RAPPORT dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-introduzzjoni ta' miżuri kummerċjali awtonomi temporanji għall-Ukrajna li jissupplimentaw il-konċessjonijiet kummerċjali disponibbli taħt il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni
10.5.2017 - (COM(2016)0631 – C8-0392/2016 – 2016/0308(COD)) - ***I
Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali
Rapporteur: Jarosław Wałęsa
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-introduzzjoni ta' miżuri kummerċjali awtonomi temporanji għall-Ukrajna li jissupplimentaw il-konċessjonijiet kummerċjali disponibbli taħt il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni
(COM(2016)0631 – C8-0392/2016 – 2016/0308(COD))
(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2016)0631),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 207(2)(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0392/2016),
– wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
– wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A8-0193/2017),
1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
2. Jistieden lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;
3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
Emenda 1 Proposta għal deċiżjoni Premessa 2 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 2 Proposta għal regolament Premessa 3 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(3) Il-miżuri kummerċjali awtonomi jingħataw f’forma ta’ kwoti ta’ tariffa żero għall-prodotti elenkati fl-Annessi I u II, minbarra l-kwoti tar-rati tariffarji preferenzjali stabbiliti fil-Ftehim, u t-tneħħija parzjali jew sħiħa tad-dazji tal-importazzjoni fuq il-prodotti industrijali elenkati fl-Anness III; |
(3) Wara li l-Kummissjoni tippubblika l-analiżi tagħha rigward l-impatt potenzjali ta' dan ir-Regolament, li jenħtieġ li tikkunsidra lill-benefiċjarji aħħarin potenzjali tal-miżuri kummerċjali awtonomi inklużi f'dan ir-Regolament u tiffoka b'mod partikolari fuq il-produtturi ta' daqs żgħir u medju fl-Ukrajna, jenħtieġ li l-miżuri kummerċjali awtonomi jingħata għall-prodotti li jiġi vvalutat li jkunu ta' ġid fid-dawl ta' dik l-analiżi. Jenħtieġ li dawk l-miżuri kummerċjali awtonomi jieħdu l-forma ta' kwoti ta' tariffa żero għall-prodotti elenkati fl-Annessi I u II, minbarra l-kwoti tar-rati tariffarji preferenzjali stabbiliti fil-Ftehim ta' Assoċjazzjoni, u t-tneħħija parzjali jew sħiħa tad-dazji tal-importazzjoni fuq il-prodotti industrijali elenkati fl-Anness III; | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Il-Kummissjoni wettqet investigazzjoni rigward l-impatti tal-miżuri li qed tipproponi, li ppreżentat oralment fil-Kumitat, għalkemm ma kinitx valutazzjoni tal-impatt għas-sostenibilità formali kif issir normalment. Sabiex jiġu ggarantiti l-ekwità, it-trasparenza u proċess leġiżlattiv demokratiku, u sabiex il-koleġiżlaturi jkunu jistgħu jieħdu deċiżjonijiet informati, jenħtieġ li d-dettalji ta' dik l-analiżi jiġu ppubblikati. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 3 Proposta għal regolament Premessa 4 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(4) Sabiex jiġi evitat kull riskju ta' frodi, il-jedd għall-ibbenefikar mill-kwoti ta’ tariffa żero addizzjonali għandu jkun kundizzjonali għall-konformità mill-Ukrajna mar-regoli rilevanti tal-oriġini tal-prodotti kkonċernati u l-proċeduri relatati magħhom kif ukoll l-involviment f’kooperazzjoni amministrattiva fil-qrib mal-Unjoni Ewropea kif ipprovdut fil-Ftehim; |
(4) Sabiex jiġi evitat kull riskju ta' frodi, jenħtieġ li l-jedd għall-ibbenefikar mill-kwoti ta' tariffa żero addizzjonali għall-prodotti elenkati fl-Annessi I u II u t-tneħħija parzjali jew sħiħa tad-dazji tal-importazzjoni fuq il-prodotti industrijali elenkati fl-Anness III jkunu kundizzjonali fuq il-konformità min-naħa tal-Ukrajna mal-kundizzjonijiet rilevanti kollha biex jinkisbu l-benefiċċji taħt il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni, inkluż mar-regoli rilevanti tal-oriġini tal-prodotti kkonċernati u l-proċeduri relatati magħhom kif ukoll l-involviment f'kooperazzjoni amministrattiva fil-qrib mal-Unjoni Ewropea kif ipprovdut f' dak il-Ftehim; | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ir-regoli tal-oriġini u l-kundizzjonijiet l-oħra identifikati fil-Ftehim iridu jiġu sodisfatti għall-prodotti kollha, mhux biss għall-prodotti agrikoli elenkati fl-Annessi I u II, iżda anke għall-prodotti industrijali elenkati fl-Anness III. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 4 Proposta għal regolament Premessa 9 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(9) L-Artikolu 2 tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni jipprevedi li r-rispett għall-prinċipji demokratiċi, id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali u r-rispett għall-prinċipju tal-istat tad-dritt jikkostitwixxu elementi essenzjali ta' dak il-Ftehim. Huwa xieraq li tiddaħħal il-possibbiltà li l-preferenzi jiġu temporanjament sospiżi f'każ ta' nuqqas ta' osservanza tal-prinċipji fundamentali tad-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija u l-istat tad-dritt mill-Ukrajna. |
(9) L-Artikoli 2 u 3 tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni jipprevedu li r-rispett għall-prinċipji demokratiċi, id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali u r-rispett għall-prinċipju tal-istat tad-dritt, kif ukoll l-isforzi favur il-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata, u l-miżuri għall-promozzjoni tal-iżvilupp sostenibbli u multilateraliżmu effettiv, jikkostitwixxu elementi essenzjali tar-relazzjonijiet mal-Ukrajna, li huma rregolati minn dak il-Ftehim. Huwa xieraq li tiddaħħal il-possibbiltà li l-preferenzi jiġu temporanjament sospiżi fil-każ ta' nuqqas ta' osservanza min-naħa tal-Ukrajna tal-prinċipji ġenerali tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni, kif diġà sar fil-ftehimiet ta' assoċjazzjoni l-oħra li ffirmat l-Unjoni. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 5 Proposta għal regolament Premessa 9a (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(9a) Jenħtieġ li r-rapport annwali tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles Approfondit u Komprensiv jinkludi valutazzjoni fid-dettall tal-implimentazzjoni tal-miżuri kummerċjali awtonomi previsti f'dan ir-Regolament. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 6 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – parti introduttorja | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Il-jedd għall-ibbenefikar mill-kwoti tariffarji introdotti mill-Artikolu 1 għandu jkun soġġett għal: |
Il-jedd għall-ibbenefikar mill-kwoti tariffarji u d-dazji doganali preferenzjali introdotti mill-Artikolu 1 għandhom jiġu soġġetti għal: | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ir-regoli tal-oriġini u l-kundizzjonijiet l-oħra identifikati fil-Ftehim iridu jiġu sodisfatti għall-prodotti kollha, mhux biss għall-prodotti agrikoli elenkati fl-Annessi I u II, iżda anke għall-prodotti industrijali elenkati fl-Anness III. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 7 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt a | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(a) il-konformità mar-regoli tal-oriġini tal-prodotti u l-proċeduri relatati magħhom kif previst fil-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni, u b’mod partikolari fil-Protokoll I dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta’ “prodotti oriġinarji” u metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva, u fil-Protokoll II dwar l-assistenza amministrattiva reċiproka f’materji doganali; |
(a) il-konformità mar-regoli tal-oriġini tal-prodotti u l-proċeduri relatati magħhom kif previst fil-Ftehim ta' Assoċjazzjoni, u b'mod partikolari fil-Protokoll I dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta' "prodotti li joriġinaw" u metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva, u fil-Protokoll II dwar assistenza amministrattiva reċiproka fi kwistjonijiet doganali; fir-rigward tal-prodotti li jiġu mmanifatturati f'territorju li ma jkunx taħt il-kontroll effettiv tal-Gvern tal-Ukrajna jew jintbagħtu minnu, il-preżentazzjoni ta' ċertifikat ta' moviment EUR.1, kif imsemmi fl-Artikolu 16(1)(a) tal-Protokoll I għall-Ftehim ta' Assoċjazzjoni, li għandu jinħareġ mill-awtoritajiet doganali tal-Gvern tal-Ukrajna, wara li jkun wettaq ispezzjoni tal-kontijiet tal-esportatur fil-bini tal-esportatur u kwalunkwe kontroll ieħor li jkun meqjus xieraq, bi qbil mal-Artikoli 17(5) u 33 ta' dak il-Protokoll, inkluża valutazzjoni ta' jekk hemmx ġustifikazzjoni raġonevoli biex dak li jkun jissuspetta li l-operaturi ekonomiċi li jkunu qed jibbenefikaw mill-miżuri kummerċjali awtonomi temporanji jkunu qed jagħmlu ħsara għall-ġlieda kontra l-korruzzjoni jew ikunu involuti f'attivitajiet ekonomiċi illegali; | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 8 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt b | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(b) l-astensjoni mill-Ukrajna milli tintroduċi dazji ġodda jew imposti li jkollhom effett ekwivalenti u restrizzjonijiet kwantitattivi ġodda jew miżuri li jkollhom effett ekwivalenti għal importazzjonijiet li joriġinaw mill-Unjoni jew milli żżid il-livelli eżistenti ta' dazji jew imposti jew milli tintroduċi kull restrizzjoni oħra mill-jum tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament; |
(b) l-astensjoni mill-Ukrajna milli tintroduċi dazji ġodda jew imposti li jkollhom effett ekwivalenti u restrizzjonijiet kwantitattivi ġodda jew miżuri li jkollhom effett ekwivalenti għal importazzjonijiet li joriġinaw mill-Unjoni jew milli żżid il-livelli eżistenti ta' dazji jew imposti jew milli tintroduċi kull restrizzjoni oħra, inklużi r-regolamenti diskriminatorji applikabbli wara l-fruntiera, mill-jum tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament; | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Peress li l-artikolu jidher li jiffoka fuq il-miżuri applikabbli fil-fruntieri u l-miżuri fiskali, imissu jiġi ċċarat li anke r-regolamenti diskriminatorji jistgħu jwasslu għal revoka tal-miżuri kummerċjali awtonomi. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 9 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt c | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(c) ir-rispett tal-prinċipji demokratiċi, id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali u r-rispett tal-prinċipju tal-istat tad-dritt previsti fl-Artikolu 2 tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni. |
(c) ir-rispett tal-prinċipji demokratiċi, id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali u r-rispett tal-prinċipju tal-istat tad-dritt kif ukoll it-tkomplija u s-sosteniment tal-isforzi fir-rigward tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-attivitajiet illegali previsti fl-Artikoli 2, 3 u 22 tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 10 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(ca) it-tkomplija tar-rispett għall-obbligi ta' kooperazzjoni rigward kwistjonijiet relatati mal-impjiegi, il-politika soċjali u l-opportunitajiet indaqs bi qbil mal-Kapitolu 13 tat-Titolu IV (Kummerċ u żvilupp sostenibbli) u l-Kapitolu 21 tat-Titolu V (Koperazzjoni dwar l-impjiegi, il-politika soċjali u l-opportunitajiet indaqs) tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni, u l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 420 tiegħu. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 11 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Meta l-Kummissjoni ssib li jkun hemm biżżejjed evidenza ta' nuqqas ta' konformità mal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 2 tista' tissospendi kompletament jew parzjalment l-arranġamenti preferenzjali pprovduti f'dan ir-Regolament, skont il-proċedura ta' eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 5(2). |
Meta l-Kummissjoni ssib li jkun hemm biżżejjed evidenza ta' nuqqas ta' konformità mal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 2 ta' dan ir-Regolament, tista' tissospendi kompletament jew parzjalment l-arranġamenti preferenzjali pprovduti f'dan ir-Regolament, skont il-proċedura ta' eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 5(2). | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 12 Proposta għal regolament Artikolu 3 – paragrafu 1a (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Meta Stat Membru jitlob li l-Kummissjoni tissospendi kwalunkwe wieħed mill-arranġamenti preferenzjali fuq il-bażi ta' nuqqas ta' konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2(b), il-Kummissjoni għandha tipprovdi opinjoni motivata fi żmien xahrejn minn tali talba dwar jekk l-allegazzjoni ta' nuqqas ta' konformità hijiex sostanzjata. Jekk il-Kummissjoni tikkonkludi li tkun sostanzjata, hija għandha tagħti bidu għall-proċedura msemmija fl-ewwel paragrafu ta' dan l-Artikolu. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Peress li, storikament, il-Kummissjoni qagħdet lura milli tintroduċi miżuri li jirrestrinġu l-kummerċ, ladarba l-miżuri ta' liberalizzazzjoni jkunu diġà ġew introdotti, il-pożizzjoni tal-Istati Membri fil-konfront tal-Kummissjoni jmissha tissaħħaħ. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 13 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 1 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
1. Meta prodott li joriġina fl-Ukrajna huwa importat fuq termini li jikkawżaw, jew jheddu li jikkawżaw, diffikultajiet serji għal produttur tal-Komunità għal prodotti simili jew li jikkompetu direttament, id-dazji tat-Tariffa Doganali Komuni fuq prodott simili jistgħu jerġgħu jiġu introdotti f'kull ħin mill-Kunsill li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni. |
1. Meta prodott li joriġina fl-Ukrajna huwa importat fuq termini li jikkawżaw, jew jheddu li jikkawżaw, diffikultajiet serji għal produttur fl-Unjoni ta' prodotti simili jew li jikkompetu direttament, id-dazji tat-Tariffa Doganali Komuni fuq tali prodott jistgħu jerġgħu jiġu introdotti f'kull ħin. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ir-rekwiżit fil-proċedimenti ta' salvagwardja biex tintuża il-maġġoranza kwalifikata rriżulta biex il-mekkaniżmi ta' salvagwardja saru kompletament inutiliżabbli. Id-dispożizzjoni ta' salvagwardja suppost tipprovdi protezzjoni reali, u mhux teoretika, għall-industrija meta tħabbat wiċċha ma' ċirkostanzi eċċezzjonalment diffiċli. L-introduzzjoni ta' vot b'maġġoranza sempliċi għall-proċedimenti ta' salvagwardja tagħmilha possibbli li jintużaw mill-industrija. Il-Kummissjoni żżomm il-kontroll fuq ir-riżultat, peress li hija l-istituzzjoni li tmexxi l-proċedimenti u tipproponi l-eżitu. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 14 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 1a (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
1a. Il-Kummissjoni għandha twettaq monitoraġġ bir-reqqa tal-impatt ta' dan ir-Regolament fuq il-produtturi fl-Unjoni fir-rigward tal-prodotti elenkati fl-Annessi I u II, anke fir-rigward tal-prezzijiet fuq is-suq tal-Unjoni u waqt li titqies l-informazzjoni disponibbli rilevanti dwar il-produtturi fl-Unjoni, bħas-sehem mis-suq, il-produzzjoni, il-ħażniet, il-kapaċitajiet ta' produzzjoni u r-rati għall-użu tal-kapaċità. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 15 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 2 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
2. Fuq talba ta' Stat Membru jew fuq inizjattiva tal-Kummissjoni, il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni formali biex tibda investigazzjoni fi ħdan perjodu ta' żmien raġonevoli. Fejn il-Kummissjoni tiddeċiedi li tagħti bidu għal investigazzjoni, din għandha tippubblika avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea li jħabbar l-investigazzjoni. L-avviż għandu jipprovdi taqsira tal-informazzjoni riċevuta u jiddikjara li kwalunkwe informazzjoni rilevanti għandha tintbagħat lill-Kummissjoni. Għandu jispeċifika l-perjodu, li m'għandux jaqbeż l-erba' xhur mid-data tal-pubblikazzjoni tal-avviż, li fih il-partijiet interessati jistgħu jikkomunikaw l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub. |
2. Fuq talba ta' Stat Membru, kwalunkwe persuna ġuridika jew kwalunkwe assoċjazzjoni li ma jkollhiex personalità ġuridika, li jaġixxu f'isem l-industrija fl-Unjoni, jiġifieri l-produtturi kollha fl-Unjoni jew proporzjon importanti minnhom, jew fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni stess, jekk ikun ċar għall-Kummissjoni li teżisti biżżejjed evidenza prima facie, il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni formali biex tibda investigazzjoni fi ħdan perjodu ta' żmien raġonevoli. Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, "proporzjon importanti" tfisser il-produtturi fl-Unjoni li l-produzzjoni kollettiva tagħhom tikkostitwixxi aktar minn 50 % tal-produzzjoni totali fl-Unjoni ta' prodotti simili jew prodotti f'kompetizzjoni diretta li jipproduċi dak is-sehem tal-industrija fl-Unjoni li jesprimi appoġġ jew oppożizzjoni għat-talba u mhux inqas minn 25 % tal-produzzjoni totali tal-prodotti simili jew il-prodotti f'kompetizzjoni diretta li tipproduċi l-industrija fl-Unjoni. Meta l-Kummissjoni tiddeċiedi li tagħti bidu għal investigazzjoni, din għandha tippubblika avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea li jħabbar l-investigazzjoni. L-avviż għandu jipprovdi taqsira tal-informazzjoni riċevuta u jiddikjara li kwalunkwe informazzjoni rilevanti għandha tintbagħat lill-Kummissjoni. Għandu jispeċifika l-perjodu, li m'għandux jaqbeż l-erba' xhur mid-data tal-pubblikazzjoni tal-avviż, li fih il-partijiet interessati jistgħu jikkomunikaw l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Hekk kif jiġri fi proċedimenti oħra ta' ħarsien tal-kummerċ, l-industrija tal-UE jmissha jkollha l-abilità li titlob lill-Kummissjoni tagħti bidu għal proċediment ta' salvagwardja. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 16 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 6 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
6. Il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni fi żmien tliet xhur, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 5. Deċiżjoni simili għandha tidħol fis-seħħ fi żmien xahar mill-pubblikazzjoni tagħha. |
6. Il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni fi żmien tliet xhur, skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 5. Tali deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fi żmien xahar mill-pubblikazzjoni tagħha. Id-dazji tat-Tariffa Doganali Komuni għandhom jerġgħu jiġu introdotti għaż-żmien li jkun hemm bżonn biex jikkontrobattu d-degrad fil-qagħda ekonomika u/jew finanzjarja tal-produtturi fl-Unjoni, jew għaż-żmien li tippersisti t-theddida ta' tali degrad. Il-perjodu tal-introduzzjoni mill-ġdid taħgomh m'għandux ikun ta' aktar minn sena, sakemm ma jiġix estiż minħabba ċirkostanzi ġġustifikati kif dovut. Meta l-fatti kif jiġu finalment stabbiliti juru li l-kundizzjonijiet indikati fl-Artikolu 4(1) ma jkunux ġew sodisfatti, il-Kummissjoni għandha tadotta att ta' implimentazzjoni li jtemm l-investigazzjoni u l-proċedimenti bi qbil mal-proċedura ta' eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 5(2). | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 17 Proposta għal regolament Artikolu 5a (ġdid) | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Artikolu 5a | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Valutazzjoni tal-implimentazzjoni tal-miżuri kummerċjali awtonomi | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Ir-rapport annwali tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles Approfondit u Komprensiv għandu jinkludi valutazzjoni fid-dettall tal-implimentazzjoni tal-miżuri kummerċjali awtonomi previsti f'dan ir-Regolament u għandu jinkludi, sa fejn ikun xieraq, valutazzjoni tal-impatt soċjali ta' dawn il-miżuri fl-Ukrajna u fl-Unjoni. L-informazzjoni dwar l-użu tal-kwoti tar-rati tariffarji relatati mal-agrikoltura għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni permezz tas-siti tal-Kummissjoni fuq l-internet. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 18 Proposta għal regolament Anness I – tabella 1 − ringiela 4 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 19 Proposta għal regolament Anness II – tabella 1 − ringiela 2 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
L-istatistika kummerċjali turi li l-kapaċità ta' esportazzjoni tal-industrija tal-Ukrajna f'dawn il-gruppi ta' prodotti diġà hija sostanzjali. X'aktarx appoġġ addizzjonali ma jipprovdi l-ebda impetu għad-diversifikazzjoni meħtieġa fl-esportazzjoni, u għalhekk mhuwiex rakkomandat. Il-kwota tariffarja fuq il-qamħ mill-Ukrajna tammonta għal 950 elf tunnellata filwaqt li f'dawn l-aħħar snin, l-importazzjoni effettiva lejn l-UE kienet ta' 3-4 miljun tunnellata fis-sena. Dan jixhed il-fatt li, anke mingħajr dazji preferenzjali, l-esportazzjoni tal-qamħ mill-Ukrajna diġà hija kompetittiva u tikkontribwixxi għall-prezzijiet baxxi tal-għelejjel fl-UE. Barra minn hekk, dan l-aħħar is-settur tal-ħdim tar-raba' fl-UE ntlaqat minn kriżijiet serji, li, flimkien mal-livelli ta' ħsad li qatt ma kienu daqstant baxxi, huma estremament inkwetanti fil-kuntest ta' diversi Stati Membri. Is-sitwazzjoni opposta (livelli ta' ħsad li qatt ma kienu dastant għoljin) qed tiġi osservata fi nħawi oħra tad-dinja (l-Istati Uniti, il-Kanada, il-Brażil, l-Arġentina). | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 20 Proposta għal regolament Anness IV – ringiela 3 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
L-istatistika kummerċjali turi li l-kapaċità ta' esportazzjoni tal-industrija tal-Ukrajna f'dawn il-gruppi ta' prodotti diġà hija sostanzjali. X'aktarx appoġġ addizzjonali ma jipprovdi l-ebda impetu għad-diversifikazzjoni meħtieġa fl-esportazzjoni, u għalhekk mhuwiex rakkomandat. Barra minn hekk, dan l-aħħar is-settur tal-ħdim tar-raba' fl-UE ntlaqat minn kriżijiet serji, li, flimkien mal-livelli ta' ħsad li qatt ma kienu daqstant baxxi, huma estremament inkwetanti fil-kuntest ta' diversi Stati Membri. Is-sitwazzjoni opposta (livelli ta' ħsad li qatt ma kienu dastant għoljin) qed tiġi osservata fi nħawi oħra tad-dinja (l-Istati Uniti, il-Kanada, il-Brażil, l-Arġentina). | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 21 Proposta għal regolament Anness II – tabella 1 − ringiela 3 | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
NOTA SPJEGATTIVA
Kuntest
Iż-Żona ta' Kummerċ Ħieles Approfondita u Komprensiva (DCFTA), pilastru ekonomiku u kummerċjali tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni (FA) bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ukrajna, ilu jiġi applikat b'mod provviżorju mill-1 ta' Jannar 2016. Id-DCFTA tistabbilixxi żona ta' kummerċ ħieles għall-kummerċ ta' prodotti fuq perjodu tranżitorju ta' massimu ta' għaxar snin.
Il-liberalizzazzjoni tariffarja fid-DCFTA mhijiex simetrika, minħabba li l-UE tnaqqas jew telimina d-dazji doganali tagħha iktar malajr mill-Ukrajna. Din il-liberalizzazzjoni asimetrika kienet bdiet qabel l-applikazzjoni tad-DCFTA, permezz tal-preferenzi kummerċjali unilaterali temporanji offruti taħt ir-Regolament (UE) Nru 374/2014 dwar it-tnaqqis jew l-eliminazzjoni ta' dazji doganali fuq oġġetti li joriġinaw mill-Ukrajna, li daħal fis-seħħ fit-23 ta' April 2014. Fl-2014, is-soluzzjoni li jingħataw miżuri kummerċjali awtonomi ġiet adottata fil-kuntest tas-sitwazzjoni estremament diffiċli fl-ambitu politiku, ekonomiku u ta' sigurtà fl-Ukrajna. Dawn il-miżuri kienu intenzjonati li jiskadu sa mhux aktar tard mill-1 ta' Novembru 2014, u sussegwentement ġew estiżi mir-Regolament ta' emenda. Il-miżuri kummerċjali awtonomi tilfu l-effett fl-1 ta' Jannar 2016, meta d-DCFTA bdiet tapplika b'mod provviżorju.
Il-proposta attwali tal-Kummissjoni qed titnieda flimkien ma' konċessjonijiet tal-UE taħt id-DCFTA li diġà huma fis-seħħ, minħabba s-sitwazzjoni ekonomika diffiċli li għadha tippersisti u l-isforzi ta' riforma ekonomika li saru mill-Ukrajna. Bi qbil mal-objettivi tal-FA, il-proposta timmira li żżid il-flussi kummerċjali eżistenti bejn l-UE u l-Ukrajna. Il-miżuri kummerċjali awtonomi li qed jiġu proposti jieħdu l-forma ta' kwoti b'rata tariffarja żero għall-qamħirrum, il-qamħ, ix-xgħir, il-ħafur, l-għasel naturali, il-meraq tal-għeneb u tat-tadam ipproċessat kif ukoll it-tneħħija parzjali jew sħiħa tad-dazji fuq l-importazzjoni (frontloading) għall-prodotti industrijali, pereżempju l-fertilizzanti, iż-żraben, il-prodotti tal-aluminju u l-makkinarju elettriku. Il-perjodu ta' applikazzjoni propost huwa ta' tliet snin.
Il-kwoti miżjuda għall-prodotti agrikoli qed jiġu proposti filwaqt li jitqies l-użu tal-kwoti taħt id-DCFTA. Mill-1 ta' Jannar 2016 sa Ġunju 2016, l-Ukrajna użat 100 % mill-kwota b'rata tariffarja żero disponibbli taħt id-DCFTA għall-għasel, iz-zokkor, iċ-ċereali midħunin b'mod oħxon, il-griebeb, il-ħbub, ix-xgħir u l-glutina, it-tadam ippreservat, il-meraq tal-għeneb u tat-tuffieħ, il-qamħ u l-qamħirrum. Minn dawn, qed jiġu proposti konċessjonijiet addizzjonali għaċ-ċereali, it-tadam ipproċessat, l-għasel u l-meraq tal-għeneb. Fl-istess ħin, il-kwota b'rata tariffarja żero intużat ftit jew xejn affattu fil-linji tariffarji l-oħra minħabba n-nuqqas ta' konformità mar-rekwiżiti sanitarji u fitosanitarji tal-UE (eż. il-biċċa l-kbira tal-prodotti tal-ħalib u tal-laħam). Il-parti l-kbira tal-konċessjonijiet għal prodotti industrijali qed jiġu proposti, inter alia, biex jappoġġaw lill-intrapriżi ta' daqs żgħir u medju u l-ħtieġa li jiġi kkumpensat it-telf tas-suq Russu. Fil-każ tal-fertilizzanti, il-ħtieġa għal tali miżuri tista' tiġi ġġustifikata mill-konċentrazzjoni tal-faċilitajiet ta' produzzjoni fil-Lvant tal-Ukrajna, parzjalment bħala riżultat tat-trasferiment tagħhom fir-reġjun ta' Donetsk.
Kuntest ekonomiku u politiku
Ir-rapporteur jirrikonoxxi li l-preferenzi addizzjonali lill-Ukrajna jistgħu jappoġġaw l-isforzi tagħha ta' rkupru ekonomiku u l-orjentazzjoni tas-swieq tagħha lejn l-UE. Tabilħaqq, minħabba l-kunflitt attwali fil-Lvant tal-Ukrajna, is-sanzjonijiet kummerċjali Russi, it-telfien konsegwenti tas-swieq fil-Lvant u l-ambjent ekonomiku globali sfavorevoli, l-Ukrajna qed tiffaċċja diffikultajiet ekonomiċi. Fl-2015, il-prodott domestiku gross naqas b'9,8 %, u s-sehem tal-kummerċ mar-Russja naqas għal 16 % fl-2015, meta mqabbel ma' 27,3 % fl-2013. Fl-2015, il-kummerċ bilaterali mal-UE naqas bi 13,1 % meta mqabbel ma' dak fl-2014. Attwalment, il-kummerċ tal-Ukrajna mal-UE qed jiżdied. Fil-perjodu minn Ottubru 2015 sa Settembru 2016 żdied b'7,5 % meta mqabbel mal-istess perjodu fl-2014 u l-2015. Madankollu, l-effetti tar-reċessjoni globali għadhom ma ġewx totalment megħluba.
Ir-rapporteur jilqa' l-estensjoni tal-miżuri restrittivi tal-UE kontra l-Federazzjoni Russa, li ġiet deċiża f'Ġunju u f'Settembru 2016. Huwa jaqbel mar-rakkomandazzjonijiet li saru matul ir-raba' laqgħa tal-Kumitat Parlamentari ta' Assoċjazzjoni UE-Ukrajna fi Kiev fl-20 u l-21 ta' Settembru 2016 li dawn il-miżuri jibqgħu fis-seħħ sakemm issir l-implimentazzjoni sħiħa tal-ftehimiet ta' Minsk u sakem l-integrità territorjali tal-Ukrajna terġa' lura għal kif kienet fi ħdan il-fruntieri internazzjonalment rikonoxxuti. Ir-rapporteur jenfasizza l-ħtieġa li l-UE żżomm pożizzjoni magħquda rigward din il-kwistjoni.
Preferenzi kummerċjali addizzjonali fil-kuntest tal-proċess ta' riforma
Ta' min ifaħħar lill-Ukrajna għall-isforzi tagħha biex twettaq riformi mingħajr preċedent. Madankollu, ir-riformi spiss iġibu wkoll diffikultajiet soċjoekonomiċi fuq żmien qasir; għalhekk huwa ġġustifikat li jiġi kkunsidrat appoġġ ulterjuri mill-UE lill-Ukrajna fil-forma ta' preferenzi kummerċjali addizzjonali. Fl-istess ħin, huwa kruċjali li jiġi żgurat li kwalunkwe miżura ta' appoġġ ssostni l-għanijiet tal-FA biex tinkiseb ekonomija tas-suq funzjonali fl-Ukrajna u tiġi integrata ulterjorment fis-suq intern tal-UE. Il-preferenzi addizzjonali għaldaqstant imisshom jiġu offruti meta jikkontribwixxu għad-diversifikazzjoni ekonomika tant meħtieġa u meta jkunu ta' appoġġ għas-settur tal-intrapriżi ta' daqs żgħir u medju. Diversament, ma jmisshomx jiġu offruti lill-produtturi li l-kapaċità tal-esportazzjoni tagħhom diġà ntwera li hija sostanzjali.
Filwaqt li l-preferenzi unilaterali jistgħu jagħtu spinta lil ċerti setturi fi żminijiet ta' diffikultà ekonomika, l-effetti fit-tul jistgħu jinkisbu biss bħala riżultat ta' riformi ġenwini, inklużi dawk li l-Ukrajna impenjat lilha nnifisha favurihom fil-kuntest tad-DCFTA u s-sħubija tagħha fid-WTO. Ċerti elementi irritanti, bħalma huma l-projbizzjoni fuq l-esportazzjoni ta' injam mhux ipproċessat u dawk relatati ma' kwistjonijiet fl-oqsma sanitarji u fitosanitarji għad iridu jiġu indirizzati, u għad trid tittieħed azzjoni konkreta biex jittejbu l-protezzjoni u l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali fl-Ukrajna.
Ir-Rapport Speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri dwar l-Ukrajna ppubblikat fis-7 ta' Diċembru 2016, jiġġustifika l-ħtieġa li jiġu intensifikati l-isforzi ta' riforma. Fil-valutazzjoni tagħha dwar l-effikaċja tal-għajnuna tal-UE fl-oqsma tal-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi, il-ġlieda kontra l-korruzzjoni u fis-settur tal-gass matul il-perjodu 2007-2015, il-QEA tikkonkludi li r-riżultati miksuba s'issa għadhom fraġli, minkejja l-impetu ġdid għar-riforma mill-2014. Ir-riżultati tal-miżuri kontra l-korruzzjoni għad iridu jinħassu.
It-trasparenza u l-validità tal-għażla ta' prodotti
Huwa ta' dispjaċir li, qabel is-sottomissjoni tal-proposta lil-leġiżlaturi, ma saret l-ebda valutazzjoni tal-impatt aġġornata jew konsultazzjoni formali mal-partijiet ikkonċernati, u ma kien hemm l-ebda analiżi disponibbli rigward il-benefiċċji ekonomiċi potenzjali għall-Ukrajna jew it-theddid potenzjali għall-produtturi fl-UE li jirriżultaw mill-inklużjoni tal-prodotti kkonċernati fl-Annessi.
Ir-rapporteur huwa mħasseb dwar il-fatt li, fil-memorandum ta' spjegazzjoni, il-Kummissjoni tirreferi għall-ftehimiet ta' kummerċ ħieles li kkonkludiet reċentement li pprovdew aċċess illimitat bla dazji għal uħud mill-prodotti agrikoli koperti minn din il-proposta. Ta' min jinnota li l-konċessjonijiet kummerċjali lill-Ukrajna huma asimmetriċi u li l-Ukrajna tvarja b'mod sinifikanti mis-sħab l-oħra f'termini ta' qrubija ġeografika mal-UE, u li l-ispejjeż tat-trasport ivarjaw konsiderevolment. Għal dawn ir-raġunijiet, mhuwiex xieraq li din il-proposta tiġi relatata bl-istess mod mal-ftehimiet ta' kummerċ ħieles l-oħra li ġew konklużi reċentement.
Huwa importanti li jinstab bilanċ ġust bejn l-għajnuna għall-Ukrajna fl-immedjat u dik fuq żmien twil. Għaldaqstant, fuq żmien twil, l-UE jmissha tiffoka fuq l-assistenza lill-Ukrajna f'oqsma bħalma huma l-istandards sanitarji u fitosanitarji, l-appoġġ għall-investiment fis-settur agrikolu u t-trawwim tal-liberalizzazzjoni tal-viżi.
OPINJONI tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (14.3.2017)
għall-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali
dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-introduzzjoni ta' miżuri kummerċjali awtonomi temporanji għall-Ukrajna li jissupplimentaw il-konċessjonijiet kummerċjali disponibbli skont il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni
(COM(2016)0631 – C8-0392/2016 – 2016/0308(COD))
Rapporteur għal opinjoni: Czesław Adam Siekierski
ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
Il-proposta inkwistjoni hija mmirata biex tissupplimenta l-preferenzi kummerċjali diġà mogħtija lill-Ukrajna fil-qafas taż-Żona ta' Kummerċ Ħieles Approfondita u Komprensiva (DCFTA) bi preferenzi kummerċjali awtonomi addizzjonali, l-aktar fis-settur agrikolu. Dawn il-preferenzi kummerċjali awtonomi jieħdu s-sura ta' żieda fil-kwoti tariffarji annwali diġà stabbiliti skont id-DCFTA fil-proporzjon ta' 50 % għal ċerti prodotti (meraq tal-għeneb, tadam ipproċessat, għasel) u 100 % għal oħrajn (qamħirrum, qamħ, xgħir, ħafur, xgħir mitħun oħxon u ċereali oħra mitħuna ħoxna). Dawn hemm il-ħsieb li jidħlu fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tar-regolament f'Il-Ġurnal Uffiċjali u jkunu japplikaw għal tliet snin.
Meta tkun qed taqra l-Memorandum ta' Spjegazzjoni mehmuża ma' din il-proposta, ma tistax ma tintlaqatx mill-ġustifikazzjoni dgħajfa ħafna mogħtija għal dak li ovvjament jeħtieġ li jitqies bħala inizjattiva kompletament politika. Issir referenza għas-"sitwazzjoni ekonomika diffiċli fl-Ukrajna" u għall-ħtieġa li "jiżdiedu l-flussi tal-kummerċ eżistenti li jikkonċernaw l-importazzjoni ta' ċerti prodotti agrikoli mill-Ukrajna lejn l-Unjoni, u biex titrawwem il-kooperazzjoni kummerċjali u ekonomika bilaterali mal-Unjoni" mingħajr ma tingħata spjegazzjoni, madankollu, għaliex il-preferenzi kummerċjali diġà mogħtija lill-Ukrajna fl-ambitu tad-DCFTA diġà jidhru insuffiċjenti fi żmien daqshekk qasir wara d-dħul fis-seħħ provviżorju ta' din tal-aħħar (1 ta' Jannar 2016) u għalfejn huwa leġittimu li jingħataw tali preferenzi kummerċjali addizzjonali mingħajr l-ebda kontroparti mingħand is-sieħba kummerċjali inkwistjoni.
Jerġa' aktar inkwetanti huwa l-argument li "negozjati ta' kummerċ ħieles reċenti konklużi mill-Unjoni Ewropea (b'mod partikolari mal-Kolombja u mal-Perù, u mal-Amerka Ċentrali, mal-Vjetnam u mal-Kanada) diġà taw aċċess illimitat ta' eżenzjoni mid-dazju għal ċerti prodotti agrikoli koperti minn dan ir-Regolament" li huwa ppreżentat mill-Kummissjoni bħala ġustifikazzjoni l-għala tali preferenzi kummerċjali addizzjonali għandhom jingħataw lill-Ukrajna. Ir-Rapporteur għal opinjoni tagħkom jixtieq jenfasizza kemm huwa perikoluż approċċ bħal dan meta jiġi applikat għal setturi sensittivi tal-agrikoltura fi żmien meta dan il-Kumitat jinsab leġittimament imħasseb dwar l-impatt kumulattiv li għandhom l-ftehimiet kummerċjali fuq l-agrikoltura (li kien is-suġġett ta' studju reċenti li sar miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka tal-UE). Tkun xi tkun, għalhekk, il-pożizzjoni li l-Parlament eventwalment se jieħu dwar il-proposta inkwistjoni, huwa ssuġġerit li għandu jintbagħat messaġġ qawwi lill-Kumitat INTA u lill-Kummissjoni li l-Kumitat AGRI ma jaċċettax dan it-tip ta' għaġla mferfxa għamja lejn il-liberalizzazzjoni tat-tariffi fl-agrikoltura minn dawk tagħna li jfasslu l-politika kummerċjali u min-negozjaturi tagħna.
Fir-rigward tal-impatt tal-preferenzi kummerċjali fuq is-setturi ta' produzzjoni korrispondenti fl-UE, huwa deplorabbli u inaċċettabbli wkoll li, fil-każ preżenti, ma saret l-ebda valutazzjoni tal-impatt sempliċement għax "Minħabba s-sitwazzjoni ekonomika diffiċli fl-Ukrajna, huwa importanti li r-Regolament jidħol fis-seħħ mill-aktar fis possibbli". Dan, skont il-fehma tar-Rapporteur għal opinjoni tagħkom, għandu jitqies bħala eżempju ieħor ta' kemm il-Kummissjoni qed tittratta ħafif ħafif din il-kwistjoni tal-effetti negattivi tal-liberalizzazzjoni tal-kummerċ fuq setturi sensittivi tal-agrikoltura fl-UE.
Dwar is-sustanza, il-preferenzi kummerċjali awtonomi proposti huma mmirati lejn xi setturi sensittivi ħafna tal-agrikoltura tal-UE li reċentement intlaqtu minn kriżijiet serji u sofrew impatt negattiv mill-embargo Russu, bħalma huma l-frott, il-ħaxix u ċ-ċereali, u ma setgħux isiru fi żmien agħar. Il-kriżi fis-settur taċ-ċereali, b'mod partikolari, kienet is-suġġett ta' dibattitu fil-Kumitat AGRI fit-12 ta' Ottubru 2016, b'kampanja tal-2016-2017 li kienet meqjusa bħala estremament inkwetanti f'għadd ta' Stati Membri, flimkien ma' ħsad eċċezzjonalment baxx (-20 % fi Franza u fil-Ġermanja, - 30 % fir-Rumanija u l-Bulgarija) u prezzijiet eċċezzjonalment baxxi minħabba sitwazzjoni opposta (livell għoli rekord) f'partijiet oħra tad-dinja (l-Istati Uniti, il-Kanada, il-Brażil, l-Arġentina).
Minkejja d-diffikultajiet politiċi u ekonomiċi li għaddejja minnhom bħalissa l-Ukrajna, dan il-pajjiż ġar tal-UE jibqa' produttur taċ-ċereali kompetittiv u importanti ħafna u diġà jgawdi minn bilanċ kummerċjali favorevoli sinifikanti mal-Komunità tagħna għal dawn il-produzzjonijiet ('il fuq minn 100 miljun euro fl-2015). Jerġa', barra minn hekk, id-data disponibbli turi li d-dazji applikati mill-UE barra mill-kwoti tariffarji ma joħolqux problema għall-importazzjoni mill-Ukrajna u, sa ċertu punt, kulma jagħmlu hu li lill-prezzijiet għall-prodotti agroalimentari tal-Ukrajna ma jħalluhomx jitbaxxew wisq. Minkejja dan, u skont tqabbil tal-prezzijiet taċ-ċereali fl-Istati Membri tal-UE, jidher li dawn huma l-aktar baxxi fil-pajjiżi li huma ġirien diretti mal-Ukrajna.
L-Ukrajna tagħmel użu sħiħ (100 %) tal-kwoti tariffarji diġà mogħtija u hija mistennija li bl-istess mod tagħmel użu sħiħ tal-preferenzi kummerċjali awtonomi l-ġodda li ġew proposti mill-Kummissjoni. Ir-Rapporteur għal opinjoni tagħkom jesprimi t-tħassib tiegħu li destabbilizzazzjoni potenzjali tas-sitwazzjoni fuq is-swieq agrikoli tal-UE skattata minn preferenzi kummerċjali awtonomi addizzjonali għall-Ukrajna tista' twassal biex jiżdied is-sentiment negattiv għall-iżviluppar ta' proċessi ta' integrazzjoni ma' dan il-pajjiż.
F'dawn iċ-ċirkustanzi, u bil-ħsieb li jiġi evitat li tkompli tiħrax it-tbatija li diġà qed isofru l-produtturi tal-UE fis-setturi l-aktar affettwati mill-importazzjonijiet preferenzjali addizzjonali mill-Ukrajna, ir-Rapporteur għal opinjoni tagħkom qed jirrakkomanda li jitħallew barra l-kwoti tariffarji proposti għall-qamħ, għall-qamħirrum u għat-tadam ippreparat jew ippreservat mod ieħor milli bil-ħall jew bl-aċtu aċetiku, elenkati fl-Annessi I u II.
Fl-aħħar nett, jekk il-Kumitat INTA jew il-Plenarja jiddeċiedu li jinjoraw din ir-rakkomandazzjoni, huwa ssuġġerit li, bħala minimu, dan ma għandux isir qabel ma tkun intalbet u nkisbet mingħand il-Kummissjoni valutazzjoni tal-impatt xierqa tal-miżuri inkwistjoni.
EMENDI
Il-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali jistieden lill-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:
Emenda 1 Proposta għal regolament Artikolu 1 – paragrafu 3 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
3. Il-kwoti tariffarji għal prodotti agrikoli speċifiċi msemmija fl-Anness II għandhom jiġu amministrati mill-Kummissjoni skont ir-regoli stabbiliti skont l-Artikolu 184 tar- Regolament (UE) Nru 1308/2013. |
3. Il-kwoti tariffarji għal prodotti agrikoli speċifiċi msemmija fl-Anness II għandhom jiġu amministrati mill-Kummissjoni skont ir-regoli stabbiliti skont l-Artikolu 184 tar- Regolament (UE) Nru 1308/2013. Għall-fini li jiġu stabbiliti l-pjanijiet ta’ implimentazzjoni u l-arranġamenti għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni, ir-rappurtar onlajn dwar l-utilizzazzjoni tal-kwoti tariffarji relatati mal-agrikoltura għandu jkun disponibbli permezz ta’ siti web dedikati tal-Kummissjoni. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 2 Proposta għal regolament Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(ca) ir-rispett tal-prinċipji previsti mill-Artikolu 3 tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni, inkluża l-ġlieda kontra l-korruzzjoni. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 3 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 1 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
1. Meta prodott li joriġina fl-Ukrajna huwa importat fuq termini li jikkawżaw, jew jheddu li jikkawżaw, diffikultajiet serji għal produttur tal-Komunità għal prodotti simili jew li jikkompetu direttament, id-dazji tat-Tariffa Doganali Komuni fuq prodott simili jistgħu jerġgħu jiġu introdotti f’kull ħin mill-Kunsill li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni. |
1. Meta prodott li joriġina fl-Ukrajna huwa importat fuq termini li jikkawżaw, jew jheddu li jikkawżaw, diffikultajiet serji għal produttur tal-Komunità għal prodotti simili jew li jikkompetu direttament, id-dazji tat-Tariffa Doganali Komuni fuq prodott simili jistgħu jerġgħu jiġu introdotti f’kull ħin mill-Kunsill li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi sistema biex timmonitorja l-volumi li għalihom ikunu ngħataw konċessjonijiet, marbuta mal-livelli tal-prezzijiet fis-swieq interni tal-prodotti kkonċernati, ħalli jekk dawk is-swieq jiddeterjoraw u produttur tal-Unjoni jkollu xi problemi, it-tariffa doganali komuni tkun tista’ tiġi stabbilita mill-ġdid b'mod immedjat. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 4 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 2 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
2. Fuq talba ta’ Stat Membru jew fuq inizjattiva tal-Kummissjoni, il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni formali biex tibda investigazzjoni fi ħdan perjodu ta’ żmien raġonevoli. Fejn il-Kummissjoni tiddeċiedi li tagħti bidu għal investigazzjoni, din għandha tippubblika avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea li jħabbar l-investigazzjoni. L-avviż għandu jipprovdi taqsira tal-informazzjoni riċevuta u jiddikjara li kwalunkwe informazzjoni rilevanti għandha tintbagħat lill-Kummissjoni. Għandu jispeċifika l-perjodu, li m'għandux jaqbeż l-erba’ xhur mid-data tal-pubblikazzjoni tal-avviż, li fih il-partijiet interessati jistgħu jikkomunikaw l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub. |
2. Fuq talba ta’ Stat Membru jew fuq inizjattiva tal-Kummissjoni, il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni formali biex tibda investigazzjoni fi ħdan perjodu ta’ żmien raġonevoli. Fejn il-Kummissjoni tiddeċiedi li tagħti bidu għal investigazzjoni, din għandha tippubblika avviż f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea li jħabbar l-investigazzjoni. L-avviż għandu jipprovdi taqsira tal-informazzjoni riċevuta u jiddikjara li kwalunkwe informazzjoni rilevanti għandha tintbagħat lill-Kummissjoni. Għandu jispeċifika l-perjodu, li m'għandux jaqbeż ix-xahrejn mid-data tal-pubblikazzjoni tal-avviż, li fih il-partijiet interessati jistgħu jikkomunikaw l-opinjonijiet tagħhom bil-miktub. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 5 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 4 – inċiż 2a (ġdid) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
– l-istandards ambjentali | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 6 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 5 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
5. L-investigazzjoni għandha titlesta fi żmien sitt xhur wara l-pubblikazzjoni tal-avviż imsemmi fil-paragrafu 2. Il-Kummissjoni tista', f’każ ta’ ċirkostanzi eċċezzjonali, testendi dan il-perjodu skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 5. |
5. L-investigazzjoni għandha titlesta fi żmien erba' xhur wara l-pubblikazzjoni tan-notifika msemmija fil-paragrafu 2. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 7 Proposta għal regolament Artikolu 4 – paragrafu 7 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
7. Fejn ċirkostanzi eċċezzjonali li jeħtieġu azzjoni immedjata jagħmluha impossibbli ssir investigazzjoni, il-Kummissjoni tista’, wara li tinforma lill-Kumitat, tieħu kwalunkwe miżura preventiva li hi strettament neċessarja. |
7. Il-Kummissjoni tista’, wara li tinforma lill-Kumitat, tieħu kwalunkwe miżura preventiva li hija strettament meħtieġa. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 8 Proposta għal regolament Artikolu 4a (ġdid) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Artikolu 4a | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Rieżami ta' nofs it-terminu | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
1. Il-Kummissjoni għandha twettaq valutazzjoni tal-impatt li dan ir-Regolament ikollu fuq is-suq tal-Unjoni għall-prodotti elenkati fl-Annessi I u II, minn meta jidħol fis-seħħ, u għandha tippreżenta il-konklużjonijiet ta’ dik il-valutazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
2. Jekk id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament jinstabu li jaffettwaw is-suq tal-Unjoni għall-prodotti elenkati fl-Annessi I u II, il-Kummissjoni tista', permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tintroduċi miżuri ta’ kumpens għall-produtturi tal-Unjoni milquta miż-żarmar tat-tariffi għal kwalunkwe wieħed minn dawk il-prodotti. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 5(2). | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ġustifikazzjoni | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Il-ħeffa li biha dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ ma żżommx lill-Kummissjoni milli twettaq valutazzjoni tal-impatt li dawn il-miżuri se jkollhom fuq is-swieq tal-UE u milli taġixxi bl-istess rapidità biex tikkumpensa lill-produtturi Ewropej fejn meħtieġ. | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 9 Proposta għal regolament Artikolu 6 – paragrafu 2a (ġdid) | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
2a. Fejn jiġi kkunsidrat it-tiġdid tal-miżuri msemmija f’dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha teżamina mill-ġdid l-impatt tagħhom qabel tmiem il-perjodu ta’ tliet snin imsemmi fil-paragrafu 2, u għandha tressaq proposta leġislattiva jekk ikun xieraq. | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 10 Proposta għal regolament Anness I – tabella 1 − ringiela 4 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 11 Proposta għal regolament Anness II – tabella 1 − ringiela 2 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 12 Proposta għal regolament Anness II – tabella 1 − ringiela 3 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
| ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Emenda 13 Proposta għal regolament Anness II – tabella 1 − ringiela 4 – kolonna 3 | ||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Test propost mill-Kummissjoni |
Emenda | |||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
350 000 tunnellata/sena |
50 000 tunnellata/sena |
PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI
Titolu |
L-introduzzjoni ta' miżuri kummerċjali awtonomi temporanji għall-Ukrajna li jissupplimentaw il-konċessjonijiet kummerċjali disponibbli skont il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni |
||||
Referenzi |
COM(2016)0631 – C8-0392/2016 – 2016/0308(COD) |
||||
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
INTA 6.10.2016 |
|
|
|
|
Opinjoni mogħtija minn Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
AGRI 6.10.2016 |
||||
Rapporteur għal opinjoni Data tal-ħatra |
Czesław Adam Siekierski 12.10.2016 |
||||
Data tal-adozzjoni |
13.3.2017 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
19 9 16 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
John Stuart Agnew, Clara Eugenia Aguilera García, Eric Andrieu, Richard Ashworth, José Bové, Daniel Buda, Nicola Caputo, Matt Carthy, Viorica Dăncilă, Michel Dantin, Paolo De Castro, Jean-Paul Denanot, Albert Deß, Diane Dodds, Jørn Dohrmann, Herbert Dorfmann, Norbert Erdős, Edouard Ferrand, Luke Ming Flanagan, Beata Gosiewska, Martin Häusling, Anja Hazekamp, Esther Herranz García, Jan Huitema, Peter Jahr, Ivan Jakovčić, Jarosław Kalinowski, Elisabeth Köstinger, Zbigniew Kuźmiuk, Philippe Loiseau, Mairead McGuinness, Nuno Melo, Ulrike Müller, James Nicholson, Maria Noichl, Marijana Petir, Bronis Ropė, Maria Lidia Senra Rodríguez, Ricardo Serrão Santos, Czesław Adam Siekierski, Tibor Szanyi, Marco Zullo |
||||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Bas Belder, Franc Bogovič, Rosa D’Amato, Angélique Delahaye, Fredrick Federley, Jens Gieseke, Julie Girling, Michela Giuffrida, Maria Heubuch, Karin Kadenbach, Manolis Kefalogiannis, Norbert Lins, Gabriel Mato, Anthea McIntyre, Susanne Melior, Momchil Nekov, Annie Schreijer-Pierik, Hannu Takkula |
||||
VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI
19 |
+ |
|
ECR |
Richard Ashworth, Beata Gosiewska, Zbigniew Kuźmiuk, James Nicholson |
|
NI |
Diane Dodds |
|
PPE |
Daniel Buda, Michel Dantin, Albert Deß, Herbert Dorfmann, Norbert Erdős, Esther Herranz García, Peter Jahr, Jarosław Kalinowski, Elisabeth Köstinger, Mairead McGuinness, Nuno Melo, Marijana Petir, Czesław Adam Siekierski |
|
S&D |
Paolo De Castro |
|
9 |
- |
|
ALDE |
Jan Huitema, Ivan Jakovčić, Ulrike Müller |
|
ECR |
Jørn Dohrmann |
|
EFDD |
Rosa D'Amato, Marco Zullo |
|
ENF |
Edouard Ferrand, Philippe Loiseau |
|
S&D |
Momchil Nekov |
|
16 |
0 |
|
EFDD |
John Stuart Agnew |
|
GUE/NGL |
Matt Carthy, Luke Ming Flanagan, Anja Hazekamp, Maria Lidia Senra Rodríguez |
|
S&D |
Clara Eugenia Aguilera García, Eric Andrieu, Nicola Caputo, Jean-Paul Denanot, Viorica Dăncilă, Maria Noichl, Ricardo Serrão Santos, Tibor Szanyi |
|
Verts/ALE |
Maria Heubuch, Martin Häusling, Bronis Ropė |
|
Tifsira tas-simboli użati:
+ : favur
- : kontra
0 : astensjoni
PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
Titolu |
L-introduzzjoni ta’ miżuri kummerċjali awtonomi temporanji għall-Ukrajna li jissupplimentaw il-konċessjonijiet kummerċjali disponibbli skont il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni |
||||
Referenzi |
COM(2016)0631 – C8-0392/2016 – 2016/0308(COD) |
||||
Data meta ġiet ippreżentata lill-PE |
29.9.2016 |
|
|
|
|
Kumitat responsabbli Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
INTA 6.10.2016 |
|
|
|
|
Kumitati mitluba jagħtu opinjoni Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja |
BUDG 6.10.2016 |
AGRI 6.10.2016 |
|
|
|
Opinjoni(jiet) mhux mogħtija Data tad-deċiżjoni |
BUDG 10.10.2016 |
|
|
|
|
Rapporteurs Data tal-ħatra |
Jarosław Wałęsa 12.10.2016 |
|
|
|
|
Eżami fil-kumitat |
29.11.2016 |
24.1.2017 |
20.3.2017 |
|
|
Data tal-adozzjoni |
4.5.2017 |
|
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni finali |
+: –: 0: |
31 4 3 |
|||
Membri preżenti għall-votazzjoni finali |
Laima Liucija Andrikienė, Maria Arena, Tiziana Beghin, David Borrelli, Daniel Caspary, Salvatore Cicu, Santiago Fisas Ayxelà, Heidi Hautala, Yannick Jadot, Bernd Lange, David Martin, Anne-Marie Mineur, Sorin Moisă, Franz Obermayr, Franck Proust, Tokia Saïfi, Marietje Schaake, Helmut Scholz, Joachim Schuster, Adam Szejnfeld, Hannu Takkula |
||||
Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali |
Eric Andrieu, Bendt Bendtsen, Dita Charanzová, Edouard Ferrand, Danuta Maria Hübner, Agnes Jongerius, Stelios Kouloglou, Sander Loones, Bolesław G. Piecha, Fernando Ruas, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Pedro Silva Pereira, Jarosław Wałęsa |
||||
Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali |
Beatriz Becerra Basterrechea, Edward Czesak, Danuta Jazłowiecka, Marco Zanni |
||||
Data tat-tressiq |
10.5.2017 |
||||
VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI
30 |
+ |
|
ALDE |
Beatriz Becerra Basterrechea, Dita Charanzová, Marietje Schaake, Hannu Takkula |
|
ECR |
Edward Czesak, Sander Loones, Bolesław G. Piecha |
|
EFDD |
Tiziana Beghin, David Borrelli |
|
GUE/NGL |
Helmut Scholz |
|
PPE |
Laima Liucija Andrikienė, Bendt Bendtsen, Daniel Caspary, Salvatore Cicu, Santiago Fisas Ayxelà, Danuta Maria Hübner, Franck Proust, Fernando Ruas, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Tokia Saïfi, Adam Szejnfeld, Jarosław Wałęsa |
|
S&D |
Eric Andrieu, Maria Arena, Agnes Jongerius, Bernd Lange, David Martin, Sorin Moisă, Joachim Schuster, Pedro Silva Pereira |
|
4 |
- |
|
ENF |
Edouard Ferrand, Franz Obermayr, Marco Zanni |
|
GUE/NGL |
Anne-Marie Mineur |
|
3 |
0 |
|
GUE/NGL |
Stelios Kouloglou |
|
VERTS/ALE |
Heidi Hautala, Yannick Jadot |
|
Tifsira tas-simboli użati:
+ : favur
- : kontra
0 : astensjoni