Proċedura : 2016/2305(INI)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0184/2017

Testi mressqa :

A8-0184/2017

Dibattiti :

PV 31/05/2017 - 20
CRE 31/05/2017 - 20

Votazzjonijiet :

PV 01/06/2017 - 7.3
CRE 01/06/2017 - 7.3
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2017)0234

RAPPORT     
PDF 860kWORD 98k
5.5.2017
PE 597.728v03-00 A8-0184/2017

dwar il-konnettività tal-internet għat-tkabbir, il-kompetittività u l-koeżjoni: is-soċjetà Ewropea tal-gigabits u l-5G

(2016/2305(INI))

Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

Rapporteur: Michał Boni

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 OPINJONI tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur
 OPINJONI tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni
 INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-konnettività tal-internet għat-tkabbir, il-kompetittivà u l-koeżjoni: is-soċjetà Ewropea tal-gigabits u l-5G

(2016/2305(INI))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta' Settembru 2016 bit-titolu "Konnettività għal Suq Uniku Diġitali Kompetittiv – Lejn Soċjetà Ewropea tal-Gigabits" (COM(2016)0587) u d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanjaha (SWD(2016)0300),

  wara li kkunsidra l-Artikolu 9 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta' Settembru 2016 bit-titolu "5G għall-Ewropa: Pjan ta' Azzjoni" (COM(2016)0588) u d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanjaha (SWD(2016)0306),

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tal-14 ta' Settembru 2016 għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (COM(2016)0590),

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tal-14 ta' Settembru 2016 għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1316/2013 u (UE) Nru 283/2014 fejn tidħol il-promozzjoni tal-konnettività tal-Internet fil-komunitajiet lokali (COM(2016)0589),

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tal-14 ta' Settembru 2016 għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Korp tar-Regolaturi Ewropej għall-Komunikazzjoni Elettronika (COM(2016)0591),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' Mejju 2015 bit-titolu "Strateġija għal Suq Uniku Diġitali għall-Ewropa" (COM(2015)0192) u d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanjaha (SWD(2015)0100),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta' Lulju 2014 bit-titolu "Lejn ekonomija ta' suċċess immexxija mid-dejta" (COM(2014)0442),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' April 2016 bit-titolu "Id-Diġitalizzazzjoni tal-Industrija Ewropea – Ingawdu l-benefiċċji kollha ta' Suq Uniku Diġitali" (COM(2016)0180),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 243/2012/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Marzu 2012 li tistabbilixxi programm pluriennali tal-politika tal-ispettru tar-radju(1),

–  wara li kkunsidra l-anness għall-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta' Ottubru 2013 bit-titolu "L-Idoneità u l-Prestazzjoni tar-Regolamentazzjoni (REFIT): ir-riżultati u l-passi li jmiss" (COM(2013)0685),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta' April 2016 bit-titolu "L-Istandards tal-ICT bħala l-Pedament Tas-Suq Uniku Diġitali" (COM(2016)0176),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta' Jannar 2016 bit-titolu Lejn Att dwar is-Suq Uniku Diġitali(2),

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tat-2 ta' Frar 2016 għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-użu tal-banda ta' frekwenzi 470-790 MHz fl-Unjoni (COM(2016)0043),

–  wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-28 ta' Ġunju 2016 (EUCO 26/16),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta' Settembru 2013 bit-titolu "Niftħu l-Edukazzjoni: Tagħlim innovattiv għal kulħadd permezz ta' Teknoloġiji Ġodda u Riżorsi Edukattivi Miftuħa" (COM(2013)0654),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta' Ottubru 2016 bit-titolu "Strateġija Spazjali għall-Ewropa" (COM(2016)0705),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2013/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti minimi tas-saħħa u s-sigurtà li jirrigwardaw l-espożizzjoni tal-ħaddiema għar-riskji li jinħolqu minn aġenti fiżiċi (kampi elettromanjetiċi) (l-20 Direttiva individwali skont l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) u li tħassar id-Direttiva 2004/40/KE(3),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu "Konnettività għal Suq Uniku Diġitali Kompetittiv – Lejn Soċjetà Ewropea tal-Gigabits",

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjonijiet tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (A8-0184/2017),

A.  billi l-5G se jkun pilastru ewlieni tas-soċjetà tal-gigabits, li jirrappreżenta l-istandard għall-ġejjieni tat-teknoloġiji tal-komunikazzjoni mobbli, u mezz għall-innovazzjoni, li jġib miegħu bidla radikali fl-ekonomija, u li joħloq każijiet ġodda ta' użu, servizzi u prodotti ta' kwalità għolja, flussi ta' dħul u mudelli tan-negozju u opportunitajiet, u billi huwa mistenni li jagħti spinta lill-kompetittività tal-industriji u jipprovdi sodisfazzjon lill-konsumaturi;

B.  billi t-tmexxija Ewropea fit-teknoloġija 5G hija essenzjali għat-tkabbir ekonomiku u għaż-żamma tal-kompetittività globali, li min-naħa tagħha teħtieġ koordinazzjoni u ppjanar fil-livell Ewropew, u billi jekk l-Ewropa taqa' lura jfisser riskji fl-impjieg, l-innovazzjoni u l-għarfien;

C.  billi l-5G u l-applikazzjonijiet tal-5G se joħolqu mill-ġdid mudelli ta' negozju billi jipprovdu konnettività b'veloċità għolja ħafna, li jagħtu lok għall-innovazzjoni fis-setturi kollha, mhux l-anqas fit-trasport, l-enerġija, il-finanzi u s-saħħa; billi, f'dan ir-rigward, l-Ewropa ma tistax taffordja taqa' lura, minħabba li l-5G se jkun il-mutur għat-tkabbir u l-innovazzjoni fil-ġejjieni;

D.  billi l-arkitettura tan-netwerks 5G se tkun sostanzjalment differenti minn dik tal-ġenerazzjonijiet preċedenti, sabiex jintlaħqu r-rekwiżiti mistennija ta' negozju u prestazzjoni għal netwerks b'Kapaċità Kbira Ħafna (VHC), speċjalment fir-rigward tal-latenza, il-kopertura u l-affidabbiltà;

E.  billi l-arkitettura tal-5G se twassal għal konverġenza miżjuda bejn in-netwerks mobbli u fissi; billi, għalhekk, l-introduzzjoni ta' netwerks fissi tal-VHC se tikkontribwixxi għall-bżonnijiet backhaul ta' netwerk bla fili dens tal-5G li jkun kemm jista' jkun viċin tal-utenti aħħarin;

F.  billi l-futur tas-soċjetà Ewropea u l-ekonomija Ewropea se jiddependu ħafna fuq l-infrastruttura 5G, li l-impatt tagħha se jmur ferm lil hinn minn netwerks ta' aċċess mingħajr fili eżistenti, bil-għan li jkunu pprovduti servizzi ta' komunikazzjoni ta' kwalità għolja u aktar veloċi, li jkunu affordabbli għal kulħadd u disponibbli kullimkien u f'kull ħin;

G.  billi d-diġitalizzazzjoni qed taċċelera b'mod mgħaġġel ħafna u fuq livell globali, li teħtieġ investimenti f'netwerks tal-komunikazzjoni ta' kwalità għolja b'kopertura universali; billi, f'dan ir-rigward, hemm il-ħtieġa tad-disponibbiltà f'waqtha ta' spettru tar-radju li kapaċi jissodisfa din id-domanda;

H.  billi l-konnettività mobbli u dik bla fili għal kull ċittadin qed issir aktar u aktar importanti hekk kif is-servizzi u l-applikazzjonijiet innovattivi qed jintużaw kontinwament waqt il-moviment u billi politika diġitali orjentata lejn il-futur jeħtieġ li tqis dan;

I.  billi t-tnedija tan-netwerk 5G se ssir primarjament permezz ta' investimenti privati u se teħtieġ li l-Kodiċi Ewropew tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi joħloq ambjent regolatorju li jippromwovi ċ-ċertezza, il-kompetizzjoni u l-investiment; billi dan se jirrikjedi s-simplifikazzjoni tal-kundizzjonijiet amministrattivi, pereżempju għall-introduzzjoni ta' ċelloli żgħar għal armonizzazzjoni stretta u f'waqtha tal-ispettru u l-iżvilupp ta' netwerk VHC, kif attwalment propost fil-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi;

J.  billi l-inizjattivi pubbliċi, bħall-inizjattiva tas-Sħubija Pubblika-Privata (PPP) tal-2013 tal-Kummissjoni, appoġġjata minn 700 miljun euro ta' fondi pubbliċi biex jippermettu l-5G fl-Ewropa sal-2020, għandhom bżonn jiġu kumplimentati minn suq kompetittiv b'regolamentazzjoni tal-aċċess u koordinazzjoni tal-ispettru li jibqgħu validi fil-futur, li jsaħħaħ l-innovazzjoni u l-investimenti privati meħtieġa ta' infrastruttura;

K.  billi l-introduzzjoni tal-5G għandha ssir b'mod li tikkumplimenta, u mhux li tagħmel ħsara lil proġetti oħra li huma mmirati biex isaħħu l-konnettività fl-aktar partijiet rurali u remoti tal-Ewropa;

L.  billi l-implimentazzjoni tal-5G u tas-soċjetà tal-gigabits teħtieġ kalendarju espliċitu, approċċ immexxi mid-domanda, li jkun teknoloġikament newtrali u li jibqa' validu fil-futur ibbażat fuq valutazzjonijiet skont ir-reġjun u s-settur, koordinazzjoni bejn l-Istati Membri, kooperazzjoni mal-partijiet ikkonċernati kollha u investimenti adegwati sabiex jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha fiż-żmien meħtieġ, u jagħmluha realtà għaċ-ċittadini kollha tal-UE;

I.  Viżjoni 5G – esiġenza għal bidla ġenerazzjonali

1.  Jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni li tfassal Pjan ta' Azzjoni għall-5G bil-għan li tpoġġi lill-UE fuq quddiem nettfid-dinja fl-introduzzjoni ta' netwerks standardizzati tal-5G mill-2020 sal-2025 bħala parti minn strateġija żviluppata usa' għal soċjetà Ewropea tal-gigabits li tkun teknoloġikament aktar kompetittiva u inklużiva; huwa tal-fehma li sabiex jinkiseb dan, huwa kruċjali li jkun hemm koordinazzjoni adegwata bejn l-Istati Membri, sabiex jiġu evitati l-istess tipi ta' dewmien fit-tnedija tal-5G li kienu ġew esperjenzati bil-4G, li wasslu għall-fatt li llum il-kopertura tal-4G hija ta' 86 %, waqt li fiż-żoni rurali hija ta' 36 % biss;

2.  Jissottolinja li, skont il-Kummissjoni, il-pjan ta' azzjoni biex jiddaħħal il-5G madwar l-UE għandu "l-potenzjal li joħloq żewġ miljun impjieg", u li jista' jagħti spinta lill-ekonomija Ewropea u jiġġieled ir-rati għolja tal-qgħad, speċjalment fost iż-żgħażagħ;

3.  Jenfasizza li l-PPP tal-5G bħalissa hija waħda mill-aktar inizjattivi avvanzati fid-dinja li jinvolvu l-5G u l-applikazzjonijiet ġodda li jirriżultaw minnu; huwa tal-fehma li minkejja li t-trawwim ta' sinerġiji fir-riċerka u l-iżvilupp huwa pożittiv, meta jitqies l-impatt li t-tnedija tal-5G se jkollha fuq is-soċjetà, ikun xieraq li l-PPP tinfetaħ ukoll għar-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili u tal-konsumaturi;

4.  Jenfasizza li kronoloġija li tħares 'il quddiem għall-allokazzjoni tal-ispettru fl-Unjoni hija ta' importanza assoluta jekk l-Ewropa trid tkun fuq quddiem fir-rigward tal-iżvilupp tat-teknoloġija 5G; jilqa', f'dan ir-rigward, l-azzjonijiet proposti mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni intitolata "5G għall-Ewropa: Pjan ta' Azzjoni", u jqis dawn l-azzjonijiet bħala rekwiżit minimu għat-tnedija b'suċċess tal-5G fl-Unjoni;

5.  Jenfasizza li l-investimenti privati jenħtieġ li jiġu appoġġjati minn ambjent ta' politika u regolatorju orjentat lejn l-infrastruttura mfassal għall-prevedibbiltà, iċ-ċertezza u mmirat għall-promozzjoni tal-kompetizzjoni għall-benefiċċju tal-utenti aħħarin, u jenħtieġ li ma jiddewmux minn skemi pubbliċi ambizzjużi wisq li jistgħu jfixklu t-tnedija tal-5G;

6.  Jenfasizza l-importanza tal-kooperazzjoni bejn id-dinja akkademika, l-istituzzjonijiet ta' riċerka, is-settur privat u s-settur pubbliku għar-riċerka u l-iżvilupp rigward il-komunikazzjonijiet mobbli tal-5G; jinnota l-PPP tal-5G bħala eżempju pożittiv f'dan ir-rigward u jħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tkompli tinvolvi s-setturi rilevanti kollha fil-proċess;

7.  Jemmen li l-Ewropa se tibbenefika minn trasformazzjoni ulterjuri favur ekonomija diġitali f'termini ta' kopertura usa', konnettività u veloċitajiet aktar rapidi, u li l-kontribut tal-ekonomija diġitali għat-tkabbir tal-PDG se jkun ta' 40 % sal-2020, b'rata ta' tkabbir 13-il darba aktar rapida minn dik tal-PDG totali;

8.  Jilqa' u jappoġġja l-objettivi ta' terminu medju tas-soċjetà tal-gigabits li jintlaħqu veloċitajiet tan-netwerk ta' mill-inqas 100 Mbps għall-konsumaturi kollha Ewropej, u li jistgħu jiġu aġġornati għal 1 Gbps u li jiżdiedu fuq żmien fit-tul għal 100 Gbps għall-motivaturi soċjoekonomiċi ewlenin, bħalma huma l-fornituri ta' servizzi pubbliċi, in-negozji intensivi diġitalment, iċ-ċentri tat-trasport ewlenin, l-istituzzjonijiet finanzjarji, l-isptarijiet, l-edukazzjoni u r-riċerka; jappella għall-introduzzjoni ta' infrastruttura backhaul tal-fibra, il-kompetizzjoni biex tixpruna l-investiment, u sabiex jiġu prijorizzati l-esperjenzi tal-utent aħħari ta' kwalità għolja; ifakkar li l-Unjoni għadha lura fl-objettivi ta' konnettività tal-Aġenda Diġitali għall-Ewropa tal-2020 tagħha, fejn huwa partikolarment ta' tħassib kemm iż-żoni rurali u remoti għadhom ferm lura;

9.  Jisħaq fuq il-ħtieġa li l-akbar għadd possibbli ta' ċittadini tal-UE jkunu jistgħu jibbenefikaw mill-konnettività tas-soċjetà tal-gigabits, inklużi dawk li jgħixu f'żoni remoti;

10.  Jappoġġja bil-qawwa l-isforzi biex jiġi żgurat aċċess għan-netwerk 5G tul il-vjaġġi intermodali fuq il-bażi tan-netwerks tat-trasport pubbliku marbuta mal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa u n-netwerks trans-Ewropej tat-trasport (TEN-T) sal-2025, u jistenna li wara dan ikun hemm aċċess sħiħ fl-UE kollha, kemm f'żoni urbani kif ukoll f'żoni rurali u fiċ-ċentri u l-attrazzjonijiet turistiċi ewlenin;

11.  Jinnota li għad hemm bżonn ta' titjib ulterjuri fil-kopertura tar-raba' ġenerazzjoni tan-netwerks tal-mowbajls/LTE peress li, f'dan ir-rigward, l-Unjoni Ewropea tinsab wara l-Istati Uniti, il-Korea t-Isfel u l-Ġappun, u li l-Pjan ta' Azzjoni tal-5G għandu jkun opportunità biex nitgħallmu mill-iżbalji tat-tnedija tal-4G;

12.  Jirrimarka li l-aċċess għar-radju 5G jeħtieġ li jkun kapaċi jopera fuq firxa ta' frekwenza wiesgħa ħafna, minn anqas minn 1 GHz sa 100 Ghz, kif ukoll backhaul sa 300 GHz; jinnota li frekwenzi ta' 3-6 GHz u dawk aktar minn 6 GHz jenħtieġ li jwasslu rati ta' data estrema u kapaċità estrema f'żoni densi; jirrikonoxxi li s-sistemi tal-5G fil-baned ta' frekwenza għolja jeħtieġu infrastruttura tan-netwerk densa ħafna bbażata fuq aċċess ta' ċelloli żgħar għas-siti, li ser jeħtieġu għażliet fir-rigward tal-baned tal-ispettru li għandhom jintużaw jew il-possibbiltà tal-kondiviżjoni tal-baned tal-ispettru;

13.  Jenfasizza li l-veloċitajiet tad-download waħidhom mhumiex se jkunu biżżejjed biex jissodisfaw id-domanda tal-konnettività futura tas-soċjetà tal-gigabits, li se teħtieġ objettiv tal-infrastruttura dwar in-netwerks tal-VHC, billi dawk in-netwerks jissodisfaw l-ogħla standards f'termini ta' veloċitajiet ta' upload u download, latenza u reżiljenza;

14.  Jenfasizza li sabiex nirrispondu għall-isfidi tal-5G u sabiex niżguraw perjodu ta' tranżizzjoni bla xkiel lejn il-5G fl-Istati Membri kollha, tinħtieġ strateġija Ewropea tal-ispettru koerenti, inklużi pjanijiet direzzjonali u kalendarji nazzjonali kkoordinati, li tindirizza l-komunikazzjonijiet umani, bejn magna u oħra (M2M) u tal-Internet tal-Oġġetti (IoT) f'diversi livelli: veloċità tal-konnessjoni, mobbiltà, latenza, ubikwità, ċiklu tat-tħaddim, affidabbiltà, aċċessibbiltà, eċċ.;

15.  Jirrimarka li t-tnedija ta' netwerks tal-5G mingħajr fili tirrikjedi użu flessibbli u effiċjenti tal-partijiet tal-ispettru mhux kontigwi disponibbli kollha, inkluża l-banda tas-700Mhz, għal xenarji tal-introduzzjoni tan-netwerk differenti ħafna, li se jirrikjedi l-iżvilupp ta' mudelli innovattivi għall-għoti ta' liċenzji ta' spettru u enfasi partikolari fuq l-armonizzazzjoni tal-baned tal-ispettru disponibbli fil-livell reġjonali;

16.  Jirrikonoxxi l-importanza tal-baned tal-ispettru liċenzjati biex jiġi żgurat investiment ta' netwerk fuq perjodu twil u jiggarantixxi kwalità aħjar tas-servizzi, billi jippermetti aċċess tal-ispettru kostanti u affidabbli, filwaqt li jenfasizza wkoll il-bżonn għal protezzjoni legali aħjar għall-baned tal-ispettru mingħajr liċenzja u metodi varji ta' tqassim tal-baned tal-ispettru;

17.  Jirrimarka li nuqqas ta' koordinazzjoni jikkostitwixxi riskju sostanzjali f'termini tal-introduzzjoni tal-5G, peress li l-akkwist ta' massa kritika huwa kruċjali biex jattira l-investimenti u b'hekk jitgawdu l-benefiċċji sħaħ tat-teknoloġija tal-5G;

18.   Jinnota li l-partijiet ikkonċernati kollha tas-settur jenħtieġ li jibbenefikaw minn kundizzjonijiet ekwi prevedibbli li jixprunaw il-kompetizzjoni u jenħtieġ li jgawdu l-flessibilità biex ifasslu n-netwerks tagħhom stess, jagħżlu l-mudelli ta' investiment tagħhom u t-taħlita ta' teknoloġiji li għandha tiżgura l-funzjonalità sħiħa għall-objettivi tal-introduzzjoni tal-5G, bħall-FTTH, il-kejbil, is-satellita, il-WiFi, il-WiGig, il-G.fast, it-2G, il-Massive MIMO, jew kwalunkwe teknoloġija oħra ta' żvilupp veloċi, sakemm jgħinu biex jikkonnettjaw lill-Ewropej kollha man-netwerks VHC skont il-ħtiġijiet reali tagħhom; jinnota li l-introduzzjoni tal-5G teħtieġ ħafna aktar fibri f'netwerk bla fili aktar dens;

19.  Jieħu nota tal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar "Konnettività għal Suq Uniku Diġitali Kompetittiv" u "5G għall-Ewropa: Pjan ta' Azzjoni" tagħha, li jippreżentaw opportunità eċċitanti biex l-Istati Membri jabilitaw lill-innovaturi kulturali u kreattivi tagħhom, b'mod partikolari l-SMEs, biex jikkompetu aktar fix-xena globali u jesponu t-talent intraprenditorjali u innovattiv tagħhom;

II.  L-iffaċilitar tal-benefiċċji tas-soċjetà tal-gigabits

20.  Jemmen li l-5G huwa aktar minn evoluzzjoni tal-Broadband mobbli u li se jkun faċilitatur kruċjali tad-dinja diġitali futura bħala l-ġenerazzjoni li jmiss ta' infrastruttura tal-broadband ultrarapidu preżenti kullimkien li se tappoġġja t-trasformazzjoni tal-proċessi fis-setturi ekonomiċi kollha (is-settur pubbliku, l-edukazzjoni, l-għoti ta' kontenut. tal-midja konverġenti, il-kura tas-saħħa, ir-riċerka, l-enerġija, l-utilitajiet, il-manifattura, it-trasport, l-industrija tal-karozzi, is-settur awdjoviżiv, ir-realtà virtwali (VR), il-logħob online u oħrajn) u tipprovdi servizzi affordabbli, aġli, flessibbli, interattivi, affidabbli u personalizzati ħafna li għandhom itejbu l-ħajja ta' kull ċittadin;

21.  Jinnota li l-frammentazzjoni Ewropea fit-tnedija tal-4G, li għadha viżibbli fid-differenzi ewlenin bejn l-Istati Membri kif jidher fl-Indiċi tal-Ekonomija u s-Soċjetà Diġitali (DESI), waslet għal nuqqas ta' kompetittività diġitali vis-à-vis l-Istati Uniti, iċ-Ċina, il-Ġappun, il-Korea t'Isfel u l-ekonomiji emerġenti; f'dan ir-rigward, jenfasizza li waqt li l-Ewropea qed tagħmel progress f'termini ta' żvilupp diġitali, il-pass qed jonqos, li jfisser riskju fuq tul ta' żmien twil għall-investimenti neċessarji u għall-attraenza tal-ambjent tan-negozju Ewropew;

22.  Ifakkar li l-benefiċjarji finali tal-introduzzjoni tal-5G għandhom ikunu l-utenti aħħarin u li kwalunkwe deċiżjoni li ssir fit-tnedija tat-teknoloġiji 5G għandha dejjem tibqa' tkun immirata lejn din ir-raġuni aħħarija li toffri servizzi affordabbli, affidabbli u ta' kwalità għolja;

23.  Jinnota li l-investiment tas-settur pubbliku u privat iġib effett multiplikatur mal-ekonomija kollha u, meta l-5G tkun ġiet introdotta għalkollox, dan aktarx joħloq, direttament u indirettament, sa 2,3 miljun impjieg fit-28 Stat Membru;

24.  Jinnota li huwa mistenni li l-introduzzjoni tat-teknoloġiji 5G fl-Ewropa jkollha benefiċċji li jestendu lil hinn mill-industrija mobbli, kif ukoll effetti ta' klassi ogħla fuq klassijiet iktar baxxi (trickle-down effect) li jammontaw għal EUR 141,8 biljun fis-sena sal-2025;

25.  Jenfasizza li s-suċċess ta' tnedija rapida tal-5G mal-UE kollha jiddependi fuq l-iżvilupp ta' mudelli ġodda ta' negozju li jkunu mmexxija mid-domanda; jenfasizza li hemm għadd kbir ta' inizjattivi li jikkontribwixxu għall-kjarifika tar-rekwiżiti għall-5G, li tagħmilha diffiċli għall-industriji vertikali li jikkontribwixxu għall-proċess; għalhekk jisħaq fuq il-fatt li l-industriji vertikali għandhom bżonn ikunu attivament involuti fil-proċess tar-rekwiżiti b'mod effiċjenti;

26.  Jenfasizza li kompetizzjoni ġusta u kundizzjonijiet ekwi għall-parteċipanti tas-suq huma neċessitajiet ewlenin għall-iżvilupp tas-soċjetà tal-gigabits mill-parteċipanti tas-suq; jemmen li l-prinċipju ta' "l-istess servizz, l-istess riskju, l-istess regoli" għandu japplika, f'dan ir-rigward;

27.  Jemmen li l-Kummissjoni u l-Istati Membri, flimkien mal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha, għandhom iqisu miżuri dwar kif jinċentivizzaw provi avvanzati u bankijiet tat-test sabiex jaċċeleraw l-innovazzjoni fl-applikazzjonijiet 5G;

28.  Jinnota li soċjetà tal-gigabits jenħtieġ li tindirizza d-distakk diġitali u ttejjeb l-użu tal-internet; jinnota li għad hemm bżonn ta' investiment kontinwu għat-tnedija tat-teknoloġiji eżistenti u futuri, fosthom teknoloġiji satellitari, fiż-żoni rurali u remoti; jenfasizza li jeħtieġ li jkun hemm taħlita intelliġenti ta' investimenti privati u pubbliċi sabiex jiġi indirizzat id-distakk diġitali taż-żoni rurali u remoti; jenfasizza li l-lezzjonijiet li ttieħdu mill-passat jenħtieġ li jintużaw biex jiġu indirizzati d-differenzi bejn l-Istati Membri, ir-reġjuni u l-popolazzjonijiet densi u remoti, b'appoġġ għal żvilupp ġeografiku bbilanċjat;

29.  Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li filwaqt li d-distakk diġitali huwa preżenti bejn il-bliet u ż-żoni rurali, huwa wkoll preżenti ħafna bejn Stat Membru u ieħor; jisħaq, f'dan ir-rigward, fuq l-importanza ta' qafas leġiżlattiv kompetittiv u inizjattivi li jħeġġu l-investimenti fl-infrastruttura, iżidu d-diversità tal-atturi u jsaħħu l-koordinazzjoni Ewropea;

30.  Jirrimarka li l-5G se jkun il-pedament fit-twettiq tal-viżjoni tas-Soċjetà f'Netwerk u se jżid il-possibbiltajiet li wieħed jgħix, jistudja u jaħdem fl-Unjoni Ewropea, li huwa prerekwiżit sabiex in-nies u l-kumpaniji jibbenefikaw għalkollox mir-rivoluzzjoni diġitali;

31.  Iqis li l-faċilitazzjoni tal-introduzzjoni ta' ċelloli żgħar tal-5G li jkunu konsistenti mar-Regolament WiFi4EU se jikkontribwixxu biex jitnaqqas id-distakk diġitali u teknoloġiku u jżid id-disponibbiltà tas-servizz tal-5G għaċ-ċittadini kollha;

32.  Jenfasizza li l-Ewropa trid tibqa' żżomm il-pass mal-iżviluppi teknoloġiċi u l-opportunitajiet, li huma pprovduti minn teknoloġiji tal-ICT aktar effiċjenti biex jappoġġjaw l-iżvilupp soċjoekonomiku fir-reġjuni sottożviluppati tal-lum;

33.  Jenfasizza li sabiex jittieħed benefiċċju mill-potenzjal sħiħ tas-servizz tal-istandard mobbli teknoloġiku tal-5G, netwerk tal-fibri dens jikkostitwixxi l-infrastruttura backhaul indispensabbli;

34.  Jilqa' l-inizjattiva WiFi4EU għall-promozzjoni tal-aċċess ħieles u universali għall-internet f'komunitajiet lokali permezz ta' skema ffinananzjata mill-UE u implimentata mill-Istati Membri; jinnota li l-inizjattiva WiFi4EU għandha l-għan li tippromwovi l-inklużività diġitali fir-reġjuni kollha billi tallokalhom fondi b'mod ġeografikament ibbilanċjat, filwaqt li tagħti attenzjoni wkoll lill-kwalità tal-esperjenza tas-servizz tal-utenti; jinnota li l-veloċitajiet ta' aċċess qegħdin jiżdiedu, u li aktar ma jikber l-użu f'tagħmir varju mingħajr fili, il-WLAN jeħtieġ li jissodisfa domandi ta' konnessjoni minn tarf għal ieħor; jemmen li jinħtieġ qafas ta' politika bi prijoritajiet speċifiċi biex jingħelbu l-ostakoli li s-suq waħdu ma jistax ikopri;

35.  Jistieden lill-Kummissjoni tagħti attenzjoni speċjali għall-kopertura fuq ġewwa fil-Pjan ta' Azzjoni tal-5G tagħha, billi għadd kbir mill-applikazzjonijiet tal-5G se jintużaw fid-djar u fl-uffiċċji; ifakkar fil-penetrazzjoni fil-bini fqira ta' netwerks bi frekwenzi ogħla; jirrakkomanda l-valutazzjoni ta' teknoloġiji addizzjonali li jiżguraw kopertura fuq ġewwa tajba, bħall-Massive MIMO, repeaters fuq ġewwa u applikazzjonijiet WiGig u Wi-Fi b'veloċità għolja;

36.  Jenfasizza li l-iżvilupp tat-teknoloġiji 5G huwa pedament għat-trasformazzjoni tal-infrastruttura tan-netwerk tal-ICT lejn konnettività intelliġenti li tinkludi kollox: karozzi intelliġenti, grilji intelliġenti, bliet intelliġenti, fabbriki intelliġenti, gvernijiet intelliġenti u aktar; jemmen li broadband veloċi ħafna u karatteristiċi ta' netwerk intelliġenti u effiċjenti li jiksbu konnettività kważi immedjata bejn il-persuni, mill-persuna għall-magna u magni konnessi, se jiddefinixxu mill-ġdid il-konnettività tal-utenti finali, li se tkun possibbli bil-paradigmi ta' netwerk bħal netwerks stil mesh, netwerks ibridi, slicing tan-netwerk dinamiku u teknoloġiji ta' softwerizzazzjoni;

37.  Jenfasizza li l-prestazzjoni b'enerġija għolja li tfittex konsum tal-enerġija tan-netwerk imnaqqas hija rekwiżit kritiku tal-5G; jenfasizza li dan l-element huwa kruċjali biex inaqqas l-ispejjeż operattivi, jiffaċilita l-konnettività tan-netwerk f'żoni rurali u remoti u jipprovdi aċċess għan-netwerk b'mod sostenibbli u effiċjenti f'termini ta' riżorsi;

38.  Jenfasizza li l-introduzzjoni tal-5G teħtieġ it-titjib sinifikanti tan-netwerks fissi u d-densifikazzjoni tan-netwerks mobbli bi qbil mal-objettivi tas-soċjetà tal-gigabits, speċjalment għal soluzzjonijiet għas-saħħa elettronika;

39.  Jenfasizza li s-settur awdjoviżiv huwa wieħed mill-muturi ewlenin għas-suċċess tal-5G fl-Ewropa, billi jipprovdi impjiegi u tkabbir ekonomiku, u li l-progress tiegħu jista' jagħmel impatt qawwi u pożittiv fuq il-katina tal-valur tal-midja awdjoviżiva, inklużi l-produzzjoni tal-kontenut, l-innovazzjoni tiegħu, id-distribuzzjoni tiegħu u l-ambjent tal-utent; jistieden lill-Kummissjoni u lil-Istati Membri, għalhekk, iqisu l-ħtiġijiet u l-ispeċifiċitajiet ta' dan is-settur, b'mod partikolari dawk relatati max-xandir;

40.  Jinnota li ladarba l-vetturi jiġu konnessi man-netwerk, dawn isiru konsistentement aktar sikuri (b'inqas inċidenti), aktar ekoloġiċi (b'inqas emissjonijiet) u jikkontribwixxu għal xejriet ta' vvjaġġar aktar prevedibbli; jappoġġja, għaldaqstant, l-idea li tiġi introdotta mira għall-UE kollha biex il-vetturi kollha disponibbli fis-suq tal-UE jiġu konnessi mal-5G u biex abbord ikollhom it-tagħmir ta' sistema ta' trasport intelliġenti; jappoġġja bis-sħiħ l-objettiv li jiġu introdotti ambulanzi u vetturi ta' emerġenza oħra (karozzi tal-pulizija, vetturi għat-tifi tan-nar) bi stazzjon bażi li taħdem bil-5G biex ikollhom kopertura kontinwa u mingħajr interruzzjoni matul l-interventi;

41.  Jinnota l-benefiċċji ta' kopertura tal-5G affidabbli u mingħajr interruzzjonijiet għas-sikurezza fit-toroq, li tippermetti mezzi ta' kontroll konnessi u diġitali, bħal takografi intelliġenti u dokumenti elettroniċi, għal vetturi tqal tal-merkanzija;

42.  Jemmen li l-5G għandu jippermetti servizzi affordabbli u ta' kwalità għolja ġodda, jgħaqqad l-industriji ġodda u finalment ittejjeb l-esperjenza tal-klijenti għal utenti diġitali dejjem aktar sofistikati u esiġenti; jenfasizza li l-5G jista' joffri soluzzjonijiet għall-isfidi soċjetali importanti permezz tal-kapaċità tiegħu li jnaqqas b'mod sinifikanti l-użu tal-enerġija tal-apparati mobbli u permezz tal-potenzjal tiegħu li jittrasforma s-setturi bħas-saħħa u t-trasport;

43.  Jilqa' l-Fond tal-Broadband Nikkollegaw l-Ewropa, fond għall-infrastruttura tal-broadband miftuħ għall-parteċipazzjoni tal-Banek u l-Istituzzjonijiet Promozzjonali Nazzjonali u tal-investituri privati, li se jkun pass ieħor 'il quddiem biex isiru investimenti fl-infrastruttura f'żoni rurali u remoti inqas popolati u li mhumiex moqdija biżżejjed;

44.  Jikkunsidra li l-iżvilupp u t-titjib tal-ħiliet diġitali huwa kruċjali u jenħtieġ li jitwettaq permezz ta' investiment kbir fl-edukazzjoni – inkluż taħriġ vokazzjonali, intraprenditorjali u t-taħriġ ulterjuri, kif ukoll it-taħriġ mill-ġdid – u permezz tal-parteċipazzjoni komprensiva tal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha, inklużi s-sħab soċjali, bi tliet objettivi ewlenin: li jinżammu u jinħolqu impjiegi teknoloġiċi permezz tat-taħriġ ta' forza tax-xogħol b'ħiliet ta' livell għoli, biex jappoġġjaw liċ-ċittadini biex jieħdu f'idejhom il-kontroll tal-eżistenza diġitali tagħhom billi jingħataw l-għodod meħtieġa u biex itemmu l-illitteriżmu diġitali, li hija kawża tad-distakk u l-esklużjoni diġitali;

45.  Iqis li l-Unjoni jenħtieġ li tistabbilixxi u tagħmel disponibbli kurrikuli ta' żvilupp ta' ħiliet tal-5G bi sħab mal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT) Digital, b'enfasi fuq in-negozji ġodda u SMEs sabiex huma jkunu jistgħu jibbenefikaw mill-introduzzjoni tal-5G;

46.  Jenfasizza li l-iżvilupp ta' netwerks tal-5G se jrawwem bidliet teknoloġiċi rapidi li se jippermettu l-iżvilupp sħiħ tal-industrija diġitali, tat-tekonolġiji intelliġenti, tal-Internet tal-Oġġetti u ta' sistemi ta' manifattura avvanzati;

47.  Jenfasizza l-importanza tal-5G, li jippermetti t-tmexxija globali Ewropea fl-għoti ta' infrastruttura ta' riċerka ta' livell għoli, li tista' tbiddel lill-Ewropa f'ċentru għal riċerka eċċellenti;

III.  Approċċ ta' politika

48.  Jilqa' l-inizjattiva tal-Kummissjoni li ssaħħaħ il-Pjan ta' Investiment għall-Ewropa fl-istrumenti ta' finanzjament (FEIS, CEF) allokati biex jiffinanzjaw l-objettivi strateġiċi għall-konnettività tal-gigabits sal-2025;

49.  Jenfasizza li d-deċiżjonijiet kollha relatati mas-Suq Uniku Diġitali, inklużi l-allokazzjoni tal-ispettru, il-miri tal-konnettività u l-introduzzjoni tal-5G iridu jiġu fformulati skont il-ħtiġijiet futuri u kif is-suq huwa mistenni li jiżviluppa matul l-10-15-il sena li ġejjin; jenfasizza, f'dan ir-rigward, li l-iżvilupp b'suċċess tal-5G se jkun essenzjali għall-kompetittività ekonomika, li tista' tintlaħaq biss permezz ta' leġiżlazzjoni Ewropea li timmira fil-bogħod u koordinazzjoni ta' politika;

50.  Jenfasizza li l-politiki dwar is-soċjetà tal-gigabits u l-5G jenħtieġ li jkunu proporzjonati, riveduti ta' spiss u konformi mal-"Prinċipju ta' Innovazzjoni", sabiex l-effetti potenzjali fuq l-innovazzjoni jkunu parti mill-valutazzjoni tal-impatt;

51.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura, tmantni u tiżviluppa finanzjament fuq żmien fit-tul għall-Pjan ta' Azzjoni tal-5G u l-modernizzazzjoni tan-netwerk fil-livell xieraq fi ħdan l-orizzont tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2020-2027 li jmiss u b'mod partikolari l-Qafas RTD&I li jmiss; jenfasizza l-importanza tal-kooperazzjoni bejn id-dinja akkademika, l-istituzzjonijiet tar-riċerka, is-settur privat u s-settur pubbliku għar-riċerka u l-iżvilupp rigward il-komunikazzjonijiet mobbli tal-5G; jiġbed l-attenzjoni għall-PPP tal-5G bħala eżempju pożittiv f'dan ir-rigward; jirrimarka li, skont il-Kummissjoni, jeħtieġ li jiġu investiti EUR 500 biljun fl-għaxar snin li ġejjin biex jintlaħqu l-objettivi tal-konnettività, għalkemm hija tistma wkoll li hemm nuqqas ta' investiment ta' EUR 155 biljun; huwa tal-fehma, għaldaqstant, li jeħtieġ li tingħata l-ogħla prijorità biex jiġi żgurat li jkun hemm biżżejjed investiment immexxi mill-kompetizzjoni għat-twettiq tal-infrastruttura diġitali, peress li dan it-twettiq huwa ta' importanza fundamentali sabiex iċ-ċittadini u n-negozji jkunu jistgħu jgawdu l-benefiċċji tal-iżvilupp tat-teknoloġija tal-5G;

52.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri kollha jimplimentaw b'ħeffa d-dispożizzjonijiet fid-Direttiva (UE) 2016/1148 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Lulju 2016 dwar miżuri għal livell għoli komuni ta' sigurtà tan-netwerks u tas-sistemi tal-informazzjoni madwar l-Unjoni(4), bil-għan li jiżguraw livell adegwat ta' sigurtà huma u jagħmlu dan il-pjan effiċjenti u sostenibbli;

53.  Jemmen li l-aħjar perkors lejn is-soċjetà tal-gigabits jinsab f'approċċ li jibqa' validu fil-futur, favur il-kompetizzjoni u newtrali f'termini teknoloġiċi, u appoġġjat minn firxa wiesgħa ta' mudelli ta' investiment bħal investimenti pubbliċi privati jew koinvestimenti; jinnota li l-koinvestiment u forom oħra ta' investiment kollaborattiv u arranġamenti ta' aċċess kummerċjali fuq żmien fit-tul għal netwerks b'kapaċità għolja ħafna jistgħu jgħinu sabiex jiġbru riżorsi, jippermettu oqfsa flessibli differenti u jbaxxu l-ispejjeż tal-installazzjoni;

54.  Jistieden lill-Istati Membri jimplimentaw b'mod sħiħ il-Pjan ta' Azzjoni tal-5G permezz ta' azzjonijiet koerenti, inklużivi u f'waqthom fir-reġjuni u l-bliet sabiex titħeġġeġ u tiġi inċentivata l-innovazzjoni transsettorjali u jitrawwem qafas ekonomiku kooperattiv fl-industrija kollha;

55.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jkunu minn ta' quddiem fil-promozzjoni ta' interoperabbiltà tal-5G intersettorjali, interlingwistika u transfruntiera u jappoġġjaw servizzi siguri, affidabbli u favur il-privatezza, billi l-industrija u s-soċjetà b'mod ġenerali qed isiru dejjem aktar dipendenti fuq l-infrastruttura diġitali għan-negozju u s-servizzi tagħhom, u biex jikkunsidraw iċ-ċirkostanzi nazzjonali ekonomiċi u ġeografiċi speċifiċi bħala parti integrali minn strateġija komuni;

56.  Jitlob li jissaħħew l-isforzi favur l-istandardizzazzjoni bil-għan li jiġi żgurat li l-Ewropa jkollha rwol ewlieni fl-istabbiliment ta' standards tat-teknoloġija li jippermettu l-introduzzjoni ta' netwerks u servizzi tal-5G; jemmen li l-korpi Ewropej tal-istandardizzazzjoni jenħtieġ li jkollhom rwol speċjali f'dan il-proċess; jinnota li kull settur jenħtieġ li jfassal il-pjan direzzjonali tiegħu għall-istandardizzazzjoni, filwaqt li jibbaża ruħu fuq proċessi mmexxija mill-industrija, b'rieda qawwija sabiex jikseb standards komuni li jista' jkollhom il-potenzjal li jsiru standards dinjija; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jinċentivaw investimenti fir-riċerka u l-iżvilupp u l-istandardizzazzjoni Ewropea;

57.  Jenfasizza li l-5G għandu l-potenzjal li jirrevoluzzjona l-aċċess għall-kontenut u t-tixrid tiegħu u li jsaħħaħ b'mod sostanzjali l-esperjenza tal-utent, filwaqt li fl-istess ħin jippermetti l-iżvilupp ta' forom ġodda ta' kontenut kulturali u kreattiv; jenfasizza, f'dan il-kuntest, il-ħtieġa ta' miżuri effettivi biex jiġġieldu l-piraterija, u approċċ komprensiv biex jittejjeb l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali sabiex jiġu żgurati rotot ta' aċċess faċli għal kontenut legali għall-konsumaturi;

58.  Iħeġġeġ ferm l-esperimentazzjoni miżjuda bit-teknoloġiji tal-5G; jappoġġja l-iżvilupp ta' soluzzjonijiet integrati u testijiet segwiti minn provi transindustrijali ta' proġetti pilota fuq skala kbira b'risposta għad-domanda għal servizzi fis-soċjetà tal-gigabits; jistieden lill-Kummissjoni u l-Istati Membri jiżguraw li jkun hemm biżżejjed baned tal-frekwenzi mhux liċenzjati biex jistimulaw l-esperimenti magħmula mill-industrija; jitlob lill-Kummissjoni tqis l-istabbiliment ta' mira konkreta u attraenti bħala qafas għall-esperimentazzjoni tas-settur privat bit-teknoloġiji u l-prodotti 5G;

59.  Jenfasizza l-ħtieġa li jitqiesu l-linji gwida tal-Kummissjoni Internazzjonali għall-Protezzjoni mir-Radjazzjoni Mhux Jonizzanti (ICNIRP) formalment rikonoxxuti mid-WHO, sabiex jiġu evitati l-inkonsistenza u l-frammentazzjoni u jiġu żgurati kundizzjonijiet konsistenti tal-implimentazzjoni tan-netwerks bla fili għas-Suq Uniku Diġitali Ewropew;

60.  Jenfasizza li l-iżvilupp tas-soċjetà tal-gigabits jeħtieġ regoli ċari u komuni tal-UE li jkunu orjentati lejn il-futur u favur il-kompetizzjoni, sabiex ikun mutur għall-investiment u l-innovazzjoni u biex tiġi ppreservata l-affordabbiltà u l-għażla tal-konsumaturi; jenfasizza li l-kompetizzjoni bbażata fuq l-infrastruttura toffri l-potenzjal għal regolamentazzjoni effiċjenti u tippermetti redditu fit-tul ġust fuq l-investimenti; iħeġġeġ lill-Istati Membri jissimplifikaw il-proċeduri amministrattivi għall-aċċess għal infrastruttura fiżika;

61.  Jisħaq fuq il-bżonn li jiġi stabbilit ambjent favur l-innovazzjoni għas-servizzi diġitali, speċjalment fil-qasam tal-big data u l-IoT, li jżid l-għażliet tal-konsumaturi filwaqt li jżid il-fiduċja u jippromwovi l-użu tas-servizzi diġitali, permezz ta' regoli effiċjenti u ssimplifikati, filwaqt li jiffoka fuq il-bżonnijiet tal-utenti u l-karatteristiċi tas-servizzi, irrispettivament mit-tip ta' fornitur.

62.  Jenfasizza li l-Pjanijiet Nazzjonali għall-Broadband jeħtieġ li jiġu rieżaminati u, fejn ikun xieraq, jiġu riveduti bir-reqqa, jimmiraw l-oqsma tal-5G kollha, iżommu approċċ kompetittiv ta' teknoloġiji multipli, jappoġġjaw iċ-ċertezza regolatorja u jimmassimizzaw il-kamp ta' applikazzjoni tal-innovazzjoni u l-kopertura, u waħda mill-miri għandha tkun li jitnaqqas id-distakk diġitali;

63.  Jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta l-Pjanijiet Nazzjonali għall-Broadband sabiex tidentifika l-lakuni, u sabiex tifformula rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi għal aktar azzjoni;

64.  Jilqa' l-inizjattiva tal-Kummissjoni li tistabbilixxi l-Qafas Parteċipatorju għall-Broadband sabiex tiżgura l-involviment ta' livell għoli ta' entitajiet pubbliċi u privati kif ukoll awtoritajiet lokali u reġjonali;

65.  Jenfasizza li l-iżgurar tal-aċċess għall-internet u l-garanzija ta' konnettività tal-internet b'veloċità qawwija, affidabbli u b'livelli baxxi ta' latenza u ta' jitter baxxi huma essenzjali għall-proċess ta' diġitizzazzjoni u l-katina tal-valur fis-settur tat-turiżmu, kif ukoll għall-iżvilupp u l-introduzzjoni ta' teknoloġiji tat-trasport bħas-Sistemi ta' Trasport Intelliġenti Kooperattivi (C-ITS), is-Servizzi tal-Informazzjoni tax-Xmajjar (RIS) u s-Sistema Ewropea tal-Ġestjoni tat-Traffiku Ferrovjarju (ERTMS);

66.  Ifakkar li l-SMEs jibbenefikaw ħafna mill-aċċess kompetittiv għal soluzzjonijiet tal-5G; jistieden lill-Kummissjoni tagħti dettalji tal-pjanijiet ta' azzjoni tagħha sabiex tiffaċilita l-parteċipazzjoni tal-SMEs u tan-negozji ġodda fl-esperimentazzjoni b'teknoloġiji 5G u biex tiżguralhom l-aċċess għall-Pjattaforma Parteċipatorja għall-Broadband tal-5G;

67.  Jappoġġja l-inizjattivi fuq livell tal-UE li jiżguraw koordinazzjoni akbar tal-ispettru bejn l-Istati Membri u żminijiet tal-liċenzja fuq perjodi fit-tul, li se jżidu l-istabbiltà u ċ-ċertezza tal-investimenti; jinnota li d-deċiżjonijiet dwar dawn il-kwistjonijiet jenħtieġ li jittieħdu fl-istess ħin fl-Istati Membri kollha sabiex tiġi adottata gwida vinkolanti dwar ċerti kundizzjonijiet tal-proċess ta' assenjazzjoni, bħall-iskadenzi għall-allokazzjoni tal-ispettru, il-kondiviżjoni tal-ispettru u l-irkanti organizzati b'mod konġunt, bl-ambizzjoni li jiġu promossi n-netwerks trans-Ewropej; jiġbed l-attenzjoni li n-natura kompetittiva tas-swieq tat-telekomunikazzjonijiet mobbli fl-Unjoni Ewropea hija kruċjali fil-qalba ġenerazzjonali għall-5G;

68.  Jistieden lill-UE tikkoordina l-isforzi fi ħdan l-Unjoni Internazzjonali tat-Telekomunikazzjoni (UIT) sabiex tiżgura li jkun hemm politika tal-UE koerenti; jenfasizza li l-ħtiġijiet ta' armonizzazzjoni tal-ispettru Ewropew għall-5G wara l-2020 jenħtieġ li jiġu finalizzati qabel il-Konferenza Dinjija dwar ir-Radjukomunikazzjoni tal-2019 (WRC-19), bi protezzjoni xierqa tas-servizzi eżistenti li fuqhom ninsabu dipendenti llum u bi qbil mad-deċiżjonijiet meħuda waqt il-WRC-15;

69.  Jenfasizza li d-definizzjoni tan-netwerks VHC stipulati fil-Kodiċi Ewropew tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi għandha tikkonforma mal-prinċipju tan-newtralità teknoloġika sakemm it-teknoloġiji jissodisfaw il-bżonnijiet għall-kwalità tas-servizzi tan-netwerk li l-applikazzjonijiet industrijali u dawk tal-konsumatur se jkollhom bżonn fil-futur;

70.  Jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi rieżami tal-progress annwali u tfassal rakkomandazzjoni dwar il-Pjan ta' Azzjoni tal-5G, u tinforma lill-Parlament bir-riżultati;

°

°  °

71.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri.

(1)

ĠU L 81, 21.3.2012, p. 7.

(2)

Testi adottati, P8_TA(2016)0009.

(3)

ĠU L 179, 29.6.2013, p. 1.

(4)

ĠU L 194, 19.7.2016, p. 1.


NOTA SPJEGATTIVA

Il-kunċett tal-iżvilupp ta' Soċjetà tal-Gigabits huwa bbażat fuq l-opportunitajiet ippreżentati mit-tnedija ta' soluzzjonijiet tal-5G. Il-5G jiftaħ stadju ġdid fid-dinja diġitali bil-ħolqien ta' netwerks ġodda bi prestazzjoni għolja, inklużi Netwerks ta' Kwalità Għolja u Netwerks ta' Kapaċità Għolja Ħafna. L-infrastruttura ssir faċilitatur għaliex tipprovdi opportunitajiet ta' konnettività ġodda.

Madankollu, hemm ċerti kundizzjonijiet għall-iżvilupp tal-infrastruttura tal-5G. Ambjent regolatorju li jiffaċilita l-investiment jenħtieġ li joħloq ċertezza legali, trasparenza, ugwaljanza u simplifikazzjoni tar-regoli, li huma kruċjali għall-komunikazzjoni elettronika attwali u futura. Il-kompetizzjoni bbażata fuq l-infrastruttura jenħtieġ li tinvolvi s-sħab kollha possibbli li jikkompetu għal investimenti fil-qafas ta' mudelli ta' koinvestiment flessibbli u effiċjenti f'termini kummerċjali. L-allokazzjoni tal-ispettru jenħtieġ li tkun armonizzata sabiex tiżgura l-konsistenza fit-teħid ta' deċiżjoni u fis-soluzzjonijiet. Barra minn hekk, jenħtieġ li jsiru sforzi konġunti fl-UE kollha sabiex tiġi mmaniġġjata l-aċċessibbiltà għas-700 MHz u għall-frekwenzi minn 1 GHz sa 100 GHz fuq żmien fit-tul. Jenħtieġ li jkun hemm rieda għall-ħidma fuq l-istandardizzazzjoni u l-interoperabbiltà fil-qafas komuni għall-Istati Membri kollha tal-UE. Finalment, ħafna industriji jenħtieġ li jkunu lesti li jfasslu l-pjanijiet direzzjonali tagħhom sabiex jaġġustaw għar-rekwiżiti tekniċi meħtieġa għall-konnettività u l-komunikazzjonijiet bil-5G. Il-potenzjal sħiħ tal-5G jista' jintlaħaq biss jekk jiġu implimentati sħubijiet mill-qrib ma' industriji "vertikali". Huwa importanti ħafna li nitgħallmu kif naħdmu b'mod aktar sistematiku fil-proċessi industrijali kollha.

Jeżistu ċerti motivaturi kruċjali għall-iżvilupp tal-5G, bħall-fehim tan-natura tal-vantaġġi ekonomiċi u benefiċċji individwali li nistgħu nisfruttaw mill-implimentazzjoni tal-5G. Tali benefiċċji jinkludu l-iżvilupp tal-IoT, il-karozzi awtonomi, tkabbir fis-saħħa elettronika u t-telemediċina (li sussegwentement se jikkontribwixxu għall-paradigma tal-bidla vera fil-qasam tal-kura tas-saħħa), l-opportunitajiet totalment ġodda għat-istruzzjoni u t-tagħlim bis-saħħa tal-użu ta' għodod ta' realtà virtwali fl-edukazzjoni, mudelli ta' divertiment ġodda, il-kisbiet potenzjali tal-bliet intelliġenti u possibbiltajiet ta' agrikoltura diġitali ġodda. It-tnedija tal-5G se twitti t-triq għal prodotti u servizzi ġodda, li kollha se jkunu ħafna aktar faċli li jintużaw mill-utent u mfassla għall-ħtiġijiet tal-persuni, li jtejjeb is-sodisfazzjon tal-konsumaturi. It-tkabbir huwa l-motivatur tad-domanda. Din id-domanda se tagħmel l-investimenti fil-5G aktar vantaġġużi mil-lat ta' qligħ fuq perspettiva fit-tul u se tiggarantixxi l-livell xieraq ta' redditu fuq l-investiment.

Huwa ċar li filwaqt li l-possibbiltajiet ta' infrastrutturi ġodda, l-inklużività ta' dawn l-infrastrutturi u d-domanda għall-infrastruttura tal-5G se jibdlu l-attitudnijiet tas-soċjetà, dawn se jirrikjedu wkoll ħiliet ġodda. Id-dimensjoni edukattiva tat-tnedija tal-5G għalhekk jenħtieġ li tkun ikkunsidrata wkoll.

Bil-5G, l-Ewropa għandha opportunità kbira sabiex tibdel mill-qiegħ il-pajsaġġ industrijali tat-telekomunikazzjonijiet. Bħalissa qegħdin f'salib it-toroq ta' żviluppi eċċitanti. Nistenna li l-industrija tal-UE b'mod ġenerali se tagħti bidu għall-proċess ta' żvilupp tat-teknoloġija tal-5G ambizzjuż u pjan direzzjonali għall-introduzzjoni.

Il-Kummissjoni pproponiet aġenda mfassla tajjeb, kalendarju u miżuri konkreti. Il-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi huwa previst li jiġi approvat fil-futur qarib. Madankollu, il-kwistjoni kruċjali hija li tiġi stabbilita kooperazzjoni mal-partijiet ikkonċernati kollha. L-Istati Membri jridu jkunu lesti li jieħdu sehem fi proċessi ta' teħid ta' deċiżjonijiet ċari, komuni u armonizzati. Mingħajr Pjanijiet Nazzjonali għall-Broadband ġodda adottati f'waqthom, ma hemm l-ebda possibbiltà li jinbdew investimenti u jiġu żviluppati teknoloġiji u soluzzjonijiet, b'mod partikolari l-użu ta' soluzzjonijiet tal-fibra fi ħdan il-5G. Jekk l-UE tonqos milli tagħmel pressjoni attiva u konsistenti fid-dibattiti tal-WRC, se jkun diffiċli li jinkisbu deċiżjonijiet sodisfaċenti dwar l-aċċessibbiltà tal-frekwenzi tal-Giga. Mingħajr kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni, l-Istati Membri, ir-rappreżentanti tan-negozju u l-BEREC se nitilfu l-opportunità li narmonizzaw il-proċess tal-allokazzjoni tal-ispettru. Mingħajr kollaborazzjoni bejn l-istituzzjonijiet tal-UE, il-gvernijiet u l-awtoritajiet lokali u reġjonali m'hemm l-ebda possibbiltà ta' investiment fl-infrastruttura inklużiva b'aċċessibbiltà sħiħa għan-Netwerks b'Kapaċita Għolja Ħafna tal-5G għal kulħadd, inkluż għal residenti ta' żoni remoti u rurali. Mingħajr il-parteċipazzjoni xierqa tal-pubbliku u l-finanzjament nazzjonali u mill-UE tal-pjan ta' azzjoni tal-5G, minn issa u wara l-2020 bil-QFP il-ġdid, se jkun diffiċli li tintlaħaq xi waħda mill-miri msemmija qabel.

Huwa essenzjali li jiġu analizzati u stipulati kif xieraq il-kundizzjonijiet kollha meħtieġa għat-tnedija sħiħa tal-5G sal-2025.

Bl-istess mod, huwa importanti li l-isforzi tal-partijiet ikkonċernati kollha jiġu kkoordinati sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-5G. Huwa ċar li, jekk il-miżuri u l-attivitajiet kollha tal-Pjan ta' Azzjoni tal-5G jitwettqu b'suċċess, il-vantaġġi għall-ekonomija Ewropea u ċ-ċittadini Ewropej kollha se jkunu ħafna.


OPINJONI tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (23.3.2017)

għall-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

dwar il-konnettività tal-internet għat-tkabbir, il-kompetittività u l-koeżjoni: is-soċjetà Ewropea tal-gigabits u l-5G

(2016/2305(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Antonio López-Istúriz White

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur jistieden lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

  Jenfasizza li din l-inizjattiva hija parti mit-tliet objettivi strateġiċi tal-konnettività li l-Kummissjoni stabbilixxiet li għandhom jintlaħqu sal-2025, u li l-ħolqien ta' ekosistema xierqa biex tiżviluppa soċjetà Ewropea tal-gigabits b'saħħitha bl-iskjerament f'waqtu tat-teknoloġiji 5G u bl-Istati Membri jwettqu l-Obbligu ta' Servizz Universali huwa l-aktar mod inklużiv u effikaċi lejn ir-realizzazzjoni tas-suq uniku diġitali, minħabba li broadband b'veloċità għolja jista' jnaqqas id-distakk diġitali u jippromwovi t-tkabbir universali, b'mod partikolari fiż-żoni rurali billi jipprovdilhom l-għodod biex jipparteċipaw bl-istess ritmu taż-żoni urbani fl-era tal-Internet tal-Oġġetti (IoT) – li se jipprovdi miljuni ta' sensers u kull tip ta' apparat b'konnettività mtejba u effiċjenza enerġetika;

  Ifakkar li d-distakk diġitali rappreżentat mid-distakk fil-konnettività bejn iż-żoni rurali u dawk metropolitani, bejn l-impriżi kbar u dawk żgħar, bejn nies minn livelli soċjoekonomiċi differenti u bejn il-ġenerazzjonijiet jeħtieġ jingħalaq;

3.  Jenfasizza, b'mod partikolari, li l-UE ma tistax taffordja li titlef opportunitajiet biex toħloq rabta bejn iż-żoni rurali li jinsabu lura fid-dawl tar-riżultati tal-KE dwar l-Indiċi tal-Ekonomija u s-Soċjetà Diġitali (DESI) – il-broadband huwa disponibbli għal 71 % tad-djar Ewropej iżda għal 28 % biss fiż-żoni rurali, u l-broadband mobbli (4G u oħrajn) huwa disponibbli għal 86 % tad-djar Ewropej iżda għal 36 % biss fiż-żoni rurali;

4.  Jenfasizza li sabiex din it-teknoloġija jkollha l-impatt sħiħ tagħha fuq l-ekonomija tagħna u biex ma jintilfux opportunitajiet, għandu jiżdied ir-raba' objettiv: li jingħalaq id-distakk diġitali u jiġi pprevenut il-bidu ta' distakki ġodda, u għal dan il-għan għandhom jiġu esplorati opportunitajiet ta' finanzjament mill-Istati Membri u l-Kummissjoni b'appoġġ għall-kisba għall-muturi soċjoekonomiċi ewlenin (skejjel, universitajiet, amministrazzjonijiet pubbliċi) tal-konnessjoni li joffru veloċità tad-download ta' mill-inqas 100 Mbps u veloċità ta' upload għolja, b'latenza baxxa u kopertura mingħajr interruzzjoni;

5.  Jilqa' l-intenzjoni tal-Kummissjoni li taħdem mal-Istati Membri u l-industrija lejn l-iffissar volontarju ta' skeda komuni għat-tnedija ta' netwerks 5G bikrin sal-aħħar tal-2018, segwita mit-tnedija ta' servizzi 5G kompletament kummerċjali fl-Ewropa sal-aħħar tal-2020;

  Jiddeplora s-sitwazzjoni li nħolqot minħabba li l-UE damet biex tirreaġixxi għall-4G, meta mqabbla ma' reġjuni oħra tad-dinja li ħadu r-riedni f'idejhom u li issa qed jaħsdu l-benefiċċji assoċjati;

7.  Jenfasizza li huwa ta' importanza kbira li jkun hemm reazzjoni effikaċi fl-istadji bikrija tal-5G sabiex tingħata spinta lill-kompetittività tal-kumpaniji Ewropej, speċjalment l-SMEs, peress li l-benefiċċji potenzjali għall-industrija Ewropea biex tkun fuq quddiem nett fid-dinja f'dak li jikkonċerna t-twittiq tat-triq għal din it-teknoloġija huma għoljin ħafna;

8.  Jemmen li sabiex dan ikun jista' jseħħ, hemm bżonn ta' strateġija Ewropea komprensiva u l-politiki u r-regoli jeħtieġ ikunu miftuħa u orjentati lejn il-futur, favur l-investiment u l-innovazzjoni, b'approċċ ibbażat fuq is-suq li jiggarantixxi ambjent ta' investiment adegwat li jrawwem il-kompetizzjoni, flimkien ma' politiki fiskali li jappoġġjaw l-iskjerament tal-5G, filwaqt li jirrikonoxxi li l-kompetizzjoni hija l-mutur ewlieni għall-investimenti li, b'riżultat ta' dan, iwasslu għall-innovazzjoni u s-servizzi ġodda u fl-aħħar mill-aħħar joħolqu infrastruttura Ewropea modernizzata li tkun ta' benefiċċju għall-konsumatur, u li durata ta' żmien itwal għal-liċenzji tal-ispettru tkun kritika biex tiżgura l-investimenti li hemm bżonn fl-infrastruttura l-ġdida meħtieġa għall-appoġġ tan-netwerks 5G;

9.  Jinnota li l-bini tal-infrastruttura tal-konnessjoni jimplika spejjeż potenzjalment għolja, inklużi l-amministrazzjoni, l-ippjanar, il-permessi, u fil-każ tagħha, l-akkwist ta' beni immobbli, b'mod partikolari għall-fornituri u l-SMEs lokali, u jagħraf l-impenn tal-proposta WiFi4EU tal-Kummissjoni li tagħti lill-awtoritajiet lokali interessati possibbiltà ta' finanzjament biex joffru konnessjonijiet Wi-Fi bla ħlas fi u madwar il-binjiet pubbliċi, iċ-ċentri tas-saħħa, il-ġonna u l-pjazez pubbliċi; jemmen li fi ħdan l-Istati Membri jeħtieġ li jkun hemm allinjament tal-5G u l-politiki diġitali mal-politiki tal-ippjanar kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll fil-livell lokali, biex ikun żgurat skjerament rapidu u bi prezz baxx ta' ċelloli ta' netwerks żgħar;

10.  Jissottolinja l-importanza ta' komunikazzjoni bis-satellita fl-għoti tal-aċċess 5G minn kullimkien u b'mod universali, l-aktar f'żoni remoti, flimkien ma' netwerk fibrottiku terrestri Ewropew;

11.  Jilqa' l-Fond tal-Broadband ta' Nikkollegaw l-Ewropa, fond għall-infrastruttura tal-broadband miftuħ għall-parteċipazzjoni tal-Banek u l-Istituzzjonijiet Promozzjonali Nazzjonali u tal-investituri privati, li se jkun pass ieħor 'il quddiem biex isiru investimenti fl-infrastruttura f'żoni rurali u remoti inqas popolati u li mhumiex moqdija biżżejjed;

12.  Jenfasizza l-ħtieġa ta' approċċ Ewropew konsistenti madwar l-Istati Membri fl-iżvilupp ta' teknoloġiji 5G u għall-adozzjoni ta' approċċ li jinvolvi diversi partijiet ikkonċernati, peress li l-ħolqien ta' suq intern vijabbli għall-prodotti u s-servizzi bi standard ta' 5G jeħtieġ koordinazzjoni estensiva;

13.  Jenfasizza li l-adozzjoni f'waqtha tal-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (EECC) hija kruċjali sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza u l-prevedibbiltà ġuridika għall-fornituri tat-telekomunikazzjoni; jenfasizza li l-EECC għandu jrawwem il-kompetizzjoni (tal-infrastruttura);

14.  Jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta l-Pjanijiet Nazzjonali għall-Broadband, sabiex tidentifika l-lakuni u tifformula rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi għal aktar azzjoni;

15.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni toħroġ bi strateġija ta' finanzjament tal-5G ambizzjuża u koerenti li tuża b'mod sħiħ il-potenzjal u s-sinerġiji tal-programmi eżistenti bħall-Orizzont 2020, il-FEIS u s-CEF, li tinkoraġġixxi investiment privat, inkluż kapital ta' riskju u konsorzji speċifiċi, u li tesplora sorsi oħra bħalma huma sħubiji pubbliċi privati fis-settur tal-ICT bħall-PPP 5G, sabiex jiġu appoġġjati proġetti ta' konnettività u riċerka teknoloġika li jistgħu jgħinu biex inaqqsu d-distakk diġitali u biex jinżamm u jiġi żviluppat il-finanzjament fil-Pjan ta' Azzjoni għall-5G fi ħdan il-perjodu tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali li jmiss 2020-2027;

16.  Jistieden, f'dan ir-rigward, lill-operaturi jinvestu aktar fl-infrastruttura biex itejbu l-konnettività, b'mod partikolari f'żoni rurali sottożviluppati, u jestendu l-kopertura 5G, filwaqt li wieħed jiftakar li l-Kummissjoni tistma li huwa meħtieġ investiment ta' EUR 500 biljun biex tiġi skjerata din it-teknoloġija u jinkisbu l-objettivi tal-konnettività, li għaliha aktarx hemm nuqqas ta' investiment ta' EUR 155 biljun;

  Jenfasizza l-ħtieġa li l-Istati Membri japplikaw ir-regoli maqbula mill-UE għall-allokazzjoni ta' spettru ġdid fi ħdan il-medda ta' 700 MHz għall-broadband mingħajr fili u l-ħtieġa li jkun hemm politika tal-UE kkordinata tal-ispettru, l-għoti ta' liċenzji għal żmien twil biżżejjed sabiex tingħata prevedibbiltà fuq ir-redditu mill-investiment u fl-istess ħin tiġi stabbilita sistema ta' liċenzjar flessibbli li tinkoraġġixxi użu kondiviż tal-ispettru fi frekwenzi ogħla rilevanti u l-iżvilupp ta' applikazzjonijiet futuri;

18.  Jenfasizza li ftehim dwar l-armonizzazzjoni tas-sett kollu tal-meded tal-ispettru inqas u akbar minn 6 GHz huwa strateġikament importanti għall-iskjerament tal-5G u jeħtieġ li jintlaħaq sa tmiem l-2017, b'tali mod li meded tal-ispettru proviżorji għall-5G jitqiegħdu għad-dispożizzjoni qabel il-Konferenza Dinjija tar-Radjukomunikazzjoni 2019 (WRC-19);

19.  Jissottolinja li filwaqt li meded ta' frekwenza aktar baxxi – bħal 700 Mhz – jistgħu jkopru żoni ta' skala akbar għal kull torri ċellulari, li jgħinu biex tinkiseb propagazzjoni usa' f'żoni rurali, dawn il-meded waħedhom ma jippermettux għal applikazzjonijiet b'medda għolja, u għalhekk jappoġġja l-approċċ ikkoordinat tal-Kummissjoni għal riallokazzjoni fi ħdan il-meded tar-radju UHF (300 Mhz sa 3 Ghz) u f'meded barra din il-medda;

  Jenfasizza li t-twaqqif ta' standards miftuħa u interoperabbli għan-netwerks 5G u għall-apparati tal-IoT li jistgħu jużaw il-5G huwa kritiku sabiex tiġi żgurata l-adozzjoni tal-IoT rapidu, u jistieden lill-partijiet ikkonċernati kollha, kemm pubbliċi kif ukoll privati, bħall-manifatturi, l-operaturi, ir-regolaturi u l-komunità xjentifika biex jaħdmu lejn dik id-direzzjoni, sabiex l-istandards għan-netwerks 5G futuri jiġu aċċettati u implimentati b'mod wiesa' mill-industrija;

21.  Jemmen li għandha tiġi promossa sistema minn isfel għal fuq u kull settur għandu jfassal il-pjan direzzjonali tiegħu għall-istandardizzazzjoni, filwaqt li jibbaża ruħu fuq proċessi mmexxija mill-industrija, b'rieda soda sabiex jintlaħqu standards komuni li jista' jkollhom il-kapaċità li jsiru standards dinjija;

22.  Ifakkar fil-bżonn li titqajjem aktar kuxjenza pubblika dwar il-benefiċċji tal-użu tal-internet għaċ-ċittadini u għan-negozji peress li dan isaħħaħ l-opportunitajiet ekonomiċi u soċjali u huwa għodda li tista' trawwem l-inklużjoni u toħloq aktar opportunitajiet għaż-żoni inqas żviluppati; barra minn hekk, ifakkar li f'ħafna setturi, il-mudelli kummerċjali jibbenefikaw minn trasformazzjonijiet marbuta mat-teknoloġija 5G li żżid l-effiċjenza kif ukoll tippermetti l-ħolqien ta' servizzi ġodda ta' kwalità għolja, tgħaqqad industriji ġodda, tappoġġja kooperazzjoni u bini ta' sħubijiet bejn l-operaturi tat-telekomunikazzjoni u industriji vertikali u, fl-aħħar mill-aħħar, ittejjeb l-esperjenza tal-konsumatur għal utenti diġitali li dejjem qed isiru aktar sofistikati u eżiġenti;

23.  Jissottolinja l-opportunitajiet li għadhom inkonċepibbli li t-teknoloġiji cloud, il-big data u l-Internet tal-Oġġetti joffru bħala xprunaturi tat-tkabbir u l-impjiegi u biex itejbu l-ħajjiet ta' kull ċittadin – dment li l-konnettività affidabbli tasal kullimkien;

24  Huwa konxju li n-netwerks 4G għandhom kapaċità wisq baxxa meta wieħed iqis il-mewġa tal-konnettività li se timla miljuni ta' apparati fil-ftit snin li ġejjin (bħal magni, robots, droni, karozzi, apparat li jintlibes, tagħmir u sensuri), u jinsab ukoll imħasseb li fin-nuqqas ta' netwerks u infrastruttura diġitali moderni li jipprovdu konnettività fissa u mobbli b'veloċità għolja u ta' kwalità tajba, l-UE qiegħda f'periklu li tibqa' lura meta mqabbla ma' reġjuni oħra f'dak li jirrigwarda l-attrazzjoni ta' investimenti u ż-żamma tal-għarfien, li jirriżulta fit-telf ta' vantaġġ kompetittiv, u jistieden biex tingħata spinta lill-iżvilupp ta' netwerks u infrastruttura diġitali, b'mod partikolari fiż-żoni rurali;

25.  Iqis li l-iżvilupp ta' ħiliet diġitali huwa meħtieġ biex tiġi evitata l-esklużjoni u jintemm l-illitteriżmu diġitali u l-estensjoni tad-distakki diġitali, u li dan għandu jsir permezz tal-edukazzjoni kemm formali kif ukoll mhux formali, jiġifieri, minn naħa waħda, għandhom ikunu stabbiliti kurrikuli li jqisu l-aħjar prattiki tal-Istati Membri fi sħubija mal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT) Diġitali, u min-naħa l-oħra l-inizjattiva għandha tkun ikkomplementata bl-appoġġ tas-soċjetà ċivili, fejn tiġi enfasizzata l-importanza tal-aċċess għat-teknoloġija għal skopijiet edukattivi;

26.  Jissottolinja l-importanza ta' intrapriżi li jkunu marbuta ma' direzzjoni li twassal lejn soċjetà tal-gigabits; jappoġġja, bil-għan li jiġi inċentivat l-investiment lejn netwerk aktar effiċjenti, l-enfasi fuq kompetizzjoni bbażata fuq l-infrastruttura, u jissottolinja wkoll ir-rwol tal-Awtoritajiet Regolatorji Nazzjonali fis-sorveljanza matul l-iskjerament u l-fażi tat-tnedija kummerċjali;

27.  Jinsisti mhux biss fuq l-urġenza li jitħaffef l-investiment fuq ir-riċerka u l-innovazzjoni fis-settur tat-teknoloġija 5G, iżda wkoll fuq l-iżvilupp ta' aktar modi effiċjenti biex ir-riżultati tar-riċerka u l-innovazzjoni jaslu malajr fi-suq;

28.  Jafferma mill-ġdid it-twemmin tiegħu fil-ħtieġa urġenti għal standardizzazzjoni Ewropea biex tiġi evitata l-frammentazzjoni tat-teknoloġiji 5G b'tali mod li ma tfixkilx l-interoperabbiltà, u jissottolinja li l-Ewropa għandha żżomm ir-rwol ewlieni tagħha fis-sistema internazzjonali, u li l-istandards Ewropej, żviluppati bl-involviment attiv tal-partijiet ikkonċernati kollha, għandhom jiġu promossi fil-livell internazzjonali; jafferma mill-ġdid ukoll il-ħtieġa biex tiġi żgurata d-disponibbiltà tal-istandards globali inizjali tal-5G sal-aħħar tal-2019, b'tali mod li t-tnedija kummerċjali tal-5G tkun tista' ssir f'waqtha;

29.  Ifakkar fil-bżonn li titqajjem aktar kuxjenza pubblika dwar il-benefiċċji tal-użu tal-internet għaċ-ċittadini u għan-negozji, peress li dan isaħħaħ l-opportunitajiet ekonomiċi u soċjali u huwa għodda li tista' trawwem l-inklużjoni u toħloq aktar opportunitajiet għaż-żoni inqas żviluppati tal-Unjoni;

30.  Jissottolinja li, skont il-Kummissjoni, il-pjan ta' azzjoni biex jiġi skjerat il-5G madwar l-UE għandu "l-potenzjal li joħloq żewġ miljun impjieg", u li jista' jagħti spinta lill-ekonomija Ewropea u jiġġieled kontra r-rati għolja f'dak li jikkonċerna l-qgħad, speċjalment fost iż-żgħażagħ;

31.  Jirrakkomanda li wieħed imur lil hinn mill-użu ta' sempliċi indikaturi biex jitkejjel l-impatt tat-teknoloġija u biex tingħata stampa sħiħa b'indikaturi soċjoekonomiċi;

32.  Jinnota l-ħtieġa li jiġu involuti bis-sħiħ il-partijiet ikkonċernati kollha, mill-istituzzjonijiet tal-UE sal-Istati Membri u r-reġjuni Ewropej, mis-settur privat u l-industrija sas-soċjetà ċivili, filwaqt li jiġu rikonoxxuti b'mod partikolari r-rekwiżiti speċifiċi tal-atturi tas-soċjetà ċivili rigward is-sitwazzjoni finanzjarja u l-persunal tagħhom, sabiex tiġi żviluppata viżjoni komuni u kondiviża mirfuda bl-idea li t-tekonoloġiji diġitali u l-komunikazzjoni għandhom il-potenzjal li joħolqu ħajja aħjar għal kulħadd;

33.  Jirrakkomanda li l-Kummissjoni tistabbilixxi eżami tal-progress annwali u tirrapporta rakkomandazzjonijiet dwar il-Pjan ta' Azzjoni tal-5G, u tinforma lill-Parlament bir-riżultati;

34.  Jafferma mill-ġdid it-twemmin tiegħu li suq intern dinamiku u aktar b'saħħtu jista' jinkiseb biss permezz ta' tkabbir solidu u sostenibbli u aktar impjiegi, u li t-tlestija ta' suq uniku diġitali prosperuż hija l-aktar mod rapidu biex jinkisbu t-tkabbir u jinħolqu impjiegi ġodda ta' kwalità.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

21.3.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

32

3

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Dita Charanzová, Carlos Coelho, Sergio Gaetano Cofferati, Lara Comi, Anna Maria Corazza Bildt, Nicola Danti, Vicky Ford, Ildikó Gáll-Pelcz, Evelyne Gebhardt, Maria Grapini, Sergio Gutiérrez Prieto, Robert Jarosław Iwaszkiewicz, Liisa Jaakonsaari, Antonio López-Istúriz White, Morten Løkkegaard, Marlene Mizzi, Jiří Pospíšil, Marcus Pretzell, Christel Schaldemose, Andreas Schwab, Olga Sehnalová, Jasenko Selimovic, Ivan Štefanec, Catherine Stihler, Róża Gräfin von Thun und Hohenstein, Mylène Troszczynski, Mihai Ţurcanu, Anneleen Van Bossuyt, Marco Zullo

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Jan Philipp Albrecht, Pascal Arimont, David Coburn, Edward Czesak, Arndt Kohn, Julia Reda, Ulrike Trebesius, Sabine Verheyen

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

32

+

ALDE

Dita Charanzová, Morten Løkkegaard, Jasenko Selimovic

ECR

Edward Czesak, Vicky Ford, Ulrike Trebesius, Anneleen Van Bossuyt

EFDD

Marco Zullo

ENF

Marcus Pretzell

PPE

Pascal Arimont, Carlos Coelho, Lara Comi, Anna Maria Corazza Bildt, Ildikó Gáll-Pelcz, Antonio López-Istúriz White, Jiří Pospíšil, Andreas Schwab, Róża Gräfin von Thun und Hohenstein, Sabine Verheyen, Ivan Štefanec, Mihai Ţurcanu

S&D

Sergio Gaetano Cofferati, Nicola Danti, Evelyne Gebhardt, Maria Grapini, Sergio Gutiérrez Prieto, Liisa Jaakonsaari, Arndt Kohn, Marlene Mizzi, Christel Schaldemose, Olga Sehnalová, Catherine Stihler

3

-

EFDD

David Coburn, Robert Jarosław Iwaszkiewicz

ENF

Mylène Troszczynski

2

0

VERTS/ALE

Jan Philipp Albrecht, Julia Reda

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


OPINJONI tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (12.4.2017)

għall-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

dwar il-konnettività tal-internet għat-tkabbir, il-kompetittività u l-koeżjoni: is-soċjetà Ewropea tal-gigabits u l-5G

(2016/2305(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Kosma Złotowski

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu jistieden lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jilqa' l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni intitolata "5G għall-Ewropa: Pjan ta' Azzjoni", li għandha l-għan li tagħti spinta lill-ekonomija diġitali u l-kompetittività tal-Ewropa fil-kuntest tas-Suq Uniku Diġitali;

2.  Jinsisti li fit-tellieqa teknoloġika internazzjonali li għaddejja bħalissa, il-ksib ta' Soċjetà Ewropea tal-Gigabits dinamika huwa indispensabbli sabiex tinżamm il-kompetittività u l-prosperità tal-UE, kif ukoll biex jiġi sfruttat il-potenzjal għall-innovazzjoni u t-trasformazzjoni fis-settur tat-trasport;

3.  Josserva li sabiex jibqa' kompetittiv, is-settur tat-trasport Ewropew se jkollu jadatta malajr għall-isfidi l-ġodda ppreżentati mill-globalizzazzjoni, ix-xejriet tal-mobilità li qed jinbidlu, id-diġitalizzazzjoni u l-aspettattivi tal-konsumatur li kulma jmur qegħdin jikbru; jaqbel li t-tnedija tan-netwerks 5G hija kundizzjoni neċessarja għall-iżvilupp ta' mudelli ta' negozju eżistenti, ġodda u innovattivi, u għall-ħolqien ta' opportunitajiet ekonomiċi u soċjali, li fl-istess ħin tippromwovi l-inklużjoni u toħloq opportunitajiet għal żoni tal-UE inqas żviluppati fis-setturi tat-trasport u t-turiżmu; ifakkar, f'dan ir-rigward, fil-ħtieġa li titqajjem aktar kuxjenza fost il-pubbliku dwar il-benefiċċji tal-użu tal-internet għall-passiġġieri;

4.  Jissottolinja li l-użu effikaċi tal-potenzjal ta' netwerks tal-internet b'kapaċità kbira ħafna u mingħajr interruzzjoni, inklużi n-netwerks transfruntiera, hu essenzjali għall-proċess ta' diġitizzazzjoni tas-servizzi tat-trasport u t-turiżmu, l-introduzzjoni ta' sistemi integrati ta' ħruġ tal-biljetti u l-użu wiesa' ta' mezzi innovattivi ta' trasport għall-persuni u l-oġġetti, bħal droni jew vetturi dejjem aktar konnessi u awtonomi; jinnota li netwerks 5G jistgħu jikkontribwixxu wkoll għall-iżvilupp ta' mudelli ġodda ta' divertiment u b'hekk jiddiversifikaw l-offerta tal-UE fil-qasam tat-turiżmu u jagħmluha aktar attraenti; jinnota li l-5G se jippermetti servizzi ġodda b'livell għoli ta' kwalità u se jtejjeb l-esperjenza tal-passiġġieri li jagħmlu użu minn tagħmir diġitali, bħal dawk li jużaw pjattaformi online fir-rigward tat-trasport u t-turiżmu;

5.  Jesprimi tħassib dwar il-fatt li, fir-rigward tal-adozzjoni tal-5G, l-UE għadha lura meta mqabbla mal-Amerika ta' Fuq u partijiet tar-reġjun Asja-Paċifiku; jesprimi wkoll it-tħassib tiegħu dwar il-fatt li, kif jidher mid-data attwalment disponibbli, l-ebda wieħed mit-28 Stat Membru ma laħaq il-mira tal-Aġenda Diġitali ta' kopertura 100 % b'veloċità qawwija u ultra qawwija; jirrimarka li l-kopertura medja ta' aċċess tal-ġenerazzjoni li jmiss bħalissa hija ta' inqas minn 25 % f'xi Stati Membri;

6.  Jiddispjaċih li, minkejja l-objettivi stabbiliti, l-introduzzjoni tal-ġenerazzjoni 4G attwali għadha lura, speċjalment fiż-żoni rurali; jinnota li l-pjan ta' azzjoni tal-Kummissjoni għall-introduzzjoni tal-infrastruttura 5G għandu jipprovdi l-għodod biex jiġu evitati l-iżbalji li saru fil-passat;

7.  Huwa tal-fehma li t-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICT), u l-pass li bih qed jiġu żviluppati, kellhom impatt kbir mhux biss fuq l-ekonomija, iżda fuq is-soċjetà kollha kemm hi; jemmen li t-teknoloġiji diġitali u tal-ICT joffru potenzjal kbir, peress li dawn jistgħu jtejbu l-aċċess tan-nies għas-servizzi pubbliċi, bħat-trasport; iqis, madankollu, li huwa importanti li ma jiġux injorati l-isfidi enormi u inevitabbli li joħloq il-progress f'dawn l-oqsma għas-soċjetà kollha, b'mod partikolari f'dak li għandu x'jaqsam mal-organizzazzjoni tax-xogħol, id-drittijiet tax-xogħol u s-sigurtà tan-nies;

8.  Jistieden lill-Istati Membri jqisu l-Pjan ta' Azzjoni għall-5G bħala gwida għall-istabbiliment tal-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (EECC), b'mod partikolari fir-rigward tal-kooperazzjoni fil-ġestjoni tal-ispettru u l-investiment ulterjuri fl-infrastruttura tan-netwerk; jisħaq fuq il-punt li kwalunkwe progress sinifikanti lejn il-bini ta' Soċjetà Ewropea tal-Gigabits jista' jsir biss bil-livelli għolja adegwati ta' investiment fl-infrastruttura tan-netwerk fl-Istati Membri kollha bil-għan li tiġi żgurata infrastruttura diġitali robusta, sikura u affidabbli għall-mezzi ta' trasport kollha, irrispettivament mid-daqs jew mill-post ġeografiku; jiddubita kemm il-mudelli ta' finanzjament ibbażati biss, jew primarjament, fuq fondi ta' investiment se jkunu biżżejjed biex jaġġornaw l-infrastruttura fejn meħtieġ jew jgħinu biex jimtlew il-lakuni eżistenti fil-livell ta' żvilupp tal-infrastruttura tan-netwerk u jeliminaw id-differenzi fid-disponibilità tal-konnessjonijiet tal-internet b'kapaċità kbira f'żoni tal-fruntiera, f'żoni periferiċi u ultraperiferiċi u f'żoni mhux urbani;

9.  Jitlob li jkun hemm aktar mezzi finanzjarji għall-introduzzjoni ta' strateġija ta' finanzjament ambizzjuża u koerenti għall-5G, u li jiġu sfruttati bi sħiħ il-potenzjal u s-sinerġiji tal-fondi eżistenti u biex jiġu mħeġġa investimenti ġodda; jilqa' l-Fond tal-Broadband ta' Nikkollegaw l-Ewropa, u jistieden lill-Kummissjoni tiżgura, iżżomm u tiżviluppa ulterjorment il-finanzjament għall-Pjan ta' Azzjoni għall-5G fil-perjodu tal-QFP 2020-2027 li jmiss;

10.  Iqis li l-aħjar mod kif tiġi żviluppata l-infrastruttura tan-netwerk huwa permezz ta' ambjent kompetittiv ġust u effikaċi; josserva li kull banda ta' frekwenzi disponibbli trid tintuża b'mod effikaċi; jisħaq fuq l-importanza tal-inizjattiva 5G-PPP (sħubija pubblika-privata) u l-ħtieġa urġenti li jinstabu sorsi ġodda ta' investiment privat biex jiġu appoġġati kemm il-kompetittività tal-UE fis-suq globali u kif ukoll opportunitajiet ġodda għall-innovazzjoni fl-oqsma tat-trasport u t-turiżmu;

11.  Jitlob biex isir aktar użu tal-fondi tal-politika ta' koeżjoni bil-għan li jkun hemm aktar uniformità fil-konnessjonijiet bejn ir-reġjuni tal-UE; jenfasizza l-bżonn li jinstabu inċentivi mhux biss min-naħa tal-provvista, iżda wkoll min-naħa tad-domanda bil-għan li jiżdied l-interess taċ-ċittadini fil-5G fis-servizzi tat-trasport u t-turiżmu, u biex jiffavorixxu l-użu tiegħu; jaqbel mal-objettivi ewlenin tal-promozzjoni tal-konnettività tal-internet għat-tkabbir, il-kompetittività u l-koeżjoni soċjali; jinnota l-valur li jiġi adottat approċċ teknoloġikament newtrali li jista' jservi biex jiġu massimizzati l-possibilitajiet għall-innovazzjoni, il-kompetizzjoni f'dak li jikkonċerna l-infrastruttura u t-tnaqqis tal-ispejjeż fil-qasam tal-infrastruttura u t-teknoloġiji emerġenti fis-settur tat-trasport;

12.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex, fl-iżvilupp tas-Soċjetà Ewropea tal-Gigabit, tagħti aktar attenzjoni lill-kwistjonijiet tal-privatezza tad-data, iċ-ċibersigurtà u ċ-ċiberkriminalità u l-ispeċifiċitajiet tagħhom fis-settur tat-trasport; jinnota li ma jista' jsir l-ebda progress f'dan il-qasam mingħajr ma tingħata prijorità xierqa għas-sigurtà tal-utenti ta' sistemi tat-trasport diġitizzati u fl-istess ħin jitfasslu regoli li jimmaniġġjaw dawk it-teknoloġiji, biex ma jkunx hemm tilwim dwar il-kompetittività fis-suq;

13.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tikkunsidra li taġġusta d-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 tas-17 ta' Ġunju 2014 li jiddikjara li ċerti kategoriji ta' għajnuna huma kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE, bil-għan li jiġi ffaċilitat il-bini ta' netwerks tal-internet b'veloċità qawwija u sabiex tingħata attenzjoni partikolari lir-reġjuni ultraperiferiċi kif minqux fl-Artikolu 349 tat-TFUE, fid-dawl tal-periferiċità tagħhom u l-ispejjeż assoċjati mal-infrastrutturi tan-netwerk konformti mat-teknoloġija 5G;

14.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li kull Stat Membru jimmappja n-netwerk tiegħu b'tali mod li jkunu jistgħu jiġu identifikati ż-żoni ta' esklużjoni diġitali, bil-għan li tiġi żgurata kopertura 5G ġenerali;

15.  Jirrakkomanda li l-Kummissjoni għandha tagħmel dak kollu li huwa fis-setgħa tagħha sabiex tiżgura Soċjetà Ewropea tal-Gigabits li tikkonforma mal-prinċipju ta' koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali;

16.  Jirrikonoxxi l-infrastruttura tan-netwerk densa meħtieġa biex tiggarantixxi l-ħtiġijiet ta' kapaċità kbira u latenza żgħira għal netwerk 5G; Jinnota l-benefiċċji tat-tlaqqigħ ta' proġetti u pjanijiet għall-bini ta' infrastruttura tan-netwerk ġdida bi standard ta' 5G mal-kostruzzjoni u l-modernizzazzjoni diġà ppjanati tat-toroq u r-rotot ferrovjarji fl-Istati Membri, flimkien mal-proġetti ta' infrastruttura urbana, meta nqisu, pereżempju il-possibilitajiet għall-vetturi konnessi u awtonomi f'dak li jikkonċerna l-mobilità fl-ambjent urban; jaqbel li dan it-tlaqqigħ razzjonali ta' xogħlijiet ta' kostruzzjoni se jgħin biex jiġu ffrankati r-riżorsi, se jagħmel ix-xogħlijiet aktar vijabbli, u se jħaffef il-kostruzzjoni u l-forniment tal-infrastruttura b'veloċità qawwija meħtieġa;

17.  Jissottolinja l-fatt li netwerks aktar densi li jużaw għadd akbar ta' apparat li jarmi r-radjazzjoni jeħtieġ li jiġu sottoposti għal ittestjar u approvazzjoni xierqa, peress li ma jista' jiġi permess ebda riskju għas-saħħa pubblika;

18.  Jinnota l-potenzjal tal-iżvilupp tas-servizzi li ġejjin fil-bliet tal-UE: il-ġestjoni intelliġenti tat-traffiku bbażata fuq sistema ta' informazzjoni, parkeġġ u pedaġġ fil-ħin reali; jistieden lill-operaturi jinvestu aktar fl-infrastruttura biex itejbu l-konnettività tal-5G u jestendu l-kopertura ta' tali teknoloġija fiż-żoni urbani, periferiċi u rurali kollha tal-UE;

19.  Jisħaq fuq il-punt li, b'mod parallel mal-iżvilupp tal-5G, l-introduzzjoni ġenerali tal-internet tal-oġġetti se jkollha impatt sinifikanti, fost l-oħrajn fuq it-trasport tal-merkanzija u l-loġistika, inkluża l-attività postali u, b'mod aktar ġenerali, l-iskambji materjali (ittri u pakketti);

20.  Jinnota li ladarba l-vetturi jiġu konnessi man-netwerk, dawn isiru konsistentement aktar sikuri (b'inqas inċidenti), aktar ekoloġiċi (b'inqas emissjonijiet) u jikkontribwixxu għal xejriet ta' vvjaġġar aktar prevedibbli; jappoġġa, għaldaqstant, l-idea li tiġi introdotta mira għall-UE kollha biex il-vetturi kollha disponibbli fis-suq tal-UE jiġu konnessi mal-5G u biex abbord ikollhom it-tagħmir ta' sistema ta' trasport intelliġenti; jappoġġa bis-sħiħ l-objettiv li jiġu introdotti ambulanzi u vetturi ta' emerġenza oħra (karozzi tal-pulizija, vetturi għat-tifi tan-nar) bi stazzjon bażi li taħdem bil-5G biex ikollhom kopertura kontinwa u mingħajr interruzzjoni matul l-interventi;

21.  Jappoġġa bil-qawwa l-isforzi biex jiġi żgurat aċċess għan-netwerk 5G tul il-vjaġġi intermodali fuq il-bażi tan-netwerks tat-trasport pubbliku marbuta mal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa u n-netwerks trans-Ewropej tat-trasport (TEN-T) sal-2025, u jistenna li wara dan ikun hemm aċċess sħiħ fl-UE kollha, kemm f'żoni urbani kif ukoll f'żoni rurali u fiċ-ċentri u attrazzjonijiet turistiċi ewlenin;

22.  Jinnota r-rwol importanti tat-teknoloġija tal-internet u l-internet tal-oġġetti għall-iżvilupp ta' infrastruttura u servizzi ta' trasport multimodali, faċli għall-utent u sikuri, iżda wkoll għall-iżvilupp tat-teknoloġija eCall abbord; jenfasizza l-ħtieġa li jitqiesu l-elementi interattivi kollha minn diversi setturi, bħalma huma l-elettronika, it-telekomunikazzjonijiet, it-trasport u t-turiżmu;

23.  Jilqa' l-inizjattiva tal-Kummissjoni "WIFI4EU"; jinnota li l-konnessjonijiet Wi-Fi disponibbli pubblikament u mingħajr ħlas f'żoni pubbliċi strateġiċi bħaċ-ċentri tat-trasport jistgħu jippermettu liċ-ċittadini Ewropej kollha jkollhom aċċess u jibbenefikaw minn għodod diġitalizzati fuq bażi ugwali;

24.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri joħolqu inizjattivi simili għall-programm WiFi4EU biex il-passiġġieri kollha jiġu inċentivati jużaw it-teknoloġiji l-ġodda, irrispettivament mill-isfond soċjo-ekonomiku jew l-età, fi sforz biex jiġi eliminat kwalunkwe distakk diġitali bejn il-popolazzjoni u/jew il-ġenerazzjonijiet; jissottolinja li dawn l-iżviluppi se joffru valur miżjud għas-settur tat-turiżmu, u b'hekk jikkontribwixxu biex l-Ewropa ssir aktar attraenti għan-negozji u l-viżitaturi;

25.  Jenfasizza li l-aċċess għall-internet u l-konnettività tal-internet b'veloċità qawwija, affidabbli u b'livelli baxxi ta' latenza u ta' jitter baxxi huma essenzjali għall-proċess ta' diġitizzazzjoni u l-katina tal-valur fis-settur tat-turiżmu, kif ukoll għall-iżvilupp u l-iskjerament ta' teknoloġiji ta' trasport bħas-Sistemi ta' Trasport Intelliġenti Kooperattivi (C-ITS), is-Servizzi tal-Informazzjoni tax-Xmajjar (RIS) u s-Sistema Ewropea tal-Ġestjoni tat-Traffiku Ferrovjarju (ERTMS);

26.  Jirrimarka li l-iżvilupp ta' sistemi bħal dawn se jgħin biex jitrawwem il-proċess tad-diġitizzazzjoni u l-awtomatizzazzjoni kemm tal-mobilità kif ukoll tat-trasport, li min-naħa tagħhom se jtejbu s-sigurtà, jottimizzaw ir-riżorsi, jippermettu użu aħjar tal-kapaċitajiet eżistenti, issaħħu l-effiċjenza, l-aċċessibilità u l-iffrankar tal-enerġija, itejbu l-prestazzjoni ambjentali u jagħtu spinta lill-kompetittività tal-SMEs fis-settur tat-turiżmu; jagħraf li, f'konformità mal-proċess usa' tad-diġitizzazzjoni fl-industrija Ewropea, bosta kumpaniji se jkollhom jintegraw il-mobilità fl-istrateġiji ta' trasformazzjoni tagħhom, u b'hekk joffru opportunitajiet sinifikanti għall-SMEs u l-istart-ups fis-settur tat-trasport, żvilupp li għandu jkun appoġġat;

27.  Jinnota l-benefiċċji ta' kopertura 5G affidabbli u mingħajr interruzzjonijiet għas-sikurezza fit-toroq, li tippermetti mezzi ta' kontroll konnessi u diġitali, bħal takografi intelliġenti u dokumenti elettroniċi, għal vetturi tqal tal-merkanzija.

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

11.4.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

40

2

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Daniela Aiuto, Lucy Anderson, Inés Ayala Sender, Georges Bach, Izaskun Bilbao Barandica, Deirdre Clune, Michael Cramer, Luis de Grandes Pascual, Andor Deli, Isabella De Monte, Ismail Ertug, Jacqueline Foster, Dieter-Lebrecht Koch, Merja Kyllönen, Miltiadis Kyrkos, Bogusław Liberadzki, Peter Lundgren, Marian-Jean Marinescu, Cláudia Monteiro de Aguiar, Jens Nilsson, Markus Pieper, Salvatore Domenico Pogliese, Tomasz Piotr Poręba, Gabriele Preuß, Christine Revault D’Allonnes Bonnefoy, Dominique Riquet, Massimiliano Salini, David-Maria Sassoli, Claudia Schmidt, Claudia Țapardel, Keith Taylor, Pavel Telička, István Ujhelyi, Peter van Dalen, Wim van de Camp, Elissavet Vozemberg-Vrionidi, Janusz Zemke, Roberts Zīle, Kosma Złotowski, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Jakop Dalunde, Kateřina Konečná, Matthijs van Miltenburg

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

John Stuart Agnew, Jiří Maštálka

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

40

+

ALDE

Izaskun Bilbao Barandica, Dominique Riquet, Pavel Telička, Matthijs van Miltenburg

ECR

Jacqueline Foster, Tomasz Piotr Poręba, Roberts Zīle, Kosma Złotowski, Peter van Dalen

EFDD

Daniela Aiuto

PPE

Georges Bach, Deirdre Clune, Andor Deli, Dieter-Lebrecht Koch, Marian-Jean Marinescu, Cláudia Monteiro de Aguiar, Markus Pieper, Salvatore Domenico Pogliese, Massimiliano Salini, Claudia Schmidt, Elissavet Vozemberg-Vrionidi, Luis de Grandes Pascual, Wim van de Camp, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska

S&D

Lucy Anderson, Inés Ayala Sender, Isabella De Monte, Ismail Ertug, Miltiadis Kyrkos, Bogusław Liberadzki, Jens Nilsson, Gabriele Preuß, Christine Revault D’Allonnes Bonnefoy, David-Maria Sassoli, István Ujhelyi, Janusz Zemke, Claudia Țapardel

Verts/ALE

Michael Cramer, Jakop Dalunde, Keith Taylor

2

-

EFDD

John Stuart Agnew, Peter Lundgren

3

0

GUE/NGL

Kateřina Konečná, Merja Kyllönen, Jiří Maštálka

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (23.3.2017)

għall-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

dwar il-konnettività tal-internet għat-tkabbir, il-kompetittività u l-koeżjoni: is-soċjetà Ewropea tal-gigabits u l-5G

(2016/2305(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Andrew Lewer

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali jistieden lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jesprimi tħassib dwar il-fatt li l-UE għadha lura wara l-Amerika ta' Fuq u partijiet tar-reġjun Asja-Paċifiku f'dak li jirrigwarda l-aċċess għall-4G u l-projezzjonijiet tal-adozzjoni tal-5G; jemmen li l-Ewropa għandha ħafna x'tagħmel biex tirkupra, għaliex fl-2015 aktar minn 75 % tal-popolazzjoni tal-Istati Uniti kellhom aċċess għall-4G, meta mqabbla ma' 28 % biss tal-popolazzjoni tal-UE; jinsab imħasseb ukoll dwar il-fatt li l-previżjonijiet tal-industrija juru li sal-2022 se jkun hemm aktar minn 110 miljun abbonament għall-5G fl-Amerika ta' Fuq, meta mqabbla ma' 20 miljun biss fl-Ewropa tal-Punent; jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-fatt li l-ebda wieħed mit-28 Stat Membru ma laħaq il-mira tal-Aġenda Diġitali ta' kopertura 100 % bil-veloċità għolja u ultra; jirrimarka li l-kopertura medja ta' aċċess tal-ġenerazzjoni li jmiss bħalissa hija ta' inqas minn 25 % f'xi Stati Membri;

2.  Jemmen li l-5G huwa aktar minn evoluzzjoni tat-teknoloġija broadband, peress li l-ġenerazzjoni li jmiss tal-infrastruttura broadband ultraveloċi b'aċċess minn kullimkien se tmur lil hinn min-netwerks eżistenti ta' aċċess bla wajers; jinnota li dawn il-bidliet jistgħu jappoġġjaw it-trasformazzjoni ta' proċessi f'firxa wiesgħa ta' setturi ekonomiċi u jagħmluha possibbli li wieħed jirrisjedi, jikseb taħriġ u jaħdem fi kwalunkwe post fl-Ewropa; jemmen li konnettività tal-internet aħjar tista' tikkontribwixxi għat-tkabbir ekonomiku, il-ħolqien tal-impjiegi, il-koeżjoni (territorjali u soċjali) u l-kompetittività fl-Ewropa, filwaqt li tippromwovi opportunitajiet indaqs u l-ugwaljanza bejn is-sessi u ttejjeb l-istandards tal-għajxien tan-nies;

3.  Jenfasizza l-ammont konsiderevoli ta' investiment meħtieġ biex isseħħ soċjetà tal-gigabits u l-isfidi li din toħloq għall-investituri, l-operaturi u l-fornituri tas-servizz u l-ħolqien ta' sinerġiji ma' industriji oħrajn; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li fl-għaxar snin li ġejjin, ammont addizzjonali ta' EUR 155 biljun huwa meħtieġ biex ikun hemm konnettività tal-gigabits fis-Suq Uniku Diġitali; jirrikonoxxi l-importanza kritika ta' aktar investiment sabiex il-prezzijiet għal kull unità jitbaxxew għall-konsumaturi u sabiex jiżdiedu l-kwalità u ż-żoni ta' kopertura tas-servizzi; jinnota li r-riċerka industrijali turi li aktar minn 90 % tat-tnaqqis fil-prezz għal kull unità ta' megabyte jirriżultaw mill-investiment meta mqabbel ma' effetti statiċi bħall-kompetizzjoni; jinnota li bl-użu ta' kejl ta' prezz għal kull megabyte l-Istati Uniti hija suq konsiderevolment irħas għall-konsumaturi mill-Ewropa; jemmen li l-kejl ta' dħul medju minn kull utent (ARPU) jista' jkun qarrieqi minħabba li dan ma jqisx il-veloċitajiet akbar, pakketti akbar ta' data, jew l-offerti illimitati li jintużaw mill-konsumaturi fl-Istati Uniti;

4.  Jenfasizza li l-introduzzjoni tan-netwerk 5G se tiddependi parzjalment mill-kontribuzzjonijiet minn għotjiet u strumenti finanzjarji fil-livell tal-UE kollha; jitlob lill-Istati Membri jagħtu attenzjoni partikolari lil proġetti mmirati lejn it-twessigħ tal-aċċess għall-internet taħt il-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (Fondi SIE) għall-perjodu ta' programmazzjoni 2014–2020; jinnota li, b'kollox, il-Fondi SIE se jikkontribwixxu EUR 21.4 biljun lejn il-ħolqien tas-suq uniku diġitali fil-perjodu ta' programmazzjoni attwali, inklużi EUR 6 biljun għall-introduzzjoni ta' netwerks broadband b'veloċità għolja; jirrikonoxxi l-importanza ta' dawn il-fondi pubbliċi fil-kisba tal-għanijiet tal-Kummissjoni iżda jemmen li se jkun meħtieġ li jiġi ġġenerat ħafna iktar kapital mis-settur privat jekk il-kontinent għandu jinvesti ammont addizzjonali ta' EUR 155 biljun matul l-għaxar snin li ġejjin; jemmen li l-Fondi SIE jistgħu jkunu partikolarment utli fiż-żoni b'densità baxxa tal-popolazzjoni fejn is-soluzzjonijiet orjentati lejn is-suq ma jkunux ta' suċċess sabiex tinkiseb kopertura territorjali sħiħa;

5.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-Istati Membri, l-awtoritajiet lokali u l-partijiet ikkonċernati l-oħra jkunu jistgħu jinvolvu ruħhom ma' firxa kumplessa ta' għotjiet, strumenti finanzjarji b'riskju baxx u sħubijiet pubbliċi-privati li huma disponibbli għall-proġetti ta' konnettività; huwa tal-opinjoni li hija meħtieġa kooperazzjoni aħjar fil-livell lokali u dak reġjonali sabiex jiġu estiżi n-netwerks fissi u tiġi garantita l-konnettività tal-gigabits sabiex il-benefiċjarji jiġu offruti offerti kompetittivi u prezzijiet attraenti filwaqt li jitħeġġu investimenti ġodda; jagħraf il-valur tal-istabbiliment ta' riżors onlajn li jippermetti li l-investituri fl-infrastruttura jirrevedu l-firxa sħiħa ta' possibilitajiet ta' finanzjament li huma disponibbli; jirrikonoxxi l-istabbiliment ta' Fond tal-Broadband, iżda jħeġġeġ lill-BEI u lill-Kummissjoni jiffukaw l-isforzi tagħhom fuq it-titjib ta' programmi eżistenti li jappoġġjaw is-settur tal-IT, bħall-Orizzont 2020, aktar milli fuq il-ħolqien ta' oħrajn ġodda; jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi sinerġiji possibbli bejn il-Fondi SIE u l-FEIS, kif ukoll sorsi oħra ta' finanzjament tal-UE;

6.  Jirrikonoxxi li l-qligħ fl-industrija tat-telekomunikazzjoni qed jonqos u li dan joħloq problema sinifikanti għal aktar investiment biex tinkiseb soċjetà tal-gigabits; jirrimarka li l-finanzjament għall-offerti huwa marbut strettament mal-prezzijiet tal-ishma u, f'dan ir-rigward, is-self u strumenti finanzjarji oħra jistgħu jiġu assigurati meta investiment ikollu qligħ garantit fuq medda twila ta' żmien; jistieden, barra minn hekk, lill-Kummissjoni tħares lejn kif l-awtoritajiet lokali u l-fornituri ta' servizzi oħra jistgħu jidħlu fis-suq biex jipprovdu servizzi speċjalizzati skont mudelli ta' negozju alternattivi; iqis li huwa importanti li jkun assigurat qligħ fuq il-programmi eżistenti ta' investiment u, meta jkun xieraq, li jiġu stabbiliti skemi oħra ta' inċentivi sabiex l-investituri jkunu jistgħu jappoġġjaw is-settur tal-5G;

7.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura u żżomm il-finanzjament tal-Pjan ta' Azzjoni għall-5G fil-livell xieraq għall-Qafas Finanzjarju Pluriennali li jmiss; jinnota li ma hemm l-ebda rekwiżit vinkolanti għall-objettivi li jinsabu fil-Pjan ta' Azzjoni għall-5G li jridu jiġu ssodisfati mill-Istati Membri; jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta l-Pjanijiet Nazzjonali għall-Broadband sabiex tidentifika l-lakuni u tifformula rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi għal aktar azzjoni, meta tkun meħtieġa; jistieden lill-Istati Membri jiżviluppaw pjanijiet direzzjonali nazzjonali għall-introduzzjoni tal-5G bħala parti mill-Pjan Nazzjonali għall-Broadband;

8.  Jistieden lill-Kummissjoni tqis iċ-ċirkostanzi ġeografiċi, soċjali u ekonomiċi tar-reġjuni kollha matul il-ħolqien ta' qafas regolatorju ġdid u l-implimentazzjoni tiegħu sabiex tikseb introduzzjoni komprensiva tal-5G u timmassimizza l-impatt ekonomiku tiegħu fost l-Istati Membri kollha; jenfasizza li l-investimenti jenħtieġ li jiġu appoġġjati permezz ta' ambjent ta' politika u regolatorju u li m'għandhomx jiddewmu minħabba skemi pubbliċi ambizzjużi wisq li jistgħu jfixklu l-implimentazzjoni tal-5G; jinnota li l-kumpaniji jeħtieġu aktar ċertezza dwar it-teknoloġija li se tkun inkluża u serħan tal-moħħ li l-proċess ta' koinvestiment jitmexxa b'mod ġust u miftuħ;

9.  Jistieden lill-Kummissjoni twettaq aktar analiżi tad-domanda għat-teknoloġija 5G peress li dan il-qasam ma ġiex eżaminat biżżejjed u huwa suġġett għal differenza konsiderevoli ta' opinjoni; jinnota li l-istudju primarju tal-Kummissjoni dwar din il-kwistjoni sar minn kumpanija ta' konsulenza teknoloġika; jitlob b'mod partikolari li jiġu kkonsultati iktar is-settur akkademiku u l-investituri fl-infrastruttura sabiex tinkiseb stampa affidabbli tad-domanda futura għall-5G; jemmen li l-Kummissjoni għandha tagħmel u tippubblika rieżami tal-letteratura li jaggrega l-istudji kollha disponibbli dwar id-domanda Ewropea għall-5G f'dokument waħdieni ta' riċerka; jirrakkomanda li l-Kummissjoni tistabbilixxi rieżami annwali tal-progress b'rakkomandazzjonijiet għall-Pjan ta' Azzjoni tal-5G u li tgħarraf lill-Parlament bir-riżultati tiegħu;

10.  Jirrakkomanda li l-Kummissjoni tadotta politika ta' newtralità teknoloġika f'dak li jikkonċerna l-ksib ta' soċjetà tal-gigabits; jemmen li l-għażliet teknoloġiċi primarjament għandhom jitħallew f'idejn il-parteċipanti fis-suq sabiex jiġi żgurat li jiġu ssodisfati r-realtajiet tad-domanda; jappoġġja wkoll regolamentazzjoni simettrika li ma xxekkilx l-abilità ta' kumpaniji ġodda jew iżgħar li jidħlu fis-suq; jiġbed l-attenzjoni tal-Kummissjoni dwar l-importanza ta' proċessi trasparenti ta' kompetizzjoni f'kull livell ta' żvilupp u implimentazzjoni tat-teknoloġija 5G;

11.  Jemmen li l-miri ambizzjużi ppubblikati mill-Kummissjoni f'Settembru 2016 mhux se jintlaħqu mingħajr ma tingħata s-setgħa lill-Istati Membri, lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali u lill-gvernijiet reġjonali u lokali u mingħajr il-kollaborazzjoni bejn dawn l-atturi kollha; jirrimarka li l-opinjoni tal-Korp ta' Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (BEREC) dwar il-qafas il-ġdid ta' komunikazzjonijiet elettroniċi tenfasizza l-possibilità ta' żieda fil-livell ta' interferenza fil-livell tal-UE, ta' burokrazija żejda u dgħufija tal-indipendenza tiegħu, u jitlob, għalhekk, li jkun hemm implimentazzjoni effiċjenti; jemmen li sabiex tinkiseb introduzzjoni koordinata tal-5G fl-Istati Membri kollha tal-UE hemm bżonn li jitqiesu ċ-ċirkustanzi ekonomiċi u ġeografiċi speċifiċi għall-pajjiż; jieħu nota tal-riformi strutturali proposti għall-BEREC li, skont l-Opinjoni ta' Livell Għoli ta' dik l-organizzazzjoni stess, jistgħu jbiddlu l-korp f'aġenzija deċentralizzata tal-UE b'persunal permanenti li jippresiedi gruppi ta' ħidma ta' esperti; jieħu nota wkoll tal-opinjoni tal-BEREC dwar setgħat tal-veto ġodda possibbli għar-rimedji regolatorji tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, kif ukoll tal-proposti tal-Kummissjoni biex iddaħħal atti ta' implimentazzjoni fil-Kodiċi l-ġdid, li se jippermetti li jkun hemm miżuri minn fuq għal isfel biex jiġi riżolt it-tilwim transkonfinali; huwa tal-fehma li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jinsabu fl-aħjar pożizzjoni biex ifasslu, jimplimentaw u jirrevedu d-deċiżjonijiet dwar it-telekomunikazzjoni; jemmen li s'issa l-BEREC kellu rwol proporzjonat fl-iżgurar tal-armonizzazzjoni fl-Ewropa kollha u li dawn ir-riformi jirriskjaw li jfixklu dan il-bilanċ;

12.  Itenni l-importanza ta' aktar simplifikazzjoni fil-livell tal-UE biex jiġi implimentat il-qafas il-ġdid tal-komunikazzjonijiet elettroniċi; jilqa' l-konsolidament ta' erba' direttivi eżistenti f'Kodiċi tal-Komunikazzjoni Uniku; jemmen li s-simplifikazzjoni u l-kjarifika jistgħu biss jgħinu lin-negozji jinvestu; jilqa' wkoll regoli ġodda dwar it-trasparenza li se jwasslu biex il-konsumaturi jingħataw l-informazzjoni kuntrattwali l-aktar importanti f'dokument b''forma qasira'; iħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet lokali u reġjonali jieħdu rwol ta' tmexxija fit-twaqqif ta' netwerks 5G b'mod responsabbli u inklużiv li jissalvagwardja d-drittijiet tal-konsumaturi;

13.  Jenfasizza li l-assistenza finanzjarja għandha tfittex li tikseb distribuzzjoni ġeografikament ibbilanċjata, b'kont meħud tal-prinċipju tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali u l-livelli differenti ta' żvilupp tal-infrastruttura tal-ICT;

14.  Jenfasizza li l-aċċess għas-servizzi pubbliċi elettroniċi huwa importanti u li infrastruttura tal-komunikazzjonijiet moderni tassisti l-ħolqien ta' servizzi u applikazzjonijiet użati mill-istituzzjonijiet tas-settur pubbliku, in-negozji u l-pubbliku; jiġbed l-attenzjoni lejn il-kooperazzjoni bejn l-università u ċ-ċentri ta' riċerka, li għandhom il-potenzjal li jsiru sħab fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' proġetti tan-netwerk 5G, filwaqt li jimmassimizzaw is-sinerġiji mal-Orizzont 2020; jinnota wkoll, minħabba li se jkunu meħtieġa ħiliet ġodda u bidliet edukattivi neċessarji, li d-dimensjoni edukattiva tal-implimentazzjoni l-iżvilupp tal-5G jenħtieġ li tiġi pprovduta permezz tal-użu tal-opportunitajiet offruti mill-Fond Soċjali Ewropew; itenni l-ħtieġa li jiġu promossi l-inklużjoni diġitali u l-aċċess għall-internet, inkluż għall-persuni ikbar fl-età, li huma wkoll elementi importanti f'termini ta' ċittadinanza attiva u inklużjoni soċjali;

15.  Jilqa' ċ-ċertezza li liċenzji ta' 25 sena għall-ispettru tar-radju se jagħtu lill-investituri, inkluż il-ftehim politiku li ntlaħaq qbil dwaru riċentement dwar l-użu tal-banda ta' 700 MHz għal broadband mobbli; jistieden lill-Kummissjoni tirrevedi l-approċċ tagħha lejn l-armonizzazzjoni peress li terz tal-ispettru li jista' jintuża għal broadband mobbli mingħajr fili għadu mhux assenjat; jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni tfittex il-kooperazzjoni internazzjonali bil-għan li jinkisbu standards armonizzati għall-5G; jistieden lill-Kummissjoni tfassal l-arranġamenti tal-ġestjoni tal-ispettru għal ambjent teknoloġiku ħafna; jemmen fl-importanza ċentrali tad-disponibilità tal-ispettru fl-introduzzjoni tan-netwerks 5G fl-Ewropa kollha; jirrikonoxxi li għad hemm inċertezza kbira fost l-industrija dwar il-baned tal-ispettru li fl-aħħar mill-aħħar se jintużaw għat-teknoloġija 5G; jinnota li x'aktarx se jkun hemm domanda konsiderevoli għall-ispettru tal-5G, bħalma attwalment hemm għall-ispettru tal-4G, li jfisser li l-ispejjeż għall-investituri x'aktarx li se jiżdiedu;

16.  Jiġbed l-attenzjoni tal-Kummissjoni għall-kwistjonijiet ta' kopertura tan-netwerk; jinnota li d-distakk diġitali bejn ċerti reġjuni, b'mod partikolari bejn iż-żoni rurali u dawk urbani, għadu konsiderevoli; josserva li, minħabba li jinsabu 'l bogħod, iż-żoni rurali x'aktarx li ma jħossux l-istess benefiċċji mis-soċjetà tal-gigabits li jinħassu fl-ibliet, minħabba li il-provvista hija inkonsistenti u mhux imfassla b'mod adegwat għall-ħtiġijiet; jafferma l-konvinzjoni tiegħu li hija meħtieġa ambizzjoni determinata f'dak li jirrigwarda s-soċjetà tal-gigabits u li wieħed għandu jikkonċentra fuq l-iżgurar ta' kopertura tal-4G ġenerali; jitlob ukoll li tiġi żviluppata t-teknoloġija 5G għaż-żoni rurali; jesprimi tħassib dwar il-fatt li t-teknoloġija tal-5G attwalment hija insostenibbli ħlief fiż-żoni b'densità għolja ta' popolazzjoni u li dan jista' jkompli jżid il-qasma diġitali; jemmen li d-disponibilità universali ta' servizzi tal-internet bi prestazzjoni għolja tal-gigabits hija essenzjali sabiex jiġi evitat id-distakk diġitali li qed jikber bejn iż-żoni urbani u dawk rurali u sabiex tiġi promossa l-koeżjoni soċjali, ekonomika u territorjali fid-dimensjoni diġitali tagħha; jirrikonoxxi li ż-żoni rurali jinsabu f'riskju li jibqgħu lura, għax l-investiment fiż-żoni rurali jeħtieġ proporzjon konsiderevolment ogħla ta' investiment per capita; jinnota li d-distakk diġitali jfisser li, filwaqt li 58 % tal-popolazzjoni tal-UE tgħix f'żoni rurali, remoti u muntanjużi, huma biss 25 % minnhom li huma koperti b'veloċitajiet ogħla minn 30 Mbps; jirrikonoxxi, għalhekk, li l-mira tal-Kummissjoni ta' mill-inqas 100 Mbps veloċità għad-download sal-2025 għall-unitajiet domestiċi kollha, kemm rurali kif ukoll urbani, hija ambizzjuża ħafna;

17.  Ifakkar li l-kuntrast sinifikanti fil-veloċitajiet tal-broadband fiż-żoni rurali u urbani f'bosta Stati Membri huwa żvantaġġ serju għaż-żoni rurali fejn hemm għadd kbir ta' intrapriżi żgħar u mikrointrapriżi u negozji dipendenti fuq konnettività effettiva, li joħloq riskju għall-ħajja soċjali, kulturali u ekonomika tal-komunitajiet hemmhekk; jilqa' l-inizjattiva tal-Kummissjoni Ewropea li tistabbilixxi l-Qafas Parteċipatorju għall-Broadband sabiex tiżgura l-involviment ta' livell għoli ta' entitajiet pubbliċi u privati kif ukoll awtoritajiet lokali u reġjonali;

18.  Jinnota li r-reġjuni l-aktar imbiegħda, periferiċi u l-ġżejjer ibbenefikaw biss b'mod marġinali mir-regolamenti attwali; jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa li tingħata attenzjoni partikolari lir-reġjuni mbiegħda. iżolati, periferiċi, rurali u muntanjużi u lill-partijiet kollha tal-UE fejn huwa meħtieġ l-appoġġ pubbliku sabiex jiġi kkumpensat għal nuqqas ta' qligħ finanzjarju għall-investituri privati; jenfasizza li jenħtieġ li r-reġjuni kollha tal-UE jibbenefikaw mill-vantaġġi tas-soċjetà tal-gigabits, ħaġa li se tikkontribwixxi b'mod sinifikanti għall-kompetittività reġjonali, l-aċċess għall-investiment ta' teknoloġija avvanzata, l-iffaċilitar tas-servizzi pubbliċi u l-opportunitajiet ta' negozju; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tagħmel ir-reġjuni l-aktar imbiegħda (kif definiti fl-Artikolu 349 tat-TFUE) qasam ewlieni li fih jinħolqu proġetti pilota.

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

21.3.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

29

1

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Pascal Arimont, Franc Bogovič, Andrea Cozzolino, Rosa D’Amato, Krzysztof Hetman, Marc Joulaud, Constanze Krehl, Andrew Lewer, Louis-Joseph Manscour, Martina Michels, Iskra Mihaylova, Jens Nilsson, Andrey Novakov, Mirosław Piotrowski, Stanislav Polčák, Liliana Rodrigues, Fernando Ruas, Monika Smolková, Ruža Tomašić, Ramón Luis Valcárcel Siso, Matthijs van Miltenburg, Lambert van Nistelrooij, Derek Vaughan, Kerstin Westphal

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Andor Deli, Josu Juaristi Abaunz, Ivana Maletić, Julia Reid, Davor Škrlec, Damiano Zoffoli, Milan Zver

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Luigi Morgano

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

29

+

ALDE

Iskra Mihaylova, Matthijs van Miltenburg

ECR

Andrew Lewer, Mirosław Piotrowski, Ruža Tomašić

EFDD

Rosa D’Amato

PPE

Pascal Arimont, Franc Bogovič, Andor Deli, Krzysztof Hetman, Marc Joulaud, Ivana Maletić, Andrey Novakov, Stanislav Polčák, Fernando Ruas, Ramón Luis Valcárcel Siso, Milan Zver, Lambert van Nistelrooij

S&D

Andrea Cozzolino, Constanze Krehl, Louis-Joseph Manscour, Luigi Morgano, Jens Nilsson, Liliana Rodrigues, Monika Smolková, Derek Vaughan, Kerstin Westphal, Damiano Zoffoli

Verts/ALE

Davor Škrlec

1

-

EFDD

Julia Reid

2

0

GUE/NGL

Josu Juaristi Abaunz, Martina Michels

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


OPINJONI tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (1.3.2017)

għall-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

dwar il-konnettività tal-internet għat-tkabbir, il-kompetittività u l-koeżjoni: is-soċjetà Ewropea tal-gigabit u l-5G

(2016/2305(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Silvia Costa

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni jistieden lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jieħu nota tal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar "Konnettività għal Suq Uniku Diġitali Kompetittiv" u "5G għall-Ewropa: Pjan ta' Azzjoni" tagħha, li jippreżentaw opportunità eċċitanti biex l-Istati Membri jabilitaw lill-innovaturi kulturali u kreattivi tagħhom, b'mod partikolari l-SMEs, biex jikkompetu ulterjorment fix-xena globali u jesponu t-talent intraprenditorjali u innovattiv tagħhom;

2.  Jilqa' l-miri tas-soċjetà tal-gigabit li jintlaħqu veloċitajiet tan-netwerk ta' 100 Mbps għall-konsumaturi Ewropej kollha u ta' minn 1 Gbps sa 100 Gbps fil-ġejjieni għall-muturi soċjoekonomiċi prinċipali bħalma huma l-iskejjel, iċ-ċentri tat-trasport ewlenin, l-istituzzjonijiet finanzjarji u n-negozji diġitalment intensivi;

3.  Jilqa' l-pjan ambizzjuż biex jiġi pprovdut internet ultraveloċi fl-iskejjel primarji u f'dawk sekondarji, fl-universitajiet u fil-libreriji sal-2025, f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà u l-prinċipju tal-proporzjonalità; jenfasizza li konnettività aktar veloċi u aħjar tagħti opportunitajiet enormi biex jittejbu l-metodi tat-tagħlim, sabiex titrawwem ir-riċerka u biex jiġu żviluppati servizzi edukattivi ta' kwalità għolja fuq l-internet kif ukoll biex jinħolqu opportunitajiet aħjar għat-tagħlim mill-bogħod; jenfasizza l-fatt li opportunitajiet bħal dawn se jsaħħu l-ħiliet diġitali u l-litteriżmu medjatiku tal-għalliema, tat-tfal u tal-istudenti, filwaqt li jkomplu jħallu lill-Istati Membri jikkondividu aktar l-aqwa prattiki; jenfasizza li l-adattament tas-sistemi ta' edukazzjoni u ta' taħriġ huwa ta' importanza vitali biex tiġi ssodisfata t-talba li kulma jmur qed tiżdied għal ħaddiema professjonali b'ħiliet diġitali fl-UE; jirrimarka, f’dan il-kuntest, l-importanza li jsir investiment fl-iżvilupp tul il-ħajja għall-għalliema; jenfasizza li huma meħtieġa aktar sforzi biex itejbu l-litteriżmu medjatiku fost iċ-ċittadini fil-livelli kollha tal-edukazzjoni u, b'mod partikolari, għat-tfal u l-minorenni;

4.  Iqis li l-Ewropa għandha tiżgura l-edukazzjoni kontinwa tal-persuni ta' ħila rigward sistemi ġodda u oqsma ta' applikazzjoni ġodda billi tistabbilixxi u tagħmel disponibbli kurrikuli għall-iżvilupp tal-ħiliet tal-5G bi sħubija mat-taqsima Diġitali tal-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT);

5.  Jisħaq fuq l-opportunitajiet offruti mill-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi inġenerali u, permezz tal-interazzjoni tiegħu ma' fondi oħra, għall-iżvilupp tal-infrastruttura tas-servizz pubbliku b'mod partikolari; jemmen li l-isforzi għandhom ikunu ffukati fuq l-iżvilupp ta' ħiliet diġitali ġodda fid-disinn ta' sistemi u soluzzjonijiet permezz ta' investimenti maġġuri fl-edukazzjoni, inkluża d-diġitalizzazzjoni tal-iskejjel, li flimkien jistgħu jeliminaw id-distakk diġitali u jipprevjenu l-esklużjoni diġitali;

6.  Jemmen li l-5G jirrappreżenta aktar minn sempliċi evoluzzjoni tal-broadband mingħajr fili, u li se jkun fattur abilitanti ewlieni tad-dinja diġitali tal-ġejjieni, tal-ġenerazzjoni li ġejja ta' infrastruttura ta' broadband ultraveloċi ma' kullimkien li sejra tirfed it-trasformazzjoni ta' proċessi f'kull settur ekonomiku (il-kura tas-saħħa, l-enerġija, l-utilitajiet, il-manifattura, it-trasport, il-qasam awtomottiv, ir-Realtà Virtwali eċċ.), kif ukoll tad-domanda dejjem tikber tas-suq tal-konsumatur fil-ħajja ta' kull ċittadin;

7.  Jirrikonoxxi li l-5G jista' jixpruna l-iżvilupp ta' applikazzjonijiet u kunċetti eċċitanti u li jistgħu jbiddlu l-mod kif isiru l-affarijiet, bħalma hu l-Internet tal-Oġġetti (IoT), li jistgħu jipprovdu għadd kbir ta' opportunitajiet għall-industriji kulturali u kreattivi billi jiftħu toroq ġodda biex il-kontenut u l-prodotti jixxerrdu b'mod estensiv;

8.  Jenfasizza li l-5G għandu l-potenzjal li jirrevoluzzjona l-aċċess għall-kontenut u t-tixrid tiegħu u li jsaħħaħ b'mod sostanzjali l-esperjenza tal-utent, filwaqt li fl-istess ħin jippermetti l-iżvilupp ta' forom ġodda ta' kontenut kulturali u kreattiv; jenfasizza, f’dan il-kuntest, il-ħtieġa ta' miżuri effettivi biex jiġġieldu l-piraterija, u approċċ komprensiv biex jittejjeb l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali sabiex jiġu żgurati rotot ta' aċċess faċli għal kontenut legali għall-konsumaturi;

9.  Jemmen li l-5G se jippermetti li jiġu pprovduti servizzi ta' kwalità għolja ġodda, joħloq konnessjoni bejn l-industriji ġodda u finalment itejjeb l-esperjenza tal-klijent għall-utenti diġitali li kulma jmur qed isiru dejjem aktar sofistikati u esiġenti;

10.  Jenfasizza li s-settur awdjoviżiv huwa wieħed mill-muturi ewlenin għas-suċċess tal-5G fl-Ewropa, billi jipprovdi impjiegi u tkabbir ekonomiku, u li l-progress tiegħu jista' jagħmel impatt qawwi u pożittiv fuq il-katina tal-valur tal-midja awdjoviżiva, inklużi l-produzzjoni tal-kontenut, l-innovazzjoni tiegħu, id-distribuzzjoni tiegħu u l-ambjent tal-utent; jistieden lill-Kummissjoni u lil-Istati Membri, għalhekk, iqisu l-ħtiġijiet u l-ispeċifiċitajiet ta' dan is-settur, b'mod partikolari dawk relatati max-xandir;

11.  Jinnota l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tagħmel disponibbli baned tal-ispettru proviżorji għall-5G; ifakkar, f’dan il-kuntest, fl-importanza li tingħata l-kunsiderazzjoni dovuta lill-ħtiġijiet u lill-ispeċifiċitajiet tas-settur tax-xandir, marbut mal-mudell awdjoviżiv Ewropew li għandu valur soċjali u kulturali;

12.  Jenfasizza d-disparitajiet konsiderevoli li jeżistu madwar l-Istati Membri kollha f'dak li jirrigwarda l-konnessjonijiet tal-internet b'veloċità għolja, kif ukoll in-nuqqas attwali ta' aċċess għat-3G u għall-4G fil-komunitajiet rurali, fiż-żoni ġeografikament imbiegħda u r-reġjuni iżolati; jenfasizza l-importanza li tingħata abilitazzjoni diġitali u li jiġi żgurat li l-iżvilupp tal-5G jnaqqas b'mod sinifikanti d-distakk diġitali fost iċ-ċittadini, speċjalment bejn iż-żoni urbani u dawk rurali; jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi t-tifrix ta' netwerks u tappoġġa l-innovazzjoni bbażata fuq il-5G, anke fiż-żoni remoti fejn il-mudelli ta' investiment pubbliku jew mudelli ta' koinvestiment huma meħtieġa biex tiġi ggrarantita l-kwalità tal-konnessjonijiet u d-diversità tal-kontenut; iħeġġeġ l-iżvilupp ta' offerti mfassla apposta biex itejbu l-aċċess għal servizzi bażiċi affordabbli għall-gruppi soċjali vulnerabbli; jenfasizza li t-tifrix ulterjuri tal-infrastruttura diġitali, b'mod speċjali fiż-żoni anqas popolati, jippromwovi l-integrazzjoni soċjali u kulturali, il-proċessi moderni tal-edukazzjoni u tal-informazzjoni u ekonomija kulturali reġjonali, li jippermettu li jseħħu avvanzi f'bosta oqsma, inkluż fl-edukazzjoni u fil-midja;

13.  Jilqa' l-promozzjoni ta' approċċ konsistenti rigward obbligi ta' kopertura mfassla aħjar fil-liċenzji tal-ispettru bil-għan li l-konnettività rurali tiġi stimolata; jenfasizza li l-investiment privat fil-konnettività tal-internet għandu jiġi inkoraġġit mhux biss fir-rigward tas-swieq kompetittivi u ta' kapaċità għolja fiż-żoni urbani, imma wkoll fir-rigward taż-żoni rurali li mhumiex moqdija biżżejjed u li jġibu anqas qligħ fejn isiru l-installazzjonijiet;

14.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri jimplimentaw b'mod rapidu d-dispożizzjonijiet fid-Direttiva (UE) 2016/1148 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Lulju 2016 dwar miżuri għal livell għoli komuni ta' sigurtà tan-netwerks u tas-sistemi tal-informazzjoni madwar l-Unjoni(1), bil-għan li jiżguraw livell adegwat ta' sigurtà huma u jagħmlu dan il-pjan effiċjenti u sostenibbli;

15.  Jirrakkomanda li l-Kummissjoni tistabbilixxi rieżami annwali ta' progress, li jkun jinkludi r-rappurtar dwar ir-rakkomandazzjonijiet, dwar il-Pjan ta' Azzjoni tal-5G, u li tgħarraf lill-Parlament Ewropew bir-riżultati;

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

28.2.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

29

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Dominique Bilde, Andrea Bocskor, Nikolaos Chountis, Silvia Costa, Mircea Diaconu, Jill Evans, María Teresa Giménez Barbat, Giorgos Grammatikakis, Petra Kammerevert, Andrew Lewer, Svetoslav Hristov Malinov, Curzio Maltese, Stefano Maullu, Luigi Morgano, Momchil Nekov, John Procter, Michaela Šojdrová, Helga Trüpel, Sabine Verheyen, Bogdan Andrzej Zdrojewski, Milan Zver, Krystyna Łybacka

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Mary Honeyball, Marc Joulaud, Morten Løkkegaard, Emma McClarkin, Algirdas Saudargas, Remo Sernagiotto

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Clare Moody

(1)

ĠU L 194, 19.7.2016, p. 1.


INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

25.4.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

53

2

4

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Bendt Bendtsen, Xabier Benito Ziluaga, José Blanco López, David Borrelli, Cristian-Silviu Buşoi, Reinhard Bütikofer, Jerzy Buzek, Edward Czesak, Jakop Dalunde, Pilar del Castillo Vera, Christian Ehler, Ashley Fox, Adam Gierek, Rebecca Harms, Roger Helmer, Hans-Olaf Henkel, Eva Kaili, Krišjānis Kariņš, Seán Kelly, Jeppe Kofod, Jaromír Kohlíček, Miapetra Kumpula-Natri, Janusz Lewandowski, Paloma López Bermejo, Edouard Martin, Angelika Mlinar, Dan Nica, Angelika Niebler, Morten Helveg Petersen, Miroslav Poche, Carolina Punset, Michel Reimon, Herbert Reul, Paul Rübig, Massimiliano Salini, Algirdas Saudargas, Jean-Luc Schaffhauser, Neoklis Sylikiotis, Dario Tamburrano, Patrizia Toia, Evžen Tošenovský, Claude Turmes, Vladimir Urutchev, Kathleen Van Brempt, Martina Werner, Lieve Wierinck, Hermann Winkler, Anna Záborská, Carlos Zorrinho

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Pilar Ayuso, Amjad Bashir, Soledad Cabezón Ruiz, Isabella De Monte, Francesc Gambús, Constanze Krehl, Werner Langen, Olle Ludvigsson, Gesine Meissner, Clare Moody, Michèle Rivasi, Anne Sander, Theodor Dumitru Stolojan, Pavel Telička

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Georgi Pirinski


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

53

+

ALDE

Gesine Meissner, Angelika Mlinar, Carolina Punset, Pavel Telička, Lieve Wierinck

ECR

Amjad Bashir, Edward Czesak, Ashley Fox, Hans-Olaf Henkel, Evžen Tošenovský

EFDD

David Borrelli, Dario Tamburrano

EPP

Bendt Bendtsen, Jerzy Buzek, Cristian-Silviu Buşoi, Christian Ehler, Francesc Gambús, Krišjānis Kariņš, Seán Kelly, Werner Langen, Janusz Lewandowski, Angelika Niebler, Herbert Reul, Paul Rübig, Massimiliano Salini, Anne Sander, Algirdas Saudargas, Theodor Dumitru Stolojan, Vladimir Urutchev, Hermann Winkler, Pilar del Castillo Vera

S&D

Soledad Cabezón Ruiz, Isabella De Monte, Adam Gierek, Eva Kaili, Jeppe Kofod, Constanze Krehl, Miapetra Kumpula-Natri, Olle Ludvigsson, Edouard Martin, Clare Moody, Dan Nica, Georgi Pirinski, Miroslav Poche, Patrizia Toia, Kathleen Van Brempt, Martina Werner, Carlos Zorrinho

Greens/ALE

Reinhard Bütikofer, Jakop Dalunde, Rebecca Harms, Michel Reimon, Claude Turmes

2

-

EFDD

Roger Helmer

ENF

Jean-Luc Schaffhauser

4

0

GUE

Xabier Benito Ziluaga, Jaromír Kohlíček, Paloma López Bermejo, Neoklis Sylikiotis

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Avviż legali