Proċedura : 2017/0007(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0185/2017

Testi mressqa :

A8-0185/2017

Dibattiti :

PV 03/07/2017 - 18
CRE 03/07/2017 - 18

Votazzjonijiet :

PV 04/07/2017 - 6.9
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2017)0283

RAPPORT     ***I
PDF 790kWORD 79k
5.5.2017
PE 601.003v01-00 A8-0185/2017

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tipprovdi assistenza makrofinanzjarja lir-Repubblika tal-Moldova

(COM(2017)0014 – C8-0016/2017 – 2017/0007(COD))

Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali

Rapporteur: Sorin Moisă

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġits
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tipprovdi assistenza makrofinanzjarja lir-Repubblika tal-Moldova

(COM(2017)0014 – C8-0016/2017 – 2017/0007(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2017)0014),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 212 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0016/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill adottata flimkien mad-Deċiżjoni Nru 778/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Awwissu 2013 li tipprovdi assistenza makrofinanzjarja ulterjuri lill-Ġeorġja(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-Kumitat għall-Baġits (A8-0185/2017),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  L-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandu jkollha l-għan li tappoġġa l-ħolqien mill-ġdid ta' sitwazzjoni finanzjarja esterna sostenibbli għall-Moldova, u b'hekk tappoġġa l-iżvilupp ekonomiku u soċjali tagħha.

(11)  L-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni jenħtieġ li jkollha l-għan li tappoġġa l-ħolqien mill-ġdid ta' sitwazzjoni finanzjarja esterna sostenibbli għall-Moldova, billi tikkontribwixxi għall-istabbiltà politika u makroekonomika akbar tal-pajjiż, speċjalment f'oqsma marbuta mal-governanza ekonomika, il-governanza u s-superviżjoni finanzjarja u bankarja, inkluż permezz ta' investigazzjoni dettaljata u orjentata lejn ir-riżultati dwar il-frodi bankarja u dwar l-indipendenza politika tal-ġudikatura.

Emenda    2

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)  L-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandha tappoġġa l-impenn tal-Moldova fir-rigward tal-valuri kondiviżi mal-Unjoni, fosthom id-demokrazija, l-istat tad-dritt, il-governanza tajba, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, l-iżvilupp sostenibbli u t-tnaqqis tal-faqar, kif ukoll l-impenn tagħha lejn il-prinċipji ta' kummerċ miftuħ, ibbażat fuq regoli, u ġust.

(17)  L-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni jenħtieġ li tappoġġa l-impenn tal-Moldova fir-rigward tal-valuri kondiviżi mal-Unjoni, fosthom id-demokrazija, l-istat tad-dritt, il-governanza tajba, id-depolitiċizzazzjoni u t-trasparenza tal-amministrazzjoni pubblika, ġudikatura indipendenti, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, il-libertà, l-indipendenza u l-pluraliżmu tal-midja, l-iżvilupp sostenibbli u t-tnaqqis tal-faqar, kif ukoll l-impenn tagħha lejn il-prinċipji ta' kummerċ miftuħ, ibbażat fuq regoli, u ġust.

Emenda    3

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)  Prekondizzjoni għall-għoti tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandha tkun li l-Moldova tirrispetta l-mekkaniżmi demokratiċi effettivi – inklużi sistema parlamentari b'diversi partiti – u l-istat tad-dritt, u tiggarantixxi r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem. Barra minn hekk, l-objettivi speċifiċi tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandhom ikunu li jssaħħu l-effiċjenza, it-trasparenza u r-responsabbiltà fis-sistemi tal-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi fil-Moldova, u għandhom jipromwovu r-riformi strutturali li għandhom l-għan li jappoġġaw it-tkabbir sostenibbli u inklussiv, il-ħolqien tal-impjiegi u l-konsolidazzjoni fiskali. Kemm it-twettiq tal-prekondizzjonijiet kif ukoll il-kisba ta' dawk l-objettivi għandhom jiġu ssorveljati regolarment mill-Kummissjoni u mis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna.

(18)  Prekondizzjoni għall-għoti tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni u l-iżborż ta' kull wieħed mit-tliet pagamenti jenħtieġ li tkun li l-Moldova tirrispetta l-mekkaniżmi demokratiċi effettivi – inklużi sistema parlamentari b'diversi partiti – u l-istat tad-dritt, u tiggarantixxi r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem. Barra minn hekk, l-objettivi speċifiċi tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni jenħtieġ li jkunu li jssaħħu l-effiċjenza, it-trasparenza u r-responsabbiltà fis-sistemi tal-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi, jiżguraw ġlieda effettiva kontra l-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus, il-governanza u s-superviżjoni tas-settur finanzjarju u bankarju fil-Moldova, jipprovdu appoġġ akbar għall-preservazzjoni tal-istabbiltà makroekonomika, itejbu l-governanza u jipromwovu r-riformi strutturali li għandhom l-għan li jappoġġaw it-tkabbir sostenibbli u inklussiv, il-ħolqien tal-impjiegi u l-konsolidazzjoni fiskali. L-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni lill-Moldova jenħtieġ li tinkludi wkoll miżuri ta' appoġġ għall-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni UE-Moldova, inkluż id-DCFTA. Biex ikun żgurat li l-objettivi speċifiċi jkunu jistgħu jiġu evalwati b'mod xieraq, dawn għandhom jiġu stipulati b'mod verifikabbli u li jista' jitkejjel. Kemm it-twettiq tal-prekondizzjoni kif ukoll il-kisba ta' dawk l-objettivi jenħtieġ li jiġu ssorveljati regolarment mill-Kummissjoni u mis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna. Jekk il-prekundizzjoni u l-objettivi ma jintlaħqux jew jekk l-għanijiet u l-prinċipji tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni jiġu ġeneralment injorati, jenħtieġ li l-Kummissjoni b'mod temporanju tissospendi jew tikkanċella l-iżborż tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni.

Emenda    4

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19)  Sabiex tkun żgurata l-protezzjoni effikaċi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni marbuta mal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni, il-Moldova għandha tadotta l-miżuri xierqa relatati mal-prevenzjoni tal-frodi, il-korruzzjoni u kull irregolarità oħra marbuta ma' din l-assistenza, u l-ġlieda kontrihom. Barra minn hekk, għandu jiġi previst li l-Kummissjoni twettaq verifiki u li l-Qorti tal-Awdituri twettaq il-kontrolli kontabilistiċi.

(19)  Sabiex tkun żgurata l-protezzjoni effikaċi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni marbuta mal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni, il-Moldova jenħtieġ li timplimenta l-miżuri xierqa relatati mal-prevenzjoni tal-frodi, il-korruzzjoni u kull irregolarità oħra marbuta ma' din l-assistenza, u l-ġlieda kontrihom. Il-Moldova jenħtieġ li tinforma regolarment lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-assistenza makrofinanzjarja abbażi ta' żvelar sħiħ u ta' konformità stretta mar-regoli finanzjarji tal-Unjoni. Barra minn hekk, għandu jiġi previst li l-Kummissjoni twettaq verifiki u li l-Qorti tal-Awdituri twettaq il-kontrolli kontabilistiċi.

Emenda    5

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24)  L-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandha tkun soġġetta għal kondizzjonijiet ta' politika ekonomika, li għandhom jiġu stabbiliti f'Memorandum ta' Qbil. Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni u għal raġunijiet ta' effiċjenza, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tinnegozja dawn il-kundizzjonijiet ta' implimentazzjoni mal-awtoritajiet Moldovani taħt is-superviżjoni tal-kumitat tar-rappreżentanti tal-Istati Membri skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011. Skont dan ir-Regolament, bħala regola ġenerali għandha tapplika l-proċedura konsultattiva fil-każijiet kollha ħlief kif previst f'dan ir-Regolament. Meta jiġi kkunsidrat l-impatt potenzjalment sinifikanti tal-assistenza ta' aktar minn EUR 90 miljun, huwa xieraq li l-proċedura ta' eżami tintuża għal operazzjonijiet li jeċċedu dak il-limitu. Meta jitqies l-ammont ta' assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni lill-Moldova, il-proċedura ta' eżami għandha tapplika għall-adozzjoni tal-Memorandum ta' Qbil, u għal kwalunkwe tnaqqis, sospensjoni jew tħassir tal-assistenza,

(24)  L-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni jenħtieġ li tkun soġġetta għal kondizzjonijiet li għandhom jiġu stabbiliti f'Memorandum ta' Qbil. Jenħtieġ li tali kundizzjonijiet ikunu marbuta mal-iżborż ta' kull wieħed mit-tliet pagamenti. Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni u għal raġunijiet ta' effiċjenza, il-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata s-setgħa li tinnegozja dawn il-kundizzjonijiet ta' implimentazzjoni mal-awtoritajiet Moldovani taħt is-superviżjoni tal-kumitat tar-rappreżentanti tal-Istati Membri skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011. Skont dan ir-Regolament, bħala regola ġenerali għandha tapplika l-proċedura konsultattiva fil-każijiet kollha ħlief kif previst f'dan ir-Regolament. Meta jiġi kkunsidrat l-impatt potenzjalment sinifikanti tal-assistenza ta' aktar minn EUR 90 miljun, huwa xieraq li l-proċedura ta' eżami tintuża għal operazzjonijiet li jeċċedu dak il-limitu. Meta jitqies l-ammont ta' assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni lill-Moldova, il-proċedura ta' eżami jenħtieġ li tapplika għall-adozzjoni tal-Memorandum ta' Qbil, u għal kwalunkwe tnaqqis, sospensjoni jew tħassir tal-assistenza,

(1)

ĠU L 218, 14.8.2013, p. 15.


NOTA SPJEGATTIVA

Ir-Repubblika tal-Moldova (minn hawn 'il quddiem "il-Moldova") tinsab fi proċess ta' rkupru tal-istabbiltà politika u ekonomika tagħha wara sentejn diffiċli ħafna; Il-pajjiż daħal f'riċessjoni ekonomika fl-2014, meta l-prestazzjoni ekonomika tiegħu kompliet tiggrava b'segwitu għall-iskandlu bankarju magħruf u d-diffikultajiet fiskali kkawżati mis-sospensjoni tal-appoġġ mid-donaturi internazzjonali. Il- prestazzjoni ekonomika tal-pajjiż diġà kienet intlaqtet minn kontrazzjoni fil-produzzjoni agrikola, kaġun ta' kundizzjonijiet ta' temp ħżiena, kif ukoll minħabba prestazzjoni dgħajfa tal-esportazzjoni fir-rigward ta' wħud mis-sħab ekonomiċi tradizzjonali tal-Moldova, partikolarment il-Belarussja, ir-Russja u l-Ukrajna.

L-implimentazzjoni provviżorja (sa minn Settembru 2014), u sussegwentement id-dħul fis-seħħ, tal-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles Approfondit u Komprensiv (DCFTA) bejn l-Unjoni Ewropea u l-Moldova (li jifforma parti mill-Ftehim ta' Assoċjazzjoni UE-Moldova) ikkontribwew lejn proċess ta' rkupru ekonomiku. Attwalment, l-UE hi s-sieħba kummerċjali ewlenija tal-Moldova, b'sehem ta' 63 % tal-esportazzjonijiet totali tal-Moldova. Fl-2015, l-importazzjonijiet fl-UE mill-Moldova żdiedu b'5 %, dan minkejja li kien hemm tnaqqis fl-esportazzjonijiet mill-Moldova lejn il-bqija tad-dinja.

Wara bosta snin ta' staġnar fil-proċess ta' riforma, twettaq progress sostanzjali permezz tal-implimentazzjoni tal-aġenda ta' riforma strutturali matul l-aħħar sena, inkluża bħala parti mill-Pjan Direzzjonali ta' Azzjoni għar-Riforma ta' Prijorità miftiehem mal-UE fi Frar 2016. Dan wassal biex reġa' ssokkta l-appoġġ mid-donaturi, immexxi mill-Fond Monetarju Internazzjonali (minn hawn 'il quddiem l-"FMI"). Fil-fatt, f'Novembru li għadda, il-FMI approva arranġament ta' Faċilità ta' Kreditu Estiż u ta' Faċilità ta' Fond Estiża (ECF/EFF) fl-ammont ta' USD 179 miljun. Fit-28 ta' Frar 2017, il-persunal tal-FMI u l-awtoritajiet tal-Moldova laħqu ftehim fil-livell ta' persunal dwar l-ewwel rieżami tal-programm, u kkonstataw li jeżisti rekord kontinwu u sodisfaċenti tal-implimentazzjoni ta' dan il-programm tal-FMI. Il-Bord Eżekuttiv tal-FMI hu mistenni li jlesti dan ir-rieżami f'April 2017. L-approvazzjoni tal-programm tal-FMI ppermetta wkoll lill-Bank Dinji jerġa' jattiva l-operazzjonijiet ta' self ibbażati fuq il-politiki.

L-UE wkoll kompliet l-operazzjonijiet ta' sostenn baġitarju permezz tal-Istrument Ewropew ta' Viċinat (minn hawn 'il quddiem l-"ENI"), li kien iffriżat sa mill-2015, u donaturi esterni oħrajn għamlu bħalha. Madankollu jenħtieġ li jiġu indirizzati b'mod partikolari l-bilanċ ta' pagamenti fuq il-perjodu qasir ta' żmien kif ukoll il-vulnerabbilitajiet fiskali tal-ekonomija tal-Moldova. Il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea (minn hawn 'il quddiem il-"Kummissjoni") li tagħti assistenza makrofinanzjaraja lill-Moldova hi reazzjoni għal dan il-bżonn speċifiku, li jkopri madwar 25 % tal-bżonnijiet finanzjarji esterni residwi għall-perjodu 2016-2018 (il-valutazzjoni tal-FMI, tpoġġi l-ammont totali ta' bżonnijiet ta' finanzjament estern fil-livell ta' madwar EUR 402 miljun). Dan hu pass 'il quddiem neċessarju li jiżgura l-istabbiltà fuq il-perjodu twil tal-Moldova u l-konsistenza sħiħa tagħha mal-objettivi aktar wesgħin tal-politika esterna tal-UE fir-rigward tal-pajjiż u tar-reġjun.

Il-proposta tal-Kummissjoni ssegwi mill-qrib il-ftehim inkluż fid-Dikjarazzjoni Konġunta mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill, li ġiet adottata flimkien mad-Deċiżjoni Nru 778/2013/UE tat-12 ta' Awwissu 2013 li tipprovdi assistenza makrofinanzjarja ulterjuri lill-Ġeorġja, u li fiha l-koleġiżlaturi stabbilew il-prinċipji u l-kunsiderazzjonijiet ewlenin li għandhom jiggwidaw il-proċess tal-għoti tal-assistenza makrofinanzjarja. B'mod speċjali: i) li l-Moldova tissodisfa l-kriterji relatati mal-għan u l-eliġibbiltà għall-assistenza; ii) li d-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal li jakkumpanja l-proposta tal-Kummissjoni jkun jinkludi valutazzjoni dettaljata dwar it-twettiq tal-prekundizzjonijiet politiċi u ekonomiċi; iii) li l-forma u l-ammont tal-assistenza proposta jiżguraw kondiviżjoni ġusta tar-responsabilitajiet bejn l-UE u d-donaturi l-oħrajn. L-UE se tipprovdi EUR 100 miljun, b'EUR 60 miljun minnhom f'forma ta' self, u EUR 40 miljun f'forma ta' għotja, li għandhom jiġu żborżati fi tliet pagamenti (tnejn fl-2017 u l-aħħar wieħed fl-ewwel nofs tal-2018). L-ekwilibriju bejn l-elementi ta' "self" u "għotja" jirriflettu l-kriterji miftehma fl-2013, jiġifieri l-livell ta' żvilupp ekonomiku mkejjel skont id-dħul per capita u l-proporzjon tal-qgħad, il-kapaċità ta' ħlas lura, li jimxi skont analiżi ta' sostenibbiltà ta' dejn u fuq il-punt safejn l-istituzzjonijiet finanzjarji u d-donaturi l-oħrajn japplikaw termini aġevolati lill-Moldova.

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ta' hawn fuq, ir-rapporteur hu tal-fehma li l-Parlament Ewropew għandu jaqbel mal-proposta tal-Kummissjoni dwar l-għoti ta' assistenza makrofinanzjarja lill-Moldova, filwaqt li jenfasizza dawn l-aspettativi qawwija li ġejjin, jiġifieri li:

1. Il-Kummissjoni se tiżgura, li permezz tan-negozjar tal-Memorandum ta' Qbil mal-Moldova, l-assistenza makrofinanzjarja tkun marbuta mal-implimentazzjoni ta' programm ambizzjuż ta' riformi ekonomiċi u strutturali, li jkunu ffokati b'mod partikolari fuq it-tisħiħ tal-governanza fis-settur finanzjarju u f'dak pubbliku, l-appoġġ għall-implimentazzjoni mħaffa tad-DCFTA, il-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus u l-isforzi biex tiżdied l-effiċjenza u l-indipendenza tas-sistema tal-ġudikatura u biex titjieb il-governanza fis-settur tal-enerġija, partikolarment billi tkun żgurata l-indipendenza tar-regolatur nazzjonali.

Għandhom jiġu stabbiliti kundizzjonijiet ċari għall-iżborż ta' kull wieħed mit-tliet pagamenti, bi qbil mar-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri, b'rabta mal-identifikazzjoni ta' indikaturi ta' prestazzjoni, bħala turija ta' progress u konsistenza bejn l-istrumenti ta' għajnuna differenti tal-UE u wkoll bejn dawn l-istrumenti u l-istrateġiji nazzjonali tal-Moldova.

2. Il-Kummissjoni se tapplika l-ogħla diliġenza dovuta fil-monitoraġġ tal-progress lejn il-ksib tal-objettivi tal-politika esterna tal-Unjoni, inkluż l-użu tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni (kif previst mill-Artikolu 3 paragrafu 2 tal-proposta) u billi tivverifika t-twettiq kontinwu tal-prekundizzjonijiet u l-kundizzjonijiet għall-iżborż tal-assistenza (kif previst fl-Artikolu 3 paragrafu 2 tal-proposta)/ Jenħtieġ li l-Parlament Ewropew jingħata informazzjoni immedjata u li jkun hemm koordinazzjoni xierqa miegħu.


OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (11.4.2017)

għall-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali

dwar il-proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tipprovdi assistenza makrofinanzjarja lir-Repubblika tal-Moldova

(COM(2017)0014 – C8-0016/2017 – 2017/0007(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Petras Auštrevičius

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Il-proposta tal-Kummissjoni hija li tipprovdi EUR 100 miljun lill-Moldova fil-forma ta' self (EUR 60 miljun) u għotjiet (EUR 40 miljun). L-UE qed tipprovdi wkoll assistenza finanzjarja oħra permezz ta' appoġġ baġitarju li tnieda mill-ġdid f'Diċembru 2016 (EUR 45,3 miljun) wara qbil mal-FMI.

L-aħħar assistenza makrofinanzjarja tal-UE għall-Moldova kienet ta' EUR 90 miljun f'għotjiet fl-2010-2012. Il-benefiċjarji l-oħra tal-assistenza makrofinanzjarja bħalissa huma l-Armenja, il-Georgia, il-Ġordan, ir-Repubblika Kirgiża, il-Libanu, it-Tuneżija u l-Ukrajna.

Minħabba s-sitwazzjoni ekonomika diffiċli fil-Moldova u minħabba l-elezzjonijiet parlamentari li ġejjin fil-Moldova (f'Novembru 2018), ikun fl-interess tal-UE li tappoġġa l-programm riformista tal-gvern kurrenti tal-Moldova bl-għoti ta' assistenza makrofinanzjarja fil-perjodu ta' żmien propost (2017–2018). Il-kondizzjonalità marbuta mal-assistenza makrofinanzjarja tipprovdi wkoll mezz ta' pressjoni utli għal dawn ir-riformi, b'mod partikolari fil-kuntest tal-ħtieġa li jissaħħaħ il-prinċipju ta' "aktar għal aktar" f'dak li jirrigwarda l-assistenza tal-UE mal-pajjiżi ġirien sħab fid-dawl tal-iżviluppi l-iktar reċenti fil-Moldova. Fil-fatt, ir-Rapport ta' Marzu 2017 rigward l-Implimentazzjoni tal-Assoċjazzjoni dwar ir-Repubblika tal-Moldova tal-KE/SEAE jenfasizza li kien sar xi progress reċentement permezz tal-adozzjoni ta' għadd ta' riformi li għandhom l-għan inter alia li jreġġgħu lura l-indipendenza tas-sistema ġudizzjarja u jittrattaw il-korruzzjoni. Madankollu, huma meħtieġa aktar sforzi fir-riforma sabiex jitjiebu l-istat tad-dritt u l-ambjent tan-negozju, li għadu milqut mill-korruzzjoni endemika, kif ukoll it-tfassil tal-politiki inkonsistenti; u huma meħtieġa miżuri ta' implimentazzjoni b'saħħithom sabiex jinkisbu riżultati tanġibbli għaċ-ċittadini tal-Moldova.

Frodi bankarja żvelata fl-2014 – fejn mexxejja Moldovani, fosthom l-ex Prim Ministru Filat, ġew akkużati li daħħlu f'buthom madwar EUR 1 biljun (17 % tal-PDG) minn tliet banek (Savings Bank, Unibank u Banca Sociala) – tfisser li parti mill-fondi tal-UE (EUR 561 miljun matul l-2007-13) aktarx li ma kellhiex l-impatt mixtieq. L-implikazzjoni possibbli tista' tkun li issa l-UE trid tappoġġa lill-Moldova biex tagħmel tajjeb għat-telf ikkawżat minn din il-frodi. Barra minn hekk, il-frodi kkontribwixxiet għal tnaqqis sinifikanti fil-fiduċja tal-Moldovani fl-UE.

Konsegwentement, l-emendi proposti mill-Kumitat għall-Affarijiet Barranin huma ffukati fuq:

1. Enfasi fuq xi prinċipji demokratiċi ċentrali li jenħtieġ li jissaħħu (jiġifieri: l-indipendenza tal-Ġudikatura; midja ħielsa, indipendenti u pluralistika) u t-tisħiħ tad-dispożizzjonijiet dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni u kontra l-frodi (jiġifieri: l-implimentazzjoni effettiva ta' dawn il-miżuri), b'kondizzjonalità aktar espliċita marbuta ma' dawn li ġejjin: punti ta' riferiment ċari, ir-rappurtar lill-PE, is-sospensjoni ta' pagamenti jekk ma jsirx progress;

2. L-iżgurar tal-involviment suffiċjenti tal-PE, speċjalment fit-tħejjija tal-Memorandum ta' Qbil ewlieni li se jkun fih dettalji dwar il-kondizzjonalità għall-iżborż tal-assistenza makrofinanzjarja.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin jistieden lill-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda    1

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) Wara l-ħatra fil-bidu tal-2016 ta' gvern ġdid u ta' gvernatur tal-bank ċentrali ġdid, l-awtoritajiet urew impenn imġedded biex jimxu 'l quddiem bir-riformi politiċi meħtieġa biex jiġu indirizzati sfidi ta' governanza tal-pajjiż fis-settur finanzjarju u fil-qasam tal-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi.

(3) Wara l-ħatra fil-bidu tal-2016 ta' gvern ġdid u ta' gvernatur tal-bank ċentrali ġdid, l-awtoritajiet urew impenn imġedded biex jimxu 'l quddiem bir-riformi politiċi meħtieġa biex jiġu indirizzati sfidi ta' governanza tal-pajjiż fis-settur finanzjarju u fil-qasam tal-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi, u adottaw miżuri sinifikanti f'dan ir-rigward.

Emenda     2

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  L-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandu jkollha l-għan li tappoġġa l-ħolqien mill-ġdid ta' sitwazzjoni finanzjarja esterna sostenibbli għall-Moldova, u b'hekk tappoġġa l-iżvilupp ekonomiku u soċjali tagħha.

(11)  L-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandu jkollha l-għan li tappoġġa l-ħolqien mill-ġdid ta' sitwazzjoni finanzjarja esterna sostenibbli għall-Moldova, u b'hekk tappoġġa l-iżvilupp ekonomiku u soċjali tagħha, speċjalment f'oqsma relatati mal-governanza ekonomika u mal-indipendenza tal-ġudikatura.

Emenda    3

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)  L-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandha tappoġġa l-impenn tal-Moldova fir-rigward tal-valuri kondiviżi mal-Unjoni, fosthom id-demokrazija, l-istat tad-dritt, il-governanza tajba, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, l-iżvilupp sostenibbli u t-tnaqqis tal-faqar, kif ukoll l-impenn tagħha lejn il-prinċipji ta' kummerċ miftuħ, ibbażat fuq regoli, u ġust.

(17)  L-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandha tappoġġa l-impenn tal-Moldova fir-rigward tal-valuri kondiviżi mal-Unjoni, fosthom id-demokrazija, l-istat tad-dritt, il-governanza tajba - inkluża amministrazzjoni pubblika responsabbli, trasparenti u depolitiċizzata, ġudikatura indipendenti, korpi tal-infurzar tal-liġi imparzjali u effikaċi - ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali kif ukoll midja libera, indipendenti u pluralistika, ekonomija tas-suq soċjali, l-iżvilupp sostenibbli u t-tnaqqis tal-faqar, kif ukoll l-impenn tagħha lejn il-prinċipji ta' kummerċ miftuħ, ibbażat fuq regoli, u ġust.

Emenda    4

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 18

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)  Prekondizzjoni għall-għoti tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandha tkun li l-Moldova tirrispetta l-mekkaniżmi demokratiċi effettivi – inklużi sistema parlamentari b'diversi partiti – u l-istat tad-dritt, u tiggarantixxi r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem. Barra minn hekk, l-objettivi speċifiċi tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandhom ikunu li jssaħħu l-effiċjenza, it-trasparenza u r-responsabbiltà fis-sistemi tal-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi fil-Moldova, u għandhom jipromwovu r-riformi strutturali li għandhom l-għan li jappoġġaw it-tkabbir sostenibbli u inklussiv, il-ħolqien tal-impjiegi u l-konsolidazzjoni fiskali. Kemm it-twettiq tal-prekondizzjonijiet kif ukoll il-kisba ta' dawk l-objettivi għandhom jiġu ssorveljati regolarment mill-Kummissjoni u mis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna.

 

 

 

 

 

 

 

 

 

(18)  Prekundizzjoni għall-għoti tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandha tkun li l-Moldova tirrispetta bis-sħiħ il-mekkaniżmi demokratiċi effettivi – inklużi sistema parlamentari b'diversi partiti u separazzjoni stretta tas-setgħat – u l-istat tad-dritt, inkluża l-indipendenza tal-ġudikatura, tiggarantixxi r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, tappoġġa midja ħielsa, indipendenti u pluralistika, u tiżgura ġlieda effikaċi kontra l-korruzzjon, l-influwenza tal-oligarkiji u l-ħasil tal-flus kif ukoll investigazzjoni bir-reqqa, orjentata lejn ir-riżultati dwar il-"frodi bankarja". Barra minn hekk, l-objettivi speċifiċi tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandhom ikunu li jsaħħu l-effiċjenza, it-trasparenza u r-responsabbiltà fis-sistemi tal-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi, il-governanza u s-superviżjoni tas-settur finanzjarju u bankarju fil-Moldova, u għandhom jippromwovu r-riformi strutturali effikaċi li għandhom l-għan li jappoġġaw it-tkabbir sostenibbli u inklussiv, il-ħolqien tal-impjiegi u l-konsolidazzjoni fiskali. Kemm it-twettiq tal-prekundizzjoni kif ukoll il-kisba ta' dawk l-objettivi għandhom jiġu ssorveljati regolarment mill-Kummissjoni u mis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna.

 

Emenda    5

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 18a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(18a) Qabel ma jsir kwalunkwe ħlas parzjali, il-Kummissjoni u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna għandhom jirrapportaw lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar kemm dik il-prekundizzjoni tkun ġiet issodisfata u dwar il-kisba ta' progress tanġibbli biex jintlaħqu dawk l-objettivi, kontra punti ta' riferiment definiti b'mod ċar, b'mod strett u li jista' jitkejjel. Il-kundizzjonalità għall-iżborż għandha tiġi implimentata bis-sħiħ sabiex tissaħħaħ l-allokazzjoni tal-fondi bbażata fuq l-inċentivi. F'każ li l-progress lejn l-objettivi stabbiliti fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-15 ta' Frar 2016 dwar il-Moldova, l-Aġenda ta' Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Moldova u l-Memorandum ta' Qbil ikun insuffiċjenti, ir-rilaxx ta' ħlasijiet parzjali għandu jiġi sospiż minnufih.

Emenda    6

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 19

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19)  Sabiex tkun żgurata l-protezzjoni effikaċi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni marbuta mal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni, il-Moldova għandha tadotta l-miżuri xierqa relatati mal-prevenzjoni tal-frodi, il-korruzzjoni u kull irregolarità oħra marbuta ma' din l-assistenza, u l-ġlieda kontrihom. Barra minn hekk, għandu jiġi previst li l-Kummissjoni twettaq verifiki u li l-Qorti tal-Awdituri twettaq il-kontrolli kontabilistiċi.

(19)  Sabiex tkun żgurata l-protezzjoni effikaċi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni marbuta mal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni, il-Moldova għandha timplimenta bis-sħiħ il-miżuri xierqa relatati mal-prevenzjoni tal-frodi, il-korruzzjoni u kull irregolarità oħra marbuta ma' din l-assistenza, u l-ġlieda kontrihom. Barra minn hekk, għandu jiġi previst li l-Kummissjoni twettaq verifiki u li l-Qorti tal-Awdituri twettaq il-kontrolli kontabilistiċi. Il-Moldova għandha tinforma regolarment lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni, fuq il-bażi ta' divulgazzjoni totali u f'konformità stretta ma' dawn ir-regoli finanzjarji tal-Unjoni, kif ukoll dwar ir-riformi relatati mal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni.

Emenda    7

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22)  L-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni jinħtieġ li tiġi ġestita mill-Kummissjoni. Sabiex ikun żgurat li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu jistgħu jsegwu l-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni għandha tinfurmahom regolarment bl-iżviluppi marbutin mal-assistenza u tipprovdilhom id-dokumenti rilevanti.

(22)  L-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni jinħtieġ li tiġi ġestita mill-Kummissjoni. Sabiex ikun żgurat li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu jistgħu jsegwu l-implimentazzjoni ta' din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni għandha tinfurmahom regolarment bl-iżviluppi marbutin mal-assistenza u tipprovdilhom id-dokumenti rilevanti inkluż l-abbozz ta' Memorandum ta' Qbil.

Emenda     8

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24)  L-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandha tkun soġġetta għal kondizzjonijiet ta' politika ekonomika, li għandhom jiġu stabbiliti f'Memorandum ta' Qbil. Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni u għal raġunijiet ta' effiċjenza, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tinnegozja dawn il-kondizzjonijiet mal-awtoritajiet Moldovani taħt is-superviżjoni tal-kumitat tar-rappreżentanti tal-Istati Membri skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011. Skont dan ir-Regolament, bħala regola ġenerali għandha tapplika l-proċedura konsultattiva fil-każijiet kollha ħlief kif previst f'dan ir-Regolament. Meta jiġi kkunsidrat l-impatt potenzjalment sinifikanti tal-assistenza ta' aktar minn EUR 90 miljun, huwa xieraq li l-proċedura ta' eżami tintuża għal operazzjonijiet li jeċċedu dak il-limitu. Meta jitqies l-ammont ta' assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni lill-Moldova, il-proċedura ta' eżami għandha tapplika għall-adozzjoni tal-Memorandum ta' Qbil, u għal kwalunkwe tnaqqis, suspensjoni jew tħassir tal-assistenza,

(24)  L-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandha tkun soġġetta għal kundizzjonijiet politiċi u dawk ta' politika ekonomika skont l-Artikoli 1 sa 4 tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Moldova, li għandhom jiġu stabbiliti f'Memorandum ta' Qbil. Dawk il-kundizzjonijiet għandhom ikunu akkumpanjati minn skedi ta' żmien definiti sew biex jiġu ssodisfati. Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni u għal raġunijiet ta' effiċjenza, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tinnegozja dawn il-kundizzjonijiet ta' implimentazzjoni mal-awtoritajiet Moldovani taħt is-superviżjoni tal-kumitat tar-rappreżentanti tal-Istati Membri skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011. Skont dan ir-Regolament, bħala regola ġenerali għandha tapplika l-proċedura konsultattiva fil-każijiet kollha ħlief kif previst f'dan ir-Regolament. Meta jiġi kkunsidrat l-impatt potenzjalment sinifikanti tal-assistenza ta' aktar minn EUR 90 miljun, huwa xieraq li l-proċedura ta' eżami tintuża għal operazzjonijiet li jeċċedu dak il-limitu. Meta jitqies l-ammont ta' assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni lill-Moldova, il-proċedura ta' eżami għandha tapplika għall-adozzjoni tal-Memorandum ta' Qbil, u għal kwalunkwe tnaqqis, sospensjoni jew tħassir tal-assistenza,

Emenda    9

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tinforma regolarment lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bl-iżviluppi fir-rigward tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni, inklużi l-iżborżi tagħha, u għandha tipprovdi lil dawk l-istituzzjonijiet bid-dokumenti rilevanti fi żmien xieraq.

Il-Kummissjoni għandha tinforma regolarment lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bl-iżviluppi fir-rigward tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni, inklużi l-iżborżi tagħha, u għandha tipprovdi lil dawk l-istituzzjonijiet bid-dokumenti rilevanti, inkluż l-abbozz ta' Memorandum ta' Qbil, fi żmien xieraq.

Emenda    10

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 2 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Prekondizzjoni għall-għoti tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandha tkun li l-Moldova tirrispetta l-mekkaniżmi demokratiċi effettivi – inkluża sistema parlamentari b'diversi partiti – u l-istat tad-dritt, u tiggarantixxi r-rispett lejn id-drittijiet tal-bniedem.

1.  Prekundizzjoni għall-għoti tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandha tkun li l-Moldova tirrispetta l-mekkaniżmi demokratiċi effettivi – inkluża sistema parlamentari b'diversi partiti u separazzjoni stretta tas-setgħat – u l-istat tad-dritt, u tiggarantixxi r-rispett lejn id-drittijiet tal-bniedem. Din il-prekundizzjoni għandha tipprevedi involviment qawwi u l-adozzjoni ta' miżuri konkreti sabiex titjieb il-governanza tajba, titneħħa l-politiċizzazzjoni tal-ħatriet fl-amministrazzjoni pubblika, tiġi miġġielda l-korruzzjoni, tissaħħaħ l-indipendenza tal-ġudikatura, tiġi żgurata investigazzjoni orjentata lejn ir-riżultati dwar il-"frodi bankarja" u ambjent li jippermetti midja libera u pluralistika u li jistimula l-kompetizzjoni politika libera u ġusta.

Emenda    11

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 2 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-Kummissjoni u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna għandhom jimmonitorjaw li din il-prekundizzjoni tiġi ssodisfata matul iċ-ċiklu tal-ħajja sħiħ tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni.

2.  Il-Kummissjoni u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna għandhom jimmonitorjaw li l-prekundizzjoni stabbilita fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu tiġi ssodisfata matul iċ-ċiklu tal-ħajja sħiħ tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni. Qabel ma jsir kwalunkwe ħlas parzjali, għandhom jirrapportaw lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar kemm dik il-prekundizzjoni tkun ġiet issodisfata, kontra punti ta' riferiment definiti b'mod ċar. Jekk il-progress lejn l-objettivi stabbiliti fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-15 ta' Frar 2016 dwar il-Moldova, l-Aġenda ta' Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Moldova u l-Memorandum ta' Qbil ikun insuffiċjenti, ir-rilaxx ta' ħlasijiet parzjali għandu jiġi sospiż minnufih.

Emenda     12

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 3 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Kummissjoni, f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 7(2), għandha tilħaq ftehim mal-awtoritajiet Moldovani dwar politika ekonomika u kondizzjonijiet finanzjarji definiti b'mod ċar, ikkonċentrati fuq riformi strutturali u finanzi pubbliċi sodi, li l-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandha tkun soġġetta għalihom, li għandhom jitniżżlu f'Memorandum ta' Qbil (il-Memorandum ta' Qbil) li għandu jinkludi perijodu taż-żmien għat-twettiq ta' dawk il-kondizzjonijiet. Il-politika ekonomika u l-kondizzjonijiet finanzjarji stabbiliti fil-Memorandum ta' Qbil għandhom ikunu konsistenti mal-ftehimiet jew qbil imsemmija fl-Artikolu 1(3), inklużi l-programmi ta' aġġustament makroekonomiku u ta' riforma strutturali implimentati mill-Moldova bl-appoġġ tal-FMI.

1.  Il-Kummissjoni, f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 7(2), għandha tilħaq ftehim mal-awtoritajiet Moldovani dwar politika ekonomika u kundizzjonijiet finanzjarji definiti b'mod ċar, ikkonċentrati fuq riformi strutturali u finanzi pubbliċi sodi, li l-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandha tkun soġġetta għalihom, kif ukoll fuq il-kundizzjonijiet rigward id-demokrazija u l-istat tad-dritt, bħal miżuri għall-ġlieda kontra l-korruzzjoni u sabiex tissaħħaħ l-indipendenza tal-ġudikatura, li għandhom jitniżżlu f'Memorandum ta' Qbil ("il-Memorandum ta' Qbil") li għandu jinkludi perjodu ta' żmien u punti ta' riferiment ċari għat-twettiq ta' dawk il-kondizzjonijiet. Il-politika ekonomika u l-kundizzjonijiet finanzjarji stabbiliti fil-Memorandum ta' Qbil għandhom ikunu konsistenti mal-ftehimiet jew qbil imsemmija fl-Artikolu 1(3), inklużi l-programmi ta' aġġustament makroekonomiku u ta' riforma strutturali implimentati mill-Moldova bl-appoġġ tal-FMI.

Emenda     13

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 3 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-kondizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jimmiraw, b'mod partikolari, li jtejbu l-effiċjenza, it-trasparenza u r-responsabbiltà tas-sistemi ta' ġestjoni tal-finanzi pubbliċi fil-Moldova, inkluż għall-użu tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni. Il-progress rigward il-ftuħ reċiproku tas-swieq, l-iżvilupp ta' kummerċ ġust u bbażat fuq ir-regoli u prijoritajiet oħrajn fil-kuntest tal-politika esterna tal-Unjoni għandhom ukoll jitqiesu b'mod debitu fit-tfassil tal-miżuri ta' politika. Il-progress fil-ksib ta' dawn l-objettivi għandu jiġi mmonitorjat regolarment mill-Kummissjoni.

2.  Il-kondizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jimmiraw, b'mod partikolari, li jtejbu l-effiċjenza, it-trasparenza u r-responsabbiltà tas-sistemi ta' ġestjoni tal-finanzi pubbliċi fil-Moldova, inkluż għall-użu tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni. Il-progress rigward il-ftuħ reċiproku tas-swieq, l-iżvilupp ta' kummerċ ġust u bbażat fuq ir-regoli u prijoritajiet oħrajn fil-kuntest tal-politika esterna tal-Unjoni għandhom ukoll jitqiesu b'mod debitu fit-tfassil tal-miżuri ta' politika, inkluż ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-prinċipji demokratiċi, bħal-libertà tal-midja, id-depolitiċizzazzjoni tal-istituzzjonijiet kollha tal-Istat u l-istimolu ta' ambjent ħieles u ġust li jippermetti kompetizzjoni politika. Il-progress fil-ksib ta' dawn l-objettivi għandu jiġi mmonitorjat regolarment mill-Kummissjoni.

Emenda     14

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 3 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Il-Kummissjoni għandha tivverifika f'intervalli regolari li l-kondizzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 4(3) jibqgħu jiġu ssodisfati, inkluż jekk il-linji ta' politika ekonomika tal-Moldova jkunux f'konformità mal-objettivi tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni. Hija u tagħmel dan, il-Kummissjoni għandha tikkoordina mill-qrib mal-FMI u mal-Bank Dinji u, fejn ikun meħtieġ, mal-Parlament Ewropew u l-Kunsill.

4.  Il-Kummissjoni għandha tivverifika f'intervalli regolari li l-kondizzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 4(3) jibqgħu jiġu ssodisfati, inkluż jekk il-linji ta' politika ekonomika tal-Moldova jkunux f'konformità mal-objettivi tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni. Hija u tagħmel dan, il-Kummissjoni tikkoordina mill-qrib mal-FMI u mal-Bank Dinji u, mal-Parlament Ewropew u l-Kunsill.

Emenda     15

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 4 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  l-implimentazzjoni sodisfaċenti tal-politika ekonomika u tal-kundizzjonijiet finanzjarji miftiehma fil-Memorandum ta' Qbil.

(c)  l-implimentazzjoni tal-kundizzjonijiet politiċi, dawk tal-politika ekonomika u finanzjarji miftiehma fil-Memorandum ta' Qbil, kif ivvalutata permezz ta' kriterji li jistgħu jitkejlu.

Emenda    16

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 6 – paragrafu 3 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  li jiżguraw il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, b'mod partikolari billi jipprevedu miżuri speċifiċi fir-rigward tal-prevenzjoni tal-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe irregolarità oħra li taffettwa l-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni u l-ġlieda kontrihom, f'konformità mar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/9511 , ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/9612 u r-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill13 ;

(b)  li jiżguraw il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, b'mod partikolari billi jimplimentaw bis-sħiħ miżuri speċifiċi fir-rigward tal-prevenzjoni tal-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe irregolarità oħra li taffettwa l-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni u l-ġlieda kontrihom, f'konformità mar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/9511 , ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/9612 u r-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill13 ;

__________________

__________________

11 Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1).

11 Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1).

12 Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).

12 Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).

13 Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).

13 Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Assistenza makrofinanzjarja lir-Repubblika tal-Moldova

Referenzi

COM(2017)0014 – C8-0016/2017 – 2017/0007(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

INTA

19.1.2017

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFET

19.1.2017

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Petras Auštrevičius

30.1.2017

Eżami fil-kumitat

20.3.2017

 

 

 

Data tal-adozzjoni

11.4.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

55

4

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Lars Adaktusson, Francisco Assis, Amjad Bashir, Bas Belder, Mario Borghezio, Fabio Massimo Castaldo, Lorenzo Cesa, Javier Couso Permuy, Andi Cristea, Arnaud Danjean, Georgios Epitideios, Knut Fleckenstein, Eugen Freund, Michael Gahler, Sandra Kalniete, Karol Karski, Tunne Kelam, Janusz Korwin-Mikke, Eduard Kukan, Arne Lietz, Barbara Lochbihler, Sabine Lösing, Ulrike Lunacek, Andrejs Mamikins, Ramona Nicole Mănescu, Alex Mayer, David McAllister, Francisco José Millán Mon, Javier Nart, Pier Antonio Panzeri, Demetris Papadakis, Ioan Mircea Paşcu, Alojz Peterle, Tonino Picula, Kati Piri, Julia Pitera, Cristian Dan Preda, Jozo Radoš, Jordi Solé, Jaromír Štětina, Dubravka Šuica, Charles Tannock, László Tőkés, Ivo Vajgl, Elena Valenciano, Geoffrey Van Orden, Anders Primdahl Vistisen, Boris Zala

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

María Teresa Giménez Barbat, Andrzej Grzyb, Antonio López-Istúriz White, Norica Nicolai, Urmas Paet, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Marietje Schaake, Helmut Scholz, Igor Šoltes, Marie-Christine Vergiat

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Josef Weidenholzer

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

55

+

ALDE

María Teresa Giménez Barbat, Javier Nart, Norica Nicolai, Urmas Paet, Jozo Radoš, Marietje Schaake, Ivo Vajgl

ECR

Amjad Bashir, Bas Belder, Karol Karski, Charles Tannock, Geoffrey Van Orden, Anders Primdahl Vistisen

GUE/NGL

Javier Couso Permuy, Sabine Lösing, Helmut Scholz, Marie-Christine Vergiat

PPE

Lars Adaktusson, Lorenzo Cesa, Arnaud Danjean, Michael Gahler, Andrzej Grzyb, Sandra Kalniete, Tunne Kelam, Eduard Kukan, Antonio López-Istúriz White, David McAllister, Francisco José Millán Mon, Ramona Nicole Mănescu, Alojz Peterle, Julia Pitera, Cristian Dan Preda, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, László Tőkés, Jaromír Štětina, Dubravka Šuica

S&D

Francisco Assis, Andi Cristea, Knut Fleckenstein, Eugen Freund, Arne Lietz, Andrejs Mamikins, Alex Mayer, Pier Antonio Panzeri, Demetris Papadakis, Ioan Mircea Paşcu, Tonino Picula, Kati Piri, Elena Valenciano, Josef Weidenholzer, Boris Zala

VERTS/ALE

Barbara Lochbihler, Ulrike Lunacek, Jordi Solé, Igor Šoltes

4

-

EFDD

Fabio Massimo Castaldo

ENF

Mario Borghezio

NI

Georgios Epitideios, Janusz Korwin-Mikke

0

0

 

 

Key to symbols:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġits (4.4.2017)

għall-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tipprovdi assistenza makrofinanzjarja lir-Repubblika tal-Moldova

(COM(2017)0014 – C8-0016/2017 – 2017/0007(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Siegfried Mureşan

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Ir-rapporteur jinnota li l-proposta ta' operazzjoni tal-Assistenza Makrofinanzjarja (AMF) tammonta għal massimu ta' EUR 100 miljun, li jingħataw f'forma ta' self fuq terminu medju sa EUR 60 miljun u f'għotjiet sa EUR 40 miljun u li jiġu rilaxxati fi tliet pagamenti fl-2017 u fl-2018. Il-proviżjonament tas-self iseħħ fil-baġits tal-2019-2020, filwaqt li l-impenji u l-pagamenti tal-element ta' għotja jseħħu fil-baġits 2017-2018.

L-għan ta' din il-proposta ta' operazzjoni hu li jingħata appoġġ għall-ħolqien mill-ġdid ta' sitwazzjoni finanzjarja esterna sostenibbli tal-Moldova. Din tikkomplementa l-programmi u r-riżorsi pprovduti mill-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI) u mill-Bank Dinji u tkun prekondizzjonata bit-turija ta' rispett mill-Moldova fir-rigward ta' mekkaniżmi demokratiċi effikaċi, inkluż permezz ta' sistema parlamentari b'diversi partiti, u l-istat tad-dritt u l-garanziji ta' rispett għad-drittijiet tal-bniedem.

Ir-rapporteur jappoġġja l-proposta ta' operazzjoni tal-AMF, bħala komplement neċessarju għall-assistenza internazzjonali u Ewropea għall-Moldova u bħala turija ta' solidarjetà Ewropea mal-pajjiż li għadu qed jiffaċċja perjodu politiku u ekonomika diffiċli. Jirrikonoxxi t-tiġdid tal-impenn mill-awtoritajiet tal-Moldova biex jindirizzaw l-isfidi ta' governanza tal-pajjiż u jmexxu 'l quddiem ir-riformi politiċi meħtieġa, iżda jsostni li l-Moldova għandha bżonn twettaq b'mod effikaċi l-proċess ta' riforma tagħha.

Għaldaqstant, hu kruċjali li r-rilaxx tal-pagamenti ta' assistenza differenti ikun strettament marbut bil-kondizzjoni li jitwettqu l-obbligi skont skeda ta' żmien definita tajjeb flimkien mal-awtoritajiet tal-Moldova, inkluż f'oqsma relatati mal-istat tad-dritt, il-ġlieda kontra l-korruzzjoni, l-indipendenza tal-ġudikatura, it-tisħiħ tar-reżiljenza tas-settur finanzjarju u t-trasparenza tal-finanzjament tal-partiti politiċi.

Ir-rapporteur ifakkar li l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni mal-Moldova hu wieħed mill-aktar avvanzati li qatt ġie ffirmat mill-UE: dan jipprovdi bażi soda għal kooperazzjoni ekonomika u politika aktar profonda fil-mixja tal-Moldova lejn l-integrazzjoni Ewropea.

L-istrument finanzjarju ewlieni tal-UE maħsub biex jagħti appoġġ lill-Moldova attwalment hu l-Istrument Ewropew ta' Viċinat, li b'mod partikolari jappoġġja l-implimentazzjoni ta' Żona ta' Kummerċ Ħieles Approfondita u Komprensiva u l-Aġenda ta' Assoċjazzjoni. Ir-rapporteur jinnota wkoll li l-Moldova hi parteċipi fi programmi reġjonali, fil-kooperazzjoni transkonfinali u f'inizjattivi li huma miftuħa għall-pajjiżi kollha tal-viċinat, bħall-Erasmus+, TAIEX, SIGMA u l-Faċilità ta' Investiment tal-Viċinat (FIV). Meta jiġi adottat, il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli se jippermetti wkoll possibilitajiet ta' investiment fil-Moldova.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Baġits jistieden lill-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda    1

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 11

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  L-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandu jkollha l-għan li tappoġġa l-ħolqien mill-ġdid ta' sitwazzjoni finanzjarja esterna sostenibbli għall-Moldova, u b'hekk tappoġġa l-iżvilupp ekonomiku u soċjali tagħha.

(11)  L-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni jenħtieġ li jkollha l-għan li tappoġġa l-ħolqien mill-ġdid ta' sitwazzjoni finanzjarja esterna sostenibbli għall-Moldova, u b'hekk tappoġġa l-iżvilupp ekonomiku u soċjali tagħha, speċjalment f'oqsma relatati mal-governanza ekonomika u l-ġudikatura, u li tħeġġeġ riformi f'dawk l-oqsma.

Emenda     2

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)  L-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandha tappoġġa l-impenn tal-Moldova fir-rigward tal-valuri kondiviżi mal-Unjoni, fosthom id-demokrazija, l-istat tad-dritt, il-governanza tajba, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, l-iżvilupp sostenibbli u t-tnaqqis tal-faqar, kif ukoll l-impenn tagħha lejn il-prinċipji ta' kummerċ miftuħ, ibbażat fuq regoli, u ġust.

(17)  L-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni jenħtieġ li tappoġġa l-impenn tal-Moldova fir-rigward tal-valuri kondiviżi mal-Unjoni, fosthom id-demokrazija, l-istat tad-dritt, il-governanza tajba, id-depolitizzazzjoni ta' ħatriet fl-amministrazzjoni pubblika, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, midja ħielsa, indipendenti u pluralista, l-iżvilupp sostenibbli u t-tnaqqis tal-faqar, kif ukoll l-impenn tagħha lejn il-prinċipji ta' kummerċ miftuħ, ibbażat fuq regoli, u ġust.

Emenda    3

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 18

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)  Prekondizzjoni għall-għoti tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandha tkun li l-Moldova tirrispetta l-mekkaniżmi demokratiċi effettivi – inklużi sistema parlamentari b'diversi partiti – u l-istat tad-dritt, u tiggarantixxi r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem. Barra minn hekk, l-objettivi speċifiċi tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandhom ikunu li jssaħħu l-effiċjenza, it-trasparenza u r-responsabbiltà fis-sistemi tal-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi fil-Moldova, u għandhom jipromwovu r-riformi strutturali li għandhom l-għan li jappoġġaw it-tkabbir sostenibbli u inklussiv, il-ħolqien tal-impjiegi u l-konsolidazzjoni fiskali. Kemm it-twettiq tal-prekondizzjonijiet kif ukoll il-kisba ta' dawk l-objettivi għandhom jiġu ssorveljati regolarment mill-Kummissjoni u mis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna.

(18)  Prekondizzjoni għall-għoti tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni u r-rilaxx ta' kull pagament tal-assistenza jenħtieġ li tkun li l-Moldova tirrispetta l-mekkaniżmi demokratiċi effettivi – inklużi sistema parlamentari b'diversi partiti – u l-istat tad-dritt, u tiggarantixxi r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem. Barra minn hekk, l-objettivi speċifiċi tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni jenħtieġ li jkunu li ssaħħaħ l-effiċjenza, it-trasparenza u r-responsabbiltà fis-sistemi tal-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi fil-Moldova, kif ukoll il-governanza u s-superviżjoni tas-settur finanzjarju fil-Moldova, issegwi politiki orjentati lejn l-istabbiltà li jipprovdu aktar appoġġ sabiex tiġi kkonservata l-istabbiltà makroekonomika, ittejjeb il-governanza u tippromwovi riformi strutturali ġenwini u effikaċi li għandhom l-għan li jappoġġaw it-tkabbir sostenibbli u inklussiv, il-ħolqien tal-impjiegi u l-konsolidazzjoni fiskali. Ir-rilaxx tal-assistenza makrofinanzjarja jenħtieġ li jkun marbut bil-kondizzjoni li jsir progress tanġibbli fil-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-korruzzjoni, inkluża l-korruzzjoni f'livell għoli, u t-tisħiħ tal-indipendenza tal-ġudikatura. Tali kondizzjonijiet jenħtieġ li jikkontribwixxu wkoll għat-titjib tal-governanza ekonomika u li jħeġġu r-riformi fil-Moldova. Biex ikun żgurat li jkunu jistgħu jiġu vvalutati kif suppost, huwa essenzjali li tali kondizzjonijiet jiġu stipulati b'mod strett u li jista' jitkejjel. Kemm it-twettiq tal-prekondizzjonijiet kif ukoll il-kisba ta' dawk l-objettivi għandhom jiġu ssorveljati regolarment mill-Kummissjoni u mis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna.

Emenda    4

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 19

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19)  Sabiex tkun żgurata l-protezzjoni effikaċi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni marbuta mal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni, il-Moldova għandha tadotta l-miżuri xierqa relatati mal-prevenzjoni tal-frodi, il-korruzzjoni u kull irregolarità oħra marbuta ma' din l-assistenza, u l-ġlieda kontrihom. Barra minn hekk, għandu jiġi previst li l-Kummissjoni twettaq verifiki u li l-Qorti tal-Awdituri twettaq il-kontrolli kontabilistiċi.

(19)  Sabiex tkun żgurata l-protezzjoni effikaċi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni marbuta mal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni, il-Moldova għandha tadotta l-miżuri xierqa relatati mal-prevenzjoni tal-frodi, il-korruzzjoni u kull irregolarità oħra marbuta ma' din l-assistenza, u l-ġlieda kontrihom. Il-Moldova jenħtieġ li tinforma regolarment lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-assistenza makrofinanzjarja abbażi ta' żvelar sħiħ u ta' konformità stretta mar-regoli finanzjarji tal-Unjoni. Barra minn hekk, għandu jiġi previst li l-Kummissjoni twettaq verifiki u li l-Qorti tal-Awdituri twettaq il-kontrolli kontabilistiċi.

Emenda    5

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 24

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24)  L-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni għandha tkun soġġetta għal kondizzjonijiet ta' politika ekonomika, li għandhom jiġu stabbiliti f'Memorandum ta' Qbil. Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni u għal raġunijiet ta' effiċjenza, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tinnegozja dawn il-kondizzjonijiet mal-awtoritajiet Moldovani taħt is-superviżjoni tal-kumitat tar-rappreżentanti tal-Istati Membri skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011. Skont dan ir-Regolament, bħala regola ġenerali għandha tapplika l-proċedura konsultattiva fil-każijiet kollha ħlief kif previst f'dan ir-Regolament. Meta jiġi kkunsidrat l-impatt potenzjalment sinifikanti tal-assistenza ta' aktar minn EUR 90 miljun, huwa xieraq li l-proċedura ta' eżami tintuża għal operazzjonijiet li jeċċedu dak il-limitu. Meta jitqies l-ammont ta' assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni lill-Moldova, il-proċedura ta' eżami għandha tapplika għall-adozzjoni tal-Memorandum ta' Qbil, u għal kwalunkwe tnaqqis, suspensjoni jew tħassir tal-assistenza,

(24)  L-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni jenħtieġ li tkun soġġetta għal kondizzjonijiet ta' politika ekonomika, b'enfasi partikolari fuq l-ekonomija tal-Moldova, is-sistema ta' governanza ekonomika, partikolarment fis-settur bankarju, u l-ġudikatura, li għandhom jiġu stabbiliti f'Memorandum ta' Qbil, inkluż skadenzi ta' żmien definiti tajjeb biex jiġu ssodisfati tali kondizzjonijiet. In-nuqqas ta' progress tanġibbli biex ikunu ssodisfati dawk il-kondizzjonijiet jenħtieġ li jwassal għal sospensjoni temporanja jew għat-tħassir tal-iżborż tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni. Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni u għal raġunijiet ta' effiċjenza, il-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata s-setgħa li tinnegozja dawn il-kondizzjonijiet mal-awtoritajiet Moldovani taħt is-superviżjoni tal-kumitat tar-rappreżentanti tal-Istati Membri skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011. Skont dan ir-Regolament, bħala regola ġenerali għandha tapplika l-proċedura konsultattiva fil-każijiet kollha ħlief kif previst f'dan ir-Regolament. Meta jiġi kkunsidrat l-impatt potenzjalment sinifikanti tal-assistenza ta' aktar minn EUR 90 miljun, huwa xieraq li l-proċedura ta' eżami tintuża għal operazzjonijiet li jeċċedu dak il-limitu. Meta jitqies l-ammont ta' assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni lill-Moldova, il-proċedura ta' eżami għandha tapplika għall-adozzjoni tal-Memorandum ta' Qbil, u għal kwalunkwe tnaqqis, suspensjoni jew tħassir tal-assistenza,

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Assistenza makrofinanzjarja lir-Repubblika tal-Moldova

Referenzi

COM(2017)0014 – C8-0016/2017 – 2017/0007(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

INTA

19.1.2017

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

19.1.2017

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Siegfried Mureşan

26.1.2017

Data tal-adozzjoni

3.4.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

29

6

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Nedzhmi Ali, Jean Arthuis, Lefteris Christoforou, Gérard Deprez, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazabal Rubial, Jens Geier, Ingeborg Gräßle, Iris Hoffmann, Bernd Kölmel, Zbigniew Kuźmiuk, Clare Moody, Siegfried Mureşan, Victor Negrescu, Liadh Ní Riada, Jan Olbrycht, Younous Omarjee, Pina Picierno, Paul Rübig, Petri Sarvamaa, Jordi Solé, Eleftherios Synadinos, Indrek Tarand, Isabelle Thomas, Monika Vana, Daniele Viotti, Marco Zanni, Stanisław Żółtek

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Nicola Caputo, Ivana Maletić, Andrey Novakov, Marco Valli, Tomáš Zdechovský

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Othmar Karas, Bernd Lucke

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

29

+

ALDE

Nedzhmi Ali, Jean Arthuis, Gérard Deprez

ECR

Zbigniew Kuźmiuk, Bernd Kölmel, Bernd Lucke

PPE

Lefteris Christoforou, José Manuel Fernandes, Ingeborg Gräßle, Othmar Karas, Ivana Maletić, Siegfried Mureşan, Andrey Novakov, Jan Olbrycht, Paul Rübig, Petri Sarvamaa, Tomáš Zdechovský

S&D

Nicola Caputo, Eider Gardiazabal Rubial, Jens Geier, Iris Hoffmann, Clare Moody, Victor Negrescu, Pina Picierno, Isabelle Thomas, Daniele Viotti

Verts/ALE

Jordi Solé, Indrek Tarand, Monika Vana

6

-

EFDD

Marco Valli

ENF

Marco Zanni, Stanisław Żółtek

GUE/NGL

Liadh Ní Riada, Younous Omarjee

NI

Eleftherios Synadinos

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Assistenza makrofinanzjarja lir-Repubblika tal-Moldova

Referenzi

COM(2017)0014 – C8-0016/2017 – 2017/0007(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

13.1.2017

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

INTA

19.1.2017

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFET

19.1.2017

BUDG

19.1.2017

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Sorin Moisă

23.1.2017

 

 

 

Eżami fil-kumitat

28.2.2017

21.3.2017

 

 

Data tal-adozzjoni

4.5.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

31

6

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Laima Liucija Andrikienė, Maria Arena, Tiziana Beghin, David Borrelli, Daniel Caspary, Salvatore Cicu, Santiago Fisas Ayxelà, Heidi Hautala, Yannick Jadot, Bernd Lange, David Martin, Anne-Marie Mineur, Sorin Moisă, Franz Obermayr, Franck Proust, Tokia Saïfi, Marietje Schaake, Helmut Scholz, Joachim Schuster, Joachim Starbatty, Adam Szejnfeld, Hannu Takkula

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Eric Andrieu, Bendt Bendtsen, Dita Charanzová, Edouard Ferrand, Danuta Maria Hübner, Agnes Jongerius, Stelios Kouloglou, Sander Loones, Bolesław G. Piecha, Fernando Ruas, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Pedro Silva Pereira, Jarosław Wałęsa

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Beatriz Becerra Basterrechea, Edward Czesak, Marco Zanni

Data tat-tressiq

5.5.2017


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

31

+

ALDE

Becerra Basterrechea Beatriz, Charanzová Dita, Schaake Marietje, Takkula Hannu

ECR

Czesak Edward, Loones Sander, Piecha Bolesław G., Starbatty Joachim

GUE/NGL

Kouloglou Stelios

PPE

Andrikienė Laima Liucija, Bendtsen Bendt, Caspary Daniel, Cicu Salvatore, Fisas Ayxelà Santiago, Hübner Danuta Maria, Proust Franck, Ruas Fernando, Salafranca Sánchez-Neyra José Ignacio, Saïfi Tokia, Szejnfeld Adam, Wałęsa Jarosław

S&D

Andrieu Eric, Arena Maria, Jongerius Agnes, Lange Bernd, Martin David, Moisă Sorin, Schuster Joachim, Silva Pereira Pedro

VERTS/ALE

Hautala Heidi, Jadot Yannick

6

EFDD

Beghin Tiziana, Borrelli David

ENF

Ferrand Edouard, Obermayr Franz, Zanni Marco

GUE/NGL

Mineur Anne-Marie

1

0

GUE/NGL

Scholz Helmut

Avviż legali