi fuq l-ilma interni u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 (ĠU L 334, 17.12.2010, p. 1).

19Ir-Regolament (UE) Nru 1177/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 dwar id-drittijiet tal-passiġġieri meta jivvjaġġaw bil-baħar jew minn passaġġi fuq l-ilma interni u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 (ĠU L 334, 17.12.2010, p. 1).

20 Ir-Regolament (UE) Nru 181/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 dwar id-drittijiet tal-passiġġieri fit-trasport bix-xarabank u bil-kowċ u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 1).

20 Ir-Regolament (UE) Nru 181/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 dwar id-drittijiet tal-passiġġieri fit-trasport bix-xarabank u bil-kowċ u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 1).

21 Ir-Regolament (KE) Nru 1371/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2007 dwar id-Drittijiet u l-Obbligi tal-passiġġieri tal-ferroviji (ĠU L 315, 3.12.2007, p. 14).

21 Ir-Regolament (KE) Nru 1371/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2007 dwar id-Drittijiet u l-Obbligi tal-passiġġieri tal-ferroviji (ĠU L 315, 3.12.2007, p. 14).

Emenda     10

Proposta għal regolament

Premessa 7a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7a)  Dan ir-Regolament jenħtieġ li jkopri wkoll il-bejgħ ta' servizzi raggruppati. Madankollu, negozjant jenħtieġ li ma jkun taħt l-ebda obbligu li jbigħ is-servizzi raggruppati jekk huwa jew hija ma jkollhomx id-dritt ġuridiku li jipprovdu parti minn servizz wieħed jew bosta li jkunu inklużi f'dak ir-raggruppament.

Emenda     11

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  F'konformità mar-Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill22, l-għażla tal-liġi applikabbli għall-kuntratti bejn konsumatur u professjonist li jwettaq l-attivitajiet kummerċjali jew professjonali tiegħu jew tagħha fil-pajjiż fejn il-konsumatur għandu r-residenza abitwali tiegħu jew tagħha jew, bi kwalunkwe mezz, jidderieġi dawn l-attivitajiet lejn dak il-pajjiż jew lejn diversi pajjiżi inkluż dak il-pajjiż, tista' ma twassalx għaċ-ċaħda tal-konsumatur mill-protezzjoni mogħtija lilu mid-dispożizzjonijiet li ma jistgħux jiġu derogati bi ftehim bis-saħħa tal-liġi tal-pajjiż fejn il-konsumatur għandu r-residenza abitwali tiegħu jew tagħha. F'konformità mar-Regolament (UE) 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill23 , fi kwistjonijiet relatati ma' kuntratt bejn konsumatur u professjonist li jinvolvi ruħu f'attivitajiet kummerċjali jew professjonali fl-Istat Membru tad-domiċilju tal-konsumatur jew, bi kwalunkwe mezz, jidderieġi dawn l-attivitajiet lejn dak l-Istat Membru jew lejn diversi Stati inkluż dak l-Istat Membru, konsumatur jista' jressaq proċedimenti kontra l-parti l-oħra fil-qrati tal-Istat Membru fejn ikun domiċiljat u l-proċedimenti jistgħu jinġiebu kontra l-konsumatur f'dawk il-qrati biss.

(9)  Jenħtieġ li dan ir-Regolament ikun mingħajr preġudizzju għar-Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill22, li permezz tiegħu f'każijiet meta professjonist li jwettaq l-attivitajiet kummerċjali jew professjonali tiegħu jew tagħha jew bi kwalunkwe mezz attivament jidderieġi jew jiddikjara l-attivitajiet tiegħu jew tagħha f'pajjiż wieħed jew f'pajjiżi varji fejn il-konsumatur ikollu jew ikollha r-residenza abitwali tiegħu jew tagħha, l-għażla tal-liġi applikabbli għall-kuntratti bejn konsumatur u professjonist, tista' ma twassalx għaċ-ċaħda tal-konsumatur mill-protezzjoni mogħtija lilu mid-dispożizzjonijiet li ma jistgħux jiġu derogati bi ftehim bis-saħħa tal-liġi tal-pajjiż fejn il-konsumatur ikollu r-residenza abitwali tiegħu jew tagħha. F'konformità mar-Regolament (UE) 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill23, fi kwistjonijiet relatati ma' kuntratt bejn konsumatur u professjonist li jinvolvi ruħu f'attivitajiet kummerċjali jew professjonali fl-Istat Membru tad-domiċilju tal-konsumatur jew, bi kwalunkwe mezz, jidderieġi dawn l-attivitajiet lejn dak l-Istat Membru jew lejn diversi Stati inkluż dak l-Istat Membru, konsumatur jista' jressaq proċedimenti kontra l-parti l-oħra fil-qrati tal-Istat Membru fejn ikun domiċiljat u l-proċedimenti jistgħu jinġiebu kontra l-konsumatur f'dawk il-qrati biss.

_________________

_________________

22 Ir-Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali (Ruma I) (ĠU L 177, 4.7.2008, p. 6).

22 Ir-Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali (Ruma I) (ĠU L 177, 4.7.2008, p. 6).

23 Ir-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (ĠU L 351, 20.12.2012, p. 1).

23 Ir-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (ĠU L 351, 20.12.2012, p. 1).

Emenda     12

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  Dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa l-atti tad-dritt tal-Unjoni dwar il-kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet ċivili, b'mod partikolari d-dispożizzjonijiet dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali u dwar il-ġurisdizzjoni stabbiliti fir-Regolamenti (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill24 u (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill25, inkluż l-applikazzjoni ta' dawk l-atti u dawk id-dispożizzjonijiet f'każijiet individwali. B'mod partikolari, is-sempliċi fatt li negozjant jaġixxi skont id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament ma għandux jiġi interpretat li jimplika li hu jidderieġi l-attivitajiet tiegħu lejn l-Istat Membru tal-konsumatur għall-fini ta' din l-applikazzjoni.

(10)  Jenħtieġ li dan ir-Regolament ikun mingħajr preġudizzju għal-liġi tal-Unjoni dwar il-kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet ċivili, b'mod partikolari d-dispożizzjonijiet dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali u dwar il-ġurisdizzjoni tal-qrati stabbiliti fir-Regolamenti (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill24 u (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill25, inkluż l-applikazzjoni ta' dawk l-atti u dawk id-dispożizzjonijiet f'każijiet individwali. B'mod partikolari, iċ-ċarezza legali hija meħtieġa fir-rigward tat-tifsira ta' "tmexxija ta' attività" u jenħtieġ li s-sempliċi fatt li negozjant jaġixxi f'konformità mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament ma jiġix interpretat li jimplika li hu jidderieġi l-attivitajiet tiegħu lejn l-Istat Membru tal-konsumatur, fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 593/2008, u tal-Artikolu 17(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012, f'konformità mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. Is-sempliċi fatt li n-negozjant ma jimblukkax jew ma jillimitax l-aċċess għall-interfaċċa online tiegħu għall-konsumaturi minn Stat Membru ieħor jew ma japplikax kundizzjonijiet ġenerali differenti ta' aċċess fil-każijiet stipulati f'dan ir-Regolament jew ma japplikax kundizzjonijiet differenti għal tranżazzjonijiet ta' pagament fil-firxa ta' mezzi ta' pagament, jenħtieġ li ma jitqiesx bħala li jidderieġi l-attivitajiet tiegħu lejn l-Istat Membru tal-konsumatur. Intenzjoni li jidderieġi attività lejn l-Istat Membru tal-konsumatur ma tistax titqies li tkun ġiet espressa biss fejn in-negozjant ikun konformi mal-obbligi legali stabbiliti f'dan ir-Regolament. Meta negozjant jidderieġi l-attivitajiet tiegħu lejn l-Istat Membru ta' konsumatur anke meta dan l-immirar kummerċjali ma jkunx imsemmi b'mod espliċitu mill-interfaċċa online tan-negozjant, il-konsumaturi jenħtieġ li madankollu ma jitilfux il-benefiċċju mir-Regolament (KE) Nru 593/2008 u mir-Regolament (UE) Nru 1215/2012, li jenħtieġ li jibqgħu applikabbli għall-finijiet taċ-ċertezza tad-dritt.

_________________

_________________

24 Ir-Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali (Ruma I) (ĠU L 177, 4.7.2008, p. 6).

24 Ir-Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali (Ruma I) (ĠU L 177, 4.7.2008, p. 6).

25 Ir-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (ĠU L 351, 20.12.2012, p. 1).

25 Ir-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (ĠU L 351, 20.12.2012, p. 1).

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 10a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10a)  F'sitwazzjonijiet li fihom negozjant madankollu jipprovdi aċċess għal konsumaturi għall-interfaċċa online tiegħu jew tagħha, mingħajr l-applikazzjoni ta' kundizzjonijiet ġenerali ta' aċċess differenti meta jbigħ prodotti jew jipprovdi servizzi, u li fih l-aċċettazzjoni ta' strumenti ta' pagament maħruġa fi Stat Membru ieħor ma tkunx immirata lejn l-Istat Membru fejn il-konsumatur ikollu r-residenza abitwali tiegħu jew tagħha, jenħtieġ li l-liġi applikabbli tkun dik tal-bejjiegħ.

Emenda     14

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  Ġeneralment, il-prattiki diskriminatorji li dan ir-Regolament għandu l-għan li jindirizza jseħħu permezz ta' termini ġenerali, kundizzjonijiet jew informazzjoni oħra stabbiliti u applikati minn jew f'isem in-negozjant ikkonċernat, bħala prekundizzjoni għall-ksib tal-aċċess għall-prodotti jew għas-servizzi inkwistjoni, u li huma disponibbli għall-pubbliku b'mod ġenerali. Dawn il-kundizzjonijiet ġenerali ta' aċċess jinkludu fost l-oħrajn prezzijiet, kundizzjonijiet ta' pagament u kundizzjonijiet ta' konsenja. Dawn jistgħu jsiru disponibbli għall-pubbliku ġenerali minn jew f'isem in-negozjant permezz ta' diversi mezzi, bħall-informazzjoni ppubblikata fir-reklami, fuq is-siti web jew fuq dokumentazzjoni prekuntrattwali jew kuntrattwali. Dawn il-kundizzjonijiet japplikaw fin-nuqqas ta' ftehim bil-kontra nnegozjat b'mod individwali magħmul b'mod dirett bejn in-negozjant u l-klijent. Il-patti u l-kundizzjonijiet li huma nnegozjati b'mod individwali bejn in-negozjant u l-klijenti ma għandhomx jitqiesu bħala kundizzjonijiet ġenerali tal-aċċess għall-finijiet ta' dan ir-Regolament.

(11)  Ġeneralment, il-prattiki diskriminatorji li dan ir-Regolament għandu l-għan li jindirizza jseħħu permezz ta' termini ġenerali, kundizzjonijiet jew informazzjoni oħra stabbiliti u applikati minn jew f'isem in-negozjant ikkonċernat, bħala prekundizzjoni għall-ksib tal-aċċess għall-prodotti jew għas-servizzi inkwistjoni, u li huma disponibbli għall-pubbliku b'mod ġenerali. Dawn il-kundizzjonijiet ġenerali ta' aċċess jinkludu fost l-oħrajn prezzijiet, kundizzjonijiet ta' pagament u kundizzjonijiet ta' konsenja. Dawn jistgħu jsiru disponibbli għall-pubbliku ġenerali minn jew f'isem in-negozjant permezz ta' diversi mezzi, bħall-informazzjoni ppubblikata fir-reklami, fuq is-siti web jew fuq dokumentazzjoni prekuntrattwali jew kuntrattwali. Dawn il-kundizzjonijiet japplikaw fin-nuqqas ta' ftehim bil-kontra nnegozjat b'mod individwali magħmul b'mod dirett bejn in-negozjant u l-konsumatur. Jenħtieġ li l-patti u l-kundizzjonijiet li huma nnegozjati b'mod individwali bejn in-negozjant u l-konsumaturi ma jitqisux bħala kundizzjonijiet ġenerali tal-aċċess għall-finijiet ta' dan ir-Regolament.

Emenda     15

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  Kemm il-konsumaturi kif ukoll l-impriżi għandhom jiġu ssalvagwardjati mid-diskriminazzjoni għal raġunijiet relatati man-nazzjonalità, mal-post tar-residenza jew mal-post ta' stabbiliment tagħhom meta jaġixxu bħala klijenti għall-finijiet ta' dan ir-Regolament. Madankollu, din il-protezzjoni ma għandhiex testendi għall-konsumaturi li qed jixtru prodott jew servizz għall-bejgħ mill-ġdid, peress li dan jaffettwa l-iskemi ta' distribuzzjoni użati b'mod wiesa' bejn l-impriżi f'kuntest minn negozju għal negozju, bħad-distribuzzjoni selettiva u esklużiva, li ġeneralment tippermetti lill-manifatturi jagħżlu l-bejjiegħa bl-imnut tagħhom, soġġetti għall-konformità mar-regoli dwar il-kompetizzjoni.

imħassar

Emenda     16

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  L-effetti għall-konsumaturi u fuq is-suq intern tat-trattament diskriminatorju b'rabta mat-tranżazzjonijiet kummerċjali relatati mal-bejgħ tal-prodotti jew mal-provvista tas-servizzi fi ħdan l-Unjoni huma l-istess, irrispettivament minn jekk in-negozjant huwiex stabbilit fi Stat Membru jew f'pajjiż terz. Għalhekk, u bl-għan li jiġi żgurat li n-negozjanti kompetituri jkunu soġġetti għall-istess rekwiżiti f'dan ir-rigward, il-miżuri stabbiliti f'dan ir-Regolament għandhom japplikaw bl-istess mod għan-negozjanti kollha li qed joperaw fi ħdan l-Unjoni.

(13)  L-effetti għall-konsumaturi u fuq is-suq intern tat-trattament diskriminatorju b'rabta mat-tranżazzjonijiet kummerċjali relatati mal-bejgħ tal-prodotti jew mal-provvista tas-servizzi fi ħdan l-Unjoni huma l-istess, irrispettivament minn jekk in-negozjant ikunx stabbilit fi Stat Membru jew f'pajjiż terz. Għalhekk, u bl-għan li jiġi żgurat li n-negozjanti kompetituri jkunu soġġetti għall-istess rekwiżiti f'dan ir-rigward, jenħtieġ li l-miżuri stabbiliti f'dan ir-Regolament japplikaw bl-istess mod għan-negozjanti kollha li jkunu qed joperaw fi ħdan l-Unjoni.

Emenda     17

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  Sabiex tiżdied il-possibbiltà għall-konsumaturi biex ikollhom aċċess għal informazzjoni relatata mal-bejgħ tal-prodotti u l-provvista tas-servizzi fis-suq intern u biex tiżdied it-trasparenza, inkluż fir-rigward tal-prezzijiet, in-negozjanti ma għandhomx, permezz tal-użu ta' miżuri teknoloġiċi jew b'xi mod ieħor, jimpedixxu lill-konsumaturi milli jkollhom aċċess sħiħ u ugwali għal interfaċċi online abbażi tan-nazzjonalità, tal-post tar-residenza jew tal-post tal-istabbiliment tagħhom. Dawn il-miżuri teknoloġiċi jistgħu jinkludu, b'mod partikolari, kwalunkwe teknoloġija użata biex tiddetermina l-post fiżiku tal-konsumatur, inkluż l-ittraċċar tiegħu permezz tal-indirizz tal-IP, il-koordinati miksuba permezz ta' sistema globali tan-navigazzjoni bis-satellita jew dejta relatata mat-tranżazzjoni tal-pagament. Madankollu, din il-projbizzjoni tad-diskriminazzjoni fir-rigward tal-aċċess għal interfaċċi online ma għandhiex tinftiehem li toħloq obbligu għan-negozjant li jidħol fi tranżazzjonijiet kummerċjali mal-konsumaturi.

(14)  Sabiex tiżdied il-possibbiltà għall-konsumaturi biex ikollhom aċċess għal informazzjoni relatata mal-bejgħ tal-prodotti u l-provvista tas-servizzi fis-suq intern u biex tiżdied it-trasparenza, inkluż fir-rigward tal-prezzijiet, jenħtieġ li n-negozjanti, permezz tal-użu ta' miżuri teknoloġiċi jew b'xi mod ieħor, ma jimpedixxux lill-konsumaturi milli jkollhom aċċess sħiħ u ugwali għal interfaċċi online abbażi tal-pajjiż ta' oriġini jew tal-post tar-residenza tagħhom. Jenħtieġ li l-aċċess għall-interfaċċi online fil-forma ta' applikazzjoni mobbli ma jkunx imblukkat bi kwalunkwe mod possibbli għall-konsumaturi jekk dawn jippreferu jaċċessaw l-interfaċċa online magħżula tagħhom bit-tali mezzi u negozjant joffri t-tali għażla fi Stat Membru. Miżuri teknoloġiċi li jipprevjenu tali aċċess jistgħu jinkludu, b'mod partikolari, kwalunkwe teknoloġija użata biex tiddetermina l-post fiżiku tal-konsumatur, inkluż l-indirizz tal-IP użat meta jsir aċċess għal interfaċċa online, il-koordinati miksuba permezz ta' sistema globali tan-navigazzjoni bis-satellita jew data relatata mat-tranżazzjoni tal-pagament. Madankollu, din il-projbizzjoni tad-diskriminazzjoni fir-rigward tal-aċċess għal interfaċċi online jenħtieġ li ma tinftiehemx li toħloq obbligu għan-negozjant li jidħol fi tranżazzjonijiet kummerċjali ma' konsumatur.

Emenda     18

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  Ċerti negozjanti joperaw verżjonijiet differenti tal-interfaċċi online tagħhom, li jimmiraw klijenti minn Stati Membri differenti. Filwaqt li dan għandu jibqa' possibbli, ir-ridirezzjonar ta' klijent minn verżjoni partikolari tal-interfaċċja online lejn verżjoni oħra mingħajr il-kunsens espliċitu tiegħu jew tagħha għandu jkun ipprojbit. Il-verżjonijiet kollha tal-interfaċċa online għandhom jibqgħu aċċessibbli b'mod faċli għall-konsumaturi l-ħin kollu.

(15)  Ċerti negozjanti joperaw verżjonijiet differenti tal-interfaċċi online tagħhom, li jimmiraw konsumaturi minn Stati Membri differenti. Filwaqt li jenħtieġ li dan jibqa' possibbli, ir-ridirezzjonar ta' konsumatur minn verżjoni partikolari tal-interfaċċa online lejn verżjoni oħra mingħajr il-kunsens espliċitu tiegħu jew tagħha jenħtieġ li jkun ipprojbit. Jenħtieġ li l-verżjonijiet kollha tal-interfaċċa online jibqgħu aċċessibbli b'mod faċli għall-konsumatur il-ħin kollu.

Emenda     19

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)  F'ċerti każijiet, l-imblukkar, l-illimitar tal-aċċess jew ir-ridirezzjonar mingħajr il-kunsens tal-klijenti lejn verżjoni alternattiva ta' interfaċċa online għal raġunijiet relatati man-nazzjonalità, mal-post tar-residenza jew mal-post tal-istabbiliment jistgħu jkunu neċessarji sabiex tiġi żgurata l-konformità ma' rekwiżit legali fid-dritt tal-Unjoni jew fil-liġijiet tal-Istati Membri skont id-dritt tal-Unjoni. Dawn il-liġijiet jistgħu jillimataw l-aċċess tal-klijenti għal ċerti prodotti jew servizzi, pereżempju billi jipprojbixxu l-wiri ta' kontenut speċifiku f'ċerti Stati Membri. In-negozjanti ma għandhomx jitwaqqfu milli jikkonformaw ma' dawn ir-rekwiżiti u b'hekk ikunu jistgħu jimblukkaw, jillimitaw l-aċċess jew jidderieġu mill-ġdid ċerti klijenti jew klijenti f'ċerti territorji lejn interfaċċa online, sa fejn dak ikun meħtieġ għal din ir-raġuni.

(16)  F'ċerti każijiet, l-imblukkar, il-limitazzjoni tal-aċċess jew ir-ridirezzjonar mingħajr il-kunsens tal-konsumatur lejn verżjoni alternattiva ta' interfaċċa online għal raġunijiet relatati mal-pajjiż ta' oriġini tal-konsumatur jew mal-post tar-residenza jistgħu jkunu ġustifikati biss jekk ikun meħtieġ li tiġi żgurata l-konformità ma' rekwiżit legali fid-dritt tal-Unjoni jew fil-liġijiet ta' Stat Membru skont id-dritt tal-Unjoni li miegħu in-negozjant jeħtieġlu jikkonforma meta jwettaq attivitajiet kummerċjali fl-Istat Membru kkonċernat. Dawn il-liġijiet jistgħu jillimitaw l-aċċess tal-konsumaturi għal ċerti prodotti jew servizzi, pereżempju billi jipprojbixxu l-wiri ta' kontenut speċifiku f'ċertu Stat Membru. Jenħtieġ li n-negozjanti ma jitwaqqfux milli jikkonformaw ma' dawn ir-rekwiżiti u b'hekk jenħtieġ li jkunu jistgħu jimblukkaw jew jillimitaw l-aċċess jew jidderieġu mill-ġdid ċerti konsumaturi jew konsumaturi f'ċerti territorji lejn interfaċċa online, sa fejn dak jista' jkun meħtieġ għal dik ir-raġuni. F'dan ir-rigward, il-konsumatur jenħtieġ li jiġi nnotifikat fuq interfaċċa online dwar il-fini tal-imblukkar, il-limitazzjoni jew il-bidla fid-direzzjoni għal verżjoni alternattiva ta' interfaċċa online.

Emenda     20

Proposta għal regolament

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)  F'numru ta' sitwazzjonijiet speċifiċi, kull differenza fit-trattament tal-konsumaturi permezz tal-applikazzjoni tal-kundizzjonijiet ġenerali tal-aċċess, inklużi rifjuti diretti li jinbiegħu l-prodotti jew li jiġu pprovduti s-servizzi għal raġunijiet relatati man-nazzjonalità, mal-post tar-residenza u mal-post tal-istabbiliment tal-konsumaturi ma tistax tiġi ġġustifikata b'mod oġġettiv. F'dawn is-sitwazzjonijiet, kull diskriminazzjoni bħal din għandha tiġi pprojbita u l-klijenti għandhom konsegwentement ikunu intitolati, skont il-kundizzjonijiet speċifiċi stabbiliti f'dan ir-Regolament, biex jidħlu fi tranżazzjonijiet kummerċjali bl-istess kundizzjonijiet bħal klijent lokali u jkollhom aċċess sħiħ u l-istess aċċess għal kwalunkwe wieħed mill-prodotti jew is-servizzi differenti offruti irrispettivament min-nazzjonalità, mill-post tar-residenza jew mill-post tal-istabbiliment tagħhom. Għalhekk, fejn meħtieġ, jenħtieġ li negozjant jieħu miżuri biex tiġi żgurata l-konformità ma' din il-projbizzjoni tad-diskriminazzjoni f'każ li l-klijenti kkonċernati jkunu preklużi milli jkollhom aċċess sħiħ u ugwali bħal dan. Madankollu, il-projbizzjoni applikabbli f'dawk is-sitwazzjonijiet ma għandhiex tinftiehem li tipprekludi lin-negozjanti milli jidderieġu l-attivitajiet tagħhom lejn Stati Membri differenti jew lejn ċerti gruppi ta' klijenti b'offerti mmirati u b'patti u kundizzjonijiet differenti, inkluż permezz tal-istabbiliment ta' interfaċċi online speċifiċi għall-pajjiż.

(17)  F'numru ta' sitwazzjonijiet speċifiċi, kwalunkwe differenza fit-trattament tal-konsumaturi permezz tal-applikazzjoni tal-kundizzjonijiet ġenerali tal-aċċess, inklużi rifjuti diretti li jinbiegħu l-prodotti, l-aċċettazzjoni ta' ċerti tranżazzjonijiet finanzjarji li jkunu uffiċjalment iddikjarati minn negozjant jew li jiġu pprovduti s-servizzi għal raġunijiet relatati mal-pajjiż ta' oriġini tal-konsumatur jew mal-post tar-residenza tal-konsumatur ma tistax tiġi ġġustifikata b'mod oġġettiv. F'dawn is-sitwazzjonijiet, jenħtieġ li kull diskriminazzjoni bħal din tiġi pprojbita u jenħtieġ li l-konsumaturi konsegwentement ikunu intitolati, skont il-kundizzjonijiet speċifiċi stabbiliti f'dan ir-Regolament, li jidħlu fi tranżazzjonijiet kummerċjali bl-istess kundizzjonijiet bħal konsumatur lokali u jkollhom aċċess sħiħ u l-istess aċċess għal kwalunkwe wieħed mill-prodotti jew is-servizzi differenti offruti irrispettivament mill-pajjiż ta' oriġini jew mill-post tar-residenza tagħhom. Għalhekk, fejn meħtieġ, jenħtieġ li n-negozjanti jieħdu miżuri biex tiġi żgurata l-konformità ma' din il-projbizzjoni tad-diskriminazzjoni f'każ li l-konsumaturi kkonċernati jkunu preklużi milli jkollhom aċċess sħiħ u ugwali bħal dan.

Emenda     21

Proposta għal regolament

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)  L-ewwel waħda minn dawn is-sitwazzjonijiet hija fejn in-negozjant ibigħ il-prodotti u ma jkun hemm l-ebda konsenja transfruntiera ta' dawk il-prodotti minn jew f'isem in-negozjant lejn l-Istat Membru fejn jgħix il-klijent. F'din is-sitwazzjoni l-konsumatur għandu jkun jista' jixtri l-prodotti, eżattament bl-istess kundizzjonijiet, inklużi l-prezz u l-kundizzjonijiet relatati mal-konsenja tal-prodotti, bħall-konsumaturi simili li huma residenti tal-Istat Membru tan-negozjant. Dan jista' jfisser li klijent barrani jkollu jiġbor il-prodotti f'dak l-Istat Membru, jew fi Stat Membru differenti li n-negozjant ikun jikkonsenja fih. F'din is-sitwazzjoni, m'hemmx bżonn li wieħed jirreġistra għat-taxxa fuq il-valur miżjud ("VAT") fl-Istat Membru tal-klijent u lanqas jagħmel arranġamenti għall-konsenja transfruntiera tal-prodotti.

(18)  L-ewwel waħda minn dawn is-sitwazzjonijiet hija fejn in-negozjant ibigħ il-prodotti u ma jkun hemm l-ebda konsenja transfruntiera ta' dawk il-prodotti minn jew f'isem in-negozjant lejn l-Istat Membru fejn jgħix il-konsumatur. F'din is-sitwazzjoni jenħtieġ li l-konsumatur ikun jista' jixtri l-prodotti, eżattament bl-istess kundizzjonijiet, inklużi l-prezz u l-kundizzjonijiet relatati mal-konsenja tal-prodotti, bħall-konsumaturi simili li huma residenti tal-Istat Membru tan-negozjant. Dan jista' jfisser li l-konsumatur barrani jkollu jiġbor il-prodotti f'dak l-Istat Membru, jew fi Stat Membru differenti li n-negozjant ikun jikkonsenja fih. F'din is-sitwazzjoni, in-negozjant ma għandu ebda obbligu li jkopri xi spiża addizzjonali tal-konsenja transfruntiera. Barra minn hekk, m'hemmx bżonn li wieħed jirreġistra għat-taxxa fuq il-valur miżjud ("VAT") fl-Istat Membru tal-konsumatur u lanqas jagħmel arranġamenti għall-konsenja transfruntiera tal-prodotti.

Emenda    22

Proposta għal regolament

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19)  It-tieni sitwazzjoni hija meta n-negozjant jipprovdi servizzi forniti b'mod elettroniku, għajr servizzi li l-karatteristika prinċipali tagħhom tkun l-għoti ta' aċċess għal u l-użu ta' xogħlijiet protetti bid-dritt tal-awtur jew materjal protett ieħor, bħas-servizzi "cloud", is-servizzi tal-maħżen virtwali tad-dejta, l-ospitar tas-sit web u l-provvista tal-firewalls. F'dan il-każ, mhija meħtieġa l-ebda konsenja fiżika, peress li s-servizzi qed jiġu forniti b'mod elettroniku. In-negozjant jista' jiddikjara u jħallas il-VAT b'mod issimplifikat skont ir-regoli dwar il-VAT tal-Mini-One-Stop-Shop (MOSS) stabbiliti fir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 282/2011.

(19)  It-tieni sitwazzjoni hija meta n-negozjant jipprovdi servizzi forniti b'mod elettroniku, għajr servizzi awdjoviżivi li l-karatteristika prinċipali tagħhom tkun l-għoti ta' aċċess għal xogħlijiet protetti bid-dritt tal-awtur jew materjal tematiku protett ieħor u l-użu tagħhom, bħas-servizzi tan-netwerking soċjali, is-servizzi "cloud", is-servizzi tal-maħżen virtwali tad-data, l-ospitar tas-sit web u l-provvista tal-firewalls. F'dan il-każ, mhija meħtieġa l-ebda konsenja fiżika, peress li s-servizzi jkunu qed jiġu forniti b'mod elettroniku. In-negozjant jista' jiddikjara u jħallas il-VAT b'mod simplifikat skont ir-regoli dwar il-VAT tal-Mini-One-Stop-Shop (MOSS) stabbiliti fir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 282/2011.

Emenda    23

Proposta għal regolament

Premessa 19a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19a)  Meta negozjant b'mod elettroniku jipprovdi xogħlijiet mhux awdjoviżivi protetti mid-drittijiet tal-awtur jew servizzi li mhumiex koperti mid-Direttiva 2010/13/UE, inklużi kotba elettroniċi, softwer, logħob tal-kompjuter u mużika, li fir-rigward tagħhom in-negozjant ikollu d-drittijiet jew ikun kiseb liċenzja biex juża tali kontenut għat-territorji rilevanti kollha, jenħtieġ li hu jew hi jiġu esklużi bl-istess mod milli jiddiskriminaw fuq il-bażi tal-pajjiż tal-oriġini jew il-post ta' residenza tal-konsumatur.

Emenda     24

Proposta għal regolament

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20)  Fl-aħħar nett, fis-sitwazzjoni fejn in-negozjant jipprovdi s-servizzi u dawk is-servizzi jiġu rċevuti mill-konsumatur fil-post ta' jew f'lokazzjoni magħżula min-negozjant u li hija differenti mill-Istat Membru li l-konsumatur huwa ċittadin fih jew li fih il-konsumatur għandu l-post tar-residenza jew il-post tal-istabbiliment, l-applikazzjoni tal-kundizzjonijiet ġenerali differenti ta' aċċess għal raġunijiet relatati ma' dawn il-kriterji ma għandhiex tiġi ġustifikata lanqas. Dawn is-sitwazzjonijiet jikkonċernaw, skont kif ikun il-każ, l-għoti tas-servizzi bħall-akkomodazzjoni f'lukanda, avvenimenti sportivi, kiri tal-karozzi, u biljetti tad-dħul għal festivals tal-mużika jew parks ta' divertiment. F'dawn is-sitwazzjonijiet, in-negozjant ma għandux għalfejn jirreġistra għall-VAT fi Stat Membru ieħor u lanqas ma għandu għalfejn jagħmel arranġamenti għall-konsenja transfruntiera tal-prodotti.

(20)  Fl-aħħar nett, fis-sitwazzjoni fejn in-negozjant jipprovdi s-servizzi u dawk is-servizzi jiġu rċevuti mill-konsumatur fil-post tan-negozjant jew f'lokazzjoni magħżula minnu li hija differenti mill-Istat Membru li l-konsumatur ikun ċittadin tiegħu jew li fih il-konsumatur ikollu l-post tar-residenza tiegħu jew tagħha, jenħtieġ li l-applikazzjoni ta' kundizzjonijiet ġenerali differenti ta' aċċess għal raġunijiet relatati ma' tali kriterji ma tiġix ġustifikata lanqas. Dawn is-sitwazzjonijiet jikkonċernaw, skont kif ikun il-każ, il-forniment ta' servizzi bħal akkomodazzjoni f'lukanda, avvenimenti sportivi, kiri ta' karozzi, u biljetti tad-dħul għal festivals tal-mużika jew parks ta' divertiment. F'dawn is-sitwazzjonijiet, in-negozjant ma jeħtiġlux jirreġistra għall-VAT fi Stat Membru ieħor u lanqas jagħmel arranġamenti għall-konsenja transfruntiera tal-prodotti.

Emenda    25

Proposta għal regolament

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21)  F'dawn is-sitwazzjonijiet kollha, bis-saħħa tad-dispożizzjonijiet dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali u dwar il-ġurisdizzjoni stabbiliti fir-Regolamenti (KE) Nru 593/2008 u (UE) 1215/2012, fejn negozjant ma jwettaqx l-attivitajiet tiegħu fl-Istat Membru tal-konsumatur jew ma jidderiġix l-attivitajiet tiegħu hemm, jew fejn il-klijent mhuwiex konsumatur, il-konformità ma' dan ir-Regolament ma timplika l-ebda spiża addizzjonali għan-negozjant assoċjata ma' ġurisdizzjoni jew ma' differenzi fil-liġi applikabbli. Fejn, b'kuntrast, negozjant iwettaq l-attivitajiet tiegħu fl-Istat Membru tal-konsumatur jew jidderieġi l-attivitajiet tiegħu hemm, in-negozjant ikun immanifesta l-intenzjoni tiegħu li jistabbilixxi relazzjonijiet kummerċjali mal-konsumaturi minn dak l-Istat Membru u b'hekk kien kapaċi jieħu kont ta' kwalunkwe spiża bħal din.

(21)  F'dawn is-sitwazzjonijiet kollha, bis-saħħa tad-dispożizzjonijiet dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali u dwar il-ġurisdizzjoni stabbiliti fir-Regolamenti (KE) Nru 593/2008 u (UE) Nru 1215/2012, fejn negozjant ma jwettaqx l-attivitajiet tiegħu fl-Istat Membru tal-konsumatur jew ma jidderiġix attivament l-attivitajiet tiegħu hemm, jew fejn il-konsumatur mhuwiex konsumatur, il-konformità ma' dan ir-Regolament ma timplika l-ebda spiża addizzjonali għan-negozjant assoċjata ma' ġurisdizzjoni jew ma' differenzi fil-liġi applikabbli. Fejn, b'kuntrast, negozjant iwettaq l-attivitajiet tiegħu fl-Istat Membru tal-konsumatur jew jidderieġi l-attivitajiet tiegħu hemm, fost l-oħrajn bl-użu tal-lingwa, possibilment, skont il-lingwa, flimkien ma' kriterji oħra, jew b'referenza għal munita jew permezz ta' prominenza f'riżultati ta' magni tat-tiftix lokali, fejn jimmanifesta l-intenzjoni tiegħu jew tagħha li jistabbilixxi relazzjonijiet kummerċjali mal-konsumaturi minn dak l-Istat Membru, jeħtieġ li hu jew hi jkunu kapaċi jieħdu kont ta' kwalunkwe spiża bħal din. Jenħtieġ li l-projbizzjoni ta' diskriminazzjoni skont dan ir-Regolament ma tinftiehemx bħala obbligu li l-prodotti jitwasslu minn Stat Membru għal ieħor b'mod transfruntier meta n-negozjant b'xi mod ma joffrix il-possibbiltà ta' tali konsenja lill-konsumaturi tiegħu, u lanqas bħala obbligu li n-negozjant jieħu lura prodotti fi Stat Membru ieħor, jew iġarrab spejjeż addizzjonali f'dan ir-rigward, meta b'xi mod ma jkollux tali obbligu.

Emenda     26

Proposta għal regolament

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22)  In-negozjanti li jaqgħu taħt l-iskema speċjali prevista fil-Kapitolu 1 tat-Titolu XII tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE27 mhumiex obbligati jħallsu l-VAT. Għal dawk in-negozjanti, meta jipprovdu s-servizzi elettronikament, il-projbizzjoni tal-applikazzjoni ta' kundizzjonijiet ġenerali differenti ta' aċċess għal raġunijiet marbuta man-nazzjonalità, mal-post tar-residenza jew mal-post tal-istabbiliment tal-klijent timplika rekwiżit ta' reġistrazzjoni sabiex jitqies il-VAT ta' Stati Membri oħra u tista' timplika xi spejjeż addizzjonali, li jkunu piż sproporzjonat, meta wieħed iqis id-daqs u l-karatteristiċi tan-negozjanti kkonċernati. Għalhekk, dawk in-negozjanti għandhom ikunu eżentati minn dik il-projbizzjoni għall-perjodu ta' żmien li tkun applikabbli skema bħal din.

(22)  In-negozjanti li jaqgħu taħt l-iskema speċjali prevista fil-Kapitolu 1 tat-Titolu XII tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE27 mhumiex obbligati jħallsu l-VAT. Għal dawk in-negozjanti, meta jipprovdu s-servizzi elettronikament, il-projbizzjoni tal-applikazzjoni ta' kundizzjonijiet ġenerali differenti ta' aċċess għal raġunijiet marbuta mal-pajjiż tar-residenza jew mal-post tar-residenza tal-konsumatur huwa mistenni li timplika rekwiżit ta' reġistrazzjoni sabiex jitqies il-VAT ta' Stati Membri oħra u tista' timplika xi spejjeż addizzjonali, li jkunu piż sproporzjonat, meta wieħed iqis id-daqs u l-karatteristiċi tan-negozjanti kkonċernati. Għalhekk, jenħtieġ li dawk in-negozjanti jkunu eżentati minn dik il-projbizzjoni għall-perjodu ta' żmien li waqtu tkun applikabbli tali skema.

_________________

_________________

27 Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta' Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1–118)

27 Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta' Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1–118)

Emenda     27

Proposta għal regolament

Premessa 23

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(23)  F'dawk is-sitwazzjonijiet kollha, in-negozjanti f'xi każijiet jistgħu jinżammu milli jbigħu l-prodotti jew milli jipprovdu s-servizzi lil ċerti klijenti jew lill-klijenti f'ċerti territorji, għal raġunijiet marbuta man-nazzjonalità, mal-post tar-residenza jew mal-post tal-istabbiliment tal-klijent, b'konsegwenza ta' projbizzjoni speċifika jew ta' rekwiżit stipulat fid-dritt tal-Unjoni jew fil-liġijiet ta' xi Stati Membri skont id-dritt tal-Unjoni. Il-liġijiet tal-Istati Membri jistgħu jirrikjedu wkoll, skont id-dritt tal-Unjoni, li n-negozjanti jirrispettaw ċerti regoli dwar l-ipprezzar tal-kotba. In-negozjanti ma għandhomx jitwaqqfu milli jikkonformaw ma' dawn il-liġijiet sa fejn ikun meħtieġ.

(23)  F'dawk is-sitwazzjonijiet, in-negozjanti f'xi każijiet jistgħu jinżammu milli jbigħu l-prodotti jew milli jipprovdu s-servizzi lil ċerti konsumaturi jew lil konsumaturi f'ċerti territorji, b'konsegwenza ta' projbizzjoni speċifika jew ta' rekwiżit stipulat fid-dritt tal-Unjoni jew fil-liġijiet ta' xi Stati Membri skont id-dritt tal-Unjoni. Il-liġijiet tal-Istati Membri jistgħu jirrikjedu wkoll, skont id-dritt tal-Unjoni, li n-negozjanti jirrispettaw ċerti regoli dwar l-ipprezzar tal-kotba. Barra minn hekk, il-liġijiet tal-Istati Membri jistgħu jirrekjedu li jenħtieġ li pubblikazzjonijiet forniti elettronikament ikunu jistgħu jibbenefikaw mill-istess trattament bir-rata tal-VAT preferenzjali bħal pubblikazzjonijiet fuq kwalunkwe mezz ta' appoġġ fiżiku, f'konformità mal-proposta għal Direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/112/KE, fir-rigward tar-rati tat-taxxa fuq il-valur miżjud applikata għall-kotba, għall-gazzetti u għar-rivisti. Jenħtieġ li n-negozjanti ma jitwaqqfux milli jikkonformaw ma' dawn il-liġijiet sa fejn ikun meħtieġ u sakemm il-prinċipji u l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u d-drittijiet fundamentali stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, jiġu rispettati.

Emenda     28

Proposta għal regolament

Premessa 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26)  Dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa l-applikazzjoni tar-regoli dwar il-kompetizzjoni, u b'mod partikolari l-Artikoli 101 u 102 TFUE. Ftehimiet li jimponu fuq in-negozjanti obbligi biex ma jinvolvux ruħhom f'bejgħ passiv fis-sens tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 330/201029 lil ċerti klijenti jew klijenti f'ċerti territorji huma meqjusa b'mod ġenerali restrittivi għall-kompetizzjoni u ma jistgħux normalment jiġu eżentati mill-projbizzjoni stabbilita fl-Artikolu 101(1) TFUE. Anki meta ma jaqgħux taħt l-Artikolu 101 TFUE, fil-kuntest tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, dawn ifixklu l-funzjonament xieraq tas-suq intern u jistgħu jintużaw biex jiġu evitati d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament. Id-dispożizzjonijiet rilevanti ta' dawn il-ftehimiet u ta' ftehimiet oħrajn fir-rigward tal-bejgħ passiv li jirrikjedu lin-negozjant jaġixxi bi ksur ta' dan ir-Regolament għandhom għalhekk ikunu awtomatikament nulli. Madankollu, dan ir-Regolament, u b'mod partikolari d-dispożizzjonijiet tiegħu dwar l-aċċess għall-prodotti u s-servizzi, ma għandux jaffettwa l-ftehimiet li jirrestrinġu l-bejgħ attiv fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 330/2010.

(26)  Jenħtieġ li dan ir-Regolament ma jaffettwax l-applikazzjoni tar-regoli dwar il-kompetizzjoni, u b'mod partikolari l-Artikoli 101 u 102 tat-TFUE. Ftehimiet li jimponu fuq in-negozjanti obbligi biex ma jinvolvux ruħhom f'bejgħ passiv fis-sens tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 330/201029 lil ċerti konsumaturi jew konsumaturi f'ċerti territorji huma meqjusa b'mod ġenerali restrittivi għall-kompetizzjoni u ma jistgħux normalment jiġu eżentati mill-projbizzjoni stabbilita fl-Artikolu 101(1) tat-TFUE. Anki meta ma jaqgħux taħt l-Artikolu 101 tat-TFUE, fil-kuntest tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, dawn ifixklu l-funzjonament xieraq tas-suq intern u jistgħu jintużaw biex jiġu evitati d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament. Id-dispożizzjonijiet rilevanti ta' tali ftehimiet u ta' ftehimiet oħrajn fir-rigward tal-bejgħ passiv li jirrikjedu lin-negozjant jaġixxi bi ksur ta' dan ir-Regolament għalhekk jenħtieġ li jkunu awtomatikament nulli. Madankollu, jenħtieġ li dan ir-Regolament, u b'mod partikolari d-dispożizzjonijiet tiegħu dwar l-aċċess għall-prodotti u s-servizzi, ma jaffettwax il-ftehimiet li jirrestrinġu l-bejgħ attiv fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 330/2010.

_________________

_________________

29 Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 330/2010 tal-20 ta' April 2010 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 101(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għal kategoriji ta' akkordji vertikali u prattiċi miftiehma (ĠU L 102, 23.4.2010, p. 1).

29 Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 330/2010 tal-20 ta' April 2010 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 101(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għal kategoriji ta' akkordji vertikali u prattiċi miftiehma (ĠU L 102, 23.4.2010, p. 1).

Emenda     29

Proposta għal regolament

Premessa 27

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27)  L-Istati Membri għandhom jaħtru korp wieħed jew iżjed responsabbli għat-teħid ta' azzjoni effettiva biex tiġi mmonitorjata u żgurata l-konformità mad-dispożizzjoni ta' dan ir-Regolament. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li jkunu jistgħu jiġu imposti pieni effettivi, proporzjonati u dissważivi fuq in-negozjanti fil-każ ta' kwalunkwe ksur ta' dan ir-Regolament.

(27)  Jenħtieġ li l-Istati Membri jaħtru korp responsabbli wieħed jew iżjed bis-setgħat meħtieġa sabiex jieħu azzjoni effettiva biex tiġi mmonitorjata u żgurata l-konformità mad-dispożizzjoni ta' dan ir-Regolament. Jenħtieġ ukoll li l-Istati Membri jiżguraw li jkunu jistgħu jiġu imposti penali effettivi, proporzjonati u dissważivi fuq in-negozjanti fil-każ ta' kwalunkwe ksur ta' dan ir-Regolament.

Emenda     30

Proposta għal regolament

Premessa 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28)  Il-konsumaturi għandhom ikunu fil-pożizzjoni li jirċievu assistenza mill-awtoritajiet responsabbli li tiffaċilita r-riżoluzzjoni tal-kunflitti man-negozjanti, li tirriżulta mill-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, inkluż permezz ta' formola tal-ilmenti uniformi.

(28)  Jenħtieġ li l-konsumaturi jkunu fil-pożizzjoni li jirċievu assistenza mill-korpi responsabbli li tiffaċilita r-riżoluzzjoni tal-kunflitti man-negozjanti, li tirriżulta mill-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, inkluż permezz ta' formola tal-ilmenti uniformi.

Emenda     31

Proposta għal regolament

Premessa 29

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(29)  Dan ir-Regolament għandu jiġi evalwat regolarment, bil-għan li jiġu proposti l-emendi meta jkun hemm bżonn. L-ewwel evalwazzjoni għandha tikkonċentra, b'mod partikolari, fuq il-possibbiltà li l-projbizzjoni tal-Artiklu 4(1)(b) tiġi estiża għal servizzi forniti elettronikament, li l-karatteristika prinċipali tagħhom tkun l-għoti ta' aċċess għal u l-użu ta' xogħlijiet protetti bid-dritt tal-awtur jew suġġetti oħrajn protetti, dejjem jekk in-negozjant ikollu d-drittijiet meħtieġa għat-territorji rilevanti.

(29)  Jenħtieġ li dan ir-Regolament jiġi evalwat regolarment, bl-għan li jiġu proposti emendi meta jkun hemm bżonn. Jenħtieġ li l-ewwel evalwazzjoni tikkonċentra, fuq analiżi ta' sitwazzjonijiet li fihom id-differenzi fit-trattament ma jistgħux jiġu ġustifikati taħt id-Direttiva 2006/123/KE, b'mod partikolari, fuq il-possibbiltà li l-applikazzjoni tal-Artiklu 4(1)(b) tiġi estiża għal servizzi forniti elettronikament u għal prodotti mhux tanġibbli, li l-karatteristika prinċipali tagħhom tkun l-għoti ta' aċċess għal xogħlijiet u servizzi awdjoviżivi protetti bid-dritt tal-awtur jew materjal tematiku ieħor protett u l-użu tagħhom, li fir-rigward tagħhom in-negozjant ikollu d-drittijiet jew ikun kiseb il-liċenzji għall-użu ta' tali kontenut għat-territorji rilevanti kollha, sakemm ikun hemm rieżami komprensiv tal-leġiżlazzjoni li taffettwa dawk is-servizzi, bil-ħsieb ta' estensjoni possibbli għal każijiet oħra, kif ukoll l-iżvilupp ta' prezzijiet tal-konsumatur u l-poter tal-akkwist fis-Suq Uniku skont dan ir-Regolament. Jenħtieġ li barra minn hekk tqis l-iżviluppi legali u teknoloġiċi fl-Istati Membri fir-rigward tar-riforma tad-drittijiet tal-awtur, tas-settur tas-servizzi awdjoviżivi u tal-forniment ta' portabbiltà transfruntiera ta' servizzi ta' kontenut online għal abbonati li temporanjament ma jkunux preżenti fl-Istat Membru ta' residenza tagħhom. Jenħtieġ li l-ewwel evalwazzjoni tikkunsidra wkoll l-estensjoni possibbli tal-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għas-servizzi finanzjarji, is-servizzi tat-trasport jew is-servizzi tas-saħħa. Jenħtieġ li l-fornituri tas-servizzi awdjoviżivi jikkooperaw fl-evalwazzjoni sabiex jivvalutaw jekk l-inklużjoni ta' dawk is-servizzi fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament twassalx għall-evoluzzjoni ta' mudelli tan-negozju li huma aktar effiċjenti minn dawk li jintużaw attwalment.

Emenda     32

Proposta għal regolament

Premessa 30

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(30)  Bl-għan li jiġi ffaċilitat l-infurzar effettiv tar-regoli stabbiliti f'dan ir-Regolament, il-mekkaniżmi sabiex tiġi żgurata l-kooperazzjoni transfruntiera bejn l-awtoritajiet kompetenti previsti fir-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill30 għandhom ikunu disponibbli wkoll fir-rigward ta' dawn ir-regoli. Madankollu, peress li r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 japplika biss fir-rigward tal-liġijiet li jipproteġu l-interessi tal-konsumaturi, dawn il-miżuri għandhom ikunu disponibbli biss meta l-klijent ikun konsumatur. Ir-Regolament (KE) Nru 2006/2004 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(30)  Bl-għan li jiġi ffaċilitat l-infurzar effettiv tar-regoli stabbiliti f'dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-mekkaniżmi sabiex tiġi żgurata l-kooperazzjoni transfruntiera bejn l-awtoritajiet kompetenti previsti fir-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill30 ikunu disponibbli wkoll fir-rigward ta' dawn ir-regoli. Madankollu, peress li r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 japplika biss fir-rigward tal-liġijiet li jipproteġu l-interessi tal-konsumaturi, jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 jiġi emendat kif meħtieġ.

_________________

_________________

30 Ir-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ottubru 2004 dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi (ir-Regolament dwar kooperazzjoni fil-protezzjoni tal-konsumaturi) (ĠU L 364, 9.12.2004, p. 1).

30 Ir-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ottubru 2004 dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi (ir-Regolament dwar kooperazzjoni fil-protezzjoni tal-konsumaturi) (ĠU L 364, 9.12.2004, p. 1).

Emenda     33

Proposta għal regolament

Premessa 33

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(33)  Sabiex jintlaħaq l-għan li tiġi indirizzata b'mod effettiv id-diskriminazzjoni diretta jew indiretta abbażi tan-nazzjonalità, tal-post tar-residenza jew tal-post tal-istabbiliment tal-konsumaturi, huwa xieraq li jiġi adottat Regolament, li japplika b'mod dirett fl-Istati Membri kollha. Dan huwa neċessarju sabiex tiġi ggarantita l-applikazzjoni uniformi tar-regoli dwar in-nondiskriminazzjoni madwar l-Unjoni u d-dħul fis-seħħ tagħhom fl-istess ħin. Regolament biss jiżgura l-grad ta' ċarezza, uniformità u ċertezza legali li hija meħtieġa sabiex il-klijenti jkunu jistgħu jibbenefikaw bis-sħiħ minn dawn ir-regoli.

(33)  Sabiex jintlaħaq l-għan li tiġi indirizzata b'mod effettiv id-diskriminazzjoni diretta jew indiretta abbażi tal-pajjiż ta' oriġini jew tal-post tar-residenza tal-konsumaturi, huwa xieraq li jiġi adottat Regolament, li japplika b'mod dirett fl-Istati Membri kollha. Dan huwa neċessarju sabiex tiġi ggarantita l-applikazzjoni uniformi tar-regoli dwar in-nondiskriminazzjoni madwar l-Unjoni u d-dħul fis-seħħ tagħhom fl-istess ħin. Regolament biss jiżgura l-grad ta' ċarezza, uniformità u ċertezza legali li hija meħtieġa sabiex il-konsumaturi jkunu jistgħu jibbenefikaw bis-sħiħ minn dawn ir-regoli.

Emenda     34

Proposta għal regolament

Premessa 34

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(34)  Peress li l-għan ta' dan ir-Regolament, jiġifieri l-prevenzjoni tad-diskriminazzjoni diretta u indiretta abbażi tan-nazzjonalità, tal-post tar-residenza jew tal-lok temporanju, jew tal-post tal-istabbiliment tal-konsumaturi, inkluż l-imblukkar ġeografiku fi tranżazzjonijiet kummerċjali ma' negozjanti fi ħdan l-Unjoni, ma jistax jinkiseb b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri, minħabba n-natura transfruntiera tal-problema u ċ-ċarezza insuffiċjenti tal-qafas legali eżistenti, iżda minflok jista', minħabba l-iskala u l-effett potenzjali tiegħu fuq il-kummerċ fis-suq intern jinkiseb b'mod aħjar fil-livell tal-Unjoni, din tal-aħħar tista' tadatta miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-għan.

(34)  Peress li l-għan ta' dan ir-Regolament, jiġifieri l-prevenzjoni tad-diskriminazzjoni diretta u indiretta abbażi tal-pajjiż ta' oriġini jew tal-post tar-residenza tal-konsumaturi, inkluż l-imblukkar ġeografiku fi tranżazzjonijiet kummerċjali ma' negozjanti fi ħdan l-Unjoni, ma jistax jinkiseb b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri, minħabba n-natura transfruntiera tal-problema u ċ-ċarezza insuffiċjenti tal-qafas legali eżistenti, iżda minflok jista', minħabba l-iskala u l-effett potenzjali tiegħu fuq il-kummerċ fis-suq intern jinkiseb b'mod aħjar fil-livell tal-Unjoni, din tal-aħħar tista' tadatta miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-għan.

Emenda     35

Proposta għal regolament

Premessa 35

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(35)  Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipju rikonoxxut fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. B'mod partikolari dan ir-Regolament għandu l-għan li jiżgura rispett sħiħ tal-Artikoli 16 u 17 tagħha,

(35)  Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipju rikonoxxut fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. B'mod partikolari dan ir-Regolament għandu l-għan li jiżgura rispett sħiħ tal-Artikoli 11, 16 u 17 tagħha,

Emenda     36

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Objettiv u kamp ta' applikazzjoni

Is-suġġett u l-kamp ta' applikazzjoni

Emenda     37

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Dan ir-Regolament għandu l-għan li jikkontribwixxi għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern billi jipprevjeni d-diskriminazzjoni abbażi, b'mod dirett jew indirett, tan-nazzjonalità, tal-post tar-residenza jew tal-post tal-istabbiliment tal-klijenti.

1.  L-iskop ta' dan ir-Regolament huwa li jikkontribwixxi għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern u li jikseb livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur billi jipprevjeni l-imblukkar ġeografiku abbażi, b'mod dirett jew indirett, tal-pajjiż ta' oriġini jew tal-post tar-residenza tal-konsumaturi. Dan ir-Regolament jiddefinixxi sitwazzjonijiet li fihom id-differenzi fil-kundizzjonijiet ta' aċċess ma jistgħux jiġu ġġustifikati bi kriterji oġġettivi skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 20(2) tad-Direttiva 2006/123/KE.

Meta d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament ikunu f'kunflitt mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 20(2) tad-Direttiva 2006/123/KE, id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament għandhom jipprevalu. L-Artikolu 20(2) tad-Direttiva 2006/123/KE jkompli japplika bis-sħiħ għal sitwazzjonijiet li mhumiex koperti minn dan ir-Regolament u li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2006/123/KE.

Emenda    38

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  fejn in-negozjant ibigħ prodotti, jipprovdi servizzi, jew ifittex li jagħmel dan, fi Stat Membru ieħor għajr l-Istat Membru li fih il-konsumatur għandu l-post tar-residenza jew il-post ta' stabbiliment;

(a)  fejn in-negozjant ibigħ prodotti jew jipprovdi servizzi, inklużi xogħlijiet u servizzi mhux awdjoviżivi protetti bid-drittijiet tal-awtur, jew ifittex li jagħmel dan, fi Stat Membru ieħor għajr l-Istat Membru li fih il-konsumatur ikollu l-post tar-residenza jew il-post ta' stabbiliment;

Emenda    39

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  fejn in-negozjant ibigħ prodotti, jipprovdi servizzi, jew ifittex li jagħmel dan, fl-istess Stat Membru li fih il-konsumatur għandu l-post tar-residenza jew il-post tal-istabbiliment, imma l-konsumatur huwa ċittadin ta' Stat Membru ieħor;

(b)  fejn in-negozjant ibigħ prodotti jew jipprovdi servizzi, inklużi xogħlijiet u servizzi mhux awdjoviżivi protetti bid-drittijiet tal-awtur, jew ifittex li jagħmel dan, fl-istess Stat Membru li fih il-konsumatur ikollu l-post tar-residenza jew il-post tal-istabbiliment, imma l-konsumatur ikun ċittadin ta' Stat Membru ieħor;

Emenda    40

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  fejn in-negozjant ibigħ prodotti jew jipprovdi servizzi, jew ifittex li jagħmel dan, fi Stat Membru li fih il-konsumatur qed joqgħod b'mod temporanju mingħajr ma jgħix f'dak l-Istat Membru jew mingħajr ma għandu post ta' stabbiliment f'dak l-Istat Membru.

(c)  fejn in-negozjant ibigħ prodotti jew jipprovdi servizzi, inklużi xogħlijiet u servizzi mhux awdjoviżivi protetti mid-drittijiet tal-awtur, jew ifittex li jagħmel dan, fi Stat Membru li fih il-konsumatur ikun qed joqgħod b'mod temporanju mingħajr ma jgħix f'dak l-Istat Membru.

Emenda     41

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa l-atti tad-dritt tal-Unjoni dwar il-kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet ċivili. Il-konformità ma' dan ir-Regolament ma għandhiex tkun interpretata li timplika li n-negozjant jidderieġi l-attivitajiet tiegħu jew tagħha lejn l-Istat Membru fejn il-konsumatur għandu r-residenza abitwali jew id-domiċilju fis-sens ta' punt (b) tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 593/2008, u punt (c) tal-Artikolu 17(1) tar-Regolament (UE) 1215/2012.

5.  Dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-atti tad-dritt tal-Unjoni dwar il-kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet ċivili. Il-konformità sempliċi ma' dan ir-Regolament ma għandhiex tkun interpretata li timplika li n-negozjant jidderieġi l-attivitajiet tiegħu jew tagħha lejn l-Istat Membru fejn il-konsumatur ikollu r-residenza abitwali jew id-domiċilju fis-sens ta' punt (b) tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 593/2008 u punt (c) tal-Artikolu 17(1) tar-Regolament (UE) 1215/2012. B'mod partikolari, meta negozjant, li jaġixxi f'konformità mal-Artikoli 3, 4 u 5, ma jimblukkax jew ma jillimitax l-aċċess tal-konsumaturi għall-interfaċċi online tiegħu, ma jidderiġix lill-konsumaturi għal verżjoni tal-interfaċċa online tiegħu li hija differenti mill-interfaċċa online li l-konsumatur inkwistjoni oriġinarjament kien qed jipprova jaċċessa, irrispettivament mill-pajjiż ta' oriġini jew mill-post ta' residenza tagħhom, u ma japplikax kundizzjonijiet ġenerali differenti ta' aċċess f'sitwazzjonijiet koperti minn dan ir-Regolament, dak l-operatur ma jistax jitqies li għal dawk ir-raġunijiet biss ikun qiegħed jidderieġi l-attivitajiet tiegħu lejn l-Istat Membru li fih il-konsumatur ikollu l-post tar-residenza abitwali jew id-domiċilju. Madankollu, dan m'għandux japplika meta l-eżistenza ta' xi elementi addizzjonali oħrajn, li jmorru lil hinn minn sempliċi konformità mad-dispożizzjonijiet mandatorji, jindikaw li n-negozjant jidderieġi l-attivitajiet kummerċjali jew professjonali tiegħu jew tagħha lejn tali Stat Membru.

Emenda     42

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  "klijent" tfisser konsumaturi, jew impriżi, li huma ċittadini tal-Istat Membru jew għandhom il-post tar-residenza jew tal-istabbiliment tagħhom fi Stat Membru, u għandhom l-intenzjoni li jixtru jew jixtru prodotti jew servizzi fi ħdan l-Unjoni, ħlief għal bejgħ mill-ġdid;

imħassar

Emenda     43

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  "kundizzjonijiet ġenerali ta' aċċess" tfisser it-termini, il-kundizzjonijiet u l-informazzjoni l-oħra kollha, inklużi l-prezzijiet tal-bejgħ, li jirregolaw l-aċċess tal-konsumaturi għall-prodotti u s-servizzi offruti għall-bejgħ minn negozjant, li huma stabbiliti, applikati u magħmula disponibbli għall-pubbliku inġenerali minn jew f'isem in-negozjant u li japplikaw fin-nuqqas ta' ftehim innegozjat b'mod individwali bejn in-negozjant u l-konsumatur;

(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)  

Emenda     44

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  "prodotti" tfisser kwalunkwe oġġett tanġibbli u mobbli, bl-eċċezzjoni ta' oġġetti mibjugħa permezz tal-eżekuzzjoni jew mod ieħor bl-awtorità tal-liġi; l-ilma, il-gass u l-elettriku għandhom jitqiesu bħala prodotti fis-sens ta' dan ir-Regolament fejn dawn jitqiegħdu għall-bejgħ f'volum limitat jew fi kwantità stabbilita;

(e)  "prodotti" tfisser kwalunkwe oġġett tanġibbli u mobbli, bl-eċċezzjoni ta' oġġetti mibjugħa permezz tal-eżekuzzjoni jew mod ieħor bl-awtorità tal-liġi.

Emenda     45

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)  "interfaċċa online" tfisser kwalunkwe softwer, inklużi siti web u applikazzjonijiet, imħaddma minn jew f'isem negozjant, li għandu r-rwol li jagħti aċċess għall-prodotti jew għas-servizzi tan-negozjant lill-konsumaturi bl-għan li jidħlu fi tranżazzjoni kummerċjali fir-rigward ta' dawk il-prodotti u s-servizzi;

(Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.)  

Emenda     46

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt ha (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ha)  "imblukkar ġeografiku" tfisser limitazzjoni mhux ġustifikata tal-aċċess għal ċerti interfaċċi online permezz tal-użu ta' miżuri teknoloġiċi jew inkella għal raġunijiet ġeografiċi.

Emenda     47

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  In-negozjanti ma għandhomx, bl-użu ta' miżuri teknoloġiċi jew b'xi mod ieħor, jimblukkaw jew jillimitaw l-aċċess tal-konsumaturi għall-interfaċċi online tagħhom għal raġunijiet relatati man-nazzjonalità, mal-post tar-residenza jew mal-post tal-istabbiliment tal-konsumatur.

1.  In-negozjanti ma għandhomx, bl-użu ta' miżuri teknoloġiċi jew b'xi mod ieħor, jimblukkaw jew jillimitaw l-aċċess tal-konsumaturi għall-interfaċċi online tagħhom għal raġunijiet relatati mal-post ta' oriġini jew mal-post tar-residenza tal-konsumatur.

Emenda     48

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

In-negozjanti ma għandhomx, għal raġunijiet relatati man-nazzjonalità, mal-post tar-residenza jew mal-post tal-istabbiliment tal-konsumatur, jidderieġu l-konsumaturi lejn verżjoni tal-interfaċċa online tagħhom li tkun differenti mill-interfaċċa online li l-konsumatur oriġinarjament ried jaċċessa, bis-saħħa tat-tqassim tagħha, bl-użu tal-lingwa jew b'karatteristiċi oħrajn li jagħmluha speċifika għal konsumaturi ta' nazzjonalità, ta' post tar-residenza jew ta' post tal-istabbiliment partikolari, sakemm il-konsumatur ma jagħtix il-kunsens espliċitu tiegħu jew tagħha qabel dan ir-ridirezzjonar.

In-negozjanti ma għandhomx, għal raġunijiet relatati mal-pajjiż ta' oriġini jew mal-post tar-residenza tal-konsumatur, jidderieġu l-konsumaturi lejn verżjoni tal-interfaċċa online tagħhom li tkun differenti mill-interfaċċa online li l-konsumatur oriġinarjament ried jaċċessa, bis-saħħa tat-tqassim tagħha, bl-użu tal-lingwa jew b'karatteristiċi oħrajn li jagħmluha speċifika għal konsumaturi ta' pajjiż ta' oriġini jew ta' post tar-residenza partikolari, sakemm il-konsumatur ma jkunx ta l-kunsens espliċitu tiegħu jew tagħha qabel din ir-ridirezzjonar, li l-konsumatur ikun oriġinarjament ried jaċċessa.

Emenda     49

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

F'każ li jseħħ dan ir-ridirezzjonar bil-kunsens espliċitu tal-konsumatur, il-verżjoni oriġinali tal-interfaċċa online għandha tibqa' aċċessibbli b'mod faċli għal dak il-konsumatur.

F'każ li jseħħ dan ir-ridirezzjonar bil-kunsens espliċitu tal-konsumatur, il-verżjoni tal-interfaċċa online li l-konsumatur ikun inizjalment ipprova jaċċessa għandha tibqa' aċċessibbli b'mod faċli għal dak il-konsumatur.

Emenda     50

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Il-projbizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw fejn l-imblukkar, il-limitazzjoni tal-aċċess jew ir-ridirezzjonar fir-rigward ta' ċerti konsumaturi jew ta' konsumaturi f'ċerti territorji, ikunu meħtieġa sabiex tiġi żgurata l-konformità ma' rekwiżit legali fid-dritt tal-Unjoni jew fil-liġijiet tal-Istati Membri skont id-dritt tal-Unjoni.

3.  Il-projbizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw fejn l-imblukkar jew il-limitazzjoni tal-aċċess tal-klijenti għal interfaċċa online tan-negozjant jew ir-ridirezzjonar fir-rigward ta' ċerti konsumaturi jew ta' konsumaturi f'ċerti territorji, ikunu meħtieġa sabiex tiġi żgurata l-konformità ma' rekwiżit legali fid-dritt tal-Unjoni jew fil-liġijiet tal-Istati Membri skont id-dritt tal-Unjoni, li għalihom l-attivitajiet tan-negozjant ikunu soġġetti.

Emenda     51

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Fejn in-negozjant jimblukka jew jillimita l-aċċess tal-konsumaturi għal interfaċċi online jew jidderieġi mill-ġdid lill-konsumaturi lejn verżjoni differenti tal-interfaċċa online f'konformità mal-paragrafu 4, in-negozjant għandu jipprovdi spjegazzjoni ċara. Din il-ġustifikazzjoni għandha tingħata bil-lingwa tal-interfaċċa online li l-klijent oriġinarjament ried jaċċessa.

4.  Meta negozjant jimblokka jew jillimita l-aċċess tal-konsumaturi għal interfaċċi online jew jidderieġi mill-ġdid lill-konsumaturi lejn verżjoni differenti tal-interfaċċa online f'konformità mal-paragrafu 3, in-negozjant għandu jipprovdi ġustifikazzjoni ċara u spjegazzjoni lill-konsumatur. Dik il-ġustifikazzjoni għandha tingħata bil-lingwa tal-interfaċċa online li l-konsumatur oriġinarjament ried jaċċessa.

Emenda     52

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  In-negozjanti ma għandhomx japplikaw kundizzjonijiet ġenerali differenti ta' aċċess għall-prodotti u s-servizzi tagħhom, minħabba raġunijiet relatati man-nazzjonalità, mal-post tar-residenza jew mal-post ta' stabbiliment tal-konsumatur, fis-sitwazzjonijiet li ġejjin:

1.  In-negozjanti ma għandhomx japplikaw kundizzjonijiet ġenerali differenti ta' aċċess għall-prodotti u s-servizzi tagħhom, minħabba raġunijiet relatati mal-pajjiż ta' oriġini jew mal-post ta' residenza tal-konsumatur, meta:

Emenda     53

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  fejn in-negozjant ibigħ prodotti u dawn il-prodotti ma jiġux konsenjati b'mod transfruntier lejn l-Istat Membru tal-konsumatur minn negozjant jew f'ismu jew f'isimha;

(a)  in-negozjant ibigħ prodotti u dawn il-prodotti ma jiġux konsenjati b'mod transfruntier lejn l-Istat Membru tal-konsumatur minn negozjant jew f'ismu jew f'isimha, imma jinġabru f'post maqbul bejn in-negozjant u l-konsumatur li fih jopera n-negozjant;

Emenda     54

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  fejn in-negozjant jipprovdi servizzi forniti b'mod elettroniku, għajr servizzi li l-karatteristika prinċipali tagħhom tkun l-għoti ta' aċċess għal u l-użu ta' xogħlijiet protetti bid-dritt tal-awtur jew materjal protett ieħor;

(b)  meta n-negozjant jipprovdi servizzi forniti b'mod elettroniku, għajr servizzi li l-karatteristika prinċipali tagħhom tkun il-bejgħ f'forma mhux materjali jew l-għoti ta' aċċess għal xogħlijiet protetti bid-dritt tal-awtur jew materjal tematiku protett ieħor u l-użu tagħhom;

Emenda    55

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ba)  meta n-negozjant jipprovdi prodotti jew servizzi mhux awdjoviżivi forniti b'mod elettroniku li l-karatteristika ewlenija tagħhom hija l-għoti ta' aċċess għal xogħlijiet protetti mid-drittijiet tal-awtur jew materjal tematiku ieħor protett u l-użu tagħhom li fir-rigward tagħhom in-negozjant ikollu d-drittijiet jew ikun kiseb il-liċenzja li juża dan il-kontenut għat-territorji rilevanti kollha;

Emenda     56

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  fejn in-negozjant jipprovdi servizzi, għajr dawk koperti mill-punt (b), u dawn is-servizzi jiġu forniti lill-konsumatur fil-bini tan-negozjant jew f'post fiżiku li fih jopera n-negozjant, fi Stat Membru għajr dak li fih il-konsumatur huwa ċittadin jew li fih il-konsumatur għandu l-post tar-residenza jew il-post tal-istabbiliment tiegħu.

(c)  in-negozjant jipprovdi servizzi, għajr dawk koperti mill-punt (b), u dawn is-servizzi jiġu forniti lill-konsumatur fil-bini tan-negozjant jew f'post fiżiku li fih jopera n-negozjant, fi Stat Membru għajr dak li fih il-konsumatur ikun ċittadin jew li fih il-konsumatur ikollu l-post tar-residenza tiegħu.

Emenda     57

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1a.  Il-projbizzjoni stabbilita fil-paragrafu 1 m'għandhiex tipprevjeni lin-negozjanti milli joffru kundizzjonijiet ġenerali ta' aċċess, inkluż prezzijiet ta' bejgħ, li jvarjaw bejn Stat Membru u ieħor jew li jiġu offruti lill-konsumaturi f'territorju speċifiku jew lil gruppi speċifiċi ta' konsumaturi.

Emenda     58

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2a.  In-negozjanti għandu jkollhom il-possibbiltà li ma jikkonsenjawx oġġetti jew ma jipprovdux servizzi bejn il-fruntieri f'każijiet meta l-konsenja jew il-provvista joħolqu spejjeż addizzjonali u/jew ikunu jirrikjedu arranġamenti addizzjonali f'isem in-negozjant.

Emenda    59

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 3 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-projbizzjoni stabbilita fil-paragrafu 1 ma għandhiex tapplika jekk dispożizzjoni speċifika stabbilita fid-dritt tal-Unjoni jew fil-liġijiet tal-Istati Membri skont id-dritt tal-Unjoni tipprevjeni lin-negozjant milli jbigħ il-prodotti jew milli jipprovdi s-servizzi lil ċerti klijenti jew lil klijenti f'ċerti territorji.

Il-projbizzjoni stabbilita fil-paragrafu 1 għandha tapplika filwaqt li jiġu kkunsidrati dispożizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fid-dritt tal-Unjoni jew fil-liġijiet tal-Istati Membri skont id-dritt tal-Unjoni billi jipprevjenu lin-negozjant milli jbigħ il-prodotti jew milli jipprovdi s-servizzi lil ċerti konsumaturi jew lil konsumaturi f'ċerti territorji.

Emenda     60

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fir-rigward tal-bejgħ tal-kotba, il-projbizzjoni stipulata fil-paragrafu 1 ma għandhiex tipprekludi lin-negozjanti milli japplikaw prezzijiet differenti lill-klijenti f'ċerti territorji jekk dawn ikunu obbligati jagħmlu hekk bil-liġijiet tal-Istati Membri skont id-dritt tal-Unjoni.

Fir-rigward tal-bejgħ tal-kotba, il-projbizzjoni stipulata fil-paragrafu 1 għandha tkun mingħajr preġudizzju għal leġiżlazzjoni speċifika rigward l-ipprezzar fl-Istati Membri skont id-dritt tal-Unjoni.

Emenda     61

Proposta għal regolament

Artikolu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 4a

Dan ir-Regolament m'għandux jaffettwa r-regoli applikabbli fil-qasam tad-drittijiet tal-awtur u tad-drittijiet relatati.

Ġustifikazzjoni

L-aċċess għal xogħlijiet protetti mid-drittijiet tal-awtur jew materjal tematiku ieħor protett u l-użu ta' tali xogħlijiet jew materjal tematiku jenħtieġ li jkomplu jaqgħu barra mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Dan se jelimina t-trikkib fuq punti oħrajn tal-leġiżlazzjoni tal-UE.

Emenda     62

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  In-negozjanti ma għandhomx, minħabba raġunijiet relatati man-nazzjonalità, mal-post tar-residenza jew mal-post tal-istabbiliment tal-konsumatur, mal-post tal-kont ta' pagament, mal-post tal-istabbiliment tal-fornitur tas-servizzi ta' pagament jew mal-post tal-ħruġ tal-istrument ta' pagament fi ħdan l-Unjoni, japplikaw kundizzjonijiet differenti ta' pagament għal kwalunkwe bejgħ ta' prodotti jew provvista ta' servizzi, fejn:

1.  In-negozjanti ma għandhomx, minħabba raġunijiet relatati mal-post ta' oriġini jew mal-post tar-residenza tal-konsumatur, mal-post tal-kont ta' pagament, mal-post tal-istabbiliment tal-fornitur tas-servizzi ta' pagament jew mal-post tal-ħruġ tal-istrument ta' pagament fi ħdan l-Unjoni, japplikaw kundizzjonijiet differenti ta' pagament għal kwalunkwe bejgħ ta' prodotti jew provvista ta' servizzi, meta:

Emenda     63

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-ftehimiet li jimponu obbligi fuq in-negozjanti, fir-rigward tal-bejgħ passiv, biex jaġixxu bi ksur ta' dan ir-Regolament għandhom ikunu b'mod awtomatiku nulli.

Id-dispożizzjonijiet li jimponu obbligi fuq in-negozjanti, fir-rigward tal-bejgħ passiv, skont it-tifsira tar-Regolament (UE) 330/2010 biex jaġixxu bi ksur ta' dan ir-Regolament għandhom ikunu b'mod awtomatiku nulli u bla effett.

Emenda     64

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-pieni applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

2.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar is-sanzjonijiet applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Is-sanzjonijiet previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

Emenda     65

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2a.  Is-sanzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2 jenħtieġ li jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni u li jkunu magħmula disponibbli pubblikament fuq is-sit web tal-Kummissjoni.

Emenda     66

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Sa [data: sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] u kull ħames snin minn hemm 'il quddiem, il-Kummissjoni għandha tirrapporta dwar l-evalwazzjoni ta' dan ir-Regolament lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. Fejn meħtieġ, ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn proposta biex jiġi emendat dan ir-Regolament, fid-dawl tal-iżviluppi legali, tekniċi u ekonomiċi.

1.  Sa [data: sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], kif meħtieġ minn hemm 'il quddiem u mhux aktar tard minn kull erba' snin minn hemm 'il quddiem, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament fid-dawl tal-iżviluppi legali, tekniċi u ekonomiċi, u għandha tippreżenta rapport rispettiv lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. Dak ir-rapport, jekk ikun xieraq, għandu jkun akkumpanjat minn proposta leġiżlattiva biex jiġi rivedut ir-Regolament attwali.

Ir-rapport imsemmi fl-ewwel paragrafu għandu jinkludi valutazzjoni dwar l-estensjoni possibbli tal-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, b'mod partikolari dwar l-estensjoni tal-projbizzjoni tal-Artikolu 4(1)(b) għal servizzi forniti elettronikament, li l-karatteristika prinċipali tagħhom tkun l-għoti ta' aċċess għal xogħlijiet protetti bid-drittijiet tal-awtur jew materjal tematiku ieħor protett u l-użu tagħhom kif ukoll għal setturi oħra, bħall-mużika, il-kotba elettroniċi, il-logħob u/jew is-softwer.

Barra minn hekk, ir-rapport għandu jagħti attenzjoni speċjali lill-effetti ekonomiċi potenzjali fuq l-SMEs u fuq in-negozji ġodda, lill-effikaċja tal-miżuri ta' infurzar nazzjonali msemmija fl-Artikolu 7 ta' dan ir-Regolament kif ukoll jiffoka fuq l-użu u l-protezzjoni tad-data personali.

Emenda     67

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-ewwel evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha ssir, b'mod partiklari, bil-ħsieb li jiġi evalwat jekk il-projbizzjoni tal-Artikolu 4(1)(b) għandhiex tiġi applikata wkoll għal servizzi forniti elettronikament, li l-karatteristika prinċipali tagħhom tkun l-għoti ta' aċċess għal u l-użu ta' xogħlijiet protetti bid-dritt tal-awtur jew suġġetti oħrajn protetti, dejjem jekk in-negozjant ikollu d-drittijiet meħtieġa għat-territorji rilevanti;

2.  L-ewwel evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha ssir, b'mod partiklari, bil-ħsieb li jiġi valutat jekk jenħtieġx li l-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament jiġi estiż biex ikopri setturi oħra bħas-servizzi finanzjarji, tat-trasport, tal-komunikazzjoni elettronika, tal-kura tas-saħħa u tas-servizzi awdjoviżivi, dment li n-negozjant ikollu d-drittijiet jew ikun kiseb il-liċenzja biex juża x-xogħlijiet awdjoviżivi forniti elettronikament, oġġetti jew servizzi intanġibbli, li l-karatteristika prinċipali tagħhom tkun l-għoti ta' aċċess għal xogħlijiet protetti bid-drittijiet tal-awtur jew materjal tematiku protett ieħor fit-territorji rilevanti kollha.

Emenda    68

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Madankollu, il-punt (b) tal-Artikolu 4(1) għandu japplika mill-1 ta' Lulju 2018.

imħassar

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

L-indirizzar tal-imblukkar ġeografiku u forom oħrajn ta’ diskriminazzjoni abbażi tan-nazzjonalità, tal-post tar-residenza jew tal-post tal-istabbiliment tal-konsumaturi fi ħdan is-suq intern

Referenzi

COM(2016)0289 – C8-0192/2016 – 2016/0152(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

9.6.2016

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

9.6.2016

Kumitati assoċjati - data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

19.1.2017

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Lidia Joanna Geringer de Oedenberg

12.9.2016

Eżami fil-kumitat

29.11.2016

31.1.2017

Data tal-adozzjoni

23.3.2017

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

14

3

4

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Max Andersson, Joëlle Bergeron, Marie-Christine Boutonnet, Jean-Marie Cavada, Kostas Chrysogonos, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Mary Honeyball, Sajjad Karim, Sylvia-Yvonne Kaufmann, António Marinho e Pinto, Jiří Maštálka, Julia Reda, Pavel Svoboda, Tadeusz Zwiefka

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Isabella Adinolfi, Daniel Buda, Jytte Guteland, Angelika Niebler, Virginie Rozière, Rainer Wieland

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Eugen Freund, Maria Noichl

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

14

+

ALDE

EFDD

Grupp GUE/NGL

PPE

S&D

Grupp Verts/ALE

Jean-Marie Cavada, António Marinho e Pinto

Joëlle Bergeron

Kostas Chrysogonos, Jiří Maštálka

Pavel Svoboda

Eugen Freund, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Jytte Guteland, Mary Honeyball, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Maria Noichl

Max Andersson, Julia Reda

3

-

EFDD

ENF

PPE

Isabella Adinolfi

Marie-Christine Boutonnet

Angelika Niebler

4

0

ECR

PPE

Sajjad Karim

Daniel Buda, Rainer Wieland, Tadeusz Zwiefka

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

OPINJONI tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (10.2.2017)

għall-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar l-indirizzar tal-imblukkar ġeografiku u forom oħrajn ta' diskriminazzjoni abbażi tan-nazzjonalità, tal-post tar-residenza jew tal-post tal-istabbiliment tal-konsumaturi fi ħdan is-suq intern u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE

(COM(2016)0289 – C8-0192/2016 – 2016/0152(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Eva Kaili

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-indirizzar tal-imblukkar ġeografiku u forom oħrajn ta' diskriminazzjoni abbażi tan-nazzjonalità, tal-post tar-residenza jew tal-post tal-istabbiliment tal-konsumaturi fi ħdan is-suq intern huwa komponent essenzjali fl-iżgurar li l-konsumaturi u n-negozjanti jkunu jistgħu jagħmlu tranżazzjonijiet kummerċjali mingħajr ma jkollhom jesperjenzaw ebda diskriminazzjoni mhux ġustifikata.

Bħala Regolament, dan se jimponi obbligi vinkolanti għan-negozjanti mid-data tad-dħul fis-seħħ tiegħu, sabiex jippermettu lill-klijenti jaċċessaw u jixtru prodotti, li jevitaw l-effetti ta' diskriminazzjoni bbażati fuq in-nazzjonalità jew il-post tar-residenza jew l-istabbiliment jew is-servizz ta' pagament. Huwa għandu l-għan li jneħħi kull xkiel mhux ġustifikat fil-kummerċ elettroniku u li jkun pass deċiżiv lejn it-tlestija tas-Suq Uniku Diġitali.

Barra milli jitneħħew l-ostakoli li jwasslu għal diskriminazzjoni mhux ġustifikata, dan ir-Regolament jiċċara li n-negozji mhumiex obbligati jwettqu l-attivitajiet tagħhom madwar l-Ewropa kollha. Dan ir-Regolament jirrikonoxxi l-ħtieġa għal kjarifika fir-rigward tal-obbligu tal-impriżi li jservu lill-klijenti barra mit-territorju tagħhom ta' attivitajiet. Huwa kruċjali li tiġi evitata ż-żieda ta' piżijiet żejda fuq in-negozjanti.

Barra minn hekk, dan ir-Regolament jirrikonoxxi l-importanza tal-istabbiliment ta' suq uniku diġitali ġenwin għaċ-ċittadini kollha u turi d-direzzjoni għal riformi legali importanti oħra li jeħtieġ li jsiru inklużi iżda mhux limitati għar-riforma tad-dritt tal-awtur, ir-riforma tas-settur awdjoviżiv u r-riforma fit-tassazzjoni. L-istess prinċipji għandhom jiġu segwiti sabiex iwasslu għall-ħolqien ta' suq uniku diġitali li huwa adattat għall-utenti u n-negozji.

Din l-opinjoni għandha l-għan li tagħmel titjib u kjarifiki għal għadd ta' punti kif stabbilit hawn taħt.

Il-kontenut u l-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament

Il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament huwa allinjat ma' dak tad-Direttiva 2006/123/KE sabiex tiġi żgurata l-kontinwità u ċ-ċertezza legali għan-negozjanti u l-klijenti. Dan ifisser li, fost l-oħrajn, is-servizzi mhux ekonomiċi ta' interess ġenerali, is-servizzi tat-trasport, is-servizzi adwjoviżivi, l-attivitajiet tal-logħob tal-azzard, is-servizzi tal-kura tas-saħħa u ċerti servizzi soċjali huma esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Fir-rigward ta' materjal kopert mid-drittijiet tal-awtur u kontenut awdjoviżiv huwa importanti biex ikun hemm riformi rispettivi li jseħħu qabel ma jiġi vvalutat jekk inklużjoni potenzjali jkollhiex effetti benefiċi fuq il-konsumaturi u mis-setturi kkonċernati.

Aċċess għal interfaċċi online

Il-prevenzjoni ta' aċċess għal interfaċċi online u ta' indirizzar mill-ġdid huma meqjusa bħala prattika li jikkawża frustrazzjoni lill-klijenti u din il-proposta tindirizza l-kwistjoni, li tiżgura li l-klijenti jkunu jistgħu jaċċessaw l-interfaċċa li togħġobhom f'kull ħin u irrispettivament mil-lokalità ġeografika tagħhom.

Diskriminazzjoni tal-klijenti abbażi tar-residenza

L-applikazzjoni ta' termini u kundizzjonijiet ġenerali differenti lill-klijenti bħala prodott ta' diskriminazzjoni bbażata fuq ir-residenza hija pprojbita. Madankollu l-konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament m'għandhiex tiġi kkunsidrata bħala restrizzjoni lin-negozjanti biex jiżviluppaw l-attivitajiet tagħhom fi Stati Membri differenti b'offerti speċifiċi u termini u kundizzjonijiet differenti, sakemm klijenti barranin jkollhom aċċess għal dawn il-prodotti jew servizzi bl-istess drittijiet u obbligi kuntrattwali applikabbli għat-tranżazzjonijiet nazzjonali. Barra minn hekk, il-konformità ma' dan ir-Regolament la tipprovdi obbligu ta' kunsinna transkonfinali ta' prodotti u lanqas l-obbligu li taċċetta li tirtira dawn mill-pajjiż ta' stabbiliment jew ta' residenza tal-klijent.

Diskriminazzjoni bbażata fuq il-kuntest tal-pagamenti

Id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament jipprovdu li n-negozjanti ma jistgħux jirrifjutaw jew inkella jiddiskriminaw fir-rigward ta' strumenti tal-pagament. F'aktar dettall, u fir-rigward ta' strumenti ta' pagament permezz tal-kards, meta ċerta ditta ta' pagament u kategorija qegħdin jiġu aċċettati, in-negozjant ikun obbligat li jaċċetta l-istess ditta u kategorija irrispettivament mill-pajjiż ta' oriġini ta' dak il-mezz ta' pagament. Tali dispożizzjoni ma tobbligax lin-negozjanti jaċċettaw l-istrumenti kollha ta' pagament permezz tal-kards.

Infurzar u assistenza lill-klijenti

Huwa propost li l-Istati Membri jaħtru korpi biex tiżgura l-infurzar effettiv ta' dan ir-Regolament u li dawk il-korpi jgħinu wkoll lill-klijenti meta jkollhom bżonn ta' assistenza.

Reviżjoni tar-Regolament

L-ewwel valutazzjoni se tkun ta' importanza kbira, peress li l-Kummissjoni Ewropea għandha tivvaluta l-ambitu u l-applikazzjoni ta' din il-proposta, filwaqt li tqies l-iżviluppi legali fil-qasam tad-drittijiet tal-awtur, it-taxxa, is-servizzi awdjoviżivi u l-portabbiltà ta' kontenut online.

Data ta' applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu japplika minn 6 xahar mid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu, li jippermetti lill-klijenti biex igawdu mit-tneħħija tal-ostakli li jikkawżaw diskriminazzjoni mhux ġustifikata.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija jistieden lill-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda     1

Proposta għal regolament

Titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar l-indirizzar tal-imblukkar ġeografiku u forom oħrajn ta' diskriminazzjoni abbażi tan-nazzjonalità, tal-post tar-residenza jew tal-post tal-istabbiliment tal-konsumaturi fi ħdan is-suq intern u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar l-indirizzar tal-imblukkar ġeografiku mhux ġustifikat u forom oħrajn ta' diskriminazzjoni abbażi tan-nazzjonalità, tal-post tar-residenza jew tal-post tal-istabbiliment tal-klijenti fi ħdan is-suq intern u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE

Emenda     2

Proposta għal regolament

Kunsiderazzjoni 1a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Wara li kkunsidraw il-Protokoll Nru 1 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea dwar ir-rwol tal-parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea,

Emenda     3

Proposta għal regolament

Kunsiderazzjoni 1b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Wara li kkunsidraw il-Protokoll Nru 2 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità,

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  Sabiex jintlaħaq l-għan li jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tas-suq intern, bħala żona mingħajr fruntieri interni fejn jiġi żgurat il-moviment liberu ta', fost l-oħrajn, il-prodotti u s-servizzi, mhuwiex biżżejjed li jiġu aboliti, bħal bejn l-Istati Membri, l-ostakoli tal-Istat biss. Din l-abolizzjoni tista' tiġi mminata minn partijiet privati li jistabbilixxu ostakoli li huma inkonsistenti mal-libertajiet tas-suq intern. Dan iseħħ meta n-negozjanti li joperaw fi Stat Membru wieħed jimblukkaw jew jillimitaw l-aċċess għall-interfaċċi online tagħhom, bħal siti web u apps, tal-konsumaturi minn Stati Membri oħrajn li jixtiequ jidħlu fi tranżazzjonijiet kummerċjali transfruntiera (prattika magħrufa bħala mblukkar ġeografiku). Dan iseħħ ukoll permezz ta' azzjonijiet oħrajn minn ċerti negozjanti li jinvolvu l-applikazzjoni ta' kundizzjonijiet ġenerali differenti ta' aċċess għall-prodotti u s-servizzi tagħhom b'rabta ma' dawn il-konsumaturi minn Stati Memrbi oħrajn kemm online u anki offline. Billi xi kultant jista' jkun hemm ġustifikazzjonijiet oġġettivi għat-tali trattament differenzjali, f'każijiet oħrajn in-negozjanti jiċħdu lill-konsumaturi li jkunu jixtiequ jidħlu fi tranżazzjonijiet kummerċjali transfruntiera milli jkollhom aċċess għall-prodotti jew għas-servizzi, jew japplikaw kundizzjonijiet differenti f'dan ir-rigward, għal raġunijiet purament kummerċjali.

(1)  Sabiex jintlaħaq l-għan li jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tas-suq intern, bħala żona mingħajr fruntieri interni fejn jiġi żgurat il-moviment liberu ta', fost l-oħrajn, il-prodotti u s-servizzi, mhuwiex biżżejjed li jiġu aboliti, bħal bejn l-Istati Membri, l-ostakoli tal-Istat biss. Din l-abolizzjoni tista' tiġi mminata minn partijiet privati li jistabbilixxu ostakoli ta' tipi u forom differenti li huma inkonsistenti mal-libertajiet tas-suq intern. Dan iseħħ meta n-negozjanti li joperaw fi Stat Membru wieħed jimblukkaw jew jillimitaw l-aċċess għall-interfaċċi online tagħhom, bħal siti web u apps, tal-klijenti minn Stati Membri oħrajn li jixtiequ jidħlu fi tranżazzjonijiet kummerċjali transfruntiera (prattika magħrufa bħala mblukkar ġeografiku). Dan iseħħ ukoll permezz ta' azzjonijiet oħrajn minn ċerti negozjanti li jinvolvu l-applikazzjoni ta' kundizzjonijiet ġenerali differenti ta' aċċess għall-prodotti u s-servizzi tagħhom b'rabta ma' dawn il-klijenti minn Stati Memrbi oħrajn kemm online u anki offline. Billi f'xi każijiet eċċezzjonali jista' jkun hemm ġustifikazzjonijiet oġġettivi għat-tali trattament differenzjali, f'każijiet oħrajn in-negozjanti jiċħdu lill-konsumaturi li jkunu jixtiequ jidħlu fi tranżazzjonijiet kummerċjali transfruntiera milli jkollhom aċċess għall-prodotti jew għas-servizzi, jew japplikaw kundizzjonijiet differenti f'dan ir-rigward, għal raġunijiet mhux oġġettivi. Skont analiżijiet li twettqu għall-valutazzjoni tal-impatt tal-Kummissjoni Ewropea, it-tneħħija tal-imblukkar ġeografiku mhux ġustifikat u forom oħra ta' diskriminazzjoni bbażati fuq in-nazzjonalità tal-klijenti, il-post tar-residenza jew il-post ta' stabbiliment fis-suq intern tista' tikkontribwixxi għal tkabbir ta' 1.1 % fid-daqs tas-suq u, bħala medja, għal tnaqqis ta' bejn -0.5 % u -0.6 % fil-prezzijiet. Barra minn hekk, u hekk kif muri mir-riżultat tal-konsultazzjoni tal-Kummissjoni mal-partijiet ikkonċernati, dan jista' jikkontribwixxi għal livelli aktar baxxi ta' frustrazzjoni tal-klijenti peress li l-imblukkar ġeografiku mhux ġustifikat huwa wieħed mis-sorsi primarji tagħha.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  B'dan il-mod ċerti negozjanti jissegmentaw b'mod artifiċjali s-suq intern tul il-fruntieri interni u jfixklu l-moviment liberu tal-prodotti u servizzi, u b'hekk jillimitaw id-drittijiet tal-konsumaturi u ma jħalluhomx jibbenefikaw minn għażla aktar wiesgħa u minn kundizzjonijiet aħjar. Prattiki diskriminatorji bħal dawn huma fattur importanti li jikkontribwixxu għal-livell relattivament baxx tat-tranżazzjonijiet kummerċjali transfruntiera fi ħdan l-Unjoni, inkluż fis-settur tal-kummerċ elettroniku, li jipprevjenu milli jseħħ il-potenzjal tat-tkabbir sħiħ tas-suq. L-iċċarar ta' liema sitwazzjonijiet fejn ma jistax ikun hemm ġustifikazzjoni għat-trattament differenzjali ta' dan it-tip, għandu jġib ċarezza u ċertezza legali għall-parteċipanti kollha fit-tranżazzjonijiet transfruntiera u għandu jiżgura li r-regoli dwar in-nondiskriminazzjoni jistgħu jiġu applikati b'mod effettiv u jiġu infurzati fis-suq intern kollu.

(2)  B'dan il-mod ċerti negozjanti jissegmentaw b'mod artifiċjali s-suq intern tul il-fruntieri interni u jfixklu l-moviment liberu tal-prodotti u servizzi, u b'hekk jillimitaw id-drittijiet tal-klijenti u ma jħalluhomx jibbenefikaw minn għażla aktar wiesgħa ta' prodotti u servizzi u minn kundizzjonijiet aħjar. Prattiki diskriminatorji bħal dawn huma fattur importanti li jikkontribwixxu għal-livell relattivament baxx tat-tranżazzjonijiet kummerċjali transfruntiera fi ħdan l-Unjoni, inkluż fis-settur tal-kummerċ elettroniku, li jipprevjenu milli jseħħ il-potenzjal tat-tkabbir sħiħ tas-suq. L-iċċarar ta' liema sitwazzjonijiet fejn ma jistax ikun hemm ġustifikazzjoni għat-trattament differenzjali ta' dan it-tip, għandu jġib ċarezza u ċertezza legali għall-parteċipanti kollha fit-tranżazzjonijiet transfruntiera u għandu jiżgura li r-regoli dwar in-nondiskriminazzjoni jistgħu jiġu applikati b'mod effettiv u jiġu infurzati fis-suq intern kollu.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 2a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2a)  Minkejja li dan ir-Regolament għandu l-għan li jindirizza l-imblukkar ġeografiku u għalhekk li jneħħi ostaklu għall-funzjonament tas-suq intern, wieħed għandu jżomm f'moħħu li għad hemm ħafna differenzi fil-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri, bħal standards nazzjonali differenti, jew in-nuqqas ta' rikonoxximent reċiproku jew ta' armonizzazzjoni fil-livell tal-Unjoni, li għadhom jikkostitwixxu ostakoli importanti li jkomplu jwasslu għal frammentazzjoni fis-suq uniku, u b'dan il-mod ta' sikwit jisfurzaw lin-negozjanti jadottaw prattiki ta' mblukkar ġeografiku. Għalhekk, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom ikomplu jindirizzaw dawn l-ostakoli bl-għan li jnaqqsu l-frammentazzjoni tas-suq u jikkompletaw is-Suq Uniku.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  F'konformità mal-Artikolu 20 tad-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill17, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri tas-servizzi stabbiliti fl-Unjoni ma jitrattawx lir-riċevituri tas-servizzi b'mod differenti abbażi tan-nazzjonalità jew tal-post tar-residenza tagħhom. Madankollu, din id-dispożizzjoni ma kinitx effettiva bis-sħiħ f'dak li għandu x'jaqsam mal-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni u ma naqsitx b'mod suffiċjenti l-inċertezza legali, b'mod partikolari minħabba l-possibbiltà li jiġu ġġustifikati d-differenzi fit-trattament li tippermetti u d-diffikultajiet korrispondenti fl-infurzar tagħha fil-prattika. Barra minn hekk, b'konsegwenza tal-azzjonijiet minn negozjanti stabbiliti f'pajjiżi terzi, jista' jirriżulta mblukkar ġeografiku u forom oħrajn ta' diskriminazzjoni abbażi tan-nazzjonalità, tal-post tar-residenza jew tal-post ta' stabbiliment, li ma jaqgħux taħt il-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva.

(3)  F'konformità mal-Artikolu 20 tad-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill17, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri tas-servizzi stabbiliti fl-Unjoni ma jitrattawx lir-riċevituri tas-servizzi b'mod differenti abbażi tan-nazzjonalità jew tal-post tar-residenza tagħhom. Madankollu, din id-dispożizzjoni ma kinitx effettiva bis-sħiħ f'dak li għandu x'jaqsam mal-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni u ma naqsitx b'mod suffiċjenti l-inċertezza legali, b'mod partikolari minħabba l-possibbiltà li jiġu ġġustifikati d-differenzi fit-trattament li tippermetti u d-diffikultajiet korrispondenti fl-infurzar tagħha fil-prattika. Barra minn hekk, b'konsegwenza tal-azzjonijiet minn negozjanti stabbiliti f'pajjiżi terzi, jista' jirriżulta mblukkar ġeografiku u forom oħrajn ta' diskriminazzjoni abbażi tan-nazzjonalità, tal-post tar-residenza jew tal-post ta' stabbiliment, li ma jaqgħux taħt il-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva. Konsegwentement, dan ir-Regolament għandu japplika għan-negozjanti kif ukoll għall-fornituri tas-servizzi, u għall-prodotti kif ukoll għas-servizzi.

__________________

__________________

17 Id-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern (ĠU L 376, 27.12.2006, p. 36).

17 Id-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern (ĠU L 376, 27.12.2006, p. 36).

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 3a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3a.  Dan ir-Regolament għandu l-għan li jiċċara l-Artikolu 20 tad-Direttiva 2006/123/KE. Dan m'għandux jiġi interpretat bħala li jissostitwixxi d-Direttiva 2006/123/KE, kemm fir-rigward tal-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva, fejn dan ir-Regolament jirrispetta l-istess prinċipji, fejn huma esklużi l-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 2006/123/KE mill-kamp ta' applikazzjoni tiegħu, jew fir-rigward tal-effett tagħha, peress li l-applikazzjoni tad-Direttiva 2006/123/KE hija indipendenti minn u kumplimentari għal dak ta' dan ir-Regolament. Dan ir-Regolament m'għandux jirrestrinġi l-libertà imprenditorjali u l-libertà kuntrattwali kif definiti fl-Artikolu 16 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

Emenda     9

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Għall-finijiet li jiġi assigurat il-funzjonament tajjeb tas-suq intern, il-miżuri fil-mira stabbiliti f'dan ir-Regolament, li jipprovdu għal sett ta' regoli ċari, uniformi u effettivi fuq għadd magħżul ta' kwistjonijiet, huma għalhekk meħtieġa.

(4)  Għall-finijiet li jiġi assigurat il-funzjonament tajjeb tas-suq intern, il-miżuri fil-mira stabbiliti f'dan ir-Regolament, li jipprovdu għal sett ta' regoli ċari, uniformi u effettivi fuq għadd magħżul ta' kwistjonijiet, huma għalhekk meħtieġa. Dawn il-miżuri għandhom iżommu l-bilanċ bejn il-protezzjoni tal-konsumaturi għall-klijenti u l-libertà ekonomika u kuntrattwali għan-negozjanti. F'dan ir-rigward, kwalunkwe spejjeż sproporzjonati jew piżijiet amministrattivi jew l-obbligu tal-konsenja lejn l-Istati Membri kollha għandhom jiġu imposti fuq in-negozjanti. Barra minn hekk, l-obbligi l-ġodda imposti fuq l-Istati Membri m'għandhomx jestendu lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jiġu implimentati r-regoli l-ġodda.

Emenda     10

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Dan ir-Regolament għandu l-għan li jipprevjeni d-diskriminazzjoni abbażi tan-nazzjonalità, tal-post tar-residenza jew tal-post tal-istabbiliment tal-konsumatur, inkluż l-imblukkar ġeografiku, fit-tranżazzjonijiet kummerċjali transfruntiera bejn negozjanti u konsumaturi li għandhom x'jaqsmu mal-bejgħ ta' prodotti u mal-provvista ta' servizzi fi ħdan l-Unjoni. Għandu l-għan li jindirizza d-diskriminazzjoni diretta kif ukoll dik indiretta, biex b'hekk ikopri wkoll id-differenzi mhux ġustifikati fit-trattament abbażi ta' kriterji oħrajn ta' distinzjoni li jwasslu għall-istess riżultat bħall-applikazzjoni tal-kriterji bbażati b'mod dirett fuq in-nazzjonalità tal-konsumaturi, tal-post tar-residenza jew tal-post ta' stabbiliment. Kriterji oħrajn bħal dawn jistgħu jiġu applikati, b'mod partikolari, abbażi ta' informazzjoni li tindika l-lokazzjoni fiżika tal-konsumaturi, bħall-indirizz tal-IP li jintuża meta tiġi aċċessata interfaċċa online, l-indirizz sottomess għall-konsenja tal-prodotti, l-għażla tal-lingwa li saret jew l-Istat Membru fejn intuża l-istrument ta' pagament tal-konsumatur.

(5)  Dan ir-Regolament għandu l-għan li jipprevjeni d-diskriminazzjoni abbażi tan-nazzjonalità, tal-post tar-residenza jew tal-post tal-istabbiliment tal-klijent, inkluż l-imblukkar ġeografiku, fit-tranżazzjonijiet kummerċjali transfruntiera bejn negozjanti u klijenti li għandhom x'jaqsmu mal-bejgħ ta' prodotti u mal-provvista ta' servizzi fi ħdan l-Unjoni. Għandu l-għan li jipprevjeni d-diskriminazzjoni diretta kif ukoll dik indiretta. Id-diskriminazzjoni indiretta tfisser l-applikazzjoni ta' kriterji ta' distinzjoni minbarra n-nazzjonalità tal-klijent, il-post ta' residenza jew il-post ta' stabbiliment li jwasslu, deterministikament jew statistikament, għall-istess riżultat bħall-applikazzjoni diretta ta' dawn l-istess kriterji. Huwa jkopri wkoll id-differenzi mhux ġustifikati fit-trattament abbażi ta' kriterji oħrajn ta' distinzjoni li jwasslu għall-istess riżultat bħall-applikazzjoni tal-kriterji bbażati b'mod dirett fuq in-nazzjonalità tal-klijenti, tal-post tar-residenza jew tal-post ta' stabbiliment. Kriterji oħrajn bħal dawn jistgħu jiġu applikati, b'mod partikolari, abbażi ta' informazzjoni li tindika l-lokazzjoni fiżika tal-klijenti, bħall-indirizz tal-IP li jintuża meta tiġi aċċessata interfaċċa online, l-indirizz sottomess għall-konsenja tal-prodotti, l-għażla tal-lingwa li saret jew l-Istat Membru fejn intuża l-istrument ta' pagament tal-klijenti.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 6a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6a)  Il-premessa 29 tad-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a tistabbilixxi li l-kwistjoni tal-eżawriment ma tqumx fil-każ ta' servizzi u b'mod partikolari fis-servizzi online.

_______________________

1a Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2001 dwar l-armonizzazzjoni ta' ċerti aspetti ta' drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni

Emenda     12

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  Dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa l-atti tad-dritt tal-Unjoni dwar il-kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet ċivili, b'mod partikolari d-dispożizzjonijiet dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali u dwar il-ġurisdizzjoni stabbiliti fir-Regolamenti (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill24 u (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill25, inkluż l-applikazzjoni ta' dawk l-atti u dawk id-dispożizzjonijiet f'każijiet individwali. B'mod partikolari, is-sempliċi fatt li negozjant jaġixxi skont id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament ma għandux jiġi interpretat li jimplika li hu jidderieġi l-attivitajiet tiegħu lejn l-Istat Membru tal-konsumatur għall-fini ta' din l-applikazzjoni.

(10)  Dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-atti tad-dritt tal-Unjoni dwar il-kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet ċivili, b'mod partikolari d-dispożizzjonijiet dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali u dwar il-ġurisdizzjoni stabbiliti fir-Regolamenti (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill24 u (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill25, inkluż l-applikazzjoni ta' dawk l-atti u dawk id-dispożizzjonijiet f'każijiet individwali. B'mod partikolari, is-sempliċi fatt li negozjant jaġixxi skont id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament ma għandux jiġi interpretat li jimplika li hu jidderieġi l-attivitajiet tiegħu lejn l-Istat Membru tal-konsumatur għall-fini ta' din l-applikazzjoni. Għal dik ir-raġuni u sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali għan-negozjanti li jikkonformaw ma' dan ir-Regolament, għandu jkun ċar li s-sempliċi fatt li negozjant jagħmel interfaċċa online aċċessibbli għall-klijenti minn Stat Membru ieħor jew ma japplikax kundizzjonijiet ġenerali ta' aċċess differenti fil-każijiet stipulati f'dan ir-Regolament, inkluż, fejn rilevanti, permezz tal-konklużjoni ta' kuntratti, jew jaċċetta strumenti ta' ħlas minn Stat Membru ieħor, m'għandux fih innifsu jitqies, għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-liġi u l-ġurisdizzjoni applikabbli, li jkun jindika li l-attivitajiet tan-negozjant huma diretti għall-Istat Membru tal-klijent, sakemm ma tingħatax prova ta' elementi ulterjuri li minnhom tkun tista' tiġi konkluża l-eżistenza ta' intenzjoni min-naħa tan-negozjant li jidderieġi l-attivitajiet tiegħu lejn dawn l-Istati Membri skont il-liġi tal-Unjoni.

_________________

_________________

24 Ir-Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali (Ruma I) (ĠU L 177, 4.7.2008, p. 6).

24 Ir-Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali (Ruma I) (ĠU L 177, 4.7.2008, p. 6).

25 Ir-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (ĠU L 351, 20.12.2012, p. 1).

25 Ir-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (ĠU L 351, 20.12.2012, p. 1).

Emenda     13

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  Ġeneralment, il-prattiki diskriminatorji li dan ir-Regolament għandu l-għan li jindirizza jseħħu permezz ta' termini ġenerali, kundizzjonijiet jew informazzjoni oħra stabbiliti u applikati minn jew f'isem in-negozjant ikkonċernat, bħala prekundizzjoni għall-ksib tal-aċċess għall-prodotti jew għas-servizzi inkwistjoni, u li huma disponibbli għall-pubbliku b'mod ġenerali. Dawn il-kundizzjonijiet ġenerali ta' aċċess jinkludu fost l-oħrajn prezzijiet, kundizzjonijiet ta' pagament u kundizzjonijiet ta' konsenja. Dawn jistgħu jsiru disponibbli għall-pubbliku ġenerali minn jew f'isem in-negozjant permezz ta' diversi mezzi, bħall-informazzjoni ppubblikata fir-reklami, fuq is-siti web jew fuq dokumentazzjoni prekuntrattwali jew kuntrattwali. Dawn il-kundizzjonijiet japplikaw fin-nuqqas ta' ftehim bil-kontra nnegozjat b'mod individwali magħmul b'mod dirett bejn in-negozjant u l-konsumatur. Il-patti u l-kundizzjonijiet li huma nnegozjati b'mod individwali bejn in-negozjant u l-konsumaturi ma għandhomx jitqiesu bħala kundizzjonijiet ġenerali tal-aċċess għall-finijiet ta' dan ir-Regolament.

(11)  Ġeneralment, il-prattiki diskriminatorji li dan ir-Regolament għandu l-għan li jindirizza jseħħu permezz ta' termini ġenerali, kundizzjonijiet jew informazzjoni oħra stabbiliti u applikati minn jew f'isem in-negozjant ikkonċernat, bħala prekundizzjoni għall-ksib tal-aċċess għall-prodotti jew għas-servizzi inkwistjoni, u li huma disponibbli għall-pubbliku b'mod ġenerali. Dawn il-kundizzjonijiet ġenerali ta' aċċess jinkludu fost l-oħrajn prezzijiet, rekwiżiti bbażati fuq il-prefissi tat-telefon, kundizzjonijiet ta' pagament u kundizzjonijiet ta' konsenja. Dawn jistgħu jsiru disponibbli għall-pubbliku ġenerali minn jew f'isem in-negozjant permezz ta' diversi mezzi, bħall-informazzjoni ppubblikata fir-reklami, fuq is-siti web jew fuq dokumentazzjoni prekuntrattwali jew kuntrattwali. Dawn il-kundizzjonijiet japplikaw fin-nuqqas ta' ftehim bil-kontra nnegozjat b'mod individwali magħmul b'mod dirett bejn in-negozjant u l-klijent. Il-patti u l-kundizzjonijiet li huma nnegozjati b'mod individwali bejn in-negozjant u l-klijenti ma għandhomx jitqiesu bħala kundizzjonijiet ġenerali tal-aċċess għall-finijiet ta' dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

Tista' sseħħ diskriminazzjoni meta n-negozjanti jeħtieġu li l-klijent ikollu numru tat-telefon b'kodiċi tal-pajjiż speċifiku biex titlesta tranżazzjoni.

Emenda     14

Proposta għal regolament

Premessa 11a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11a)  L-arranġamenti tal-ipprezzar differenti fi Stati Membri individwali jeħtieġ li ma jitqisux bħala prattika diskriminatorja.

Emenda    15

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  Kemm il-konsumaturi kif ukoll l-impriżi għandhom jiġu ssalvagwardjati mid-diskriminazzjoni għal raġunijiet relatati man-nazzjonalità, mal-post tar-residenza jew mal-post ta' stabbiliment tagħhom meta jaġixxu bħala konsumaturi għall-finijiet ta' dan ir-Regolament. Madankollu, din il-protezzjoni ma għandhiex testendi għall-konsumaturi li qed jixtru prodott jew servizz għall-bejgħ mill-ġdid, peress li dan jaffettwa l-iskemi ta' distribuzzjoni użati b'mod wiesa' bejn l-impriżi f'kuntest minn negozju għal negozju, bħad-distribuzzjoni selettiva u esklużiva, li ġeneralment tippermetti lill-manifatturi jagħżlu l-bejjiegħa bl-imnut tagħhom, soġġetti għall-konformità mar-regoli dwar il-kompetizzjoni.

(12)  Kemm il-konsumaturi kif ukoll l-impriżi għandhom jiġu ssalvagwardjati mid-diskriminazzjoni għal raġunijiet relatati man-nazzjonalità, mal-post tar-residenza jew mal-post ta' stabbiliment tagħhom meta jaġixxu bħala klijenti għall-finijiet ta' dan ir-Regolament. Madankollu, din il-protezzjoni ma għandhiex testendi għall-klijenti li qed jixtru prodott jew servizz għall-bejgħ mill-ġdid, kera kummerċjali, jew trasformazzjoni u l-ipproċessar ta' prodotti mixtrija, peress li dan jaffettwa l-iskemi ta' distribuzzjoni użati b'mod wiesa' bejn l-impriżi f'kuntest minn negozju għal negozju, bħad-distribuzzjoni selettiva u esklużiva, li ġeneralment tippermetti lill-manifatturi jagħżlu l-bejjiegħa bl-imnut tagħhom, soġġetti għall-konformità mar-regoli dwar il-kompetizzjoni. Il-klijenti għandhom jiġu ssalvagwardjati biss mid-diskriminazzjoni għal raġunijiet relatati man-nazzjonalità tagħhom, il-post ta' residenza jew is-sede prinċipali meta jixtru prodott jew servizz għal użu finali.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  Sabiex tiżdied il-possibbiltà għall-konsumaturi biex ikollhom aċċess għal informazzjoni relatata mal-bejgħ tal-prodotti u l-provvista tas-servizzi fis-suq intern u biex tiżdied it-trasparenza, inkluż fir-rigward tal-prezzijiet, in-negozjanti ma għandhomx, permezz tal-użu ta' miżuri teknoloġiċi jew b'xi mod ieħor, jimpedixxu lill-konsumaturi milli jkollhom aċċess sħiħ u ugwali għal interfaċċi online abbażi tan-nazzjonalità, tal-post tar-residenza jew tal-post tal-istabbiliment tagħhom. Dawn il-miżuri teknoloġiċi jistgħu jinkludu, b'mod partikolari, kwalunkwe teknoloġija użata biex tiddetermina l-post fiżiku tal-konsumatur, inkluż l-ittraċċar tiegħu permezz tal-indirizz tal-IP, il-koordinati miksuba permezz ta' sistema globali tan-navigazzjoni bis-satellita jew dejta relatata mat-tranżazzjoni tal-pagament. Madankollu, din il-projbizzjoni tad-diskriminazzjoni fir-rigward tal-aċċess għal interfaċċi online ma għandhiex tinftiehem li toħloq obbligu għan-negozjant li jidħol fi tranżazzjonijiet kummerċjali mal-konsumaturi.

(14)  Sabiex tiżdied il-possibbiltà għall-klijenti li jkollhom aċċess għal informazzjoni relatata mal-bejgħ tal-prodotti u l-provvista tas-servizzi fis-suq intern u biex tiżdied it-trasparenza, inkluż fir-rigward tal-prezzijiet iżda mhux limitat għalihom, in-negozjanti jew kwalunkwe parti oħra li taġixxi f'isimhom, inklużi l-intermedjarji u operaturi ta' interfaċċi online għall-finijiet ta' aċċess, ma għandhomx, permezz tal-użu ta' miżuri teknoloġiċi jew b'xi mod ieħor, jimpedixxu lill-klijenti milli jkollhom aċċess sħiħ u ugwali għal interfaċċi online abbażi tan-nazzjonalità, tal-post tar-residenza jew tal-post tal-istabbiliment tagħhom. Dawn il-miżuri teknoloġiċi jistgħu jinkludu, iżda mhux limitati għal, b'mod partikolari, kwalunkwe teknoloġija użata biex tiddetermina l-post fiżiku tal-klijent, inkluż l-ittraċċar tiegħu permezz tal-indirizz tal-IP, l-istorja u/jew ix-xejriet tan-navigazzjoni, it-traċċar jew il-lokalizzazzjoni bil-GSM, il-koordinati miksuba permezz ta' sistema globali tan-navigazzjoni bis-satellita jew dejta relatata mat-tranżazzjoni tal-pagament. Madankollu, din il-projbizzjoni tad-diskriminazzjoni fir-rigward tal-aċċess għal interfaċċi online ma għandhiex tinftiehem li toħloq obbligu għan-negozjant li jidħol fi tranżazzjonijiet kummerċjali mal-klijenti.

Emenda    17

Proposta għal regolament

Premessa 14a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14a)  F'ċerti każijiet, l-imblukkar, l-illimitar tal-aċċess jew ir-ridirezzjonar mingħajr il-kunsens tal-klijenti lejn verżjoni alternattiva ta' interfaċċa online għal raġunijiet relatati man-nazzjonalità, mal-post tar-residenza jew mal-post tal-istabbiliment jistgħu jkunu neċessarji sabiex tiġi żgurata l-konformità ma' rekwiżit legali fid-dritt tal-Unjoni jew fil-liġijiet tal-Istati Membri skont id-dritt tal-Unjoni. Dawn il-liġijiet jistgħu jillimataw l-aċċess tal-konsumaturi għal ċerti prodotti jew servizzi, pereżempju billi jipprojbixxu l-wiri ta' kontenut speċifiku f'ċerti Stati Membri. In-negozjanti m'għandhomx jitwaqqfu milli jikkonformaw ma' dawn ir-rekwiżiti u b'hekk ikunu jistgħu jimblukkaw, jillimitaw l-aċċess jew jidderieġu mill-ġdid ċerti klijenti jew klijenti f'ċerti territorji lejn interfaċċa online, sa fejn dak ikun meħtieġ għal din ir-raġuni. Fejn negozjant jimblokka jew jillimita l-aċċess għal interfaċċa online sabiex jiżgura konformità mal-obbligu legali fil-liġi tal-Unjoni jew fil-liġijiet tal-Istati Membri skont il-liġi tal-Unjoni, in-negozjant għandu jagħti spjegazzjoni ċara.

Emenda     18

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)  F'ċerti każijiet, l-imblukkar, l-illimitar tal-aċċess jew ir-ridirezzjonar mingħajr il-kunsens tal-konsumaturi lejn verżjoni alternattiva ta' interfaċċa online għal raġunijiet relatati man-nazzjonalità, mal-post tar-residenza jew mal-post tal-istabbiliment jistgħu jkunu neċessarji sabiex tiġi żgurata l-konformità ma' rekwiżit legali fid-dritt tal-Unjoni jew fil-liġijiet tal-Istati Membri skont id-dritt tal-Unjoni. Dawn il-liġijiet jistgħu jillimataw l-aċċess tal-konsumaturi għal ċerti prodotti jew servizzi, pereżempju billi jipprojbixxu l-wiri ta' kontenut speċifiku f'ċerti Stati Membri. In-negozjanti ma għandhomx jitwaqqfu milli jikkonformaw ma' dawn ir-rekwiżiti u b'hekk ikunu jistgħu jimblukkaw, jillimitaw l-aċċess jew jidderieġu mill-ġdid ċerti konsumaturi jew konsumaturi f'ċerti territorji lejn interfaċċa online, sa fejn dak ikun meħtieġ għal din ir-raġuni.

(16)  F'ċerti każijiet, l-imblukkar, l-illimitar tal-aċċess jew ir-ridirezzjonar mingħajr il-kunsens tal-klijenti lejn verżjoni alternattiva ta' interfaċċa online għal raġunijiet relatati man-nazzjonalità, mal-post tar-residenza jew mal-post tal-istabbiliment jistgħu jkunu neċessarji sabiex tiġi żgurata l-konformità ma' rekwiżit legali fid-dritt tal-Unjoni jew fil-liġijiet tal-Istati Membri skont id-dritt tal-Unjoni. Dawn il-liġijiet jistgħu jillimataw l-aċċess tal-klijenti għal ċerti prodotti jew servizzi, pereżempju billi jipprojbixxu l-wiri ta' kontenut speċifiku f'ċerti Stati Membri. In-negozjanti ma għandhomx jitwaqqfu milli jikkonformaw ma' dawn ir-rekwiżiti u b'hekk ikunu jistgħu jimblukkaw, jillimitaw l-aċċess jew jidderieġu mill-ġdid ċerti klijenti jew klijenti f'ċerti territorji lejn interfaċċa online, sa fejn dak ikun meħtieġ għal din ir-raġuni. Barra minn hekk, l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament m'għandhiex tipprevejni lill-Istati Membri milli japplikaw ir-regoli u l-prinċipji fundamentali tagħhom relatati mal-libertà tal-istampa u l-libertà tal-espressjoni.

Emenda    19

Proposta għal regolament

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)  F'numru ta' sitwazzjonijiet speċifiċi, kull differenza fit-trattament tal-konsumaturi permezz tal-applikazzjoni tal-kundizzjonijiet ġenerali tal-aċċess, inklużi rifjuti diretti li jinbiegħu l-prodotti jew li jiġu pprovduti s-servizzi għal raġunijiet relatati man-nazzjonalità, mal-post tar-residenza u mal-post tal-istabbiliment tal-konsumaturi ma tistax tiġi ġġustifikata b'mod oġġettiv. F'dawn is-sitwazzjonijiet, kull diskriminazzjoni bħal din għandha tiġi pprojbita u l-konsumaturi għandhom konsegwentement ikunu intitolati, skont il-kundizzjonijiet speċifiċi stabbiliti f'dan ir-Regolament, biex jidħlu fi tranżazzjonijiet kummerċjali bl-istess kundizzjonijiet bħal konsumatur lokali u jkollhom aċċess sħiħ u l-istess aċċess għal kwalunkwe wieħed mill-prodotti jew is-servizzi differenti offruti irrispettivament min-nazzjonalità, mill-post tar-residenza jew mill-post tal-istabbiliment tagħhom. Għalhekk, fejn meħtieġ, in-negozjanti għandhom jieħdu miżuri biex tiġi żgurata l-konformità ma' din il-projbizzjoni tad-diskriminazzjoni f'każ li l-konsumaturi kkonċernati jkunu preklużi milli jkollhom aċċess sħiħ u ugwali bħal dan. Madankollu, il-projbizzjoni applikabbli f'dawk is-sitwazzjonijiet ma għandhiex tinftiehem li tipprekludi lin-negozjanti milli jidderieġu l-attivitajiet tagħhom lejn Stati Membri differenti jew lejn ċerti gruppi ta' konsumaturi b'offerti mmirati u b'patti u kundizzjonijiet differenti, inkluż permezz tal-istabbiliment ta' interfaċċi online speċifiċi għall-pajjiż.

(17)  F'numru ta' sitwazzjonijiet speċifiċi, kull differenza fit-trattament tal-klijenti permezz tal-applikazzjoni tal-kundizzjonijiet ġenerali tal-aċċess, inklużi rifjuti diretti li jinbiegħu l-prodotti jew li jiġu pprovduti s-servizzi għal raġunijiet relatati man-nazzjonalità, mal-post tar-residenza u mal-post tal-istabbiliment tal-klijenti ma tistax tiġi ġġustifikata b'mod oġġettiv. F'dawn is-sitwazzjonijiet, kull diskriminazzjoni bħal din għandha tiġi pprojbita u l-klijenti għandhom konsegwentement ikunu intitolati, skont il-kundizzjonijiet speċifiċi stabbiliti f'dan ir-Regolament, biex jidħlu fi tranżazzjonijiet kummerċjali bl-istess kundizzjonijiet bħal klijenti lokali u jkollhom aċċess sħiħ u l-istess aċċess għal kwalunkwe wieħed mill-prodotti jew is-servizzi differenti offruti irrispettivament min-nazzjonalità, mill-post tar-residenza jew mill-post tal-istabbiliment tagħhom, jew kwalunkwe mezz indirett ieħor marbut ma' dawk il-kriterji, ma tistax titqies bħala ġġustifikata b'mod oġġettiv fis-sens tal-Artikolu 20 tad-Direttiva 2006/123/KE. Għalhekk, fejn meħtieġ, in-negozjanti għandhom jieħdu miżuri biex tiġi żgurata l-konformità ma' din il-projbizzjoni tad-diskriminazzjoni f'każ li l-klijenti kkonċernati jkunu preklużi milli jkollhom aċċess sħiħ u ugwali bħal dan. Madankollu, il-projbizzjoni applikabbli f'dawk is-sitwazzjonijiet ma għandhiex tinftiehem li tipprekludi lin-negozjanti milli jidderieġu l-attivitajiet tagħhom lejn Stati Membri differenti jew lejn ċerti gruppi ta' klijenti b'offerti mmirati u b'patti u kundizzjonijiet differenti, inkluż permezz tal-istabbiliment ta' interfaċċi online speċifiċi għall-pajjiż. F'każ li jiġu applikati kundizzjonijiet differenti għal servizzi jew prodotti għal raġunijiet oġġettivi, madankollu, dan ma jikkostitwixxix diskriminazzjoni illegali kif definit fl-Artikolu 20 u fil-Premessa 95 tad-Direttiva 2006/123/KE.

Emenda     20

Proposta għal regolament

Premessa 17a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17a)  L-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 593/2008 (Ruma I) jirregola l-kuntratti tal-konsumaturi. Skont dak l-Artikolu, kuntratt li konsumatur ikun ikkonkluda ma' negozjant huwa suġġett għal-liġi tal-istat fejn il-konsumatur ikollu l-post normali ta' residenza tiegħu, sakemm in-negozjant, bi kwalunkwe mezz, jidderieġi attività professjonali jew kummerċjali f'dak il-pajjiż. Fil-każijiet definiti fl-Artikolu 4(1)(a) sa (c), il-fornitur ma jidderiġix l-attività tiegħu lejn l-Istat Membru tal-konsumatur. F'każijiet bħal dawn, ir-Regolament Ruma I jistipula li l-kuntratt mhuwiex suġġett għal-liġi tal-Istat ta' residenza tal-konsumatur. Hawnhekk japplika l-prinċipju tal-libertà tal-għażla (l-Artikolu 3 tar-Regolament Ruma I). L-istess japplika għall-ġurisdizzjoni, li hija rregolata mir-Regolament (UE) Nru 1215/2012.

Emenda     21

Proposta għal regolament

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)  L-ewwel waħda minn dawn is-sitwazzjonijiet hija fejn in-negozjant ibigħ il-prodotti u ma jkun hemm l-ebda konsenja transfruntiera ta' dawk il-prodotti minn jew f'isem in-negozjant lejn l-Istat Membru fejn jgħix il-konsumatur. F'din is-sitwazzjoni l-konsumatur għandu jkun jista' jixtri l-prodotti, eżattament bl-istess kundizzjonijiet, inklużi l-prezz u l-kundizzjonijiet relatati mal-konsenja tal-prodotti, bħall-konsumaturi simili li huma residenti tal-Istat Membru tan-negozjant. Dan jista' jfisser li l-konsumatur barrani jkollu jiġbor il-prodotti f'dak l-Istat Membru, jew fi Stat Membru differenti li n-negozjant ikun jikkonsenja fih. F'din is-sitwazzjoni, m'hemmx bżonn li wieħed jirreġistra għat-taxxa fuq il-valur miżjud ("VAT") fl-Istat Membru tal-konsumatur u lanqas jagħmel arranġamenti għall-konsenja transfruntiera tal-prodotti.

(18)  L-ewwel waħda minn dawn is-sitwazzjonijiet hija fejn in-negozjant ibigħ il-prodotti u ma jkun hemm l-ebda konsenja transfruntiera ta' dawk il-prodotti minn jew f'isem in-negozjant lejn l-Istat Membru fejn jgħix il-klijent. F'din is-sitwazzjoni, sakemm jiġi konkluż kuntratt bejn in-negozjant u l-klijent, il-klijent għandu jkun jista' jixtri l-prodotti, eżattament bl-istess kundizzjonijiet, inklużi l-kundizzjonijiet relatati mal-konsenja tal-prodotti, bħall-klijenti simili li huma residenti tal-Istat Membru tan-negozjant. Dan jista' jfisser li l-klijent barrani jkollu jiġbor il-prodotti f'dak l-Istat Membru, jew fi Stat Membru differenti li n-negozjant ikun jikkonsenja fih. F'din is-sitwazzjoni, m'hemmx bżonn li wieħed jirreġistra għat-taxxa fuq il-valur miżjud ("VAT") fl-Istat Membru tal-klijent u lanqas jagħmel arranġamenti għall-konsenja transfruntiera tal-prodotti. In-negozjant ma jistax jiġi obbligat li jikkonsenja l-prodotti.

Emenda    22

Proposta għal regolament

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19)  It-tieni sitwazzjoni hija meta n-negozjant jipprovdi servizzi forniti b'mod elettroniku, għajr servizzi li l-karatteristika prinċipali tagħhom tkun l-għoti ta' aċċess għal u l-użu ta' xogħlijiet protetti bid-dritt tal-awtur jew materjal protett ieħor, bħas-servizzi "cloud", is-servizzi tal-maħżen virtwali tad-dejta, l-ospitar tas-sit web u l-provvista tal-firewalls. F'dan il-każ, mhija meħtieġa l-ebda konsenja fiżika, peress li s-servizzi qed jiġu forniti b'mod elettroniku. In-negozjant jista' jiddikjara u jħallas il-VAT b'mod issimplifikat skont ir-regoli dwar il-VAT tal-Mini-One-Stop-Shop (MOSS) stabbiliti fir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 282/201126.

(19)  It-tieni sitwazzjoni hija meta n-negozjant jipprovdi servizzi forniti b'mod elettroniku, għajr servizzi li l-karatteristika prinċipali tagħhom tkun l-għoti ta' aċċess għal u l-użu ta' xogħlijiet protetti bid-dritt tal-awtur jew materjal protett ieħor, bħas-servizzi "cloud", is-servizzi tal-maħżen virtwali tad-dejta, l-ospitar tas-sit web u l-provvista tal-firewalls. F'dan il-każ, mhija meħtieġa l-ebda konsenja fiżika, peress li s-servizzi qed jiġu forniti b'mod elettroniku. In-negozjant jista' jiddikjara u jħallas il-VAT b'mod issimplifikat skont ir-regoli dwar il-VAT tal-Mini-One-Stop-Shop (MOSS) stabbiliti fir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 282/201126. Kull differenza fil-prezz finali li tista' sseħħ b'riżultat tal-applikazzjoni ta' rati ta' VAT differenti skont leġiżlazzjoni applikabbli fil-post ta' konsum m'għandhiex tinvolvi l-applikazzjoni ta' kundizzjonijiet differenti ta' aċċess.

__________________

__________________

26 Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 282/2011 tal-15 ta' Marzu 2011 li jistabbilixxi miżuri ta' implimentazzjoni fir-rigward tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 77, 23.3.2011, p. 1).

26 Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 282/2011 tal-15 ta' Marzu 2011 li jistabbilixxi miżuri ta' implimentazzjoni fir-rigward tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 77, 23.3.2011, p. 1).

Emenda    23

Proposta għal regolament

Premessa 21a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21a)  Il-projbizzjoni ta' diskriminazzjoni f'dawk is-sitwazzjonijiet m'għandhiex tiġi kkunsidrata bħala restrizzjoni fuq id-dritt tan-negozjanti li jiżviluppaw l-istrateġija kummerċjali tagħhom billi jidderieġu l-attivitajiet tagħhom fi Stati Membri differenti jew ċerti gruppi ta' klijenti b'offerti speċifiċi u termini u kundizzjonijiet differenti, inklużi interfaċċi online għal kull pajjiż jew reġjun. Madankollu, meta klijent barrani jitlob l-aċċess għal tali interfaċċi online u offerti speċifiċi, skont sett ta' termini u kundizzjonijiet mogħtija speċifikament, hu jew hi għandhom igawdu l-istess drittijiet kuntrattwali, u jkunu suġġetti għall-istess obbligi, bħal dawk applikabbli għal tranżazzjonijiet nazzjonali. Ir-restrizzjonijiet territorjali fuq il-provvista ta' servizzi ta' wara l-bejgħ li jirriżultaw minn termini u kundizzjonijiet li jkun aċċetta l-klijent, f'konformità mad-dritt tal-Unjoni u d-dritt nazzjonali applikabbli adottat bis-saħħa tiegħu, għandu jkun permissibbli skont dan ir-Regolament. Il-konformità ma' dan ir-Regolament m'għandha tinvolvi ebda obbligu fuq in-negozjanti biex jipprovdu prodotti bejn il-fruntieri jew kwalunkwe obbligu li jieħdu l-prodotti lura mill-pajjiż ta' stabbiliment jew ta' residenza tal-klijent.

Emenda     24

Proposta għal regolament

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22)  In-negozjanti li jaqgħu taħt l-iskema speċjali prevista fil-Kapitolu 1 tat-Titolu XII tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE27 mhumiex obbligati jħallsu l-VAT. Għal dawk in-negozjanti, meta jipprovdu s-servizzi elettronikament, il-projbizzjoni tal-applikazzjoni ta' kundizzjonijiet ġenerali differenti ta' aċċess għal raġunijiet marbuta man-nazzjonalità, mal-post tar-residenza jew mal-post tal-istabbiliment tal-konsumatur timplika rekwiżit ta' reġistrazzjoni sabiex jitqies il-VAT ta' Stati Membri oħra u tista' timplika xi spejjeż addizzjonali, li jkunu piż sproporzjonat, meta wieħed iqis id-daqs u l-karatteristiċi tan-negozjanti kkonċernati. Għalhekk, dawk in-negozjanti għandhom ikunu eżentati minn dik il-projbizzjoni għall-perjodu ta' żmien li tkun applikabbli skema bħal din.

(22)  In-negozjanti li jaqgħu taħt l-iskema speċjali prevista fil-Kapitolu 1 tat-Titolu XII tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE27 mhumiex obbligati jħallsu l-VAT fl-Istat Membru fejn ikunu stabbiliti. Għal dawk in-negozjanti, meta jipprovdu s-servizzi elettronikament, il-projbizzjoni tal-applikazzjoni ta' kundizzjonijiet ġenerali differenti ta' aċċess għal raġunijiet marbuta man-nazzjonalità, mal-post tar-residenza jew mal-post tal-istabbiliment tal-klijent timplika rekwiżit ta' reġistrazzjoni sabiex jitqies il-VAT ta' Stati Membri oħra u tista' timplika xi spejjeż addizzjonali, li jkunu piż sproporzjonat, meta wieħed iqis id-daqs u l-karatteristiċi tan-negozjanti kkonċernati. Għalhekk, dawk in-negozjanti għandhom ikunu eżentati minn dik il-projbizzjoni għall-perjodu ta' żmien li tkun applikabbli skema bħal din.

_________________

_________________

27 Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta' Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1–118)

27 Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta' Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1–118)

Emenda    25

Proposta għal regolament

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24)  Skont id-dritt tal-Unjoni, in-negozjanti huma, fil-prinċipju, liberi li jiddeċiedu liema mezzi ta' pagament jixtiequ jaċċettaw, inkluż id-ditti tal-pagament. Madankollu, ladarba din l-għażla tkun saret, fid-dawl tal-qafas legali eżistenti tas-servizzi tal-pagamenti, ma hemm l-ebda raġuni għan-negozjanti biex jiddiskriminaw lill-konsumaturi fi ħdan l-Unjoni billi jirrifjutaw ċerti tranżazzjonijiet kummerċjali, jew inkella billi japplikaw ċerti kundizzjonijiet differenti tal-pagamenti fir-rigward ta' dawn it-tranżazzjonijiet, għal raġunijiet relatati man-nazzjonalità, mal-post ta' residenża jew mal-post tal-istabbiliment tal-konsumatur. F'dan il-kuntest partikolari, dan it-trattament mhux iġġustifikat u mhux ugwali għal raġunijiet relatati mal-post tal-kont ta' pagament, mal-post tal-istabbiliment tal-fornitur tas-servizzi ta' pagament jew mal-post tal-ħruġ tal-istrument tal-pagament fi ħdan l-Unjoni għandu jkun ukoll espressament ipprojbit. Għandu jkun imfakkar ukoll li r-Regolament (UE) Nru 260/2012 diġà jipprojbixxi lill-benefiċjarji kollha, inklużi n-negozjanti, milli jobbligaw li l-kontijiet bankarji jkunu minn ċertu Stat Membru sabiex jiġi aċċettat li l-pagamenti jsiru bil-euro.

(24)  Skont id-dritt tal-Unjoni, in-negozjanti huma, fil-prinċipju, liberi li jiddeċiedu liema mezzi ta' pagament jixtiequ jaċċettaw. Skont ir-Regolament (UE) Nru 2015/751 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a u d-Direttiva 2007/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1b, in-negozjanti li jaċċettaw strumenti ta' pagament permezz ta' kard ta' ditta ta' pagament speċifika u kategorija mhumiex obbligati li jaċċettaw strumenti ta' pagament permezz ta' kard tal-istess kategorija iżda ta' ditta differenti, jew tal-istess ditta iżda ta' kategorija differenti. Madankollu, ladarba din l-għażla tkun saret, fid-dawl tal-qafas legali eżistenti tas-servizzi tal-pagamenti, ma hemm l-ebda raġuni għan-negozjanti biex jiddiskriminaw lill-klijenti fi ħdan l-Unjoni billi jirrifjutaw ċerti tranżazzjonijiet kummerċjali, jew inkella billi japplikaw ċerti kundizzjonijiet differenti tal-pagamenti fir-rigward ta' dawn it-tranżazzjonijiet, għal raġunijiet relatati man-nazzjonalità, mal-post ta' residenża jew mal-post tal-istabbiliment tal-klijent. F'dan il-kuntest partikolari, dan it-trattament mhux iġġustifikat u mhux ugwali għal raġunijiet relatati mal-post tal-kont ta' pagament, mal-post tal-istabbiliment tal-fornitur tas-servizzi ta' pagament jew mal-post tal-ħruġ tal-istrument tal-pagament fi ħdan l-Unjoni għandu jkun ukoll espressament ipprojbit. Il-Kummissjoni Ewropea għandha tivvaluta l-użu ta' inċentivi biex jippromwovu l-użu ta' servizzi ta' pagament Ewropej. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk tipprovdix il-qafas legali li jippermetti, bla ħsara għall-prinċipju tal-libertà ta' kuntratt, il-protezzjoni tal-impriżi u tal-konsumaturi meta t-tranżazzjoni seħħ permezz ta' mezzi alternattivi ta' pagament, inklużi muniti virtwali, tranżazzjonijiet tat-tip "blockchain" u portafolli elettroniċi. Id-data personali maħluqa mit-tranżazzjonijiet tal-kummerċ elettroniku għandha tiġi maħżuna f'ċentri tad-data fl-Unjoni, irrispettivament minn fejn hija inkorporata s-sede tal-kumpannija ta' pagament, sakemm it-trasferiment ta' tali data lejn pajjiż terz iseħħ f'konformità mar-Regolament (UE) 2016/679 u jiżgura livelli adegwati ta' protezzjoni għall-konsumaturi u l-impriżi. Għandu jkun imfakkar ukoll li r-Regolament (UE) Nru 260/2012 diġà jipprojbixxi lill-benefiċjarji kollha, inklużi n-negozjanti, milli jobbligaw li l-kontijiet bankarji jkunu minn ċertu Stat Membru sabiex jiġi aċċettat li l-pagamenti jsiru bil-euro. In-negozjanti għandhom jibqgħu liberi li jitolbu tariffi għall-użu ta' strument ta' pagament. Madankollu, dan id-dritt għandu jkun suġġett għar-restrizzjonijiet introdotti mill-Artikolu 62 tad-Direttiva (UE) 2015/23661c, li jfisser, fost affarijiet oħra, li dawn l-ispejjeż addizzjonali ma jistgħux ikunu ogħla mill-ispiża li effettivament in-negozjant ikun ħallas.

__________________

1a Ir-Regolament (UE) 2015/751 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2015 dwar it-tariffi tal-interkambju għat-transazzjonijiet ta' pagament permezz ta' kard (ĠU L 123, 19.5.2015, p. 1).

1b Id-Direttiva 2007/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Novembru 2007 dwar is-servizzi ta' ħlas fis-suq intern li temenda d-Direttivi 97/7/KE, 2002/65/KE, 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 97/5/KE (ĠU L 319, 5.12.2007, p. 1)

1c Id-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 dwar is-servizzi ta' pagament fis-suq intern, li temenda d-Direttivi 2002/65/KE, 2009/110/KE u 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010, u li tħassar id-Direttiva 2007/64/KE (ĠU L 337, 23.12.2015, p. 35).

Emenda    26

Proposta għal regolament

Premessa 24a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24a)  Fil-każ ta' kwalunkwe miżura li tittieħed minn gvern, bank ċentrali jew korp regolatorju ieħor li tillimita l-fluss tal-kapital minn u lejn l-ekonomija ta' Stat Membru, bħal restrizzjonijiet ta' kapital, dan ir-Regolament għandu jibqa' japplika f'konformità mad-dritt tal-Unjoni u mad-dritt nazzjonali applikabbli u r-restrizzjonijiet relattivi imposti f'konformità mad-dritt tal-Unjoni. Konsegwentement, kwalunkwe diskriminazzjoni diretta jew indiretta bbażata fuq in-nazzjonalità tal-klijent, il-post ta' residenza jew il-post ta' stabbiliment, jew fejn jinsab il-kont ta' pagament, tal-fornitur ta' servizzi ta' pagament jew tal-post tal-ħruġ tal-istrument tal-pagament fl-Unjoni għandha tkun ipprojbita.

Emenda    27

Proposta għal regolament

Premessa 25a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25a)  Id-data ġġenerata permezz ta' tranżazzjonijiet ta' kummerċ elettroniku u online għandha tkun konformi mal-qafas leġiżlattiv dwar it-traffiku u fejn tinsab id-data, iż-żamma tad-data, il-protezzjoni tad-data u l-analiżi tad-data, li jiżguraw konformità sħiħa mad-dritt tal-Unjoni. Is-sistemi tan-netwerks u tal-informazzjoni għandhom joperaw f'konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Direttiva (UE) 2016/1148 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a, filwaqt li jiżguraw l-ogħla livell ta' sigurtà tas-sistemi tan-netwerks u tal-informazzjoni.

_____________________

1a Direttiva (UE) 2016/1148 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Lulju 2016 dwar miżuri għal livell għoli komuni ta' sigurtà tan-netwerks u tas-sistemi tal-informazzjoni madwar l-Unjoni (ĠU L 194, 19.7.2016, p. 1).

Emenda    28

Proposta għal regolament

Premessa 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28)  Il-konsumaturi għandhom ikunu fil-pożizzjoni li jirċievu assistenza mill-awtoritajiet responsabbli li tiffaċilita r-riżoluzzjoni tal-kunflitti man-negozjanti, li tirriżulta mill-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, inkluż permezz ta' formola tal-ilmenti uniformi.

(28)  Il-klijenti għandhom ikunu fil-pożizzjoni li jirċievu assistenza mill-awtoritajiet responsabbli li tiffaċilita r-riżoluzzjoni tal-kunflitti man-negozjanti, li tirriżulta mill-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, inkluż permezz ta' formola tal-ilmenti uniformi.

Emenda    29

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Dan ir-Regolament għandu l-għan li jikkontribwixxi għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern billi jipprevjeni d-diskriminazzjoni abbażi, b'mod dirett jew indirett, tan-nazzjonalità, tal-post tar-residenza jew tal-post tal-istabbiliment tal-konsumaturi.

1.  Dan ir-Regolament għandu l-għan li jikkontribwixxi għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern billi jipprevjeni d-diskriminazzjoni abbażi, b'mod dirett jew indirett, tan-nazzjonalità, tal-post tar-residenza jew tal-post tal-istabbiliment tal-klijenti u billi jiddefinixxi, inter alia, sitwazzjonijiet fejn trattament differenti, kif imsemmi fl-Artikolu 20(2) tad-Direttiva 2006/123/KE m'huwa taħt l-ebda ċirkostanza ġustifikabbli, minbarra l-każijiet fejn kundizzjonijiet differenti jistgħu jiġu applikati għal servizzi jew prodotti għal raġunijiet oġġettivi skont l-istess artikolu tad-Direttiva 2006/123/KE.

Emenda     30

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1a.  Dan ir-Regolament m'għandux jirrestrinġi l-libertà imprenditorjali u l-libertà kuntrattwali stabbiliti fl-Artikolu 16 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

Emenda     31

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa l-atti tad-dritt tal-Unjoni dwar il-kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet ċivili. Il-konformità ma' dan ir-Regolament ma għandhiex tkun interpretata li timplika li n-negozjant jidderieġi l-attivitajiet tiegħu jew tagħha lejn l-Istat Membru fejn il-konsumatur għandu r-residenza abitwali jew id-domiċilju fis-sens ta' punt (b) tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 593/2008 u punt (c) tal-Artikolu 17(1) tar-Regolament (UE) 1215/2012.

5.  Dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa l-atti tad-dritt tal-Unjoni dwar il-kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet ċivili. Il-konformità ma' dan ir-Regolament ma għandhiex tkun interpretata li timplika li n-negozjant jidderieġi l-attivitajiet tiegħu jew tagħha lejn l-Istat Membru fejn il-konsumatur għandu r-residenza abitwali jew id-domiċilju fis-sens ta' punt (b) tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 593/2008 u punt (c) tal-Artikolu 17(1) tar-Regolament (UE) 1215/2012. B'mod partikolari, meta negozjant, f'konformità ma' dan ir-Regolament, jiżgura aċċess għal interfaċċa online tiegħu għall-klijenti irrispettivament min-nazzjonalità jew mill-post tar-residenza tagħhom, ma japplikax kundizzjonijiet ġenerali ta' aċċess differenti meta jbigħ prodotti jew jipprovdi servizzi fil-każijiet stipulati f'dan ir-Regolament jew fejn in-negozjant jaċċetta strumenti ta' ħlas maħruġa fi Stat Membru ieħor fuq bażi mhux diskriminatorja, in-negozjant m'għandux jiġi kkunsidrat li qed jidderieġi l-attività tiegħu lejn l-Istat Membru fejn il-konsumatur għandu r-residenza abitwali jew id-domiċilju tiegħu, sakemm ma tiġix stabbilita l-eżistenza ta' elementi oħra addizzjonali, li tindika l-intenzjoni ġenerali tan-negozjant li jidderieġi l-attività tiegħu lejn tali Stat Membru.

Emenda    32

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, id-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 7 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 282/2011, l-Artikolu 2(10), (20) u (30) tar-Regolament (UE) Nru 2015/751 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill32 u l-Artikolu 4(8), (9), (11), (12), (14), (23), (24) u (30) tad-Direttiva (UE) 2015/2366 għandhom japplikaw.

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, id-definizzjoni tal-kunċett ta' "servizzi fornuti b'mod elettroniku" kif stabbilit fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 282/2011, id-definizzjonijiet tat-termini "tariffa tal-interkambju", "strument ta' pagament permezz ta' kard", "marka ta' pagament", "kard ta' debitu", "kard ta' kreditu" u "kard imħallsa minn qabel' rispettivament stabbiliti fl-Artikolu 2(10), (20), (30), (33), (34) u (35) tar-Regolament (UE) Nru 2015/751 u d-definizzjonijiet tat-termini "tranżazzjoni ta' pagament", "pagatur", "fornitur ta' servizz ta' pagament", "kont ta' pagament", "strument ta' pagament", "debitu dirett", "trasferiment ta' kreditu" u "awtentikazzjoni qawwija tal-konsumatur" rispettivament stabbiliti fl-Artikolu 4(5), (8), (11), (12), (14), (23), (24) u (30) tad-Direttiva (UE) 2015/2366 għandhom japplikaw.

__________________

32 Ir-Regolament (UE) 2015/751 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2015 dwar it-tariffi tal-interkambju għat-transazzjonijiet ta' pagament permezz ta' kard (ĠU L 123, 19.5.2015, p. 1).

Emenda    33

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw ukoll:

Id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw ukoll għall-finijiet ta' dan ir-Regolament:

Emenda    34

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  "klijent" tfisser konsumaturi, jew impriżi, li huma ċittadini tal-Istat Membru jew għandhom il-post tar-residenza jew tal-istabbiliment tagħhom fi Stat Membru, u għandhom l-intenzjoni li jixtru jew jixtru prodotti jew servizzi fi ħdan l-Unjoni, ħlief għal bejgħ mill-ġdid;

(c)  "klijent" tfisser konsumaturi, jew impriżi, li huma ċittadini tal-Istat Membru jew għandhom il-post tar-residenza jew tal-istabbiliment tagħhom fi Stat Membru, u għandhom l-intenzjoni li jixtru jew jixtru prodotti jew servizzi fi ħdan l-Unjoni, ħlief għal bejgħ mill-ġdid, kiri, trasformazzjoni jew ipproċessar fuq skala kummerċjali; L-intenzjoni għall-użu finali minn dak il-konsumatur jew dik l-impriża, hija l-unika waħda koperta minn dan ir-Regolament;

Emenda     35

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  "kundizzjonijiet ġenerali ta' aċċess" tfisser it-termini, il-kundizzjonijiet u l-informazzjoni l-oħra kollha, inklużi l-prezzijiet tal-bejgħ, li jirregolaw l-aċċess tal-konsumaturi għall-prodotti u s-servizzi offruti għall-bejgħ minn negozjant, li huma stabbiliti, applikati u magħmula disponibbli għall-pubbliku inġenerali minn jew f'isem in-negozjant u li japplikaw fin-nuqqas ta' ftehim innegozjat b'mod individwali bejn in-negozjant u l-konsumatur;

(d)  "kundizzjonijiet ġenerali ta' aċċess" tfisser it-termini, il-kundizzjonijiet u l-informazzjoni l-oħra kollha, inklużi l-prezzijiet tal-bejgħ, ir-rekwiżiti bbażati fuq prefissi tat-telefon, li jirregolaw l-aċċess tal-klijenti għall-prodotti u s-servizzi offruti għall-bejgħ minn negozjant, li huma stabbiliti, applikati u magħmula disponibbli għall-pubbliku inġenerali minn jew f'isem in-negozjant u li japplikaw fin-nuqqas ta' ftehim innegozjat b'mod individwali bejn in-negozjant u l-klijent;

Ġustifikazzjoni

Tista' sseħħ diskriminazzjoni meta n-negozjanti jeħtieġu li l-klijent ikollu numru tat-telefon b'kodiċi tal-pajjiż speċifiku biex titlesta tranżazzjoni.

Emenda     36

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)  "interfaċċa online" tfisser kwalunkwe softwer, inklużi siti web u applikazzjonijiet, imħaddma minn jew f'isem negozjant, li għandu r-rwol li jagħti aċċess għall-prodotti jew għas-servizzi tan-negozjant lill-konsumaturi bl-għan li jidħlu fi tranżazzjoni kummerċjali fir-rigward ta' dawk il-prodotti u s-servizzi;

(f)  "interfaċċa online" tfisser kwalunkwe softwer, inklużi siti web, jew xi parti minnhom, u applikazzjonijiet, imħaddma minn jew f'isem negozjant, li għandu r-rwol li jagħti aċċess għall-prodotti jew għas-servizzi tan-negozjant lill-klijenti bl-għan li jidħlu fi tranżazzjoni kummerċjali fir-rigward ta' dawk il-prodotti u s-servizzi;

Emenda    37

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

In-negozjanti ma għandhomx, għal raġunijiet relatati man-nazzjonalità, mal-post tar-residenza jew mal-post tal-istabbiliment tal-konsumatur, jidderieġu l-konsumaturi lejn verżjoni tal-interfaċċa online tagħhom li tkun differenti mill-interfaċċa online li l-konsumatur oriġinarjament ried jaċċessa, bis-saħħa tat-tqassim tagħha, bl-użu tal-lingwa jew b'karatteristiċi oħrajn li jagħmluha speċifika għal konsumaturi ta' nazzjonalità, ta' post tar-residenza jew ta' post tal-istabbiliment partikolari, sakemm il-konsumatur ma jagħtix il-kunsens espliċitu tiegħu jew tagħha qabel dan ir-ridirezzjonar.

In-negozjanti ma għandhomx, għal raġunijiet relatati man-nazzjonalità, mal-post tar-residenza jew mal-post tal-istabbiliment tal-klijent, jidderieġu lill-klijenti lejn verżjoni tal-interfaċċa online tagħhom li tkun differenti mill-interfaċċa online li l-klijent inizjalment ried jaċċessa, bis-saħħa tat-tqassim tagħha, bl-użu tal-lingwa jew b'karatteristiċi oħrajn li jagħmluha speċifika għal klijenti ta' nazzjonalità, ta' post tar-residenza jew ta' post tal-istabbiliment partikolari, sakemm il-klijent ma jagħtix il-kunsens espliċitu tiegħu jew tagħha qabel dan ir-ridirezzjonar.

Emenda    38

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

F'każ li jseħħ dan ir-ridirezzjonar bil-kunsens espliċitu tal-konsumatur, il-verżjoni oriġinali tal-interfaċċa online għandha tibqa' aċċessibbli b'mod faċli għal dak il-konsumatur.

F'każ li jseħħ dan ir-ridirezzjonar bil-kunsens espliċitu tal-klijent, il-verżjoni tal-interfaċċa online li l-klijent inizjalment ipprova jaċċessa għandha tibqa' aċċessibbli b'mod faċli għal dak il-klijent.

Emenda    39

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Il-projbizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw fejn l-imblukkar, il-limitazzjoni tal-aċċess jew ir-ridirezzjonar fir-rigward ta' ċerti konsumaturi jew ta' konsumaturi f'ċerti territorji, ikunu meħtieġa sabiex tiġi żgurata l-konformità ma' rekwiżit legali fid-dritt tal-Unjoni jew fil-liġijiet tal-Istati Membri skont id-dritt tal-Unjoni.

3.  Il-projbizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw fejn l-imblukkar tal-interfaċċa online, il-limitazzjoni tal-aċċess jew ir-ridirezzjonar fir-rigward ta' ċerti klijenti jew ta' klijenti f'ċerti territorji, ikunu meħtieġa sabiex tiġi żgurata l-konformità ma' rekwiżit legali fid-dritt tal-Unjoni jew fil-liġijiet tal-Istati Membri skont id-dritt tal-Unjoni.

Emenda    40

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Fejn in-negozjant jimblukka jew jillimita l-aċċess tal-konsumaturi għal interfaċċi online jew jidderieġi mill-ġdid lill-konsumaturi lejn verżjoni differenti tal-interfaċċa online f'konformita mal-paragrafu 4, in-negozjant għandu jipprovdi ġustifikazzjoni ċara. Din il-ġustifikazzjoni għandha tingħata bil-lingwa tal-interfaċċa online li l-konsumatur oriġinarjament ried jaċċessa.

4.  Fejn in-negozjant jimblukka jew jillimita l-aċċess tal-klijenti għal interfaċċi online jew jidderieġi mill-ġdid lill-klijenti lejn verżjoni differenti tal-interfaċċa online f'konformita mal-paragrafu 3, in-negozjant għandu jipprovdi spjegazzjoni ċara lill-klijenti kkonċernati. Din l-ispjegazzjoni għandha tingħata bil-lingwa tal-interfaċċa online li l-klijent inizjalment ried jaċċessa.

Emenda    41

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  In-negozjanti ma għandhomx japplikaw kundizzjonijiet ġenerali differenti ta' aċċess għall-prodotti u s-servizzi tagħhom, minħabba raġunijiet relatati man-nazzjonalità, mal-post tar-residenza jew mal-post ta' stabbiliment tal-konsumatur, fis-sitwazzjonijiet li ġejjin:

1.  In-negozjanti ma għandhomx japplikaw kundizzjonijiet ġenerali differenti ta' aċċess għall-prodotti u s-servizzi tagħhom, minħabba raġunijiet relatati man-nazzjonalità, mal-post tar-residenza jew mal-post ta' stabbiliment tal-klijent, fis-sitwazzjonijiet fejn il-klijent għandu l-għan li:

Emenda    42

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  fejn in-negozjant ibigħ prodotti u dawn il-prodotti ma jiġux konsenjati b'mod transfruntier lejn l-Istat Membru tal-konsumatur minn negozjant jew f'ismu jew f'isimha;

(a)  jixtri prodotti minn negozjant u dawn il-prodotti ma jiġux konsenjati b'mod transfruntier lejn l-Istat Membru tal-klijent minn negozjant jew f'ismu jew f'isimha;

Emenda    43

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  fejn in-negozjant jipprovdi servizzi forniti b'mod elettroniku, għajr servizzi li l-karatteristika prinċipali tagħhom tkun l-għoti ta' aċċess għal u l-użu ta' xogħlijiet protetti bid-dritt tal-awtur jew materjal protett ieħor;

(b)  jirċievi servizzi forniti b'mod elettroniku minn negozjant, għajr servizzi li l-karatteristika prinċipali tagħhom tkun l-għoti ta' aċċess għal u l-użu ta' xogħlijiet protetti bid-dritt tal-awtur jew materjal protett ieħor;

Emenda    44

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  fejn in-negozjant jipprovdi servizzi, għajr dawk koperti mill-punt (b), u dawn is-servizzi jiġu forniti lill-konsumatur fil-bini tan-negozjant jew f'post fiżiku li fih jopera n-negozjant, fi Stat Membru għajr dak li fih il-konsumatur huwa ċittadin jew li fih il-konsumatur għandu l-post tar-residenza jew il-post tal-istabbiliment tiegħu.

(c)  jirċievi servizzi, għajr dawk koperti mill-punt (b), mingħand negozjant fi Stat Membru fejn dak in-negozjant jopera, u fejn dak il-klijent ikun ċittadin jew ikollu post ta' residenza jew ta' stabbiliment fi Stat Membru ieħor.

Emenda    45

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  In-negozjanti ma għandhomx, minħabba raġunijiet relatati man-nazzjonalità, mal-post tar-residenza jew mal-post tal-istabbiliment tal-konsumatur, mal-post tal-kont ta' pagament, mal-post tal-istabbiliment tal-fornitur tas-servizzi ta' pagament jew mal-post tal-ħruġ tal-istrument ta' pagament fi ħdan l-Unjoni, japplikaw kundizzjonijiet differenti ta' pagament għal kwalunkwe bejgħ ta' prodotti jew provvista ta' servizzi, fejn:

1.  In-negozjanti ma għandhomx, fil-medda ta' mezzi ta' pagament elettroniku, jiġifieri trasferimenti ta' kreditu, debiti diretti jew strumenti ta' pagament permezz ta' kard ta' ditta jew kategorija speċifika, minħabba raġunijiet relatati man-nazzjonalità, mal-post tar-residenza jew mal-post tal-istabbiliment tal-klijent, mal-post tal-kont ta' pagament, mal-post tal-istabbiliment tal-fornitur tas-servizzi ta' pagament jew mal-post tal-ħruġ tal-istrument ta' pagament fi ħdan l-Unjoni, japplikaw kundizzjonijiet differenti ta' pagament għal kwalunkwe bejgħ ta' prodotti jew provvista ta' servizzi, fejn:

Emenda    46

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  dawn il-pagamenti jsiru permezz ta' tranżazzjonijiet elettroniċi bi trasferiment tal-kreditu, b'debitu dirett jew bi strument ta' pagament bil-kards fl-istess ditta tal-pagamenti;

imħassar

Emenda    47

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  il-benefiċjarju tal-ħlas jista' jitlob għal awtentikazzjoni b'saħħitha tal-konsumatur mill-kontribwent skont id-Direttiva (UE) 2015/2366; kif ukoll

(b)  l-identità ta' min iħallas jew il-validità tal-użu tal-mezzi ta' pagament jistgħu jiġu verifikati permezz ta' awtentikazzjoni serja tal-klijent skont id-Direttiva (UE) 2015/2366; kif ukoll

Emenda    48

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  il-pagamenti jkunu f'munita li l-benefiċjarju jaċċetta.

(c)  it-tranżazzjonijiet ta' pagamenti jkunu f'munita li n-negozjant jaċċetta.

Emenda     49

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1a.  Il-projbizzjoni stabbilita fil-paragrafu 1 m'għandhiex tipprekludi d-dritt tan-negozjant li jżomm milli jforni l-prodotti jew is-servizz minħabba raġunijiet oġġettivi, sakemm it-tranżazzjoni tal-ħlas tinbeda b'mod korrett.

Emenda    50

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-projbizzjoni stabbilita fil-paragrafu 1 ma għandhiex tipprekludi l-possibbiltà li n-negozjanti jitolbu ħlasijiet għall-użu ta' strument ta' pagament bil-kards li għalih it-tariffi tal-interkambju mhumiex regolati skont il-Kapitolu II tar-Regolament (UE) 2015/751 u għal dawk is-servizzi ta' pagament li għalihom ma japplikax ir-Regolament (UE) Nru 260/2012. Dawn il-pagamenti ma għandhomx jaqżbu l-ispejjeż imġarrba min-negozjant għall-użu tal-istrument ta' pagament.

2.  Il-projbizzjoni stabbilita fil-paragrafu 1 ma għandhiex tipprekludi l-possibbiltà li n-negozjanti jitolbu ħlasijiet għall-użu ta' strument ta' pagament bil-kards li għalih it-tariffi tal-interkambju mhumiex regolati skont il-Kapitolu II tar-Regolament (UE) 2015/751 u għal dawk is-servizzi ta' pagament li għalihom ma japplikax ir-Regolament (UE) Nru 260/2012, dment li projbizzjonijiet nazzjonali jew limitazzjonijiet tad-dritt li jintalbu imposti fuq l-użu ta' strumenti tal-pagament ġew introdotti fil-liġijiet tal-Istati Membri skont l-Artikolu 62(5) tad-Direttiva (UE) 2015/2366. Dawn il-pagamenti ma għandhomx jaqżbu l-ispejjeż imġarrba min-negozjant għall-użu tal-istrument ta' pagament.

Emenda     51

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-ftehimiet li jimponu obbligi fuq in-negozjanti, fir-rigward tal-bejgħ passiv, biex jaġixxu bi ksur ta' dan ir-Regolament għandhom ikunu b'mod awtomatiku nulli.

Id-dispożizzjonijiet li jimponu obbligi fuq in-negozjanti, fir-rigward tal-bejgħ passiv fit-tifsira tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 330/2010, biex jaġixxu bi ksur ta' dan ir-Regolament għandhom ikunu b'mod awtomatiku nulli u bla effett.

Emenda    52

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Kull Stat Membru għandu jaħtar korp wieħed jew aktar biex ikunu responsabbli għall-infurzar ta' dan ir-Regolament. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm mezzi adegwati u effettivi mal-korp jew mal-korpi maħtura sabiex tiġi infurzata l-konformità ma' dan ir-Regolament.

1.  Kull Stat Membru għandu jaħtar korp eżistenti wieħed jew aktar biex ikunu responsabbli għall-infurzar ta' dan ir-Regolament fir-rigward ta' negozjanti u klijenti. Mingħajr preġudizzju għal mekkaniżmi oħra ta' informazzjoni u kooperazzjoni, dawn il-korpi għandhom ikunu responsabbli biex jiżguraw kooperazzjoni transkonfinali ma' korpi fi Stati Membri oħra permezz tal-mezzi xierqa. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm mezzi adegwati u effettivi mal-korp jew mal-korpi maħtura sabiex tiġi infurzata l-konformità ma' dan ir-Regolament.

Emenda    53

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1a.  Fejn ma jeżisti l-ebda mekkaniżmu ieħor ta' informazzjoni u ta' kooperazzjoni, għandhom jintużaw l-istrutturi eżistenti. Is-Sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern ("IMI") stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1024/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a għandhom jintużaw għall-finijiet ta' dan l-artikolu.

______________________

1a Ir-Regolament (UE) Nru 1024/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/49/KE ("ir-Regolament tal-IMI") (ĠU L 316, 14.11.2012, p. 1).

Emenda    54

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Assistenza lill-konsumaturi

Assistenza lill-klijenti

Emenda     55

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu -1 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

-1.  In-negozjanti għandhom jindikaw il-kundizzjonijiet ġenerali tal-aċċess u r-restrizzjonijiet possibbli f'konformità ma' dan ir-Regolament mhux aktar tard mill-bidu tal-proċess tal-ordni, skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2011/83/UE.

Emenda    56

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Kull Stat Membru għandu jagħti responsabbiltà għall-għoti ta' assistenza prattika lill-konsumaturi lil korp jew korpi fil-każ ta' tilwim bejn konsumatur u negozjant li jirriżulta mill-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Kull Stat Membru għandu jaħtar korp wieħed jew aktar biex ikunu responsabbli għal dan il-kompitu.

1.  Kull Stat Membru għandu jagħti responsabbiltà għall-għoti ta' assistenza prattika u informazzjoni lill-klijenti dwar il-korp jew korpi responsabbli mill-infurzar fil-każ ta' tilwim bejn klijent u negozjant li jirriżulta mill-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

Emenda    57

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-korpi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom joffru lill-konsumaturi mudell ta' formola uniformi biex iressqu l-ilmenti lill-korpi msemmija fil-paragrafu 1 u fl-Artikolu 7(1). Il-Kummissjoni għandha tassisti lil dawn il-korpi fl-iżvilupp ta' dan il-mudell ta' formola.

2.  Il-korpi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom joffru lill-klijenti mudell ta' formola uniformi biex iressqu l-ilmenti lill-korpi msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u fl-Artikolu 7(1). Il-Kummissjoni għandha tassisti lil dawn il-korpi fl-iżvilupp ta' dan il-mudell ta' formola. Dawn għandhom, inter alia, ikunu responsabbli biex jaċċettaw ilmenti mill-klijenti, irresqu lmenti lil korpi fi Stati Membri oħra u jiffaċilitaw il-komunikazzjoni bejn il-klijent u n-negozjant sabiex jiffaċilitaw is-soluzzjoni tat-tilwim.

Emenda    58

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Sa [data: sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] u kull ħames snin minn hemm 'il quddiem, il-Kummissjoni għandha tirrapporta dwar l-evalwazzjoni ta' dan ir-Regolament lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. Fejn meħtieġ, ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn proposta biex jiġi emendat dan ir-Regolament, fid-dawl tal-iżviluppi legali, tekniċi u ekonomiċi.

1.  Sa [data: sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] u kull tliet snin minn hemm 'il quddiem, il-Kummissjoni għandha tirrapporta dwar l-evalwazzjoni ta' dan ir-Regolament lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. Fejn meħtieġ, ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn proposta biex jiġi emendat dan ir-Regolament, fid-dawl tal-iżviluppi legali, tekniċi u ekonomiċi.

Emenda     59

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-ewwel evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha ssir, b'mod partiklari, bil-ħsieb li jiġi evalwat jekk il-projbizzjoni tal-Artiklu 4(1)(b) għandhiex tiġi applikata wkoll għal servizzi forniti elettronikament, li l-karatteristika prinċipali tagħhom tkun l-għoti ta' aċċess għal u l-użu ta' xogħlijiet protetti bid-dritt tal-awtur jew suġġetti oħrajn protetti, dejjem jekk in-negozjant ikollu d-drittijiet meħtieġa għat-territorji rilevanti.

imħassar

Ġustifikazzjoni

L-aċċess għal xogħlijiet protetti mid-drittijiet tal-awtur jew materjal ieħor protett u l-użu ta' dawn ix-xogħlijiet jew materjal għandhom ikomplu jaqgħu barra mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Dan jelimina d-duplikazzjoni ta' punti oħrajn tal-leġiżlazzjoni tal-UE.

Emenda     60

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għandu japplika [data: sitt xhur wara l-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu].

Għandu japplika [data: tnax-il xahar wara l-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu].

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

L-indirizzar tal-imblukkar ġeografiku u forom oħrajn ta’ diskriminazzjoni abbażi tan-nazzjonalità, tal-post tar-residenza jew tal-post tal-istabbiliment tal-konsumaturi fi ħdan is-suq intern

Referenzi

COM(2016)0289 – C8-0192/2016 – 2016/0152(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

9.6.2016

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

9.6.2016

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Eva Kaili

6.7.2016

Eżami fil-kumitat

9.11.2016

Data tal-adozzjoni

26.1.2017

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

44

13

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Bendt Bendtsen, Xabier Benito Ziluaga, José Blanco López, David Borrelli, Jerzy Buzek, Angelo Ciocca, Edward Czesak, Jakop Dalunde, Pilar del Castillo Vera, Christian Ehler, Fredrick Federley, Ashley Fox, Theresa Griffin, András Gyürk, Rebecca Harms, Roger Helmer, Hans-Olaf Henkel, Eva Kaili, Seán Kelly, Jeppe Kofod, Jaromír Kohlíček, Peter Kouroumbashev, Miapetra Kumpula-Natri, Janusz Lewandowski, Paloma López Bermejo, Edouard Martin, Csaba Molnár, Nadine Morano, Dan Nica, Angelika Niebler, Miroslav Poche, Carolina Punset, Michel Reimon, Herbert Reul, Algirdas Saudargas, Neoklis Sylikiotis, Dario Tamburrano, Patrizia Toia, Evžen Tošenovský, Claude Turmes, Vladimir Urutchev, Henna Virkkunen, Martina Werner, Lieve Wierinck, Hermann Winkler, Anna Záborská, Flavio Zanonato, Carlos Zorrinho

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Amjad Bashir, Michał Boni, Gunnar Hökmark, Werner Langen, Olle Ludvigsson, Massimiliano Salini, Anne Sander, Davor Škrlec, Pavel Telička

OPINJONI tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (24.1.2017)

għall-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur

dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar l-indirizzar tal-imblukkar ġeografiku u forom oħrajn ta' diskriminazzjoni abbażi tan-nazzjonalità, tal-post tar-residenza jew tal-post tal-istabbiliment tal-konsumaturi fi ħdan is-suq intern u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE

(COM(2016)0289 – C8-0192/2016 – 2016/0152(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Therese Comodini Cachia

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Għan u kamp ta' applikazzjoni

Il-proposta tal-Kummissjoni tfittex li ttejjeb l-aċċess għal prodotti u servizzi transfruntiera billi tiġi evitata d-diskriminazzjoni diretta u indiretta minn negozjanti bbażati fuq in-nazzjonalità, il-post ta' residenza jew il-post ta' stabbiliment prinċipali tal-klijent. B'hekk, il-proposta tkompli tirfina l-prinċipju ta' nondiskriminazzjoni li ma tantx hu definit sew fl-Artikolu 20(2) tad-Direttiva dwar is-Servizzi (2006/123/KE).

F'termini speċifiċi, il-proposta għandha l-għan li tipprojbixxi forom mhux ġustifikati ta' imblukkar ġeografiku fejn in-negozjanti jew jimblukkaw l-aċċess għal interfaċċja online speċifika jew inkella jidderieġu lill-klijenti lejn interfaċċja online differenti mingħajr kunsens minn qabel (Artikolu 3). Jeħtieġ ukoll li n-negozjanti japplikaw kundizzjonijiet ġenerali konsistenti ta' aċċess għall-klijenti irrispettivament min-nazzjonalità, il-post tar-residenza jew il-post ta' stabbiliment tagħhom – soġġett għal-limitazzjoni fuq il-kamp ta' applikazzjoni deskritt hawn taħt (Artikolu 4). U fl-aħħar nett, tipprojbixxi d-diskriminazzjoni għal raġunijiet relatati mal-pagament (l-Artikolu 5). Huwa importanti li jiġi enfasizzat li l-proposta tal-Kummissjoni ma tintroduċix "obbligu ta' rendiment", li jfisser li n-negozjanti li ma jfittxux li jimmiraw għal swieq transfruntiera mhumiex meħtieġa li jipprovdu prodotti jew servizzi, iżda biss li jippermettu lill-klijenti li jixtruhom taħt l-istess kundizzjonijiet bħall-"klijenti fil-mira" (eż. billi jinġabru mill-bini tan-negozjant).

Fir-rigward tal-kamp ta' applikazzjoni, hemm żewġ aspetti importanti li jridu jiġu enfasizzati. L-ewwel nett, ir-Regolament propost japplika għal "klijenti" – li tinftiehem kemm bħala "konsumaturi" (jiġifieri persuni fiżiċi) kif ukoll impriżi fejn ikunu qed jagħmlu tranżazzjonijiet bħala utenti finali u mhux fejn ikunu qed jixtru biex ibigħu mill-ġdid. It-tieni nett, ir-Regolament propost ma japplikax għal "servizzi forniti b'mod elettroniku, għajr servizzi li l-karatteristika prinċipali tagħhom tkun l-għoti ta' aċċess għal u l-użu ta' xogħlijiet protetti bid-drittijiet tal-awtur jew materjal protett ieħor" (Artikolu 4(1b)), li jfisser li s-servizzi ta' kotba elettroniċi jew ta' streaming tal-mużika, pereżempju, huma barra mill-kamp ta' applikazzjoni. Madankollu, il-Kummissjoni ddaħħal klawsola ta' reviżjoni (Artikolu 9) li tiddikjara li l-ewwel evalwazzjoni – sentejn wara li r-Regolament jidħol fis-seħħ – se tiffoka speċifikament fuq jekk din id-deroga għandhiex titneħħa.

Il-pożizzjoni ġenerali tar-Rapporteur

Ir-Rapporteur tappoġġja d-direzzjoni ġenerali u l-bilanċ tal-proposta tal-Kummissjoni u tqis li tirrappreżenta pass importanti fl-iżvilupp ulterjuri tas-suq intern. Suq uniku li jiffunzjona sew huwa ta' importanza vitali għall-industriji kulturali u għandu, fuq terminu twil, jgħin biex jippromwovi d-diversità kulturali u l-wirt kulturali komuni madwar l-Unjoni Ewropea.

Barra minn sensiela ta' emendi maħsuba biex jiċċaraw ċerti dispożizzjonijiet jew biex ikunu jistgħu jinqraw aħjar, l-emendi mressqa mir-Rapporteur jiffokaw fuq żewġ aspetti prinċipali:

Il-klawżola ta' reviżjoni

Ir-Rapporteur tappoġġja kemm id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tħalli "servizzi forniti b'mod elettroniku, għajr servizzi li l-karatteristika prinċipali tagħhom tkun l-għoti ta' aċċess għal u l-użu ta' xogħlijiet protetti bid-drittijiet tal-awtur jew materjal protett ieħor" barra mill-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament attwali u biex tevalwa din id-deroga bħala parti mill-ewwel evalwazzjoni wara sentejn. Prodotti u servizzi kulturali – bħal kotba elettroniċi u s-servizzi ta' streaming tal-mużika – għandhom mudelli ta' negozju differenti u karatteristiċi speċifiċi li jeħtieġu eżami ulterjuri u bir-reqqa. Ir-Rapporteur hija tal-fehma li huwa tajjeb li terġa' tiġi eżaminata l-inklużjoni tagħhom wara sentejn, iżda tinsisti li l-proċess ta' reviżjoni għandu jagħti attenzjoni partikolari lin-natura speċifika ta' prodotti u servizzi kulturali.

Il-kunċett ta' klijent u l-assistenza f'każ ta' tilwima

Kif deskritt hawn fuq, ir-Regolament propost għandu japplika għall-konsumaturi u għall-impriżi meta jkunu qed jagħmlu tranżazzjonijiet kummerċjali bħala utenti finali u mhux għal bejgħ mill-ġdid – kopert kollettivament mit-terminu "klijenti" kif definit fl-Artikolu 2(c). Ir-Rapporteur tilqa' dan l-approċċ. Madankollu, fid-dispożizzjonijiet proposti dwar l-assistenza u r-riżoluzzjoni ta' tilwim (Artikolu 8), il-proposta tal-Kummissjoni tipprevedi li jingħata appoġġ mill-korpi magħżula unikament għall-konsumaturi. Fl-opinjoni tar-Rapporteur, dan l-appoġġ għandu jingħata lill-"klijenti" kollha fis-sens tar-Regolament. Dan huwa importanti kemm biex tiġi żgurata l-konsistenza kif ukoll għaliex ħafna mikrointrapriżi u intrapriżi żgħar, inklużi assoċjazzjonijiet b'personalità ġuridika, ikunu żvantaġġjati ħafna jekk ikunu mġiegħla jiddependu għal kollox fuq il-qrati għal rimedju. Huwa partikolarment importanti għal ħafna operaturi kulturali li ħafna drabi jkunu assoċjazzjonijiet volontarji jew negozji żgħar ħafna. Barra minn hekk, it-tilwim li l-korpi magħżula għandhom jassistu lill-klijenti dwaru jirrelata direttament mal-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament u mhux ma' kwalunkwe kwistjoni oħra li tista' tinqala' minn tranżazzjonijiet kummerċjali.

L-emendi mressqa mir-Rapporteur iżommu l-approċċ mhux preskrittiv ippreferut mill-Kummissjoni, li jħalli lill-Istati Membri ħielsa li jiddeċiedu liema korpi għandhom ikunu magħżula u kif dawn għandhom jipprovdu assistenza f'każ ta' tilwima.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni jistieden lill-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, bħala l-kumitat responsabbli, biex iqis l-emendi li ġejjin:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  Sabiex jintlaħaq l-għan li jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tas-suq intern, bħala żona mingħajr fruntieri interni fejn jiġi żgurat il-moviment liberu ta', fost l-oħrajn, il-prodotti u s-servizzi, mhuwiex biżżejjed li jiġu aboliti, bħal bejn l-Istati Membri, l-ostakoli tal-Istat biss. Din l-abolizzjoni tista' tiġi mminata minn partijiet privati li jistabbilixxu ostakoli li huma inkonsistenti mal-libertajiet tas-suq intern. Dan iseħħ meta n-negozjanti li joperaw fi Stat Membru wieħed jimblukkaw jew jillimitaw l-aċċess għall-interfaċċi online tagħhom, bħal siti web u apps, tal-konsumaturi minn Stati Membri oħrajn li jixtiequ jidħlu fi tranżazzjonijiet kummerċjali transfruntiera (prattika magħrufa bħala mblukkar ġeografiku). Dan iseħħ ukoll permezz ta' azzjonijiet oħrajn minn ċerti negozjanti li jinvolvu l-applikazzjoni ta' kundizzjonijiet ġenerali differenti ta' aċċess għall-prodotti u s-servizzi tagħhom b'rabta ma' dawn il-konsumaturi minn Stati Membri oħrajn kemm online u anki offline. Billi xi kultant jista' jkun hemm ġustifikazzjonijiet oġġettivi għat-tali trattament differenzjali, f'każijiet oħrajn in-negozjanti jiċħdu lill-konsumaturi li jkunu jixtiequ jidħlu fi tranżazzjonijiet kummerċjali transfruntiera milli jkollhom aċċess għall-prodotti jew għas-servizzi, jew japplikaw kundizzjonijiet differenti f'dan ir-rigward, għal raġunijiet purament kummerċjali.

(1)  Huwa imperattiv li tiġi stabbilita żona mingħajr fruntieri interni fejn jiġi żgurat il-moviment liberu ta', fost l-oħrajn, il-prodotti u s-servizzi, kif ukoll li jintlaħqu l-objettivi stabbiliti fl-Aġenda Ġdida għal Suq Diġitali. Għandhom jitneħħew l-ostakoli mhux ġustifikati li fadal sabiex jiġi żgurat suq uniku li jaħdem b'mod sħiħ għal prodotti u servizzi, speċjalment fis-settur kulturali, li huwa ta' importanza kruċjali biex tiġi promossa d-diversità kulturali, tinxtered il-kultura u jkun hemm wirt kulturali komuni madwar l-Unjoni. Mhuwiex biżżejjed li jiġu aboliti l-ostakoli tal-Istat biss minħabba li din tista' tiġi mminata minn partijiet privati li jistabbilixxu ostakoli li huma inkonsistenti mal-libertajiet tas-suq intern. Dawn l-ostakoli jseħħu meta n-negozjanti li joperaw fi Stat Membru wieħed jimblukkaw jew jillimitaw l-aċċess għall-interfaċċi online tagħhom, bħal siti web u apps, tal-klijenti minn Stati Membri oħrajn li jixtiequ jidħlu fi tranżazzjonijiet kummerċjali transfruntiera (prattika magħrufa bħala mblukkar ġeografiku). Dawn iseħħu wkoll permezz ta' azzjonijiet oħrajn minn ċerti negozjanti li jinvolvu l-applikazzjoni ta' kundizzjonijiet ġenerali differenti ta' aċċess għall-prodotti u s-servizzi tagħhom b'rabta ma' dawn il-klijenti minn Stati Membri oħrajn kemm online u anki offline. Billi xi kultant jista' jkun hemm ġustifikazzjonijiet oġġettivi għat-tali trattament differenzjali kif previst fid-Direttiva 2006/123/KE, f'każijiet oħrajn in-negozjanti jiċħdu lill-konsumaturi li jkunu jixtiequ jidħlu fi tranżazzjonijiet kummerċjali transfruntiera milli jkollhom aċċess għall-prodotti jew għas-servizzi, jew japplikaw kundizzjonijiet differenti f'dan ir-rigward, għal raġunijiet purament kummerċjali.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  B'dan il-mod ċerti negozjanti jissegmentaw b'mod artifiċjali s-suq intern tul il-fruntieri interni u jfixklu l-moviment liberu tal-prodotti u servizzi, u b'hekk jillimitaw id-drittijiet tal-konsumaturi u ma jħalluhomx jibbenefikaw minn għażla aktar wiesgħa u minn kundizzjonijiet aħjar. Prattiki diskriminatorji bħal dawn huma fattur importanti li jikkontribwixxi għal-livell relattivament baxx tat-tranżazzjonijiet kummerċjali transfruntiera fi ħdan l-Unjoni, inkluż fis-settur tal-kummerċ elettroniku, li jipprevjenu milli jseħħ il-potenzjal tat-tkabbir sħiħ tas-suq. L-iċċarar ta' liema sitwazzjonijiet fejn ma jistax ikun hemm ġustifikazzjoni għat-trattament differenzjali ta' dan it-tip, għandu jġib ċarezza u ċertezza legali għall-parteċipanti kollha fit-tranżazzjonijiet transfruntiera u għandu jiżgura li r-regoli dwar in-nondiskriminazzjoni jistgħu jiġu applikati b'mod effettiv u jiġu infurzati fis-suq intern kollu.

(2)  B'dan il-mod ċerti negozjanti jissegmentaw b'mod artifiċjali s-suq intern tul il-fruntieri interni u jfixklu l-moviment liberu tal-prodotti u servizzi, u b'hekk jillimitaw id-drittijiet tal-klijenti u ma jħalluhomx jibbenefikaw minn għażla aktar wiesgħa u minn kundizzjonijiet aħjar. Prattiki diskriminatorji bħal dawn huma fattur importanti li jikkontribwixxi għal-livell relattivament baxx tat-tranżazzjonijiet kummerċjali transfruntiera fi ħdan l-Unjoni, inkluż fis-settur tal-kummerċ elettroniku, li jipprevjenu milli jseħħ il-potenzjal tat-tkabbir sħiħ tas-suq. Dan ir-Regolament jispeċifika s-sitwazzjonijiet fejn ma jistax ikun hemm ġustifikazzjoni għat-trattament differenzjali ta' dan it-tip, li għandu jġib ċarezza u ċertezza legali għall-parteċipanti kollha fit-tranżazzjonijiet transfruntiera u għandu jiżgura li r-regoli dwar in-nondiskriminazzjoni jistgħu jiġu applikati b'mod effettiv u jiġu infurzati fis-suq intern kollu.

Emenda     3

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  F'konformità mal-Artikolu 20 tad-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill17, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri tas-servizzi stabbiliti fl-Unjoni ma jitrattawx lir-riċevituri tas-servizzi b'mod differenti abbażi tan-nazzjonalità jew tal-post tar-residenza tagħhom. Madankollu, din id-dispożizzjoni ma kinitx effettiva bis-sħiħ f'dak li għandu x'jaqsam mal-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni u ma naqsitx b'mod suffiċjenti l-inċertezza legali, b'mod partikolari minħabba l-possibbiltà li jiġu ġġustifikati d-differenzi fit-trattament li tippermetti u d-diffikultajiet korrispondenti fl-infurzar tagħha fil-prattika. Barra minn hekk, b'konsegwenza tal-azzjonijiet minn negozjanti stabbiliti f'pajjiżi terzi, jista' jirriżulta mblukkar ġeografiku u forom oħrajn ta' diskriminazzjoni abbażi tan-nazzjonalità, tal-post tar-residenza jew tal-post ta' stabbiliment, li ma jaqgħux taħt il-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva.

(3)  F'konformità mal-Artikolu 20 tad-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill17, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri tas-servizzi stabbiliti fl-Unjoni ma jitrattawx lir-riċevituri tas-servizzi b'mod differenti abbażi tan-nazzjonalità jew tal-post tar-residenza tagħhom. Madankollu, din id-dispożizzjoni ma kinitx effettiva bis-sħiħ f'dak li għandu x'jaqsam mal-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni u ma naqsitx b'mod suffiċjenti l-inċertezza legali, b'mod partikolari minħabba l-possibbiltà li jiġu ġġustifikati d-differenzi fit-trattament li tippermetti u d-diffikultajiet korrispondenti fl-infurzar tagħha fil-prattika. Barra minn hekk, b'konsegwenza tal-azzjonijiet minn negozjanti stabbiliti f'pajjiżi terzi, jista' jirriżulta mblukkar ġeografiku mhux ġustifikat u forom oħrajn ta' diskriminazzjoni abbażi tan-nazzjonalità, tal-post tar-residenza jew tal-post ta' stabbiliment, li ma jaqgħux taħt il-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva.

_________________

_________________

17 Id-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern (ĠU L 376, 27.12.2006, p. 36).

17 Id-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern (ĠU L 376, 27.12.2006, p. 36).

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Dan ir-Regolament għandu l-għan li jipprevjeni d-diskriminazzjoni abbażi tan-nazzjonalità, tal-post tar-residenza jew tal-post tal-istabbiliment tal-konsumatur, inkluż l-imblukkar ġeografiku, fit-tranżazzjonijiet kummerċjali transfruntiera bejn negozjanti u klijenti li għandhom x'jaqsmu mal-bejgħ ta' prodotti u mal-provvista ta' servizzi fi ħdan l-Unjoni. Għandu l-għan li jindirizza d-diskriminazzjoni diretta kif ukoll dik indiretta, biex b'hekk ikopri wkoll id-differenzi mhux ġustifikati fit-trattament abbażi ta' kriterji oħrajn ta' distinzjoni li jwasslu għall-istess riżultat bħall-applikazzjoni tal-kriterji bbażati b'mod dirett fuq in-nazzjonalità tal-konsumaturi, tal-post tar-residenza jew tal-post ta' stabbiliment. Kriterji oħrajn bħal dawn jistgħu jiġu applikati, b'mod partikolari, abbażi ta' informazzjoni li tindika l-lokazzjoni fiżika tal-konsumaturi, bħall-indirizz tal-IP li jintuża meta tiġi aċċessata interfaċċa online, l-indirizz sottomess għall-konsenja tal-prodotti, l-għażla tal-lingwa li saret jew l-Istat Membru fejn intuża l-istrument ta' pagament tal-konsumatur.

(5)  Dan ir-Regolament għandu l-għan li jipprevjeni d-diskriminazzjoni abbażi tan-nazzjonalità, tal-post tar-residenza jew tal-post tal-istabbiliment tal-klijent, inkluż l-imblukkar ġeografiku, fit-tranżazzjonijiet kummerċjali transfruntiera bejn negozjanti u klijenti li għandhom x'jaqsmu mal-bejgħ ta' prodotti u mal-provvista ta' servizzi fi ħdan l-Unjoni. Għandu l-għan li jindirizza d-diskriminazzjoni diretta kif ukoll dik indiretta, biex b'hekk ikopri wkoll id-differenzi mhux ġustifikati fit-trattament abbażi ta' kriterji oħrajn ta' distinzjoni li jwasslu għall-istess riżultat bħall-applikazzjoni tal-kriterji bbażati b'mod dirett fuq in-nazzjonalità tal-klijenti, tal-post tar-residenza jew tal-post ta' stabbiliment. Kriterji oħrajn bħal dawn jistgħu jiġu applikati, b'mod partikolari, abbażi ta' informazzjoni li tindika l-pożizzjoni fiżika tal-klijenti, bħall-indirizz tal-IP li jintuża meta tiġi aċċessata interfaċċja online, l-indirizz sottomess għall-konsenja tal-prodotti, l-għażla tal-lingwa li saret jew l-Istat Membru fejn intuża l-istrument ta' pagament tal-klijent.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  Meta jitqies li xi ostakoli regolatorji u amministrattivi għan-negozjanti tneħħew mill-Unjoni kollha f'ċerti setturi tas-servizzi minħabba l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2006/123/KE, f'termini ta' kamp ta' applikazzjoni materjali, il-konsistenza bejn dan ir-Regolament u d-Direttiva 2006/123/KE għandha tiġi żgurata. B'konsegwenza ta' dan, id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw, fost l-oħrajn, għal servizzi awdjoviżivi forniti elettronikament, li l-karatteristika prinċipali tagħhom tkun l-għoti ta' aċċess għal u l-użu ta' xogħlijiet protetti bid-dritt tal-awtur jew suġġetti oħrajn protetti, madankollu soġġetti għall-esklużjoni speċifika tal-Artikolu 4 u l-evalwazzjoni sussegwenti ta' dik l-esklużjoni kif previst fl-Artikolu 9. Is-servizzi awdjoviżivi, inklużi servizzi li l-karatteristika prinċipali tagħhom huwa l-għoti ta' aċċess għal xandiriet ta' avvenimenti sportivi u li huma pprovduti abbażi ta' liċenzji territorjali esklużivi, huma esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. L-aċċess għal servizzi finanzjarji għall-konsumatur, inklużi servizzi ta' pagament, għandhom għalhekk jiġu esklużi wkoll, minkejja d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament rigward in-nondiskriminazzjoni fil-pagamenti.

(6)  Meta jitqies li xi ostakoli regolatorji u amministrattivi għan-negozjanti tneħħew mill-Unjoni kollha f'ċerti setturi tas-servizzi minħabba l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2006/123/KE, f'termini ta' kamp ta' applikazzjoni materjali, il-konsistenza bejn dan ir-Regolament u d-Direttiva 2006/123/KE għandha tiġi żgurata. B'konsegwenza ta' dan, id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw, fost l-oħrajn, għal servizzi awdjoviżivi forniti elettronikament, li l-karatteristika prinċipali tagħhom tkun l-għoti ta' aċċess għal u l-użu ta' xogħlijiet protetti bid-drittijiet tal-awtur jew suġġetti oħrajn protetti. Minħabba n-natura partikolari ta' tali servizzi, huma attwalment koperti minn esklużjoni speċifika prevista fl-Artikolu 4, u li sussegwentement se tkun soġġetta għal evalwazzjoni kif previst fl-Artikolu 9 fir-rigward tan-natura speċifika ta' prodotti u servizzi kulturali. Is-servizzi awdjoviżivi, inklużi servizzi li l-karatteristika prinċipali tagħhom huwa l-għoti ta' aċċess għal xandiriet ta' avvenimenti sportivi u li huma pprovduti abbażi ta' liċenzji territorjali esklużivi, huma esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. L-aċċess għal servizzi finanzjarji għall-konsumatur, inklużi servizzi ta' pagament, għandhom għalhekk jiġu esklużi wkoll, minkejja d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament rigward in-nondiskriminazzjoni fil-pagamenti.

Emenda     6

Proposta għal regolament

Premessa 6a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6a)  Fir-rapport tagħha dwar l-evalwazzjoni ta' dan ir-Regolament jenħtieġ li l-Kummissjoni tqis li l-prinċipju ta' territorjalità jibqa' element essenzjali tas-sistema tad-drittijiet tal-awtur fl-Unjoni u li l-approċċ għall-indirizzar tal-imblukkar ġeografiku u għat-trawwim ta' servizzi online transfruntiera għandu jkun ibbilanċjat mal-ħtieġa li tiġi mħarsa d-diversità kulturali u l-mudell ekonomiku tal-industriji kulturali.

Emenda     7

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Id-diskriminazzjoni tista' sseħħ ukoll fir-rigward ta' servizzi fil-qasam tat-trasport, b'mod partikolari fir-rigward tal-bejgħ tal-biljetti għat-trasport tal-passiġġieri. Madankollu, f'dan ir-rigward ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill18, ir-Regolament (UE) Nru 1177/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill19 u r-Regolament (UE) Nru 81/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill20 diġà jinkludu projbizzjonijiet wiesgħa ta' diskriminazzjonijiet li jkopru l-prattiki diskriminatorji kollha li dan ir-Regolament għandu l-għan li jindirizza. Barra minn hekk huwa maħsub li r-Regolament (KE) Nru 1371/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill21 se jiġi emendat f'dan is-sens fil-futur. Għalhekk, u sabiex tiġi żgurata l-konsistenza mal-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2006/123/KE, is-servizzi fil-qasam tat-trasport għandhom jibqgħu barra mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

(7)  Id-diskriminazzjoni tista' sseħħ ukoll fir-rigward ta' servizzi fil-qasam tat-trasport, b'mod partikolari fir-rigward tal-bejgħ tal-biljetti għat-trasport tal-passiġġieri. Għaldaqstant, id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament jenħtieġ li japplikaw ukoll għal dawk is-servizzi.

_________________

18 ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Settembru 2008 dwar regoli komuni għall-operat ta' servizzi tal-ajru fil-Komunità (ĠU L 293, 31.10.2008, p. 3).

19 Ir-Regolament (UE) Nru 1177/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 dwar id-drittijiet tal-passiġġieri meta jivvjaġġaw bil-baħar jew minn passaġġi fuq l-ilma interni u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 (ĠU L 334, 17.12.2010, p. 1).

20 Ir-Regolament (UE) Nru 181/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 dwar id-drittijiet tal-passiġġieri fit-trasport bix-xarabank u bil-kowċ u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 1).

21 Ir-Regolament (KE) Nru 1371/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2007 dwar id-Drittijiet u l-Obbligi tal-passiġġieri tal-ferroviji (ĠU L 315, 3.12.2007, p. 14).

Emenda  8

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  Dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr preġudizzju għar-regoli applikabbli fil-qasam tat-tassazzjoni, peress li t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jipprovdi bażi speċifika għall-azzjoni fil-livell tal-Unjoni fir-rigward ta' kwistjonijiet ta' tassazzjoni.

(8)  Ma taffettwax il-verżjoni Maltija

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  Ġeneralment, il-prattiki diskriminatorji li dan ir-Regolament għandu l-għan li jindirizza jseħħu permezz ta' termini ġenerali, kundizzjonijiet jew informazzjoni oħra stabbiliti u applikati minn jew f'isem in-negozjant ikkonċernat, bħala prekundizzjoni għall-ksib tal-aċċess għall-prodotti jew għas-servizzi inkwistjoni, u li huma disponibbli għall-pubbliku b'mod ġenerali. Dawn il-kundizzjonijiet ġenerali ta' aċċess jinkludu fost l-oħrajn prezzijiet, kundizzjonijiet ta' pagament u kundizzjonijiet ta' konsenja. Dawn jistgħu jsiru disponibbli għall-pubbliku ġenerali minn jew f'isem in-negozjant permezz ta' diversi mezzi, bħall-informazzjoni ppubblikata fir-reklami, fuq is-siti web jew fuq dokumentazzjoni prekuntrattwali jew kuntrattwali. Dawn il-kundizzjonijiet japplikaw fin-nuqqas ta' ftehim bil-kontra nnegozjat b'mod individwali magħmul b'mod dirett bejn in-negozjant u l-klijent. Il-patti u l-kundizzjonijiet li huma nnegozjati b'mod individwali bejn in-negozjant u l-konsumaturi ma għandhomx jitqiesu bħala kundizzjonijiet ġenerali tal-aċċess għall-finijiet ta' dan ir-Regolament.

(11)  Ġeneralment, il-prattiki diskriminatorji li dan ir-Regolament għandu l-għan li jindirizza jseħħu permezz ta' termini ġenerali, kundizzjonijiet jew informazzjoni oħra stabbiliti u applikati minn jew f'isem in-negozjant ikkonċernat, bħala prekundizzjoni għall-ksib tal-aċċess għall-prodotti jew għas-servizzi inkwistjoni, u li huma disponibbli għall-pubbliku b'mod ġenerali. Dawn il-kundizzjonijiet ġenerali ta' aċċess jinkludu fost l-oħrajn prezzijiet, kundizzjonijiet ta' pagament u kundizzjonijiet ta' konsenja. Dawn jistgħu jsiru disponibbli għall-pubbliku ġenerali minn jew f'isem in-negozjant permezz ta' diversi mezzi, bħall-informazzjoni ppubblikata fir-reklami, fuq is-siti web jew fuq dokumentazzjoni prekuntrattwali jew kuntrattwali. Dawn il-kundizzjonijiet japplikaw fin-nuqqas ta' ftehim bil-kontra nnegozjat b'mod individwali magħmul b'mod dirett bejn in-negozjant u l-klijent. Il-pattijiet u l-kundizzjonijiet li huma nnegozjati b'mod individwali bejn in-negozjant u l-klijent ma għandhomx jitqiesu bħala kundizzjonijiet ġenerali tal-aċċess għall-finijiet ta' dan ir-Regolament. Jenħtieġ li t-termini u l-kundizzjonijiet ma jiġux ikkunsidrati bħala nnegozjati individwalment meta dawn ikunu ġew preskritti minn parti waħda u l-parti l-oħra ma tkunx setgħet tinfluwenza l-kontenut tagħha. Fil-każ ta' ftehim bejn negozjant u klijent, in-negozjant għandu l-oneru tal-prova li tkun ġiet innegozjata individwalment.

Ġustifikazzjoni

Biex tiġi ċċarata t-tifsira ta' "ftehim innegozjat individwalment" sabiex jiġi żgurat li ma tistax tinkludi termini u kundizzjonijiet "jew hekk jew xejn" għall-użu ta' sit web, li jistgħu jippermettu l-imblukkar ġeografiku b'mod indirett. Bl-istess mod tagħmilha ċara li n-negozjant huwa meħtieġ juri li ftehim ikun "innegozjat individwalment".

Emenda     10

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  Kemm il-konsumaturi kif ukoll l-impriżi għandhom jiġu ssalvagwardjati mid-diskriminazzjoni għal raġunijiet relatati man-nazzjonalità, mal-post tar-residenza jew mal-post ta' stabbiliment tagħhom meta jaġixxu bħala konsumaturi għall-finijiet ta' dan ir-Regolament. Madankollu, din il-protezzjoni ma għandhiex testendi għall-konsumaturi li qed jixtru prodott jew servizz għall-bejgħ mill-ġdid, peress li dan jaffettwa l-iskemi ta' distribuzzjoni użati b'mod wiesa' bejn l-impriżi f'kuntest minn negozju għal negozju, bħad-distribuzzjoni selettiva u esklużiva, li ġeneralment tippermetti lill-manifatturi jagħżlu l-bejjiegħa bl-imnut tagħhom, soġġetti għall-konformità mar-regoli dwar il-kompetizzjoni.

(12)  Kemm il-konsumaturi kif ukoll l-impriżi għandhom jiġu ssalvagwardjati mid-diskriminazzjoni diretta jew indiretta għal raġunijiet relatati man-nazzjonalità, mal-post tar-residenza jew mal-post ta' stabbiliment tagħhom meta jaġixxu bħala klijenti għall-finijiet ta' dan ir-Regolament. Madankollu, jenħtieġ li din il-protezzjoni ma testendix għall-klijenti li qed jixtru prodott jew servizz għall-bejgħ mill-ġdid, peress li dan jaffettwa l-iskemi ta' distribuzzjoni użati b'mod wiesa' bejn l-impriżi f'kuntest minn negozju għal negozju, bħad-distribuzzjoni selettiva u esklużiva, li ġeneralment tippermetti lill-manifatturi jagħżlu l-bejjiegħa bl-imnut tagħhom, soġġetti għall-konformità mar-regoli dwar il-kompetizzjoni.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  Sabiex tiżdied il-possibbiltà għall-konsumaturi biex ikollhom aċċess għal informazzjoni relatata mal-bejgħ tal-prodotti u l-provvista tas-servizzi fis-suq intern u biex tiżdied it-trasparenza, inkluż fir-rigward tal-prezzijiet, in-negozjanti ma għandhomx, permezz tal-użu ta' miżuri teknoloġiċi jew b'xi mod ieħor, jimpedixxu lill-klijenti milli jkollhom aċċess sħiħ u ugwali għal interfaċċi online abbażi tan-nazzjonalità, tal-post tar-residenza jew tal-post tal-istabbiliment tagħhom. Dawn il-miżuri teknoloġiċi jistgħu jinkludu, b'mod partikolari, kwalunkwe teknoloġija użata biex tiddetermina l-post fiżiku tal-konsumatur, inkluż l-ittraċċar tiegħu permezz tal-indirizz tal-IP, il-koordinati miksuba permezz ta' sistema globali tan-navigazzjoni bis-satellita jew data relatata mat-tranżazzjoni tal-pagament. Madankollu, din il-projbizzjoni tad-diskriminazzjoni fir-rigward tal-aċċess għal interfaċċi online ma għandhiex tinftiehem li toħloq obbligu għan-negozjant li jidħol fi tranżazzjonijiet kummerċjali mal-konsumaturi.

(14)  Sabiex tiżdied il-possibbiltà għall-klijenti biex ikollhom aċċess għal informazzjoni relatata mal-bejgħ tal-prodotti u l-provvista tas-servizzi fis-suq intern u biex tiżdied it-trasparenza, inkluż fir-rigward tal-prezzijiet, in-negozjanti ma għandhomx, permezz tal-użu ta' miżuri teknoloġiċi jew b'xi mod ieħor, jimpedixxu lill-klijenti milli jkollhom aċċess sħiħ u ugwali għal interfaċċi online abbażi tan-nazzjonalità, tal-post tar-residenza jew tal-post tal-istabbiliment tagħhom. Dawn il-miżuri teknoloġiċi jistgħu jinkludu, b'mod partikolari, kwalunkwe teknoloġija użata biex tiddetermina l-post fiżiku tal-klijent, inkluż l-ittraċċar tiegħu permezz tal-indirizz tal-IP, il-koordinati miksuba permezz ta' sistema globali tan-navigazzjoni bis-satellita jew data relatata mat-tranżazzjoni tal-pagament. Madankollu, il-projbizzjoni tad-diskriminazzjoni fir-rigward tal-aċċess għal interfaċċi online ma għandhiex tinftiehem li toħloq obbligu għan-negozjant li jidħol fi tranżazzjonijiet kummerċjali mal-klijenti.

Emenda  12

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  Ċerti negozjanti joperaw verżjonijiet differenti tal-interfaċċi online tagħhom, li jimmiraw konsumaturi minn Stati Membri differenti. Filwaqt li dan għandu jibqa' possibbli, ir-ridirezzjonar ta' klijent minn verżjoni partikolari tal-interfaċċa online lejn verżjoni oħra mingħajr il-kunsens espliċitu tiegħu jew tagħha għandu jkun ipprojbit. Il-verżjonijiet kollha tal-interfaċċa online għandhom jibqgħu aċċessibbli b'mod faċli għall-konsumaturi l-ħin kollu.

(15)  Ċerti negozjanti joperaw verżjonijiet differenti tal-interfaċċi online tagħhom, li jimmiraw klijenti minn Stati Membri differenti. Filwaqt li dan għandu jibqa' possibbli, ir-ridirezzjonar ta' klijent minn verżjoni partikolari tal-interfaċċja online lejn verżjoni oħra mingħajr il-kunsens espliċitu tiegħu jew tagħha għandu jkun ipprojbit. Il-verżjonijiet kollha tal-interfaċċja online għandhom jibqgħu aċċessibbli għall-użu mill-klijenti l-ħin kollu.

Ġustifikazzjoni

Biex jiġi speċifikat li interfaċċja m'għandhiex sempliċiment tibqa' aċċessibbli għall-klijent, iżda għandha wkoll tkun tista' tintuża biex tippermetti li jsiru tranżazzjonijiet.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)  L-ewwel waħda minn dawn is-sitwazzjonijiet hija fejn in-negozjant ibigħ il-prodotti u ma jkun hemm l-ebda konsenja transfruntiera ta' dawk il-prodotti minn jew f'isem in-negozjant lejn l-Istat Membru fejn jgħix il-konsumatur. F'din is-sitwazzjoni l-konsumatur għandu jkun jista' jixtri l-prodotti, eżattament bl-istess kundizzjonijiet, inklużi l-prezz u l-kundizzjonijiet relatati mal-konsenja tal-prodotti, bħall-konsumaturi simili li huma residenti tal-Istat Membru tan-negozjant. Dan jista' jfisser li l-konsumatur barrani jkollu jiġbor il-prodotti f'dak l-Istat Membru, jew fi Stat Membru differenti li n-negozjant ikun jikkonsenja fih. F'din is-sitwazzjoni, m'hemmx bżonn li wieħed jirreġistra għat-taxxa fuq il-valur miżjud ("VAT") fl-Istat Membru tal-konsumatur u lanqas jagħmel arranġamenti għall-konsenja transfruntiera tal-prodotti.

(18)  L-ewwel waħda minn dawn is-sitwazzjonijiet hija fejn in-negozjant ibigħ il-prodotti u ma jkun hemm l-ebda konsenja transfruntiera ta' dawk il-prodotti minn jew f'isem in-negozjant lejn l-Istat Membru fejn jgħix il-klijent. F'din is-sitwazzjoni il-klijent għandu jkun jista' jixtri l-prodotti eżattament bl-istess kundizzjonijiet, inklużi l-prezz u l-kundizzjonijiet relatati mal-konsenja tal-prodotti, bħall-klijenti li huma residenti tal-Istat Membru tan-negozjant. Dan jista' jfisser li l-klijent barrani jkollu jiġbor il-prodotti f'dak l-Istat Membru, jew fi Stat Membru differenti li n-negozjant ikun jikkonsenja fih. F'din is-sitwazzjoni, m'hemmx bżonn li wieħed jirreġistra għat-taxxa fuq il-valur miżjud ("VAT") fl-Istat Membru tal-klijent u lanqas jagħmel arranġamenti għall-konsenja transfruntiera tal-prodotti.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19)  It-tieni sitwazzjoni hija meta n-negozjant jipprovdi servizzi forniti b'mod elettroniku, għajr servizzi li l-karatteristika prinċipali tagħhom tkun l-għoti ta' aċċess għal u l-użu ta' xogħlijiet protetti bid-dritt tal-awtur jew materjal protett ieħor, bħas-servizzi "cloud", is-servizzi tal-maħżen virtwali tad-dejta, l-ospitar tas-sit web u l-provvista tal-firewalls. F'dan il-każ, mhija meħtieġa l-ebda konsenja fiżika, peress li s-servizzi qed jiġu forniti b'mod elettroniku. In-negozjant jista' jiddikjara u jħallas il-VAT b'mod issimplifikat skont ir-regoli dwar il-VAT tal-Mini-One-Stop-Shop (MOSS) stabbiliti fir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 282/201126.

(19)  Ma taffettwax il-verżjoni Maltija

__________________

__________________

26 Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 282/2011 tal-15 ta' Marzu 2011 li jistabbilixxi miżuri ta' implimentazzjoni fir-rigward tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 77, 23.3.2011, p. 1).

Ma taffettwax il-verżjoni Maltija

Emenda    15

Proposta għal regolament

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20)  Fl-aħħar nett, fis-sitwazzjoni fejn in-negozjant jipprovdi s-servizzi u dawk is-servizzi jiġu rċevuti mill-konsumatur fil-post ta' jew f'lokazzjoni magħżula min-negozjant u li hija differenti mill-Istat Membru li l-konsumatur huwa ċittadin fih jew li fih il-konsumatur għandu l-post tar-residenza jew il-post tal-istabbiliment, l-applikazzjoni tal-kundizzjonijiet ġenerali differenti ta' aċċess għal raġunijiet relatati ma' dawn il-kriterji ma għandhiex tiġi ġustifikata lanqas. Dawn is-sitwazzjonijiet jikkonċernaw, skont kif ikun il-każ, l-għoti tas-servizzi bħall-akkomodazzjoni f'lukanda, avvenimenti sportivi, kiri tal-karozzi, u biljetti tad-dħul għal festivals tal-mużika jew parks ta' divertiment. F'dawn is-sitwazzjonijiet, in-negozjant ma għandux għalfejn jirreġistra għall-VAT fi Stat Membru ieħor u lanqas ma għandu għalfejn jagħmel arranġamenti għall-konsenja transfruntiera tal-prodotti.

(20)  Fl-aħħar nett, fejn in-negozjant jipprovdi s-servizzi u dawk is-servizzi jiġu rċevuti mill-klijent fil-post ta' jew f'lokazzjoni magħżula min-negozjant u li mhijiex l-Istat Membru li l-klijent huwa ċittadin fih jew li fih il-klijent għandu l-post tar-residenza jew il-post tal-istabbiliment, l-applikazzjoni tal-kundizzjonijiet ġenerali differenti ta' aċċess għal raġunijiet relatati ma' dawn il-kriterji ma għandhiex tiġi ġustifikata lanqas. Dawn is-sitwazzjonijiet jistgħu jikkonċernaw l-għoti tas-servizzi bħall-akkomodazzjoni f'lukanda, avvenimenti sportivi, kiri tal-karozzi, u biljetti tad-dħul għal festivals tal-mużika jew parks ta' divertiment. F'dawn is-sitwazzjonijiet, in-negozjant ma għandux għalfejn jirreġistra għall-VAT fi Stat Membru ieħor u lanqas ma għandu għalfejn jagħmel arranġamenti għall-konsenja transfruntiera tal-prodotti.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21)  F'dawn is-sitwazzjonijiet kollha, bis-saħħa tad-dispożizzjonijiet dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali u dwar il-ġurisdizzjoni stabbiliti fir-Regolamenti (KE) Nru 593/2008 u (UE) 1215/2012, fejn negozjant ma jwettaqx l-attivitajiet tiegħu fl-Istat Membru tal-konsumatur jew ma jidderiġix l-attivitajiet tiegħu hemm, jew fejn il-klijent mhuwiex konsumatur, il-konformità ma' dan ir-Regolament ma timplika l-ebda spiża addizzjonali għan-negozjant assoċjata ma' ġurisdizzjoni jew ma' differenzi fil-liġi applikabbli. Fejn, b'kuntrast, negozjant iwettaq l-attivitajiet tiegħu fl-Istat Membru tal-konsumatur jew jidderieġi l-attivitajiet tiegħu hemm, in-negozjant ikun immanifesta l-intenzjoni tiegħu li jistabbilixxi relazzjonijiet kummerċjali mal-konsumaturi minn dak l-Istat Membru u b'hekk kien kapaċi jieħu kont ta' kwalunkwe spiża bħal din.

(21)  F'dawn is-sitwazzjonijiet kollha, bis-saħħa tad-dispożizzjonijiet dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali u dwar il-ġurisdizzjoni stabbiliti fir-Regolamenti (KE) Nru 593/2008 u (UE) 1215/2012, fejn negozjant ma jwettaqx l-attivitajiet tiegħu fl-Istat Membru tal-konsumatur jew ma jidderiġix l-attivitajiet tiegħu hemm, il-konformità ma' dan ir-Regolament ma tinvolvi l-ebda spiża addizzjonali għan-negozjant assoċjata ma' ġurisdizzjoni jew ma' differenzi fil-liġi applikabbli. Dan japplika bl-istess mod fejn il-klijent ma jkunx konsumatur iżda impriża li tkun qed tixtri bħala utent finali u b'hekk li tagħmel tranżazzjonijiet b'mod mhux distingwibbli minn dak ta' konsumatur. Fejn, b'kuntrast, negozjant iwettaq l-attivitajiet tiegħu fl-Istat Membru tal-klijent jew jidderieġi l-attivitajiet tiegħu hemm, in-negozjant ikun immanifesta l-intenzjoni tiegħu jew tagħha li jistabbilixxi relazzjonijiet kummerċjali mal-klijenti minn dak l-Istat Membru u b'hekk kien kapaċi jieħu kont ta' kwalunkwe spiża bħal din.

Ġustifikazzjoni

Sabiex jiġi ċċarat il-fatt li l-impriżi li jagħmlu x-xiri tagħhom bħala utenti finali jaġixxu bħala konsumaturi u huma koperti mill-kunċett ta' "klijent" fir-Regolament u li ebda spiża addizzjonali ma tirriżulta irrispettivament minn jekk "klijent" huwiex konsumatur jew impriża.

Emenda     17

Proposta għal regolament

Premessa 21a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21a)  Ir-Regolament jenħtieġ li jqis il-prinċipju ta' proporzjonalità, b'mod partikolari għall-impriżi mikro, żgħar u medji u d-dritt tal-operaturi tas-suq li jidħlu fl-għażla tas-suq billi jidderieġu l-attivitajiet tagħhom lejn Stati Membri differenti jew lejn ċerti gruppi ta' klijenti. Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament jiżgura l-bilanċ bejn il-prinċipju tal-libertà tal-kummerċ u l-għażla libera ta' strateġija kummerċjali speċifika u l-bżonn li jingħelbu l-prattiki mhux ġustifikati ta' mblukkar ġeografiku fir-rigward ta' klijenti u impriżi fi Stati Membri differenti;

Emenda    18

Proposta għal regolament

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24)  Skont id-dritt tal-Unjoni, in-negozjanti huma, fil-prinċipju, liberi li jiddeċiedu liema mezzi ta' pagament jixtiequ jaċċettaw, inkluż id-ditti tal-pagament. Madankollu, ladarba din l-għażla tkun saret, fid-dawl tal-qafas legali eżistenti tas-servizzi tal-pagamenti, ma hemm l-ebda raġuni għan-negozjanti biex jiddiskriminaw lill-konsumaturi fi ħdan l-Unjoni billi jirrifjutaw ċerti tranżazzjonijiet kummerċjali, jew inkella billi japplikaw ċerti kundizzjonijiet differenti tal-pagamenti fir-rigward ta' dawn it-tranżazzjonijiet, għal raġunijiet relatati man-nazzjonalità, mal-post ta' residenża jew mal-post tal-istabbiliment tal-konsumatur. F'dan il-kuntest partikolari, dan it-trattament mhux iġġustifikat u mhux ugwali għal raġunijiet relatati mal-post tal-kont ta' pagament, mal-post tal-istabbiliment tal-fornitur tas-servizzi ta' pagament jew mal-post tal-ħruġ tal-istrument tal-pagament fi ħdan l-Unjoni għandu jkun ukoll espressament ipprojbit. Għandu jkun imfakkar ukoll li r-Regolament (UE) Nru 260/2012 diġà jipprojbixxi lill-benefiċjarji kollha, inklużi n-negozjanti, milli jobbligaw li l-kontijiet bankarji jkunu minn ċertu Stat Membru sabiex jiġi aċċettat li l-pagamenti jsiru bil-euro.

(24)  Skont id-dritt tal-Unjoni, in-negozjanti huma, fil-prinċipju, liberi li jiddeċiedu liema mezzi ta' pagament jixtiequ jaċċettaw, inkluż id-ditti tal-pagament. Madankollu, ladarba din l-għażla tkun saret, fid-dawl tal-qafas legali eżistenti tas-servizzi tal-pagamenti, ma hemm l-ebda raġuni għan-negozjanti biex jiddiskriminaw fost il-klijenti fi ħdan l-Unjoni billi jirrifjutaw ċerti tranżazzjonijiet kummerċjali, jew inkella billi japplikaw kundizzjonijiet differenti tal-pagamenti fir-rigward ta' dawn it-tranżazzjonijiet, għal raġunijiet relatati man-nazzjonalità, mal-post ta' residenza jew mal-post tal-istabbiliment tal-klijent. F'dan il-kuntest partikolari, dan it-trattament mhux iġġustifikat u mhux ugwali għal raġunijiet relatati mal-post tal-kont ta' pagament, mal-post tal-istabbiliment tal-fornitur tas-servizzi ta' pagament jew mal-post tal-ħruġ tal-istrument tal-pagament fi ħdan l-Unjoni għandu jkun ukoll espressament ipprojbit. Għandu jkun imfakkar ukoll li r-Regolament (UE) Nru 260/2012 diġà jipprojbixxi lill-benefiċjarji kollha, inklużi n-negozjanti, milli jobbligaw li l-kontijiet bankarji jkunu minn ċertu Stat Membru sabiex jiġi aċċettat li l-pagamenti jsiru bil-euro.

Emenda    19

Proposta għal regolament

Premessa 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25)  Id-Direttiva 2015/2366/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill28 introduċiet rekwiżiti stretti tas-sigurtà għall-inizjazzjoni u għall-ipproċessar tal-pagamenti elettroniċi li naqsu r-riskji tal-frodi għall-mezzi kollha ġodda u dawk iktar tradizzjonali ta' ħlas, speċjalment għall-pagamenti online. Il-fornituri tas-servizz tal-pagamenti għandhom japplikaw l-hekk imsejħa awtentikazzjoni tal-klijent, proċess ta' awtentikazzjoni li jivvalida l-identità tal-utent ta' servizz ta' pagament jew tat-tranżazzjoni tal-pagament. Għat-tranżazzjonijiet mill-bogħod, bħall-pagamenti online, ir-rekwiżiti tas-sigurtà huma saħansitra iktar stretti, u jeżiġu rabta dinamika bejn l-ammont tat-tranżazzjoni u l-kont ta' min jirċievi l-ħlas, biex l-utent ikun imħares iktar bil-minimizzazzjoni tar-riskji fil-każ ta' żbalji jew attakki qarrieqa. B'riżultat ta' dawn id-dispożizzjonijiet, ir-riskju tal-frodi fil-pagamenti fix-xiri nazzjonali u dak transfruntier inġab f'livell indaqs u ma għandux jintuża bħala argument għar-rifjut jew id-diskriminazzjoni ta' kwalunkwe tranżazzjoni kummerċjali fl-Unjoni.

(25)  Id-Direttiva 2015/2366/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill28 introduċiet rekwiżiti stretti tas-sigurtà għall-inizjazzjoni u għall-ipproċessar tal-pagamenti elettroniċi li naqsu r-riskji tal-frodi għall-mezzi kollha ġodda u dawk iktar tradizzjonali ta' ħlas, speċjalment għall-pagamenti online. Il-fornituri tas-servizz tal-pagamenti għandhom japplikaw l-hekk imsejħa awtentikazzjoni tal-klijent, proċess ta' awtentikazzjoni li jivvalida l-identità tal-utent ta' servizz ta' pagament jew tat-tranżazzjoni tal-pagament. Għat-tranżazzjonijiet mill-bogħod, bħall-pagamenti online, ir-rekwiżiti tas-sigurtà huma saħansitra iktar stretti, u jeżiġu rabta dinamika bejn l-ammont tat-tranżazzjoni u l-kont ta' min jirċievi l-ħlas, biex l-utent ikun imħares iktar bil-minimizzazzjoni tar-riskji fil-każ ta' żbalji jew attakki qarrieqa. B'riżultat ta' dawn id-dispożizzjonijiet, ix-xiri transfruntier ma jinvolvix riskju akbar tal-frodi fil-pagamenti mix-xiri nazzjonali , li jfisser li r-riskju ta' frodi f'pagament ma għandux jintuża bħala argument għar-rifjut jew id-diskriminazzjoni kontra kwalunkwe tranżazzjoni kummerċjali fl-Unjoni.

__________________

__________________

28 Id-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 dwar is-servizzi ta' pagament fis-suq intern, li temenda d-Direttivi 2002/65/KE, 2009/110/KE u 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010, u li tħassar id-Direttiva 2007/64/KE (ĠU L 337, 23.12.2015, p. 35-127).

28 Id-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 dwar is-servizzi ta' pagament fis-suq intern, li temenda d-Direttivi 2002/65/KE, 2009/110/KE u 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010, u li tħassar id-Direttiva 2007/64/KE (ĠU L 337, 23.12.2015, p. 35-127).

Emenda     20

Proposta għal regolament

Premessa 25a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25a)  Id-data u l-metadata ġġenerati permezz ta' tranżazzjonijiet ta' kummerċ elettroniku u online jenħtieġ li jkunu konformi mal-qafas leġiżlattiv dwar it-traffiku u l-lok tad-dejta, iż-żamma tad-dejta, il-protezzjoni tad-dejta u l-analiżi tad-dejta, li jiżguraw konformità sħiħa mad-dritt tal-Unjoni. Lil hinn minn dan ir-rekwiżit minimu, il-kumpaniji involuti fil-kummerċ elettroniku għandhom jiġu stimulati jiżviluppaw u jikkompetu fl-iżvilupp ta' mudelli innovattivi ta' negozju li jagħmlu użu mill-anqas ammont possibbli ta' dejta, jiġbru l-anqas ammont neċessarju ta' dejta għall-iskop leġittimu tagħhom, u jaħżnuhom għall-iqsar perjodu possibbli.

Emenda    21

Proposta għal regolament

Premessa 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26)  Dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa l-applikazzjoni tar-regoli dwar il-kompetizzjoni, u b'mod partikolari l-Artikoli 101 u 102 TFUE. Ftehimiet li jimponu fuq in-negozjanti obbligi biex ma jinvolvux ruħhom f'bejgħ passiv fis-sens tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 330/201029 lil ċerti konsumaturi jew konsumaturi f'ċerti territorji huma meqjusa b'mod ġenerali restrittivi għall-kompetizzjoni u ma jistgħux normalment jiġu eżentati mill-projbizzjoni stabbilita fl-Artikolu 101(1) TFUE. Anki meta ma jaqgħux taħt l-Artikolu 101 TFUE, fil-kuntest tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, dawn ifixklu l-funzjonament xieraq tas-suq intern u jistgħu jintużaw biex jiġu evitati d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament. Id-dispożizzjonijiet rilevanti ta' dawn il-ftehimiet u ta' ftehimiet oħrajn fir-rigward tal-bejgħ passiv li jirrikjedu lin-negozjant jaġixxi bi ksur ta' dan ir-Regolament għandhom għalhekk ikunu awtomatikament nulli. Madankollu, dan ir-Regolament, u b'mod partikolari d-dispożizzjonijiet tiegħu dwar l-aċċess għall-prodotti u s-servizzi, ma għandux jaffettwa l-ftehimiet li jirrestrinġu l-bejgħ attiv fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 330/2010.

(26)  Dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa l-applikazzjoni tar-regoli dwar il-kompetizzjoni, u b'mod partikolari l-Artikoli 101 u 102 TFUE. Ftehimiet li jimponu fuq in-negozjanti obbligi biex ma jinvolvux ruħhom f'bejgħ passiv fis-sens tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 330/201029 lil ċerti klijenti jew klijenti f'ċerti territorji huma meqjusa b'mod ġenerali li jirrestrinġu l-kompetizzjoni u ma jistgħux normalment jiġu eżentati mill-projbizzjoni stabbilita fl-Artikolu 101(1) tat-TFUE. Anki meta tali ftehimiet ma jkunux koperti mill-Artikolu 101 tat-TFUE, fil-kuntest tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, dawn ifixklu l-funzjonament xieraq tas-suq intern u jistgħu jintużaw biex jiġu evitati d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament. Id-dispożizzjonijiet rilevanti ta' dawn il-ftehimiet u ta' ftehimiet oħrajn fir-rigward tal-bejgħ passiv li jirrikjedu lin-negozjant jaġixxi bi ksur ta' dan ir-Regolament għandhom għalhekk ikunu awtomatikament nulli. Madankollu, dan ir-Regolament, u b'mod partikolari d-dispożizzjonijiet tiegħu dwar l-aċċess għall-prodotti u s-servizzi, ma għandux jaffettwa l-ftehimiet li jirrestrinġu l-bejgħ attiv fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 330/2010.

__________________

__________________

29 Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 330/2010 tal-20 ta' April 2010 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 101(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għal kategoriji ta' akkordji vertikali u prattiċi miftiehma (ĠU L 102, 23.4.2010, p. 1).

29 Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 330/2010 tal-20 ta' April 2010 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 101(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għal kategoriji ta' akkordji vertikali u prattiċi miftiehma (ĠU L 102, 23.4.2010, p. 1).

Emenda     22

Proposta għal regolament

Premessa 29

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(29)  Dan ir-Regolament għandu jiġi evalwat regolarment, bil-għan li jiġu proposti l-emendi meta jkun hemm bżonn. L-ewwel evalwazzjoni għandha tikkonċentra, b'mod partiklari, fuq il-possibbiltà li l-projbizzjoni tal-Artiklu 4(1)(b) tiġi estiża għal servizzi forniti elettronikament, li l-karatteristika prinċipali tagħhom tkun l-għoti ta' aċċess għal u l-użu ta' xogħlijiet protetti bid-dritt tal-awtur jew suġġetti oħrajn protetti, dejjem jekk in-negozjant ikollu d-drittijiet meħtieġa għat-territorji rilevanti.

(29)  Dan ir-Regolament għandu jiġi evalwat regolarment, bl-għan li jiġu proposti l-emendi meta jkun hemm bżonn. L-ewwel evalwazzjoni għandha tikkonċentra, b'mod partikolari, fuq il-possibbiltà li l-projbizzjoni tal-Artiklu 4(1)(b) tiġi estiża għal servizzi forniti elettronikament, li l-karatteristika prinċipali tagħhom tkun l-għoti ta' aċċess għal u l-użu jew il-bejgħ ta' xogħlijiet protetti bid-drittijiet tal-awtur jew suġġetti oħrajn protetti, dejjem jekk in-negozjant ikollu d-drittijiet meħtieġa għat-territorji rilevanti. L-ewwel evalwazzjoni jenħtieġ li tqis l-iżviluppi legali fl-Istati Membri fir-rigward tar-riforma tad-drittijiet tal-awtur, tas-servizzi awdjoviżivi tal-midja u tal-portabilità transfruntiera tas-servizzi ta' kontenut online.

Emenda    23

Proposta għal regolament

Premessa 33

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(33)  Sabiex jintlaħaq l-għan li tiġi indirizzata b'mod effettiv id-diskriminazzjoni diretta jew indiretta abbażi tan-nazzjonalità, tal-post tar-residenza jew tal-post tal-istabbiliment tal-konsumaturi, huwa xieraq li jiġi adottat Regolament, li japplika b'mod dirett fl-Istati Membri kollha. Dan huwa neċessarju sabiex tiġi ggarantita l-applikazzjoni uniformi tar-regoli dwar in-nondiskriminazzjoni madwar l-Unjoni u d-dħul fis-seħħ tagħhom fl-istess ħin. Regolament biss jiżgura l-grad ta' ċarezza, uniformità u ċertezza legali li hija meħtieġa sabiex il-klonsumaturi jkunu jistgħu jibbenefikaw bis-sħiħ minn dawn ir-regoli.

(33)  Sabiex jintlaħaq l-għan li tiġi prevenuta b'mod effettiv id-diskriminazzjoni diretta jew indiretta abbażi tan-nazzjonalità, tal-post tar-residenza jew tal-post tal-istabbiliment tal-klijenti, u li jingħataw mezzi effettivi ta' rimedju għal dawk il-klijenti li jqisu ruħhom affettwati minnha, u li huwa xieraq li jiġi adottat Regolament, li japplika b'mod dirett fl-Istati Membri kollha. Dan huwa neċessarju sabiex tiġi ggarantita l-applikazzjoni uniformi tar-regoli dwar in-nondiskriminazzjoni madwar l-Unjoni u d-dħul fis-seħħ tagħhom fl-istess ħin. Regolament biss jiżgura l-grad ta' ċarezza, uniformità u ċertezza legali li hija meħtieġa sabiex il-klijenti jkunu jistgħu jibbenefikaw bis-sħiħ minn dawn ir-regoli.

Emenda    24

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  fejn in-negozjant ibigħ prodotti, jipprovdi servizzi, jew ifittex li jagħmel dan, fi Stat Membru ieħor għajr l-Istat Membru li fih il-konsumatur għandu l-post tar-residenza jew il-post ta' stabbiliment;

(a)  fejn in-negozjant ibigħ prodotti, jipprovdi servizzi, jew ifittex li jagħmel dan, fi Stat Membru ieħor għajr l-Istat Membru li fih il-klijent għandu l-post tar-residenza jew il-post ta' stabbiliment tiegħu jew tagħha;

Emenda    25

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  fejn in-negozjant ibigħ prodotti, jipprovdi servizzi, jew ifittex li jagħmel dan, fl-istess Stat Membru li fih il-konsumatur għandu l-post tar-residenza jew il-post tal-istabbiliment, imma l-konsumatur huwa ċittadin ta' Stat Membru ieħor;

(b)  fejn in-negozjant ibigħ prodotti, jipprovdi servizzi, jew ifittex li jagħmel dan, fl-istess Stat Membru li fih il-klijent għandu l-post tar-residenza jew il-post tal-istabbiliment tiegħu jew tagħha, imma l-klijent huwa ċittadin ta' Stat Membru ieħor;

Emenda    26

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  fejn in-negozjant ibigħ prodotti jew jipprovdi servizzi, jew ifittex li jagħmel dan, fi Stat Membru li fih il-konsumatur qed joqgħod b'mod temporanju mingħajr ma jgħix f'dak l-Istat Membru jew mingħajr ma għandu post ta' stabbiliment f'dak l-Istat Membru.

(c)  fejn in-negozjant ibigħ prodotti jew jipprovdi servizzi, jew ifittex li jagħmel dan, fi Stat Membru li fih il-klijent qed joqgħod/toqgħod b'mod temporanju mingħajr ma jgħix/tgħix f'dak l-Istat Membru jew mingħajr ma għandu/għandha post ta' stabbiliment f'dak l-Istat Membru.

Emenda     27

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4a.  Dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr preġudizzju għar-regoli applikabbli fil-qasam tad-drittijiet tal-awtur u tad-drittijiet relatati.

Emenda    28

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa l-atti tad-dritt tal-Unjoni dwar il-kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet ċivili. Il-konformità ma' dan ir-Regolament ma għandhiex tkun interpretata li timplika li n-negozjant jidderieġi l-attivitajiet tiegħu jew tagħha lejn l-Istat Membru fejn il-konsumatur għandu r-residenza abitwali jew id-domiċilju fis-sens ta' punt (b) tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 593/2008 u punt (c) tal-Artikolu 17(1) tar-Regolament (UE) 1215/2012.

5.  Dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa l-atti tad-dritt tal-Unjoni dwar il-kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet ċivili. Il-konformità ma' dan ir-Regolament ma għandhiex tkun interpretata li timplika li n-negozjant jidderieġi l-attivitajiet tiegħu jew tagħha lejn l-Istat Membru fejn il-konsumatur għandu r-residenza abitwali jew id-domiċilju tiegħu jew tagħha fis-sens ta' punt (b) tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 593/2008 u punt (c) tal-Artikolu 17(1) tar-Regolament (UE) 1215/2012.

Emenda    29

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  "prodotti" tfisser kwalunkwe oġġett tanġibbli u mobbli, bl-eċċezzjoni ta' oġġetti mibjugħa permezz tal-eżekuzzjoni jew mod ieħor bl-awtorità tal-liġi; l-ilma, il-gass u l-elettriku għandhom jitqiesu bħala prodotti fis-sens ta' dan ir-Regolament fejn dawn jitqiegħdu għall-bejgħ f'volum limitat jew fi kwantità stabbilita;

(e)  "prodotti" tfisser kwalunkwe oġġett tanġibbli u mobbli, bl-eċċezzjoni ta' oġġetti mibjugħa permezz tal-eżekuzzjoni jew mod ieħor bl-awtorità tal-liġi;

Ġustifikazzjoni

Il-każ speċifiku inkluż hawnhekk, filwaqt li jittieħed mid-definizzjoni ta' "prodotti" fid-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Konsumatur (2011/83/KE), ma jidhirx li huwa rilevanti fil-każ ta' Regolament dwar l-imblukkar ġeografiku mhux ġustifikat.

Emenda    30

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

F'każ li jseħħ dan ir-ridirezzjonar bil-kunsens espliċitu tal-konsumatur, il-verżjoni oriġinali tal-interfaċċa online għandha tibqa' aċċessibbli b'mod faċli għal dak il-konsumatur.

F'każ li jseħħ dan ir-ridirezzjonar bil-kunsens espliċitu tal-klijent, il-verżjoni oriġinali tal-interfaċċa online għandha tibqa' aċċessibbli b'mod faċli għal użu minn dak il-klijent.

Ġustifikazzjoni

Biex jiġi speċifikat li interfaċċja m'għandhiex sempliċiment tibqa' aċċessibbli għall-klijent, iżda għandha wkoll tkun tista' tintuża biex tippermetti li jsiru tranżazzjonijiet.

Emenda    31

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Fejn in-negozjant jimblukka jew jillimita l-aċċess tal-konsumaturi għal interfaċċi online jew jidderieġi mill-ġdid lill-konsumaturi lejn verżjoni differenti tal-interfaċċa online f'konformita mal-paragrafu 4, in-negozjant għandu jipprovdi ġustifikazzjoni ċara. Din il-ġustifikazzjoni għandha tingħata bil-lingwa tal-interfaċċa online li l-klijent oriġinarjament ried jaċċessa.

4.  Fejn in-negozjant jimblokka jew jillimita l-aċċess tal-klijenti għal interfaċċi online jew jidderieġi mill-ġdid lill-klijenti lejn verżjoni differenti tal-interfaċċja online f'konformita mal-paragrafu 3, in-negozjant għandu jipprovdi ġustifikazzjoni ċara. Din il-ġustifikazzjoni għandha tingħata bil-lingwa tal-interfaċċja online li l-klijent oriġinarjament ried jaċċessa.

Emenda   32

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  fejn in-negozjant jipprovdi servizzi forniti b'mod elettroniku, għajr servizzi li l-karatteristika prinċipali tagħhom tkun l-għoti ta' aċċess għal u l-użu ta' xogħlijiet protetti bid-dritt tal-awtur jew materjal protett ieħor;

(b)  fejn in-negozjant jipprovdi servizzi forniti b'mod elettroniku, għajr servizzi li l-karatteristika prinċipali tagħhom tkun l-għoti ta' aċċess għal u l-użu jew il-bejgħ ta' xogħlijiet protetti bid-drittijiet tal-awtur jew materjal protett ieħor;

Emenda    33

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  fejn in-negozjant jipprovdi servizzi, għajr dawk koperti mill-punt (b), u dawn is-servizzi jiġu forniti lill-konsumatur fil-bini tan-negozjant jew f'post fiżiku li fih jopera n-negozjant, fi Stat Membru għajr dak li fih il-konsumatur huwa ċittadin jew li fih il-konsumatur għandu l-post tar-residenza jew il-post tal-istabbiliment tiegħu.

(c)  fejn in-negozjant jipprovdi servizzi għajr dawk koperti mill-punt (b), u dawn is-servizzi jiġu forniti lill-klijent fil-bini tan-negozjant jew f'post fiżiku li fih jopera n-negozjant, fi Stat Membru għajr dak li fih il-klijent huwa ċittadin jew li fih il-klijent għandu/għandha l-post tar-residenza jew il-post tal-istabbiliment tiegħu/tagħha.

Emenda    34

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-projbizzjoni stabbilita fil-paragrafu 1 ma għandhiex tipprekludi l-possibbiltà li n-negozjanti jitolbu ħlasijiet għall-użu ta' strument ta' pagament bil-kards li għalih it-tariffi tal-interkambju mhumiex regolati skont il-Kapitolu II tar-Regolament (UE) 2015/751 u għal dawk is-servizzi ta' pagament li għalihom ma japplikax ir-Regolament (UE) Nru 260/2012. Dawn il-pagamenti ma għandhomx jaqżbu l-ispejjeż imġarrba min-negozjant għall-użu tal-istrument ta' pagament.

2.  Il-projbizzjoni stabbilita fil-paragrafu 1 ma għandhiex tipprekludi lin-negozjanti milli jimponu ħlasijiet għall-użu ta' strument ta' pagament bil-kards li għalih it-tariffi tal-interkambju mhumiex regolati skont il-Kapitolu II tar-Regolament (UE) 2015/751 u għal dawk is-servizzi ta' pagament li għalihom ma japplikax ir-Regolament (UE) Nru 260/2012. Dawn il-pagamenti ma għandhomx jaqżbu l-ispejjeż imġarrba min-negozjant għall-użu tal-istrument ta' pagament.

Emenda    35

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Kull Stat Membru għandu jaħtar korp wieħed jew aktar biex ikunu responsabbli għall-infurzar ta' dan ir-Regolament. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm mezzi adegwati u effettivi mal-korp jew mal-korpi maħtura sabiex tiġi infurzata l-konformità ma' dan ir-Regolament.

1.  Kull Stat Membru għandu jaħtar korp wieħed jew aktar biex ikunu responsabbli għall-infurzar ta' dan ir-Regolament. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm mezzi adegwati u effettivi mal-korp jew mal-korpi maħtura sabiex tiġi infurzata l-konformità ma' dan ir-Regolament, inkluż permezz ta' mekkaniżmi ta' kooperazzjoni transfruntiera.

Ġustifikazzjoni

Filwaqt li jinżamm l-ispirtu tal-proposta tal-Kummissjoni u l-Istati Membri jiġu permessi jiddeterminaw liema korp/korpi jinħatru u kif għandhom jiżguraw il-konformità, din l-emenda tenfasizza li kwalunkwe arranġament irid jinkludi mekkaniżmi ta' kooperazzjoni transfruntiera sabiex tiġi ggarantita l-effikaċja.

Emenda    36

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Assistenza lill-konsumaturi

Assistenza lill-klijenti

Ġustifikazzjoni

Peress li r-Regolament ma japplikax biss għal "konsumaturi" iżda għal impriżi li jagħmlu tranżazzjonijiet bħala utenti finali ("klijenti"), l-assistenza u mekkaniżmi għar-riżoluzzjoni tat-tilwim għandhom jinkludu l-"klijenti" kollha fi ħdan it-tifsira ta' dan ir-Regolament.

Emenda    37

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-korpi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom joffru lill-konsumaturi mudell ta' formola uniformi biex iressqu l-ilmenti lill-korpi msemmija fil-paragrafu 1 u fl-Artikolu 7(1). Il-Kummissjoni għandha tassisti lil dawn il-korpi fl-iżvilupp ta' dan il-mudell ta' formola.

2.  Il-korpi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom joffru lill-klijenti mudell ta' formola uniformi biex iressqu l-ilmenti lill-korpi msemmija fil-paragrafu 1 u fl-Artikolu 7(1). Il-Kummissjoni għandha tassisti lil dawn il-korpi fl-iżvilupp ta' dan il-mudell ta' formola.

Ġustifikazzjoni

Peress li r-Regolament ma japplikax biss għal "konsumaturi" iżda għal impriżi li jagħmlu tranżazzjonijiet bħala utenti finali ("klijenti"), l-assistenza u mekkaniżmi għar-riżoluzzjoni tat-tilwim għandhom jinkludu l-"klijenti" kollha fi ħdan it-tifsira ta' dan ir-Regolament.

Emenda    38

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-ewwel evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha ssir, b'mod partiklari, bil-ħsieb li jiġi evalwat jekk il-projbizzjoni tal-Artiklu 4(1)(b) għandhiex tiġi applikata wkoll għal servizzi forniti elettronikament, li l-karatteristika prinċipali tagħhom tkun l-għoti ta' aċċess għal u l-użu ta' xogħlijiet protetti bid-dritt tal-awtur jew suġġetti oħrajn protetti, dejjem jekk in-negozjant ikollu d-drittijiet meħtieġa għat-territorji rilevanti.

2.  L-ewwel evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha ssir, b'mod partikolari, bil-ħsieb li jiġi evalwat jekk il-projbizzjoni tal-Artikolu 4(1)(b) għandhiex tiġi applikata wkoll għal servizzi forniti elettronikament, li l-karatteristika prinċipali tagħhom tkun l-għoti ta' aċċess għal u l-użu ta' xogħlijiet protetti bid-drittijiet tal-awtur jew suġġetti oħrajn protetti, dejjem jekk in-negozjant ikollu d-drittijiet meħtieġa għat-territorji rilevanti. L-evalwazzjoni għandha tieħu kont dovut tal-ispeċifiċitajiet tal-prodotti u s-servizzi kulturali protetti mid-drittijiet tal-awtur.

Ġustifikazzjoni

Il-klawsola ta' rieżami hija maħsuba speċifikament biex tikkunsidra li twessa' l-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament biex tinkludi "servizzi pprovduti elettronikament, li l-karatteristika ewlenija tagħhom hija l-forniment ta' aċċess u użu ta' xogħlijiet protetti mid-drittijiet tal-awtur jew ta' materjal ieħor protett". Din l-emenda sempliċiment tenfasizza li l-karatteristiċi speċifiċi tal-prodotti u s-servizzi kulturali jridu jiġu kkunsidrati fl-evalwazzjoni.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

L-indirizzar tal-imblukkar ġeografiku u forom oħrajn ta’ diskriminazzjoni abbażi tan-nazzjonalità, tal-post tar-residenza jew tal-post tal-istabbiliment tal-konsumaturi fi ħdan is-suq intern

Referenzi

COM(2016)0289 – C8-0192/2016 – 2016/0152(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

9.6.2016

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

CULT

9.6.2016

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Therese Comodini Cachia

7.7.2016

Data tal-adozzjoni

24.1.2017

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

21

1

5

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Dominique Bilde, Andrea Bocskor, Silvia Costa, Mircea Diaconu, Angel Dzhambazki, Jill Evans, María Teresa Giménez Barbat, Giorgos Grammatikakis, Petra Kammerevert, Andrew Lewer, Svetoslav Hristov Malinov, Curzio Maltese, Luigi Morgano, Momchil Nekov, John Procter, Michaela Šojdrová, Yana Toom, Helga Trüpel, Sabine Verheyen, Julie Ward, Bogdan Brunon Wenta, Theodoros Zagorakis, Bogdan Andrzej Zdrojewski, Milan Zver, Krystyna Łybacka

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Therese Comodini Cachia, Sylvie Guillaume

PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

L-indirizzar tal-imblukkar ġeografiku u forom oħrajn ta’ diskriminazzjoni abbażi tan-nazzjonalità, tal-post tar-residenza jew tal-post tal-istabbiliment tal-konsumaturi fi ħdan is-suq intern

Referenzi

COM(2016)0289 – C8-0192/2016 – 2016/0152(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

25.5.2016

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

9.6.2016

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

9.6.2016

CULT

9.6.2016

JURI

9.6.2016

Kumitati assoċjati

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

19.1.2017

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Róża Gräfin von Thun und Hohenstein

17.6.2016

Eżami fil-kumitat

29.9.2016

6.3.2017

21.3.2017

Data tal-adozzjoni

25.4.2017

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

30

3

4

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Dita Charanzová, Carlos Coelho, Sergio Gaetano Cofferati, Anna Maria Corazza Bildt, Daniel Dalton, Nicola Danti, Dennis de Jong, Pascal Durand, Evelyne Gebhardt, Maria Grapini, Robert Jarosław Iwaszkiewicz, Liisa Jaakonsaari, Morten Løkkegaard, Eva Maydell, Marlene Mizzi, Marcus Pretzell, Virginie Rozière, Christel Schaldemose, Andreas Schwab, Olga Sehnalová, Jasenko Selimovic, Ivan Štefanec, Catherine Stihler, Róża Gräfin von Thun und Hohenstein, Anneleen Van Bossuyt, Marco Zullo

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Pascal Arimont, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Roberta Metsola, Franz Obermayr, Julia Reda, Ulrike Trebesius, Sabine Verheyen

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

David Coburn, Pál Csáky, Andor Deli, Dieter-Lebrecht Koch

Data tat-tressiq

27.4.2017

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

30

+

ALDE

EFDD

PPE

S&D

Verts/ALE

Dita Charanzová, Morten Løkkegaard, Jasenko Selimovic

Robert Jarosław Iwaszkiewicz, Marco Zullo

Pascal Arimont, Carlos Coelho, Anna Maria Corazza Bildt, Pál Csáky, Andor Deli, Dieter-Lebrecht Koch, Eva Maydell, Roberta Metsola, Andreas Schwab, Ivan Štefanec, Róża Gräfin von Thun und Hohenstein, Sabine Verheyen

Sergio Gaetano Cofferati, Nicola Danti, Evelyne Gebhardt, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Maria Grapini, Liisa Jaakonsaari, Marlene Mizzi, Virginie Rozière, Christel Schaldemose, Olga Sehnalová, Catherine Stihler

Pascal Durand, Julia Reda

3

-

EFDD

ENF

David Coburn

Franz Obermayr, Marcus Pretzell

4

0

ECR

GUE/NGL

Daniel Dalton, Ulrike Trebesius, Anneleen Van Bossuyt

Dennis de Jong

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Avviż legali