Proċedura : 2017/2003(INI)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0195/2017

Testi mressqa :

A8-0195/2017

Dibattiti :

PV 14/06/2017 - 20
CRE 14/06/2017 - 20

Votazzjonijiet :

PV 15/06/2017 - 7.6
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2017)0271

RAPPORT     
PDF 1002kWORD 104k
11.5.2017
PE 595.756v02-00 A8-0195/2017

dwar aġenda Ewropea għall-ekonomija kollaborattiva

(2017/2003(INI))

Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur

Rapporteur: Nicola Danti

Rapporteur għall-opinjoni(*):

Joachim Schuster, Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

Dario Tamburrano, Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

(*)  Kumitat assoċjat – Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 ANNESS: LISTA TA' ENTITAJIET JEW PERSUNI LI MINGĦANDHOM IR-RAPPORTEUR IRĊIEVA INPUT
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija
 OPINJONI tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu
 INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar aġenda Ewropea għall-ekonomija kollaborattiva

(2017/2003(INI))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta' Jannar 2016 dwar Lejn Att dwar is-Suq Uniku Diġitali(1),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta' Mejju 2016 dwar l-Istrateġija għas-Suq Uniku(2),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta' Novembru 2016 fuq opportunitajiet ġodda għal negozji żgħar ta' trasport, inkluż mudelli ta' negozju kollaborattivi(3),

–  wara li kkunsidra l-Grupp ta' Ħidma ta' Livell Għoli tal-Kunsill dwar il-laqgħa dwar il-Kompetittività u t-Tkabbir tat-12 ta' Settembru 2016 u tad-dokument ta' diskussjoni tal-Presidenza(4),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta' Ġunju 2016 dwar Aġenda Ewropea għall-ekonomija kollaborattiva (COM(2016)0356),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta' Mejju 2016 dwar il-Pjattaformi Online u s-Suq Uniku Diġitali Opportunitajiet u Sfidi għall-Ewropa (COM(2016)0288),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta' Ottubru 2015 intitolata "Naġġornaw is-Suq Uniku: opportunitajiet aktar għaċ-ċittadini u għan-negozji" (COM(2015)0550),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' Mejju 2015 dwar Strateġija għal Suq Uniku Diġitali għall-Ewropa 2015 (COM(2015)0192),

–  wara li kkunsidra l-Kunsill Kompetittività tad-29 ta' Settembru 2016 u l-eżitu tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern ("Direttiva dwar is-Servizzi")(5),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern ("Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku")(6),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2005 dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ("Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali")(7) ,

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2009/136/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 li temenda d-Direttiva 2002/22/KE dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma' networks u servizzi ta' komunikazzjonijiet elettroniċi, id-Direttiva 2002/58/KE dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 dwar il-koperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi ("Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Konsumatur")(8),

–  wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni tal-25 ta' Mejju 2016 dwar gwida fir-rigward tal-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali (UCPD) (SWD(2016)0163),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE ("Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data")(9),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tas-7 ta' Diċembru 2016 bit-titolu "L-ekonomija kollaborattiva u l-pjattaformi onlajn: viżjoni komuni tal-bliet u r-reġjuni"(10),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-15 ta' Diċembru 2016 dwar l-ekonomija kollaborattiva(11),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0195/2017),

A.  billi l-ekonomija kollaborattiva esperjenzat tkabbir rapidu fis-snin reċenti, f'termini ta' utenti, tranżazzjonijiet u dħul, bi tfassil mill-ġdid ta' kif il-prodotti u s-servizzi jiġu pprovduti u bi sfida għall-mudelli ta' negozju stabbiliti sew f'bosta oqsma;

B.  billi l-ekonomija kollaborattiva għandha benefiċji soċjali għaċ-ċittadini tal-UE;

C.  billi l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs) jikkostitwixxu l-mutur ewlieni tal-ekonomija Ewropea u, skont iċ-ċifri tal-2014, jirrappreżentaw 99.8 % tal-impriżi kollha li mhumiex parti mis-settur finanzjarju u li jfisser tnejn minn kull tliet impjiegi;

D.  billi 1,7 % biss tal-impriżi tal-UE jagħmlu użu sħiħ mit-teknoloġiji diġitali avvanzati, filwaqt li 41 % ma jużawhom xejn; billi d-diġitalizzazzjoni tas-setturi kollha hija kruċjali sabiex il-kompetittività tal-UE tinżamm u tissaħħaħ;

E.  billi studju reċenti tal-Kummissjoni juri li 17 % tal-konsumaturi Ewropej użaw servizzi pprovduti mill-ekonomija kollaborattiva, u 52 % huma konxji tas-servizzi offruti(12);

F.  billi ma hemm l-ebda statistika uffiċjali dwar il-volum ta' impjiegi fl-ekonomija kollaborattiva;

G.  billi l-ekonomija kollaborattiva toffri possibilitajiet għaż-żgħażagħ, il-migranti, il-ħaddiema part-time u l-anzjani li jaċċessaw is-suq tax-xogħol;

H.  billi mudelli tal-ekonomija kollaborattiva jistgħu jgħinu biex jagħtu spinta lill-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol u fl-ekonomija, billi jipprovdu opportunitajiet għal forom flessibbli ta' intraprenditorija u impjieg;

I.  billi, filwaqt li l-komunikazzjoni reċenti tal-Kummissjoni dwar aġenda Ewropea għall-ekonomija kollaborattiva tippreżenta punt ta' tluq tajjeb għall-promozzjoni u r-regolamentazzjoni ta' dan is-settur b'mod effettiv, hemm ħtieġa li tiġi inkorporata l-perspettiva tal-ugwaljanza bejn is-sessi u jiġu riflessi d-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni rilevanti kontra d-diskriminazzjoni fil-kuntest ta' analiżi u rakkomandazzjonijiet ulterjuri f'dan il-qasam;

J.  billi l-promozzjoni tal-ġustizzja u l-protezzjoni soċjali, kif definit fl-Artikolu 3 tat-Trattar dwar l-Ujoni Ewropea u l-Artikolu 9 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewerpea, hija wkoll objettiv tas-suq intern tal-UE;

Kunsiderazzjonijiet ġenerali

1.  Jilqa' l-komunikazzjoni dwar aġenda Ewropea għall-ekonomija kollaborattiva, u jenfasizza li din għandha tirrappreżenta l-ewwel pass lejn strateġija tal-UE bbilanċjata sew, aktar komprensiva u ambizzjuża dwar l-ekonomija kollaborattiva;

2.  Jemmen li, jekk tiġi żviluppata b'mod responsabbli, l-ekonomija kollaborattiva se toħloq opportunitajiet sinifikanti għaċ-ċittadini u l-konsumaturi, li jibbenefikaw minn kompetizzjoni msaħħa, servizzi speċjalizzati, għażla akbar u prezzijiet aktar baxxi; jissottolinja li t-tkabbir f'dan is-settur hu mmexxi mill-konsumatur u jippermetti li l-konsumaturi jkollhom rwol aktar attiv;

3.  Jenfasizza l-ħtieġa li n-negozji jitħallew jikbru bit-tneħħija tal-ostakli, tad-dupplikazzjoni u tal-frammentazzjoni li jfixklu l-iżvilupp transfruntier;

4.  Jinkoraġġixxi lill-Istati Membri jipprovdu ċarezza legali u ma jqisux l-ekonomija kollaborattiva bħala theddida għall-ekonomija tradizzjonali; jenfasizza l-importanza li tkun regolata l-ekonomija kollaborattiva b'mod li tiffaċilita u tippermetti aktar milli tirrestrinġi;

5.  Jaqbel li l-ekonomija kollaborattiva tiġġenera opportunitajiet intraprenditorjali ġodda u interessanti, impjiegi u tkabbir, u sikwit jista' jkollha rwol importanti biex is-sistema ekonomika tagħmilha mhux biss aktar effiċjenti, iżda wkoll soċjalment u ambjentalment sostenibbli, b'hekk ikun hemm allokazzjoni aħjar tar-riżorsi u tal-assi li mod ieħor kieku ma jintużawx biżżejjed u għalhekk tikkontribwixxi għat-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari;

6.  Jagħraf, fl-istess ħin, li l-ekonomija kollaborattiva jista' jkollha impatt sinifikanti fuq il-mudelli ta' negozju li ilhom stabbiliti f'ħafna setturi strateġiċi bħat-trasport, l-akkomodazzjoni, l-industrija tar-ristoranti, is-servizzi, il-bejgħ bl-imnut u l-finanzi; jifhem l-isfidi marbuta ma' standards legali differenti għal atturi ekonomiċi simili; jemmen li l-ekonomija kollaborattiva tagħti s-setgħa lill-konsumaturi, toffri opportunitajiet ta' impjiegi ġodda u għandha l-potenzjal li tiffaċilita l-konformità fiskali, imma madankollu, jenfasizza, l-importanza li jkun żgurat livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur, li d-drittjiet tal-ħaddiema jkunu kompletament rispettati u li tkun żgurata konformità tat-taxxa; jirrikonoxxi li l-ekonomija kollaborattiva taffettwa kemm l-ambjent urban kif ukoll dak rurali;

7.  Jirrimarka li n-nuqqas ta' ċarezza fost l-imprendituri, il-konsumaturi u l-awtoritajiet dwar kif jiġu applikati r-regolamenti f'xi oqsma u b'hekk il-ħtieġa li jkunu indirizzati oqsma regolatorji ambigwi, u jinsab imħasseb dwar ir-riskju ta' frammentazzjoni tas-suq uniku; jinsab konxju li, jekk ma jkunux regolati kif xieraq, dawn il-bidliet jistgħu jirriżultaw f'inċertezza legali dwar ir-regoli u r-restrizzjonijiet applikabbli fl-eżerċitar tad-drittijiet individwali u l-protezzjoni tal-konsumaturi; jemmen li r-regolament jeħtieġ li jkun idoneu għall-għan li maħsub għalih fl-era diġitali u jinsab ferm imħasseb dwar l-impatt negattiv tal-inċertezza legali u tal-kumplessità tar-regoli dwar negozji ġodda Ewropej u organizzazzjonijiet mingħajr skop ta' qligħ involuti fl-ekonomija kollaborattiva;

8.  Iqis li l-iżvilupp ta' ambjent legali dinamiku, ċar u, fejn xieraq, armonizzat u l-istabbiliment ta' kundizzjonijiet ugwali hi prekundizzjoni essenzjali biex l-ekonomija kollaborattiva tiffjorixxi fl-UE;

L-ekonomija kollaborattiva fl-UE

9.  Jenfasizza l-ħtieġa li l-ekonomija kollaborattiva titqies mhux biss bħala ġabra ta' mudelli godda ta' negozju li toffri prodotti u servizzi iżda wkoll bħala forma ġdida ta' integrazzjoni bejn l-ekonomija u s-soċjetà fejn is-servizzi offruti jkunu bbażati fuq varjetà wiesgħa ta' relazzjonijiet li jintegraw ir-relazzjonijiet ekonomiċi ma' dawk soċjali u joħolqu forom ġodda ta' komunità u mudelli ġodda ta' negozju;

10.  Jinnota l-fatt li l-ekonomija kollaborattiva fl-Ewropa għandha xi karatteristiċi speċifiċi, li jirriflettu wkoll l-istruttura tan-negozju Ewropew, magħmula prinċipalment minn SMEs u mikro-intrapriżi; jenfasizza l-ħtieġa li jkun żgurat ambjent tan-negozju fejn pjattformi kollaborattivi jkunu jistgħu jikbru u jkunu ferm kompetittivi fis-suq globali;

11.  Jinnota li l-imprendituri Ewropej juru tendenza qawwija li joħolqu pjattaformi kollaborattivi għal skopijiet soċjali, u jagħraf li qed jikber dejjem aktar l-interess fl-ekonomija kollaborattiva abbażi ta' mudelli ta' negozju kooperattiv;

12.  Jenfasizza l-importanza li tiġi evitata kwalunkwe forma ta' diskriminazzjoni, sabiex jingħata aċċess effettiv u ugwali għal servizzi kollaborattivi;

13.  Iqis li dawk is-servizzi offruti fi ħdan l-ekonomija kollaborattiva li huma rreklamati pubblikament u offruti għal profitt jaqgħu taħt il-mandat tad-Direttiva tal-Kunsill 2004/113/KE li timplimenta l-prinċipju ta' trattament ugwali bejn l-irġiel u n-nisa fl-aċċess għal u l-provvista ta' merkanzija u servizzi u għandhom, għaldaqstant, ikunu konsistenti mal-prinċipju ta' trattament ugwali tan-nisa u l-irġiel;

Qafas regolatorju tal-UE: pari, konsumaturi, pjattaformi kollaborattivi

14.  Jirrikonoxxi li filwaqt li ċertu partijiet tal-ekonomija kollaborattiva huma koperti mir-regolament, inkluż fil-livell lokali u nazzjonali, partijiet oħra jistgħu jaqgħu f'oqsma regolatorji ambigwi għaliex mhux dejjem hu ċar liema regolament tal-UE japplika, b'hekk dan jikkawża differenzi sinifikanti fost l-Istati Membri minħabba regolamenti nazzjonali, reġjonali u lokali kif ukoll il-każistika, b'hekk jiġi frammentat is-Suq Uniku;

15.  Jilqa' l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tindirizza l-frammentazzjoni attwali, iżda jiddispjaċih li l-komunikazzjoni tagħha ma ġabitx biżżejjed ċarezza dwar l-applikabbiltà tal-leġiżlazzjoni eżistenti tal-UE għal mudelli differenti ta' ekonomija kollaborattiva; jenfasizza l-ħtieġa li l-Istati Membri jsaħħu l-infurzar tal-leġiżlazzjoni eżistenti, u jistieden lill-Kummissjoni tfassal qafas ta' infurzar li jappoġġja l-Istati Membri fl-isforzi tagħhom, l-aktar importanti fir-rigward tad-Direttiva dwar is-Servizzi u l-acquis tal-konsumatur; jistieden lill-Kummissjoni tagħmel użu sħiħ mill-għodda kollha disponibbli f'dan il-kuntest, inkluż bl-użu tal-proċeduri ta' ksur kull meta tiġi identifikata implimentazzjoni ħażina jew insuffiċjenti tal-leġiżlazzjoni;

16.  Jenfasizza li rekwiżiti ta' aċċess għas-suq għal pjattaformi kollaborattivi u l-fornituri ta' servizzi jenħtieġ li jkunu meħtieġa, ġustifikati u proporzjonati kif previst fit-Trattati u l-leġiżlazzjoni sekondarja, kif ukoll sempliċi u ċari; jissottolinja li din il-valutazzjoni għandha tqis jekk is-servizzi humiex provduti minn professjonisti jew individwi privati, filwaqt li tqiegħed il-fornituri pari suġġetti għal rekwiżit legali eħfef, tiżgura standards ta' kwalità u livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur kif ukoll tqis differenzi settorjali;

17.  Jirrkonoxxi l-ħtieġa għal operaturi stabbiliti, għal operaturi u servizzi ġodda marbuta mal-pjattaformi diġitali u l-ekonomija kollaborattiva biex jiżviluppaw f'ambjent li jiffavorixxi n-negozju, b'kompetizzjoni sana u jkunu trasparenti fir-rigward ta' tibdiliet leġiżlattivi; jaqbel li meta ssir valutazzjoni dwar rekwiżiti tal-aċċess għas-suq fil-kuntest tad-Direttiva dwar is-Servizzi, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw il-karatteristiċi speċifiċi tan-negozji tal-ekonomija kollaborattiva;

18.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni taħdem flimkien mal-Istati Membri biex tipprovdi aktar linji gwida dwar l-istabbiliment ta' kriterji effettivi sabiex issir distinzjoni bejn il-pari u l-professjonisti, li hija kruċjali għall-iżvilupp ġust tal-ekonomija kollaborattiva; jirrimakra li dawn il-linji gwida għandhom jipprovdu ċarezza u ċertezza legali u għandhom iqisu, inter alia, il-leġiżlazzjoni differenti fl-Istati Membri u r-realtajiet ekonomiċi differenti, bħal-livell tad-dħul, il-karatteristiċi tas-setturi, is-sitwazzjoni tan-negozji mikro u żgħar u l-għan tal-attività bi skop ta' qligħ; hu tal-opinjoni li ġabra ta' prinċipji u kriterji ġenerali fil-livell tal-UE u ġabra ta' limiti fil-livell nazzjonali jistgħu jipprovdu t-triq 'il quddiem, u jistieden lill-Kummissjoni twettaq studju f'dan ir-rigward;

19.  Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li filwaqt li l-istabbiliment ta' limiti jista' jipprovdi linji diviżorji xierqa bejn il-pari u n-negozji, fl-istess ħin jista' joħloq disparità bejn in-negozji mikro u żgħar fuq naħa u l-pari fuq l-oħra; jemmen li kundizzjonijiet ugwali fost kategoriji kumparabbli ta' fornituri ta' servizz hi ferm rakkomandata; jitlob it-tneħħija ta' piż regolatorju mhux meħtieġ u ta' rekwiżiti ta' aċċess għas-suq inġustifikati għall-operaturi kollha tan-negozju, partikolarment għal negozji mikro u żgħar, għaliex dan ixxekkel ukoll l-innovazzjoni;

20.  Jilqa' l-inizjattiva tal-Kummissjoni li tiżgura l-adegwatezza tal-liġi tal-konsumaturi u timpedixxi l-abbuż tal-ekonomija kollaborattiva meta tiġi evitata l-leġiżlazzjoni; jemmen li l-konsumaturi għandhom igawdu livell għoli u effettiv ta' protezzjoni, indipendentement minn jekk is-servizzi humiex provduti minn professjonisti jew pari u jenfasizza, b'mod partikolari, l-importanza tal-protezzjoni tal-konsumaturi fi tranżazzjonijiet bejn il-pari, filwaqt li jirrikonoxxi li tista' tingħata xi forma ta' protezzjoni permezz ta' awtoregolamentazzjoni;

21.  Jitlob li tittieħed azzjoni biex tkun żgurata osservanza sħiħa u kontinwa tar-regoli tal-protezzjoni tal-konsumatur mill-fornitur ta' servizzi okkażjonali b'mod identiku jew komparabbli bħall-fornituri ta' servizzi professjonali;

22.  Jinnota li l-konsumaturi għandu jkollhom aċċess għal informazzjoni dwar jekk ir-reviżjonijiet minn utenti oħra ta' servizz jistgħux ikunu influenzati mill-fornitur, pereżempju fil-forma ta' riklamar imħallas;

23.  Jirrimarka l-ħtieġa ta' aktar ċarezza dwar salvagwardji għall-konsumaturi fil-każ ta' tilwim, u jitlob lill-pjattaformi kollaborattivi jiżguraw li jkun hemm sistemi effettivi għal proċeduri ta' tilwim u għar-riżoluzzjoni tat-tilwim, b'hekk ikun faċilitat il-mod li bih il-konsumaturi jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom;

24.  Jenfasizza li mudelli tan-negozju tal-ekonomija kollaborattiva huma ġeneralment ibbażati fuq ir-reputazzjoni, u jenfasizza li t-trasparenza hi essenzjali f'dan ir-rigward; jemmen li f'ħafna każijiet il-mudelli tan-negozju tal-ekonomija kollaborattiva tagħti s-setgħa lill-konsumaturi u tippermetti li jkollhom rwol attiv, appoġġjat mit-teknoloġija; jenfasizza li għad hemm il-ħtieġa ta' regoli għall-protezzjoni tal-konsumaturi fl-ekonomija kollaborattiva speċjalment fejn hemm parteċipanti dominati mis-suq, informazzjoni asimmetrika jew nuqqas ta' għażla jew ta' kompetizzjoni; jissottolinja l-importanza li tkun garantita informazzjoni adegwata għall-konsumaturi dwar ir-reġim legali applikabbli għal kull tranżazzjoni u d-drittijiet u l-obbligi legali konsegwenti;

25.  Jistieden lill-Kummissjoni tiċċara aktar ir-reġim ta' responsabbiltà tal-pjattaformi kollaborattivi kemm jista' jkun malajr, sabiex tiġi promossa mġiba responsabbli, trasparenza, ċertezza legali u b'hekk tiżdied il-fiduċja tal-utenti; jirrikonoxxi, partikolarment, in-nuqqas ta' ċertezza speċjalment dwar jekk pjattaforma tipprovdix servizz sottostanti jew jekk hijiex qed toffri biss servizz ta' soċjetà ta' informazzjoni, skont id-Direttiva tal-Kummerċ elettroniku; jitlob, għalhekk, lill-Kummissjoni tipprovdi aktar gwida dwar dawn l-aspetti u tqis jekk humiex meħtieġa azzjonijiet ulterjuri biex il-qafas regolatorju jkun aktar effettiv; jinkoraġġixxi pjattaformi kollaborattivi biex, fl-istess ħin, jieħdu miżuri volontarji f'dan ir-rigward;

26.  Jistieden lill-Kummissjoni tkompli tiskrutinizza l-leġiżlazzjoni tal-UE sabiex tnaqqas l-inċertezzi u tiggarantixxi ċertezza legali akbar dwar ir-regoli applikabbli għal mudelli ta' negozju kollaborattiv u tivvaluta jekk regoli ġodda jew emendati humiex xierqa, partikolarment fir-rigward ta' intermedjarji attivi u l-informazzjoni u r-rekwiżiti ta' trasparenza, in-nuqqas ta' prestazzjoni u r-responsabilità tagħhom;

27.  Jemmen li kwalunkwe qafas regolatorju ġdid għandu jservi ta' lieva fuq il-kapaċitajiet tal-awtogovernanza u l-mekkaniżmi ta' rieżami tal-pari, minħabba li t-tnejn urew li jiffunzjonaw b'mod effettiv u jikkunsidra s-sodisfazzjon tal-konsumatur dwar servizzi kollaborattivi; huwa konvint li l-pjattaformi kollaborattivi nfushom jista' jkollhom rwol attiv f'ambjent regolatorju ġdid bħal dan billi jikkoreġu informazzjoni asimmetrika, speċjalment permezz ta' mekkaniżmi ta' reputazzjoni diġitali biex tiżdied il-fiduċja tal-utenti; jinnota, fl-istess ħin, li l-kapaċità awtoregolatorja tal-pjattaforma ma tissottitwix il-ħtieġa għar-regoli eżistenti, bħalma huma d-Direttivi dwar is-Servizzi u dwar il-Kummerċ Elettroniku, il-liġi tal-UE dwar il-Konsumatur u regoli oħra possibbli;

28.  Jemmen, għalhekk, li l-mekkaniżmi diġitali li jibnu l-fiduċja huma parti essenzjali tal-ekonomija kollaborattiva; jilqa' l-isforzi u l-inizjattivi kollha fis-seħħ mill-pjattaformi kollaborattivi biex jevitaw distorsjonijiet kif ukoll dawk bil-ħsieb li jsaħħu l-fiduċja u t-trasparenza fil-mekkaniżmi ta' klassifikazzjoni u rieżami, filwaqt li jistabbilixxu kriterji ta' reputazzjoni affidabbli, jintroduċu garanziji u assigurazzjoni, il-verifika tal-identità tal-pari u tal-prosumaturi u jiżviluppaw sistemi ta' pagament sikuri u trasparenti; iqis l-iżviluppi teknoloġiċi ġodda, bħall-mekkaniżmi ta' klassifikar reċiproċi u l-adozzjoni volontarji ta' skemi ta' ċertifikazzjoni bħala eżempji tajbin dwar kif jiġu evitati l-abbużi, il-manipolazzjonijiet, il-frodi u l-feedback falz; jinkoraġġixxi pjattaformi kollaborattivi jitgħallmu mill-aħjar prattiki u biex jissensibilizzaw lilhom infushom dwar l-obbligi legali tagħhom lejn l-utenti;

29.  Jindika l-importanza kruċjali li jiġu ċċarati l-metodi li permezz tagħhom sistemi ta' teħid ta' deċiżjonijiet awtomatizzati bbażati fuq l-algoritmi joperaw sabiex jiggarantixxu l-ekwità u t-trasparenza tal-algoritmi; jitlob lill-Kummissjoni teżamina wkoll din il-kwistjoni mill-perspettiva ta' liġi tal-kompetizzjoni tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni timpenja mal-Istati Membri, is-settur privat u r-regolaturi rilevanti bil-ħsieb li tfassal kriterji effettivi għall-iżvilupp ta' prinċipji algoritmiċi ta' dover ta' rendikont għal pjattaformi kollaborattivi abbażi tal-informazzjoni;

30.  Jenfasizza l-ħieġa ta' valutazzjoni tal-użu ta' data fejn jista' jkollha impatt differenti fuq partijiet differenti tas-soċjetà, biex tevita diskriminazzjoni u tivverifika l-ħsara potenzjali lil privatezza kkawżata mill-big data; ifakkar li l-UE diġà żviluppat qafas komprensiv għall-protezzjoni tad-data fir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (GDPR), u għalhekk jitlob biex il-pjattaformi tal-ekonomija kollaborattiva ma jinjorawx il-kwistjoni tal-protezzjoni tad-data, billi jgħaddu informazzjoni trasparenti lill-fornituri ta' servizzi u lill-utenti dwar il-ġbir tad-data personali u l-mod li bih dik id-data tiġi proċessata;

31.  Jirrikonoxxi li ħafna regoli tal-acquis tal-UE diġà huma applikabbli għall-ekonomija kollaborattiva; jitlob lill-Kummissjoni tivvaluta l-ħtieġa li tkompli tiżviluppa qafas legali tal-UE sabiex timpedixxi aktar frammentazzjoni tas-Suq Uniku bi qbil mal-prinċipji ta' regolamentazzjoni aħjar u l-esperjenzi tal-Istati Membri; jemmen li dan il-qafas għandu jkun armonizzat, fejn xieraq, kif ukoll flessibbli, teknoloġikament newtrali u validu għall-futur u għandu jikkonsisti f'kumbinazzjoni ta' prinċipji ġenerali u regoli speċifiċi, minbarra kwalunkwe regolament speċifiku għas-settur li jista' jkun meħtieġ;

32.  Jenfasizza l-importanza ta' leġiżlazzjoni koerenti sabiex ikun garantit il-funzjonament tajjeb tas-suq intern għal kulħadd u jistieden lill-Kummissjoni tissalvagwardja r-regoli u l-leġiżlazzjoni attwali dwar id-drittijiet tal-ħaddiema u tal-konsumaturi qabel tintroduċi leġiżlazzjoni ġdida li tista' toħloq frammentazzjoni tas-suq intern;

Kompetizzjoni u konformità fiskali

33.  Jilqa' l-fatt li żieda fl-ekonomija kollaborattiva ġabet aktar kompetizzjoni u ħolqot sfida għall-operaturi eżistenti biex jiffukaw fuq id-domandi reali tal-konsumaturi; iħeġġeġ lill-Kummissjoni taħdem favur kundizzjonijiet ekwi għall-kompetizzjoni, f'servizzi kumparabbli fost il-pjattaformi kollaborattivi u bejniethom u l-intrapriżi tradizzjonali; jenfasizza l-importanza li jiġu identifikati u indirizzati l-ostakli għall-ħolqien u ż-żieda ta' negozji kollaborattivi, speċjalment in-negozji ġodda; jenfasizza f'dan il-kuntest il-ħtieġa għall-fluss liberu ta' data, il-portabbiltà u l-interoperabbiltà tad-data, li jiffaċilitaw it-tibdil bejn il-pjattaformi u jipprevjenu intrappolament, u li jikkostitwixxi l-fatturi ewlenin kollha għal kompetizzjoni miftuħa u ġusta u l-parteċipazzjoni attiva tal-utenti ta' pjattaformi kollaborattivi filwaqt li jitqiesu l-interessi leġittimi tal-parteċipanti kollha tas-suq u jkunu protetti l-informazzjoni u d-data personali tal-utenti;

34.  Jilqa' t-traċċabilità akbar tat-tranżazzjonjiet ekonomiċi permessi mill-pjattaformi online sabiex jiżguraw konformità mat-taxxa u l-infurzar, imma jinsab imħasseb dwar id-diffikultajiet li ħarġu s'issa f'xi setturi; jenfasizza li l-ekonomija kollaborattiva qatt ma għandha tkun użata b'mod li bih ikunu evitati l-obbligi tat-taxxa; jenfasizza aktar il-ħtieġa urġenti għal kollaborazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-pjattaformi kollaborattivi dwar il-konformità fiskali u l-ġbir tat-taxxa; jirrikonoxxi li dawn il-kwistjonijiet ġew indirizzat f'xi Stati Membri u jieħu nota tas-suċċess tal-kooperazzjoni pubblika-privata f'dan il-qasam; jistieden lill-Kummissjoni tiffaċilita skambju tal-aħjar prattiki fost l-Istati Membri, li jinvolvi l-awtoritajiet kompetenti u l-partijiet interessati, biex jiżviluppaw soluzzjonijiet effettivi u innovattivi li jsaħħu l-konformità fiskali u l-infurzar, sabiex jeliminaw ukoll ir-riskju ta' frodi tat-taxxa transfruntiera; jistieden lill-pjattaformi kollaborattivi jiżvolġu rwol attiv f'dan ir-rigward; iħeġġeġ lill-Istati Membri jiċċaraw u jikkooperaw dwar l-informazzjoni li operaturi ekonomiċi differenti involuti fl-ekonomija kollaborattiva jridu jiżvelaw lill-awtoritajiet tat-taxxa fil-qafas tad-dmirijiet li għandhom li jipprovdu informazzjoni dwar it-taxxa, kif previst fil-leġiżlazzjoni nazzjonali;

35.  Jaqbel li obbligi ta' taxxa li jiffunzjonaw b'mod simili għandhom japplikaw għal negozji li jipprovdu servizzi kumparabbli, kemm jekk fl-ekonomija tradizzjonali kif ukoll fl-ekonomija kollaborattiva, u jemmen li t-taxxi għandhom jitħallsu fejn ikunu ġġenerati l-profitti u fejn hu involut aktar milli sempliċement kontribuzzjonijiet għall-ispejjeż, filwaqt li jkun rispettat il-prinċipju ta' sussidjarjetà, kif ukoll bi qbil mal-liġijiet nazzjonali u lokali;

Impatt fuq is-suq tax-xogħol u d-drittijiet tal-ħaddiema

36.  Jenfasizza li r-rivoluzzjoni diġitali qed ikollha impatt sinifikanti fuq is-suq tax-xogħol u li xejriet emerġenti fl-ekonomija kollaborattiva jagħmlu parti minn tendenza attwali fi ħdan id-diġitalizzazzjoni tas-soċjetà;

37.  Jinnota, fl-istess ħin, li l-ekonomija kollaborattiva qed tiftaħ opportunitajiet ġodda, rotot flessibbli u ġodda f'ħidma għall-utenti kollha, speċjalment għall-impjegati indipendenti, għal dawk li jinsabu qiegħda, attwalment 'il bogħod mis-suq tax-xogħol jew li mod ieħor ma jkunux jistgħu jipparteċipaw fih u b'hekk dan jista' sservi bħala punt ta' dħul fis-suq tax-xogħol, speċjalment għaż-żgħażagħ u gruppi marġinalizzati; jirrimarka, madankollu, li f'ċerti ċirkustanzi, dan l-iżvilupp jista' jwassal ukoll għal sitwazzjonijiet prekarji; jenfasizza minn naħa waħda l-ħtieġa ta' flessibbiltà fis-suq tax-xogħol u min-naħa l-oħra ta' sigurtà ekonomika u soċjali għall-ħaddiema, bi qbil mad-drawwiet u t-tradizzjonijiet fl-Istati Membri;

38.  Jissottolinja l-importanza kbira ferm tal-salvagwardja tad-drittijiet tal-ħaddiema fis-servizzi kollaborattivi – l-ewwel u qabel kollox id-drittijiet tal-ħaddiema li jorganizzaw, id-dritt ta' negozjar kollettiv u ta' azzjoni kollettiva, bi qbil mad-dritt u l-prattika nazzjonali; ifakkar li l-ħaddiema kollha fl-ekonomija kollaborattiva jew huma impjegati jew jaħdmu għal rashom, abbażi tal-preminenza tal-fatti, u jridu jiġu klassifikati skont il-każ; jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni, fl-oqsma ta' kompetenza rispettiva tagħhom, jiżguraw kundizzjonijiet ekwi tax-xogħol u protezzjoni legali u soċjali adegwata għall-ħaddiema kollha fl-ekonomija kollaborattiva, indipendentement mill-istatus tagħhom;

39.  Jissottolinja l-importanza li jkunu żgurati d-drittijiet fundamentali u protezzjoni tas-sigurtà soċjali adegwata għall-għadd dejjem jikber ta' ħaddiema li jaħdmu għal rashom, li huma parteċipanti ewlenin fl-ekonomija kollaborattiva, inkluż id-dritt ta' negozjar u ta' azzjoni kollettiva, anke fir-rigward tal-kumpens;

40.  Jinkoraġġixxi lill-Istati Membri jirrikonoxxu li l-ekonomija kollaborattiva se ġġib ukoll tħarbit, għalhekk jinkoraġġihom iħejju miżuri ta' assorbiment għal ċerti setturi, u li jappoġġjaw it-taħriġ u r-rikollokament;

41.  Jissottolinja l-importanza li l-ħaddiema tal-pjattaforma kollaborattiva jkunu jistgħu jibbenefikaw mill-portabbiltà tal-klassifikazzjonijiet u tar-reviżjonijiet, li jikkostitwixxu l-valur tas-suq diġitali tagħhom u l-importanza li tkun faċilitata t-trasferibilità u l-akkumulu tal-klassifikazzjonijiet u r-reviżjonijiet fost pjattaformi differenti filwaqt li jkunu rispettati r-regoli dwar il-protezzjoni tad-data u l-privatezza tal-partijiet l-oħra kollha involuti; jinnota l-possibilità ta' prattiki inġusti u arbitrarji rigward il-klassifikazzjonijiet online li jistgħu jaffettwaw il-kundizzjonijiet tax-xogħol u d-drittijiet tal-ħaddiema tal-pjattaformi kollaborattivi u l-kapaċità tagħhom li jsibu impjieg; jemmen li l-mekkaniżmi ta' klassifikazzjoni u ta' reviżjoni għandhom ikunu żviluppati b'mod trasparenti u li l-ħaddiema għandhom ikunu infurmati u kkonsultati fil-livelli xierqa, u bi qbil mad-dritt u l-prattika tal-Istati Membri, dwar il-kriterji ġenerali użati biex jiġu żviluppati tali mekkanżimi;

42.  Jenfasizza l-importanza ta' aġġornament tal-ħiliet f'dinja ta' tibdil tal-impjieg biex ikun żgurat li l-ħaddiema kollha jkollhom il-ħiliet adegwati, kif meħtieġ mill-ekonomija u s-soċjetà diġitali; jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lin-negozji tal-ekonomija kollaborattiva jagħmlu disponibbli t-taħriġ tul il-ħajja u l-iżvilupp tal-ħiliet; jemmen li l-investimenti pubbliċi u privati u opportunitajiet ta' finanzjament għal tagħlim u taħriġ tul il-ħajja huma meħtieġa, b'mod partikolari għal impriżi mikro u żgħar;

43.  Jenfasizza l-importanza tat-telexogħol u ta' smartworking fi ħdan l-ekonomija kollaborattiva u jirrakkomanda f'dan ir-rigward il-ħtieġa li t-tali forom ta' xogħol jiġu allinjati ma' dawk tradizzjonali;

44.  Jistieden lill-Kummissjoni teżamina sa liema punt id-Direttiva dwar Xogħol Temporanju permezz ta' Aġenzija (2008/104/KE) hija applikabbli għal pjattaformi online; iqis li ħafna pjattaformi online intermedji huma strutturalment simili għall-aġenziji ta' xogħol temporanji (relazzjoni kuntrattwali trijangolari bejn: ħaddiem temporanju permezz ta' aġenzija/ħaddiem tal-pjattaforma; aġenzija tax-xogħol temporanju/pjattaforma online; l-impriża utent/klijent);

45.  Jistieden lis-servizzi nazzjonali ta' impjieg pubbliku u lin-Netwerk tal-EURES jikkomunikaw aktar dwar l-opportunitajiet offruti mill-ekonomija kollaborattiva;

46.  Jistieden lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lis-sħab soċjali jipprovdu informazzjoni adegwata lill-ħaddiema tal-pjattaformi dwar kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-impjieg u d-drittijiet tal-ħaddiema, u dwar ir-relazzjonijiet tax-xogħol tagħhom ma' pjattaformi u utenti; iqis li l-pjattaformi għandhom jaqdu rwol proattiv fl-għoti ta' informazzjoni lill-utenti u lill-ħaddiema dwar il-qafas regolatorju applikabbli bl-għan li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti legali;

47.  Jiġbed l-attenzjoni għan-nuqqas ta' data relatata mat-tibdil fid-dinja tal-impjiegi li ġabet magħha l-ekonomija kollaborattiva; jitlob lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni, anke f'kooperazzjoni mas-sħab soċjali, biex jiġbru data aktar affidabbli u komprensiva f'dan ir-rigward u jinkoraġġixxi lill-Istati Membri jaħtru entità nazzjonali kompetenti li diġà teżisti biex tissorvelja u tevalwa x-xejriet li ħerġin fis-suq tax-xogħol kollaborattiv; jenfasizza l-importanza tal-informazzjoni u tal-iskambji tal-aħjar prattiki fost l-Istati Membri f'dan il-kuntest; jissottolinja l-importanza ta' sorveljanza tas-suq tax-xogħol u l-kundizzjonijiet tax-xogħol fl-ekonomija kollaborattiva sabiex ikunu miġġielda prattiki illegali;

Id-dimensjoni lokali tal-ekonomija kollaborattiva

48.  Josserva li għadd dejjem jikber ta' awtoritajiet u gvernijiet lokali huma diġà attivi fir-regolamentazzjoni u l-iżvilupp tal-ekonomija kollaborattiva, b'attenzjoni partikolari fuq prattiki kollaborattivi kemm bħala s-suġġett tal-politiki tagħhom kif ukoll bħala prinċipju organizzattiv ta' forom ġodda ta' governanza kollaborattiva u d-demokrazija parteċipattiva;

49.  Jinnota li l-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali għandhom biżżejjed spazju ta' manuvrar biex jadottaw miżuri speċifiċi għall-kuntest sabiex jindirizzaw għanijiet ta' interess pubbliku identifikati b'mod ċar permezz ta' miżuri proporzjonati li huma kompletament konformi mal-leġiżlazzjoni tal-UE; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni tappoġġja lill-Istati Membri fit-tfassil tal-politika tagħhom u fl-adozzjoni ta' regoli konsistenti mad-dritt tal-Unjoni;

50.  Jinnota li dawk li aġixxew l-ewwel kienu l-ibliet, fejn il-kundizzjonijiet urbani bħad-densità tal-popolazzjoni u l-prossimità fiżika jiffavorixxu l-adozzjoni ta' prattiki kollaborattivi, filwaqt li estendew l-attenzjoni minn bliet intelliġenti għal bliet li jiskambjaw, u ħaffew it-tranżizzjoni għal infrastrutturi aktar faċli għaċ-ċittadini; jinsab ukoll konvint li l-ekonomija kollaborattiva tista' toffri opportunitajiet sinifikanti lill-periferiji interni, żoni rurali u territorji żvantaġġjati, tista' ġġib fororm ġodda u inklużivi ta' żvilupp, jista' jkollha impatt soċjoekonomiku pożittiv, u tgħin komunitajiet marġinalizzati b'benefiċċji indiretti għas-settur tat-turiżmu;

Il-promozzjoni tal-ekonomija kollaborattiva

51.  Jinnota l-importanza ta' ħiliet ta' kompetenzi u taħriġ adegwati bil-ħsieb li l-ikbar numru ta' individwi possibbli jkunu jistgħu jiżvolġu rwol attiv fl-ekonomija kollaborattiva u jilliberaw il-potenzjal tagħha;

52.  Jenfasizza li l-ICTs jippermettu li l-ideat innovattivi fl-ekonomija kollaborattiva jevolvu malajr u b'mod effiċjenti, filwaqt li jgħaqqdu u jagħtu s-setgħa lill-parteċipanti, kemm jekk ikunu utenti kif ukoll fornituri ta' servizzi, billi jiffaċilitaw l-aċċess tagħhom fis-suq u l-involviment tagħhom fih, u b'hekk jagħmlu liż-żoni remoti u rurali aktar aċċessibbli;

53.  Jistieden lill-Kummissjoni tkun proattiva fl-inkoraġġiment ta' kooperazzjoni pubblika-privata partikolarment fir-rigward tal-introduzzjoni tal-e-IDs, biex iżżid il-fiduċja tal-konsumatur u tal-fornituri ta' servizz fi tranżazzjonijiet online, biex tibni fuq il-qafas tal-UE għal rikonoxximent reċiproku ta' eIDs, u biex tindirizza ostakli eżistenti oħra għat-tkabbir fl-ekonomija kollaborattiva, bħall-ostakli għall-għoti ta' skemi ta' assikurazzjoni transfruntiera;

54.  Jindika l-mod li bih l-introduzzjoni tal-5G se tibdel b'mod fundamentali l-loġika tal-ekonomiji tagħna filwaqt li tagħmel is-servizzi aktar varjati u aċċessibbli; jenfasizza, f'dan ir-rigward, l-importanza li jinħoloq suq kompetittiv għan-negozji innovattivi, li s-suċċess tagħhom fl-aħħar mill-aħħar se jiddefinixxi s-saħħa tal-ekonomiji tagħna;

55.  Jinnota li l-ekonomija kollaborattiva qed issir dejjem aktar importanti fis-settur tal-enerġija, u li qed tippermetti lill-konsumaturi, il-produtturi, l-individwi u l-komunitajiet jipparteċipaw b'mod effiċjenti f'bosta fażijiet deċentralizzati taċ-ċiklu tal-enerġija rinovabbli, inklużi l-awtoproduzzjoni u l-awtokonsum, il-ħżin u t-tqassim, bi qbil mal-objettivi tal-klima u l-enerġija tal-Unjoni;

56.  Jirrimarka li l-ekonomija kollaborattiva tikber, partikolarment f'dawk il-komunitajiet li fihom mudelli ta' kondiviżjoni tal-għarfien u l-edukazzjoni huma qawwija, b'hekk jikkatalizzaw u jikkonsolidaw kultura ta' innovazzjoni miftuħa; jenfasizza l-importanza ta' netwerks fissi u bla fili ultra veloċi bħala prekundizzjoni biex jiġi żviluppat il-potenzjal sħiħ tal-ekonomija kollaborattiva u biex jinkisbu l-benefiċċji offruti mill-mudell kollaborattiv; ifakkar, għalhekk, fil-ħtieġa li jkun permess aċċess adegwat għan-netwerk għaċ-ċittadini kollha fl-UE, speċjalment f'dawk iż-żoni l-inqas popolati, remoti jew rurali, fejn għad m'hemmx disponibbli konnettività suffiċjenti;

57.  Jissottolinja li l-ekonomija kollaborattiva hija ekosistema li teħtieġ appoġġ għall-iżvilupp u l-espansjoni tagħha u li teħtieġ tibqa' miftuħa għar-riċerka, l-innovazzjoni u t-teknoloġiji ġodda sabiex tattira investimenti; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li l-leġiżlazzjoni u l-politiki tal-UE jkunu validi għall-futur, b'attenzjoni partikolari għall-ftuħ ta' spazji orjentati lejn l-esperimentazzjoni u mhux esklużivi u t-trawwim tal-konnettività u l-litteriżmu diġitali, l-appoġġ ta' imprendituri u negozji ġodda Ewropej, l-inċentivazzjoni tal-Industrija 4.0, iċ-ċentri ta' innovazzjoni, il-clusters u l-inkubaturi, filwaqt li fl-istess ħin jiżviluppaw sinerġiji ta' koabitazzjoni mal-mudelli ta' negozju tradizzjonali;

58.  Jenfasizza n-natura kumplessa tas-settur tat-trasport fi ħdan l-ekonomija kollaborattiva u barra minnha; jinnota li dan is-settur hu suġġett għal regolamentazzjoni qawwija; jinnota l-potenzjal tal-mudelli tal-ekonomija kollaborattiva biex jittejbu b'mod sinifikanti l-effiċjenza u l-iżvilupp sostenibbli tas-sistema tat-trasport (inkluż permezz ta' biljetti tal-ivvjaġġar multimodali u konsistenti fi vjaġġ wieħed għall-utenti tat-trasport b'apps tal-ekonomija kollaborattiva) is-sikurezza u s-sigurtà tagħha u li tagħmel iż-żoni remoti jsiru iktar aċċessibbli u tnaqqas l-esternalitajiet mhux mixtieqa tal-konġestjoni tat-traffiku;

59.  Jitlob lill-awtoritajiet rilevanti jippromwovu l-koeżistenza benefiċjarja ta' servizzi ta' trasport kollaborattiv u ta' sistema ta' trasport konvenzjonali; jistieden lill-Kummissjoni tintegra l-ekonomija kollaborattiva fil-ħidma tagħha dwar teknoloġiji ġodda fit-trasport (vetturi konnessi, vetturi awtonomi, ħruġ ta' biljetti diġitali integrat u sistemi ta' trasport intelliġenti) minħabba l-interazzjonijiet qawwija u s-sinerġiji naturali tagħhom;

60.  Jenfasizza l-ħtieġa ta' ċertezza legali għal pjattaformi u l-utenti tagħhom sabiex ikun żgurat l-iżvilupp tal-ekonomija kollaborattiva fis-settur tat-trasport fl-UE; jinnota li fis-settur tal-mobbiltà, hu importanti li b'mod ċar ikun differenzjat bejn fuq naħa waħda (i) car-pooling u l-qsim tal-ispejjeż fil-kuntest ta' trip eżistenti li x-xufier ikun ippjana għall-iskopijiet tiegħu, u fuq l-oħra (ii) servizzi tat-trasport tal-passiġġieri regolat;

61.  Ifakkar li, skont l-estimi tal-Kummissjoni, l-akkomodazzjoni bejn il-pari hija l-akbar settur tal-ekonomija kollaborattiva fuq il-bażi tal-kummerċ iġġenerat, filwaqt li t-trasport bejn il-pari hija l-akbar pjattaforma meta mkejla mil-lat ta' dħul;

62.  Jenfasizza li fis-settur tat-turiżmu l-kondiviżjoni tad-djar tirrappreżenta użu eċċellenti tar-riżorsi u tal-ispajzju li mhux użat biżżejjed, speċjalment fiż-żoni li tradizzjonalment ma jibbenefikawx mit-turiżmu;

63.  Jikkundanna, f'dan ir-rigward, ir-regolamenti li qed jiġu imposti minn xi awtoritajiet pubbliċi, li jippruvaw jillimitaw il-provvista ta' akkomodazzjoni turistika offruta permezz tal-ekonomija kollaborattiva;

64.  Jiġbed l-attenzjoni għad-diffikultajiet iffaċċjati mill-pjattaformi kollaborattivi Ewropej fl-aċċess għall-kapital ta' riskju u fl-istrateġiji ta' żvilupp tagħhom, aċċentwati mid-daqs żgħir u l-frammentazzjoni tas-swieq domestiċi u minn nuqqas kritiku ta' investimenti transfruntiera; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jagħmlu użu sħiħ mill-istrumenti ta' finanzjament eżistenti biex jinvestu f'negozji kollaborattivi u jippromwovu inizjattivi li jiffaċilitaw l-aċċess għall-finanzjament, speċjalment għal negozji ġodda, impriżi żgħar u ta' daqs medju u n-negozji;

65.  Jenfasizza li sistemi ta' finanzjament kollaborattiv, bħall-finanzjament kollettiv, huwa kumpliment importanti għal finanzjament tradizzjonali bħala parti minn ekosistema ta' finanzjament effettiva;

66.  Jinnota li s-servizzi provduti mill-SMEs fis-settur tal-ekonomija kollaborattiva mhux dejjem huma mfassla apposta għall-ħtiġijiet ta' persuni b'diżabbiltajiet u l-anzjani; jappella għal għodod u programmi bil-ħsieb li dawn l-operaturi jiġu appoġġjati jqisu l-ħtiġijiet ta' persuni b'diżabbiltajiet;

67.  Jistieden lill-Kummissjoni tiffaċilita u tippromwovi l-aċċess għal linji ta' finanzjament xierqa għal imprendituri Ewropej li joperaw fis-settur tal-ekonomija kollaborattiva, kif ukoll fil-qafas tal-Programm ta' Riċerka u Innovazzjoni tal-UE -Orizzont 2020;

68.  Jinnota l-iżvilupp rapidu u d-diffużjoni li qed tiżdied tat-teknoloġiji innovattivi u tal-għodda diġitali, bħall-blockchains u teknoloġiji ta' reġistru distribwit, ukoll fis-settur finanzjarju; jissottolinja li l-użu ta' dawn it-teknoloġiji deċentralizzati jippermetti tranżazzjonijiet effettivi bejn il-pari u konnessjonijiet fl-ekonomija kollaborattiva li jwasslu għall-ħolqien ta' swieq jew netwerks indipendenti u jissostitwixxu, fil-futur, ir-rwol li jiżvolġu llum l-intermedjarji fil-pjattaformi kollaborattivi;

69.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1)

Testi adottati, P8_TA(2016)0009.

(2)

Testi adottati, P8_TA(2016)0237.

(3)

Testi adottati, P8_TA(2016)0455

(4)

http://data.consilium.europa.eu/doc/document/ST-11834-2016-INIT/en/pdf

(5)

ĠU L 376, 27.12.2006, p. 36.

(6)

ĠU L 178, 17.7.2000, p. 1.

(7)

ĠU L 149, 11.6.2005, p. 22.

(8)

ĠU L 337, 18.12.2009, p. 11.

(9)

ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1.

(10)

ECON-VI/016

(11)

INT/793 EESC-2016-3545-00-00-AC-TRA.

(12)

Flash Eurobarometer 438 (Marzu 2016) dwar "The use of collaborative platforms"


NOTA SPJEGATTIVA

1. Ekonomija kollaborattiva: ħarsa ġenerali

Il-kunċett ta' "Ekonomija kollaborattiva" jinkludi firxa wiesgħa ta' attivitajiet, li ġejjin minn varjetà ta' mudelli ta' negozju kollaborattiv, inklużi dawk immexxija mingħajr skop ta' qligħ; il-mudelli ta' negozju jvarjaw minn pjattaformi kollaborattivi li jippermettu l-iskambju ta' prodotti jew servizzi madwar id-dinja kollha għal SMEs kollaborattivi żgħar li jipprovdu servizzi għall-komunitajiet lokali.

F'dawn l-aħħar snin, l-ekonomija kollaborattiva esperjenzat tkabbir rapidu f'termini ta' utenti, tranżazzjonijiet u dħul, u finalment fasslet mill-ġdid il-mod kif il-prodotti u s-servizzi jiġu pprovduti f'bosta oqsma. Fil-bidu tal-2014, kienu affettwati l-aktar sitt oqsma ta' attivitajiet (prodotti/bejgħ bl-imnut, servizzi, spazju/akkomodazzjoni, ikel, trasportazzjoni u flus). Sal-2016, in-numru ta' oqsma kważi ttrippla: l-espansjoni f'setturi ġodda (jiġifieri s-saħħa, it-tagħlim, il-loġistika, il-muniċipalitajiet, l-ispazju, l-utilitajiet bħall-enerġija, eċċ.) jew il-ħolqien ta' tipi ġodda ta' attivitajiet (jiġifieri l-moviment tal-produtturi fis-settur tal-prodotti).

Spiss qed jintużaw numru ta' termini b'mod ugwali, biex jiddeskrivu dan il-fenomenu li qed jikber b'rata mgħaġġla: ekonomija kollaborattiva, ekonomija bejn il-pari, ekonomija on-demand, swieq tal-pjattaforma tal-pari, ekonomija gig, konsum kollaborattiv, kapitaliżmu kollettiv (crowd-based capitalism), (eċċ.) Dawn id-definizzjonijiet jirriflettu d-dinamika tal-fenomenu nnifsu kif ukoll l-iskala u l-intensità tad-dibattitu politiku u akkademiku kontinwu dwar dan is-suġġett.

S'issa, diġà jeżistu diversi definizzjonijiet għal ekonomija kollaborattiva. Id-dizzjunarju Oxford jiddefinixxi l-ekonomija kollaborattiva bħala: "sistema ekonomika li fiha l-assi jew is-servizzi jinqasmu bejn individwi privati, mingħajr ħlas jew inkella bi ħlas, ġeneralment permezz tal-internet".(1)Fil-Komunikazzjoni tagħha, il-Kummissjoni tirreferi għaliha bħala "mudelli ta' negozju fejn l-attivitajiet ikunu ffaċilitati mill-pjattaformi online li joħolqu suq miftuħ għall-utent temporanju ta' prodotti jew servizzi li ta' spiss jiġu pprovduti minn individwi privati", filwaqt li tispeċifika li t-tranżazzjonijiet tal-ekonomija kollaborattiva spiss ma jinvolvux bidla fis-sjieda u jistgħu jitwettqu bi skop ta' qligħ jew mingħajr skop ta' qligħ.

Fi ħdan l-ekonomija kollaborattiva u l-mudelli ta' negozju tagħha, ġeneralment ġew identifikati tliet tipi ewlenin ta' atturi:

(i) il-fornituri ta' servizzi - individwi privati li joffru servizzi (assi, ħiliet, ħin għal tariffa jew mingħajr ħlas) fuq bażi okkażjonali (pari) jew professjonisti;

(ii) l-utenti ta' dawn is-servizzi, u

(iii) il-pjattaformi kollaborattivi li jgħaqqdu l-provvista u d-domanda f'ħin reali u jiffaċilitaw it-tranżazzjonijiet.

2. Risposta tal-Kummissjoni

F'Ġunju 2016, il-Kummissjoni ppubblikat Komunikazzjoni bit-titolu Aġenda Ewropea għall-Ekonomija Kollaborattiva bil-għan li tindirizza t-tħassib dwar l-inċertezza rigward id-drittijiet u l-obbligi ta' atturi differenti li jipparteċipaw fl-ekonomija kollaborattiva u sabiex jiġu pprovduti tweġibiet minn perspettiva tal-UE. Il-komunikazzjoni għandha l-għan li tipprovdi gwida mhux vinkolanti dwar kif il-leġiżlazzjoni eżistenti tal-UE tapplika għall-mudelli tan-negozju tal-ekonomija kollaborattiva. Din teżamina kwistjonijiet iffaċċjati mill-operaturi tas-suq kif ukoll mill-awtoritajiet pubbliċi li jaqgħu f'ħames oqsma ewlenin: 1.) Rekwiżiti tal-aċċess għas-suq 2.) Reġimi ta' responsabbiltà; 3.) Protezzjoni tal-utenti 4.) Persuni li jaħdmu għal rashom u ħaddiema fl-ekonomija kollaborattiva; 5.) Tassazzjoni

3. Kwistjonijiet ewlenin marbuta mal-ekonomija kollaborattiva

3.1. Opportunitajiet u benefiċċji

L-ekonomija kollaborattiva tista' toħloq opportunitajiet sinifikanti għall-konsumaturi, l-imprendituri u ċ-ċittadini, kif ukoll tiġġenera impjiegi ġodda, tkabbir u sorsi ta' dħul.

Huwa stmat li l-pjattaformi kollaborattivi li joperaw f'ħames setturi ewlenin tal-ekonomija kollaborattiva ġġeneraw dħul ta' EUR 3.6 biljun fl-2015 fl-UE(2). Il-potenzjal tal-ekonomija kollaborattiva huwa sinifikanti, bit-tkabbir annwali jaqbeż il-25 %(3) u teoretikament, l-istima tal-qligħ ekonomiku marbut ma' użu aħjar tal-kapaċitajiet bħala riżultat tal-ekonomija kollaborattiva jista' jilħaq sa EUR 572 biljun(4). Madankollu, dawn iċ-ċifri jenħtieġ li jitqiesu b'ċerta kawtela, peress li minkejja l-importanza ekonomika dejjem tikber, jibqa' diffiċli biex wieħed ikejjel il-valur tal-ekonomija kollaborattiva. Dan huwa minnu wkoll minħabba n-nuqqas ta' metodoloġija maqbula dwar kif għandhom jitkejlu l-impatti multipli tal-ekonomija kollaborattiva, fuq l-ekonomija, is-soċjetà u l-ambjent, kif ukoll in-nuqqas ta' data miġbura.

Diversi stħarriġ juru appoġġ u interess pjuttost konsiderevoli tal-konsumatur fl-ekonomija kollaborattiva(5). Numru ta' raġunijiet u motivi jinċitaw lill-pari biex jieħdu sehem f'dan il-mudell ta' negozju ġdid, bħall-benefiċċji finanzjarji, il-benefiċċji ta' kwalità u l-esperjenza, kif ukoll impatt soċjali pożittiv jew relatat mas-soċjetà. Skont l-Ewrobarometru, 42 % tal-konsumaturi jsibu li s-servizzi ta' ekonomija kollaborattiva huma aktar konvenjenti u 33 % japprezzaw il-fatt li dawn huma orħos jew anke mingħajr ħlas(6).

3.2. Sfidi u riskji ewlenin

Fl-istess ħin, huwa importanti wkoll li jiġu nnutati l-effetti konsiderevoli li qed ikollhom il-mudelli ta' negozji tal-ekonomija kollaborattiva fuq diversi negozji tradizzjonali u l-mudelli tal-produzzjoni u l-konsum tagħhom li ilhom stabbiliti. Fis-snin reċenti, it-tkabbir rapidu u mhux regolat ta' dan il-fenomenu ġġenera numru ta' sfidi u riskji potenzjali li jenħtieġ li jitqiesu u ssir riflessjoni dwarhom.

L-ewwel nett, tqajmu diversi mistoqsijiet dwar id-drittijiet tal-konsumatur u r-reġim tal-protezzjoni tal-konsumatur dwar kwistjonijiet sensittivi li jikkonċernaw il-privatezza tad-data, it-trasparenza u l-affidabbiltà tal-informazzjoni pprovduta lill-konsumaturi, ir-reġimi ta' responsabbiltà tal-pjattformi kollaborattivi, il-ġustizzja tal-algoritmi u forom possibbli ta' diskriminazzjoni. Hemm riskju potenzjali li jitbaxxew l-istandards minimi, speċjalment fi tranżazzjonijiet bejn il-pari (P2P), meta jkunu kkonfrontati bi standards eżistenti applikati għal servizzi simili pprovduti mill-professjonisti. Barra minn hekk, id-diffużjoni rapida ta' pjattaformi kollaborattivi f'ċerti setturi ħolqot riskju ta' kompetizzjoni inġusta, bil-ħolqien ta' monopolji ġodda u mekkaniżmu ta' intrappolament. Din ħolqot ukoll diffikultajiet serji fir-rigward tal-konformità fiskali u l-infurzar tat-taxxa, minkejja ż-żieda fit-traċċabbiltà tat-tranżazzjonijiet ekonomiċi.

L-aħħar iżda mhux l-inqas, il-mudelli ta' negozju kollaborattiv li nħolqu fir-rivoluzzjoni diġitali li għaddejja, qed ikollhom impatt profond fuq is-suq tax-xogħol kif ukoll fuq ir-relazzjonijiet tal-impjieg bejn il-pjattaformi kollaborattivi u l-ħaddiema, bir-riskju konkret li jiġu mminati l-kundizzjonijiet ġusti tax-xogħol, l-istandards legali minimi u l-protezzjoni soċjali adegwata.

Il-qafas regolatorju

Fir-rigward tal-qafas regolatorju jitqajmu żewġ mistoqsijiet ewlenin: 1.) liema dispożizzjonijiet tal- acquis communautaire jistgħu jiġu applikati għall-ekonomija kollaborattiva; 2.) jekk ir-regoli eżistenti tal-UE humiex idonei għall-iskop biex jipprovdu ċ-ċarezza meħtieġa, is-setgħa u l-protezzjoni għal atturi differenti fi ħdan l-ekonomija kollaborattiva.

Il-mudelli ta' negozju kollaborattiv huma aktar kumplessi u varjati, u jinkludu grad differenti ta' deċentralizzazzjoni, nuqqas ta' professjonalizzazzjoni u l-parteċipazzjoni ta' aġenti ekonomiċi ġodda, pari/prosumaturi. Barra minn hekk, s'issa l-linji ċari ta' distinzjoni bejn il-fornitur/negozjant ta' servizz professjonali u l-konsumatur ġew sfumati minħabba relazzjonijiet multilaterali - li jinvolvu l-konsumatur bħala fornitur ta' servizz fi tranżazzjoni bejn il-konsumaturi (P2P) jew inkella fi tranżazzjoni bejn il-konsumatur u l-impriża.

Peress li l-qafas legali eżistenti tal-UE ġie ddisinjat biex jirregola negozji konvenzjonali u jipproteġi d-drittijiet tal-konsumaturi bħala l-parti vulnerabbli fi tranżazzjoni tan-negozju, jistgħu jirriżultaw xi diffikultajiet. Mistoqsijiet dwar id-drittijiet u l-obbligi ta' atturi differenti fi ħdan l-ekonomija kollaborattiva jinqalgħu u joħolqu ambjent ta' inċertezza. Din l-inċertezza tirrelata ma' numru ta' aspetti - il-qafas regolatorju applikabbli tal-UE, l-obbligi regolatorji għal atturi differenti fi ħdan l-ekonomija kollaborattiva, id-drittijiet tal-konsumatur, ir-reġim ta' responsabbiltà, l-istatus tal-ħaddiema, u r-reġim tat-taxxa - biex insemmu dawk ewlenin.

3.4. Riskju ta' frammentazzjoni tas-Suq Uniku

L-ekonomija kollaborattiva qanqlet diversi risposti regolatorji mhux biss mill-Istati Membri, iżda wkoll mill-awtoritajiet reġjonali u lokali u l-ġuriżdizzjonijiet tagħhom, kif ukoll il-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea(7). Ir-risposti u r-reazzjonijiet ivarjaw ħafna u jirriflettu approċċi differenti tal-Istati Membri biex jindirizzaw l-isfidi tal-mudell ta' negozju tal-ekonomija kollaborattiva, anke fl-istess pajjiż.

Xi Stati Membri qed jiżviluppaw miżuri speċifiċi u jistabbilixxu kriterji li jissoġġettaw lill-pari għal rekwiżiti legali inqas stretti; f'xi każijiet, huma jiddistingwu bejn l-għoti ta' servizz professjonali u dak mhux professjonali billi jistabbilixxu livelli limitu għad-dħul ta' ekonomija kollaborattiva għall-pari u japplikaw rati tat-taxxa aktar baxxi(8). F'xi pajjiżi oħrajn, l-awtoritajiet nazzjonali qed iqisu jekk jintroduċux obbligi ta' informazzjoni aktar stretti għall-pjattaformi kollaborattivi(9).

Għandu jiġi nnutat li l-ibliet kienu fost l-ewwel li rreaġixxew għall-ekonomija kollaborattiva, peress li kundizzjonijiet urbani bħad-densità tal-popolazzjoni u l-prossimità fiżika ffavorixxew diffużjoni aktar rapida tal-adozzjoni ta' prattiki kollaborattivi, speċjalment f'xi setturi bħall-akkomodazzjoni u t-trasport(10). Xi każijiet pożittivi ta' kollaborazzjoni bejn l-awtoritajiet lokali kompetenti u l-pjattaformi kollaborattivi ġġeneraw prattiki tajbin, bħall-għoti ta' taħriġ professjonali għall-prosumaturi, l-iskemi tal-assigurazzjoni jew l-għoti ta' għarfien akbar għall-utenti dwar l-obbligi fiskali u legali possibbli(11).

Dawn u eżempji oħrajn ta' azzjoni li ttieħdet minn xi Stati Membri, l-awtoritajiet reġjonali u l-ibliet, xi drabi bil-kooperazzjoni attiva ta' pjattaformi kollaborattivi nfushom, juru numru ta' prattiki tajbin li jistgħu jiġu applikati madwar l-UE. Madankollu, tali azzjonijiet frammentati unilaterali qed jiġġeneraw bosta limitazzjonijiet u joħolqu ostakli għan-negozji kollaborattivi tal-UE li jixtiequ jikbru u jespandu, kif ukoll għall-konsumaturi, u b'hekk finalment qed jimminaw wħud mill-benefiċċji tal-ekonomija kollaborattiva u jheddu li jifframmentaw is-Suq Uniku.

3. Prijoritajiet ewlenin tar-Rapporteur

Ir-Rapporteur jagħraf l-opportunitajiet u l-benefiċċji importanti tal-ekonomija kollaborattiva għas-soċjetà u l-ekonomija; fl-istess ħin, jagħti attenzjoni lill-isfidi potenzjali - enfasizzati hawn fuq – u jinsab speċjalment imħasseb dwar ir-riskju possibbli ta' frammentazzjoni tas-Suq Uniku filwaqt li parti kbira tal-ekonomija kollaborattiva tibqa' mhux regolata.

Għalhekk, fil-fehma tiegħu, l-ewwel nett, hemm ħtieġa għal qafas Ewropew orizzontali li jikkonsisti f'kombinazzjoni ta' prinċipji ġenerali u regoli speċifiċi li se jwittu t-triq għal kundizzjonijiet ekwi omoġeni u dinamiċi tal-UE u li se jipprevjenu effetti negattivi possibbli fuq il-ħaddiema, riskju ta' kompetizzjoni inġusta bejn is-setturi tradizzjonali u l-pjattaformi kollaborattivi, u l-evitar tat-taxxa.

Daqstant importanti hija l-ħtieġa li jiġu definiti l-karatteristiċi u r-responsabbiltajiet għall-atturi ewlenin tal-ekonomija kollaborattiva, b'mod partikolari fir-rigward ta':

- distinzjoni ċara bejn il-pari u l-professjonisti;

- in-natura, l-obbligi u r-responsabbiltajiet tal-pjattaformi kollaborattivi;

- livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumatur, anke fid-dimensjoni/tranżazzjonijiet P2P.

Finalment, ir-Rapporteur iħeġġeġ aktar promozzjoni ta' mudell tal-ekonomija kollaborattiva tal-UE, permezz ta' strumenti finanzjarji u investiment fit-taħriġ. Huwa jemmen li żvilupp ġust u regolat sew tal-ekonomija kollaborattiva jista' joffri opportunitajiet sinifikanti għas-setturi kollha tas-soċjetà u jista' jiffavorixxi żvilupp ekonomiku aktar inklużiv u sostenibbli fl-UE.

(1)

See: https://en.oxforddictionaries.com/definition/sharing_economy

(2)

The Sharing Economy, Case Study (L-Ekonomija Kollaborattiva, L-Istudju tal-Każ) 12 ta' Settembru 2013 minn PWC.

(3)

Ibidem (PWC(2013).

(4)

EPRS, The Cost of Non-Europe in the sharing economy, 2016 (L-Ispiża ta' non-Ewropa fl-ekonomija kollaborattiva).

(5)

Skont l-istħarriġ BEUC ta' Lulju 2015, 70 % tal-konsumaturi pparteċipaw mill-inqas darba u bejn 60-80 % ta' dawk li wieġbu huma sodisfatti ħafna bl-esperjenza tagħhom, 32 % minnhom ipparteċipaw bħala "prosumaturi".

(6)

Flash Eurobarometer 438, Ġunju 2016, KE.

(7)

Il-Każ C-434/15 tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-Każ C-526/15 tal-Qorti tal-Ġustizzja.

(8)

Il-Belġju jindirizza l-kwistjoni tal-pari li jipprovdu servizzi okkażjonali billi japplika rata tat-taxxa speċjali ta' 10 % biss għal dħul ieħor sa EUR 5,000, l-Italja qed tqis jekk tistabbilixxix livell limitu ta' EUR 10,000 għad-dħul ta' ekonomija kollaborattiva mhux professjonali, filwaqt li r-Renju Unit reċentement ħabbar benefiċċju tat-taxxa ta' £2,000 għall-proprjetà u d-dħul kummerċjali.

(9)

FR: Loi n° 2016-1321 du 7 octobre 2016 pour une République numérique.

(10)

Pereżempju, il-Ġermanja u l-Belġju: filwaqt li Berlin u Brussell jimponu rekwiżiti ta' reġistrazzjoni stretti għall-pjattaformi ta' akkomodazzjoni, Hamburg u r-reġjun Fjamming rispettivament stabbilew approċċ diverġenti, ikkaratterizzat minn rekwiżiti ta' reġistrazzjoni inqas stretti.

(11)

L-awtoritajiet lokali tal-Estonja qed iwettqu proġett pilota f'kollaborazzjoni ma' pjattaforma ta' "car-sharing", fejn qed jistabbilixxu applikazzjoni tat-taxxa aktar konvenjenti għal diversi mudelli ta' negozju bbażati fuq soluzzjonijiet elettroniċi.


ANNESS: LISTA TA' ENTITAJIET JEW PERSUNI LI MINGĦANDHOM IR-RAPPORTEUR IRĊIEVA INPUT

Il-lista li ġejja hija kkompilata fuq bażi purament volontarja taħt ir-responsabbiltà esklussiva tar-Rapporteur. Din il-lista mhijiex eżawrjenti. Ir-Rapporteur u/jew l-uffiċċju tiegħu rċieva input mingħand dawn l-entitajiet li ġejjin sal-votazzjoni fil-Kumitat IMCO:

Entità

AHTOP - Association française pour un hébergement et un tourisme professionnel

Airbnb

Altroconsumo

Bed & Breakfast Association

BEUC - The European Consumer Organisation (Uffiċċju Ewropew tal-Għaqdiet tal-Konsumaturi)

Blablacar

Bruegel Institute

CEMR - Kunsill tal-Muniċipalitajiet u r-Reġjuni Ewropej

Charlie 24

CNA - Confederazione Nazionale dell`artigianato e della Piccola Impresa

Collaboriamo

Kumitat tar-Reġjuni

Confcommercio

Cooperatives Europe

Konfederazzjoni Daniża tat-Trade Unions

EFCI - European Federation of Cleaning Industries (Federazzjoni Ewropea tal-Industrija tat-Tindif)

Enterprise Holdings

Enterprise Rent-A-Car

Rappreżentant Permanenti Estonjan għall-UE

KETU - Konfederazzjoni Ewropea tat-Trade Unions

EUCOLAB

Eurocities

European Business Service Alliance (EBSA)

European Holiday Home Association

European Hotel Forum

Flintglobal

Rappreżentanza Permanenti ta' Franza għall-UE

Heetch

HomeAway

Hotrec

IRU - International Taxi Forum

Rappreżentant Permanenti Taljan għall-UE

Ouishare

Rappreżentant Permanenti Slovakk għall-UE

Uber

Uni Global Union

Unionen

Volta

Wethic

Zurich Insurance


OPINJONI tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (2017/2011 27.3/2010)

għall-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur

dwar aġenda Ewropea għall-ekonomija kollaborattiva

(2017/2003(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Joachim Schuster

(*)  Kumitati assoċjati – Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali jistieden lill-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

A.  billi l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' Ġunju 2016 bit-titolu "Aġenda Ewropea għall-ekonomija kollaborattiva" (COM(2016)0356) tenfasizza l-importanza dejjem tikber tal-ekonomija tal-pjattaformi u l-impatt tagħha fuq politiki ekonomiċi u tal-impjieg, anke fuq it-tkabbir u l-impjiegi, u tistipula rakkomandazzjonijiet ta' politika għall-Istati Membri; billi din il-komunikazzjoni tipprovdi linji gwida dwar il-leġiżlazzjoni applikabbli tal-Unjoni biex tgħin lill-ħaddiema, in-negozji, l-Istati Membri u s-soċjetà kollha kemm hi jibbenefikaw mill-ekonomija tal-pjattaformi;

B.  billi l-promozzjoni tal-ġustizzja u l-protezzjoni soċjali, kif definit fl-Artikolu 3 TUE u l-Artikolu 9 TFUE, hija wkoll objettiv tas-suq intern tal-UE;

C.  billi r-rati tal-impjieg indipendenti (2006: 3.7 %, 2016: 5.6 %) u l-proporzjon tal-ħaddiema li jkollhom impjieg sekondarju (2002: 3.6 %, 2016: 4.2 %) qed jiżdiedu fl-UE; billi hemm nuqqas ta' data dwar l-impjiegi għall-ekonomija tal-pjattaformi; billi l-Kummissjoni u l-Istati Membri jeħtieġ li jindirizzaw aħjar id-dimensjoni soċjali tal-ekonomija tal-pjattaformi billi jipprovdu analiżi fil-fond u data dwar forom ġodda ta' impjiegi, billi jimmonitorjaw l-ambjent regolatorju li qed jevolvi, u billi jħeġġu l-iskambju tal-aħjar prattiki fost l-Istati Membri, sabiex jirreaġixxu aħjar għall-isfidi soċjali relatati ma' din l-ekonomija l-ġdida;

D.  billi s-server u s-sedi korporattivi ta' bosta pjattaformi jinsabu barra mill-UE u b'hekk lil hinn mill-kamp ta' applikazzjoni tal-liġi Ewropea;

E.  billi l-importanza li jiġu ggarantiti mezzi suffiċjenti sabiex tingħata protezzjoni soċjali adegwata, fil-livell tal-Istati Membri, lill-persuni f'kull forma ta' impjieg, inklużi relazzjonijiet ta' xogħol standard u mhux standard kif ukoll impjieg indipendenti, hija enfasizzata fir-rapport tal-Parlament tal-20 ta' Diċembru 2016 dwar Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali(1);

F.  billi l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tikkostitwixxi punt ta' tluq għal żvilupp ibbilanċjat tal-ekonomija tal-pjattaformi, fid-dawl tal-evoluzzjoni rapida tagħha u l-lakuni regolatorji relatati u l-inċertezzi li għad iridu jiġu indirizzati, bħal forom prekarji ta' xogħol fl-ekonomija tal-pjattaformi;

G.  billi jistgħu jiġu differenzjati żewġ forom ta' xogħol fl-ekonomija kollaborattiva, jiġifieri s-servizzi fiżiċi bħax-xogħol fuq talba, u s-servizzi virtwali bħall-crowdwork li huwa trażmess biss permezz tal-internet;

H.  billi l-ekonomija kollaborattiva tkopri mudelli diversi bħall-crowdfunding, l-iskambju ta' oġġetti, il-banek tal-ħin, il-gruppi ta' konsum proprju u l-użu kondiviż ta' beni, fost affarijiet oħra, u billi għaldaqstant mhux dejjem topera f'kuntest diġitali iżda topera wkoll f'kuntesti bbażati fil-komunità, ta' spiss fuq bażi mingħajr skop ta' qligħ; billi hija eżerċitata mhux biss fuq skala globali iżda wkoll fuq skala lokali, u mhijiex ristretta esklussivament għall-qasam ekonomiku, iżda tpoġġi l-enfasi fuq aspetti soċjali, ambjentali u ta' aċċessibbiltà;

I.  billi l-ekonomija tal-pjattaformi toffri opportunitajiet għat-tkabbir u l-impjiegi, fost l-oħrajn billi tipprovdi dħul aktar faċli għall-persuni li, fost fatturi oħra, huma mbiegħda mis-suq tax-xogħol jew li jkunu qed ifittxu forom ġodda ta' impjiegi b'ħinijiet tax-xogħol flessibbli; billi tista' tipprovdi servizzi innovattivi ġodda; billi għandha tiżgura kundizzjonijiet tax-xogħol tajbin, l-għoti tas-sigurtà soċjali u r-rikonċiljazzjoni (fuq talba) tax-xogħol mal-ħajja privata;

J.  billi l-aċċess għal broadband b'veloċità għolja huwa essenzjali għall-parteċipazzjoni fl-ekonomija tal-pjattaformi u nuqqas ta' forniment ta' broadband potenzjalment jeskludi partijiet tas-soċjetà, bħall-persuni li jgħixu f'żoni żvantaġġati, f'żoni rurali u fir-reġjuni l-aktar imbiegħda, milli jibbenefikaw minn opportunitajiet ġodda;

K.  billi l-individwi u l-fornituri tas-servizzi li jużaw il-pjattaformi għandhom ikunu infurmati aħjar dwar ir-rekwiżiti legali li jeħtieġu jissodisfaw, b'mod partikolari fir-rigward tad-drittijiet u l-obbligi tagħhom relatati mal-istatus tal-impjieg tagħhom;

L.  billi ma hemm l-ebda statistika uffiċjali dwar il-volum ta' impjiegi fl-ekonomija tal-pjattaformi;

  Introduzzjoni

1.  Jenfasizza li l-Unjoni għandha tappoġġja l-iżvilupp tal-ekonomija tal-pjattaformi billi tikkjarifika d-dispożizzjonijiet legali applikabbli u twitti t-triq tagħha b'mod soċjalment ġust, ibbilanċjat u sostenibbli. jirrakkomanda li l-protezzjoni tal-ħaddiema f'forom ġodda ta' impjieg bħalma huma l-ekonomija tal-pjattaformi għandha wkoll tiġi integrata f'kull qasam politiku ieħor minbarra l-impjiegi u l-affarijiet soċjali;

2.  Jieħu nota tad-diversi inizjattivi regolatorji nazzjonali u lokali li jikkonċernaw l-ekonomija tal-pjattaformi(2); jirrimarka f'dan il-kuntest li t-tkabbir tal-ekonomija tal-pjattaformi, u r-reazzjonijiet politiċi lejha, jiżvelaw l-opportunitajiet u l-isfidi relatati mal-iżvilupp ta' forom ta' xogħol u attivitajiet kontraenti li ma jidħlux faċilment fil-kategoriji tradizzjonali ta' xogħol subordinat u indipendenti;

3.  Jinnota li m'hemm l-ebda definizzjoni komuni tal-ekonomija diġitali bbażata fuq il-pjattaformi online ("ekonomija tal-pjattaformi", "ekonomija kollaborattiva", "ekonomija tal-kondiviżjoni" eċċ.); jirrimarka li terminu "ekonomija tal-pjattaformi" jidher li hija l-aktar deskrizzjoni oġġettiva, u jistieden lill-Kummissjoni tiżgura l-użu ta' terminoloġija koerenti;

4.  Jenfasizza l-ħtieġa ta' distinzjoni ċara bejn pjattaformi "kummerċjali" u "mhux kummerċjali" sabiex jiġi żgurat ambjent b'kundizzjonijiet ekwi kif ukoll distinzjoni ċara bejn attività bejn il-pari mhux professjonali li jaqsmu l-ispejjeż u l-oġġetti u fornituri tas-servizzi li jaġixxu fil-kapaċità professjonali tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni tħeġġeġ lill-Istati Membri jiżviluppaw definizzjonijiet u limiti speċifiċi għas-settur, f'kollaborazzjoni mal-partijiet interessati rilevanti, f'dan ir-rigward; jenfasizza l-importanza li attivitajiet professjonali remunerati fl-ekonomija tal-pjattaformi jiġu rikonoxxuti bħala "xogħol" irrispettivament mit-terminoloġija ("gigs", "kompiti", "vjaġġi", eċċ);

5.  Jistieden lill-Kummissjoni teżamina sa fejn ir-regoli eżistenti tal-UE huma applikabbli għas-suq tax-xogħol diġitali u tiżgura implimentazzjoni u infurzar adegwati; jistieden lill-Istati Membri biex, f'kollaborazzjoni mas-sħab soċjali u partijiet interessati rilevanti oħra, tevalwa, b'mod proattiv u abbażi tal-loġika ta' antiċipazzjoni, il-ħtieġa li tiġi modernizzata l-leġiżlazzjoni eżistenti, inklużi s-sistemi ta' sigurtà soċjali, biex tibqa' aġġornata mal-iżviluppi teknoloġiċi filwaqt li tiżgura l-protezzjoni tal-ħaddiema; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jikkoordinaw is-sistemi tas-sigurtà soċjali bl-għan li jiżguraw l-esportabilità tal-benefiċċji u l-aggregazzjoni ta' perjodi skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-Unjoni; iħeġġeġ lis-sħab soċjali jaġġornaw il-ftehimiet kollettivi fejn ikun neċessarju, sabiex l-istandards ta' protezzjoni eżistenti jkunu jistgħu wkoll jinżammu fid-dinja tax-xogħol diġitali;

6.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiggarantixxu li l-ekonomija tal-pjattaformi online li qed tiżviluppa fl-Unjoni tkun sostenibbli għas-soċjetà u l-ambjent, tirrispetta d-drittijiet tal-ħaddiema u tikkonforma mal-garanziji minimi dwar il-kwalità mill-pjattaformi;

7.  Jistieden lill-Kummissjoni tfassal, bl-involviment tas-sħab soċjali, forom xierqa ta' monitoraġġ u segwitu fir-rigward tal-ekonomija tal-pjattaformi;

8.  Jenfasizza li l-ekonomija kollaborattiva s'issa ffjorixxiet prinċipalment fiż-żoni urbani; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jadottaw mezzi biex jiġġieldu kontra d-distakk diġitali u jiggarantixxu l-aċċess għal kulħadd mingħajr diskriminazzjoni; jenfasizza f'dan il-kuntest l-importanza li jintuża l-broadband fiż-żoni rurali sabiex ir-reġjuni u l-persuni kollha jkunu jistgħu jibbenefikaw mill-potenzjal tal-ekonomija tal-pjattaformi, speċjalment f'dak li jirrigwarda l-impjieg; jistieden lill-Istati Membri jsaħħu r-riżorsi finanzjarji u umani biex jippermetti lil persuni żvantaġġati jiksbu ħiliet diġitali bażiċi;

  Relazzjonijiet tax-xogħol

9.  Jiddikjara li l-ħaddiema kollha fl-ekonomija tal-pjattaformi huma, jew impjegati, jew ħaddiema indipendenti, abbażi tal-importanza ewlenija tal-fatti; jenfasizza li x-xogħol kollu fl-ekonomija tal-pjattaformi għandu jiġi kklassifikat kif xieraq mill-Istati Membri; jenfasizza l-ħtieġa ta' tali kjarifika, ukoll bl-għan li jiġi evitat l-impjieg indipendenti fittizju u tiġi żgurata l-protezzjoni tad-drittijiet soċjali u tax-xogħol tal-ħaddiema kollha fl-ekonomija tal-pjattaformi , irrispettivament mill-istatus uffiċjali tagħhom bħala impjegati jew impjegati indipendenti;

10.  Jieħu nota tal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar "Aġenda Ewropea għall-ekonomija kollaborattiva" li tipprovdi, fost l-oħrajn, linji gwida għal karatterizzazzjoni tar-relazzjonijiet tax-xogħol fis-suq tax-xogħol diġitali; jinnota f'dan il-kuntest l-approċċ ġurisprudenzjali tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja li jiddefinixxi l-kunċett ta' "ħaddiem", għall-fini tal-applikazzjoni tal-liġi tal-UE, fuq il-bażi ta' relazzjoni tax-xogħol karatterizzata minn ċerti kriterji bħall-eżistenza ta' subordinazzjoni, il-preżenza ta' remunerazzjoni, u n-natura tax-xogħol(3); jistieden lill-Kummissjoni tikkoopera mal-Istati Membri kollha biex jiġi ċċarat x'jikkostitwixxi "relazzjoni tax-xogħol" fil-kuntest tal-ħidma intermedjata permezz ta' pjattaformi online, b'kont meħud tar-Rakkomandazzjoni Nru 198 tal-ILO rigward id-determinazzjoni ta' relazzjoni tax-xogħol;

11.  Jenfasizza li l-ħaddiema kollha jeħtieġ li jgawdu minn protezzjoni u sigurtà adegwata f'termini ta' kundizzjonijiet tax-xogħol, pagi, protezzjoni soċjali u saħħa u sigurtà u li l-kwalità tal-impjieg tagħhom għandha tiġi żgurata f'kull ħin, irrispettivament minn jekk huma jwettqux ix-xogħol tagħhom permezz ta' pjattaforma jew le;

12.  Itenni t-talba tiegħu għal Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet tax-xogħol deċenti għal kulħadd, inklużi l-ħaddiema tal-pjattaforma; jissottolinja l-ħtieġa li jiġu involuti s-sħab soċjali u partijiet interessati oħra rilevanti f'eżerċizzji bħal dan; jenfasizza l-ħtieġa li jiġi żgurat li l-ħaddiema tal-pjattaforma kollha għandhom igawdu l-istess drittijiet soċjali u tax-xogħol, l-istess protezzjoni tas-saħħa u s-sikurezza, u l-istess aċċess għat-tagħlim tul il-ħajja bħal ħaddiema fl-ekonomija tradizzjonali, b'konformità mal-liġi u l-prattika nazzjonali, filwaqt li titħeġġeġ l-innovazzjoni, jiġi promoss it-tkabbir sostenibbli u inklużiv, u jiġu garantiti kundizzjonijiet ekwi għan-negozji;

13.  Jenfasizza l-ħtieġa li l-ħaddiema indipendenti u l-professjonisti li jaħdmu għall-kumpaniji tal-pjattaformi jirċievu remunerazzjoni professjonali u tingħatalhom garanzija ta' żminijiet ta' ħlas ċerti;

14.  Jenfasizza l-importanza tat-telexogħol u ta' smartworking fi ħdan l-ekonomija kollaborattiva u jirrakkomanda f'dan ir-rigward il-ħtieġa li t-tali forom ta' xogħol jiġu allinjati ma' dawk tradizzjonali;

  Negozjar kollettiv u dritt tal-kompetizzjoni

15.  Jenfasizza li l-libertà ta' assoċjazzjoni u ta' azzjoni kollettiva, inkluż in-negozjar kollettiv, huma drittijiet fundamentali li jridu japplikaw għall-ħaddiema kollha, kemm jekk huma impjegati kif ukoll ħaddiema indipendenti; jirrimarka li ħaddiema indipendenti li huma legalment meqjusa bħala kumpanija b'membru wieħed għandu jkollhom id-dritt li jassoċċjaw liberament sabiex ma jitqiesux li jifformaw kartell; jistieden, f'dan il-kuntest, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jivvalutaw liġi tal-kompetizzjoni Ewropea u nazzjonali u jagħmlu aġġustamenti fejn ikun neċessarju; jistieden lill-Kummissjoni tappoġġja lill-Istati Membri u lis-sħab soċjali fiż-żieda tal-kopertura tan-negozjar kollettiv f'konformità mal-liġi u l-prattika nazzjonali u fl-għoti tas-setgħa lill-ħadiema fl-ekonomija tal-pjattaformi;

  Kundizzjonijiet ekwi

16.  Jenfasizza li l-vantaġġi potenzjali tal-effiċjenza ta' pjattaformi online fuq l-ekonomija tradizzjonali għandhom ikunu bbażata fuq kompetizzjoni ġusta, u mhux fuq id-dumping tal-pagi; jenfasizza li, bl-għan li jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi bejn l-ekonomija tal-pjattaformi u negozji tradizzjonali, speċjalment l-SMEs, l-ekonomija tal-pjattaformi, bħal kull ekonomija oħra, trid tħallas it-taxxi u l-kontribuzzjonijiet soċjali u tikkonforma mal-leġiżlazzjoni soċjali u dwar l-impjiegi; jissottolinja l-ħtieġa li jiġu aġġustati l-politiki relatati kif xieraq, meta jkun neċessarju;

17.  jistieden lill-Kummissjoni tippubblika linji gwida dwar kif id-dritt tal-Unjoni japplika għad-diversi tipi ta' mudelli tan-negozju tal-pjattaformi sabiex, fejn ikun neċessarju, jimtlew il-lakuni regolatorji fil-qasam tal-impjieg u tas-sigurtà soċjali; jemmen li l-potenzjal għoli ta' trasparenza tal-ekonomija tal-pjattaformi jippermetti traċċabbiltà tajba, f'konformità mal-għan li tiġi infurzata l-leġiżlazzjoni eżistenti; jistieden lill-Istati Membri jwettqu spezzjonijiet tax-xogħol suffiċjenti fir-rigward tal-pjattaformi online u jimponu sanzjonijiet fejn ir-regoli jkunu ġew miksura, b'mod partikolari f'termini ta' kundizzjonijiet ta' xogħol u ta' impjieg, kif ukoll rekwiżiti speċifiċi dwar kwalifiki; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jagħtu attenzjoni speċjali lix-xogħol mhux iddikjarat u x-xogħol indipendenti fittizju f'dan is-settur, u biex ipoġġu l-ekonomija tal-pjattaformi fuq l-aġenda tal-Pjattaforma Ewropea Kontra x-Xogħol Mhux Iddikjarat; jistieden lill-Istati Membri jipprovdu riżorsi suffiċjenti għall-ispezzjonijiet;

18.  Ifakkar li l-operaturi tal-pjattaformi kollha jeħtieġu jwettqu l-attivitajiet tagħhom f'konformità stretta mal-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-Unjoni; jitlob li jkun hemm miżuri anti-dumping biex tkun żgurata l-kompetizzjoni ġusta bejn il-pjattaformi bbażati fl-Istati Membri u l-pjattaformi bbażati f'pajjiżi terzi; jenfasizza l-ħtieġa ta' regoli effettivi biex jiġi indirizzat l-evitar tat-taxxa permezz ta' pjattaformi online ibbażati f'pajjiżi terzi li jipprovdu servizzi jew ibigħu oġġetti fl-Unjoni;

19.  Jenfasizza l-ħtieġa li tiġi indirizzata aħjar id-dimensjoni soċjali tal-ekonomija tal-pjattaformi; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, f'konformità mal-liġi tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data u f'kooperazzjoni mas-sħab soċjali, biex jiġbru data aktar affidabbli u komprensiva dwar xogħlijiet u l-profili ta' impjieg, kundizzjonijiet ta' xogħol u ta' impjieg, inkluża informazzjoni dwar l-introjtu, u ħiliet, kwalifiki u attivitajiet fl-ekonomija tal-pjattaformi; iqis li huwa utli wkoll li tali data tkun ibbażata fuq intervisti ma' ħaddiema tal-pjattaformi u fuq l-informazzjoni miġbura mill-pjattaformi; jitlob analiżi dettaljata tal-ħidma fl-ekonomija tal-pjattaformi bil-ħsieb li tiġi aġġustata l-leġiżlazzjoni soċjali u dwar ix-xogħol eżistenti fejn ikun neċessarju; jenfasizza l-importanza tal-iskambji tal-aħjar prattiki fost l-Istati Membri f'dan il-kuntest;

20.  Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li jkun hemm sigurtà soċjali adegwata għall-ħaddiema indipendenti, li huma atturi ewlenin fis-suq tax-xogħol diġitali; jistieden lill-Istati Membri jadattaw l-iskemi ta' protezzjoni soċjali eżistenti u jiżviluppaw mekkaniżmi ġodda ta' protezzjoni, fejn neċessarju, biex jiżguraw kopertura adegwata għal ħaddiema tal-pjattaformi kif ukoll in-nondiskriminazzjoni u l-ugwaljanza bejn is-sessi, filwaqt li jirriflettu tendenzi partikolari ta' xogħol u ta' karriera influwenzati mid-diġitalizzazzjoni, u biex jiskambjaw l-aħjar prattiki fil-livell Ewropew;

21.  Jistieden lill-Kummissjoni teżamina sa liema punt id-direttiva dwar xogħol temporanju permezz ta' aġenzija hija applikabbli għal pjattaformi online; iqis li ħafna pjattaformi online intermedji huma strutturalment simili għall-aġenziji ta' xogħol temporanji (relazzjoni kuntrattwali trijangolari bejn: ħaddiem temporanju permezz ta' aġenzija/ħaddiem tal-pjattaforma; aġenzija tax-xogħol temporanju/pjattaforma online; l-impriża utent/klijent);

22.  Jistieden lis-servizzi nazzjonali ta' impjieg pubbliku u lin-Netwerk tal-EURES jikkomunikaw aħjar dwar l-opportunitajiet offruti mill-ekonomija kollaborattiva;

23.  Jirrikonoxxi li l-ekonomija tal-pjattaformi tista' tintuża għal skopijiet soċjali; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jippromwovu mudelli tal-ekonomija soċjali fl-ekonomija tal-pjattaformi, b'referenza partikolari għal pjattaformi organizzati skont mudell korporattiv, u sabiex jiskambjaw l-aħjar prattiki f'dan ir-rigward, peress li l-impriżi soċjali wrew li huma reżiljenti fi żminijiet ta' kriżi ekonomika;

  Rekwiżiti tal-ħiliet

24.  Jissottolinja li l-kompetenzi diġitali huma tal-akbar importanza biex inlaħħqu mad-diġitalizzazzjoni ta' kull aspett tal-ħajja; jistieden lill-Istati Membri jadattaw is-sistemi tagħhom ta' edukazzjoni u taħriġ fis-suq tax-xogħol diġitali, biex b'hekk jgħaqqdu d-dinja tal-edukazzjoni mad-dinja tax-xogħol, inkluż it-trawwim tal-intraprenditorija; Jirrimarka li hekk kif il-profili tal-impjiegi u l-ħiliet qed isiru aktar kumplessi, qed ikun hemm domandi ġodda – b'mod partikolari fir-rigward tal-ħiliet tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICT) – kemm fuq it-taħriġ kif ukoll fuq l-edukazzjoni avvanzata u t-tagħlim tul il-ħajja biex jiġi promoss il-litteriżmu diġitali u biex jiġu indirizzati l-lakuni eżistenti bejn il-ġenerazzjonijiet u bejn is-sessi f'dan il-kuntest;

25.  Jenfasizza l-importanza ta' sinerġiji aktar b'saħħithom li jinvolvu s-sħab soċjali u l-istituzzjonijiet edukattivi u ta' taħriġ differenti sabiex jiġu aġġornati materjali tat-tagħlim u tal-istudju u jiġu żviluppati strateġiji ta' ħiliet; iħeġġeġ lill-Istati Membri jinkludu t-taħriġ diġitali fil-kurrikuli tal-iskejjel minn età bikrija; jinsisti li l-investiment pubbliku fl-edukazzjoni vokazzjonali u t-tagħlim tul il-ħajja huwa meħtieġ sabiex jiġi żgurat li l-ħaddiema jkunu mgħammra bil-ħiliet meħtieġa għall-era diġitali; jenfasizza li l-edukazzjoni u t-taħriġ iridu jkunu aċċessibbli għall-ħaddiema kollha; jemmen li l-opportunitajiet ġodda ta' finanzjament għal tagħlim u taħriġ tul il-ħajja huma meħtieġa, b'mod partikolari għal intrapriżi mikro u żgħar;

  Dmirijiet ta' rappurtar u obbligi ta' trasparenza għall-operaturi tal-pjattaformi

26.  Jappella għal standards dwar l-obbligi tat-trasparenza u tal-iżvelar għall-operaturi tal-pjattaformi sabiex jiġu mmoniterjati l-ħlasijiet tat-taxxa, il-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali u l-prattiki li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tax-xogħol fil-pjattaformi u sabiex jiġi żgurat li l-informazzjoni rilevanti kollha tkun disponibbli għall-awtoritajiet nazzjonali; iħeġġeġ lill-Istati Membri jiffaċilitaw l-obbligi tal-awtorappurtar għall-ħaddiema tal-pjattaformi permezz ta' dikjarazzjonijiet tat-taxxa simplifikati u biex jaħdmu ma' pjattaformi online sabiex jikkomunikaw tranżazzjonijiet elettroniċi rreġistrati b'hekk jikkontribwixxu għall-ġlieda kontra l-evażjoni tat-taxxa u x-xogħol mhux iddikjarat;

27.  Jinnota l-konċentrazzjoni ta' data ġġenerata minn utenti f'idejn pjattaformi online, u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw il-funzjonament xieraq tas-Suq Uniku Diġitali u biex jistabbilixxu salvagwardji adegwati għall-privatezza tal-utenti u tal-ħaddiema kif ukoll il-ġbir tad-data;

28.  Jemmen li l-konsumaturi għandhom igawdu minn livell ta' protezzjoni għoli u effettiv, irrispettivament minn jekk is-servizzi humiex ipprovduti minn professjonisti jew pari; jenfasizza, b'mod partikolari, l-importanza li l-konsumaturi jiġu protetti fi tranżazzjonijiet bejn il-pari u li jinstabu soluzzjonijiet li jtejbu s-sigurtà;

29.  Jenfasizza li l-mudell ekonomiku ta' ekonomiji kollaborattivi hu bbażat fuq il-fiduċja tal-utenti, partikolarment f'kummenti online; ifakkar li l-klassifikazzjonijiet ta' ħaddiema tal-pjattaformi jikkostitwixxu valur tas-suq diġitali għall-utenti; jenfasizza, għalhekk, il-ħtieġa ta' pjattaformi għall-iżvilupp ta' għodod ta' ċertifikazzjoni għall-klassifikazzjonijiet online sabiex jiġu żgurati t-trasparenza u l-affidabilità tal-informazzjoni dwar il-kwalità tas-servizzi; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, f'kooperazzjoni mas-sħab soċjali, biex jiffaċilitaw it-trasferibilità u l-akkumulazzjoni ta' klassifikazzjonijiet fost il-pjattaformi kollha f'servizzi ekwivalenti;

30.  Jinnota l-potenzjal għal prattiki inġusti rigward il-klassifikazzjonijiet online li jistgħu jaffettwaw il-kundizzjonijiet tax-xogħol u d-drittijiet ta' ħaddiema tal-pjattaformi u l-kapaċità tagħhom li jsibu impjieg; jinsab imħasseb li għadd arbitrarju ta' rieżamijiet tal-klijenti negattivi, li mhux neċessarjament jirriflettu l-kwalità tax-xogħol u li ma jistgħux jiġu kkontestati, jistgħu jwasslu għal diżattivazzjoni tal-kont jew għar-relegazzjoni tar-riżultat tat-tfittxija minn pjattaformi; iqis li tali sistema ta' klassifikazzjoni żviluppata minn pjattaforma għandha tiġi stabbilita f'konsultazzjoni mal-ħaddiema u r-rappreżentanti tagħhom; jistieden lill-pjattaformi jinnotifikaw u jipprovdu proċess ta' arbitraġġ għall-ħaddiema tal-pjattaformi qabel ma tittieħed tali azzjoni bħala riżultat tal-punteġġi tal-klassifikazzjonijiet; jenfasizza li l-ħaddiema tal-pjattaformi kollha għandu jkollhom id-dritt li jitneħħewlhom klassifikazzjonijiet mhux ġustifikati; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, f'kollaborazzjoni mas-sħab soċjali, jiżguraw li l-ħaddiema u l-utenti jkunu kapaċi wkoll li jikklassifikaw il-pjattaformi online;

31.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jieħdu passi deċiżivi biex jipprojbixxu algoritmi diskriminatorji u opaki u softwer żviluppat jew użat minn pjattaformi online li ma jikkonformawx mal-leġiżlazzjoni Ewropea u nazzjonali, u jistabbilixxu strutturi ta' monitoraġġ għal dan l-għan;

32.  Jemmen li huwa neċessarju li tittieħed azzjoni sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jimponu limitazzjonijiet fuq l-ambitu tal-attivitajiet ta' dawn il-pjattaformi, fl-interess pubbliku;

33.  Jistieden lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lis-sħab soċjali jipprovdu informazzjoni adegwata lill-ħaddiema tal-pjattaformi dwar kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-impjieg u d-drittijiet tal-ħaddiema, u dwar ir-relazzjonijiet tax-xogħol tagħhom ma' pjattaformi u utenti; iqis li l-pjattaformi għandhom jaqdu rwol proattiv fl-għoti ta' informazzjoni lill-utenti u lill-ħaddiema dwar il-qafas regolatorju applikabbli bl-għan li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti legali;

  Saħħa u sikurezza

34.  Jinnota li l-ekonomija tal-pjattaformi toffri opportunitajiet ġodda għan-nies biex jaqilgħu dħul addizzjonali, għall-impjieg taż-żgħażagħ (b'mod partikolari dawk li jkunu qegħdin ifittxu xogħol każwali u forom flessibbli ta' impjieg li jippermettulhom jikkombinaw ix-xogħol mal-istudju), għar-rikonċiljazzjoni aħjar tal-ħajja tax-xogħol u dik privata, u għat-tnaqqis tas-sottoimpjieg u l-qgħad, u għax-xogħol kollaborattiv; jirrimarka, madankollu, li f'ċerti ċirkustanzi, dan l-iżvilupp jista' jwassal ukoll għal sitwazzjonijiet prekarji; jenfasizza li l-impjieg flessibbli jrid ikun kopert bid-dispożizzjonijiet eżistenti dwar is-saħħa u s-sigurtà, kif ukoll b'miżuri ta' protezzjoni soċjali, sabiex jiġu evitati implikazzjonijiet soċjali u finanzjarji fit-tul, u jrid jeskludi riskji potenzjali bħal xogħol eċċessiv għall-ħaddiema u livelli tal-paga li ma jkunux proporzjonati mal-prestazzjoni; jenfasizza, għalhekk, il-ħtieġa tal-flessibbiltà tas-suq tax-xogħol, minn naħa, u l-ħtieġa ta' sigurtà ekonomika u soċjali għall-ħaddiema, min-naħa l-oħra; jenfasizza li t-tnaqqis tal-ispejjeż jenħtieġ li ma jdgħajjifx il-kundizzjonijiet tax-xogħol jew l-istandards tal-impjieg;

35.  Jistieden lill-Kummissjoni tipproduċi studju dwar l-effetti tad-diġitalizzazzjoni fuq il-benesseri tal-ħaddiema u l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata kif ukoll dwar il-konsegwenzi soċjali u ambjentali; jenfasizza li l-ħidma fl-ekonomija tal-pjattaformi m'għandhiex twassal għal disponibilità permanenti, l-erożjoni ta' arranġamenti ta' ħin tax-xogħol tradizzjonali, jew l-iżolament soċjali li jistgħu joħolqu kundizzjonijiet psikosoċjali bħal eżawriment jew dipressjoni; iħeġġeġ għalhekk konformità sħiħa mal-ħinijiet ta' mistrieħ stipulati u jenfasizza l-ħtieġa li jiġu rispettati l-arranġamenti tal-ħinijiet tax-xogħol sabiex jinżammu l-limiti fuq il-ħin tax-xogħol kif definit mil-liġijiet tax-xogħol tal-Istati Membri individwali; jissottolinja li l-effetti tad-diġitalizzazzjoni fuq is-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol jenħtieġ jiġu evalwati u, li d-dispożizzjonijiet tal-qafas tas-saħħa u s-sikurezza eżistenti jiġu adattati kif xieraq; jirrakkomanda li l-Istati Membri jistabbilixxu "dritt ta' tifi" għal xogħol barra mis-sigħat tax-xogħol miftiehma, bħala miżura biex jiġi żgurat bilanċ tajjeb bejn il-ħajja professjonali u dik privata; jenfasizza li tali dritt m'għandu jkollu ebda impatt negattiv fuq il-klassifikazzjoni tal-ħaddiema tal-pjattaformi;

36.  Jenfasizza li fornituri ta' servizzi professjonali fl-ekonomija diġitali jridu jissodisfaw l-istess rekwiżiti ta' kwalità, il-ħiliet u l-kwalifiki bħall-ekonomija tradizzjonali, sabiex jiġu evitati riskji għas-saħħa u s-sikurezza; jistieden lill-awtoritajiet rilevanti, f'kooperazzjoni mas-sħab soċjali, jiżviluppaw monitoraġġ xieraq u proċeduri ta' ċertifikazzjoni;

37.  Ifakkar li l-flessibbiltà, il-volatilità u l-instabbiltà ta' dawn l-impjiegi jsarrfu f'riskji tas-suq għall-ħaddiema, u li għalhekk jiġġeneraw inugwaljanza soċjali akbar u jikkawżaw livelli ta' mard psikoloġiku ogħla milli f'impjiegi oħrajn; jenfasizza li s-settur ma jipprovdix biżżejjed impjiegi għall-persuni bla xogħol, għall-gruppi soċjali l-aktar esklużi u fil-qasam rurali minħabba ostakli bħad-distakk diġitali jew in-nuqqas ta' ħiliet teknoloġiċi;

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

22.3.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

38

1

8

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Enrique Calvet Chambon, David Casa, Ole Christensen, Marian Harkin, Jan Keller, Ádám Kósa, Jean Lambert, Jérôme Lavrilleux, Jeroen Lenaers, Javi López, Thomas Mann, Anthea McIntyre, Emilian Pavel, Georgi Pirinski, Marek Plura, Terry Reintke, Sofia Ribeiro, Robert Rochefort, Maria João Rodrigues, Claude Rolin, Anne Sander, Sven Schulze, Jutta Steinruck, Romana Tomc, Yana Toom, Marita Ulvskog, Renate Weber, Tatjana Ždanoka, Jana Žitňanská

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Maria Arena, Georges Bach, Krzysztof Hetman, Marju Lauristin, Edouard Martin, Alex Mayer, Joachim Schuster, Jasenko Selimovic, Michaela Šojdrová

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

38

+

ALDE

ECR

PPE

S&D

Verts/ALE

Enrique Calvet Chambon, Marian Harkin, Robert Rochefort, Jasenko Selimovic, Yana Toom, Renate Weber

Anthea McIntyre, Jana Žitňanská

Georges Bach, David Casa, Krzysztof Hetman, Ádám Kósa, Jérôme Lavrilleux, Jeroen Lenaers, Thomas Mann, Marek Plura, Sofia Ribeiro, Claude Rolin, Anne Sander, Sven Schulze, Michaela Šojdrová, Romana Tomc

Maria Arena, Ole Christensen, Jan Keller, Marju Lauristin, Javi López, Edouard Martin, Alex Mayer, Emilian Pavel, Georgi Pirinski, Maria João Rodrigues, Joachim Schuster, Jutta Steinruck, Marita Ulvskog

 

Jean Lambert, Terry Reintke, Tatjana Ždanoka

1

-

NI

Lampros Fountoulis

8

0

ENF

GUE/NGL

Mara Bizzotto, Dominique Martin, Joëlle Mélin

Tania González Peñas, Rina Ronja Kari, Patrick Le Hyaric, João Pimenta Lopes, Neoklis Sylikiotis

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

1119

(1)

Testi adottati, P8_TA(2017)0010.

(2)

Ara: Il-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (Eurofound), l-Osservatorju Ewropew tal-Ħajja tax-Xogħol (EurWork): "Digitalisation and working life: lessons from the Uber cases around Europe", 2016

(3)

Ara: ECJ C 596/12, paragrafu 17 u ECJ C 232/09, paragrafu 39


OPINJONI tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (24.3.2017)

għall-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur

dwar aġenda Ewropea għall-ekonomija kollaborattiva

(2017/2003(INI))

Rapporteur għal opinjoni (*): Dario Tamburrano

(*)  Kumitat assoċjat – Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija jistieden lill-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jilqa' l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu "Aġenda Ewropea għall-ekonomija kollaborattiva", li tirrikonoxxi li l-ekonomiji kollaborattivi joffru modi innovattivi biex jipprovdu servizzi ġodda liċ-ċittadini, irawmu l-intraprenditorija u joħolqu l-impjiegi; jirrikonoxxi l-fatt li l-ekonomiji kollaborattivi kollha għandhom l-għeruq tagħhom fl-imġiba kooperattiva tal-bniedem, huma bbażati fuq ir-relazzjonijiet bejn il-pari, il-komunità u l-fiduċja u bbenefikaw minn żviluppi soċjoekonomiċi, fosthom il-bidla minn mudell ta' neċessità ta' sjieda għal mudell ta' neċessità ta' użu u kondiviżjoni ta' assi; jirrikonoxxi li attwalment l-ekonomiji kollaborattivi għandhom it-tendenza li jkopru firxa usa', li tvarja minn mudelli ekonomiċi bbażati fuq l-għotjiet għal mudelli ekonomiċi orjentati lejn il-profitt u, minkejja d-diversità li tikkaratterizzahom issa jew fil-futur, dawn huma identifikati permezz tal-kondiviżjoni tar-riżorsi, il-parteċipazzjoni attiva u l-awtonomizzazzjoni taċ-ċittadini, l-innovazzjoni aċċettata mill-komunità, u l-użu intensiv tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni (ICT) bħala fattur ewlieni;

2.  B'kunsiderazzjoni tan-natura multidimensjonali tal-ekonomiji kollaborattivi, jindika l-ħtieġa ta' distinzjoni bejn mudelli "bi skop ta' profit" u "mingħajr skop ta' profitt" (inklużi mudelli ta' kondiviżjoni tal-ispejjeż), peress li l-parteċipanti rispettivi tagħhom, kemm jekk ikunu utenti kif ukoll fornituri ta' servizzi, m'għandhomx ikunu soġġetti għall-istess rekwiżiti legali;

3.  Jenfasizza li l-ekonomiji kollaborattivi jistgħu joffru ħafna opportunitajiet għal investimenti u prosperità fis-suq Ewropew, inklużi impjiegi għal nies li huma 'l bogħod mis-suq tax-xogħol, bħan-nies qiegħda, iż-żgħażagħ, l-istudenti, in-nisa u l-anzjani; jinnota, f'dan ir-rigward, il-possibilità ta' relazzjonijiet tax-xogħol atipiċi, inkluż l-impjieg indipendenti fittizju, li għandu jiġi identifikat sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni ġusta tal-istandards tax-xogħol u tat-tassazzjoni rilevanti; jissottolinja li l-ekonomiji kollaborattivi jrawmu l-intraprenditorija; jenfasizza l-ħtieġa li jkunu adattati l-politiki dwar it-taħriġ għal dan it-tip ġdid ta' negozju;

4.  Jenfasizza li l-ICTs jippermettu li l-ideat innovattivi fl-ekonomija kollaborattiva jevolvu malajr u b'mod effiċjenti, filwaqt li jgħaqqdu u jawtonomizzaw lill-parteċipanti, kemm jekk ikunu utenti kif ukoll fornituri ta' servizzi, billi jiffaċilitaw l-aċċess tagħhom fis-suq u l-involviment tagħhom fih, u b'hekk jagħmlu liż-żoni remoti u rurali aktar aċċessibbli, biex b'hekk inaqqsu l-ħtieġa għall-intermedjazzjoni, inaqqsu l-ispejjeż diretti u ġenerali, iwasslu flussi intensivi ta' informazzjoni u jsaħħu l-fiduċja bejn il-pari;

5.  Jirrikonoxxi l-potenzjal tad-data, is-servizzi u l-kontenut kreattiv iġġenerati mill-utenti għan-negozji Ewropej, filwaqt li jindika r-riskji possibbli assoċjati mal-konċentrazzjoni tagħhom f'għadd żgħir ta' pjattaformi diġitali transnazzjonali, li jistgħu jaġixxu bħala intermedjarji ġodda, u jistgħu joħolqu distorsjoni tas-suq u jostakolaw l-iżvilupp ta' inizjattivi lokali fl-ekonomija kollaborattiva; jistieden, għaldaqstant, lill-Kummissjoni tirrifletti dwar mezzi xierqa biex tevita l-abbuż ta' pożizzjonijiet dominanti fis-suq li jistgħu jaffettwaw is-suq diġitali tal-UE;

6.  Jemmen li, sabiex pjattaforma tkun meqjusa kollaborattiva, hu essenzjali li jseħħu skambji ta' oġġetti u servizzi primarjament bejn sħab ugwali; iwissi f'dan ir-rigward kontra l-proliferazzjoni ta' pjattaformi li jkollhom it-tiketta tal-"ekonomija kollaborattiva" iżda li fil-fatt jaġixxu bħala fornituri tas-servizz aktar milli biss bħala intermedjarji;

7.  Jenfasizza li l-ekonomiji kollaborattivi huma bbażati fuq il-fiduċja, partikolarment kummenti online, klassifikazzjonijiet, sistemi reputazzjonali jew mekkaniżmi oħra li jistgħu jiskoraġġixxu mġiba dannuża mill-parteċipanti, inaqqsu assimetriji fl-informazzjoni u jikkontribwixxu għal kwalità ogħla u trasparenza tas-servizzi; iwissi, madankollu, dwar il-ħtieġa li jiġi evitat li dawn il-mekkaniżmi jwasslu għall-istabbiliment ta' ostakli mhux ġustifikati għal parteċipanti li jidħlu f'dawn il-pjattaformi jew li joħorġu minnhom u li l-awtoregolamentazzjoni waħedha, inklużi tikketti ta' kwalità, tista' ma tkunx biżżejjed biex jintlaħqu l-istandards ta' sikurezza u ta' kwalità tas-servizz; f'dan ir-rigward, iħeġġeġ lill-Kummissjoni toħloq kundizzjonijiet ekwi fost il-pjattaformi kollaborattivi billi:

(a) tkompli bil-ħidma tagħha fuq il-fluss liberu tad-data u l-interoperabbiltà bejn il-pjattaformi tas-suq u tħeġġeġ il-portabbiltà tad-data;

(b) tipproponi modi biex tawtentika l-opinjonijiet tal-konsumaturi online;

(c) tiżgura li l-pjattaformi: i) jipprovdu informazzjoni komprensiva dwar il-qafas regolatorju li miegħu l-fornituri ta' servizzi għandhom jikkonformaw, u ii) ikollhom rwol aktar proattiv fil-verifika ta' jekk il-fornituri ta' servizzi jissodisfawx ir-rekwiżiti legali tagħhom;

8.  Jissottolinja li l-kondiviżjoni tal-assi tottimizza l-użu tagħhom u twassal għal għadd kbir ta' esternalitajiet pożittivi ambjentali u soċjoekonomiċi u, għaldaqstant, l-industriji u s-servizzi jsiru aktar effiċjenti fl-użu tar-riżorsi, l-ispejjeż inizjali għad-dħul fis-suq jonqsu u jinħolqu opportunitajiet ibbażati fil-komunità li jibbenefikaw l-intrapriżi u jawtonomizzaw liċ-ċittadini individwali li jipparteċipaw fl-ekonomija kollaborattiva; f'dan ir-rigward, jenfasizza li l-kondiviżjoni tal-assi, skont l-objettivi tal-Unjoni rigward it-tkabbir sostenibbli u inklużiv, għandha tiġi promossa;

9.  Jindika l-mod li bih l-introduzzjoni tal-5G se tibdel b'mod fundamentali l-loġika tal-ekonomiji tagħna filwaqt li tagħmel is-servizzi aktar varjati u aċċessibbli; f'dan ir-rigward, jenfasizza l-importanza li jinħoloq suq kompetittiv għan-negozji innovattivi, li s-suċċess tagħhom fl-aħħar mill-aħħar se jiddefinixxi s-saħħa tal-ekonomiji tagħna;

10.  Jenfasizza l-potenzjal tal-kontribut tal-ekonomija kollaborattiva għas-sostenibbiltà ekonomika tal-UE fil-kisba tal-objettivi predominanti fl-agrikoltura sostenibbli, l-effiċjenza tar-riżorsi, il-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u l-bini ta' ekonomija ċirkolari;

11.  Jindika li l-ekonomiji kollaborattivi jirnexxu partikolarment f'komunitajiet fejn il-mudelli ta' kondiviżjoni tal-għarfien u l-edukazzjoni huma b'saħħithom, u li b'hekk jikkatalizzaw u jikkonsolidaw kultura ta' innovazzjoni miftuħa, jappoġġaw hardware u software b'sors miftuħ, u jespandu l-wirt tal-beni komuni u tal-kontenut kreattiv kondiviż tagħna; jenfasizza li, fid-dawl tal-potenzjal tagħhom li jħeġġu l-kapital kreattiv u innovattiv taċ-ċittadini Ewropej, l-ekonomiji kollaborattivi għandhom jibqgħu miftuħa u aċċessibbli għall-individwi kollha filwaqt li jiżguraw remunerazzjoni ġusta għal ħaddiema u riċerkaturi fil-qasam kulturali u kreattiv;

12.  Jirrikonoxxi l-fatt li l-ekonomiji kollaborattivi mxew 'il quddiem l-aktar fiż-żoni urbani fejn kundizzjonijiet bħad-densità tal-popolazzjoni u l-prossimità fiżika kienu favur l-adozzjoni ta' mudelli kollaborattivi; f'dan ir-rigward, jenfasizza l-importanza tal-iżvilupp ta' politiki koerenti u l-introduzzjoni tal-broadband u l-ultra-broadband sabiex it-territorji kollha tal-Unjoni, speċjalment dawk li huma inqas popolati, remoti jew rurali, ikunu jistgħu jibbenefikaw mill-potenzjal ta' dawn l-ekonomiji;

13.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw koordinazzjoni aħjar, flimkien mal-partijiet interessati rilevanti, sabiex jilħqu standards għoljin rigward: (a) id-drittijiet tal-ħaddiema u protezzjoni soċjali għall-ħaddiema kollha fl-ekonomiji kollaborattivi; (b) garanziji ta' sikurezza għall-utenti tal-ekonomiji kollaborattivi; (c) l-iżvilupp ta' ekonomiji kollaborattivi u sinerġiji għal koabitazzjoni ma' mudelli ta' negozju tradizzjonali; (d) l-infurzar tal-protezzjoni ta' data personali sabiex tiġi żgurata l-privatezza tal-ħaddiema kollha u s-segretezza tad-data tal-konsumatur;

14.  Jistieden lill-Kummissjoni biex, fost l-oħrajn, tkompli tistudja l-impatti soċjoekonomiċi tan-negozju kollaborattiv fuq l-impjiegi, il-protezzjoni tal-konsumaturi, il-protezzjoni soċjali u l-politiki pubbliċi rilevanti bħall-ippjanar spazjali u t-turiżmu;

15.  Jistieden lill-Kummissjoni tagħmilha aktar faċli għall-Istati Membri li jiżguraw protezzjoni soċjali adegwata kemm għall-impjegati kif ukoll għall-impjegati indipendenti f'ekonomiji ta' kondiviżjoni, filwaqt li l-Kummissjoni trid tirrispetta l-awtonomija tas-sħab soċjali fil-livell nazzjonali, il-ftehimiet kollettivi nazzjonali u t-tradizzjonijiet u l-mudelli nazzjonali tas-suq tax-xogħol, u toqgħod lura milli tieħu inizjattivi li jistgħu jaffettwaw id-dritt ta' negozjar, ta' konklużjoni u ta' infurzar ta' ftehimiet kollettivi u ta' teħid ta' azzjoni kollettiva f'konformità mad-dritt u l-prattika nazzjonali.

16.  Jistieden lill-Kummissjoni tkompli tistudja sa fejn l-ekonomiji kollaborattivi huma koperti mill-qafas regolatorju ta' Stati Membri individwali u mid-dispożizzjonijiet eżistenti tal-UE bil-ħsieb li toħloq, jekk u fejn ikun meħtieġ, approċċ armonizzat għal ekonomiji kollaborattivi fil-livell tal-Unjoni b'konformità sħiħa mal-prinċipju ta' sussidjarjetà; f'dan il-kuntest, jindika l-esperjenzi pożittivi fir-regolamentazzjoni li saru fil-livell lokali ggwidati b'mod ġenerali mill-prinċipji ta' informazzjoni trasparenti, parteċipazzjoni, inklużjoni u governanza tajba;

17.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li l-leġiżlazzjoni u l-politiki tal-UE jkunu validi għall-futur u jipprovdu stabbiltà u ċertezza legali sabiex jisfruttaw il-potenzjal sħiħ tal-ekonomiji kollaborattivi għall-impjegati, in-negozji u ċ-ċittadini fl-UE, b'mod partikolari fir-rigward ta':

a) id-definizzjoni ta' kriterji u livelli limiti speċifiċi għas-settur, fejn neċessarju, u f'dawk id-definizzjonijiet issir distinzjoni b'mod ċar tal-kunċetti ta' "xogħol/servizz", "impjegat" u "impjegat indipendenti", "attività bejn il-pari mhux professjonali" u "fornitur ta' servizz", u attivitajiet "bi skop ta' profit" u "mingħajr skop ta' profit" (inklużi attivitajiet ta' kondiviżjoni tal-ispejjeż);

b) l-iżgurar ta' kundizzjonijiet ekwi għan-negozji u ċ-ċittadini tal-UE, partikolarment billi tiġi żgurata l-applikazzjoni ta', inter alia, standards legali funzjonalment simili għall-atturi ekonomiċi simili dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi, id-drittijiet tal-ħaddiema, il-konformità fiskali u t-trasparenza;

c) il-ftuħ ta' spazji orjentati lejn l-esperimentazzjoni u mhux esklużivi u t-trawwim tal-konnettività u l-litteriżmu diġitali, l-appoġġ ta' intraprendituri u negozji ġodda Ewropej u l-inċentivazzjoni tal-Industrija 4.0, iċ-ċentri ta' innovazzjoni, il-clusters u l-inkubaturi; huwa tal-opinjoni li dan għandu jintlaħaq billi jsir l-aħjar użu tal-leġiżlazzjoni rilevanti u mingħajr regolamentazzjoni żejda, filwaqt li jkun hemm rispett tal-prerogattiva tal-Istati Membri fuq din il-kwistjoni, inkluż ir-rispett tal-awtonomija tas-sħab soċjali u l-prattiki nazzjonali, kif ukoll il-gwida mogħtija mill-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja dwar il-kunċetti ta' "xogħol/servizz", "ħaddiem" u "fornitur ta' servizz", filwaqt li jfakkar li l-kunċett ta' ħaddiem jaqa' taħt il-kompetenzi nazzjonali;

18.  Jissottolinja li l-ekonomiji kollaborattivi huma ekosistema li teħtieġ appoġġ għall-iżvilupp rapidu u l-espansjoni tagħha u li teħtieġ tibqa' miftuħa għar-riċerka, l-innovazzjoni u t-teknoloġiji ġodda sabiex tattira investimenti jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jagħmlu użu sħiħ mill-istrumenti ta' finanzjament eżistenti biex jinvestu f'negozji kollaborattivi u jippromwovu inizjattivi li jiffaċilitaw l-aċċess għall-finanzjament, speċjalment għal negozji ġodda, intrapriżi żgħar u ta' daqs medju u n-negozji fl-ekonomija madwar l-Unjoni, permezz ta' kanali differenti bħal dawk bankarji, il-kapital ta' riskju, fondi pubbliċi, u l-finanzjament kollettiv;

19.  Jenfasizza li regoli nazzjonali u lokali li mhumiex ġustifikati u proporzjonati mhux biss jikkostitwixxu ostakli għas-suq uniku kuntrarju għal-leġiżlazzjoni tal-UE imma wkoll ifixklu l-ħolqien u l-progress ta' negozji ġodda; għalhekk jistieden lill-Kummissjoni tinforza l-leġiżlazzjoni tas-suq uniku b'mod proattiv;

20.  Jinnota li l-ekonomiji kollaborattivi qed isiru dejjem aktar importanti fis-settur tal-enerġija, u li qed jippermettu lill-konsumaturi, il-produtturi, l-individwi u l-komunitajiet jipparteċipaw b'mod effiċjenti f'bosta fażijiet deċentralizzati taċ-ċiklu tal-enerġija rinovabbli, inklużi l-awtoproduzzjoni u l-awtokonsum, il-ħżin u t-tqassim, bi qbil mal-objettivi tal-klima u l-enerġija tal-Unjoni;

21.  Huwa favur li l-ispettru jiġi ttrattat bħala ġid komuni u jħeġġeġ l-inklużjoni ta' inizjattivi innovattivi mmexxija mill-utenti fir-regolamentazzjoni li jagħtu spinta lill-ekonomija kollaborattiva u l-ekonomija tal-kondiviżjoni;

22.  Jistieden lill-Kummissjoni tappoġġa t-tkabbir ekonomiku tal-ekonomija kollaborattiva permezz ta' miżuri li għandhom l-għan li jnaqqsu l-piż amministrattiv fuq l-individwi u n-negozji mingħajr ma jiddiskriminaw bejn il-mudelli tan-negozju;

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

22.3.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

53

4

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Nikolay Barekov, Bendt Bendtsen, Xabier Benito Ziluaga, José Blanco López, Cristian-Silviu Buşoi, Reinhard Bütikofer, Jerzy Buzek, Angelo Ciocca, Edward Czesak, Pilar del Castillo Vera, Fredrick Federley, Ashley Fox, Adam Gierek, András Gyürk, Rebecca Harms, Eva Kaili, Kaja Kallas, Krišjānis Kariņš, Seán Kelly, Peter Kouroumbashev, Zdzisław Krasnodębski, Miapetra Kumpula-Natri, Janusz Lewandowski, Paloma López Bermejo, Edouard Martin, Dan Nica, Angelika Niebler, Morten Helveg Petersen, Michel Reimon, Herbert Reul, Paul Rübig, Massimiliano Salini, Algirdas Saudargas, Neoklis Sylikiotis, Dario Tamburrano, Evžen Tošenovský, Claude Turmes, Vladimir Urutchev, Kathleen Van Brempt, Henna Virkkunen, Martina Werner, Lieve Wierinck, Anna Záborská, Flavio Zanonato, Carlos Zorrinho

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Mario Borghezio, Soledad Cabezón Ruiz, Jens Geier, Françoise Grossetête, Benedek Jávor, Constanze Krehl, Olle Ludvigsson, Sofia Sakorafa, Anne Sander, Maria Spyraki, Marco Zullo

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Isabella Adinolfi, Arndt Kohn, Pavel Poc

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

53

+

ALDE

Fredrick Federley, Kaja Kallas, Morten Helveg Petersen, Lieve Wierinck

ECR

Nikolay Barekov, Edward Czesak, Ashley Fox, Zdzisław Krasnodębski, Evžen Tošenovský

EFDD

Isabella Adinolfi, Dario Tamburrano, Marco Zullo

EPP

Bendt Bendtsen, Jerzy Buzek, Cristian-Silviu Buşoi, Françoise Grossetête, András Gyürk, Krišjānis Kariņš, Seán Kelly, Janusz Lewandowski, Angelika Niebler, Herbert Reul, Paul Rübig, Massimiliano Salini, Anne Sander, Algirdas Saudargas, Maria Spyraki, Vladimir Urutchev, Henna Virkkunen, Anna Záborská, Pilar del Castillo Vera

S&D

José Blanco López, Soledad Cabezón Ruiz, Jens Geier, Adam Gierek, Eva Kaili, Arndt Kohn, Peter Kouroumbashev, Constanze Krehl, Miapetra Kumpula-Natri, Olle Ludvigsson, Edouard Martin, Dan Nica, Pavel Poc, Kathleen Van Brempt, Martina Werner, Flavio Zanonato, Carlos Zorrinho

VERTS/ALE

Reinhard Bütikofer, Rebecca Harms, Benedek Jávor, Michel Reimon, Claude Turmes

4

-

GUE/NGL

Xabier Benito Ziluaga, Paloma López Bermejo, Sofia Sakorafa, Neoklis Sylikiotis

2

0

ENF

Mario Borghezio, Angelo Ciocca

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


OPINJONI tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (11.4.2017)

għall-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur

dwar aġenda Ewropea għall-ekonomija kollaborattiva

(2017/203(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Merja Kyllönen

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu jistieden lill-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jilqa' t-tfaċċar tal-ekonomija kollaborattiva fis-servizzi tat-trasport u tat-turiżmu u fis-servizzi tal-ospitalità, filwaqt li jirrikonoxxi li, b'qafas regolatorju xieraq, sempliċi u ċar fis-seħħ, din ikollha l-potenzjal li:

a)  tipprovdi aktar għażla, affordabilità u aktar varjetà ta' servizzi lill-klijenti billi żżid u tiddiversifika kemm in-naħa tad-domanda kif ukoll dik tal-provvista;

b)  tagħti spinta lil forom ġodda ta' skambji kooperattivi bejn iċ-ċittadini fl-UE, kif ukoll lit-tkabbir ekonomiku, lill-impjiegi u lill-opportunitajiet intraprenditorjali, speċjalment għall-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju fl-Ewropa kollha;

c)  ikollha impatt pożittiv fuq il-mobilità tal-persuni b'diżabilità u l-promozzjoni attiva ta' forom sostenibbli ta' mobilità;

d)  ittejjeb l-inklużjoni tal-persuni li setgħu kienu tradizzjonalment esklużi mis-suq tax-xogħol;

2.  Jirrikonoxxi l-impatti pożittivi tal-ekonomija kollaborattiva fuq is-settur tat-turiżmu li qed jikber b'ritmu mgħaġġel, billi ssaħħaħ l-opportunitajiet ta' qligħ individwali u l-ekonomiji lokali, u tipprovdi għodod biex ikun hemm rispons aħjar għad-domanda, pereżempju f'perjodi ta' domanda għolja u f'żoni remoti, u tirrifletti wkoll il-preferenzi li jvarjaw ta' min jivvjaġġa, b'mod speċjali dawk bi dħul iktar baxx; jinnota li l-livell ta' sodisfazzjon tal-konsumaturi bis-servizzi turistiċi tal-ekonomija kollaborattiva huwa għoli; huwa tal-fehma li jenħtieġ li l-ekonomija kollaborattiva tkun inkorporata b'mod sħiħ fil-politika tal-UE dwar it-turiżmu; jenfasizza l-ħtieġa li tiġi promossa koeżistenza ta' benefiċċju bejn is-servizzi turistiċi tradizzjonali u l-ekonomija kollaborattiva;

3.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tipproponi miżuri xierqa biex jiġu indirizzat b'mod determinat l-isfidi li jinħolqu meta l-konsumaturi Ewropej jużaw pjattaformi onlajn li jkollhom il-kwartieri ġenerali barra l-UE, f'kuntesti kulturali u regolatorji mhux Ewropej, b'mod partikolari fir-rigward tal-liġijiet tal-protezzjoni tad-data, is-saħħa u s-sikurezza, it-tassazzjoni u l-impjiegi;

4.  Ifakkar li, skont l-estimi tal-Kummissjoni, l-akkomodazzjoni bejn il-pari hija l-akbar settur tal-ekonomija kollaborattiva fuq il-bażi tal-kummerċ iġġenerat, filwaqt li t-trasport bejn il-pari hija l-akbar l-pjattaforma meta mkejla mil-lat ta' dħul;

5.  Jenfasizza li fis-settur tat-turiżmu l-kondiviżjoni tad-djar tirrappreżenta użu eċċellenti tar-riżorsi u tal-ispajzju li mhux użat biżżejjed, speċjalment fiż-żoni li tradizzjonalment ma jibbenefikawx mit-turiżmu;

6.  Jikkundanna, f'dan ir-rigward, ir-regolamenti li qed jiġu imposti minn xi awtoritajiet pubbliċi, li jipprovaw jillimitaw il-provvista ta' akkomodazzjoni turistika offruta permezz tal-ekonomija kollaborattiva;

7.  Jilqa' l-opportunitajiet li toffri l-ekonomija kollaborattiva għal ħinijiet tax-xogħol flessibbli li jduru ma' impenji oħra, li jgħinu sabiex in-nies li jisfaw bla xogħol jerġgħu jsibu impjieg;

8.  Jinnota li r-rispons tal-Istati Membri għall-iżvilupp ta' mudelli ta' negozju kollaborattiv s'issa kienet frammentata ħafna, u dan joħloq inċertezza u, f'xi każijiet, jiftaħ l-ambitu għal miżuri protezzjonisti; jilqa', f'dan ir-rigward, il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar "L-Aġenda Ewropea għall-ekonomija kollaborattiva" u t-tentattiv biex tiddefinixxi l-ekonomija kollaborattiva, iżda jiddispjaċih li din tonqos milli tagħmel ħilitha biex toħloq qafas legali armonizzat espliċitu għall-ekonomija kollaborattiva fl-Unjoni Ewropea kollha u biex teżamina kif il-leġislazzjoni eżistenti tindirizza l-ħtiġijiet tal-ekonomija kollaborattiva; ifakkar, għalhekk, fil-ħtieġa li ssir analiżi fil-fond (inkluż tal-implikazzjonijiet makroekonomiċi, soċjali u ambjentali tal-ekonomija kollaborattiva), segwita, jekk ikun meħtieġ, sa mhux aktar tard mill-2018, segwit minn passi regolatorji proporzjonati min-naħa tal-Kummissjoni;

9.  Jenfasizza l-ħtieġa li jkun hemm armonizzazzjoni bejn l-ekonomija kollaborattiva u l-forom ekonomiċi tradizzjonali fl-oqsma tat-taħriġ, tal-kwalifiki professjonali u tal-obbligi fiskali u soċjali;

10.  Jiddispjaċih li l-leġiżlazzjoni attwalment fis-seħħ, b'mod partikolari d-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern(1) u d-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern(2), mhix qed tkun implimentata b'mod korrett; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li l-leġiżlazzjoni li qed tiġi applikata għall-mudelli tal-ekonomija kollaborattiva ma tiksirx il-leġiżlazzjoni tal-UE u l-prinċipji tas-suq intern;

11.  Jirrimarka li l-ekonomija kollaborattiva tagħti kontribut sinifikanti għas-sostenibilità tas-settur tat-turiżmu u ta' dak tat-trasport, billi tagħmilha possibbli li jiġu ottimizzati r-riżorsi eżistenti billi jintużaw assi mhux użati biżżejjed u jiġu żviluppati servizzi u prodotti ġodda mingħajr ma jsir investiment fuq skala kbira; jirrimarka, barra minn hekk, li din tinkoraġġixxi liċ-ċittadini jipparteċipaw f'dawn is-setturi u tgħin biex jiġi żgurat li l-benefiċċji mit-turiżmu jinxterdu mar-reġjuni kollha, inklużi dawk ultraperiferiċi, muntanjużi u rurali;

12.  Jenfasizza li, fil-kuntest tal-ekonomija kollaborattiva, jenħtieġ li l-qafas regolatorju jiġi stabbilit preferibilment fuq bażi settorjali u jipprova jpoġġi lill-konsumatur fiċ-ċentru tal-attivitajiet, jiżgura kompetizzjoni ġusta, irawwem l-innovazzjonijiet u jikkontribwixxi għall-iżvilupp ġenerali u għall-issodisfar tal-objettivi tal-politika tal-UE dwar it-trasport, bħalma huma d-dekarbonizzazzjoni tat-trasport, it-tnaqqis tas-sustanzi li jniġġsu u tal-istorbju, il-koeżjoni territorjali, l-affordabilità, l-aċċessibilità u s-sikurezza; jenfasizza li l-kwistjonijiet relatati mal-ħarsien tal-konsumatur, l-allokazzjoni tar-responsabilizzazzjoni, il-konformità fiskali, l-iskemi ta' assigurazzjoni, il-protezzjoni soċjali tal-ħaddiema (kemm jekk huma impjegati jew jaħdmu għal rashom), id-drittijiet tal-persuni b'diżabilità u l-protezzjoni tad-data huma dawk l-aktar urġenti, u jħeġġeġ, konsegwentement, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jinfurzaw il-leġiżlazzjoni eżistenti kif ukoll biex jipproponu leġiżlazzjoni addizzjonali, ibbażata fuq valutazzjonijiet xierqa, jekk jidhrilhom li jkun meħtieġ; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jikkoordinaw, fuq il-bażi ta' miżuri mtejba, l-inizjattivi u l-aħjar prattiki relatati mal-ekonomija kollaborattiva sabiex jitrawwem l-iżvilupp pożittiv ta' dan is-settur fl-Ewropa;

13.  Jistenna li l-Kummissjoni se tkompli tipprovdi aktar gwida lill-Istati Membri biex dawn jevitaw il-frammentazzjoni u tħeġġeġ lill-Istati Membri jikkondividu l-aħjar prattiki u jnaqqsu l-piż leġiżlattiv; jenfasizza li, f'ħafna każijiet, l-ekonomija kollaborattiva tapplika miżuri awtoregolatorji u tiffaċilita mekkaniżmi ta' fiduċja fost il-konsumaturi; jenfasizza li jenħtieġ li qafas regolatorju jkun adegwat (billi jitqies jekk is-servizzi humiex ipprovduti minn professjonisti jew minn pari) u li ma jxekkilx l-innovazzjoni billi joħloq ostakoli ta' piż għall-intraprenditorija fl-UE;

14.  Jinnota li l-ekonomija kollaborattiva hija wkoll ta' sfida għas-suq tax-xogħol, għall-iskemi ta' impjieg u għall-intraprenditorija, peress li għandha kemm vantaġġi kif ukoll żvantaġġi; iħeġġeġ lill-Istati Membri jinkoraġġixxu l-ħolqien ta' impjiegi ġodda u ta' opportunitajiet ta' qligħ ta' kwalità tajba fl-ekonomija kollaborattiva, filwaqt li jindirizzaw b'mod speċjali lil dawk li tradizzjonalment kienu esklużi mis-suq tax-xogħol u billi jiżguraw kundizzjonijiet tax-xogħol u relazzjonijiet industrijali ġusti u r-rispett tad-drittijiet tal-ħaddiema; jinkoraġġixxi l-kooperazzjoni bejn il-partijiet ikkonċernati kollha, billi dawn jassumu r-responsabilitajiet tagħhom, b'mod parallel ma' intervent regolatorju, jekk ikun meħtieġ; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jivvalutaw jekk il-ħaddiema fl-ekonomija kollaborattiva humiex koperti kif suppost mill-qafas tas-sigurtà soċjali;

15.  Jenfasizza li l-mudell ekonomiku tal-ekonomiji kollaborattivi huwa bbażat fuq il-fiduċja tal-utenti, partikolarment fil-kummenti online; jenfasizza l-importanza li l-utenti jitħallew ikollhom aċċess għal informazzjoni affidabbli u ġusta dwar il-kwalità tas-servizzi offruti fil-pjattaformi kollaborattivi;

16.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw l-ekwità u t-trasparenza bejn dawk li jaħdmu fl-ekonomija kollaborattiva u l-operaturi ekonomiċi tradizzjonali, u jiżguraw livell għoli ta' ħarsien tal-konsumatur, partikolarment fir-rigward tal-aspetti relatati mas-sikurezza, is-sigurtà, is-saħħa, il-ħarsien tal-privatezza u informazzjoni preċiża;

17.  Ifakkar fil-potenzjal tal-mudelli tal-ekonomija kollaborattiva biex tittejjeb b'mod sinifikanti l-effiċjenza tas-sistema tat-trasport u, permezz tal-użu tal-kapaċitajiet eżistenti, iż-żoni remoti jsiru iktar aċċessibbli u jitnaqqsu l-esternalitajiet mhux mixtieqa tat-traffiku bħalma huma l-konġestjoni u l-emissjonijiet; jistieden lill-awtoritajiet rilevanti jippromwovu l-koeżistenza benefikanti tas-servizzi kollaborattivi tat-trasport u s-sistema tat-trasport konvenzjonali, inkluż fl-ippjanar tal-mobilità fil-livell lokali u fl-iskemi lokali ta' informazzjoni u ta' ħruġ ta' biljetti, u jevitatw sistemi amministrattivi jew miżuri leġiżlattivi li jistgħu jwasslu għall-esklużjoni tas-servizzi kollaborattivi tat-trasport mill-ippjanar u mill-operazzjonijiet tat-trasport sabiex jippermettu l-ħolqien ta' ktajjen kontinwi u bla xkiel ta' vvjaġġar minn bieb sa bieb u jrawmu l-mobilità sostenibbli; jenfasizza li t-taħlita tal-ekonomija kollaborattiva u t-trasport pubbliku toffri opportunità kbira biex jiġu kkollegati l-persuni u ż-żoni, b'mod partikolari dawk li fil-passat kienu kkollegati b'mod mhux adegwat;

18.  Jenfasizza li, b'konformita mad-diġitalizzazzjoni usa' tas-servizzi tat-trasport fl-Ewropa, il-konnettività bla fili u fissa b'veloċità għolja hija essenzjali għall-iżvilupp ulterjuri tal-ekonomija kollaborattiva;

19.  Jitlob li l-kundizzjonijiet li jirregolaw il-forniment ta' servizz indipendenti fis-setturi rregolati, bħalma huma t-trasport urban u dak interurban tal-passiġġieri bit-triq, jitneħħew sabiex jiġi stabbilit qafas regolatorju uniku li jgħaqqad il-kundizzjonijiet ta' aċċess għall-professjoni skont id-dritt tal-UE ma' sistema li tiżgura l-forniment kontinwu u stabbli tas-servizzi, sabiex jiġu evitati sitwazzjonijiet ta' kompetizzjoni inġusta;

20.  Jemmen li l-mudelli tan-negozju kollaborattiv jikkostitwixxu riżors ewlieni għall-iżvilupp sostenibbli ta' konnessjonijiet fir-reġjuni periferiċi, muntanjużi u rurali, billi dawn iż-żoni ma jwasslux b'mod naturali għall-iżvilupp tal-ekonomija kollaborattiva;

21.  Jilqa' l-fatt li r-rivoluzzjoni diġitali għamlitha possibbli li jinħarġu biljetti u li jsir vjaġġar multimodali u konsistenti fi vjaġġ wieħed għall-utenti tat-trasport b'apps tal-ekonomija kollaborattiva;

22.  Jistieden lill-Kummissjoni tintegra l-ekonomija kollaborattiva fil-ħidma tagħha dwar teknoloġiji ġodda fit-trasport (vetturi konnessi, vetturi awtonomi, ħruġ ta' biljetti diġitali integrat, sistemi ta' trasport intelliġenti) minħabba l-interazzjonijiet qawwija u s-sinerġiji naturali tagħhom;

23.  Jenfasizza, fil-qasam tat-trasport, il-kontribut sinifikanti tal-ekonomija kollaborattiva għas-sikurezza u s-sigurtà (identifikazzjoni ċara tal-partijiet, evalwazzjoni reċiproka, partijiet terzi fdati, verifika tal-ispeċifikazzjonijiet);

24.  Jirrimarka li d-diversità kbira ta' mudelli, prodotti u servizzi tal-ekonomija kollaborattiva f'setturi differenti tagħmilha diffiċli biex l-attivitajiet jiġu kklassifikati; jenfasizza, madankollu, il-ħtieġa li fit-terminoloġija tal-UE jkun hemm distinzjoni ċara bejn il-pjattaformi intermedjarji li ma jiġġeneraw l-ebda qligħ għall-utenti tagħhom u dawk li jikkonnettjaw fornitur tas-servizz (bi skop ta' qligħ) ma' konsumatur, b'relazzjoni bejn l-impjegatur u l-impjegat jew mingħajrha bejn fornitur ta' servizz u pjattaforma, sabiex tkun iffaċilitata l-osservanza mill-partijiet kollha tal-obbligi fiskali u soċjali tagħhom u jiġi żgurat il-ħarsien tal-konsumatur; jistieden lill-Kummissjoni tiċċara wkoll it-terminoloġija tal-UE relatata mas-servizzi ta' raggruppament tal-karozzi, kondiviżjoni tal-karozzi, u kondiviżjoni tal-vjaġġi sabiex tiżgura l-klassifikazzjoni xierqa tagħhom f'dik li hi l-politika tal-UE dwar it-trasport; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tippreżenta proposti biex il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni tiġi adattata jekk ikun meħtieġ; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tvara studju dwar ir-rwol tal-livelli limiti fl-ekonomija kollaborattiva u dwar il-ħtieġa li l-proċeduri meħtieġa għat-twettiq ta' attivitajiet professjonali jiġu standardizzati;

25.  Jistieden lill-Istati Membri jistabbilixxu miżuri u skambji tal-aħjar prattiki fil-qasam tat-tassazzjoni sabiex titnaqqas il-possibilità tal-okkorrenza ta' attivitajiet tal-ekonomija klandestina u tal-evitar tat-taxxa skont is-servizzi tal-ekonomija kollaborattiva; jenfasizza l-potenzjal li għandhom il-pjattaformi kollaborattivi biex itejbu t-trasparenza fiskali permezz tal-użu ta' metodi elettronċi ta' pagament u jinkoraġġixxi, barra minn hekk, l-iżvilupp ta' soluzzjonijiet avvanzati xierqa ta' ħlas tat-taxxa fl-ekonomija kollaborattiva mingħajr ma jinħolqu ostakli bla bżonn; iħeġġeġ lill-Istati Membri jiċċaraw dak li huma jikkunsidraw bħala profitt taxxabbli u attivitajiet eżentati mit-taxxa, bħall-kondiviżjoni tal-ispejjeż, u jfakkar li jenħtieġ li t-taxxi jitħallsu u li l-obbligi tal-protezzjoni soċjali jiġu ssodisfati b'konformità mal-liġijiet nazzjonali tal-post fejn jiġu ġġenerati l-profitti;

26.  Jitlob li jkun hemm aċċessibilità mingħajr ostakli sabiex ikun żgurat li l-anzjani u l-persuni b'diżabilità jkunu jistgħu wkoll ikollhom aċċess għad-diversi riżorsi disponibbli fl-ekonomija tas-servizzi kollaborattivi;

27.  Jilqa' l-fatt li l-pjattaformi ta' intermedjazzjoni daħħlu fis-seħħ dinamiżmu ġdid fis-suq billi sfidaw lil xulxin, lill-operaturi eżistenti u lill-istrutturi korporattivi, u billi dgħajfu l-monopolji eżistenti u prevenew lil oħrajn ġodda; jirrikonoxxi, madankollu, li mingħajr qafas legali xieraq u ċar jista' jkun hemm riskju potenzjali li l-pjattaformi ta' intermedjazzjoni joħolqu pożizzjonijiet dominanti fis-suq, u dan jagħmel dannu lid-diversità tal-ekosistema ekonomika; jitlob, għalhekk, lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jissorveljaw l-iżvilupp tas-suq u l-implikazzjonijiet ekonomiċi u soċjali, jindirizzaw in-nuqqasijiet ċari tas-suq, u, jekk ikun meħtieġ, jipproponu miżuri sabiex jiżguraw il-kompetittività tal-kumpaniji Ewropej fis-suq Ewropew u jistabbilixxu kondizzjonijiet tas-suq favorevoli għall-intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju;

28.  Jinnota li d-diġitalizzazzjoni u l-fluss ħieles ta' data huma waħda mill-għodod l-aktar fundamentali f'dak li jikkonċerna r-riforma tas-settur tat-trasport u dak tat-turiżmu u jirrikonoxxi s-sinifikat tal-pussess u l-aċċess għad-data; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni tippubblika, mingħajr aktar dewmien, pjan direzzjonali għal-liberazzjoni tad-data tat-trasport iffinanzjata mill-pubbliku u standards armonizzati sabiex tingħata spinta lill-innovazzjonijiet li jużaw id-data b'mod intensiv u lill-forniment ta' servizzi ġodda; jenfasizza l-importanza li jkunu garantiti l-fluss ħieles tad-data, il-portabilità tad-data u l-interoperabilità bejn il-pjattaformi tas-suq;

29.  Jirrikonoxxi r-rwol li l-kapaċitajiet awtonomi tal-pjattaformi kollaborattivi jista' jkollhom fit-tnaqqis tal-problemi kkaġunati mill-asimmetrija ta' informazzjoni u fil-korrezzjoni ta' nuqqasijiet oħra tas-suq; jenfasizza li, f'ħafna każijiet, l-ekonomija kollaborattiva tapplika miżuri awtoregolatorji u tiffaċilita mekkaniżmi ta' fiduċja fost il-konsumaturi: jitlob lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet lokali jesploraw il-possibilitajiet li jinkoraġġixxu l-fluss liberu tad-data billi joħolqu l-possibilita ta' derogi amministrattivi intiżi għall-kumpaniji li jipprovdu biżżejjed data għas-sorveljanza f'dak li jikkonċerna l-ilħiq tal-objettivi tal-politika pubblika; jissottolinja l-bżonn li t-tkabbir tal-ekonomija kollaborattiva jiġi appoġġjat b'miżuri mmirati lejn it-tnaqqis tal-piż amministrattiv fuq l-individwi u n-negozji u l-iżgurar ta' aċċess għall-finanzjament, inkluż il-finanzjament kollettiv;

30.  Jenfasizza li, filwaqt li l-intermedjarji online huma kemm suġġetti għal-liġijiet kollha tal-Unjoni Ewropea kif ukoll iridu jikkonformaw magħhom, inklużi dawk dwar il-protezzjoni tal-konsumatur u dwar il-kompetizzjoni, l-isferi ta' sikurezza ta' responsabilizzazzjoni tal-intermedjarji huma essenzjali għall-protezzjoni tal-ftuħ tal-internet, id-drittijiet fundamentali, iċ-ċertezza tad-dritt u l-innovazzjoni fis-settur tat-trasport;

31.  Jappoġġja l-iżvilupp rapidu tal-ekonomija kollaborattiva u jħeġġeġ lill-Kummissjoni twettaq studji ta' osservazzjoni tad-dinamiki tas-suq u ta' valutazzjoni tal-impatt ekonomiku u soċjali tal-ekonomija kollaborattiva fuq is-settur tat-turiżmu u tat-trasport;

32.  Huwa tal-fehma li jenħtieġ li n-negozji li jkunu għadhom jibdew fis-setturi tat-turiżmu u tat-trasport jiġu appoġġjati, b'mod partikolari permezz tat-taħriġ; jenfasizza l-ħtieġa ta' taħriġ speċifiku sabiex il-professjonisti jkunu jistgħu jiżviluppaw ħiliet elettroniċi mmirati lejn il-mudelli tal-ekonomija kollaborattiva, b'kont meħud tar-rekwiżiti l-ġodda u l-aspettattivi tal-konsumaturi;

33.  Jistieden lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet lokali jimpenjaw ruħhom mar-rappreżentanti rilevanti tal-ekonomija kollaborattiva, mal-utenti u mal-fornituri tas-servizzi u, meta jkun rilevanti, mal-organizzazzjonijiet mhux governattivi u t-trejdjunjins, fid-djalogu tal-partijiet ikkonċernati u fil-proċeduri ta' valutazzjoni tal-impatt sabiex jiżguraw integrazzjoni u opportunitajiet għall-iżvilupp xierqa għas-servizzi tal-ekonomija kollaborattiva; jistieden lill-Kummissjoni, f'dan ir-rigward, tuża bħala eżempju s-sensiela ta' sessjonijiet ta' ħidma li saru mid-DĠ Growth dwar is-servizzi ta' kiri ta' akkomodazzjoni b'terminu qasir, sabiex tiffaċilita l-iskambju bejn ir-rappreżentanti tal-istituzzjonijiet nazzjonali u dawk tal-UE, l-industrija u s-soċjetà ċivili u biex tipprovdi gwida għar-regolamenti nazzjonali inspirati mill-aqwa prattiki fil-qasam tas-servizzi kollaborattivi tat-trasport dwar kwistjonijiet bħalma huma t-titjib tal-aċċess għas-suq, il-mobilità urbana jew it-trasparenza fiskali.

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

11.4.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

39

7

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Daniela Aiuto, Lucy Anderson, Inés Ayala Sender, Georges Bach, Izaskun Bilbao Barandica, Deirdre Clune, Michael Cramer, Luis de Grandes Pascual, Andor Deli, Isabella De Monte, Ismail Ertug, Jacqueline Foster, Dieter-Lebrecht Koch, Merja Kyllönen, Miltiadis Kyrkos, Bogusław Liberadzki, Peter Lundgren, Marian-Jean Marinescu, Cláudia Monteiro de Aguiar, Jens Nilsson, Markus Pieper, Salvatore Domenico Pogliese, Tomasz Piotr Poręba, Gabriele Preuß, Christine Revault D’Allonnes Bonnefoy, Dominique Riquet, Massimiliano Salini, David-Maria Sassoli, Claudia Schmidt, Claudia Țapardel, Keith Taylor, Pavel Telička, István Ujhelyi, Peter van Dalen, Wim van de Camp, Elissavet Vozemberg-Vrionidi, Janusz Zemke, Roberts Zīle, Kosma Złotowski, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Jakop Dalunde, Kateřina Konečná, Matthijs van Miltenburg, Henna Virkkunen

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

John Stuart Agnew, Jiří Maštálka

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

39

+

ALDE

Izaskun Bilbao Barandica, Dominique Riquet, Pavel Telička, Matthijs van Miltenburg

EFDD

Daniela Aiuto

GUE/NGL

Kateřina Konečná, Merja Kyllönen, Jiří Maštálka

PPE

Georges Bach, Deirdre Clune, Andor Deli, Dieter-Lebrecht Koch, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska, Marian-Jean Marinescu, Cláudia Monteiro de Aguiar, Markus Pieper, Salvatore Domenico Pogliese, Massimiliano Salini, Claudia Schmidt, Henna Virkkunen, Elissavet Vozemberg-Vrionidi, Luis de Grandes Pascual, Wim van de Camp

S&D

Lucy Anderson, Inés Ayala Sender, Isabella De Monte, Ismail Ertug, Miltiadis Kyrkos, Bogusław Liberadzki, Jens Nilsson, Gabriele Preuß, Christine Revault D’Allonnes Bonnefoy, David-Maria Sassoli, Claudia Țapardel, István Ujhelyi, Janusz Zemke

VERTS/ALE

Michael Cramer, Jakop Dalunde, Keith Taylor

7

-

ECR

Jacqueline Foster, Tomasz Piotr Poręba, Roberts Zīle, Kosma Złotowski, Peter van Dalen

EFDD

Peter Lundgren, John Stuart Agnew

0

0

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

(1)

ĠU L 178, 17.7.2000, p. 1.

(2)

ĠU L 376, 27.12.2006, p. 36.


INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

3.5.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

31

1

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Dita Charanzová, Carlos Coelho, Sergio Gaetano Cofferati, Daniel Dalton, Nicola Danti, Dennis de Jong, Vicky Ford, Evelyne Gebhardt, Sergio Gutiérrez Prieto, Liisa Jaakonsaari, Philippe Juvin, Antonio López-Istúriz White, Morten Løkkegaard, Eva Maydell, Marlene Mizzi, Jiří Pospíšil, Marcus Pretzell, Virginie Rozière, Christel Schaldemose, Andreas Schwab, Olga Sehnalová, Jasenko Selimovic, Igor Šoltes, Ivan Štefanec, Catherine Stihler, Róża Gräfin von Thun und Hohenstein, Mihai Ţurcanu, Anneleen Van Bossuyt, Marco Zullo

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Edward Czesak, Roberta Metsola, Julia Reda, Lambert van Nistelrooij

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Isabella De Monte, Angélique Delahaye


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

31

+

ECR

Edward Czesak, Daniel Dalton, Vicky Ford, Anneleen Van Bossuyt

EFDD

Marco Zullo

GUE/NGL

Dennis de Jong

PPE

Carlos Coelho, Angélique Delahaye, Philippe Juvin, Antonio López-Istúriz White, Eva Maydell, Roberta Metsola, Jiří Pospíšil, Andreas Schwab, Ivan Štefanec, Róża Gräfin von Thun und Hohenstein, Mihai Ţurcanu, Lambert van Nistelrooij

S&D

Sergio Gaetano Cofferati, Nicola Danti, Isabella De Monte, Evelyne Gebhardt, Sergio Gutiérrez Prieto, Liisa Jaakonsaari, Marlene Mizzi, Virginie Rozière, Christel Schaldemose, Olga Sehnalová, Catherine Stihler

VERTS/ALE

Julia Reda, Igor Šoltes

1

-

ENF

Marcus Pretzell

3

0

ALDE

Dita Charanzová, Morten Løkkegaard, Jasenko Selimovic

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Avviż legali