RAPPORT dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1316/2013 u (UE) Nru 2015/1017 fir-rigward tal-estensjoni tad-durata tal-Fond Ewropew għal Investimenti Strateġiċi kif ukoll l-introduzzjoni ta' titjib tekniku għal dan il-Fond u għaċ-Ċentru Ewropew ta' Konsulenza għall-Investimenti

15.5.2017 - (COM(2016)0597 – C8-0375/2016 – 2016/0276(COD)) - ***I

Kumitat għall-Baġit
Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji
Rapporteurs: José Manuel Fernandes, Udo Bullmann
(Proċedura ta' kumitat konġunt – Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura)
Rapporteurs għall-opinjoni (*):
Eva Kaili, Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija
Inés Ayala Sender, Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu
(*) Kumitati assoċjati – Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura


Proċedura : 2016/0276(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A8-0198/2017
Testi mressqa :
A8-0198/2017
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1316/2013 u (UE) Nru 2015/1017 fir-rigward tal-estensjoni tad-durata tal-Fond Ewropew għal Investimenti Strateġiċi kif ukoll l-introduzzjoni ta' titjib tekniku għal dan il-Fond u għaċ-Ċentru Ewropew ta' Konsulenza għall-Investimenti

(COM(2016)0597 – C8-0375/2016 – 2016/0276(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2016)0597),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 172 u 173, it-tielet paragrafu tal-Artikolu 175 u l-Artikolu 182(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0375/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-15 ta' Diċembru 2016[1],

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tas-7 ta' Diċembru 2016[2],

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-deliberazzjonijiet konġunti tal-Kumitat għall-Baġits u tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji skont l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits u l-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u l-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A8-0198/2017),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi/tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

EMENDI TAL-PARLAMENT EWROPEW[3]*

għall-proposta tal-Kummissjoni

---------------------------------------------------------

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (UE) 2015/1017 fir-rigward tal-estensjoni tad-durata tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi kif ukoll l-introduzzjoni ta' titjib tekniku għal dan il-Fond u għaċ-Ċentru Ewropew ta' Konsulenza għall-Investimenti

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 172 u 173, it-tielet paragrafu tal-Artikolu 175 u l-Artikolu 182(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz ta' att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni Nru 2/2016 tal-Qorti tal-Awdituri[4],

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)  Minn meta ġie ppreżentat il-Pjan ta' Investiment għall-Ewropa f'Novembru 2014[5], il-kundizzjonijiet għat-teħid tal-investiment tjiebu u qed terġa' tinkiseb il-fiduċja fit-tkabbir u fl-ekonomija tal-Ewropa. L-Unjoni issa tinsab fir-raba' sena ta' rkupru moderat, bil-Prodott Domestiku Gross jikber bir-rata ta' 2 % fl-2015, iżda r-rati tal-qgħad għadhom ogħla mil-livelli tagħhom ta' qabel il-kriżi. L-isforzi komprensivi li ġew mibdija bil-Pjan ta' Investiment diġà qed jagħtu riżultati konkreti, minkejja l-fatt li għadu mhuwiex possibbli li jiġi stmat l-impatt sħiħ li l-FEIS kellu fuq it-tkabbir peress li l-effetti makroekonomiċi ta' proġetti ta' investiment akbar ma jistgħux ikunu immedjati. L-investiment huwa mistenni jirkupra gradwalment matul l-2016 u l-2017, iżda r-ritmu għadu inċert u għadu taħt livelli storiċi.

(2)  Dan il-momentum pożittiv għandu jinżamm u jeħtieġ li jitkomplew l-isforzi sabiex l-investiment jitreġġa' lura għax-xejra sostenibbli tiegħu fit-tul ta' żmien u jilħaq l-ekonomija reali. Il-mekkaniżmi għal Pjan ta' Investiment jiffunzjonaw u jeħtieġ li jiġu rinforzati biex titkompla l-mobilizzazzjoni tal-investimenti privati f'setturi importanti għall-futur tal-Ewropa u fejn għad hemm sitwazzjonijiet ta' fallimenti tas-suq jew investimenti subottimali u b'tali mod li jiġi ġġenerat impatt sostantiv u jiġu ġġenerati impjiegi.

(3)  Fl-1 ta' Ġunju 2016, il-Kummissjoni ħarġet Komunikazzjoni intitolata "L-Ewropa tinvesti mill-ġdid – Rendikont tal-Pjan ta' Investiment għall-Ewropa u l-passi li jmiss" li tiddeskrivi l-kisbiet tal-Pjan ta' Investiment sa issa u l-passi ppjanati li jmiss, inkluż l-estensjoni tad-durata tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS) lil hinn mill-perjodu inizjali tiegħu ta' tliet snin, it-tkabbir tat-Tieqa għall-Impriżi Żgħar u ta' Daqs Medju (SME) fil-qafas attwali u t-titjib taċ-Ċentru Ewropew ta' Konsulenza għall-Investiment (EIAH).

(4)  Il-FEIS, li ġie implimentat ▐ mill-Grupp tal-BEI, huwa minn perspettiva kwantitattiva fit-triq it-tajba biex iwettaq l-objettiv li jimmobilizza tal-anqas EUR 315 biljun f'investimenti addizzjonali fl-ekonomija reali sa nofs l-2018. Ir-reazzjoni u l-assorbiment mis-suq kienu partikolarment mgħaġġla fl-ambitu tat-tieqa għall-SMEs, fejn il-FEIS qed jagħti riżultati aħjar milli mistenni, filwaqt li jibni wkoll fuq l-użu inizjali tal-mandati tal-Fond Ewropew tal-Investiment (FEI) (InnovFin SMEG, COSME LGF u l-mandat RCR) sabiex ikollu bidu rapidu. F'Lulju 2016, it-Tieqa għall-SMEs b'hekk ġiet imsaħħa b'EUR 500 miljun fil-parametri attwali tar-Regolament (UE) Nru 2015/1017. Sehem akbar ta' finanzjament għandu jiġi mmirat lejn l-SMEs minħabba d-domanda tas-suq eċċezzjonali għal finanzjament tal-SMEs taħt il-FEIS. 40 % taż-żieda fil-kapaċità ta' rfigħ tar-riskji tal-FEIS għandhom ikunu mmirati biex jiżdied l-aċċess għal finanzjament għall-SMEs.

(5)  Fit-28 ta' Ġunju 2016, il-Kunsill Ewropew ikkonkluda li "Il-Pjan ta' Investiment għall-Ewropa, b'mod partikolari l-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS), diġà ta riżultati konkreti u huwa pass ewlieni biex jgħin jimmobilizza l-investiment privat filwaqt li jagħmel użu intelliġenti minn riżorsi baġitarji skarsi. Il-Kummissjoni biħsiebha tressaq proposti dwar il-futur tal-FEIS, li jeħtieġ li jiġu eżaminati bħala kwistjoni ta' urġenza mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill".

(6)  Il-FEIS ġie stabbilit għal perjodu inizjali ta' tliet snin u bil-għan li jimmobilizza mill-anqas EUR 315 biljun f'investimenti. Madankollu, l-ispinta sabiex tintlaħaq dik il-mira kwantitattiva m'għandhiex tipprevali fuq l-addizzjonalità tal-proġetti magħżula. Għaldaqstant il-Kummissjoni hija impenjata mhux biss li testendi l-perjodu ta' investiment u l-kapaċità ta' finanzjament tal-FEIS, iżda anke biex tgħolli l-livell ta' addizzjonalità. L-estensjoni ġuridika tkopri l-perjodu tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali attwali u għandha tipprovdi total ta' mill-anqas investimenti ta' nofs triljun euro sal-2020. Sabiex tkompli ssaħħaħ aktar il-FEIS u tilħaq l-għan li tirdoppja l-mira tal-investiment, jeħtieġ li l-Istati Membri jikkontribwixxu wkoll bi prijorità.

(6a)  Il-FEIS u l-implimentazzjoni tiegħu ma jistgħux jiżviluppaw il-potenzjal tagħhom mingħajr l-implimentazzjoni ta' attivitajiet immirati biex isaħħu s-suq uniku, joħolqu ambjent favorevoli għan-negozju u l-implimentazzjoni ta' riformi strutturali sostenibbli u soċjalment bilanċjati. Barra minn hekk, proġetti strutturati sew, bħala partijiet ta' investiment u pjanijiet għall-iżvilupp ippreżentati fil-livell tal-Istati Membri, huma ta' importanza ewlenija għas-suċċess tal-FEIS. L-Istati Membri, għalhekk, qed jiġu mistiedna biex jappoġġaw il-bini ta' kapaċità f'dak li għandu x'jaqsam ma' investiment sostenibbli, b'mod partikolari fil-livell reġjonali u lokali, u biex jiżguraw li l-istrutturi amministrattivi meħtieġa għal dan l-iskop jiddaħħlu fis-seħħ.

(7)  Għall-perjodu wara l-2020, il-Kummissjoni għandha tressaq, skont il-qafas finanzjarju pluriennali l-ġdid, proposta leġiżlattiva għal skema komprensiva ta' investiment biex jiġi indirizzat b'mod effikaċi n-nuqqas ta' investiment fl-Unjoni. Din il-proposta leġiżlattiva għandha tkun ibbażata fuq il-konklużjonijiet tar-rapport tal-Kummissjoni u fuq evalwazzjoni indipendenti li għandhom jiġu ppreżentati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-31 ta' Diċembru 2018. Dak ir-rapport u l-evalwazzjoni indipendenti għandhom jeżaminaw ukoll l-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2015/1017 kif rivedut minn dan ir-Regolament, skont il-perjodu estiż tal-FEIS.

(8)  Il-FEIS estiż għandu jindirizza l-fallimenti tas-suq u sitwazzjonijiet ta' investiment subottimali u jkompli jimmobilizza l-finanzjament tas-settur privat f'investimenti kruċjali għall-ħolqien tax-xogħol futur – inkluż l-impjieg taż-żgħażagħ –, it-tkabbir u l-kompetittività b'tisħiħ fl-addizzjonalità. Dawn jinkludu investimenti fl-oqsma tal-enerġija, l-ambjent u l-azzjoni klimatika, il-kapital soċjali u uman u l-infrastruttura relatata, il-kura tas-saħħa, ir-riċerka u l-innovazzjoni, it-trasport transfruntier u sostenibbli, kif ukoll it-trasformazzjoni diġitali. B'mod partikolari, il-kontribut tal-operazzjonijiet appoġġati mill-FEIS biex jinkisbu l-miri ambizzjużi tal-Unjoni stabbiliti fil-Konferenza tal-Klima ta' Pariġi (COP21) u l-impenn tal-Unjoni li tnaqqas l-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra bi 80 - 95 % għandhom jiġu rinforzati. Proġetti prijoritarji ta' interkonnessjoni tal-enerġija u proġetti tal-effiċjenza enerġetika għandhom ikunu mmirati dejjem aktar. Barra minn hekk, l-appoġġ tal-FEIS għall-awtostradi għandu jiġi limitat biex jappoġġa l-investiment pubbliku u/jew privat fit-trasport f'pajjiżi tal-koeżjoni, reġjuni anqas żviluppati jew fi proġetti ta' trasport transfruntier jew, jekk ikun meħtieġ, biex tiġi aġġornata, tinżamm u titjieb is-sikurezza fit-toroq, jiġu żviluppati apparati ta' sistemi ta' trasport intelliġenti (ITS), jew jiġu ggarantiti l-integrità u l-istandards tal-awtostradi eżistenti fuq in-netwerk trans-Ewropew tat-trasport, b'mod partikolari f'żoni ta' parkeġġ sikuri, stazzjonijiet tal-karburanti nodfa alternattivi u sistemi ta' ċċarġjar elettriku. Fis-settur diġitali, u fil-kamp ta' applikazzjoni tal-politika ambizzjuża tal-Unjoni dwar l-Ekonomija Diġitali, għandhom jiġu stabbiliti miri ġodda għall-infrastruttura diġitali sabiex jiżguraw li jitnaqqas id-distakk diġitali u li l-Unjoni tkun pijunier globali fl-era l-ġdida tal-hekk imsejjaħ internet tal-oġġetti, tat-teknoloġija tal-blockchain u tas-sigurtà ċibernetika u tan-netwerks. Għal raġunijiet ta' ċarezza, għalkemm huma diġà eliġibbli, jeħtieġ li jiġi stabbilit b'mod espliċitu li l-proġetti fl-oqsma tal-agrikoltura, is-sajd u l-akkwakultura jaqgħu fl-objettivi ġenerali eliġibbli għall-appoġġ tal-FEIS.

(8a)  Sabiex jintlaħqu l-miri tal-Unjoni stabbiliti fil-Konferenza ta' Pariġi dwar it-Tibdil fil-Klima (COP21), il-Bord ta' Tmexxija għandu jipprovdi gwida dettaljata u għodod ta' valutazzjoni, b'mod partikolari fir-rigward ta' proġetti eliġibbli u tal-portafoll ġenerali tal-FEIS, filwaqt li tiġi kkunsidrata b'mod partikolari l-COP21. Sabiex tissaħħaħ l-azzjoni relatata mal-klima taħt il-FEIS, il-BEI għandu jibni fuq l-esperjenza tiegħu bħala fornitur prinċipali tal-finanzjament għall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u juża metodoloġiji maqbula internazzjonalment biex jidentifika l-komponenti u l-ispejjeż relatati mal-klima.

(8b)  L-industriji kulturali u kreattivi għandhom rwol essenzjali fir-reindustrijalizzazzjoni tal-Ewropa, huma xprun għat-tkabbir u huma f'pożizzjoni strateġika biex jiskattaw riperkussjonijiet innovattivi f'setturi industrijali oħra, bħat-turiżmu, il-bejgħ bl-imnut u t-teknoloġiji diġitali; Il-FEIS għandu jgħin lill-SMEs jegħlbu n-nuqqasijiet ta' kapital f'dak is-settur u tipikament għandu jkollu fil-mira proġetti b'riskju ogħla minn dak tal-proġetti li huma attwalment iffinanzjati minn Ewropa Kreattiva u l-Faċilità ta' Garanzija.

(9)  L-addizzjonalità, karatteristika ewlenija tal-FEIS, għandha tissaħħaħ fl-għażla tal-proġetti. B'mod partikolari, l-operazzjonijiet għandhom ikunu eliġibbli biss għall-appoġġ tal-FEIS jekk huma jindirizzaw nuqqasijiet tas-suq identifikati b'mod ċar jew sitwazzjonijiet ta' investiment subottimali. L-operazzjonijiet fl-infrastruttura taħt it-Tieqa għall-Infrastruttura u l-Innovazzjoni li jorbtu żewġ Stati Membri jew reġjuni jew aktar, inkluż l-e-infrastruttura jew in-netwerks TEN-T u TEN-E, għandhom jagħtu indikazzjoni qawwija ta' addizzjonalità minħabba d-diffikultà inerenti tagħhom u l-valur miżjud għoli tagħhom għall-Unjoni.

(9a)  L-issodisfar tal-kriterji tal-addizzjonalità huwa dipendenti fuq il-kundizzjonijiet ekonomiċi speċifiċi għar-reġjun, għaliex proġett jista' jkun addizzjonali f'reġjun wieħed iżda mhux f'ieħor. Il-Kumitat tal-Investiment, għaldaqstant, għandu jqis il-kundizzjonijiet speċifiċi tar-reġjun meta jkunu qed jivvaluta l-konformità mal-kriterju tal-addizzjonalità.

(10)  Minħabba l-potenzjal tagħhom li jżidu l-effiċjenza tal-intervent tal-FEIS, ▐ l-operazzjonijiet imħallta li jikkombinaw forom ta' appoġġ mhux rimborsabbli u/jew strumenti finanzjarji mill-baġit tal-Unjoni, ▐ inkluż il-finanzjament tal-BEI taħt l-FEIS, kif ukoll investituri oħra, jeħtieġ li jiġu inkoraġġiti. Il-finanzament imħallat jimmira li jtejjeb il-valur miżjud tal-infiq tal-Unjoni billi jattira riżorsi addizzjonali minn investituri privati u jiżgura li l-azzjonijiet appoġġati isiru ekonomikament u finanzjarjament vijabbli. Minkejja li l-Kummissjoni diġà ppubblikat gwida konkreta dwar din il-kwistjoni, għandu jiġi żviluppat aktar l-approċċ dwar il-kwistjoni ta' kkombinar tal-fondi tal-FEIS mal-fondi mill-Unjoni, filwaqt li jitqiesu l-effiċjenza ekonomika u l-lieva adegwata. L-użu kkombinat tal-FEIS u l-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (FSIE), jista' jgħin lill-FEIS biex jikseb kopertura ġeografika usa'.

(11)  Sabiex jiġi rinforzat l-użu tal-FEIS f'reġjuni anqas żviluppati u f'reġjuni fi tranżizzjoni, l-ambitu tal-objettivi ġenerali eliġibbli għall-appoġġ tal-FEIS għandu jiġi estiż. Minħabba l-fatt li m'għandu jkun hemm ebda restrizzjoni fuq id-daqs tal-proġetti eliġibbli għas-sostenn tal-FEIS, proġetti fuq skala żgħira m'għandhom jiġu skoraġġuti milli japplikaw għall-finanzjament tal-FEIS. Barra minn hekk, tenħtieġ azzjoni ulterjuri biex jissaħħu l-assistenza teknika u l-promozzjoni tal-FEIS f'dawk ir-reġjuni.

(11a)  Il-pjattaformi ta' investiment huma għodda essenzjali biex jindirizzaw il-fallimenti tas-suq, speċjalment il-finanzjament ta' proġetti multipli, reġjonali, jew tematiċi, inklużi proġetti ta' effiċjenza enerġetika u proġetti transfruntiera. Għaldaqstant huwa importanti li jiġu mħeġġa s-sħubijiet ma' banek jew istituzzjonijiet promozzjonali nazzjonali, inkluż bl-għan li jiġu stabbiliti pjattaformi ta' investiment. Fil-kuntest ta' sħubiji bħal dawn, il-Kumitat tal-Investiment, f'konformità mal-gwida rilevanti tal-Bord ta' Tmexxija, għandu jkun jista' jagħti sehem xieraq tal-garanzija tal-UE direttament lil pjattaformi ta' investiment u lil banek jew istituzzjonijiet promozzjonali nazzjonali u jiddelega wara d-deċiżjoni dwar l-għażla ta' proġetti għal dawk l-entitajiet. F'każijiet bħal dawn, il-Kumitat tal-Investiment għandu jżomm id-dritt li jissorvelja f'kull ħin il-proċedura tal-għażla tal-proġett, sabiex jiżgura li tiġi applikata f'konformità ma' dan ir-Regolament.

(11b)  Din il-possibbiltà li tingħata direttament il-garanzija tal-UE għal pjattaformi ta' investiment u banek jew istituzzjonijiet promozzjonali nazzjonali m'għandha bl-ebda mod twassal għal diskriminazzjoni globali kontra l-Istati Membri li ma stabbilixxewx tali entitajiet u lanqas m'għandha twassal għal konċentrazzjoni ġeografika.

(12)  Għall-perjodu sħiħ ta' investiment, jeħtieġ li l-Unjoni tipprovdi garanzija tal-Unjoni (il-"garanzija tal-UE") li ma għandhiex, f'xi żmien, taqbeż EUR 26 000 000 000 sabiex tippermetti li l-FEIS jappoġġa l-investimenti, li minnhom jeħtieġ li massimu ta' EUR 16 000 000 000 jkunu disponibbli qabel is-6 ta' Lulju 2018.

(13)  Huwa mistenni li meta l-garanzija tkun ikkombinata mal-EUR 7 500 000 000 li għandhom jiġu pprovduti mill-BEI, l-appoġġ tal-FEIS għandu jiġġenera EUR 100 000 000 000 f'investiment addizzjonali mill-BEI u l-FEI. L-ammont ta' EUR 100 000 000 000 appoġġati mill-FEIS huma mistennija jiġġeneraw mill-anqas EUR 500 000 000 000 f'investiment addizzjonali fl-ekonomija reali sa tmiem l-2020.

(14)  Sabiex parzjalment jiffinanzjaw il-kontribuzzjoni mill-baġit ġenerali tal-Unjoni lill-fond ta' garanzija tal-UE għal investimenti addizzjonali li għandhom isiru, ammont ta' EUR 650 000 000 minn marġini mhux allokati taħt il-limiti massimi tal-qafas finanzjarju pluriennali 2014-2020 għandu jiġi allokat għal dak il-għan, biex jiġu awtorizzati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill[6] permezz tal-proċedura baġitarja annwali. Barra minn hekk, jeħtieġ li EUR 1 645 797 000 ta' approprjazzjonijiet jiġu ttrasferiti mill-istrumenti finanzjarji tas-CEF lejn il-parti tal-għotja tas-CEF bil-għan li jiġi ffaċilitat it-tħallit mal-FEIS jew ma' strumenti rilevanti oħra, b'mod partikolari dawk dedikati għall-effiċjenza enerġetika.

(15)  Abbażi tal-esperjenza miksuba permezz tal-investimenti appoġġati mill-FEIS, l-ammont immirat tal-fond ta' garanzija għandu jinġieb għal 35 % tat-total tal-obbligi ta' garanzija tal-UE li jiżgura livell adegwat ta' protezzjoni.

(16)  Konformi mad-domanda tas-suq eċċezzjonali għall-finanzjament tal-UE taħt il-FEIS li hija mistennija tkompli, it-Tieqa għall-SMEs tal-FEIS għandha tittejjeb. Jeħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari lill-intrapriżi soċjali u s-servizzi soċjali, anki billi jiġu żviluppati u użati strumenti ġodda adegwati għall-ħtiġijiet u l-ispeċifiċitajiet tas-settur.

(17)  Il-BEI u l-FEI jeħtieġ li jiżguraw li l-benefiċjarji finali, inkluż l-SMEs, jiġu informati dwar l-eżistenza tal-appoġġ tal-FEIS, sabiex tittejjeb il-viżibbiltà tal-garanzija tal-UE li ngħatat skont ir-Regolament (UE) 2015/1017. Referenza ċara għall-FEIS għanda ssir b'mod prominenti fil-ftehim ta' finanzjament.

(18)  Bil-għan li tittejjeb it-trasparenza tal-operazzjonijiet tal-FEIS, il-Kumitat tal-Investiment jeħtieġ li fid-deċiżjonijiet tiegħu, li jkunu disponibbli għall-pubbliku u aċċessibbli, jispjega r-raġunijiet għaliex huwa jqis li operazzjoni għandha tingħata garanzija tal-UE, b'fokus partikolari fuq il-konformità mal-kriterju tal-addizzjonalità. Jeħtieġ li t-tabella ta' valutazzjoni tal-indikaturi tkun disponibbli għall-pubbliku ladarba tiġi ffirmata operazzjoni taħt il-garanzija tal-UE.

(18a)  It-tabella ta' valutazzjoni għandha tintuża b'konformità stretta ma' dan ir-Regolament u mar-Regolament Delegat (UE) 2015/1558[7], u l-Anness tiegħu, bħala għodda ta' valutazzjoni indipendenti u trasparenti għall-kumitat tal-investiment biex jipprijoritizza l-użu tal-garanzija tal-UE għall-operazzjonijiet li juru punteġġi ogħla u valur miżjud. Il-BEI għandu jikkalkula l-punteġġi u l-indikaturi ex ante u jimmonitorja r-riżultati fi tmiem il-proġett.

(18b)  Il-Bord ta' Tmexxija għandu jirrevedi l-linji gwida ta' investiment sabiex jiġi stabbilit limitu minimu ta' kriterji differenti ta' valutazzjoni, bil-ħsieb li tissaħħaħ il-valutazzjoni tal-proġetti.

(19)  L-operazzjonijiet appoġġati mill-FEIS jeħtieġ li jaderixxu mal-prinċipji tal-Unjoni ta' governanza tajba fil-qasam tat-taxxa. Fit-twettiq tal-operazzjonijiet tiegħu, il-BEI m'għandux juża, jinvolvi ruħu, jew jipprovdi fondi lill-benefiċjarji li jagħmlu użu jew jinvolvu lil strutturi ta' evitar tat-taxxa, b'mod partikolari skemi ta' ippjanar aggressiv tat-taxxa, skont il-liġi, ir-rakkomandazzjonijiet u l-linji gwida tal-Unjoni.

(20)  Barra minn hekk, ikun adegwat li jsiru ċerti kjarifiki tekniċi fir-rigward tal-kontenut tal-ftehim dwar il-ġestjoni tal-FEIS u dwar l-għoti tal-garanzija tal-UE u dwar l-istrumenti koperti minnha, inkluż il-kopertura għar-riskju tar-rata tal-kambju kurrenti f'ċerti sitwazzjonijiet. Il-ftehim mal-BEI dwar il-ġestjoni tal-FEIS u dwar l-għoti tal-garanzija tal-UE jeħtieġ li jkun adatt f'konformità ma' dan ir-Regolament.

(21)  Iċ-Ċentru Ewropew ta' Konsulenza għall-Investiment (EIAH) għandu jittejjeb u jeħtieġ li l-attivitajiet tiegħu jindirizzaw kwalunkwe nuqqas fl-implimentazzjoni tal-FEIS. Huwa għandu jkollu rwol strumentali fl-għoti ta' setgħa lil promoturi tal-proġetti biex jibdew u jiżviluppaw proġetti vijabbli, sostenibbli u ta' kwalità. Huwa jeħtieġ li jagħti attenzjoni partikolari biex jappoġġa t-tħejjija ta' proġetti li jinvolvu żewġ Stati Membri jew aktar jew reġjuni, u proġetti li jikkontribwixxu għall-kisba tal-objettivi tal-Istrateġija tal-Ewropa 2020 u tal-COP21. ▐ L-EIAH jeħtieġ li jikkontribwixxi wkoll b'mod attiv għall-objettiv tad-diversifikazzjoni settorjali u ġeografika tal-FEIS u jappoġġa b'mod proattiv lill-BEI ▐ fil-ħolqien ta' proġetti u l-varar ta' operazzjonijiet, kif ukoll fit-tnedija tad-domanda, fejn meħtieġ. L-attivitajiet tal-EIAH għandhom jikkomplementaw l-attivitajiet tal-istrutturi eżistenti u t-trikkib fir-rigward tas-servizzi fl-Istati Membri għandu jiġi evitat. Huwa jeħtieġ li jikkontribwixxi wkoll b'mod attiv biex jiġu stabbiliti pjattaformi ta' investiment u jipprovdi konsulenza dwar il-kombinament ta' sorsi oħra ta' finanzjament tal-UE mal-FEIS. Huwa meqjus meħtieġ li l-EIAH jistabbilixxi preżenza lokali b'saħħitha, fejn meħtieġ, biex jippromwovi l-għarfien lokali dwar il-FEIS u jqis aħjar il-ħtiġijiet lokali. L-EIAH għandu jkollu l-għan li jikkonkludi ftehimiet ta' kooperazzjoni ma' banek jew istituzzjonijiet promozzjonali nazzjonali f'kull Stat Membru, kif ukoll jiffaċilita lill-Istati Membri fl-istabbiliment ta' banek jew istituzzjonijiet promozzjonali nazzjonali, fejn meħtieġ. Sabiex jintlaħqu dawk l-objettivi, il-kapaċità tal-persunal tal-EIAH għandha tkun proporzjonata mal-kompiti li jissejjaħ biex jieħu f'idejh.

(21a)  Sabiex jiġu indirizzati l-fallimenti u d-diskrepanzi tas-suq, biex jiġu stimulati investimenti addizzjonali adegwati, u biex jiġi promoss bilanċ reġjonali u ġeografiku tal-operazzjonijiet garantiti mill-FEIS, huwa meħtieġ approċċ integrat u effiċjenti għall-għan tal-promozzjoni tat-tkabbir, tal-impjiegi u tal-investimenti. Il-politika tal-ipprezzar għandha tikkontribwixxi għall-kisba ta' dawn l-għanijiet.

(21b)  Sabiex jiġu promossi l-għanijiet tal-investiment tar-Regolament (UE) 2015/1017, it-taħlit ma' fondi eżistenti għandhom jiġu mħeġġa biex jipprovdu konċessjonalitajiet adegwati fit-termini u l-kundizzjonijiet ta' finanzjament, inkluż l-ipprezzar tal-operazzjonijiet tal-FEIS.

(22)  ▐ Ir-Regolament (UE) Nru 2015/1017 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) Nru 2015/1017 huwa emendat kif ġej:

(-1)  fl-Artikolu 2, il-punt (4), il-punt (b) huwa sostitwit b'dan li ġej:

‘(b)  pjattaformi transfruntiera, multinazzjonali, reġjonali jew makroreġjonali li jiġbru flimkien diversi Stati Membri, reġjuni jew pajjiżi terzi interessati fi proġetti f'żona ġeografika partikolari;

(1)  L-Artikolu 4(2) huwa emendat kif ġej:

(a)  Fil-punt (a), il-punt (ii) huwa sostitwit b'dan li ġej:

'(ii)   "(ii) l-ammont, li ma jkunx inferjuri għal EUR 7 500 000 000 f'garanziji jew flus, u t-termini tal-kontribuzzjoni finanzjarja li għandha tiġi pprovduta mill-BEI permezz tal-FEIS;";

(aa)  fil-punt (a), il-punt (iv) huwa sostitwit b'dan li ġej:

‘(iv)  it-tariffi tal-operazzjonijiet taħt il-garanzija tal-UE li għandhom ikunu allinjati mal-politika tariffarja ġenerali tal-BEI f'konformità mal-iskop ta' dan ir-Regolament. F'ċirkostanzi fejn kundizzjonijiet tas-suq ekonomiċi u finanzjarji aktar stretti jtellfu t-twettiq ta' proġett vijabbli, l-ipprezzar tal-garanzija għandu jiġi mmodulat sabiex issir promozzjoni tal-bilanċ ġeografiku u reġjonali ta' operazzjonijiet appoġġati mill-FEIS u jiġu indirizzati l-fallimenti tas-suq;";

(ab)  fil-punt (b), il-punt (iii) huwa sostitwit b'dan li ġej:

‘(iii)  dispożizzjoni li l-Bord ta' Tmexxija għandu jieħu d-deċiżjonijiet b'kunsens, u li, f'każ fejn ma jkunx jista' jintlaħaq kunsens, għandu jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu b'maġġoranza ta' erba' minn ħamsa tal-membri komponenti;'

(ac)  fil-punt (b), il-punt (iv) huwa sostitwit b'dan li ġej:

‘(iv)  il-proċedura għall-ħatra tad-Direttur Amministrattiv u tal-Viċi Direttur Amministrattiv, ir-remunerazzjoni u l-kondizzjonijiet tax-xogħol tagħhom , ir-regoli u l-proċeduri dwar is-sostituzzjoni tagħhom fil-funzjonijiet tagħhom u dwar l-obbligu li jingħata rendikont, mingħajr preġudizzju għal dan ir-Regolament;

(b)  fil-punt (c), il-punt (i) jinbidel b'dan li ġej:

'(i)   "(i) konformi mal-Artikolu 11, ir-regoli dettaljati dwar il-provvediment tal-garanzija tal-UE, inkluż l-arranġamenti tagħha dwar il-kopertura, il-kopertura definita tagħha ta' portafolli ta' tipi speċifiċi ta' strumenti u l-avvenimenti rispettivi li jiskattaw il-possibbiltà ta' talbiet għall-garanzija tal-UE;";

(1a)  L-Artikolu 5(1) huwa sostitwit b'dan li ġej:

‘1.  Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, 'addizzjonalità' tfisser is-sostenn mill-FEIS ta' operazzjonijiet li jindirizzaw fallimenti tas-suq jew sitwazzjonijiet subottimali ta' investiment, u li ma setgħux jitwettqu fil-perjodu li matulu tista' tintuża l-garanzija tal-UE, jew mhux fl-istess miżura, mill-BEI, il-FEI jew taħt strumenti finanzjarji eżistenti tal-Unjoni mingħajr is-sostenn tal-FEIS. Proġetti sostnuti mill-FEIS, filwaqt li jappoġġaw kull objettiv ġenerali stabbilit fl-Artikolu 9(2) u jippruvaw joħolqu l-impjiegi u t-tkabbir sostenibbli, għandhom tipikament ikollhom profil tar-riskju ogħla minn proġetti sostnuti minn operazzjonijiet normali tal-BEI u l-portafoll tal-FEIS għandu ġeneralment ikollu profil ta' riskju ogħla mill-portafoll tal-investimenti sostnuti mill-BEI permezz tal-politiki ta' investiment normali tiegħu qabel id-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Proġetti tal-BEI li jkollhom riskju aktar baxx mir-riskju minimu f'attivitajiet speċjali tal-BEI jistgħu wkoll ikunu sostnuti mill-FEIS jekk l-użu tal-garanzija tal-UE ikun mitlub jiżgura addizzjonalità kif definit fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu.

Sabiex in-nuqqasijiet tas-suq jew sitwazzjonijiet ta' investiment subottimali jiġu indirizzati aħjar, b'hekk jiżguraw il-komplementarjetà u jevitaw l-esklużjoni ta' parteċipanti fl-istess suq, attivitajiet speċjali tal-BEI appoġġati mill-FEIS, bħala mezz preferut u jekk ikunu debitament ġustifikati, għandhom il-karatteristiċi ta' subordinazzjoni u jieħdu pożizzjoni inferjuri meta mqabbla ma' investituri oħrajn, kif ukoll parteċipazzjoni fi strumenti għall-kondiviżjoni tar-riskju, karatteristiċi transfruntiera, skopertura għal riskji speċifiċi jew aspetti identifikabbli oħrajn, kif deskritt f'aktar dettall fl-Anness II.

Mingħajr preġudizzju għall-ħtieġa li tiġi ssodisfata d-definizzjoni ta' addizzjonalità kif stabbilit fl-ewwel subparagrafu, l-elementi li ġejjin jagħtu indikazzjoni qawwija ta' addizzjonalità:

-  proġetti li jġorru riskju korrispondenti għall-attivitajiet speċjali tal-BEI, kif definit fl-Artikolu 16 tal-Istatut tal-BEI u fil-linji gwida tal-BEI dwar il-politika tar-riskju tal-kreditu, speċjalment jekk dawn il-proġetti jinsabu f'reġjuni anqas żviluppati u ta' tranżizzjoni;

-  proġetti li jikkonsistu f'infrastruttura li torbot żewġ Stati Membri jew aktar jew f'estensjoni tal-infrastruttura jew is-servizzi marbuta mal-infrastruttura minn Stat Membru wieħed għal wieħed jew aktar;

(2a)  Fl-Artikolu 5, għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

  ‘2a.  Skont il-politika tal-ipprezzar, il-FEIS għandu:

    -  bħala mezz preferut u jekk ikun debitament ġustifikat, jieħu pożizzjonijiet inferjuri meta mqabbla ma' investituri oħrajn, u jiżgura li l-ipprezzar tal-operazzjonijiet tiegħu ikun immodulat inkluż it-taħlit, fejn meħtieġ, sabiex jippermetti lill-proġetti jimmassimizzaw l-ingranaġġ tal-fondi u jqisu l-kundizzjonijiet tas-suq lokali; u

    -  jekk meħtieġ biex jinkisbu l-objettivi tal-FEIS u jindirizza l-fallimenti tas-suq u d-diskrepanzi fl-investimenti, jiżgura li l-livelli tal-prezzijiet għal operazzjonijiet ta' titoli tat-tip ta' ekwità jibqgħu taħt il-prezzijiet tas-suq għall-istess tip ta' tranżazzjonijiet.

(3)  Fl-Artikolu 6(1), il-kliem tad-dħul huma mibdula b'li ġej:

"Il-Ftehim dwar il-FEIS" għandu jipprevedi li l-FEIS jagħti appoġġ lil proġetti li jindirizzaw nuqqasijiet tas-suq jew sitwazzjonijiet ta' investiment subottimali u li:";

(3a)  L-Artikolu 6(2) huwa sostitwit b'dan li ġej:

‘2.  Ma għandu jkun hemm ebda restrizzjoni dwar id-daqs ta' proġetti eliġibbli għas-sostenn tal-FEIS għall-operazzjonijiet imwettqa mill-BEI jew il-FEI permezz ta' intermedjarji finanzjarji. Sabiex jiġi żgurat li l-appoġġ tal-FEIS ikopri wkoll proġetti fuq skala żgħira, il-BEI u l-FEI għandhom jestendu l-kooperazzjoni mal-banek jew istituzzjonijiet promozzjonali nazzjonali u jippromwovu l-possibbiltajiet ipprovduti permezz tat-twaqqif ta' pjattaformi ta' investiment."

(4)  L-Artikolu ċ7 huwa emendat kif ġej:

(-a)  jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

‘1a.  L-istituzzjonijiet u l-korpi kollha involuti fi strutturi ta' governanza tal-FEIS għandhom jagħmlu ħilithom biex jiżguraw bilanċ bejn is-sessi fil-korpi governattivi kollha tal-FEIS."

(-aa)  fil-paragrafu 3, l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Il-Bord ta' Tmexxija għandu jkun magħmul minn ħames membri: tlieta maħtura mill-Kummissjoni, wieħed mill-BEI u wieħed mill-Parlament Ewropew. Il-Bord ta' Tmexxija għandu jeleġġi President minn fost il-membri tiegħu għal perjodu fiss ta' tliet snin li jiġġedded darba. Il-Bord ta' Tmexxija għandu jistinka biex jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu b'kunsens. F'każ li ma jkunx jista' jintlaħaq kunsens, il-Bord ta' Tmexxija għandu jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu b'maġġoranza ta' erba' minn ħamsa tal-membri komponenti tiegħu."

(-ab)  fil-paragrafu 3, it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Il-minuti dettaljati tal-laqgħat tal-Bord ta' Tmexxija għandhom jiġu ppubblikati malli jiġu approvati mill-Bord ta' Tmexxija. Il-Parlament Ewropew għandu jiġi mgħarraf minnufih dwar il-pubblikazzjoni tagħhom."

(-ac)  fil-paragrafu 5, l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

‘5. Il-Ftehim dwar il-FEIS għandu jipprevedi li l-FEIS ikollu direttur amministrattiv, li għandu jkun responsabbli għall-ġestjoni ta' kuljum tal-FEIS u għat-tħejjija u t-tmexxija tal-laqgħat tal-Kumitat tal-Investiment imsemmi fil-paragrafu 6. Barra minn hekk, id-direttur amministrattiv għandu jagħti kont lill-Parlament Ewropew fir-rigward tal-ħidma tal-Kumitat tal-Investiment."

(-ad)  fil-paragrafu 5, it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

"Id-Direttur Amministrattiv għandu jkun assistit minn viċi direttur amministrattiv. Id-Direttur Amministrattiv għandu jieħu sehem fil-laqgħat tal-Bord ta' Tmexxija bħala membru mingħajr id-dritt tal-vot. Fil-każ li d-Direttur Amministrattiv ma jkunx jista' jattendi laqgħat jew parti minn laqgħat tal-Bord ta' Tmexxija, il-Viċi Direttur Amministrattiv għandu jieħu sehem f'dawn il-laqgħat jew f'parti minnhom bħala membru mingħajr id-dritt tal-vot.

(-ae)  fil-paragrafu 6, l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

‘6. Wara proċess ta' selezzjoni miftuħ u trasparenti f'konformità mad-dispożizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament, il-Bord ta' Tmexxija għandu jagħżel kandidat għal pożizzjoni ta' Direttur Amministrattiv u kandidat għal Viċi Direttur Amministrattiv, li t-tnejn għandhom jitħallsu mill-baġit ġenerali tal-Unjoni."

(a)  Il-paragrafu 8 qed jiġi emendat kif ġej:

(i)  il-punt (e) jinbidel b'dan li ġej:

'(e)   l-azzjoni klimatika, il-ħarsien u l-ġestjoni tal-ambjent;';

(ii)  Jiżdied il-punt (l) li ġej:

'(l)   l-agrikoltura, is-sajd u l-akkwakultura.";

(b)  fil-paragrafu 10, it-tieni sentenza tinbidel b'dan li ġej:

"Kull membru tal-Kumitat tal-Investiment għandu jikkomunika bla dewmien lill-Bord ta' Tmexxija, lid-Direttur Maniġerjali u lill-Viċi Direttur Maniġerjali l-informazzjoni kollha meħtieġa biex jiġi vverifikat fuq bażi kontinwa li ma hemm ebda konflitt ta' interess.";

(c)  fil-paragrafu 11, tiżdied is-sentenza li ġejja:

"Id-Direttur Maniġerjali għandu jkun responsabbli li jinforma lill-Bord ta' Tmexxija dwar kull ksur ▐ u jimplimenta azzjoni adegwata.";

(d)  Fil-paragrafu 12, it-tieni sentenza tat-tieni subparagrafu hija sostitwita b'dan li ġej:

"Id-deċiżjonijiet li japprovaw l-użu tal-garanzija tal-UE għandhom ikunu pubbliċi u aċċessibbli permezz ta' minuti dettaljati. Il-pubblikazzjoni ta' dawn id-deċiżjonijiet għandha tinkludi r-raġuni għad-deċiżjoni, b'fokus partikolari fuq il-konformità mal-kriterju tal-addizzjonalità u spjegazzjoni dwar kif it-tabella ta' valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 14 intużat biex tiġġustifika l-użu tal-garanzija tal-UE.

It-tabella ta' valutazzjoni hija għodda għall-kumitat tal-investiment biex jipprijoritizza l-użu tal-garanzija tal-UE għall-operazzjonijiet li juru punteġġi ogħla u valur miżjud. Għandha tkun disponibbli pubblikament wara li tkun ittieħdet deċiżjoni finali dwar proġett. Il-pubblikazzjoni ma għandhiex tinkludi informazzjoni kummerċjalment sensittiva.

Fil-każ ta' deċiżjonijiet kummerċjalment sensittivi, il-BEI għandu jgħaddi lill-Parlament Ewropew tali deċiżjonijiet u informazzjoni li jikkonċernaw il-promoturi jew l-intermedjarji finanzjarji fid-data tal-għeluq tal-finanzjament rilevanti jew fi kwalunkwe data aktar bikrija meta tintemm is-sensittività kummerċjali. Biex jilħaq id-deċiżjoni tiegħu, il-Kumitat tal-Investiment għandu jiġi appoġġat mid-dokumentazzjoni pprovduta mill-BEI.";

Il-BEI għandu, fuq bażi annwali, jippreżenta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni lista tad-deċiżjonijiet kollha tal-Kumitat tal-Investiment li jiċħdu l-użu tal-garanzija tal-UE, kif ukoll ġabra tar-riżultati tat-tabella ta' valutazzjoni. Dik is-sottomissjoni għandha tkun soġġetta għal rekwiżiti ta' kunfidenzjalità stretti.";

(da)  il-paragrafu 14 qed jinbidel b'dan li ġej:

‘14.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 23(1) sa (3) u (5) biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi tabella ta' valutazzjoni ta' indikaturi li għandhom jintużaw mill-Kumitat tal-Investiment biex tkun żgurata valutazzjoni indipendenti u trasparenti tal-potenzjal kif ukoll l-użu reali tal-garanzija tal-UE. Tali atti delegati għandhom jitħejjew permezz ta' djalogu mill-qrib mal-BEI.

Il-Bord ta' Tmexxija għandu jirrevedi l-linji gwida ta' investiment sabiex jiġi stabbilit limitu minimu ta' kriterji differenti fit-tabella ta' valutazzjoni bil-ħsieb li tissaħħaħ il-valutazzjoni tal-proġetti.";

(4a)  Fl-Artikolu 8, il-punt (b) tal-ewwel paragrafu huwa mibdul b'dan li ġej:

‘(b)  jinvolvu entitajiet li jinsabu jew li huma stabbiliti fi Stat Membru wieħed jew aktar u li jestendu għal jew jikkooperaw ma' entitajiet f'wieħed jew aktar mill-pajjiżi terzi li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Politika Ewropea tal-Viċinat, inklużi s-Sħubija Strateġika, il-politika tat-tkabbir, iż-Żona Ekonomika Ewropea jew l-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles, jew pajjiż jew territorju extra-Ewropew kif stipulat fl-Anness II għat-TFUE, irrispettivament minn jekk ikunx hemm sieħeb f'dawk il-pajjiżi terzi jew pajjiżi jew territorji extra-Ewropej.";

(5)  L-Artikolu 9 huwa emendat kif ġej:

(-a)  fil-paragrafu 2, il-parti introduttorja tinbidel b'dan li ġej:

‘2.   Il-garanzija tal-UE għandha tingħata għal operazzjonijiet ta' finanzjament u ta' investiment tal-BEI approvati mill-Kumitat tal-Investiment imsemmi fl-Artikolu 7(7) jew għal finanzjament jew garanziji lill-FEI sabiex jitwettqu operazzjonijiet ta' finanzjament u ta' investiment tal-BEI f'konformità mal-Artikolu 11(3). F'konformità mal-gwida tal-Bord ta' Tmexxija, il-Kumitat tal-Investiment jista' jagħti sehem xieraq tal-garanzija tal-UE direttament lil pjattaformi ta' investiment u lil banek jew istituzzjonijiet promozzjonali nazzjonali u jiddelega d-deċiżjoni dwar l-għażla ta' proġetti għal dawk l-entitajiet. Il-Kumitat tal-Investiment għandu f'kull każ iżomm id-dritt li jissorvelja l-proċedura tal-għażla tal-proġett, sabiex jiżgura li tiġi applikata f'konformità ma' dan ir-Regolament.

L-operazzjonijiet ikkonċernati għandhom ikunu konsistenti mal-politiki tal-Unjoni u għandhom isostnu kwalunkwe wieħed mill-objettivi ġenerali li ġejjin:

(-aa)  fil-paragrafu 2(c), jiżdied il-punt li ġej:

'(iiia)   infrastruttura ferrovjarja u proġetti ferrovjarji oħra;";

(-ab)  fil-paragrafu 2(e) jiżdiedu l-punti li ġejjin:

(ia)   teknoloġija blockchain;

(ib)  internet tal-oġġetti;

(ic)  ċibersigurtà u infrastrutturi tal-protezzjoni tan-netwerk;"

(-ac)  fil-paragrafu 2, il-punt (g)(ii) huwa emendat kif ġej:

‘(ii)  l-industriji kulturali u kreattivi, fejn għandhom jiġu awtorizzati mekkaniżmi finanzjarji speċifiċi għas-settur, permezz tal-interazzjoni ma' Ewropa Kreattiva u l-Faċilità ta' Garanzija sabiex jipprovdu self adattat għall-industriji kulturali u kreattivi.";

(-ad)  fil-paragrafu 2, il-punt (g)(v) huwa emendat kif ġej:

‘(v)  l-infrastrutturi soċjali, is-servizzi soċjali, u l-ekonomija soċjali u solidali;"

(a)  fil-paragrafu 2, għandhom jiżdiedu l-punti (h) u (i) li ġejjin:

'(h)   l-agrikoltura, is-sajd, l-akkwakultura sostenibbli u setturi oħrajn tal-bijoekonomija u tal-bijoindustrija;

(i)   f'konformità mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament, għal reġjuni inqas żviluppati u reġjuni fi tranżizzjoni kif elenkati rispettivament fl-Anness I u l-Anness II tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/99/UE[8], industrija u servizzi oħra eliġibbli għal appoġġ mill-BEI.";

(b)  fil-paragrafu 2, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

"Il-Bord ta' Tmexxija għandu jipprovdi gwida dettaljata u għodod ta' valutazzjoni, b'mod partikolari fir-rigward ta' proġetti eliġibbli u għall-portafoll ġenerali tal-FEIS, b'mod partikolari l-COP21. Dik il-gwida għandha tiżgura li mill-inqas 40 % tal-finanzjament tal-FEIS taħt it-tieqa għall-infrastruttura u l-innovazzjoni jagħti appoġġ lil proġett b'komponenti li jikkontribwixxu għall-azzjoni klimatika.";

(c)  il-paragrafu 3 qed jinbidel b'dan li ġej:

'3.   Il-perjodu ta' investiment li matulu tista' tingħata l-garanzija tal-UE biex ikunu sostnuti operazzjonijiet finanzjarji u ta' investiment koperti minn dan ir-Regolament għandu jibqa' fis-seħħ sa:

(a)  il-31 ta' Diċembru 2020, għall-operazzjonijiet tal-BEI li għalihom ikun ġie ffirmat kuntratt bejn il-BEI u l-benefiċjarju jew intermedjarju finanzjarju sal-31 ta' Diċembru 2022;

(b)  il-31 ta' Diċembru 2020, għall-operazzjonijiet tal-FEI li għalihom ikun ġie ffirmat kuntratt bejn il-FEI u l-intermedjarju finanzjarju sal-31 ta' Diċembru 2022.";

(d)  jitħassar il-paragrafu 4.;

(da)  jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

  ‘4a.  Jekk awtorità pubblika fi Stat Membru tistabbilixxi pjattaforma ta' investiment jew bank jew istituzzjoni promozzjonali nazzjonali li tikkondividi l-għanijiet tal-FEIS, il-BEI għandu jikkoopera ma' dak il-korp. Il-BEI għandu jikkoopera wkoll mal-pjattaformi ta' investiment jew banek jew istituzzjonijiet promozzjonali nazzjonali li jkunu diġà ġew stabbiliti u li jikkondividu l-objettivi tal-FEIS."

(db)  fil-paragrafu 5, it-tielet subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

  "Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 7(7), il-Kumitat tal-Investiment, wara valutazzjoni bir-reqqa, jista' jiddeċiedi li jtemm sħubija ma' pjattaforma ta' investiment jew ma' bank jew istituzzjoni promozzjonali nazzjonali."

(5a)  L-Artikolu 10(1) huwa sostitwit b'dan li ġej:

  ‘1.  Għall-finijiet tal-Artikolu 9(2) u f'konformità mal-Artikolu 11, il-BEI, u fejn xieraq, il-banek jew l-istituzzjonijiet promozzjonali nazzjonali u l-pjattaformi ta' investiment għandhom jużaw il-garanzija tal-UE għall-kopertura tar-riskju għall-istrumenti msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.";

(6)  fl-Artikolu 10(2), il-punt (a) huwa ssostitwit b'dan li ġej:

'(a)  self, garanziji, kontrogaranziji, strumenti tas-suq tal-kapital, jew kwalunkwe forma oħra ta' finanzjament jew strument għat-titjib tal-kreditu, inkluż dejn subordinat, investiment ta' ekwità jew kważi ekwità tal-BEI, inkluż favur banek jew istituzzjonijiet promozzjonali nazzjonali, pjattaformi jew fondi ta' investiment;";

(7)  L-Artikolu 11 huwa emendat kif ġej:

(a)  il-paragrafu  qed jinbidel b'dan li ġej:

'1.  Il-garanzija tal-UE ma għandhiex, fi kwalunkwe żmien, teċċedi l-ammont ta' EUR 26 000 000 000, li minnhom parti tista' tiġi allokata għall-finanzjament jew garanziji tal-BEI lill-FEI b'konformità mal-paragrafu 3. Pagamenti netti aggregati mill-baġit ġenerali tal-Unjoni taħt il-garanzija tal-UE ma għandhomx jeċċedu EUR 26 000 000 000 u ma jeċċedux EUR 16 000 000 000 sas-6 ta' Lulju 2018.";

(b)  il-paragrafu 3 qed jinbidel b'dan li ġej:

'3.  "Fejn il-BEI jipprovdi finanzjament jew garanziji lill-FEI sabiex dan iwettaq operazzjonijiet ta' finanzjament u ta' investiment tal-BEI, il-garanzija tal-UE għandha tipprevedi garanzija sħiħa fuq tali finanzjament jew garanziji sakemm il-BEI jipprovdi ammont ta' EUR 4 000 000 000 ta' finanzjament jew garanziji mingħajr kopertura mill-garanzija tal-UE, sa limitu inizjali ta' EUR 6 500 000 000. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, dan il-limitu jista', fejn ikun adegwat, jiġi aġġustat minn Bord ta' Tmexxija sa massimu ta' EUR 8 000 000 000, mingħajr obbligu fuq il-BEI li jipprovdi l-ammonti aktar 'il fuq mil-limitu inizjali.

(c)  fil-paragrafu 6, il-punti (a) u (b) għandhom jinbidlu b'dan li ġej:

'(a)  fil-każ tal-istrumenti ta' dejn imsemmija fl-Artikolu 10(2)(a), il-kapital u l-imgħax kollu u l-ammonti dovuti lill-BEI iżda li dan ma jkunx irċieva f'konformità mat-termini tal-operazzjonijiet ta' finanzjament sa każ ta' inadempjenza; it-telf li jirriżulta minn fluttwazzjonijiet ta' muniti barra mill-euro fi swieq fejn il-possibiltajiet għall-iħħeġġjar fit-tul huma limitati; għal dejn subordinat diferiment, ribass jew ċessjoni mitluba għandhom jiġu kkunsidrati bħala każ ta' inadempjenza;

(b)  għal investimenti ta' ekwità jew kważi ekwità msemmija fl-Artikolu 10(2)(a), l-ammonti investiti u l-kost ta' finanzjament assoċjat tagħhom u t-telf li jirriżulta minn fluttwazzjonijiet ta' muniti barra mill-euro;";

(8)  L-Artikolu 12 huwa emendat kif ġej:

(a)  il-paragrafu 5 qed jinbidel b'dan li ġej:

'5.  Kontribuzzjonijiet għall-fond ta' garanzija msemmija fil-paragrafu 2 għandhom jintużaw biex jintlaħaq livell adatt (l-ammont immirat) li jirrifletti t-total tal-obbligi ta' garanzija tal-UE. L-ammont immirat għandu jiġi stabbilit għal 35 % tal-obbligi ta' garanzija totali tal-UE.";

(b)  il-paragrafu 7 qed jinbidel b'dan li ġej:

'7.  Mill-1 ta' Lulju 2018, jekk minħabba talbiet għall-garanzija tal-UE, il-livell tal-fond ta' garanzija jaqa' taħt 50 % tal-ammont immirat, jew jekk jaqa' aktar 'l isfel minn dak il-livell fi żmien sena skont il-valutazzjoni tar-riskju tal-Kummissjoni, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar miżuri addizzjonali li jistgħu jkunu meħtieġa.";

(c)  il-paragrafi 8, 9 u 10 huma sostitwiti b'dan li ġej:

'8.   Wara l-attivar tal-garanzija tal-UE, il-kontribuzzjonijiet għall-garanzija previsti fil-punti (b) u (d) tal-paragrafu 2 'il fuq mill-ammont immirat, għandhom jintużaw fil-limiti tal-perjodu ta' investiment previst fl-Artikolu 9 biex il-garanzija tal-UE terġa' lura għall-ammont sħiħ tagħha.

9.   Dotazzjonijiet għall-fond ta' garanzija msemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 2 għandhom jintużaw biex jirrestawraw il-garanzija tal-UE għall-ammont sħiħ tagħha.

10.  Fil-każ li l-garanzija tal-UE tiġi restawrata kompletament għal ammont ta' EUR 26 000 000 000, kwalunkwe ammont fil-fond ta' garanzija li jeċċedi l-ammont immirat għandu jitħallas lill-baġit ġenerali tal-Unjoni bħala dħul assenjat intern f'konformità mal-Artikolu 21(4) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 għal kwalunkwe linja baġitarja li tista' tkun intużat bħala sors ta' riallokazzjoni għall-fond ta' garanzija.";

(9)  L-Artikolu 14 huwa emendat kif ġej:

(a)  Il-paragrafu 1 qed jiġi emendat kif ġej:

(i)  fl-ewwel subparagrafu, it-tieni sentenza qed tinbidel b'dan li ġej:

"Tali appoġġ għandu jinkludi l-għoti ta' appoġġ immirat dwar l-użu tal-assistenza teknika għall-istrutturar tal-proġetti, dwar l-użu ta' strumenti finanzjarji innovattivi u dwar l-użu ta' sħubiji pubbliċi-privati u l-konsulenza, kif xieraq, dwar kwistjonijiet relatati mad-dritt tal-Unjoni, filwaqt li jitqiesu l-ispeċifiċitajiet u l-ħtiġijiet ta' Stati Membri bi swieq finanzjarji anqas żviluppati, kif ukoll is-sitwazzjoni f'setturi differenti.;

(ii)  Fit-tieni subparagrafu, tiżdied is-sentenza li ġejja:

"Għandu jagħti wkoll appoġġ għat-tħejjija ta' proġetti ta' azzjoni klimatika u tal-ekonomija ċirkolari jew komponenti tagħhom, b'mod partikolari fil-kuntest ta' COP21, it-tħejjija ta' proġetti fis-settur diġitali, kif ukoll it-tħejjija ta' proġetti msemmija fil-ħames subparagrafu tal-Artikolu 5(1).";

(b)  il-paragrafu 2 huwa emendat kif ġej:

(i)  il-punt (c) jinbidel b'dan li ġej:

'(c)  l-istimulazzjoni tal-għarfien lokali biex jiġi faċilitat l-appoġġ tal-FEIS fl-Unjoni kollha u biex jikkontribwixxi b'mod attiv għall-objettiv ta' diversifikazzjoni settorjali u ġeografika tal-FEIS imsemmija fit-Taqsima 8 tal-Anness II billi jagħti appoġġ lill-BEI u lil banek jew istituzzjonijiet promozzjonali nazzjonali biex joriġina u jiżviluppa operazzjonijiet, b'mod partikolari f'reġjuni anqas żviluppati u f'reġjuni ta' tranżizzjoni u billi jistimola d-domanda għall-appoġġ tal-FEIS, kull fejn ikun hemm bżonn;";

(ii)  il-punt (e) jinbidel b'dan li ġej:

'(e)  l-għoti ta' appoġġ proattiv, konsultattiv dwar it-twaqqif ta' pjattaformi ta' investiment, b'mod partikolari pjattaformi ta' investiment transfruntiera u makroreġjonali li jinvolvu diversi Stati Membri u/jew reġjuni, bi preżenza lokali, fejn meħtieġ;";

(ii a)  jiżdied il-punt li ġej:

‘(ea)  l-użu tal-potenzjal li jiġu attirati u ffinanzjati proġetti fuq skala żgħira, inkluż permezz ta' pjattaformi ta' investiment;"

(iii)  Huwa miżjud il-punt (f) li ġej:

'(f)  il-provvediment ta' parir dwar il-kombinament ta' sorsi oħra ta' finanzjament tal-Unjoni (bħall-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej, l-Orizzont 2020 u l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa) mal-FEIS bl-għan li jitnaqqas il-piż amministrattiv u jissolvew problemi prattiċi marbuta mal-użu ta' dawn ir-riżorsi kkombinati ta' finanzjament.";

(iii a)  jiżdied il-punt li ġej:

‘(fa)  il-provvediment ta' appoġġ proattiv biex jippromwovi u jinkoraġġixxi l-operazzjonijiet imsemmija fil-punt (b) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 8.";

(c)  il-paragrafu 5 qed jinbidel b'dan li ġej:

'5.  Sabiex jintlaħaq l-objettiv imsemmi fil-paragrafu 1 u biex jiġi faċilitat il-provvediment ta' appoġġ konsultattiv fil-livell lokali, l-EIAH għandu jfittex li juża l-għarfien espert tal-BEI, tal-Kummissjoni, tal-banek jew tal-istituzzjonijiet promozzjonali nazzjonali u tal-awtoritajiet amministrattivi tal-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej.";

(c a)  jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

‘5a.  L-EIAH għandu jagħmel użu mil-lista msemmija fl-Artikolu 16(2a) sabiex jassisti, b'mod proattiv u kif xieraq, lill-promoturi tal-proġetti possibbli biex jiżviluppaw aktar il-proposti tagħhom għal finanzjament skont il-FEIS."

(d)  fil-paragrafu 6, it-tieni sentenza tinbidel b'dan li ġej:

"Il-kooperazzjoni bejn, min-naħa l-waħda, l-EIAH u, min-naħa l-oħra, bank jew istituzzjoni nazzjonali promozzjonali jew istituzzjoni jew awtorità maniġerjali, inklużi dawk li jaġixxu bħala konsulent nazzjonali, li għandhom għarfien espert rilevanti għall-finijiet tal-EIAH, tista' tieħu l-forma ta' sħubija kuntrattwali. L-EIAH għandu jikkonkludi ftehimiet ta' kooperazzjoni ma' banek jew istituzzjonijiet promozzjonali nazzjonali f'kull Stat Membru. Fl-Istati Membri fejn dawn l-istituzzjonijiet ma jeżistux, l-EIAH għandu jipprovdi, fejn xieraq, appoġġ konsultattiv proattiv dwar it-twaqqif tagħhom.";

(da)  jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

‘6a.  Sabiex jiġi żgurat b'mod attiv li tintlaħaq firxa ġeografika wiesgħa tas-servizzi konsultattivi madwar l-Unjoni u biex jiġi sfruttat b'suċċess l-għarfien lokali dwar il-FEIS, għandha tiġi żgurata preżenza lokali tal-EIAH, fejn meħtieġa u li tqis l-iskemi ta' appoġġ eżistenti, bil-għan li tipprovdi għajnuna tanġibbli, proattiva u mfassla apposta fuq il-post. Dan għandu jiġi stabbilit b'mod partikolari fi Stati Membri jew reġjuni li jħabbtu wiċċhom ma' diffikultajiet fl-iżvilupp ta' proġetti taħt il-FEIS. L-EIAH għandu jimmira li jippromwovi trasferiment ta' għarfien fil-livell reġjonali u lokali u għandu jiżgura l-bini kontinwu tal-kapaċità u l-għarfien espert lokali u reġjonali,";

(db)  il-paragrafu 7 huwa sostitwit b'dan li ġej:

‘7.  Ammont annwali ta' referenza ta' EUR 20 000 000 għandu jkun disponibbli mill-baġit ġenerali tal-Unjoni sabiex jikkontribwixxi għall-kopertura tal-ispejjeż tal-operazzjonijiet tal-EIAH sal-31 ta' Diċembru 2020 għas-servizzi pprovduti mill-EIAH skont il-paragrafu 2 li huma addizzjonali għal dawk diġà disponibbli fl-ambitu ta' programmi oħra tal-Unjoni, sakemm dawk l-ispejjeż ma jkunux koperti mill-ammont li jifdal mit-tariffi msemmija fil-paragrafu 4."

(9a)  Fl-Artikolu 16(2), il-punt (f) huwa sostitwit b'dan li ġej:

‘(f)  deskrizzjoni tal-proġetti fejn is-sostenn tal-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej huwa kkombinat mas-sostenn tal-FEIS, l-ammont totali tal-kontribuzzjonijiet minn kull sors, kif ukoll mal-profili tar-riskju ta' kull wieħed minnhom;

(9b)  fl-Artikolu 16(2) jiżdied il-punt li ġej:

‘(ja)  informazzjoni dettaljata dwar ħlasijiet taʼ taxxa li jirriżultaw mill-operazzjonijiet taʼ finanzjament skont il-FEIS.";

(9c)  Fl-Artikolu 16, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

‘2a.  Kull sitt xhur il-BEI għandu jissottometti lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-EIAH, lista tal-proposti kollha ta' investiment imressqa għall-użu tal-garanzija tal-UE, inklużi dawk mhux magħżula minn qabel għal sottomissjoni lill-Kumitat tal-Investiment. Dik is-sottomissjoni għandha tkun soġġetta għal rekwiżiti ta' kunfidenzjalità stretti.";

(9d)  Fl-Artikolu 16, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

‘5a.  Il-Kummissjoni għandha tabbozza rapport fl-aħħar tal-perjodu ta' investiment fuq l-effetti aggregati u l-adegwatezza tal-politika tal-ipprezzar u għandha tgħaddi dak ir-rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Bord ta' Tmexxija. Is-sejbiet ta' dak ir-rapport għandhom jiġu kkunsidrati.";

(9e)  Fl-Artikolu 16, għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

6a.  Il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport annwali li jipprovdi dettalji tal-proġetti kollha għal kull qasam ta' politika li rċieva l-appoġġ permezz tal-FEIS, l-ammont totali tal-kontribuzzjoni minn kull sors, kif ukoll il-profili tar-riskju.;"

(10)  L-Artikolu 18 huwa emendat kif ġej:

(a)  il-paragrafu 6 qed jinbidel b'dan li ġej:

'6.  Sal-31 ta' Diċembru 2018 u t-30 ta' Ġunju 2020, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport li jkun fih evalwazzjoni indipendenti tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

(b)  il-paragrafu 7 qed jinbidel b'dan li ġej:

‘7.   Il-Kummissjoni għandha tressaq proposta leġiżlattiva, skont il-qafas finanzjarju pluriennali l-ġdid, dwar skema komprensiva ta' investiment biex tindirizza b'mod effettiv in-nuqqas ta' investiment fl-Unjoni. Il-proposta għandha tieħu kont dovut tal-konklużjonijiet tar-rapport tal-31 ta' Diċembru 2018 li jinkludi evalwazzjoni indipendenti, li għandha tiġi sottomessa fil-ħin biex tiġi kkunsidrata kif meħtieġ għal dan l-għan.

(ba)  il-paragrafu 8 qed jinbidel b'dan li ġej:

‘8.  Ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 6 għandu jinkludu evalwazzjoni dwar l-użu tat-tabella ta' valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 7(14) u fl-Anness II, b'mod partikolari fir-rigward tal-kunsiderazzjoni tal-adegwatezza ta' kull pilastru u tar-rwoli relattivi tagħhom fil-valutazzjoni. Ir-rapport, jekk xieraq u debitament ġustifikat bis-sejbiet tiegħu, għandu jkun akkumpanjat minn proposta għal reviżjoni tal-att delegat imsemmi fl-Artikolu 7(14).";

(11)  fl-Artikolu 19, għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

Il-BEI u l-FEI għandhom jinformaw jew għandhom jobbligaw intermedjarji finanzjarji li jinformaw lill-benefiċjarji finali, inkluż l-SMEs, dwar l-eżistenza tal-appoġġ tal-FEIS u għandhom jagħmlu dik l-informazzjoni viżibbli b'mod prominenti, b'mod partikolari fil-każ tal-SMEs, fil-ftehim ta' finanzjament u kull kuntratt li jinkludi l-appoġġ tal-FEIS, u b'hekk tiżdied il-kuxjenza pubblika u titjieb il-viżibbiltà.";

(11a)  L-Artikolu 20(2) huwa sostitwit b'dan li ġej:

‘2.  Għall-fini tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, il-Qorti tal-Awdituri għandha, fuq talba tagħha u f'konformità mal-Artikolu 287(3) tat-TFUE, tingħata aċċess sħiħ għal kwalunkwe dokument jew informazzjoni li tkun teħtieġ biex twettaq il-kompitu tagħha.";

(12)  L-Artikolu 22(1) huwa sostitwit b'dan li ġej:

'1.  Fl-operazzjonijiet ta' finanzjament u ta' investiment tagħhom koperti minn dan ir-Regolament, il-BEI, il-FEI u l-intermedjarji finanzjarji kollha għandhom jikkonformaw mal-istandards rilevanti u l-liġijiet applikabbli dwar il-prevenzjoni tal-ħasil tal-flus, u l-ġlieda kontra t-terroriżmu, il-frodi fiskali u l-evażjoni tat-taxxa.

  ▌

Fl-operazzjonijiet ta' finanzjament u investiment tagħhom koperti minn dan ir-Regolament, il-BEI u l-FEI ma għadhomx jagħmlu użu, jew jinvolvu ruħhom, jew jipprovdu fondi lill-benefiċjarji li jagħmlu użu jew jimpenjaw ruħhom fi strutturi ta' evitar tat-taxxa, b'mod partikolari skemi ta' ippjanar aggressiv tat-taxxa, jew prattiki li mhumiex konformi ma' kriterji ta' governanza tajba tat-taxxa tal-UE, kif stabbilit fl-atti legali tal-Unjoni, il-konklużjonijiet tal-Kunsill, u l-komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni jew kwalunkwe notifika formali mill-Kummissjoni.

  ▌

B'mod partikolari l-BEI u l-FEI ma għandhomx iżommu relazzjonijiet ta' negozju ma' korpi inkorporati jew stabbiliti f'ġurisdizzjonijiet li ma jikkooperawx mal-Unjoni fir-rigward tal-applikazzjoni tal-istandards miftiehma internazzjonalment u d-dritt tal-Unjoni dwar it-trasparenza u l-iskambju tal-informazzjoni.

Meta jikkonkludu ftehimiet ma' intermedjarji finanzjarji, il-BEI u l-FEI għandhom jittrasponu r-rekwiżiti msemmija f'dan l-Artikolu fil-kuntratti rilevanti u għandhom jitolbu rapport pajjiż b'pajjiż dwar l-osservanza tagħhom. Il-BEI u l-FEI għandhom jippubblikaw u jaġġornaw fuq bażi rikorrenti fil-lista ta' intermedjarji finanzjarji li magħhom huma jikkooperaw.

Il-BEI u l-FEI għandhom, wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni u mal-partijiet interessati, jirrevedu u jaġġornaw il-politiki tagħhom dwar il-ġurisdizzjonijiet li ma jikkooperawx sa mhux aktar tard wara l-adozzjoni tal-lista tal-Unjoni tal-ġurisdizzjonijiet li ma jikkooperawx. Kull sena wara tali data, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' dawk il-politiki.";

(13)  fl-Artikolu 23(2), l-ewwel u t-tieni sentenzi huma sostitwiti b'dan li ġej:

"Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 7(13) u (14) għandha tiġi kkonferita fuq il-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin mill-4 ta' Lulju 2015. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' ħames snin.";

(14)  L-Anness II hu emendat kif stipulat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew  Għall-Kunsill

Il-President  Il-President

ANNESSI

tal-

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1316/2013 u (UE) 2015/1017 fir-rigward tal-estensjoni tad-durata tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi kif ukoll l-introduzzjoni ta' titjib tekniku għal dan il-Fond u għaċ-Ċentru Ewropew ta' Konsulenza għall-Investimenti

Anness

(1)  It-Taqsima 2 hija emendata kif ġej:

(a)  fil-punt (b), għandhom jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

"l-appoġġ tal-FEIS għall-awtostradi għandu jkun limitat għall-investiment pubbliku u/jew privat fit-trasport fil-pajjiżi ta' koeżjoni, ir-reġjuni li huma anqas żviluppati jew fi proġetti ta' trasport transfruntier jew jekk dan huwa meħtieġ biex tiġi aġġornata, tittejjeb u tinżamm is-sikurezza fit-toroq, jiġu żviluppati apparati tal-ITS jew jiġu ggarantiti l-integrità u l-istandards tal-awtostradi eżistenti fuq in-netwerk trans-Ewropew tat-trasport, b'mod partikolari ż-żoni ta' parkeġġ sikuri, stazzjonijiet ta' karburanti nodfa alternattivi u sistemi ta' ċċarġjar elettriku.

L-appoġġ mill-FEIS għandu wkoll ikun espliċitament possibbli għaż-żamma u l-aġġornament tal-infrastruttura tat-trasport eżistenti";

(b)  fil-punt (c), it-tieni sentenza tinbidel b'dan li ġej:

"F'dan il-kuntest, huwa mistenni li l-BEI se jipprovdi finanzjament fl-ambitu tal-FEIS bil-ħsieb li jilħaq mira totali ta' mhux inqas minn EUR 500 000 000 000 f'investiment pubbliku jew privat, inkluż finanzjament mobilizzat permezz tal-FEI fl-ambitu tal-operazzjonijiet tal-FEIS relatati mal-istrumenti msemmija fl-Artikolu 10(2)(b), tal-banek jew istituzzjonijiet promozzjonali nazzjonali u aċċess akbar għall-finanzjament għal entitajiet li għandhom sa 3 000 impjegat.";

(2)  Fit-Taqsima 3 jiżdied il-punt (d):

'(d)     il-preżenza ta' wieħed jew aktar minn dawn l-elementi tipikament twassal għal klassifikazzjoni ta' operazzjoni bħala attivitajiet speċjali:

–  subordinazzjoni fir-rigward ta' mutwanti oħra, inklużi l-banek promozzjonali nazzjonali u mutwanti privati;

–  parteċipazzjoni fi strumenti għall-kondiviżjoni tar-riskju meta l-pożizzjoni meħuda tesponi lill-BEI għal livelli ta' riskju għoli;

–  espożizzjoni għal riskji speċifiċi bħal pereżempju, teknoloġija mingħajr provi, dipendenza fuq kontropartijiet ġodda, bla esperjenza, jew b'riskju għoli, strutturi finanzjarji ġodda jew riskju għall-BEI, is-settur jew il-ġeografija inkwistjoni;

–  karatteristiċi tat-tip tal-ekwità, bħalma huma pagamenti marbuta mal-prestazzjoni; jew

–  aspetti oħra identifikabbli li jwasslu għal skopertura għar-riskju ogħla skont il-linji gwida tal-BEI dwar il-politika tar-riskju tal-kreditu;";

(2 a)  fit-Taqsima 3, jiżdied il-punt li ġej:

‘(d a)  għandha tingħata attenzjoni għal kundizzjonijiet speċifiċi għar-reġjun meta tiġi vvalutata l-addizzjonalità."

(3)  fit-Taqsima 5, tiżdied is-sentenza li ġejja:

"It-tabella ta' valutazzjoni għandha tkun ippubblikata hekk kif operazzjoni skont il-garanzija tal-UE tkun iffirmata, bl-esklużjoni ta' informazzjoni kummerċjalment sensittiva.";

(4)  It-Taqsima 6 hija emendata kif ġej:

(a)  il-punt (b) huwa emendat kif ġej:

(i)  fl-ewwel inċiż, l-ewwel u t-tieni sentenzi jinbidlu b'dan li ġej:

"Għall-operazzjonijiet tat-tip ta' dejn, il-BEI jew il-FEI għandu jwettaq il-valutazzjoni tar-riskju standard tiegħu, bl-involviment tal-kalkolu tar-rata ta' probabbiltà ta' inadempjenza u ta' rkupru. Abbażi ta' dawn il-parametri, il-BEI jew il-FEI għandu jikkwantifika r-riskju għal kull operazzjoni.";

(ii)  fit-tieni inċiż, l-ewwel sentenza tinbidel b'dan li ġej:

"Kull operazzjoni tat-tip ta' dejn għandha tirċievi klassifikazzjoni tar-riskju (il-Gradazzjoni tas-Self tat-Tranżazzjoni) skont is-sistema ta' gradazzjoni tas-self tal-BEI jew tal-FEI.";

(iii)  fit-tielet inċiż, l-ewwel sentenza tinbidel b'dan li ġej:

"Il-proġetti għandhom ikunu vijabbli ekonomikament u teknikament u l-finanzjament tal-BEI għandu jkun strutturat skont prinċipji bankarji sodi u għandu jkun konformi mal-prinċipji ta' ġestjoni tar-riskju ta' livell għoli stabbiliti mill-BEI jew mill-FEI fil-linji gwida interni tiegħu.";

(iii a)  ir-raba' inċiż huwa sostitwit b'dan li ġej:

Il-prezz tal-prodotti marbuta ma' titoli tat-tip ta' dejn għandu jiġi stabbilit skont id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament."

(b)  il-punt (c) huwa emendat kif ġej:

(i)  fl-ewwel inċiż, it-tieni sentenza tinbidel b'dan li ġej:

"Id-determinazzjoni dwar jekk operazzjoni ġġorrx magħha riskji tat-tip ta' ekwità jew le, irrispettivament mill-forma u n-nomenklatura ġuridika tagħha, għandha tkun ibbażata fuq valutazzjoni standard tal-BEI jew tal-FEI.";

(ii)  fit-tieni inċiż, l-ewwel sentenza tinbidel b'dan li ġej:

"L-operazzjonijiet ta' titoli tat-tip ta' ekwità tal-BEI għandhom isiru f'konformità mar-regoli u l-proċeduri interni tal-BEI jew tal-FEI.";

(ii a)  it-tielet inċiż huwa sostitwit b'dan li ġej:

L-investimenti ta' titoli tat-tip ta' ekwità għandhom ikunu pprezzati skont id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament."

(5)  Fit-Taqsima 7, il-punt (c), titħassar il-kelma "inizjali";

(6)  It-Taqsima 8 hija emendata kif ġej:

(a)  fit-tieni sentenza tal-ewwel subparagrafu, titħassar il-kelma "inizjali";

(b)  fl-ewwel sentenza tal-ewwel subparagrafu tal-punt (a), titħassar il-kelma "inizjali";

(c)  fl-ewwel sentenza tal-punt (b), titħassar il-kelma "inizjali".

  • [1]    ĠU C 75, 10.3.2017, p. 57.
  • [2]    Għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.
  • [3] * Emendi: it-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ▌.
  • [4]  ĠU C 465, 13.12.2016, p. 1.
  • [5]   COM(2014) 903 final.
  • [6]   Ir-Regolament (UE) Nru 1316/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 913/2010 u jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 680/2007 u (KE) Nru 67/2010, ĠU L 348, 12.2013, p. 129.
  • [7]    Regolament Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/1558 tat-22 ta' Lulju 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2015/1017 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill bit-tfassil ta' tabella ta' valutazzjoni ta' indikaturi għall-applikazzjoni tal-garanzija tal-UE (ĠU L 244, 19.9.2015, p. 20).
  • [8]   Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni Nru 2014/99/UE tat-18 ta' Frar 2014 li tistabbilixxi l-lista ta' reġjuni eliġibbli għal finanzjament mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond Soċjali Ewropew u ta' Stati Membri eliġibbli għall-finanzjament mill-Fond ta' Koeżjoni għall-perjodu 2014-2020, ĠU L 50, 20.2.2014, p.22.

OPINJONI tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (3.4.2017)

għall-Kumitat għall-Baġits u l-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1316/2013 u (UE) 2015/1017 fir-rigward tal-estensjoni tad-durata tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi kif ukoll l-introduzzjoni ta' titjib tekniku għal dan il-Fond u għaċ-Ċentru Ewropew ta' Konsulenza għall-Investiment
(COM(2016)0597 – C8-0375/2016 – 2016/0276(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Eva Kaili

(*) Kumitat assoċjat – Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Il-livelli baxxi attwali fit-tkabbir u l-irkupru tal-Unjoni Ewropea ta' wara l-kriżi huma r-riżultat ta' tnaqqis fil-produzzjoni, skattati minn fatturi bħall-pass kajman fil-progress teknoloġiku, bidla strutturali lejn setturi bi produttività baxxa u rati għoljin ta' ingranaġġ. Għalhekk, huwa ta' importanza kbira li nikkonċentraw il-forzi tagħna fi sforz ikkoordinat sabiex nevitaw il-perikli ta' staġnar sekulari b'mod ekonomikament, ambjentalment u soċjalment responsabbli.

Il-Kumitat ITRE, f'konformità mal-mandat tiegħu, iqiegħed l-ottimizzazzjoni tas-settur tal-enerġija, is-settur tat-telekomunikazzjonijiet, it-teknoloġiji diġitali, l-R&I, l-SMEs u l-oqfsa industrijali ġodda u tradizzjonali fil-qalba tal-prijoritajiet tiegħu. Dawn is-setturi jirfdu l-aċċellerazzjoni tant meħtieġa tal-produttività Ewropea.

Ir-rapporteur temmen li l-FEIS 2.0 huwa opportunità biex naċċelleraw il-produzzjoni Ewropea kif ukoll strument dinamiku li għandu l-potenzjal ifassal mill-ġdid il-qafas tal-investiment attwali fl-UE, u dan billi tiġi armonizzata l-ekosistema ekonomika, titnaqqas il-burokrazija u jitneħħew l-ineffiċjenzi ta' koordinazzjoni u l-frizzjonijiet strutturali.

Madankollu, il-FEIS mhuwiex strument ta' politika ta' koeżjoni. Huwa pjuttost maħsub biex jistimula l-kapaċità ekonomika tal-UE li jenħtieġ li tgħin lill-Istati Membri kollha biex ikopru d-diskrepanzi fl-investiment tagħhom. Il-FEIS huwa mekkaniżmu ta' valur miżjud li għandu l-għan ikabbar u jikkomplementa, u mhux jikkompeti mar-riżorsi finanzjarji u l-faċilitajiet eżistenti. Konsegwenza bażika ta' dan hija li l-FEIS jenħtieġ li qatt, la issa u lanqas fil-futur, ma jissostitwixxi l-fondi ta' koeżjoni u strumenti simili.

Sabiex il-FEIS ikun ta' suċċess fil-miri ta' investiment tiegħu, dan jenħtieġ li jsaħħaħ ir-realizzazzjoni tal-potenzjal ekonomiku ta' kull Stat Membru, kemm f'termini ġeografiċi kif ukoll f'dawk settorjali. Sfortunatament, s'issa l-FEIS għadu ma laħaqx l-isfida ta' diversifikazzjoni ġeografika u settorjali.

Ir-rapporteur tenfasizza li l-UE ma tistax terġa' lura għat-tkabbir u toħloq l-impjiegi u l-prosperità permezz ta' attitudni "kollox jibqa' għaddej bħas-soltu". Dan jirrikjedi sforz u persistenza mill-perjodu medju sa dak twil. Din mhijiex tellieqa. Din hija maratona. Il-BEI u l-Kummissjoni, bħala ż-żewġ istituzzjonijiet primarjament responsabbli mill-implimentazzjoni tal-FEIS, jenħtieġ li jaderixxu ma' din il-mentalità. L-għan mhuwiex li jinħarġu l-flus kemm jista' jkun malajr. Il-kontenut, l-addizzjonalità u l-firxa ġeografika jiswew aktar mill-veloċità li biha l-fondi jiġu assorbiti.

Din l-opinjoni tal-Kumitat ITRE, tiffoka speċjalment fuq l-oqsma tal-enerġija, it-telekomunikazzjoni, ir-riċerka, it-teknoloġiji diġitali, u l-SMEs u tikkonċentra fuq id-dgħjufijiet attwali tal-FEIS sabiex tindirizza l-fallimenti settorjali u ġeografiċi tas-suq u s-sitwazzjonijiet subottimali tal-investiment, li issa jenħtieġ li jiġu rimedjati fil-FEIS 2.0.

Abbażi tar-raġunament imsemmi hawn fuq, ir-rapporteur tipproponi l-emendi li ġejjin għall-FEIS 2.0:

  Il-proġetti appoġġjati mill-FEIS jenħtieġ li jkunu aktar addizzjonali. Il-BEI jenħtieġ li jsaħħaħ il-kapaċità tiegħu li jaċċetta proġetti aktar riskjużi, kemm permezz tal-istrumenti għall-kondiviżjoni tar-riskju kif ukoll permezz tal-garanziji kontra l-ewwel telf li huma partikolarment utli għall-proġetti ta' infrastruttura.

  It-trasparenza u r-responsabbiltà fil-proċess tal-għażla jenħtieġ li jkunu rekwiżit ex-ante kruċjali għall-kriterju ta' addizzjonalità u għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-FEIS u jenħtieġ li jiġu ssalvagwardjati mill-FEIS 2.0.

  Id-diversifikazzjoni ġeografika trid tiġi żgurata billi b'mod espliċitu tiġi indirizzata l-problema ta' primjums tar-riskju differenti imposti għal proġetti simili f'partijiet differenti tal-UE, li jirriżultaw mill-profili tar-riskju differenti tal-Istati Membri.

  It-tielet pilastru tal-Pjan ta' Investiment għall-Ewropa (it-tneħħija ta' ostakoli għall-investiment) huwa kondizzjoni neċessarja għas-suċċess tal-FEIS, iżda ma jistax jintuża bħala skuża biex jiġi leġitimizzat l-assorbiment ħażin tal-FEIS speċjalment mill-Pajjiżi ta' Koeżjoni jew l-Istati Membri li sofrew aktar mill-kriżi finanzjarja reċenti.

  Il-Kummissjoni jenħtieġ li taħdem mill-qrib mal-BEI biex issaħħaħ ir-rwol tal-Istituzzjonijiet Promozzjonali Nazzjonali u biex tistabbilixxihom fl-Istati Membri li m'għandhomx waħda.

  Sabiex tattira flus ġodda, il-Kummissjoni jenħtieġ li taħdem mill-qrib mal-Awtoritajiet Regolatorji Finanzjarji tal-UE sabiex tippermetti lill-Istituzzjonijiet Finanzjarji jinvestu aktar fi proġetti ta' infrastruttura fit-tul billi jitnaqqsu r-restrizzjonijiet regolatorji relatati fil-karti bilanċjali tagħhom.

  L-implimentazzjoni stretta tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir jenħtieġ li ma tfixkilx lill-Istati Membri milli jużaw il-FEIS għall-investimenti fl-infrastruttura. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tadotta politiki f'din id-direzzjoni.

  Jenħtieġ li jkun hemm enfasi speċjali fuq il-proġetti favur it-tkabbir u l-ħolqien tal-impjiegi f'żoni remoti jew f'reġjuni anqas żviluppati.

  L-għotjiet tas-CEF u faċilitajiet relatati oħra jenħtieġ li ma jikkompetux mal-FEIS jew mal-orjentazzjoni mmexxija mis-suq tiegħu bil-għan li jinġabru "flus ġodda" u jiġi mobilizzat kapital inattiv. Għalhekk huwa neċessarju taħlit ottimali tar-riżorsi għas-suċċess ta' tnedija tal-investiment fl-UE. Il-qafas regolatorju li jippermetti dan it-taħlit jenħtieġ li jiġi kkunsidrat. Ir-Regolament Finanzjarju Omnibus huwa mistenni li jgħin f'din id-direzzjoni.

  Il-proġetti ta' infrastruttura multinazzjonali jenħtieġ li jitwessgħu. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tfittex l-armonizzazzjoni fost id-diversitajiet regolatorji tal-Istati Membri. Dan huwa neċessarju għall-aċċellerazzjoni tal-proġetti ta' infrastruttura li jinvolvu żewġ Stati Membri jew aktar jew dawk transfruntiera.

  It-tisħiħ u l-espansjoni tar-rwol tal-EIAH huma kritiċi għas-suċċess tal-FEIS. Dan jenħtieġ li jassisti lill-awtoritajiet lokali, l-NPIs u l-investituri, jiffaċilita l-ħolqien ta' pjattaformi ta' investiment meta dawn ikunu meħtieġa, jgħin fil-formazzjoni ta' SPVs u PPPs, kif ukoll jagħti parir lill-partijiet ikkonċernati dwar sorsi innovattivi ta' finanzjament, speċjalment fil-proġetti ta' infrastruttura, proġetti tal-enerġija u proġetti fis-settur diġitali.

  F'konformità mal-impenji tal-COP21, il-FEIS jenħtieġ li jappoġġja mill-inqas sa 40 % tal-proġetti li jikkontribwixxu għall-azzjoni klimatika, inkluż mill-inqas 20 % tal-finanzjament għal proġetti ta' effiċjenza enerġetika. Il-proġetti marbuta mal-karburanti fossili jenħtieġ li jiġu evitati.

  F'konformità mal-vantaġġi kompetittivi li l-UE għandha fil-qasam tat-teknoloġiji diġitali, il-FEIS jenħtieġ li jqiegħed fuq quddiem nett tal-prijoritajiet ta' finanzjament tiegħu s-settur diġitali li jħares 'il quddiem, speċjalment proġetti li jwessgħu l-kapaċità u l-infrastruttura tal-konnettività, iċ-ċibersigurtà, in-netwerks, il-pjattaformi blockchain, l-Internet tal-Oġġetti, eċċ. Din il-prijoritizzazzjoni jenħtieġ li tissaħħaħ minn esperti minn dawk is-setturi fl-EIAH u mill-governanza tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-BEI.

  Il-FEIS jenħtieġ li jindirizza d-diskrepanza fl-investiment fir-riċerka, speċjalment fit-tnedija u fis-setturi TRL baxxi li fl-20 sena li ġejjin huma mistennija jiddeterminaw u jfasslu d-domanda tal-konsumaturi.

  Il-Kummissjoni u l-BEI jenħtieġ li jaħdmu flimkien għall-identifikazzjoni proattiva tal-ġuriżdizzjonijiet mhux kooperattivi u jistabbilixxu kriterji ċari u disponibbli għall-pubbliku li jkabbru ċ-ċertezza legali tal-FEIS mingħajr ma jikkompromettu l-istandards tal-Unjoni dwar kwistjonijiet relatati mal-governanza tat-taxxa.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija jistieden lill-Kumitat għall-Baġits u lill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, bħala l-kumitati responsabbli, sabiex jieħdu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Il-FEIS, li ġie implimentat u kosponsorjat mill-Grupp tal-BEI, huwa fit-triq it-tajba biex iwettaq l-objettiv li jimmobilizza tal-anqas EUR 315 biljun f'investimenti addizzjonali fl-ekonomija reali sa nofs l-2018. L-assorbiment mis-suq kien partikolarment mgħaġġel fl-ambitu tat-tieqa għall-SMEs, fejn il-FEIS qed jagħti riżultati aħjar milli mistenni. F'Lulju 2016, it-Tieqa għall-SMEs b'hekk ġiet imsaħħa b'EUR 500 miljun fil-parametri attwali tar-Regolament (UE) Nru 2015/1017. Sehem akbar ta' finanzjament għandu jiġi mmirat lejn l-SMEs minħabba d-domanda tas-suq eċċezzjonali għal finanzjament tal-SMEs taħt il-FEIS. 40 % taż-żieda fil-kapaċità ta' rfigħ tar-riskji tal-FEIS għandhom ikunu mmirati biex jiżdied l-aċċess għal finanzjament għall-SMEs.

(4)  Fl-ewwel perjodu tal-implimentazzjoni tiegħu, il-FEIS ta riżultati sinifikanti u inkoraġġanti. Għadu kmieni wisq biex jiġi evalwat l-impatt sħiħ tal-FEIS fuq l-għeluq ta' distakki fl-investiment, it-tnaqqis tal-livelli għoljin ta' qgħad u t-titjib tar-rati ta' tkabbir anemiku fl-Unjoni wara l-kriżi finanzjarja riċenti. Madankollu, id-data attwali tindika li hemm lok għal titjib f'oqsma differenti, inkluż fil-komplimentarjetà mal-pilastri l-oħra tal-Pjan ta' Investiment, id-distribuzzjoni aħjar fost l-Istati Membri, l-addizzjonalità, il-governanza u l-attrattiva ta' investimenti sostenibbli li jippromwovu azzjoni klimatika. Hemm ukoll indikazzjonijiet li l-FEIS jista' jkun lura f'termini ta' operazzjonijiet iffirmati kif ukoll fl-iżborżi, dan skont l-evalwazzjoni tal-operat tal-BEI tal-funzjoni tiegħu sat-30 ta' Ġunju 2016. Barra minn hekk, it-Tieqa għall-SMEs kellha assorbiment mis-suq aktar mgħaġġel meta mqabbel mal-IIW iżda dan jista' jkun minħabba n-natura differenti tal-proġetti.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a)  Il-FEIS huwa mistenni li jimmobbilizza t-EUR 315-il biljun previsti f'investimenti addizzjonali sa nofs l-2018. Madankollu, m'hemm l-ebda valutazzjoni indipendenti, la ta' dawk ir-riżultati ekonomiċi u lanqas tal-impatt fuq is-soċjetà u l-ambjent tal-FEIS. Huwa mfakkar li l-għan ewlieni tal-FEIS huwa li jappoġġja proġetti li jipprovdu liċ-ċittadini tal-Unjoni benefiċċji soċjali u ambjentali fit-tul, impjiegi u infrastrutturi ta' kwalità għolja u fil-perjodu twil ta' żmien.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Fit-28 ta' Ġunju 2016, il-Kunsill Ewropew ikkonkluda li "Il-Pjan ta' Investiment għall-Ewropa, b'mod partikolari l-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS), diġà ta riżultati konkreti u huwa pass ewlieni biex jgħin jimmobilizza l-investiment privat filwaqt li jagħmel użu intelliġenti minn riżorsi baġitarji skarsi." Il-Kummissjoni biħsiebha tressaq proposti dwar il-futur tal-FEIS, li jeħtieġ li jiġu eżaminati bħala kwistjoni ta' urġenza mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill".

(5)  Fit-28 ta' Ġunju 2016, il-Kunsill Ewropew ikkonkluda li "Il-Pjan ta' Investiment għall-Ewropa, b'mod partikolari l-FEIS, kien ta riżultati konkreti. Madankollu, jibqgħu l-ineffiċjenzi u l-iżbilanċi f'termini ta' diversifikazzjoni ġeografika u settorjali. F'termini ġeografiċi, sat-30 ta' Ġunju 2016, 63 % tal-proġetti ffirmati taħt l-IIW kienu kkonċentrati fir-Renju Unit, l-Italja u Spanja, u 91 % minnhom kienu kkonċentrati fl-Istati Membri tal-UE15. Minn dawn, 54 % tal-proġetti ffirmati taħt l-SMEW kienu kkonċentrati fl-Italja, Franza u l-Ġermanja, u 93 % minnhom kienu kkonċentrati fl-Istati Membri tal-UE15. Għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-Istati Membri tal-Ewropa tal-Lvant li huma dgħajfa finanzjarjament, biex b'hekk jiġu megħjuna jegħlbu d-diffikultajiet attwali ta' investiment u jsaħħu l-kompetittività tagħhom. Filwaqt li jitqiesu dawk l-iżbilanċi, kif ukoll il-frizzjonijiet finanzjarji eżistenti, l-impedimenti strutturali, l-oqfsa regolatorji u l-verżjoni għar-riskju tal-investituri, il-Kummissjoni għandha twettaq inizjattivi ambizzjużi sabiex tgħin timmobilizza l-investiment privat u tipproċedi bl-introduzzjoni tat-trasformazzjonijiet regolatorji meħtieġa sabiex l-istituzzjonijiet finanzjarji jkunu jistgħu jaċċettaw aktar proġetti ta' infrastruttura fil-portafolli tagħhom, inkluż finanzjament ulterjuri tal-SMEs, filwaqt li jagħmlu użu intelliġenti mir-riżorsi baġitarji skarsi. Għandha tingħata kunsiderazzjoni wkoll għall-fatt li l-ineffiċjenzi strutturali eżistenti f'ċerti Stati Membri mhumiex favur Stati Membri oħra fir-rigward tal-użu tal-FEIS. Għal din ir-raġuni, l-ebda Stat Membru m'għandu jkun intitolat li juża aktar minn 10 % tal-faċilità tal-FEIS.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  Il-FEIS ġie stabbilit għal perjodu inizjali ta' tliet snin u bil-għan li jimmobilizza mill-anqas EUR 315 biljun f'investimenti. Minħabba s-suċċess tiegħu, il-Kummissjoni hija impenjata li tirdoppja l-FEIS, kemm fir-rigward tad-durata, kif ukoll fir-rigward tal-kapaċità ta' finanzjament. L-estensjoni ġuridika tkopri l-perjodu tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali attwali u għandha tipprovdi total ta' mill-anqas investimenti ta' nofs triljun euro sal-2020. Sabiex tkompli ssaħħaħ aktar il-FEIS u tilħaq l-għan li tirdoppja l-mira tal-investiment, jeħtieġ li l-Istati Membri jikkontribwixxu wkoll bi prijorità.

(6)  B'kunsiderazzjoni tal-indikaturi pożittivi, il-Kummissjoni hija impenjata li tirdoppja l-FEIS, kemm fir-rigward tad-durata, kif ukoll fir-rigward tal-kapaċità ta' finanzjament. L-estensjoni ġuridika tkopri l-perjodu tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali attwali u għandha tipprovdi total ta' mill-anqas investimenti ta' nofs triljun euro sal-2020. Sabiex tkompli ssaħħaħ aktar il-FEIS u tilħaq l-għan li tirdoppja l-mira tal-investiment, jeħtieġ li l-Istati Membri jikkontribwixxu wkoll bi prijorità.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  Il-FEIS estiż għandu jindirizza l-fallimenti tas-suq u sitwazzjonijiet ta' investiment subottimali u jkompli jimmobilizza l-finanzjament tas-settur privat f'investimenti kruċjali għall-ħolqien tax-xogħol futur – inkluż l-impjieg taż-żgħażagħ –, it-tkabbir u l-kompetittività b'tisħiħ fl-addizzjonalità. Dan jinkludu investimenti fl-oqsma tal-enerġija, l-ambjent u l-azzjoni klimatika, il-kapital soċjali u uman u l-infrastruttura relatata, il-kura tas-saħħa, ir-riċerka u l-innovazzjoni, it-trasport transfruntier u sostenibbli, kif ukoll it-trasformazzjoni diġitali. B'mod partikolari, il-kontribut tal-operazzjonijiet appoġġati mill-FEIS biex jinkisbu l-miri ambizzjużi tal-Unjoni stabbiliti fil-Konferenza tal-Klima ta' Pariġi (COP21) għandu jkun rinforzat. Proġetti prijoritarji ta' interkonnessjoni tal-enerġija u proġetti tal-effiċjenza enerġetika għandhom ikunu mmirati dejjem aktar. Barra minn hekk, l-appoġġ tal-FEIS għall-awtostradi għandu jiġi evitat, sakemm ma jkunx meħtieġ biex jappoġġa l-investiment privat fit-trasport f'pajjiżi tal-koeżjoni jew fi proġetti ta' trasport transfruntier li jinvolvi mill-anqas pajjiżi ta' koeżjoni wieħed. Għal raġunijiet ta' ċarezza, għalkemm huma diġà eliġibbli, jenħtieġ li jiġi stabbilit b'mod espliċitu li l-proġetti fl-oqsma tal-agrikoltura, is-sajd u l-akkwakultura jaqgħu fl-objettivi ġenerali eliġibbli għall-appoġġ tal-FEIS.

(8)  Il-FEIS estiż għandu jindirizza l-fallimenti tas-suq u sitwazzjonijiet ta' investiment subottimali u jkompli jimmobilizza l-finanzjament tas-settur privat f'investimenti kruċjali għall-futur tal-Ewropa, f'termini ta' kwalità f'livelli għoljin u sostenibbli ta' kapital uman, il-ħolqien ta' impjiegi ta' kwalità tajba (speċjalment għaż-żgħażagħ), it-tkabbir u l-kompetittività b'tisħiħ fl-addizzjonalità, kif ukoll f'termini ta' tkabbir tal-koeżjoni soċjali, l-inklużjoni soċjali u b'hekk it-titjib tal-benesseri taċ-ċittadini tal-Unjoni. Dan għandu jinkludi wkoll investimenti fl-oqsma tal-enerġija, l-ambjent u l-azzjoni klimatika, l-ekonomija soċjali u l-infrastruttura relatata, il-kura tas-saħħa, ir-riċerka u l-innovazzjoni, it-trasport transfruntier u sostenibbli, kif ukoll it-trasformazzjoni diġitali. B'mod partikolari, għandu jissaħħaħ il-kontribut tal-operazzjonijiet appoġġati mill-FEIS biex jinkisbu l-miri ambizzjużi tal-Unjoni stabbiliti fil-Konferenza tal-Klima ta' Pariġi (COP21) u l-impenn tal-Unjoni 2050 li tnaqqas l-emissjonijiet tal-gass b'effett ta' serra bi 80-95 %. Proġetti prijoritarji ta' interkonnessjoni tal-elettriku, l-effiċjenza tal-enerġija u l-ekonomija ċirkolari, speċjalment meta dawn itejbu s-sigurtà tal-enerġija tal-Unjoni, jippermettu lill-individwi u lill-komunitajiet lokali u l-kooperattivi jinvolvu ruħhom b'mod attiv, għandhom ukoll isiru dejjem aktar iffokati, flimkien mal-adattament tan-netwerks tal-enerġija u l-ġenerazzjoni ta' enerġija rinnovabbli, il-ħażna u d-distribuzzjoni kif ukoll riżorsi alternattivi tal-enerġija għall-vetturi u s-settur tal-bini. S'issa s-sejbiet juru li l-appoġġ wiesa' tal-FEIS mogħti lill-proġetti tal-enerġija, ta' effiċjenza enerġetika u lill-enerġija rinnovabbli kien akkompanjat minn tnaqqis korrispondenti f'investimenti ordinarji tal-BEI f'dawk is-setturi, li b'hekk ħassar il-prinċipju tal-addizzjonalità. Is-self iffinanzjat mill-FEIS jenħtieġ li jingħata flimkien ma' operazzjonijiet ta' investiment ordinarju tal-BEI. B'mod simili, fis-settur diġitali, u fil-kamp ta' applikazzjoni tal-politika ambizzjuża tal-Unjoni dwar l-ekonomija diġitali, jenħtieġ li jiġu stabbiliti miri ġodda għall-infrastruttura diġitali sabiex jiżguraw li l-Unjoni tnaqqas id-distakk diġitali u tkun pijunier globali fl-era l-ġdida tal-hekk imsejjaħ internet tal-oġġetti, tat-teknoloġija tal-blockchain u tas-sigurtà ċibernetika u tan-netwerks. Barra minn hekk, kriterju għas-suċċess tal-FEIS għandu jkun l-għajnuna pprovduta għall-oqsma ta' politika li sofrew minn tnaqqis fl-investimenti minħabba l-finanzjament tal-FEIS, bħall-għotjiet ta' riċerka, speċjalment għal livelli baxxi ta' tlestija tat-teknoloġija. Barra minn hekk, l-appoġġ tal-FEIS għall-awtostradi għandu jiġi evitat, sakemm ma jkunx meħtieġ bħala appoġġ għall-investiment privat fit-trasport f'pajjiżi tal-koeżjoni jew fi proġetti ta' trasport transfruntier li jinvolvu mill-anqas pajjiżi ta' koeżjoni wieħed. Għal raġunijiet ta' ċarezza, għalkemm huma diġà eliġibbli, jenħtieġ li jiġi stabbilit b'mod espliċitu li l-proġetti fl-oqsma tal-agrikoltura, is-sajd u l-akkwakultura jaqgħu fl-objettivi ġenerali eliġibbli għall-appoġġ tal-FEIS. L-appoġġ tal-FEIS għall-proġetti tal-karburanti fossili, b'mod speċjali installazzjonijiet ta' infrastruttura u nukleari għandu jiġi evitat.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 8a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8a)  Għandu jiġi nnotat li fl-attivitajiet speċjali appoġġjati mill-FEIS, il-BEI juża b'mod sistematiku l-parteċipazzjoni tal-koinvestituri tiegħu fi strumenti ta' kondiviżjoni tar-riskju. Għalhekk jenħtieġ li l-BEI jintervjeni - b'mod awtomatiku fejn huwa kkonċernat it-taħlit u fejn meħtieġ f'każijiet oħra - billi jipprovdi garanziji kontra l-ewwel telf għall-attivitajiet ikkonċernati sabiex jottimizza l-addizzjonalità tal-faċilità tal-FEIS u jimmobilizza aktar fondi privati.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 8b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8b)  Jenħtieġ li jitqies li s-setgħat globali ewlenin kollha ħolqu kumplessi militari-industrijali sabiex jibqgħu fuq quddiem tal-kompetizzjoni f'termini teknoloġiċi u xjentifiċi. Għalhekk huwa imperattiv li l-UE tagħmel l-istess billi talloka somom kbar, b'mod partikolari permezz tal-FEIS, għall-ħolqien ta' industrija tad-difiża Ewropea li, b'riżultat tax-xogħol ta' riċerka u żvilupp tagħha, ikollha impatt ċivili u ekonomiku sinifikanti.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  L-addizzjonalità, karatteristika ewlenija tal-FEIS, għandha tissaħħaħ fl-għażla tal-proġetti. B'mod partikolari, l-operazzjonijiet għandhom ikunu eliġibbli biss għall-appoġġ tal-FEIS jekk huma jindirizzaw nuqqasijiet tas-suq identifikati b'mod ċar jew sitwazzjonijiet ta' investiment subottimali. L-operazzjonijiet fl-infrastruttura taħt it-Tieqa għall-Infrastruttura u l-Innovazzjoni li jorbtu żewġ Stati Membri jew aktar, inkluż l-e-infrastruttura, għandhom jiġu kkunsidrati addizzjonali minħabba d-diffikultà inerenti tagħhom u l-valur miżjud għoli tagħhom għall-Unjoni.

(9)  L-addizzjonalità, karatteristika ewlenija tal-FEIS, għandha tiġi evalwata, dokumentata u rrapportata b'mod sistematiku f'kull proġett. Il-BEI għandu jippubblika data analitika għal kull proġett iffinanzjat, b'evalwazzjonijiet ex ante u ex post ta' kull proġett flimkien ma' spjegazzjoni dettaljata tal-indikaturi tal-għażla u tal-evalwazzjoni u l-kriterji użati. B'mod partikolari, l-operazzjonijiet għandhom ikunu eliġibbli biss għall-appoġġ tal-FEIS jekk huma jindirizzaw nuqqasijiet tas-suq identifikati b'mod ċar jew sitwazzjonijiet ta' investiment subottimali. L-addizzjonalità għandha wkoll tiġi msaħħa permezz ta' fatturi ġeografiċi bħall-oriġini tal-benefiċjarju jew id-destinazzjoni ġeografika tal-proġett. L-operazzjonijiet fl-infrastruttura taħt it-Tieqa għall-Infrastruttura u l-Innovazzjoni li jorbtu żewġ Stati Membri jew aktar, b'mod speċjali jekk tal-anqas Stat Membru wieħed huwa pajjiż tal-koeżjoni, inkluż l-e-infrastruttura, għandhom jiġu kkunsidrati addizzjonali minħabba d-diffikultà inerenti tagħhom u l-valur miżjud għoli tagħhom għall-Unjoni. Barra minn hekk, proġetti appoġġjati mill-FEIS jenħtieġ li jitqiesu wkoll bħala addizzjonali meta jiġġeneraw benefiċċji soċjali u ambjentali f'terminu twil. Għandu jitfassal rapport ta' attività dwar kif u sa liema punt ġew ikkunsidrati l-fatturi soċjali u ambjentali.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 9a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9a)  Il-BEI diġà żviluppa firxa wiesgħa ta' prodotti li jiffaċilitaw aktar teħid tar-riskju prinċipalment permezz ta' strumenti għall-kondiviżjoni tar-riskju flimkien mal-koinvestituri tiegħu. Il-BEI għandu jintervjeni billi jipprovdi garanziji tal-ewwel telf sabiex jottimizzaw l-addizzjonalità tal-FEIS u jimmobilizza aktar fondi privati u jaċċellera l-investimenti, b'mod speċjali fis-settur tal-infrastruttura.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 9b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9b)  It-trasparenza fl-eliġibbiltà, l-approvazzjoni u l-għażla tal-istadji tal-proġetti hi kondizzjoni essenzjali u għandha tiġi riflessa fl-istruttura tal-governanza f'dak li jirrigwarda l-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet. Ir-rwol tal-Kumitat ta' Tmexxija u tal-Kumitat ta' Investiment għandu jiġi ċċarat aktar. Ir-riżultat tad-deċiżjonijiet tagħhom fil-proċedura tal-għażla għandu jiżgura addizzjonalità u għandha tkun żvelata l-bażi li fuqha proġett ikun ġie rifjutat. Għalhekk huwa importanti li tiġi kkonfermata b'mod kontinwu r-responsabbiltà ta' dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet sabiex jiġi żgurat li kwalunkwe diffikultà fl-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 2015/1017 ma tiġix ripetuta f'dan ir-Regolament. Barra minn hekk, il-Kummissjoni jenħtieġ li taħdem mill-qrib mal-BEI fit-tfassil ta' kriterji predefiniti, ċari, oġġettivi u disponibbli pubblikament li jnaqqsu l-inċertezza legali u jtejbu l-governanza fiskali, b'mod speċjali meta l-attivitajiet ta' investiment jinvolvu entitajiet b'rabtiet ma' ġurisdizzjonijiet li ma jikkooperawx. It-trasparenza hija meħtieġa wkoll fil-metodoloġija li l-BEI juża biex jiddefinixxi r-rata tal-imgħax għal attivitajiet ta' finanzjament tiegħu permezz tal-FEIS. Primjums ta' riskju eċċessivi għall-pajjiżi m'għandhomx iservu ta' deterrent għall-parteċipazzjoni ta' benefiċjarji minn Stati Membri żvantaġġati.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  Minħabba l-potenzjal tagħhom li jżidu l-effiċjenza tal-intervent tal-FEIS, jeħtieġ li l-operazzjonijiet imħallta li jikkombinaw forom ta' appoġġ mhux rimborsabbli u/jew strumenti finanzjarji mill-baġit tal-Unjoni, bħal dawk disponibbli taħt il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, u l-finanzjament mill-Grupp tal-BEI, inkluż il-finanzjament tal-BEI taħt l-FEIS, kif ukoll investituri oħra, jeħtieġ li jiġu inkoraġġiti. Il-finanzament imħallat jimmira li jtejjeb il-valur miżjud tal-infiq tal-Unjoni billi jattira riżorsi addizzjonali minn investituri privati u jiżgura li l-azzjonijiet appoġġati isiru ekonomikament u finanzjarjament vijabbli.

(10)  Minħabba l-potenzjal tagħhom li jżidu l-effiċjenza tal-intervent tal-FEIS, jeħtieġ li l-operazzjonijiet imħallta li jikkombinaw forom ta' appoġġ mhux rimborsabbli u/jew strumenti finanzjarji mill-baġit tal-Unjoni, bħal dawk disponibbli taħt il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, u l-finanzjament mill-Grupp tal-BEI, inkluż il-finanzjament tal-BEI taħt il-FEIS, kif ukoll investituri oħra, jeħtieġ li jiġu inkoraġġiti. Il-finanzament imħallat jimmira li jtejjeb il-valur miżjud tal-infiq tal-Unjoni billi jattira riżorsi addizzjonali minn investituri privati u jiżgura li l-azzjonijiet appoġġati isiru ekonomikament u finanzjarjament vijabbli. Fid-dawl tal-kumplessità inerenti ta' dawk l-istrumenti, l-EIAH jenħtieġ li jagħti wkoll gwida dwar l-għażla ottimali tal-istrumenti ta' finanzjament u t-taħlit. Barra minn hekk, billi l-EIAH huwa strument immotivat mis-suq li jipprovdi konsulenza dwar l-investiment f'diversi setturi tas-suq, jenħtieġ li, fejn xieraq, jipprovdi wkoll aċċess għall-għarfien espert lil entitajiet ta' konsulenza oħra b'għarfien rilevanti speċjalizzat ta' setturi speċifiċi tas-suq. L-inkoraġġiment ta' kollaborazzjoni ulterjuri bejn l-EIAH u entitajiet ta' konsulenza oħra hu essenzjali għas-suċċess tal-FEIS, b'mod speċjali f'oqsma u niċeċ tas-suq fejn hija meħtieġa aktar speċjalizzazzjoni u għarfien aktar profond.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 10a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10a)  Sabiex titjieb il-prestazzjoni tal-FEIS kemm f'livell nazzjonali kif ukoll reġjonali, hemm bżonn li tingħata spinta lill-kooperazzjoni bejn il-BEI, li jmexxi l-FEIS, u l-banek jew l-istituzzjonijiet promozzjonali nazzjonali.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  Sabiex jiġi rinforzat l-użu tal-FEIS f'reġjuni anqas żviluppati u f'reġjuni fi tranżizzjoni, l-ambitu tal-objettivi ġenerali eliġibbli għall-appoġġ tal-FEIS għandu jiġi estiż.

(11)  Sabiex jiġi rinforzat l-użu tal-FEIS f'reġjuni anqas żviluppati u f'reġjuni fi tranżizzjoni, l-ambitu tal-objettivi ġenerali eliġibbli għall-appoġġ tal-FEIS għandu jiġi estiż biex jiżgura distribuzzjoni bilanċjata tal-proġetti madwar l-Unjoni, sabiex l-Istati Membri kollha jkollhom aċċess għal finanzjament. Bl-għan li jingħata kontribut għall-objettiv tal-Unjoni ta' koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, jitnaqqsu d-disparitajiet reġjonali, jiżdiedu l-impjiegi ta' kwalità u titwessa' l-bażi produttiva tal-Istati Membri, speċjalment għall-Istati Membri l-aktar milquta mill-kriżi finanzjarja jew għar-reġjuni li mhumiex fl-Unjoni f'termini ta' tkabbir tal-PGD, il-bilanċ ġeografiku tal-appoġġ tal-FEIS jeħtieġ li jiġi msaħħaħ, f'konformità mal-linji gwida dwar id-diversifikazzjoni u l-konċentrazzjoni ġeografika u bit-tisħiħ tar-rwol tal-EIAH. Dan għandu jsir waqt li tiġi ppreservata n-natura mmexxija mis-suq tal-FEIS.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  Sabiex parzjalment jiffinanzjaw il-kontribuzzjoni mill-baġit ġenerali tal-Unjoni lill-fond ta' garanzija tal-UE għal investimenti addizzjonali li għandhom isiru, jeħtieġ li jsir trasferiment mill-envelop disponibbli tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (CEF), previst fir-Regolament (UE) Nru 1316/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. . Barra minn hekk, jeħtieġ li EUR 1 145 797 000 ta' approprjazzjonijiet jiġu ttrasferiti mill-istrumenti finanzjarji tas-CEF lejn il-parti tal-għotja tas-CEF bil-għan li jiġi ffaċilitat it-tħallit mal-FEIS jew ma' strumenti rilevanti oħra, b'mod partikolari dawk dedikati għall-effiċjenza enerġetika.

(14)  Sabiex parzjalment jiffinanzjaw il-kontribuzzjoni mill-baġit ġenerali tal-Unjoni lill-fond ta' garanzija tal-UE għal investimenti addizzjonali li għandhom isiru, jenħtieġ li aġġustament xieraq għar-rata mira tal-fond ta' garanzija tal-UE jippermetti ż-żieda neċessarja fil-finanzjament mingħajr ebda tnaqqis ulterjuri fir-riżorsi skarsi tal-pakkett disponibbli tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (CEF) u l-Orizzont 2020, kif previst fir-Regolamenti (UE) Nru 1316/20134 u Nru 1291/20135 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill kif ippreżentati fl-evalwazzjoni mwettqa mill-Kummissjoni. Barra minn hekk, jeħtieġ li EUR 1 145 797 000 ta' approprjazzjonijiet jiġu ttrasferiti mill-istrumenti finanzjarji tas-CEF lejn il-parti tal-għotja tas-CEF bil-għan li jiġi ffaċilitat it-tħallit mal-FEIS jew ma' strumenti rilevanti oħra, b'mod partikolari dawk dedikati għall-effiċjenza enerġetika.

__________________

__________________

4 Ir-Regolament (UE) Nru 1316/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 913/2010 u jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 680/2007 u (KE) Nru 67/2010, ĠU L 348, 12.2013, p. 129.

4 Ir-Regolament (UE) Nru 1316/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 913/2010 u jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 680/2007 u (KE) Nru 67/2010, ĠU L 348, 12.2013, p. 129.

 

4a Ir-Regolament (UE) Nru 1291/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi Orizzont 2020 - il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE Test b'relevanza għaż-ŻEE (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 104).

Emenda    15

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  Abbażi tal-esperjenza miksuba permezz tal-investimenti appoġġati mill-FEIS, l-ammont immirat tal-fond ta' garanzija għandu jinġieb għal 35 % tat-total tal-obbligi ta' garanzija tal-UE li jiżgura livell adegwat ta' protezzjoni.

(15)  Abbażi tal-esperjenza miksuba permezz tal-investimenti appoġġati mill-FEIS, l-ammont immirat tal-fond ta' garanzija għandu jinġieb għal 32 % tat-total tal-obbligi ta' garanzija tal-UE li jiżgura livell adegwat ta' protezzjoni.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Premessa 15a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(15a)  Hu essenzjali li ssir evalwazzjoni dwar jekk u sa liema punt, l-implimentazzjoni stretta tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir hija ostakolu għal xi Stati Membri, b'mod partikolari għal dawk li sofrew l-aktar mill-kriżi finanzjarja reċenti, sabiex dawn jipparteċipaw direttament fil-FEIS jew indirettament billi jikkontribwixxu b'finanzjament pubbliku għal proġetti u pjattaformi individwali. Huwa essenzjali wkoll li jiġi investigat jekk it-trattament dirett jew indirett tal-kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri u mill-amministrazzjonijiet reġjonali jew lokali bħala “ta' darba biss” taħt il-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir iwasslux għal aktar impjiegi u tkabbir. Dawn il-miżuri se jappoġġjaw lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tar-riformi meħtieġa li huma essenzjali għall-konsolidazzjoni tat-tkabbir tal-ekonomiji lokali.

Emenda    17

Proposta għal regolament

Premessa 15b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(15b)  Għandu jiġi nnutat ukoll li l-FEIS hu faċilità finanzjarja maħluqa biex iżżid il-valur lill-istrumenti finanzjarji eżistenti, bħal pereżempju l-FSIEs, il-Fondi ta' Koeżjoni u l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (CEF), u mhux biex jikkompeti magħhom. Barra minn hekk, kwalunkwe estensjoni ulterjuri tal-FEIS lil hinn mill-QFP attwali għandha tesplora sorsi alternattivi ta' finanzjament oħra minn dawk indikati mir-Regolament (UE) Nru 1291/2013, fid-dawl tal-isfidi maħluqa biex l-Unjoni tkun tista' żżomm il-pożizzjoni tagħha bħala mexxejja globali fl-oqsma tax-xjenza, ir-riċerka u l-iskoperta. Għaldaqstant, il-FEIS ma għandux jissostitwixxi (jew jissostitwixxi parzjalment) il-fondi ta' koeżjoni u strutturali eżistenti u l-faċilitajiet relatati jew jikkomprometti u jnaqqas l-importanza tagħhom.

Emenda    18

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)  Konformi mad-domanda tas-suq eċċezzjonali għall-finanzjament tal-UE taħt l-FEIS li hija mistennija tkompli, it-Tieqa għall-SMEs tal-FEIS għandha tittejjeb. Jeħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari lill-intrapriżi soċjali, anki billi jiġu żviluppati u użati strumenti ġodda.

(16)  Konformi mad-domanda tas-suq eċċezzjonali għall-finanzjament taħt l-FEIS, it-Tieqa għall-SMEs tal-FEIS għandha tittejjeb b'riżorsi addizzjonali, kif ukoll il-kapaċitajiet ta' appoġġ għall-SMEs taċ-ċentru ta' konsulenza. Jenħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari lill-intrapriżi soċjali.

Emenda    19

Proposta għal regolament

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)  Il-BEI u l-FEI jeħtieġ li jiżguraw li l-benefiċjarji finali, inkluż l-SMEs, jiġu informati dwar l-eżistenza tal-appoġġ tal-FEIS, sabiex tittejjeb il-viżibbiltà tal-garanzija tal-UE li ngħatat skont ir-Regolament (UE) 2015/1017.

(17)  Il-BEI u l-FEI jenħtieġ li jiżguraw li l-benefiċjarji finali, inklużi n-negozji ġodda u l-SMEs, jiġu informati dwar l-eżistenza tal-appoġġ tal-FEIS, sabiex tittejjeb il-viżibbiltà tal-garanzija tal-UE li ngħatat skont ir-Regolament (UE) 2015/1017. Il-logo tal-FEIS jenħtieġ li jitqiegħed b'mod prominenti fil-ftehim ta' finanzjament, b'mod partikolari fil-każ tal-SMEs, sabiex tiżdied il-viżibbiltà tal-FEIS bħala inizjattiva tal-Unjoni.

Emenda    20

Proposta għal regolament

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21)  Iċ-Ċentru Ewropew ta' Konsulenza għall-Investiment (EIAH) għandu jittejjeb u jeħtieġ li l-attivitajiet tiegħu jiffokaw fuq ħtiġijiet mhux koperti b'mod adegwat b'arranġamenti kurrenti. Huwa jeħtieġ li jagħti attenzjoni partikolari biex jappoġġa t-tħejjija ta' proġetti li jinvolvu żewġ Stati Membri jew aktar u proġetti li jikkontribwixxu għall-kisba tal-objettivi tal-COP21. Minkejja l-objettiv tiegħu li jibni fuq servizzi konsultattivi attwali tal-BEI u tal-Kummissjoni, sabiex jaġixxi bħala ċentru uniku u tekniku ta' konsulenza għall-finanzjament ta’ proġetti fi ħdan l-Unjoni, l-EIAH jeħtieġ li jikkontribwixxi wkoll b'mod attiv għall-objettiv tad-diversifikazzjoni settorjali u ġeografika tal-FEIS u jappoġġa lill-BEI meta jkun meħtieġ fil-ħolqien ta' proġetti. Huwa jeħtieġ li jikkontribwixxi wkoll b'mod attiv biex jiġu stabbiliti pjattaformi ta' investiment u jipprovdi konsulenza dwar il-kombinament ta' sorsi oħra ta' finanzjament tal-Unjoni mal-FEIS.

(21)  Iċ-Ċentru Ewropew ta' Konsulenza għall-Investiment (EIAH) għandu jittejjeb permezz ta' aktar aċċessibbiltà u trasparenza, u jeħtieġ li l-attivitajiet tiegħu jiffokaw fuq ħtiġijiet mhux koperti b'mod adegwat b'arranġamenti kurrenti. Huwa jeħtieġ li jagħti attenzjoni partikolari biex jappoġġa t-tħejjija ta' proġetti li jipprovdu addizzjonalità ġenwina, li jinvolvu żewġ Stati Membri jew aktar jew proġetti f'reġjuni fuq il-fruntiera u li jikkontribwixxu għall-kisba tal-objettivi tal-COP21. Minkejja l-objettiv tiegħu li jibni fuq servizzi konsultattivi attwali tal-BEI u tal-Kummissjoni, sabiex jaġixxi bħala ċentru uniku u tekniku ta' konsulenza għall-finanzjament ta’ proġetti fi ħdan l-Unjoni, l-EIAH jeħtieġ li jikkontribwixxi wkoll b'mod attiv għall-objettiv tad-diversifikazzjoni settorjali u ġeografika tal-FEIS u jappoġġa lill-BEI meta jkun meħtieġ fil-ħolqien u l-aggregazzjoni ta' proġetti billi jsaħħaħ il-preżenza lokali tiegħu fi Stati Membri b'kapaċità limitata imma b'potenzjal ta' investiment għoli. Huwa meħtieġ aktar finanzjament biex jippermetti lill-EIAH joħloq uffiċċji li jagħmluha ta’ raggruppamenti reġjonali deċentralizzati ta’ assistenza teknika u sabiex jiżgura li materjal ta’ informazzjoni huwa disponibbli fil-lingwi kollha tal-Istati Membri. Għandu jqis ukoll l-ispeċifiċitajiet tal-Istati Membri, bħall-maturità tas-swieq finanzjarji, l-esperjenza limitata fl-użu ta' strumenti finanzjarji kumplessi, kif ukoll ostakoli speċifiċi relatati mal-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-proġetti; Għandu wkoll jikkollabora b'mod attiv ma’ banek jew istituzzjonijiet promozzjonali nazzjonali stabbiliti, jaħdem mal-Kummissjoni sabiex jgħinu lill-Istati Membri fit-twaqqif ta’ banek promozzjonali nazzjonali, jikkontribwixxi għall-istabbiliment ta' pjattaformi ta' investiment settorjali, tematiċi jew reġjonali u jipprovdi konsulenza dwar il-kombinament ta' sorsi oħra ta' finanzjament tal-Unjoni mal-FEIS, kif ukoll jipprovdi informazzjoni dwar il-kriterji ta’ eliġibbiltà rispettivi li għandhom jiġu rrispettati minn dawk il-fondi.

Emenda    21

Proposta għal regolament

Premessa 21a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(21a)  Jenħtieġ li jkun hemm perspettiva pożittiva tal-possibbiltà li ċertu finanzjament tal-FEIS jiġi offrut fil-forma ta' parteċipazzjoni fil-proġetti ffinanzjati. Fid-dawl tal-possibbiltà ta’ ċertu finanzjament li għandu jiġi offrut f’dik il-forma, huwa xieraq li tiġi integrata tali sistema fil-proġetti pubbliċi ppreżentati għall-finanzjament.

Emenda    22

Proposta għal regolament

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22)  Ir-Regolament (UE) Nru 1316/2013 u r-Regolament (UE) Nru 2015/1017 għandhom għalhekk jiġu emendat skont dan,

(22)  Ir-Regolament (UE) Nru 2015/1017 jenħtieġ għalhekk li jiġi emendat skont dan,

Emenda    23

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Regolament (UE) Nru 2015/1017

Artikolu 5 – paragrafu 1 – subparagrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

"Sabiex in-nuqqasijiet tas-suq jew sitwazzjonijiet ta' investiment subottimali jiġu indirizzati aħjar, attivitajiet speċjali tal-BEI appoġġati mill-FEIS għandu tipikament ikollhom karatteristiċi bħal subordinazzjoni, parteċipazzjoni fi strument għall-kondiviżjoni tar-riskju, karatteristiċi transfruntiera, skopertura għal riskji speċifiċi jew aspetti identifikabbli oħrajn, kif deskritt f'aktar dettall fl-Anness II.

L-attivitajiet speċjali tal-BEI appoġġati mill-FEIS għandhom jindirizzaw aħjar ineffiċjenzi ekonomiċi u finanzjarji, nuqqasijiet tas-suq u sitwazzjonijiet ta’ investiment subottimali, inklużi diskrepanzi fil-kapaċità ta' investiment tal-Istati Membri u l-primjums tar-riskju differenti tagħhom, frizzjonijiet ta' ingranaġġ, multiplikaturi ta' investiment dgħajfin, proġetti multinazzjonali u transfruntiera kkumplikati, u n-nuqqas ta' teħid tar-riskji fl-investiment, speċjalment fl-oqsma tar-riċerka, l-innovazzjoni, it-teknoloġiji ġodda kif ukoll f'infrastrutturi ġodda u tradizzjonali.

 

Għal dan l-għan, dawn l-attivitajiet speċjali għandu tipikament ikollhom karatteristiċi bħal subordinazzjoni, parteċipazzjoni fi strument għall-kondiviżjoni tar-riskju, skemi ta’ garanzija kontra l-ewwel telf f’każ li l-FEIS ikun marbut mar-riżorsi baġitarji tal-Unjoni u/jew nazzjonali, karatteristiċi transfruntiera, u skopertura għal riskji speċifiċi jew aspetti identifikabbli oħrajn, kif deskritt f’aktar dettall fl-Anness II. Il-FEIS għandu jimmassimizza l-għadd ta’ proġetti u l-għadd ta’ benefiċjarji finali u l-effett ta’ ingranaġġ potenzjali.

Proġetti tal-BEI li jkollhom riskju aktar baxx mir-riskju minimu f'attivitajiet speċjali tal-BEI jistgħu wkoll ikunu sostnuti mill-FEIS jekk l-użu tal-garanzija tal-UE ikun mitlub jiżgura addizzjonalità kif definit fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu.

Proġetti tal-BEI li jkollhom riskju aktar baxx mir-riskju minimu f'attivitajiet speċjali tal-BEI ma għandhomx ikunu sostnuti mill-FEIS sakemm l-użu tal-garanzija tal-UE jkun meħtieġ jiżgura l-addizzjonalità, kif definit fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu u diment li dawk il-proġetti ma jistgħux jiġu ffinanzjati b'termini aħjar permezz ta' sorsi oħra ta' finanzjament.

Il-proġetti apoġġati mill-FEIS li jikkonsistu f'infrastruttura fiżika li torbot żewġ Stati Membri jew aktar jew mill-estensjoni tal-infrastruttura fiżika jew mis-servizzi marbut ma' infrastruttura fiżika minn Stat Membru wieħed għal Stat Membru wieħed jew aktar minn wieħed, għandhom ukoll jiġu kkunsidrati li jipprovdu l-addizzjonalità.";

Il-FEIS jista' jappoġġa proġetti li jikkonsistu f'infrastruttura fiżika li torbot żewġ Stati Membri jew aktar jew mill-estensjoni tal-infrastruttura fiżika jew mis-servizzi marbut ma' infrastruttura fiżika minn Stat Membru wieħed għal Stat Membru wieħed jew aktar minn wieħed, sakemm dawk il-proġetti jipprovdu l-addizzjonalità.

 

L-addizzjonalità għandha tkun marbuta wkoll man-natura innovattiva u mal-benefiċċji soċjetali u ambjentali fit-tul tal-proġetti u mal-ħtiġijiet għal finanzjament ta' riskju potenzjalment ogħla u aktar fit-tul tagħhom.

 

Barra minn hekk, sabiex jintlaħqu aħjar setturi fejn id-domanda għall-finanzjament ma tistax tiġi ssodisfata biżżejjed mis-suq privat u fejn in-natura u d-daqs tal-operat u tar-rekwiżiti tas-self ifissru li mhuwiex possibbli li dawn jiksbu aċċess għal finanzjament permezz tal-attivitajiet klassiċi tal-BEI, il-FEIS għandu jappoġġa wkoll mekkaniżmi finanzjarji speċifiċi għas-settur, b'mod partikolari għall-industriji kulturali u kreattivi (CCIs), previsti skont il-programmi qafas tal-Unjoni bħall-faċilità ta' garanzija fil-programm Ewropa Kreattiva permezz tal-provvista ta' garanziji għaż-żidiet supplimentari u l-frontloading ta' dawk il-mekkaniżmi.

 

Barra minn hekk, meta l-FEIS jiġi kkombinat ma’ fondi oħra, bħas-CEF, l-Orizzont 2020 u l-FSIE, għandhom japplikaw il-kriterji ta’ addizzjonalità u l-ogħla segment tar-riskju għandu jiġi koperti mill-FEIS. Madankollu, il-finanzjament permezz tal-FEIS m'għandux jissostitwixxi għotjiet minn finanzjament tal-Unjoni bħall-FSIE, is-CEF u l-Orizzont 2020.

Emenda    24

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2a (ġdid)

Regolament (UE) Nru 2015/1017

Artikolu 5 – paragrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a)  Fl-Artikolu 5, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

 

‘2a.  Għal dan il-għan, u sabiex ikun żgurat li l-kriterji addizzjonali jinkludu aktar minn sempliċiment il-varjabbli finanzjarji jew tar-riskju, il-FEIS għandu jivvaluta l-prestazzjoni ambjentali u soċjali ta’ kull proġett appoġġat.”

Emenda    25

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3a (ġdid)

Regolament (UE) Nru 2015/1017

Artikolu 6 – paragrafu 1 – subparagrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a)  Fl-Artikolu 6(1), jiżdied is-subparagrafu li ġej:

 

"Il-Kumitat tal-Investiment għandu jkun responsabbli biex jiżgura li b'mod ġenerali, il-proġetti taħt il-garanzija tal-UE jrawmu l-koeżjoni soċjali u reġjonali fl-Unjoni kollha."

Emenda    26

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4 – punt a – punt -i (ġdid)

Regolament (UE) Nru 2015/1017

Artikolu 7 – paragrafu 8 – punt d

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(-i)   il-punt (d) huwa sostitwit b'dan li ġej:

'(d)   l-infrastrutturi tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni;

'(d)   l-informazzjoni, iċ-ċibersigurtà, in-netwerks, il-blockchain u l-infrastrutturi tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni;"

Emenda    27

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4 – punt a – punt ia (ġdid)

Regolament (UE) Nru 2015/1017

Artikolu 7 – paragrafu 8 – punt f

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(ia)  il-punt (f) jinbidel b'dan li ġej:

l-edukazzjoni u t-taħriġ;

"(f)  żvilupp tal-kapital uman, edukazzjoni u taħriġ;"

Emenda    28

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4 – punt a – punt -ii (ġdid)

Regolament (UE) Nru 2015/1017

Artikolu 7 – paragrafu 8 – punt h

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(ii)  il-punt (h) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"(h)  l-SMEs;"

"(h)  in-negozji ġodda u l-SMEs;"

Emenda    29

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4 – punt a – punt -iia (ġdid)

Regolament (UE) Nru 2015/1017

Artikolu 7 – paragrafu 8 – punt 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(iia)  jiżdied il-punt li ġej:

 

‘(la)   id-difiża’.

Emenda    30

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4 – punt d

Regolament (UE) Nru 2015/1017

Artikolu 7 – paragrafu 12 – subparagrafu 2 – it-tieni sentenza

 

Test fis-seħħ

Emenda

"Id-deċiżjonijiet li japprovaw l-użu tal-garanzija tal-UE għandhom ikunu pubbliċi u aċċessibbli, u jinkludu r-raġuni għad-deċiżjoni, b'fokus partikolari fuq il-konformità mal-kriterju tal-addizzjonalità. Il-pubblikazzjoni ma għandhiex tinkludi informazzjoni kummerċjalment sensittiva. Biex jilħaq id-deċiżjoni tiegħu, il-Kumitat tal-Investiment għandu jiġi appoġġat mid-dokumentazzjoni pprovduta mill-BEI.";

Id-deċiżjonijiet li japprovaw l-użu tal-garanzija tal-UE għandhom isiru pubbliċi u aċċessibbli flimkien ma' minuti dettaljati, u għandhom jinkludu r-raġuni għad-deċiżjoni, b'fokus partikolari fuq il-konformità mal-kriterju tal-addizzjonalità. Fil-proposta tiegħu, il-Kumitat tal-Investiment għandu jagħti aktar piż lill-impjiegi u lis-sostenibbiltà. Il-pubblikazzjonijiet ma għandhomx jinkludu informazzjoni kummerċjalment sensittiva. Biex jilħaq id-deċiżjoni tiegħu, il-Kumitat tal-Investiment għandu jiġi appoġġat mid-dokumentazzjoni pprovduta mill-BEI." Kull proġett approvat taħt il-FEIS għandu jkun akkumpanjat minn ġustifikazzjoni sostanzjata u verifikabbli mill-Kumitat ta’ Tmexxija dwar l-addizzjonalità. Il-valutazzjoni tal-addizzjonalità ta' proġetti individwali għandha tkun dettaljata, speċjalment b’rabta mal-fallimenti tas-suq li l-FEIS għandu l-għan li jindirizza.

 

It-tabella ta' valutazzjoni għandha tiffunzjona bħala għodda għall-iffissar tal-prijoritajiet għal kull proġett tal-FEIS u għandha wkoll tkun disponibbli pubblikament wara l-evalwazzjoni ta' proġetti li japplikaw għall-użu tal-garanzija tal-UE. Barra minn hekk, it-tabella ta' valutazzjoni tal-indikaturi għandha tintuża mill-Kumitat tal-Investiment biex tiġi żgurata valutazzjoni indipendenti u trasparenti tal-użu potenzjali u attwali tal-garanzija tal-UE, u biex jiġi prijoritizzat l-użu tal-garanzija tal-UE għall-operazzjonijiet li juru punteġġi ogħla u addizzjonalità.

Emenda    31

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt –a (ġdid)

Regolament (UE) Nru 2015/1017

Artikolu 9 - paragrafu 2 – punt e – punti ia sa ic (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa) fil-paragrafu 9(2) (e) jiddaħħlu s-sottopunti li ġejjin:

 

‘(ia) teknoloġija blockchain;

 

(ib) internet tal-oġġetti;

 

(ic) ċibersigurtà u infrastrutturi tal-protezzjoni tan-netwerk;"

Emenda    32

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt aa (ġdid)

Regolament (UE) Nru 2015/1017

Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt ia (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa)  fil-paragrafu 2, jiżdied il-punt li ġej:

 

‘(ia)  appoġġ għall-inizjattivi tal-Unjoni fis-settur tad-difiża, b'mod partikolari permezz ta':

 

(i)  riċerka u żvilupp fil-livell tal-Unjoni;

 

(ii)  żvilupp tal-kapaċitajiet ta' difiża tal-Unjoni;

 

(iii)  SMEs u midcaps fil-qasam tad-difiża.’

Emenda    33

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt b

Regolament (UE) Nru 2015/1017

Artikolu 9 – paragrafu 2 – subparagrafu 1a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

"Il-BEI għandu jimmira biex mill-anqas 40 % tal-finanzjament tal-FEIS taħt it-tieqa għall-infrastruttura u l-innovazzjoni jagħti appoġġ lil proġetti b'komponenti li jikkontribwixxiu għall-azzjoni klimatika, skont l-impenji tal-COP21. Il-Bord ta' Tmexxija għandu jipprovdi gwida dettaljata għal dan il-għan.;

Il-Bord ta’ Tmexxija tal-FEIS u l-Kumitat tal-Investiment għandhom jiżguraw li kull proġett appoġġat huwa konformi mal-kriterji stabbiliti f’dan ir-Regolament u li kull wieħed jgħin biex jintlaħqu l-objettivi tal-klima tal-Unjoni u jsaħħaħ it-tranżizzjoni lejn is-sostenibbiltà tagħha. Mill-anqas 40 % tal-finanzjament tal-FEIS taħt it-Tieqa għall-Infrastruttura u l-Innovazzjoni għandhom jiġu allokati għal proġetti li jissodisfaw b’mod dirett l-impenji tal-COP21, kif ukoll l-impenji tal-UE2050 sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra bi 80-95 %. Barra minn hekk, mill-anqas 20 % tal-finanzjament tal-FEIS għandu jappoġġa proġetti għall-effiċjenza enerġetika, jagħti prijorità lil proġetti innovattivi fuq skala żgħira fis-settur tal-bini, b’attenzjoni speċjali għal proġetti li għandhom l-għan li jeliminaw l-inugwaljanzi soċjali u li jiġġieldu kontra l-faqar enerġetiku. Il-finanzjament tal-FEIS għall-SMEs u għall-kumpaniji b'kapitalizzazzjoni medja m'għandux jiġi inkluż f'dik il-komputazzjoni.

Emenda    34

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt da (ġdid)

Regolament (UE) Nru 2015/1017

Artikolu 9 – paragrafu 7 – subparagrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Ir-regoli dwar il-flessibbiltà u l-implimentazzjoni tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir taħt il-parti preventiva u dik korrettiva tal-Patt m’għandhomx jirrestrinġu l-parteċipazzjoni tal-Istati Membri fil-FEIS. Għaldaqstant, sabiex iservu l-għan tal-FEIS li joħolqu l-impjiegi u t-tkabbir, meta l-Istati Membri u l-amministrazzjonijiet reġjonali u lokali jikkofinanzjaw proġetti individwali appoġġati mill-FEIS, il-parteċipazzjoni tagħhom għandha titqies bħala kontribuzzjoni ta’ darba skont il-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir.

Emenda    35

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8 – punt a

Regolament (UE) Nru 2015/1017

Artikolu 12 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Kontribuzzjonijiet għall-fond ta' garanzija msemmija fil-paragrafu 2 għandhom jintużaw biex jintlaħaq livell adatt (l-ammont immirat) li jirrifletti t-total tal-obbligi ta' garanzija tal-UE. L-ammont immirat għandu jiġi stabbilit għal 35 % tal-obbligi ta' garanzija totali tal-UE.";

5.  Kontribuzzjonijiet għall-fond ta' garanzija msemmija fil-paragrafu 2 għandhom jintużaw biex jintlaħaq livell adatt (l-ammont immirat) li jirrifletti t-total tal-obbligi ta' garanzija tal-UE. L-ammont immirat għandu jiġi stabbilit għal 32 % tal-obbligi ta' garanzija totali tal-UE.";

Emenda    36

Proposta għal regolament

Artikolu  1 – paragrafu 1 – punt 9 – punt a – punt ii

Regolament (UE) Nru 2015/1017

Artikolu 14 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – it-tieni sentenza

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

"Għandu jagħti wkoll appoġġ għat-tħejjija ta' proġetti ta' azzjoni klimatika u tal-ekonomija ċirkolari jew komponenti tagħhom, b'mod partikolari fil-kuntest ta' COP21, it-tħejjija ta' proġetti fis-settur diġitali, kif ukoll it-tħejjija ta' proġetti msemmija fil-ħames subparagrafu tal-Artikolu 5(1).";

Għandu jagħti wkoll appoġġ għat-tħejjija ta' proġetti ta' azzjoni klimatika u tal-ekonomija ċirkolari jew komponenti tagħhom, b'mod partikolari fil-kuntest ta' COP21, it-tħejjija ta' proġetti transfruntiera ambizzjużi, proġetti fil-qasam tar-riċerka u l-iżvilupp bħal fis-settur diġitali u tat-telekomunikazzjoni, kif ukoll it-tħejjija ta' proġetti msemmija fil-ħames subparagrafu tal-Artikolu 5(1).;

Emenda    37

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9 – punt b – punt i

Regolament (UE) Nru 2015/1017

Artikolu 14 – paragrafu 2 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

 

(c)  l-istimulazzjoni tal-għarfien lokali biex jiġi faċilitat l-appoġġ tal-FEIS fl-Unjoni kollha u biex jikkontribwixxi meta jkun possibbli għall-objettiv ta' diversifikazzjoni settorjali u ġeografika tal-FEIS imsemmija fit-Taqsima 8 tal-Anness II billi jagħti appoġġ lill-BEI boex joriġina operazzjonijiet;";

(c)  l-istimulazzjoni tal-għarfien lokali u reġjonali biex jiġi faċilitat l-appoġġ tal-FEIS fl-Unjoni kollha u biex jikkontribwixxi għall-objettiv ta' diversifikazzjoni settorjali u ġeografika tal-FEIS imsemmija fit-Taqsima 8 tal-Anness II billi jingħata appoġġ lill-BEI kif ukoll lil dawk li jiżviluppaw il-proġetti sabiex joriġinaw u jiġu aggregati operazzjonijiet;

Emenda    38

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9 – punt b – punt ii

Regolament (UE) Nru 2015/1017

Artikolu 14 – paragrafu 2 – punt e

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  l-għoti ta' appoġġ proattiv dwar it-twaqqif ta' pjattaformi ta' investiment;"

(e)  l-għoti ta' appoġġ proattiv dwar it-twaqqif ta' pjattaformi ta' investiment, kull meta meħtieġ. Il-pjattaformi ta’ investiment huma għodda essenzjali biex jindirizzaw il-fallimenti tas-suq, speċjalment il-finanzjament ta' proġetti multipli, reġjonali, jew tematiċi, inklużi proġetti ta’ effiċjenza enerġetika u proġetti transfruntiera. Peress li l-ħolqien ta’ pjattaformi ta’ investiment fl-Unjoni mhuwiex proporzjonat mal-bżonnijiet reali tas-suq, aktar attenzjoni għandha tingħata biex jitwessa' l-kamp ta’ applikazzjoni u l-użu ta’ pjattaformi ta’ investiment sabiex jippermettu l-aggregazzjoni effiċjenti ta’ proġetti żgħar;

Emenda    39

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9 – punt b – punt iii

Regolament (UE) Nru 2015/1017

Artikolu 14 – paragrafu 2 – punt f

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

 

(f)  il-provvediment ta' parir dwar il-kombinament ta' sorsi oħra ta' finanzjament tal-Unjoni (bħall-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej, l-Orizzont 2020 u l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa) mal-FEIS.";

(f)  il-provvediment ta' parir dwar il-kombinament tal-FEIS ma' sorsi oħra ta' finanzjament tal-Unjoni bħall-FSIE, Orizzont 2020 (inkluż inter alia l-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija) u s-CEF, biex b’hekk tiġi ffaċilitata l-aqwa taħlita ta’ diversi riżorsi tal-Unjoni. Dan għandu jsir b’tali mod li ma jkunx hemm diżinċentiv għall-ġbir jew għall-mobilizzazzjoni ta’ fondi ġodda jew kapital inattiv;

 

 

 

 

 

 

 

 

Emenda    40

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9 – punt b – punt iiia (ġdid)

Regolament (UE) Nru 2015/1017

Artikolu 14 – paragrafu 2 – punt fa (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(iiia)  Jiżdied il-punt li ġej:

'

“(fa) jingħata parir għal proġetti li jinvolvu żewġ Stati Membri jew aktar u li jagħtu appoġġ għat-twaqqif ta’ vetturi bi skop speċjali jew korpi oħra ad hoc, inklużi gruppi deċentralizzati ta’ assistenza teknika biex jintlaħqu aħjar il-bżonnijiet ta’ settur speċifiku u/jew reġjun, bħal proġetti ta’ effiċjenza enerġetika fix-Xlokk tal-Istati Membri. Għandu jiġi pprovdut ukoll parir għal proġetti multinazzjonali, intrareġjonali, multireġjonali u transfruntiera, kif ukoll dwar il-possibbiltà li jiġu kkombinati ma’ sorsi oħra ta’ finanzjament tal-Unjoni, inklużi fondi li jinvolvi kooperazzjoni territorjali tal-Unjoni;”

Emenda    41

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9 – punt b – punt iiib (ġdid)

Regolament (UE) Nru 2015/1017

Artikolu 14 – paragrafu 2 – punt fa (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(iiib)  Jiżdied il-punt li ġej:

 

“(fb) l-għoti ta' appoġġ addizzjonali lil dawk l-Istati Membri li s-swieq finanzjarji u kapitali tagħhom ġew serjament milquta mill-kriżi finanzjarja riċenti u li għalhekk qed iħabbtu wiċċhom ma' lakuni ta’ investiment sinifikanti f’setturi strateġiċi li jipprovdu vantaġġi kompetittivi fit-tul, inkluż fi proġetti riskjużi u inqas żviluppati ta’ riċerka u innovazzjoni.”

Emenda    42

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9 –punt c

Regolament (UE) Nru 2015/1017

Artikolu 14 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Sabiex jintlaħaq l-objettiv imsemmi fil-paragrafu 1 u biex tiġi faċilitata l-provvediment ta' appoġġ konsultattiv fil-livell lokali, l-EIAH għandu jfittex li juża l-għarfien espert tal-BEI, tal-Kummissjoni, tal-banek jew tal-istituzzjonijiet promozzjonali nazzjonali u tal-awtoritajiet amministrattivi tal-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej.";

5.  Sabiex jintlaħaq l-objettiv imsemmi fil-paragrafu 1 u biex jiġi ffaċilitat il-provvediment ta' appoġġ konsultattiv fil-livell lokali, l-EIAH għandu jfittex li juża l-għarfien espert u jikkollabora mal-Kummissjoni, tal-banek jew tal-istituzzjonijiet promozzjonali nazzjonali u tal-awtoritajiet amministrattivi tal-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej.";

Emenda    43

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9 – punt da (ġdid)

Regolament (UE) Nru 2015/1017

Artikolu 14 – paragrafu 7

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(da)  il-paragrafu 7 qed jinbidel b’dan li ġej:

“7.  L-Unjoni għandha tikkontribwixxi sa massimu ta' EUR 20 000 000 kull sena għall-kopertura tal-ispejjeż tal-operazzjonijiet tal-EIAH sal-31 ta' Diċembru 2020 għas-servizzi pprovduti mill-EIAH skont il-paragrafu 2 li huma addizzjonali għal dawk diġà disponibbli fl-ambitu ta' programmi oħra tal-Unjoni, sakemm dawk l-ispejjeż ma jkunux koperti mill-ammont li jifdal mit-tariffi msemmija fil-paragrafu 4."

‘7.  L-Unjoni għandha tikkontribwixxi l-ammont meħtieġ, b'minimu ta' EUR 20 000 000 kull sena għall-kopertura tal-ispejjeż tal-operazzjonijiet tal-EIAH sal-31 ta' Diċembru 2020 sabiex jissodisfa r-responsabbiltajiet imsaħħa tiegħu u jintensifika s-servizzi pprovduti mill-EIAH skont il-paragrafu 2 li huma addizzjonali għal dawk diġà disponibbli fl-ambitu ta' programmi oħra tal-Unjoni, sakemm dawk l-ispejjeż ma jkunux koperti mill-ammont li jifdal mit-tariffi msemmija fil-paragrafu 4."

Emenda    44

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 10 – punt b

Regolament (UE) Nru 2015/1017

Artikolu 18 – paragrafi 7 u 8

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  il-paragrafi 7 u 8 jitħassru.;

imħassar

Emenda    45

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 11

Regolament (UE) Nru 2015/1017

Artikolu 19 – paragrafu 1a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

"Il-BEI u l-FEI għandhom jinformaw jew għandhom jobbligaw intermedjarji finanzjarji li jinformaw lill-benefiċjarji finali, inkluż l-SMEs, dwar l-eżistenza tal-appoġġ tal-FEIS.";

Il-BEI u l-FEI għandhom jinformaw jew għandhom jobbligaw intermedjarji finanzjarji li jinformaw lill-benefiċjarji finali, inkluż l-SMEs, dwar l-eżistenza tal-appoġġ tal-FEIS u għandhom jagħmlu dik l-informazzjoni viżibbli b’mod prominenti, b’mod partikolari fil-każ tal-SMEs, fil-ftehim ta’ finanzjament u kull kuntratt li jinkludi l-appoġġ tal-FEIS, u b’hekk tiżdied il-kuxjenza pubblika u titjieb il-viżibbiltà;

Emenda    46

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12

Regolament (UE) Nru 2015/1017

Artikolu 22 – paragrafu  – subparagrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tipprovdi gwida dettaljata, meta jkun meħtieġ.";

Il-Kummissjoni għandha tipprovdi gwida dettaljata, meta jkun meħtieġ."; Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għall-identifikazzjoni ta' kriterji u definizzjonijiet standard biex tiżgura t-trasparenza fi kwistjonijiet relatati mal-governanza fiskali. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport annwali li jelenka d-dettalji tal-proġetti kollha għal kull qasam ta' politika li rċieva l-appoġġ tal-Unjoni permezz tal-FEIS, inkluż l-ammont totali tal-kontribuzzjoni ta' kull sors kif ukoll il-profili tar-riskju. Flimkien ma' dan, fl-operazzjonijiet ta' finanzjament u ta' investiment tiegħu, il-BEI għandu japplika l-prinċipji u l-istandards stabbiliti fid-dritt tal-Unjoni dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, inkluż rekwiżit li jittieħdu miżuri raġonevoli biex jiġu identifikati s-sidien benefiċjarji fejn applikabbli.

Emenda    47

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1

Regolament (UE) Nru 1316/2013

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  is-settur tat-telekomunikazzjoni: EUR 1 091 602 000;

(b)  is-settur tat-telekomunikazzjoni: EUR 1 141 602 000;

Emenda    48

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1

Regolament (UE) Nru 1316/2013

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  is-settur tal-enerġija: EUR 5 005 075 000.

(c)  is-settur tal-enerġija: EUR 5 350 075 000.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

L-estensjoni tad-durata tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi kif ukoll l-introduzzjoni ta’ titjib tekniku għal dan il-Fond u għaċ-Ċentru Ewropew ta’ Konsulenza għall-Investimenti

Referenzi

COM(2016)0597 – C8-0375/2016 – 2016/0276(COD)

Kumitati responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

3.10.2016

ECON

3.10.2016

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

3.10.2016

Kumitati assoċjati - data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

19.1.2017

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Eva Kaili

16.11.2016

Artikolu 55 – Proċedura b’kumitati konġunti

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

       

       

19.1.2017

Data tal-adozzjoni

3.4.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

37

13

6

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Bendt Bendtsen, Xabier Benito Ziluaga, José Blanco López, Reinhard Bütikofer, Jerzy Buzek, Edward Czesak, Fredrick Federley, Ashley Fox, Adam Gierek, Theresa Griffin, Rebecca Harms, Eva Kaili, Kaja Kallas, Krišjānis Kariņš, Seán Kelly, Jeppe Kofod, Jaromír Kohlíček, Peter Kouroumbashev, Zdzisław Krasnodębski, Miapetra Kumpula-Natri, Janusz Lewandowski, Edouard Martin, Angelika Mlinar, Csaba Molnár, Dan Nica, Angelika Niebler, Morten Helveg Petersen, Carolina Punset, Michel Reimon, Herbert Reul, Paul Rübig, Massimiliano Salini, Jean-Luc Schaffhauser, Neoklis Sylikiotis, Dario Tamburrano, Patrizia Toia, Evžen Tošenovský, Vladimir Urutchev, Kathleen Van Brempt, Martina Werner, Lieve Wierinck, Hermann Winkler, Anna Záborská, Flavio Zanonato, Carlos Zorrinho

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Pilar Ayuso, Rosa D’Amato, Françoise Grossetête, Barbara Kudrycka, Marian-Jean Marinescu, Victor Negrescu, Sofia Sakorafa, Davor Škrlec, Theodor Dumitru Stolojan

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

György Hölvényi, Julia Reda

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

37

+

ECR

Edward Czesak, Ashley Fox, Zdzisław Krasnodębski, Evžen Tošenovský

PPE

Pilar Ayuso, Bendt Bendtsen, Jerzy Buzek, Françoise Grossetête, György Hölvényi, Krišjānis Kariņš, Seán Kelly, Barbara Kudrycka, Janusz Lewandowski, Marian-Jean Marinescu, Angelika Niebler, Paul Rübig, Massimiliano Salini, Theodor Dumitru Stolojan, Vladimir Urutchev, Hermann Winkler, Anna Záborská

S&D

José Blanco López, Adam Gierek, Theresa Griffin, Eva Kaili, Jeppe Kofod, Peter Kouroumbashev, Miapetra Kumpula-Natri, Edouard Martin, Csaba Molnár, Victor Negrescu, Dan Nica, Patrizia Toia, Kathleen Van Brempt, Martina Werner, Flavio Zanonato, Carlos Zorrinho

13

-

ALDE

Fredrick Federley, Kaja Kallas, Angelika Mlinar, Morten Helveg Petersen, Carolina Punset, Lieve Wierinck

EFDD

Rosa D'Amato, Dario Tamburrano

ENF

Jean-Luc Schaffhauser

GUE/NGL

Xabier Benito Ziluaga, Sofia Sakorafa, Neoklis Sylikiotis

PPE

Herbert Reul

6

0

GUE/NGL

Jaromír Kohlíček

VERTS/ALE

Reinhard Bütikofer, Rebecca Harms, Julia Reda, Michel Reimon, Davor Škrlec

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

OPINJONI tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (28.3.2017)

għall-Kumitat għall-Baġits u l-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1316/2013 u (UE) 2015/1017 dwar l-estensjoni tad-durata tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi kif ukoll l-introduzzjoni ta' titjib tekniku għal dan il-Fond u għaċ-Ċentru Ewropew ta' Konsulenza għall-Investimenti
(COM(2016)0597 – C8-0375/2016 – 2016/0276(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Inés Ayala Sender (*)

(*) Kumitat assoċjat – l-Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Bil-proposta għall-FEIS II il-Kummissjoni għandha l-għan li testendi t-tul ta' żmien tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS) u tagħmel titjib tekniku għal dan il-Fond u għaċ-Ċentru Ewropew ta' Konsulenza għall-Investimenti (EIAH). Mal-proposta hija mehmuża evalwazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-użu tal-garanzija tal-baġit tal-UE sa mill-bidu tal-FEIS f'Lulju 2015. Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri tat opinjoni intitolata "Il-FEIS: proposta bikrija għall-estensjoni u l-espansjoni" (Opinjoni tal-QEA 2/2016).

Ir-Rapporteur tqis li, fir-rigward tal-objettivi stabbiliti tal-politika tat-trasport tal-UE u l-kontribut tal-FEIS biex dawn jintlaħqu, l-elementi tal-proposta li ġejjin huma ta' interess partikolari u għandhom ikunu l-punt fokali ta' din l-opinjoni:

•  estensjoni tal-FEIS sa tmiem il-QFP attwali u l-mira tal-investiment tiżdied għal EUR 500 biljun (FEIS I: EUR 315 biljun), inkluż

•  żieda tal-garanzija tal-UE għal EUR 26 biljun (FEIS I: EUR 16-il biljun) u aġġustament tar-rata fil-mira tal-fond ta' garanzija tal-UE għal 35 % mit-total tal-obbligi ta' garanzija tal-UE (FEIS I: 50 %), iffinanzjat in parti minn

•  trasferiment ulterjuri mill-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (CEF) bit-tnaqqis ta' EUR 155 miljun mit-trasport u ta' EUR 345 miljun mis-settur tal-enerġija,

•  dispożizzjonijiet għal addizzjonalità msaħħa għal proġetti (li jridu jindirizzaw in-nuqqasijiet tas-suq jew sitwazzjonijiet subottimali ta' investiment), li jkopru proġetti skont il-qasam tal-infrastruttura u l-innovazzjoni li jgħaqqdu żewġ Stati Membri jew aktar,

•  attenzjoni addizzjonali fuq proġetti li jikkontribwixxu lejn l-objettivi tal-politika dwar il-klima ta' COP21 li għandhom ikunu fil-mira ta' mill-inqas 40 % tal-finanzjament mill-FEIS fil-qasam tal-infrastruttura u l-innovazzjoni,

•  l-esklużjoni ta' appoġġ għall-awtostradi, sakemm dan ma jkunx għal investiment privat f'pajjiżi tal-koeżjoni jew fi proġetti transfruntiera b'tal-inqas pajjiż ta' koeżjoni wieħed,

•  assistenza teknika aħjar għal proġetti li jinvolvu diversi Stati Membri, li jiġbru flimkien il-FEIS ma' sorsi oħra ta' finanzjament tal-UE, bħall-FSIE, Orizzont 2020 u s-CEF, u jiffaċilitaw diversifikazzjoni ġeografika u settorjali tal-FEIS.

Ir-Rapporteur temmen li l-FEIS għandu jservi bħala strument effettiv biex jiġġenera investimenti u impjiegi addizzjonali fl-infrastruttura tat-trasport u l-mobilità. L-esperjenza (limitata) s'issa turi, mandankollu, li huma meħtieġa aktar miżuri biex jiġi sfruttat aħjar il-potenzjal tal-fond fis-settur tat-trasport. Infatti, bil-proġetti tat-trasport jammontaw għal 8 % biss jew għal EUR 11-il biljun tal-proġetti kollha ffinanzjati mill-FEIS, hemm lok għal titjib sinifikanti biex il-fond isir aktar attraenti għall-Istati Membri, l-entitajiet reġjonali u lokali u l-promoturi ta' proġetti f'termini ta' finanzjament, kriterji ta' eliġibbiltà u assitenza teknika.

Il-FEIS jista' jġib valur miżjud fil-qasam tat-trasport jekk jiffunzjona bħala għodda li tikkumplimenta l-programm CEF li kien suċċess u li kellu eċċess ta' applikazzjonijiet, aktar milli jekk ikun rivali tiegħu. Is-CEF tiffinanzja n-netwerk tat-trasport trans-Ewropew skont prijoritajiet koerenti fuq terminu twil li sar ftehim dwarhom u li ġew skrutinizzati mill-koleġiżlaturi fi proċess dettaljat. Ir-Rapporteur topponi aktar riallokozzjoni ta' fondi biex tiffinanzja l-FEIS II u tfakkar li diġà ttieħdu EUR 4 biljun mis-CEF u minn Orizzont 2020 għall-FEIS I. Mhux meħtieġ fir-realtà aktar tnaqqis: l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni tal-FEIS turi, minflok, li r-rata fil-mira tal-garanzija tal-UE tista' tiġi aġġustata b'mod marġinali. Infatti, li kieku r-rata fil-mira tal-FEIS I ma ġietx iffissata għal 50 %, kieku kien ikun hemm ħtieġa ta' inqas tnaqqis mis-CEF sa mill-bidu. Fl-aħħar nett, qabel ma tiddeċiedi dwar kwalunkwe kontinwazzjoni jew modifika futura tal-FEIS, il-Kummissjoni mhux biss għandha tevalwa b'mod sħiħ il-FEIS imma wkoll tilħaq l-obbligi legali kollha tagħha dwar il-konklużjonijiet tal-evalwazzjoni, kif stabbilit mill-koleġiżlaturi fir-regolament dwar il-FEIS I.

F'dan il-kuntest, ir-Rapporteur tipproponi li temenda l-proposta tal-Kummissjoni dwar il-FEIS II kif ġej:

•  iż-żamma tal-pakkett finanzjarju attwali għas-CEF u t-taqsima tat-trasport tagħha,

  aġġustament tar-rata fil-mira tal-fond ta' garanzija tal-UE għal 32 % mit-total tal-obbligi ta' garanzija tal-UE,

•  id-dispożizzjonijiet tal-addizzjonalità għandhom jinkludu proġetti kumplessi multinazzjonali u transfruntiera, li jinkludu l-kuriduri ewlenin u partijiet oħra tan-netwerk ewlenin identifikati mis-CEF, l-SESAR u l-ERTMS, sabiex tissaħħaħ it-tlestija tal-proġetti tan-netwerk TEN-T li kieku ma jkunux possibbli minħabba r-riżorsi limitati li fadal fis-CEF,

•  l-użu tal-garanzija tal-UE għandu jinkludi sehem fil-mira dedikat ta' 20 % għat-trasport, filwaqt li tikkontribwixxi wkoll għall-objettivi tal-politika dwar il-klima,

•  il-parteċipazzjoni tal-Istati Membri, tal-amministrazzjonijiet reġjonali u lokali fi proġetti jew strumenti tal-FEIS għandha tiġi ttrattata bħala kontribuzzjoni "ta' darba", li għandha titnaqqas mill-istruttura tal-isforz fiskali li hu mistenni li jitwettaq mill-Istati Membri,

•  ir-Raggruppament Ewropew ta' Kooperazzjoni Territorjali għandu jikkwalifika bħala kontroparti eliġibbli għall-garanzija tal-UE biex jitħaffu proġetti transfruntiera/multinazzjonali,

•  l-appoġġ tal-FEIS għall-awtostradi għandu jkun possibbli għal proġetti f'konformità mat-TEN-T u l-objettivi tal-politika dwar it-trasport (p.e. is-sikurezza tat-toroq, l-iżvilupp tal-ITS, il-manutenzjoni tat-toroq TEN-T),

•  għandu jissaħħaħ ir-rwol tal-EIAH fl-għoti ta' konsulenza lill-awtoritajiet reġjonali u l-promoturi tal-proġetti, inkluż għal proġetti multinazzjonali u transfruntiera kif ukoll biex jippromwovi l-ħidma flimkien tal-FEIS u s-CEF,

•  iż-żamma tal-Artikoli 18(7) u (8) li jipprevedu li l-futur tal-FEIS ikun determinat abbażi ta' evalwazzjoni indipendenti.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jieħdu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda     1

Proposta għal regolament

Premessa 2a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a)  Huma meħtieġa sforzi biex jiżdiedu investimenti billi tiġi żgurata trasparenza akbar u kopertura aħjar tal-media, billi tiġi pprovduta assistenza teknika fl-istadji kollha tal-proġett u jitħeġġeġ użu iktar intelliġenti tar-riżorsi finanzjarji.

Emenda     2

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  Il-FEIS estiż għandu jindirizza l-fallimenti tas-suq u sitwazzjonijiet ta' investiment subottimali u jkompli jimmobilizza l-finanzjament tas-settur privat f'investimenti kruċjali għall-ħolqien tax-xogħol futur – inkluż l-impjieg taż-żgħażagħ –, it-tkabbir u l-kompetittività b'tisħiħ fl-addizzjonalità. Dan jinkludu investimenti fl-oqsma tal-enerġija, l-ambjent u l-azzjoni klimatika, il-kapital soċjali u uman u l-infrastruttura relatata, il-kura tas-saħħa, ir-riċerka u l-innovazzjoni, it-trasport transfruntier u sostenibbli, kif ukoll it-trasformazzjoni diġitali. B'mod partikolari, il-kontribut tal-operazzjonijiet appoġġati mill-FEIS biex jinkisbu l-miri ambizzjużi tal-Unjoni stabbiliti fil-Konferenza tal-Klima ta' Pariġi (COP21) għandu jkun rinforzat. Proġetti prijoritarji ta' interkonnessjoni tal-enerġija u proġetti tal-effiċjenza enerġetika għandhom ikunu mmirati dejjem aktar. Barra minn hekk, l-appoġġ tal-FEIS għall-awtostradi għandu jiġi evitat, sakemm ma jkunx meħtieġ biex jappoġġa l-investiment privat fit-trasport f'pajjiżi tal-koeżjoni jew fi proġetti ta' trasport transfruntier li jinvolvi mill-anqas pajjiżi ta' koeżjoni wieħed. Għal raġunijiet ta' ċarezza, għalkemm huma diġà eliġibbli, jeħtieġ li jiġi stabbilit b'mod espliċitu li l-proġetti fl-oqsma tal-agrikoltura, is-sajd u l-akkwakultura jaqgħu fl-objettivi ġenerali eliġibbli għall-appoġġ tal-FEIS.

(8)  Il-FEIS estiż għandu jindirizza l-fallimenti tas-suq u sitwazzjonijiet ta' investiment subottimali u jkompli jimmobilizza l-finanzjament tas-settur privat f'investimenti kruċjali għall-ħolqien tax-xogħol futur – inkluż l-impjieg taż-żgħażagħ –, it-tkabbir u l-kompetittività b'tisħiħ fl-addizzjonalità. Dawn jinkludu investimenti fl-oqsma tal-enerġija, l-ambjent u l-azzjoni klimatika, il-kapital soċjali u uman u l-infrastruttura relatata, il-kura tas-saħħa, ir-riċerka u l-innovazzjoni, it-trasport transfruntier u sostenibbli, it-turiżmu, kif ukoll it-trasformazzjoni diġitali. Barra minn hekk, dan għandu wkoll jindirizza konċentrazzjoni eċċessiva f'ċerti setturi tal-politika, kif ukoll żbilanċi ġeografiċi ta' investimenti, sabiex jingħata kontribut għall-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali tal-Unjoni u jiġu evitati d-disparitajiet li qed jiżdiedu fir-reġjuni differenti u fl-Istati Membri. B'mod partikolari, il-kontribut tal-operazzjonijiet appoġġati mill-FEIS biex jinkisbu l-miri ambizzjużi tal-Unjoni stabbiliti fil-Konferenza tal-Klima ta' Pariġi (COP21) għandu jkun rinforzat. Proġetti prijoritarji ta' interkonnessjoni tal-enerġija u proġetti tal-effiċjenza enerġetika għandhom ikunu mmirati dejjem aktar. Barra minn hekk, l-appoġġ tal-FEIS għall-awtostradi għandu jkun limitat biex jappoġġa investiment pubbliku u/jew privat fit-trasport f'pajjiżi tal-koeżjoni, ir-reġjuni li huma inqas żviluppati jew fi proġetti ta' trasport transfruntier jew, jekk ikun meħtieġ, biex tittejjeb u tinżamm is-sikurezza fit-toroq, jiġu żviluppati apparati tal-ITS jew jiġu ggarantiti l-integrità u l-istandards tal-awtostradi eżistenti fuq in-netwerk trans-Ewropew tat-trasport, b'mod partikolari f'żoni ta' parkeġġ sikuri, stazzjonijiet tal-karburanti nodfa alternattivi u sistemi ta' ċċarġjar elettriku. Għal raġunijiet ta' ċarezza, għalkemm huma diġà eliġibbli, jeħtieġ li jiġi stabbilit b'mod espliċitu li l-proġetti fl-oqsma tal-agrikoltura, is-sajd u l-akkwakultura jaqgħu fl-objettivi ġenerali eliġibbli għall-appoġġ tal-FEIS.

Emenda     3

Proposta għal regolament

Premessa 8a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8a)  Fl-attivitajiet speċjali appoġġati mill-FEIS tiegħu, il-BEI jagħmel użu sistematiku mill-parteċipazzjoni fi strumenti ta' kondiviżjoni tar-riskju mal-koinvestituri tiegħu. Il-BEI huwa għalhekk mitlub, bħala parti minn dawn l-attivitajiet, jintervjeni billi jipprovdi garanziji tal-ewwel telf, fejn meħtieġ u rilevanti, sabiex jottimizza l-addizzjonalità tal-faċilità FEIS u jimmobilizza aktar fondi privati.

Emenda     4

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  L-addizzjonalità, karatteristika ewlenija tal-FEIS, għandha tissaħħaħ fl-għażla tal-proġetti. B'mod partikolari, l-operazzjonijiet għandhom ikunu eliġibbli biss għall-appoġġ tal-FEIS jekk huma jindirizzaw nuqqasijiet tas-suq identifikati b'mod ċar jew sitwazzjonijiet ta' investiment subottimali. L-operazzjonijiet fl-infrastruttura taħt it-Tieqa għall-Infrastruttura u l-Innovazzjoni li jorbtu żewġ Stati Membri jew aktar, inkluż l-e-infrastruttura, għandhom jiġu kkunsidrati addizzjonali minħabba d-diffikultà inerenti tagħhom u l-valur miżjud għoli tagħhom għall-Unjoni.

(9)  L-addizzjonalità, karatteristika ewlenija tal-FEIS, għandha tissaħħaħ fl-għażla tal-proġetti. Sabiex ikun żgurat li l-entitajiet li jeħtieġ li jużaw il-fond ta' garanzija tal-FEIS ikunu rrappreżentati aħjar, ikun rakkomandabbli li tkun tista' ssir rotazzjoni fil-Bord ta' Tmexxija, u li jiġu inklużi membri ta' servizzi differenti tal-Kummissjoni Ewropea, bħal dawk responsabbli għat-trasport u l-politiki ambjentali. F'konformità mal-prinċipju ta' addizzjonalità, l-operazzjonijiet għandhom ikunu eliġibbli biss għall-appoġġ tal-FEIS jekk huma jindirizzaw nuqqasijiet tas-suq identifikati b'mod ċar jew sitwazzjonijiet ta' investiment subottimali. L-operazzjonijiet fl-infrastruttura taħt it-Tieqa għall-Infrastruttura u l-Innovazzjoni li jorbtu żewġ Stati Membri jew aktar, inkluż l-e-infrastruttura bħall-ERTMS, għandhom jiġu kkunsidrati addizzjonali minħabba d-diffikultà inerenti tagħhom u l-valur miżjud għoli tagħhom għall-Unjoni.

Emenda     5

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  Minħabba l-potenzjal tagħhom li jżidu l-effiċjenza tal-intervent tal-FEIS, jeħtieġ li l-operazzjonijiet imħallta li jikkombinaw forom ta' appoġġ mhux rimborsabbli u/jew strumenti finanzjarji mill-baġit tal-Unjoni, bħal dawk disponibbli taħt il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, u l-finanzjament mill-Grupp tal-BEI, inkluż il-finanzjament tal-BEI taħt l-FEIS, kif ukoll investituri oħra, jeħtieġ li jiġu inkoraġġiti. Il-finanzament imħallat jimmira li jtejjeb il-valur miżjud tal-infiq tal-Unjoni billi jattira riżorsi addizzjonali minn investituri privati u jiżgura li l-azzjonijiet appoġġati isiru ekonomikament u finanzjarjament vijabbli.

(10)  Minħabba l-potenzjal tagħhom li jżidu l-effiċjenza tal-intervent tal-FEIS, jeħtieġ li l-operazzjonijiet imħallta li jikkombinaw forom ta' appoġġ mhux rimborsabbli u/jew strumenti finanzjarji mill-baġit tal-Unjoni, bħal dawk disponibbli taħt il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej u l-finanzjament mill-Grupp tal-BEI, inkluż il-finanzjament tal-BEI taħt l-FEIS, kif ukoll investituri oħra, jeħtieġ li jiġu inkoraġġiti. Il-finanzament imħallat jimmira li jtejjeb il-valur miżjud tal-infiq tal-Unjoni billi jattira riżorsi addizzjonali minn investituri privati u jiżgura li l-azzjonijiet appoġġati isiru ekonomikament u finanzjarjament vijabbli. Il-koerenza u s-sinerġiji bejn il-forom kollha ta' appoġġ tal-Unjoni għandhom jiġu żgurati.

Emenda     6

Proposta għal regolament

Premessa 10a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10a)  Sabiex tittejjeb il-prestazzjoni tal-FEIS kemm f'livell nazzjonali kif ukoll reġjonali, hemm il-ħtieġa li tiżdied il-kooperazzjoni bejn il-BEI, li jmexxi l-FEIS, u l-banek promozzjonali nazzjonali.

Emenda     7

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  Sabiex jiġi rinforzat l-użu tal-FEIS f'reġjuni anqas żviluppati u f'reġjuni fi tranżizzjoni, l-ambitu tal-objettivi ġenerali eliġibbli għall-appoġġ tal-FEIS għandu jiġi estiż.

(11)  Sabiex jiġi rinforzat l-użu tal-FEIS f'reġjuni anqas żviluppati, f'reġjuni ultraperiferiċi u f'reġjuni fi tranżizzjoni, u jiġu korreġuti l-iżbilanċi ġeografiċi, l-ambitu tal-objettivi ġenerali eliġibbli għall-appoġġ tal-FEIS għandu jiġi estiż.

Emenda     8

Proposta għal regolament

Premessa 11a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11a)  Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ottimali għas-sostenibbiltà u s-suċċess, il-proġetti għandhom jkunu bbażati fuq livell lokali u reġjonali u jitwettqu b'kooperazzjoni ma' dawn il-livelli

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 13a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13a)  Il-mira indikattiva tal-FEIS attwali għall-Opportunità ta' Infrastruttura u Innovazzjoni (IIW) għandha tiġi adattata kif xieraq u fi proporzjon maż-żieda tal-mira ta' mobilizzazzjoni ta' mill-inqas EUR 500  biljun ta' investiment privat u pubbliku stabbilit f'dan ir-regolament.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  Sabiex parzjalment jiffinanzjaw il-kontribuzzjoni mill-baġit ġenerali tal-Unjoni lill-fond ta' garanzija tal-UE għal investimenti addizzjonali li għandhom isiru, jeħtieġ li jsir trasferiment mill-envelop disponibbli tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (CEF), previst fir-Regolament (UE) Nru 1316/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.. Barra minn hekk, jeħtieġ li EUR 1 145 797 000 ta' approprjazzjonijiet jiġu ttrasferiti mill-istrumenti finanzjarji tas-CEF lejn il-parti tal-għotja tas-CEF bil-għan li jiġi ffaċilitat it-tħallit mal-FEIS jew ma' strumenti rilevanti oħra, b'mod partikolari dawk dedikati għall-effiċjenza enerġetika.

(14)  Sabiex parzjalment jiffinanzjaw il-kontribuzzjoni mill-baġit ġenerali tal-Unjoni lill-fond ta' garanzija tal-UE għal investimenti addizzjonali li għandhom isiru, aġġustament xieraq għar-rata mmirata tal-fond ta' garanzija tal-UE għandu jippermetti ż-żieda neċessarja fil-finanzjament mingħajr ebda tnaqqis ulterjuri fir-riżorsi skarsi tal-envelop disponibbli tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (CEF) u l-Orizzont 2020, previst fir-Regolamenti (UE) Nru 1316/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill4 kif ippreżentati fl-evalwazzjoni mwettqa mill-Kummissjoni. Barra minn hekk, jeħtieġ li EUR 1 145 797 000 ta' approprjazzjonijiet jiġu ttrasferiti mill-istrumenti finanzjarji tas-CEF lejn il-parti tal-għotja tas-CEF bil-għan li jiġi ffaċilitat it-tħallit mal-FEIS jew ma' strumenti rilevanti oħra, b'mod partikolari dawk dedikati għall-effiċjenza enerġetika.

__________________

__________________

4 Ir-Regolament (UE) Nru 1316/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 913/2010 u jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 680/2007 u (KE) Nru 67/2010, ĠU L 348, 12.2013, p. 129.

4 Ir-Regolament (UE) Nru 1316/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 913/2010 u jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 680/2007 u (KE) Nru 67/2010, ĠU L 348, 12.2013, p. 129.

Emenda     11

Proposta għal regolament

Premessa 16a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16a)  Il-FEIS kien effettiv biex iżid il-volum ta' attivitajiet speċjali tal-BEI favur l-SMEs, iżda ma kienx ta' suċċess biex jagħti spinta lill-volum ta' proġetti tat-trasport b'mod suffiċjenti, speċjalment fil-pajjiżi ta' koeżjoni. Minħabba l-valur miżjud għoli tal-Unjoni ta' proġetti tat-trasport u l-bżonnijiet ta' investiment enormi, huwa għalhekk meħtieġ li jiġu adottati aktar miżuri sabiex jiġu indirizzati aħjar id-diffikultajiet li jiffaċċjaw l-Istati Membri u l-promoturi tal-proġetti fil-proposta ta' proġetti ta' infrastruttura.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 16b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16b)  Il-proġetti tat-trasport u l-mobilità jistgħu jkunu diffiċli biex jiġu ffinanzjati, minħabba rati ta' redditu aktar baxxi, orizzont ta' investimenti fuq terminu twil u livelli ogħla ta' riskju u inċertezza. Sabiex jitnaqqas l-iżbilanċ settorjali eżistenti ta' proġetti ffinanzjati mill-FEIS u biex tiġi indirizzata l-problema ta' investimenti subottimali fl-infrastruttura tat-trasport fl-Unjoni, l-EIAH, flimkien mal-Kummissjoni, għandu jadotta miżuri speċifiċi li jiffaċilitaw it-taħlit tal-FEIS ma' għotjiet jew finanzjament pubbliku ieħor disponibbli minn baġits tal-Unjoni jew baġits nazzjonali b'mod simplifikat u inqas burokratiku.

Emenda     13

Proposta għal regolament

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)  Il-BEI u l-FEI jeħtieġ li jiżguraw li l-benefiċjarji finali, inkluż l-SMEs, jiġu informati dwar l-eżistenza tal-appoġġ tal-FEIS, sabiex tittejjeb il-viżibbiltà tal-garanzija tal-UE li ngħatat skont ir-Regolament (UE) 2015/1017.

(17)  Il-BEI u l-FEI għandhom jippubbliċizzaw il-FEIS sabiex jgħollu l-profil ta' dan l-istrument importanti. Huma għandhom ukoll jiżguraw li l-benefiċjarji finali, inkluż l-SMEs, jiġu informati dwar l-eżistenza tal-appoġġ tal-FEIS, sabiex tittejjeb il-viżibbiltà tal-garanzija tal-UE li ngħatat skont ir-Regolament (UE) 2015/1017.

Emenda     14

Proposta għal regolament

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19)  L-operazzjonijiet appoġġati mill-FEIS jeħtieġ li jaderixxu mal-prinċipji tal-Unjoni ta' governanza tajba fil-qasam tat-taxxa.

(19)  L-operazzjonijiet appoġġati mill-FEIS jeħtieġ li jaderixxu mal-prinċipji tal-Unjoni ta' governanza tajba fil-qasam tat-taxxa, minħabba l-ħtieġa ta' approċċ aktar sikur biex jiġi prevenut l-użu frodolenti tiegħu.

Emenda     15

Proposta għal regolament

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21)  Iċ-Ċentru Ewropew ta' Konsulenza għall-Investiment (EIAH) għandu jittejjeb u jeħtieġ li l-attivitajiet tiegħu jiffokaw fuq ħtiġijiet mhux koperti b'mod adegwat b'arranġamenti kurrenti. Huwa jeħtieġ li jagħti attenzjoni partikolari biex jappoġġa t-tħejjija ta' proġetti li jinvolvu żewġ Stati Membri jew aktar u proġetti li jikkontribwixxu għall-kisba tal-objettivi tal-COP21. Minkejja l-objettiv tiegħu li jibni fuq servizzi konsultattivi attwali tal-BEI u tal-Kummissjoni, sabiex jaġixxi bħala ċentru uniku u tekniku ta' konsulenza għall-finanzjament ta’ proġetti fi ħdan l-Unjoni, l-EIAH jeħtieġ li jikkontribwixxi wkoll b'mod attiv għall-objettiv tad-diversifikazzjoni settorjali u ġeografika tal-FEIS u jappoġġa lill-BEI meta jkun meħtieġ fil-ħolqien ta' proġetti. Huwa jeħtieġ li jikkontribwixxi wkoll b'mod attiv biex jiġu stabbiliti pjattaformi ta' investiment u jipprovdi konsulenza dwar il-kombinament ta' sorsi oħra ta' finanzjament tal-Unjoni mal-FEIS.

(21)  Iċ-Ċentru Ewropew ta' Konsulenza għall-Investiment (EIAH) għandu jittejjeb u jeħtieġ li l-attivitajiet tiegħu jiffokaw fuq ħtiġijiet, is-setturi u r-reġjuni mhux koperti b'mod adegwat b'arranġamenti kurrenti. Huwa jeħtieġ li jagħti attenzjoni partikolari biex jappoġġa t-tħejjija ta' proġetti li jinvolvu żewġ Stati Membri jew aktar, proġetti li jikkontribwixxu għall-kisba tal-objettivi tal-COP21, kif ukoll proġetti fit-trasport sostenibbli. Minkejja l-objettiv tiegħu li jibni fuq servizzi konsultattivi attwali tal-BEI u tal-Kummissjoni, sabiex jaġixxi bħala ċentru uniku u tekniku ta' konsulenza għall-finanzjament ta’ proġetti fi ħdan l-Unjoni, l-EIAH jeħtieġ li jikkontribwixxi wkoll b'mod attiv għall-objettiv tad-diversifikazzjoni settorjali u ġeografika tal-FEIS u jappoġġa lill-BEI meta jkun meħtieġ fil-ħolqien ta' proġetti. Huwa għandu jikkontribwixxi wkoll b'mod attiv biex jiġu stabbiliti pjattaformi ta' investiment u jipprovdi konsulenza dwar it-taħlita ta' sorsi oħra ta' finanzjament tal-Unjoni (bħall-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej, l-Orizzont 2020 u l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa) mal-FEIS, sabiex jinkisbu sinerġiji bejn is-sorsi differenti tal-appoġġ tal-Unjoni L-EIAH għandu jkun faċilment aċċessibbli u trasparenti meta jagħti appoġġ, u l-viżibilità tiegħu għandha tiġi promossa ulterjorment lill-promoturi potenzjal tal-proġetti.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Premessa 21a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(21a)  Is-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika huwa bbażat fuq analiżi dettaljata tal-pjanijiet tal-Istati Membri għar-riformi baġitarji, makroekonomiċi u strutturali u jipprovdilhom rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż. F'dak il-kuntest, il-BEI għandu jinforma lill-Kummissjoni rigward ir-riżultati li jikseb fir-rigward tal-ostakli u l-konġestjonijiet għall-investiment fl-Istati Membri, identifikati meta jwettaq operazzjonijiet ta' investiment koperti b'dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tqis dawk ir-riżultati, fost l-oħrajn, fil-ħidma li twettaq fil-kuntest ta' titjib fl-ambjent tal-investiment billi tneħħi ostakli settorjali u ostakli oħra għall-investiment.

Emenda     17

Proposta għal regolament

Premessa 21b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(21b)  Minħabba l-fatt li nuqqas ta' riformi strutturali jikkostitwixxi l-akbar ostaklu għall-investiment, l-appoġġ tal-FEIS għandu wkoll ikun marbut mas-suċċess fl-iżviluppi fil-politika ekonomika u fiskali fil-kuntest tas-Semestru Ewropew, b’segwitu għar-rakkomandazzjonijiet għall-pajjiżi b'bilanċ pożittiv u dawk b'defiċit b'rilevanza transfruntiera.

Emenda    18

Proposta għal regolament

Premessa 22

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22)  Ir-Regolament (UE) Nru 1316/2013 u r-Regolament (UE) Nru 2015/1017 għandhom għalhekk jiġu emendat skont dan,

(22)  Ir-Regolament (UE) Nru 2015/1017 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

Emenda    19

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Regolament (UE) Nru 2015/1017

Artikolu 5 – paragrafu 1 – subparagrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

"Sabiex in-nuqqasijiet tas-suq jew sitwazzjonijiet ta' investiment subottimali jiġu indirizzati aħjar, attivitajiet speċjali tal-BEI appoġġati mill-FEIS għandu tipikament ikollhom karatteristiċi bħal subordinazzjoni, parteċipazzjoni fi strument għall-kondiviżjoni tar-riskju, karatteristiċi transfruntiera, skopertura għal riskji speċifiċi jew aspetti identifikabbli oħrajn, kif deskritt f'aktar dettall fl-Anness II.

"Sabiex in-nuqqasijiet tas-suq, proġetti multinazzjonali transfruntiera kumplessi, jew sitwazzjonijiet ta' investiment subottimali jiġu indirizzati aħjar, attivitajiet speċjali tal-BEI appoġġati mill-FEIS għandu tipikament ikollhom karatteristiċi bħal subordinazzjoni, parteċipazzjoni fi strument għall-kondiviżjoni tar-riskju, karatteristiċi transfruntiera, skopertura għal riskji speċifiċi jew aspetti identifikabbli oħrajn, kif deskritt f'aktar dettall fl-Anness II.";

Emenda    20

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Regolament (UE) Nru 2015/1017

Artikolu 5 – paragrafu 1 – subparagrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

"Il-proġetti apoġġati mill-FEIS li jikkonsistu f'infrastruttura fiżika li torbot żewġ Stati Membri jew aktar jew mill-estensjoni tal-infrastruttura fiżika jew mis-servizzi marbut ma' infrastruttura fiżika minn Stat Membru wieħed għal Stat Membru wieħed jew aktar minn wieħed, għandhom ukoll jiġu kkunsidrati li jipprovdu l-addizzjonalità.";

"Il-proġetti apoġġati mill-FEIS li jikkonsistu f'infrastruttura fiżika li torbot żewġ Stati Membri jew aktar, il-proġetti inklużi fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1316/2013 li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, il-proġetti li jimplimentaw l-SESAR u l-ERTMS, u l-proġetti li jinvolvu l-estensjoni tal-infrastruttura fiżika jew servizzi marbuta ma' infrastruttura fiżika minn Stat Membru wieħed għal Stat Membru wieħed jew aktar minn wieħed, għandhom ukoll jiġu kkunsidrati li jipprovdu l-addizzjonalità. Il-Kumitat tal-Investiment għandu jikkunsidra li l-proġetti jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti f'dan il-paragrafu fil-proċedura tal-għażla tiegħu. Il-Kumitat tal-Investiment għandu jiżgura li l-addizzjonalità tiġi vverifikata fil-proċedura tal-għażla tiegħu";

Emenda     21

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3a (ġdid)

Regolament (UE) Nru 2015/1017

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt ea (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a)  Fl-Artikolu 6(1), jiżdied il-punt li ġej:

 

"(ea)  "għandhom inqas probabbiltà li jattiraw finanzjament minn sorsi oħra u, fl-istess ħin, ikollhom impatt soċjali sinifikanti."

Emenda     22

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3b (ġdid)

Regolament (UE) Nru 2015/1017

Artikolu 6 – paragrafu 2 – subparagrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3b)  Fl-Artikolu 6(2), jiżdied is-subparagrafu li ġej:

 

"Proġetti u investimenti iżgħar għandhom jirċievu l-appoġġ tal-FEIS, filwaqt li titqies l-addizzjonalità, u b'kooperazzjoni mill-qrib ma' banek promozzjonali nazzjonali."

Emenda     23

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4 – punt -a (ġdid)

Regolament (UE) Nru 2015/1017

Artikolu 7 – paragrafu 3 – subparagrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(-a)  L-Artikolu 7(3) huwa emendat kif ġej:

Il-Bord ta' Tmexxija għandu jkun magħmul minn erba' membri: tlieta maħtura mill-Kummissjoni u wieħed mill-BEI. Il-Bord ta' Tmexxija għandu jeleġġi President minn fost il-membri tiegħu għal perjodu fiss ta' tliet snin li jiġġedded darba. Il-Bord ta' Tmexxija jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu b'kunsens

Il-Bord ta' Tmexxija għandu jkun magħmul minn erba' membri: tlieta maħtura mill-Kummissjoni u wieħed mill-BEI. Il-Bord ta' Tmexxija għandu jeleġġi President minn fost il-membri tiegħu għal perjodu fiss ta' tliet snin li jiġġedded darba. Il-Bord ta' Tmexxija jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu b'kunsens fuq il-bażi ta' analiżi profonda ta' kull sitwazzjoni taħt diskussjoni."

Emenda     24

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4 – punt -aa (ġdid)

Regolament (UE) Nru 2015/1017

Artikolu 7 – paragrafu 4

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(-aa)  L-Artikolu 7(4) huwa emendat kif ġej:

4.  L-Istati Membri u partijiet terzi oħra jistgħu - soġġett fil-każ ta’ partijiet terzi oħra għall-qbil tal-Bord ta' Tmexxija - jikkontribwixxu għall-FEIS f'forma ta' garanziji jew ta’ flus kontanti fir-rigward tal-Istati Membri, u esklużivament fil-forma ta' flus kontanti fir-rigward ta' partijiet terzi oħra. La l-Istati Membri u lanqas il-partijiet terzi oħra ma jistgħu isiru membri tal-Bord ta' Tmexxija, u lanqas ma għandhom jingħataw rwol fil-ħatra ta' persunal tal-FEIS inklużi membri tal-Kumitat tal-Investiment, u lanqas ma għandu jkollhom xi dritt dwar aspetti oħra ta' governanza tal-FEIS kif stabbilit f'dan ir-Regolament.

‘4.  L-Istati Membri u partijiet terzi oħra jistgħu - soġġett fil-każ ta’ partijiet terzi oħra għall-qbil tal-Bord ta' Tmexxija - jikkontribwixxu għall-FEIS f'forma ta' garanziji jew ta’ flus kontanti fir-rigward tal-Istati Membri, u bl-istess mod fir-rigward ta' partijiet terzi oħra. La l-Istati Membri u lanqas il-partijiet terzi oħra ma jistgħu jsiru membri tal-Bord ta' Tmexxija, u lanqas ma għandhom jingħataw rwol fil-ħatra ta' persunal tal-FEIS inklużi membri tal-Kumitat tal-Investiment, u lanqas ma għandu jkollhom xi dritt dwar aspetti oħra ta' governanza tal-FEIS kif stabbilit f'dan ir-Regolament.

Emenda     25

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4 – punt -ab (ġdid)

Regolament (UE) Nru 2015/1017

Artikolu 7 – paragrafu 5 – subparagrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(-ab)  L-Artikolu 7(5) huwa emendat kif ġej:

Il-Ftehim dwar il-FEIS għandu jipprevedi li l-FEIS ikollu direttur amministrattiv, li għandu jkun responsabbli għall-ġestjoni ta' kuljum tal-FEIS u għat-tħejjija u t-tmexxija tal-laqgħat tal-Kumitat tal-Investiment imsemmi fil-paragrafu 6.

Il-Ftehim dwar il-FEIS għandu jipprevedi li l-FEIS ikollu direttur amministrattiv, li għandu jkun responsabbli għall-ġestjoni proprja ta' kuljum tal-FEIS u għat-tħejjija u t-tmexxija tal-laqgħat tal-Kumitat tal-Investiment imsemmi fil-paragrafu 6.

Emenda     26

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4 – punt -ac (ġdid)

Regolament (UE) Nru 2015/1017

Artikolu 7 – paragrafu 7 – subparagrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-ac)  fl-Artikolu 7, il-paragrafu 7, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

 

Il-Bord ta' Tmexxija għandu jsaħħaħ il-kooperazzjoni bejn il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi u l-Fondi Strutturali, il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa u l-programm l-Orizzont 2020 sabiex jinkoraġġixxi finanzjament imħallat u jsaħħaħ l-effett multiplikatur tal-investimenti Ewropej, b’mod partikolari fit-trasport.

Emenda     27

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4 – punt a – punt -iia (ġdid)

Regolament (UE) Nru 2015/1017

Artikolu 7 – paragrafu 8 - punt ka (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(iia)  jiżdied il-punt (ka) li ġej:

 

"(ka)  id-difiża.";

Emenda     28

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt aa (ġdid)

Regolament (UE) Nru 2015/1017

Artikolu 9 – paragraf  2 – punt ia (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa)  Fil-paragrafu 2, jiżdied il-punt li ġej:

 

"(ia)  appoġġ għall-inizjattivi tal-Unjoni fis-settur tad-difiża, b'mod partikolari permezz ta':

 

(i)   riċerka u żvilupp fil-livell tal-Unjoni;

 

(ii)   żvilupp tal-kapaċitajiet ta' difiża tal-Unjoni;

 

(iii)   SMEs u kumpaniji b'kapitalizzazzjoni medja fil-qasam tad-difiża."

Emenda    29

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt b

Regolament (UE) Nru 2015/1017

Artikolu 9 – paragrafu 2 – subparagrafu 1a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

"Il-BEI għandu jimmira biex mill-anqas 40 % tal-finanzjament tal-FEIS taħt it-tieqa għall-infrastruttura u l-innovazzjoni jagħti appoġġ lil proġetti b'komponenti li jikkontribwixxiu għall-azzjoni klimatika, skont l-impenji tal-COP21. Il-Bord ta' Tmexxija għandu jipprovdi gwida dettaljata għal dan il-għan.";

"Il-BEI għandu jimmira biex mill-anqas 40 % tal-finanzjament tal-FEIS taħt it-tieqa għall-infrastruttura u l-innovazzjoni jagħti appoġġ lil proġetti li għandhom komponent sinifikanti ta' azzjoni klimatika, skont l-impenji tal-COP21. Il-Bord ta' Tmexxija għandu jipprovdi gwida dettaljata għal dan il-għan.";

 

Il-BEI għandu jagħmel ħiltu biex jiżgura li mill-inqas 20 % tal-finanzjament tal-FEIS jappoġġa proġetti relatati mal-iżvilupp ta' infrastrutturi tat-trasport, tagħmir u teknoloġiji innovattivi għat-trasport, li jaqgħu taħt il-punt (c).

 

Il-BEI għandu jkollu l-għan li jikseb distribuzzjoni ġeografikament ibbilanċjata tal-investimenti bejn l-Istati Membri.

 

Minkejja l-objettivi stipulati f'dan il-paragrafu, il-proġetti approvati għall-finanzjament mill-FEIS fil-kapital uman u s-saħħa bħal investimenti produttivi fil-faċilitajiet tal-isptarijiet u tal-iskejjel li jaqgħu taħt il-paragrafu g) għandhom jitwettqu.";

Emenda     30

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt ba (ġdid)

Regolament (UE) Nru 2015/1017

Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt c – punt iiia (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)  fil-paragrafu 2(c), jiżdied il-punt li ġej:

 

"(iiia)  "infrastruttura ferrovjarja u proġetti ferrovjarji oħra;"

Emenda    31

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9 – punt b – punt i

Regolament (UE) Nru 2015/1017

Artikolu 14 – paragrafu 2 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

''(c)  l-istimulazzjoni tal-għarfien lokali biex jiġi faċilitat l-appoġġ tal-FEIS fl-Unjoni kollha u biex jikkontribwixxi meta jkun possibbli għall-objettiv ta' diversifikazzjoni settorjali u ġeografika tal-FEIS imsemmija fit-Taqsima 8 tal-Anness II billi jagħti appoġġ lill-BEI boex joriġina operazzjonijiet;";

''(c)  l-istimulazzjoni tal-għarfien reġjonali u lokali biex jiġi faċilitat l-appoġġ tal-FEIS fl-Unjoni kollha u biex jikkontribwixxi għall-objettiv ta' diversifikazzjoni settorjali u ġeografika tal-FEIS imsemmija fit-Taqsima 8 tal-Anness II billi jagħti appoġġ lill-BEI u l-promoturi tal-proġett biex jiġġeneraw operazzjonijiet;

Emenda     32

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9 – punt b – punt ii

Regolament (UE) Nru 2015/1017

Artikolu 14 – paragrafu 2 – punt e

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  l-għoti ta' appoġġ proattiv dwar it-twaqqif ta' pjattaformi ta' investiment;";

(e)  l-għoti ta' appoġġ proattiv dwar it-twaqqif ta' pjattaformi ta' investiment, inklużi pjattaformi ta' investiment settorjali;"

Emenda    33

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9 – punt b – punt iiia (ġdid)

Regolament (UE) Nru 2015/1017

Artikolu 14 – paragrafu 2 – punt fa (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(iiia)  jiżdied il-punt (fa) li ġej:

 

"(fa)  il-provvediment ta' konsulenza għal proġetti li jinvolvu żewġ Stati Membri jew aktar u appoġġ għall-istabbiliment ta' veikoli finanzjarji għal proġetti multinazzjonali jew transfruntiera;"

Emenda     34

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9 – punt b – punt iiib (ġdid)

Regolament (UE) Nru 2015/1017

Artikolu 14 – paragrafu 2 – punt fb (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(iiib)  jiżdied il-punt (fb) li ġej:

 

"(fb)  il-provvediment ta' eżempji tal-aħjar prattika għal sħubijiet pubbliċi-privati fil-qasam tal-iżvilupp tal-infrastruttura ferrovjarja;"

Emenda    35

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9 – punt b – punt iiic (ġdid)

Regolament (UE) Nru 2015/1017

Artikolu 14 – paragrafu 2 – punt fc (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(iiic)  jiżdied il-punt (fc) li ġej:

 

"(fc) il-provvediment tal-aħjar prattiki u mudelli għall-istrutturar tal-proġetti f'oqsma ewlenin bħad-dominji elenkati fil-punti (b), (c), (e) u (f) tal-Artikolu 9(2), filwaqt li titqies l-aħħar gwida tal-Eurostat dwar il-kontabbiltà tad-dejn pubbliku tal-PPPs.";

Emenda     36

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9 – punt ba (ġdid)

Regolament (UE) Nru 2015/1017

Artikolu 14 – paragrafu 3a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)  jiddaħħal il-paragrafu 3a li ġej:

 

"3a.  L-EIAH għandu jiżgura komplementarjetà bejn il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi u programmi oħra Ewropej sabiex jittejjeb il-livell ta' sinerġija, jiġi inkoraġġit il-finanzjament imħallat u jissaħħaħ l-effett multiplikatur tal-istrumenti finanzjarji Ewropej."

Emenda    37

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 10 – punt b

Regolament (UE) Nru 2015/1017

Artikolu 18 – paragrafi 7 u 8

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  il-paragrafi 7 u 8 jitħassru;

imħassar

Emenda     38

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 11a (ġdid)

Regolament (UE) Nru 2015/1017

Artikolu 19 – paragrafu 1b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11a)  fl-Artikolu 19 jiddaħħal il-paragrafu 1b li ġej:

 

"Il-BEI għandu jissottometti u jippubblika fuq is-sit web tiegħu rapport annwali li jelenka d-dettalji ta' kull proġett ta' trasport li rċieva appoġġ tal-UE permezz tal-fond tal-FEIS li jindika l-ammonti korrispondenti tal-investiment totali mistenni."

Emenda    39

Proposta għal regolament

Anness I – punt 1 – punt a

Regolament (UE) Nru 2015/1017

Anness II – taqsima 2 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

"L-appoġġ tal-FEIS għall-awtostradi għandu jkun evitat, sakemm ma jkunx meħtieġ biex jappoġġa investiment fit-trasport fil-pajjiżi ta' koeżjoni jew fi proġetti ta' trasport transfruntier li jinvolvu almenu pajjiż wieħed ta' koeżjoni.";

"l-appoġġ tal-FEIS għall-awtostradi għandu jkun limitat għall-investiment pubbliku u/jew privat fit-trasport fil-pajjiżi ta' koeżjoni, ir-reġjuni li huma inqas żviluppati jew fi proġetti ta' trasport transfruntier jew jekk dan huwa meħtieġ biex tittejjeb u tinżamm is-sikurezza fit-toroq, jiġu żviluppati apparati tal-ITS jew jiġu ggarantiti l-integrità u l-istandards tal-awtostradi eżistenti fuq in-netwerk trans-Ewropew tat-trasport, b'mod partikolari ż-żoni ta' parkeġġ sikuri, stazzjonijiet ta' karburanti nodfa alternattivi u sistemi ta' ċċarġjar elettriku";

Emenda     40

Proposta għal regolament

Anness I – punt 1 – punt a

Regolament (UE) Nru 2015/1017

Anness II – taqsima 2 – punt b – subparagrafu 1b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

"L-appoġġ mill-FEIS għandu wkoll ikun espliċitament possibbli għaż-żamma u t-titjib tal-infrastruttura tat-trasport eżistenti;"

Emenda     41

Proposta għal regolament

Anness – punt 3

Regolament (UE) Nru 2015/1017

Anness II – taqsima 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

"It-tabella ta’ valutazzjoni għandha tkun ippubblikata hekk kif operazzjoni skont il-garanzija tal-UE tkun iffirmata, bl-esklużjoni ta’ informazzjoni kummerċjalment sensittiva.";

"It-tabella ta' valutazzjoni għandha tkun ippubblikata hekk kif operazzjoni skont il-garanzija tal-UE tkun approvata, bl-esklużjoni ta' informazzjoni kummerċjalment sensittiva."; Il-Kumitat tal-Investiment għandu jipprovdi lill-Parlament b'tabella ta' valutazzjoni tal-indikaturi tal-proġetti kollha tal-FEIS;"

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

L-estensjoni tad-durata tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi kif ukoll l-introduzzjoni ta’ titjib tekniku għal dan il-Fond u għaċ-Ċentru Ewropew ta’ Konsulenza għall-Investimenti

Referenzi

COM(2016)0597 – C8-0375/2016 – 2016/0276(COD)

Kumitati responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

3.10.2016

ECON

3.10.2016

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

TRAN

3.10.2016

Kumitati assoċjati - data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

19.1.2017

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Inés Ayala Sender

25.10.2016

Artikolu 55 – Proċedura b’kumitati konġunti

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

       

       

19.1.2017

Eżami fil-kumitat

26.1.2017

 

 

 

Data tal-adozzjoni

23.3.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

32

8

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Lucy Anderson, Inés Ayala Sender, Georges Bach, Deirdre Clune, Michael Cramer, Luis de Grandes Pascual, Ismail Ertug, Jacqueline Foster, Tania González Peñas, Dieter-Lebrecht Koch, Merja Kyllönen, Miltiadis Kyrkos, Peter Lundgren, Gesine Meissner, Cláudia Monteiro de Aguiar, Jens Nilsson, Markus Pieper, Gabriele Preuß, Christine Revault D’Allonnes Bonnefoy, Dominique Riquet, Massimiliano Salini, Jill Seymour, Claudia Țapardel, Keith Taylor, Pavel Telička, István Ujhelyi, Wim van de Camp, Elissavet Vozemberg-Vrionidi, Janusz Zemke, Roberts Zīle, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Hugues Bayet, Mark Demesmaeker, Bas Eickhout, Markus Ferber, Maria Grapini, Franck Proust, Patricija Šulin, Matthijs van Miltenburg

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Herbert Dorfmann

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

32

+

ALDE

Gesine Meissner, Dominique Riquet, Pavel Telička, Matthijs van Miltenburg

ECR

Mark Demesmaeker, Jacqueline Foster, Roberts Zīle

PPE

Georges Bach, Deirdre Clune, Herbert Dorfmann, Markus Ferber, Dieter-Lebrecht Koch, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska, Cláudia Monteiro de Aguiar, Markus Pieper, Franck Proust, Massimiliano Salini, Patricija Šulin, Elissavet Vozemberg-Vrionidi, Luis de Grandes Pascual, Wim van de Camp

S&D

Lucy Anderson, Inés Ayala Sender, Ismail Ertug, Maria Grapini, Miltiadis Kyrkos, Jens Nilsson, Gabriele Preuß, Christine Revault D'Allonnes Bonnefoy, Claudia Țapardel, István Ujhelyi, Janusz Zemke

8

-

EFDD

Peter Lundgren, Jill Seymour

GUE/NGL

Tania González Peñas, Merja Kyllönen

S&D

Nicolas Bayet

Verts/ALE

Michael Cramer, Bas Eickhout, Keith Taylor

0

0

 

 

 

Korrezzjonijiet għall-votazzjoni finali u intenzjonijiet tal-votazzjoni

+

Hugues Bayet

-

 

0

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

OPINJONI tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (12.4.2017)

għall-Kumitat għall-Baġits u l-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda r-Regolamenti (UE) Nru 1316/2013 u (UE) 2015/1017 fir-rigward tal-estensjoni tad-durata tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi kif ukoll l-introduzzjoni ta' titjib tekniku għal dan il-Fond u għaċ-Ċentru Ewropew ta' Konsulenza għall-Investimenti
(COM(2016)0597 – C8-0375/2016 – 2016/0276(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Hannu Takkula

EMENDI

Il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit jistieden lill-Kumitat għall-Baġits u lill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, bħala l-kumitati responsabbli, sabiex jikkunsidraw l-emendi li ġejjin:

Emenda     1

Proposta għal regolament

Kunsiderazzjoni 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Wara li kkunsidraw l-opinjoni Nru 2/2016 tal-Qorti tal-Awdituri1a,

 

_________________

 

1a ĠU C 465, 13.12.2016, p. 1.

Emenda     2

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  Minn meta ġie ppreżentat il-Pjan ta' Investiment għall-Ewropa f'Novembru 20143, il-kundizzjonijiet għat-teħid tal-investiment tjiebu u qed terġa' tinkiseb il-fiduċja fit-tkabbir u fl-ekonomija tal-Ewropa. L-Unjoni issa tinsab fir-raba' sena ta' rkupru moderat, bil-Prodott Domestiku Gross jikber bi 2 % fl-2015. L-isforzi komprensivi li ġew mibdija bil-Pjan ta' Investiment diġà qed jagħtu riżultati konkreti, minkejja li l-effetti makroekonomiċi ta' proġetti ta' investiment akbar ma jistgħux ikunu immedjati. L-investiment huwa mistenni jirkupra gradwalment matul l-2016 u l-2017, għalkemm għadu taħt livelli storiċi.

(1)  Minkejja l-eżistenza tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS), għad hemm il-problema tad-diskrepanza fl-investiment fi ħdan l-Unjoni. Il-problema tan-nuqqas ta' investiment tirriżulta minn nuqqas serju ta' domanda aggregata u mill-impatt tal-politiki ta' awsterità. Hemm bżonn li ssir bidla radikali fil-mod kif jiġu trattati l-investimenti fi ħdan l-Unjoni, billi jiġu indirizzati l-kawżi reali tal-kriżi finanzjarja u jiġi rivedut il-qafas tal-governanza ekonomika, b'mod li tingħata spinta permanenti lill-investimenti produttivi li jkunu kapaċi jiġġeneraw valur miżjud għall-ekonomija reali u għas-soċjetà fl-Istati Membri kollha.

_________________

 

3 COM(2014) 903 finali.

 

Emenda     3

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Fl-1 ta' Ġunju 2016, il-Kummissjoni ħarġet Komunikazzjoni intitolata "L-Ewropa tinvesti mill-ġdid – Rendikont tal-Pjan ta' Investiment għall-Ewropa u l-passi li jmiss" li tiddeskrivi l-kisbiet tal-Pjan ta' Investiment sa issa u l-passi ppjanati li jmiss, inkluż l-estensjoni tad-durata tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS) lil hinn mill-perjodu inizjali tiegħu ta' tliet snin, it-tkabbir tat-Tieqa għall-Impriżi Żgħar u ta' Daqs Medju (SME) fil-qafas attwali u t-titjib taċ-Ċentru Ewropew ta' Konsulenza għall-Investiment (EIAH).

(3)  Fl-1 ta' Ġunju 2016, il-Kummissjoni ħarġet Komunikazzjoni intitolata "L-Ewropa tinvesti mill-ġdid – Rendikont tal-Pjan ta' Investiment għall-Ewropa u l-passi li jmiss" li tiddeskrivi s-sitwazzjoni sa issa u l-passi ppjanati li jmiss, bħall-estensjoni tad-durata tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS) lil hinn mill-perjodu inizjali tiegħu ta' tliet snin, it-tkabbir tal-komponent għall-Impriżi Żgħar u ta' Daqs Medju (SME) fil-qafas attwali u t-tisħiħ taċ-Ċentru Ewropew ta' Konsulenza għall-Investimenti (EIAH).

Emenda     4

Proposta għal regolament

Premessa 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a)  Il-FEIS huwa parti mill-Pjan ta' Investiment, strateġija komprensiva mfassla biex tindirizza l-inċertezza marbuta mal-investimenti pubbliċi u privati u biex tnaqqas id-diskrepanza fl-investiment fi ħdan l-Unjoni. L-istrateġija għandha tliet pilastri: il-mobilizzazzjoni tal-finanzjament għall-investiment, l-iżgurar li l-investiment jilħaq lill-ekonomija reali u t-titjib tal-ambjent tal-investiment fi ħdan l-Unjoni. Għall-fini tad-diversifikazzjoni ġeografika, huwa essenzjali li l-ambjent tal-investiment fi ħdan l-Unjoni jittejjeb billi jitneħħew l-ostakli għall-investiment. IL-FEIS huwa komplementari għall-azzjonijiet l-oħra meħtieġa biex jitnaqqsu d-diskrepanzi fl-investiment fi ħdan l-Unjoni u, billi jġib ruħu bħala fond ta' garanzija, jaġixxi bħala stimolu għal investiment ġdid.

Emenda     5

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  Il-FEIS ġie stabbilit għal perjodu inizjali ta' tliet snin u bil-għan li jimmobilizza mill-anqas EUR 315 biljun f'investimenti. Minħabba s-suċċess tiegħu, il-Kummissjoni hija impenjata li tirdoppja l-FEIS, kemm fir-rigward tad-durata, kif ukoll fir-rigward tal-kapaċità ta' finanzjament. L-estensjoni ġuridika tkopri l-perjodu tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali attwali u għandha tipprovdi total ta' mill-anqas investimenti ta' nofs triljun euro sal-2020. Sabiex tkompli ssaħħaħ aktar il-FEIS u tilħaq l-għan li tirdoppja l-mira tal-investiment, jeħtieġ li l-Istati Membri jikkontribwixxu wkoll bi prijorità.

(6)  Il-FEIS ġie stabbilit għal perjodu inizjali ta' tliet snin u bil-għan ta' mobilizzazzjoni ta' mill-anqas EUR 315 biljun f'investimenti. Attwalment, għad hemm id-diskrepanza fl-investiment fi ħdan l-Unjoni u ġie mqajjem tħassib li l-FEIS ma ġiex iddiversifikat biżżejjed, kemm fuq livell settorjali u kemm fuq wieħed ġeografiku, minħabba allokazzjoni subottimali tal-investiment, finanzjament ta' proġetti b'impatt ambjentali għoli u kwistjonijiet relatati mal-addizzjonalità. Minkejja dan, issa li l-FEIS bilkemm ilu sena jopera, u mingħajr ma twettqet l-evalwazzjoni indipendenti li magħha kienet marbuta l-estensjoni potenzjali tal-FEIS, il-Kummissjoni nediet proposta dwar l-irdoppjar tal-FEIS, f'termini kemm tad-durata, kif ukoll tal-kapaċità ta' finanzjament.

Emenda     6

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Għall-perjodu wara l-2020, il-Kummissjoni biħsiebha tressaq il-proposti meħtieġa sabiex tiżgura li l-investiment strateġiku se jkompli f'livell sostenibbli.

(7)  Ir-Regolament (UE) 2015/1017 jiddisponi li, sal-5 ta' Lulju 2018, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport li jkun fih evalwazzjoni indipendenti tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2015/1017. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tippreżenta rapport ulterjuri ta' dan it-tip sat-30 ta' Ġunju 2020 li jenħtieġ li, fejn ikun xieraq, jiġi akkompanjat minn proposta leġiżlattiva biex jiġi emendat ir-Regolament (UE) 2015/1017 u li jenħtieġ li, bi qbil mal-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet, jiġi akkumpanjat minn valutazzjoni tal-impatt. Jenħtieġ li tali proposta leġiżlattiva tiżgura, tippromwovi u ssaħħaħ l-investimenti strateġiċi tal-Unjoni f'livelli sostenibbli tul il-perjodu finanzjarju kopert mill-Qafas Finanzjarju Pluriennali ta' wara l-2020.

Emenda     7

Proposta għal regolament

Premessa 7a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a)  Sabiex tkun tista' tiżvolġi dmirijietha, il-Qorti tal-Awdituri tirrikjedi li jkollha aċċess għar-rapport annwali tal-Kummissjoni dwar il-ġestjoni tal-fond ta' garanzija tal-UE sa mhux aktar tard mill-31 ta' Mejju ta' kull sena. F'dan ir-rigward, jenħtieġ li d-drittijiet tal-Qorti tal-Awdituri fil-qasam tal-awditjar kif inhuma stabbiliti fl-Artikolu 287 TFUE jiġu kompletament rispettati u li r-rapport tal-Kummissjoni jiġi ppreżentat lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Qorti tal-Awdituri b'mod puntwali.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 8

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  Il-FEIS estiż għandu jindirizza l-fallimenti tas-suq u sitwazzjonijiet ta' investiment subottimali u jkompli jimmobilizza l-finanzjament tas-settur privat f'investimenti kruċjali għall-ħolqien tax-xogħol futur – inkluż l-impjieg taż-żgħażagħ –, it-tkabbir u l-kompetittività b'tisħiħ fl-addizzjonalità. Dan jinkludu investimenti fl-oqsma tal-enerġija, l-ambjent u l-azzjoni klimatika, il-kapital soċjali u uman u l-infrastruttura relatata, il-kura tas-saħħa, ir-riċerka u l-innovazzjoni, it-trasport transfruntier u sostenibbli, kif ukoll it-trasformazzjoni diġitali. B'mod partikolari, il-kontribut tal-operazzjonijiet appoġġati mill-FEIS biex jinkisbu l-miri ambizzjużi tal-Unjoni stabbiliti fil-Konferenza tal-Klima ta' Pariġi (COP21) għandu jkun rinforzat. Proġetti prijoritarji ta' interkonnessjoni tal-enerġija u proġetti tal-effiċjenza enerġetika għandhom ikunu mmirati dejjem aktar. Barra minn hekk, l-appoġġ tal-FEIS għall-awtostradi għandu jiġi evitat, sakemm ma jkunx meħtieġ biex jappoġġa l-investiment privat fit-trasport f'pajjiżi tal-koeżjoni jew fi proġetti ta' trasport transfruntier li jinvolvi mill-anqas pajjiżi ta' koeżjoni wieħed. Għal raġunijiet ta' ċarezza, għalkemm huma diġà eliġibbli, jeħtieġ li jiġi stabbilit b'mod espliċitu li l-proġetti fl-oqsma tal-agrikoltura, is-sajd u l-akkwakultura jaqgħu fl-objettivi ġenerali eliġibbli għall-appoġġ tal-FEIS.

(8)  Jenħtieġ li l-FEIS estiż jindirizza l-fallimenti tas-suq u s-sitwazzjonijiet ta' investiment subottimali li fadal u jkompli bil-mobilizzazzjoni tal-finanzjament ġdid mis-settur privat f'investimenti kruċjali għall-ħolqien tal-impjiegi – inkluż għaż-żgħażagħ –, it-tkabbir u l-kompetittività fl-Ewropa fil-futur b'tisħiħ fl-addizzjonalità fil-konfront tal-istrumenti eżistenti l-oħra tal-Unjoni u l-operazzjonijiet ewlenin tal-BEI. Dawn jinkludu investimenti fl-oqsma tal-enerġija, il-bijoekonomija, l-ambjent u l-azzjoni klimatika, il-kapital soċjali u uman u l-infrastruttura relatata, il-kura tas-saħħa, ir-riċerka u l-innovazzjoni, it-trasport transkonfinali u sostenibbli, in-netwerks transkonfinali, kif ukoll it-trasformazzjoni diġitali fis-setturi kollha. B'mod partikolari, jenħtieġ li l-kontribut tal-operazzjonijiet appoġġati mill-FEIS biex jinkisbu l-miri ambizzjużi tal-Unjoni stabbiliti fil-Konferenza tal-Klima ta' Pariġi (COP21) jiġi rinforzat. Jenħtieġ ukoll li l-proġetti prijoritarji ta' interkonnessjoni tal-enerġija u l-proġetti favur l-effiċjenza enerġetika jiġu ffokati dejjem aktar. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-appoġġ mill-FEIS għall-awtostradi u għall-proġetti tat-trasport li jagħmlu użu intensiv tal-karbonju jiġi evitat, sakemm ma jkunx meħtieġ b'mod kruċjali biex jappoġġa l-investiment privat fi proġetti tat-trasport. Għal raġunijiet ta' ċarezza, għalkemm huma diġà eliġibbli, jenħtieġ li jiġi stabbilit b'mod espliċitu li l-proġetti fl-oqsma tal-agrikoltura, is-sajd u l-akkwakultura jaqgħu fl-objettivi ġenerali eliġibbli għall-appoġġ tal-FEIS.

Emenda     9

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  L-addizzjonalità, karatteristika ewlenija tal-FEIS, għandha tissaħħaħ fl-għażla tal-proġetti. B'mod partikolari, l-operazzjonijiet għandhom ikunu eliġibbli biss għall-appoġġ tal-FEIS jekk huma jindirizzaw nuqqasijiet tas-suq identifikati b'mod ċar jew sitwazzjonijiet ta' investiment subottimali. L-operazzjonijiet fl-infrastruttura taħt it-Tieqa għall-Infrastruttura u l-Innovazzjoni li jorbtu żewġ Stati Membri jew aktar, inkluż l-e-infrastruttura, għandhom jiġu kkunsidrati addizzjonali minħabba d-diffikultà inerenti tagħhom u l-valur miżjud għoli tagħhom għall-Unjoni.

(9)  Jenħtieġ li l-addizzjonalità, karatteristika ewlenija tal-FEIS, tissaħħaħ fl-għażla tal-proġetti. B'mod partikolari, jenħtieġ li l-operazzjonijiet ikunu eliġibbli biss għall-appoġġ mill-FEIS jekk jindirizzaw fallimenti tas-suq identifikati b'mod ċar jew sitwazzjonijiet ta' investiment subottimali. Jenħtieġ li l-iskop tal-addizzjonalità jiġi limitat għall-iżgurar li l-proġetti magħżula jkunu dawk li altrimenti ma setgħux jiksbu finanzjament fuq is-suq minħabba profil ta' riskju ta' livell ogħla. L-addizzjonalità bħala terminu trid tinżamm sempliċi u jrid jinħoloq kriterju ieħor għall-finanzjament li jkun jista' jitkejjel b'mod aktar faċli. L-operazzjonijiet fl-infrastruttura taħt il-komponent għall-Infrastruttura u l-Innovazzjoni li jikkollegaw żewġ Stati Membri jew aktar, inkluża l-infrastruttura elettronika, jenħtieġ li jiġu kkunsidrati bħala addizzjonali minħabba d-diffikultà inerenti tagħhom u l-valur miżjud għoli tagħhom għall-Unjoni.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 11

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  Sabiex jiġi rinforzat l-użu tal-FEIS f'reġjuni anqas żviluppati u f'reġjuni fi tranżizzjoni, l-ambitu tal-objettivi ġenerali eliġibbli għall-appoġġ tal-FEIS għandu jiġi estiż.

(11)  Sabiex jiġi rinforzat l-użu tal-FEIS fir-reġjuni kollha, inkluż fir-reġjuni anqas żviluppati, ir-reġjuni remoti u ultraperiferiċi u r-reġjuni fi tranżizzjoni, u sabiex jiġi indirizzat l-iżbilanċ ġeografiku u settorjali tal-appoġġ mill-FEIS, jenħtieġ li l-ambitu tal-objettivi ġenerali u l-kundizzjonijiet biex isiru eliġibbli għall-appoġġ mill-FEIS jiġu estiżi billi jiżdied l-użu taċ-Ċentru Ewropea ta' Konsulenza sabiex tingħata assistenza teknika għall-ġenerazzjoni tal-proġetti fil-livelli reġjonali u lokali madwar l-Unjoni, kif ukoll sabiex jiġu żgurati komunikazzjoni u viżibbiltà aħjar.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 15

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  Abbażi tal-esperjenza miksuba permezz tal-investimenti appoġġati mill-FEIS, l-ammont immirat tal-fond ta' garanzija għandu jinġieb għal 35 % tat-total tal-obbligi ta' garanzija tal-UE li jiżgura livell adegwat ta' protezzjoni.

(15)  Abbażi tal-esperjenza miksuba permezz tal-investimenti appoġġati mill-FEIS u n-nuqqas ta' appelli biex tiġi attivata l-garanzija tal-UE, jenħtieġ li l-ammont immirat tal-fond ta' garanzija jinġieb għal 35 % tat-total tal-obbligi ta' garanzija tal-UE sabiex jiżgura livell adegwat ta' protezzjoni.

Emenda     12

Proposta għal regolament

Premessa 16a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16a)  Hemm bżonn ta' semplifikazzjoni fil-proċeduri għall-operazzjonijiet ta' pproċessar sabiex l-informazzjoni li l-benefiċjarji finali, b'mod speċjali l-SMEs, ikunu rikjesti jipprovdu tkun il-minimu meħtieġ biex jiġi żgurat is-suċċess tal-operazzjonijiet mingħajr ma jiġi impost piż burokratiku eċċessiv fuq l-SMEs. Fl-istess ħin, jenħtieġ li tingħata prijorità għat-trasparenza tal-proċeduri.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 17

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)  Il-BEI u l-FEI jeħtieġ li jiżguraw li l-benefiċjarji finali, inkluż l-SMEs, jiġu informati dwar l-eżistenza tal-appoġġ tal-FEIS, sabiex tittejjeb il-viżibbiltà tal-garanzija tal-UE li ngħatat skont ir-Regolament (UE) 2015/1017.

(17)  Il-BEI u l-FEI jenħtieġ li jiżguraw li l-benefiċjarji finali, kif ukoll l-investituri potenzjali mis-settur privat, inklużi l-SMEs, jiġu informati dwar l-eżistenza tal-appoġġ mill-FEIS, sabiex titqawwa l-viżibbiltà tal-garanzija tal-UE li tingħata skont ir-Regolament (UE) 2015/1017.

Emenda     14

Proposta għal regolament

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19)  L-operazzjonijiet appoġġati mill-FEIS jeħtieġ li jaderixxu mal-prinċipji tal-Unjoni ta' governanza tajba fil-qasam tat-taxxa.

(19)  L-operazzjonijiet appoġġati mill-FEIS jenħtieġ li jaderixxu f'kull aspett mal-prinċipji tal-Unjoni ta' governanza tajba fil-qasam tat-taxxa.

Emenda    15

Proposta għal regolament

Premessa 21

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21)  Iċ-Ċentru Ewropew ta' Konsulenza għall-Investiment (EIAH) għandu jittejjeb u jeħtieġ li l-attivitajiet tiegħu jiffokaw fuq ħtiġijiet mhux koperti b'mod adegwat b'arranġamenti kurrenti. Huwa jeħtieġ li jagħti attenzjoni partikolari biex jappoġġa t-tħejjija ta' proġetti li jinvolvu żewġ Stati Membri jew aktar u proġetti li jikkontribwixxu għall-kisba tal-objettivi tal-COP21. Minkejja l-objettiv tiegħu li jibni fuq servizzi konsultattivi attwali tal-BEI u tal-Kummissjoni, sabiex jaġixxi bħala ċentru uniku u tekniku ta' konsulenza għall-finanzjament ta’ proġetti fi ħdan l-Unjoni, l-EIAH jeħtieġ li jikkontribwixxi wkoll b'mod attiv għall-objettiv tad-diversifikazzjoni settorjali u ġeografika tal-FEIS u jappoġġa lill-BEI meta jkun meħtieġ fil-ħolqien ta' proġetti. Huwa jeħtieġ li jikkontribwixxi wkoll b'mod attiv biex jiġu stabbiliti pjattaformi ta' investiment u jipprovdi konsulenza dwar il-kombinament ta' sorsi oħra ta' finanzjament tal-Unjoni mal-FEIS.

(21)  Jenħtieġ li ċ-Ċentru Ewropew ta' Konsulenza għall-Investiment (EIAH) jissaħħaħ, inkluża l-possibbiltà li jiżdied il-baġit tiegħu jekk u meta jkun iġġustifikat, u li l-attivitajiet tiegħu jiffokaw fuq il-ħtiġijiet li ma jkunux koperti b'mod adegwat bl-arranġamenti kurrenti. Jenħtieġ li jagħti attenzjoni partikolari biex jappoġġa t-tħejjija tal-proġetti li jinvolvu żewġ Stati Membri jew aktar u l-proġetti li jikkontribwixxu għall-kisba tal-objettivi tal-Istrateġija Ewropa 2020 u tal-COP21. Minkejja l-objettiv tiegħu li jibni fuq is-servizzi konsultattivi attwali tal-BEI u tal-Kummissjoni, sabiex jaġixxi bħala ċentru uniku ta' konsulenza teknika għall-finanzjament ta' proġetti fi ħdan l-Unjoni, l-EIAH jenħtieġ li jikkontribwixxi wkoll b'mod attiv għall-objettiv tad-diversifikazzjoni settorjali u ġeografika tal-FEIS u jappoġġa lill-BEI meta jkun meħtieġ fil-ħolqien ta' proġetti. Jenħtieġ li jikkontribwixxi wkoll b'mod attiv biex jiġu stabbiliti pjattaformi ta' investiment u jipprovdi konsulenza dwar it-tagħqid ta' sorsi oħra ta' finanzjament tal-Unjoni mal-FEIS.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Regolament (UE) Nru 2015/1017

Artikolu 5 – paragrafu 1 – subparagrafi 3, 4 u 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sabiex in-nuqqasijiet tas-suq jew sitwazzjonijiet ta' investiment subottimali jiġu indirizzati aħjar, attivitajiet speċjali tal-BEI appoġġati mill-FEIS għandu tipikament ikollhom karatteristiċi bħal subordinazzjoni, parteċipazzjoni fi strument għall-kondiviżjoni tar-riskju, karatteristiċi transfruntiera, skopertura għal riskji speċifiċi jew aspetti identifikabbli oħrajn, kif deskritt f'aktar dettall fl-Anness II.

Sabiex il-fallimenti tas-suq jew is-sitwazzjonijiet ta' investiment subottimali jiġu indirizzati aħjar, l-attivitajiet speċjali tal-BEI appoġġati mill-FEIS għandhom jiġu kkunsidrati bħala vetturi tal-addizzjonalità meta mqabbla ma' strumenti finanzjarji oħra tal-BEI, tal-FEI jew tal-Unjoni u tipikament ikollhom karatteristiċi bħal subordinazzjoni, parteċipazzjoni fi strumenti għall-kondiviżjoni tar-riskju, karatteristiċi transkonfinali, esponiment għal riskji speċifiċi jew aspetti identifikabbli oħrajn, kif deskritt f'aktar dettall fl-Anness II.

Proġetti tal-BEI li jkollhom riskju aktar baxx mir-riskju minimu f'attivitajiet speċjali tal-BEI jistgħu wkoll ikunu sostnuti mill-FEIS jekk l-użu tal-garanzija tal-UE ikun mitlub jiżgura addizzjonalità kif definit fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu.

Il-proġetti tal-BEI li jkollhom riskju aktar baxx mir-riskju minimu applikabbli għall-attivitajiet speċjali tal-BEI jistgħu wkoll ikunu appoġġati mill-FEIS jekk l-użu tal-garanzija tal-UE ikun rikjest biex jiżgura l-addizzjonalità kif definit fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu.

Għandu jiġi kkunsidrat li anke l-proġetti apoġġati mill-FEIS li jikkonsistu f'infrastruttura fiżika li tikkollega żewġ Stati Membri jew aktar jew fl-estensjoni tal-infrastruttura fiżika jew is-servizzi marbuta ma' infrastruttura fiżika minn Stat Membru wieħed għal Stat Membru wieħed jew diversi Stati Membri, jipprovdu l-addizzjonalità.

 

Emenda     17

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Regolament (UE) Nru 2015/1017

Artikolu 6 – paragrafu 1 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

"Il-Ftehim dwar il-FEIS" għandu jipprevedi li l-FEIS jagħti appoġġlil proġetti li jindirizzaw nuqqasijiet tas-suq jew sitwazzjonijiet ta' investiment subottimali u li:;

"Il-Ftehim dwar il-FEIS" għandu jipprevedi li l-FEIS għandu jagħti appoġġ lill-proġetti li jindirizzaw fallimenti tas-suq jew sitwazzjonijiet ta' investiment subottimali, inkluż bl-iskop li tinkiseb distribuzzjoni ġeografika tal-investimenti aktar ibbilanċjata, u li:;

Emenda    18

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4 – punt d

Regolament (UE) Nru 2015/1017

Artikolu 7 – paragrafu 12 – subparagrafu 2 – it-tieni sentenza

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Id-deċiżjonijiet li japprovaw l-użu tal-garanzija tal-UE għandhom ikunu pubbliċi u aċċessibbli, u jinkludu r-raġuni għad-deċiżjoni, b'fokus partikolari fuq il-konformità mal-kriterju tal-addizzjonalità. Il-pubblikazzjoni ma għandhiex tinkludi informazzjoni kummerċjalment sensittiva. Biex jilħaq id-deċiżjoni tiegħu, il-Kumitat tal-Investiment għandu jiġi appoġġat mid-dokumentazzjoni pprovduta mill-BEI.

Id-deċiżjonijiet li japprovaw l-użu tal-garanzija tal-UE għandhom ikunu pubbliċi u aċċessibbli, u għandhom jinkludu r-raġuni għad-deċiżjoni, b'fokus partikolari fuq il-konformità mal-kriterju tal-addizzjonalità u mal-objettivi tal-politiki tal-Unjoni. Tali deċiżjonijiet għandhom jinkludu wkoll informazzjoni dwar jekk il-kriterji ta' eliġibbiltà msemmija fl-Artikolu 6 ġewx sodisfatti u jekk intużatx it-tabella ta' valutazzjoni tal-indikaturi msemmija fil-paragrafu 14 ta' dan l-Artikolu. Il-pubblikazzjoni ma għandhiex tinkludi informazzjoni kummerċjalment sensittiva. Biex jilħaq id-deċiżjoni tiegħu, il-Kumitat tal-Investiment għandu jiġi jkollu s-sostenn tad-dokumentazzjoni pprovduta mill-BEI.

Emenda     19

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt c

Regolament (UE) Nru 2015/1017

Artikolu 9 – paragrafu 3 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  il-31 ta' Diċembru 2020, għall-operazzjonijiet tal-BEI li għalihom ikun ġie ffirmat kuntratt bejn il-BEI u l-benefiċjarju jew intermedjarju finanzjarju sal-31 ta' Diċembru 2022;

(a)  il-31 ta' Diċembru 2020, għall-operazzjonijiet tal-BEI li għalihom ikun ġie ffirmat kuntratt bejn il-BEI u l-benefiċjarju jew intermedjarju finanzjarju sal-31 ta' Diċembru 2021;

Emenda     20

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt c

Regolament (UE) Nru 2015/1017

Artikolu 9 – paragrafu 3 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  il-31 ta' Diċembru 2020, għall-operazzjonijiet tal-FEI li għalihom ikun ġie ffirmat kuntratt bejn il-FEI u l-intermedjarju finanzjarju sal-31 ta' Diċembru 2022.;

(b)  il-31 ta' Diċembru 2020, għall-operazzjonijiet tal-FEI li għalihom ikun ġie ffirmat kuntratt bejn il-FEI u l-intermedjarju finanzjarju sal-31 ta' Diċembru 2021.;

Emenda     21

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 –punt d

Regolament (UE) Nru 2015/1017

Artikolu 9 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  jitħassar il-paragrafu 4.;

imħassar

Emenda    22

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9 – punt b – punt i

Regolament (UE) Nru 2015/1017

Artikolu 14 – paragrafu 2 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  l-istimulazzjoni tal-għarfien lokali biex jiġi faċilitat l-appoġġ tal-FEIS fl-Unjoni kollha u biex jikkontribwixxi meta jkun possibbli għall-objettiv ta' diversifikazzjoni settorjali u ġeografika tal-FEIS imsemmija fit-Taqsima 8 tal-Anness II billi jagħti appoġġ lill-BEI boex joriġina operazzjonijiet;

(c)  l-isfruttament tal-għarfien lokali, reġjonali u nazzjonali, il-kollaborazzjoni aktar mill-qrib mal-awtoritajiet tal-Istati Membri u l-iffokar fuq il-bini tal-kapaċitajiet biex jiġi faċilitat l-użu tal-appoġġ mill-FEIS fl-Unjoni kollha u meta jkun possibbli l-kontribut għall-objettiv ta' diversifikazzjoni settorjali u ġeografika tal-FEIS imsemmi fit-Taqsima 8 tal-Anness II billi jagħti appoġġ lill-BEI biex joriġina operazzjonijiet;

Emenda     23

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9 – punt b – punt ii

Regolament (UE) Nru 2015/2017

Artikolu 14 – paragrafu 2 – punt e

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  l-għoti ta' appoġġ proattiv dwar it-twaqqif ta' pjattaformi ta' investiment;

(e)  l-għoti ta' appoġġ proattiv dwar it-twaqqif ta' pjattaformi ta' investiment, bl-intenzjoni li simultanjament jiġu appoġġati l-proġetti fuq skala iżgħar, filwaqt li ma tintesiex il-ħtieġa li jiġi sodisfatt ir-rekwiżit ta' innovattività;

Emenda    24

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9 – punt b – punt iii

Regolament (UE) Nru 2015/1017

Artikolu 14 – paragrafu 2 – punt f

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)  il-provvediment ta' parir dwar il-kombinament ta' sorsi oħra ta' finanzjament tal-Unjoni (bħall-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej, l-Orizzont 2020 u l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa) mal-FEIS.

(f)  l-għoti ta' konsulenza dwar il-komplementarjetà ta' sorsi oħra u s-sinerġiji potenzjali tal-finanzjament u l-investimenti tal-Unjoni (bħall-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej, Orizzont 2020 u l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa) mal-FEIS.

Emenda    25

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9 –punt c

Regolament (UE) Nru 2015/1017

Artikolu 14 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Sabiex jintlaħaq l-objettiv imsemmi fil-paragrafu 1 u biex tiġi faċilitata l-provvediment ta' appoġġ konsultattiv fil-livell lokali, l-EIAH għandu jfittex li juża l-għarfien espert tal-BEI, tal-Kummissjoni, tal-banek jew tal-istituzzjonijiet promozzjonali nazzjonali u tal-awtoritajiet amministrattivi tal-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej.

5.  Sabiex jintlaħaq l-objettiv imsemmi fil-paragrafu 1 u sabiex jiġi faċilitat l-għoti ta' appoġġ konsultattiv fil-livelli lokali, reġjonali u nazzjonali, l-EIAH għandu jfittex li juża l-għarfien espert tal-BEI, tal-Kummissjoni, tal-banek jew tal-istituzzjonijiet promozzjonali nazzjonali u tal-awtoritajiet maniġerjali tal-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej.

Emenda     26

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9 – punt da (ġdid)

Regolament (UE) Nru 2015/1017

Artikolu 14 – paragrafu 9a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da)  Jiżdied il-paragrafu 9a li ġej:

 

"9a. Sabiex jiżgura li l-EIAH ikun jista' jwettaq l-attivitajiet tiegħu u jikkontribwixxi għall-objettiv tad-diversifikazzjoni settorjali u ġeografika tal-FEIS, il-BEI jista' jippreżenta talba ġġustifikata lill-Kummissjoni għal żieda fil-baġit tal-EIAH."

Emenda     27

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9a (ġdid)

Regolament (UE) Nru 2015/1017

Artikolu 16 – paragrafu 2

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

"(9a)  L-Artikolu 16(2) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"2.  Il-BEI, f'kooperazzjoni mal-FEI fejn xieraq, għandu jippreżenta rapport annwali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-operazzjonijiet ta' finanzjament u ta' investiment tal-BEI koperti minn dan ir-Regolament. Ir-rapport għandu jsir pubbliku u għandu jinkludi:

"2.  Il-BEI għandu jippreżenta rapport biennali lill-Parlament Ewropew dwar l-operazzjonijiet ta' investiment approvati. Ir-rapport għandu sussegwentement isir pubbliku u aċċessibbli:

 

Ir-rapport għandu jinkludi:

(a)  valutazzjoni tal-operazzjonijiet ta' finanzjament u ta' investiment tal-BEI fil-livell operattiv, settorjali u reġjonali u l-konformità tagħhom ma' dan ir-Regolament, b'mod partikolari mal-kriterju tal-għoti ta’ addizzjonalità, flimkien ma' valutazzjoni tal-allokazzjoni tal-operazzjonijiet ta' finanzjament u ta' investiment tal-BEI bejn l-objettivi ġenerali stipulati fl-Artikolu 9(2);

(a)  valutazzjoni tal-operazzjonijiet ta' finanzjament u ta' investiment tal-BEI fil-livell settorjali, fil-livell tal-pajjiżi u f'dak reġjonali, u l-konformità tagħhom ma' dan ir-Regolament, b'mod partikolari fir-rigward tal-konformità mal-kriterju tal-addizzjonalità;

(b)  valutazzjoni tal-valur miżjud, il-mobilizzazzjoni tar-riżorsi mis-settur privat, l-outputs stmati u dawk effettivi, kif ukoll l-eżiti u l-impatt tal-operazzjonijiet ta' finanzjament u ta' investiment tal-BEI fuq bażi aggregata, inkluż l-impatt fuq il-ħolqien tal-impjiegi;

 

(c)  valutazzjoni ta' kemm l-operazzjonijiet koperti minn dan ir-Regolament jikkontribwixxu għall-kisba tal-objettivi ġenerali stipulati fl-Artikolu 9(2) inkluża valutazzjoni tal-livell ta' investimenti tal-FEIS fl-oqsma tar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni u t-trasport (inklużi t-TEN-T u l-mobbiltà urbana), it-telekomunikazzjoni, l-infrastruttura tal-enerġija u l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija;

(c)  valutazzjoni ta' kemm l-operazzjonijiet koperti minn dan ir-Regolament jikkontribwixxu għall-kisba tal-objettivi ġenerali tal-UE, inkluża valutazzjoni tal-livell tal-investimenti mill-FEIS fl-oqsma tar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni, it-trasport, it-telekomunikazzjoni, l-infrastruttura tal-enerġija u l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija;

(d)  valutazzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti dwar l-użu tal-garanzija tal-UE u mal-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni msemmija fl-Artikolu 4(2)(f)(iv);

 

(e)  valutazzjoni tal-effetti ta' lieva miksuba minn proġetti sostnuti mill-FEIS;

(e)  valutazzjoni tal-effetti ta' lieva reali miksub mill-proġetti appoġġati mill-FEIS;

(f)  deskrizzjoni tal-proġetti fejn is-sostenn tal-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej huwa kkombinat mas-sostenn tal-FEIS, u l-ammont totali tal-kontribuzzjonijiet minn kull sors;

(f)  deskrizzjoni tal-proġetti fejn l-appoġġ mill-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej jiġi magħqud mal-appoġġ mill-FEIS, u l-ammont totali tal-kontribuzzjonijiet minn kull sors;

(g)  l-ammont finanzjarju ttrasferit lill-benefiċjarji u valutazzjoni tal-operazzjonijiet ta' finanzjament u ta' investiment tal-BEI fuq bażi aggregata;

(g)  l-ammont finanzjarju ttrasferit lill-intermedjarji finanzjarji u lill-benefiċjarji finali, data statistika analitika għal kull proġett iffinanzjat, inklużi t-tranżazzjonijiet ta' self mill-FEIS permezz ta' intermedjarji finanzjarji u valutazzjoni tal-operazzjonijiet ta' finanzjament u ta' investiment tal-BEI fuq bażi diżaggregata;

 

(ga)  valutazzjonijiet ex ante u ex post indipendenti għal kull proġett, bi spjegazzjoni dettaljata tal-indikaturi u l-kriterji li ntużaw għall-għażla u l-evalwazzjoni;

 

(gb)  valutazzjoni tal-valur miżjud tal-operazzjonijiet individwali ta' finanzjament u ta' investiment tal-BEI, u tar-riskju aggregat assoċjat ma' dawk l-operazzjonijiet;

 

(gc)  ir-rapporti finanzjarji dwar l-operazzjonijiet ta' finanzjament u ta' investiment tal-BEI koperti minn dan ir-Regolament li jkunu ġew awditjati minn awditur estern indipendenti;

(h)  valutazzjoni tal-valur miżjud tal-operazzjonijiet ta' finanzjament u ta' investiment, u tar-riskju aggregat assoċjat ma' dawk l-operazzjonijiet;

(h)  valutazzjoni tal-valur miżjud tal-operazzjonijiet ta' finanzjament u ta' investiment tal-BEI, u tar-riskju aggregat assoċjat ma' dawk l-operazzjonijiet;

(i)  informazzjoni dettaljata dwar l-attivar tal-garanzija tal-UE, telf, qligħ, ammonti rkuprati u kwalunkwe ħlasijiet oħra li jkunu ddaħħlu;

(i)  informazzjoni dettaljata dwar l-appelli biex tiġi attivata l-garanzija tal-UE, it-telf, ir-redditu, l-ammonti rkuprati u kwalunkwe ħlasijiet oħra li jidħlu;

(j)  ir-rapporti finanzjarji dwar l-operazzjonijiet ta' finanzjament u ta' investiment tal-BEI koperti minn dan ir-Regolament awditjati minn awditur estern indipendenti.

(j)  ir-rapporti finanzjarji dwar l-operazzjonijiet ta' finanzjament u ta' investiment tal-BEI koperti minn dan ir-Regolament awditjati minn awditur estern indipendenti.

Emenda     28

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 10 – punt aa (ġdid)

Regolament (UE) Nru 2015/1017

Artikolu 18 – paragrafu 6 – subparagrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa)  fil-paragrafu 6 jiżdied is-subparagrafu li ġej:

 

"Ir-rapport li għandu jiġi ppreżentat sat-30 ta' Ġunju 2020, fejn ikun xieraq, għandu jiġi akkumpanjat bi proposta leġiżlattiva biex dan ir-Regolament jiġi emendat bil-ħsieb li jew jiġi stabbilit perjodu ta' investiment ġdid, filwaqt li jiġu indirizzati kwalunkwe nuqqasijiet identifikati u jiġi żgurat li l-investiment strateġiku jibqa' f'livell sostenibbli, jew li, fejn ir-rapport jikkonkludi li mhuwiex iġġustifikat li tinżamm skema għall-appoġġ tal-investiment, jiġi żgurat tmiem bla intoppi għall-FEIS filwaqt li tiġi ppreżervata l-garanzija tal-UE għall-operazzjonijiet li diġà jkunu ġew approvati skont dan ir-Regolament. Bi qbil mal-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet, tali proposta għandha tiġi akkumpanjata minn valutazzjoni tal-impatt.";

Emenda     29

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 10 – punt b

Regolament (UE) Nru 2015/1017

Artikolu 18 – paragrafi 7 u 8

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  il-paragrafi 7 u 8 jitħassru.;

imħassar

Emenda     30

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 10a (ġdid)

Regolament (UE) Nru 2015/1017

Artikolu 19 – paragrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(10a)  L-Artikolu 19(1) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"F'konformità mal-politiki tiegħu dwar it-trasparenza u l-prinċipji ġenerali tal-Unjoni dwar l-aċċess ta' dokumenti u informazzjoni, il-BEI għandu jippubblika fuq is-sit elettroniku tiegħu informazzjoni relatata mal-operazzjonijiet ta' finanzjament u ta' investiment kollha tal-BEI koperti minn dan ir-Regolament, inkluż dwar ir-rwol tal-intermedjarji finanzjarji, u relatata mal-mod li bih dawk l-operazzjonijiet jikkontribwixxu għall-objettivi ġenerali msemmija fl-Artikolu 9(2)."

"F'konformità mal-politiki tal-Unjoni dwar l-aċċess għad-dokumenti u l-informazzjoni, il-BEI għandu jqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku fuq is-sit tiegħu fuq l-internet l-informazzjoni relatata mal-operazzjonijiet ta' finanzjament u ta' investiment kollha tal-BEI koperti minn dan ir-Regolament, inkluż dwar ir-rwol tal-intermedjarji finanzjarji, u relatata mal-mod kif dawk l-operazzjonijiet jikkontribwixxu għall-objettivi ġenerali msemmija fl-Artikolu 9(2)."

Emenda     31

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 11a (ġdid)

Regolament (UE) Nru 2015/1017

Artikolu 20 – paragrafu 2

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(11a)  L-Artikolu 20(2) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"2.  Għall-fini tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, il-Qorti tal-Awdituri għandha, fuq talba tagħha u f'konformità mal-Artikolu 287(3) tat-TFUE, tingħata aċċess għal kwalunkwe dokument jew informazzjoni li tkun teħtieġ biex twettaq il-kompitu tagħha."

"2.  Għall-fini tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, il-Qorti tal-Awdituri għandha, fuq talba tagħha stess u f'konformità mal-Artikolu 287(3) tat-TFUE, tingħata aċċess sħiħ għal kwalunkwe dokument jew informazzjoni li tkun teħtieġ biex twettaq il-kompitu tagħha."

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

L-estensjoni tad-durata tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi kif ukoll l-introduzzjoni ta’ titjib tekniku għal dan il-Fond u għaċ-Ċentru Ewropew ta’ Konsulenza għall-Investimenti

Referenzi

COM(2016)0597 – C8-0375/2016 – 2016/0276(COD)

Kumitati responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

3.10.2016

ECON

3.10.2016

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

CONT

15.12.2016

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Hannu Takkula

21.11.2016

Rapporteur għal opinjoni sostitut(a)

Michael Theurer

Artikolu 55 – Proċedura b’kumitati konġunti

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

       

       

19.1.2017

Eżami fil-kumitat

22.3.2017

 

 

 

Data tal-adozzjoni

12.4.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

18

4

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Nedzhmi Ali, Jonathan Arnott, Inés Ayala Sender, Tamás Deutsch, Martina Dlabajová, Luke Ming Flanagan, Ingeborg Gräßle, Cătălin Sorin Ivan, Jean-François Jalkh, Arndt Kohn, Bogusław Liberadzki, Fulvio Martusciello, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Claudia Schmidt, Bart Staes, Hannu Takkula, Indrek Tarand, Marco Valli, Derek Vaughan, Joachim Zeller

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Monika Hohlmeier, Julia Pitera, Miroslav Poche

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

18

+

ALDE

PPE

S&D

Greens

Nedzhmi Ali, Martina Dlabajová, Hannu Takkula

Tamás Deutsch, Ingeborg Gräßle, Monika Hohlmeier, Fulvio Martusciello, Julia Pitera, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Claudia Schmidt

Inés Ayala Sender, Cătălin Sorin Ivan, Arndt Kohn, Bogusław Liberadzki, Miroslav Poche, Derek Vaughan

Bart Staes, Indrek Tarand

4

-

EFDD

ENF

GUE/NGL

Jonathan Arnott, Marco Valli

Jean-François Jalkh

Luke Ming Flanagan

1

0

PPE

Joachim Zeller

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

OPINJONI tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (2.3.2017)

għall-Kumitat għall-Baġits u l-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda r-Regolamenti (UE) Nru 1316/2013 u (UE) 2015/1017 fir-rigward tal-estensjoni tad-durata tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi kif ukoll l-introduzzjoni ta' titjib tekniku għal dan il-Fond u għaċ-Ċentru Ewropew ta' Konsulenza għall-Investimenti
(COM(2016)0597 – C8-0375/2016 – 2016/0276(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Krzysztof Hetman

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Fl-2014, il-Kummissjoni Ewropea, flimkien mal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI), bħala sieħeb strateġiku, ħabbret il-Pjan ta' Investiment għall-Ewropa permezz tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS) bħala fattur ċentrali tagħha. Ir-Regolament FEIS daħal fis-seħħ f'Lulju 2015 u ġie stabbilit inizjalment għal perjodu ta' tliet snin. L-għan tal-FEIS kien biex tingħata spinta lill-irkupru ekonomiku Ewropew u l-kompetittività, billi jiġu ġġenerati EUR 315 biljun f'finanzjament pubbliku u privat għal investimenti strateġiċi. Dan tfassal biex jikkomplementa fondi u azzjonijiet oħra tal-Unjoni Ewropea u jikkontribwixxi għall-objettiv ta' koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali madwar l-Unjoni.

Fl-14 ta' Settembru 2016, il-Kummissjoni pproponiet regolament sabiex testendi l-FEIS, sabiex jiġi kopert il-perjodu sa tmiem il-Qafas Finanzjarju Pluriennali attwali kif ukoll jiġi żviluppat il-pjan ta' investiment tagħha biex timmobilizza mill-inqas EUR 500 biljun sal-2020. Biex jintlaħaq dan l-objettiv, il-Kummissjoni qed tipproponi li żżid il-garanzija tal-UE minn EUR 16-il biljun għal EUR 26 biljun, filwaqt li l-BEI għandu jżid il-kapital tiegħu minn EUR 5 biljun għal EUR 7.5 biljun. Il-Kummissjoni qed tippjana li żżomm il-kunċett ċentrali ta' addizzjonalità tal-FEIS, jiġifieri li jiġu appoġġati biss l-operazzjonijiet li jindirizzaw nuqqasijiet tas-suq jew sitwazzjonijiet ta' investiment subottimali. Bil-proposta tagħha, il-Kummissjoni għandha l-intenzjoni wkoll li tittejjeb il-kopertura ġeografika tal-FEIS u ssaħħaħ l-użu tiegħu f'reġjuni inqas żviluppati. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni qed tippjana li tħeġġeġ biex il-FEIS jiġi kkombinat ma' sorsi oħra ta' finanzjament tal-UE. Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni qed tippjana li ttejjeb it-trasparenza tad-deċiżjonijiet ta' investiment u l-proċeduri ta' governanza.

Ir-rapporteur għal opinjoni b'mod ġenerali huwa favur il-proposta u l-estensjoni tal-FEIS, għalkemm xi nuqqasijiet importanti għandhom jiġu enfasizzati. Hemm żbilanċ viżibbli bejn l-użu tal-FEIS fl-EU-15 (91 % tal-FEIS) u l-EU-13 (9 % tal-FEIS), bi Stat Membru wieħed li ma uża l-ebda finanzjament mill-FEIS. Il-proposta li tikkombina l-FEIS mal-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (Fondi SIE) għandha potenzjal li tikseb ir-riżultati mixtieqa u ttejjeb din is-sitwazzjoni. Madankollu, għandu jiġi enfasizzat li l-politika ta' koeżjoni, bħala politika ta' investiment ewlenija tal-UE, li rriżultat effikaċi mhux biss fil-ħolqien ta' investimenti, iżda wkoll fl-appoġġ tar-riformi strutturali, l-iżvilupp tal-kapital uman u l-ħolqien ta' impjiegi sostenibbli. Għalhekk, huwa meħtieġ li jiġi żgurat li l-FEIS ma jissostitwixxix jew jeskludi fondi u strumenti oħra tal-UE, b'mod partikolari l-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej, anki fil-qafas ta’ prospettivi finanzjarji futuri.

Barra minn hekk, hemm ukoll żbilanċ settorjali fil-proġetti appoġġati mill-FEIS, bi ftit li xejn investimenti soċjali appoġġati minn dan il-mekkaniżmu. Ir-raġuni għal dan tista' tkun profittabilità diretta inqas viżibbli tal-investimenti soċjali u ta' sikwit kapaċità amministrattiva aktar dgħajfa u anqas esperjenza ta' atturi soċjali meta jittrattaw proġetti ta' investiment kbar. Madankollu, ir-rapporteur għal opinjoni jemmen li huwa vitali li l-potenzjal soċjali u uman sħiħ tal-FEIS jitpoġġa fuq bażi soda u li l-parteċipazzjoni ta' atturi soċjali tiġi appoġġata u ffaċilitata, biex meta tiġi implimentata b'mod għaqli, tkun tista' tirriżulta f'aktar impjiegi u tkabbir sostenibbli. Għal dan l-għan, ir-rapporteur għal opinjoni huwa tal-fehma li l-attivitajiet taċ-Ċentru Ewropew ta' Konsulenza għall-Investimenti jenħtieġ li jissaħħaħ u jkun ugwalment aċċessibbli għall-partijiet interessati rilevanti kollha, inklużi l-intrapriżi soċjali u s-servizzi soċjali.

Fl-aħħar nett, ir-rapporteur għal opinjoni jesprimi t-tħassib tiegħu dwar in-nuqqas ta' data dwar l-għadd ta' impjiegi, u b'mod partikolari ta' impjiegi sostenibbli, li nħolqu minħabba proġetti appoġġati mill-FEIS. Il-ġbir ta' dan it-tip ta' data jista' jkun ta' benefiċċju kbir għall-valutazzjoni ġenerali tar-riżultati tal-FEIS fil-futur.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali jistieden lill-Kumitat għall-Baġits u lill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, bħala l-kumitati responsabbli, sabiex jikkunsidraw l-emendi li ġejjin:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  Minn meta ġie ppreżentat il-Pjan ta' Investiment għall-Ewropa f'Novembru 20143, il-kundizzjonijiet għat-teħid tal-investiment tjiebu u qed terġa' tinkiseb il-fiduċja fit-tkabbir u fl-ekonomija tal-Ewropa. L-Unjoni issa tinsab fir-raba' sena ta' rkupru moderat, bil-Prodott Domestiku Gross jikber bi 2 % fl-2015. L-isforzi komprensivi li ġew mibdija bil-Pjan ta' Investiment diġà qed jagħtu riżultati konkreti, minkejja li l-effetti makroekonomiċi ta' proġetti ta' investiment akbar ma jistgħux ikunu immedjati. L-investiment huwa mistenni jirkupra gradwalment matul l-2016 u l-2017, għalkemm għadu taħt livelli storiċi.

(1)  Minn meta ġie ppreżentat il-Pjan ta' Investiment għall-Ewropa f'Novembru 20143, il-kundizzjonijiet għat-teħid tal-investiment tjiebu u qed terġa' tinkiseb il-fiduċja fit-tkabbir u fl-ekonomija tal-Ewropa. L-Unjoni issa tinsab fir-raba' sena ta' rkupru moderat, bil-Prodott Domestiku Gross jikber bi 2 % fl-2015, iżda r-rati tal-qgħad għadhom ogħla mil-livelli tagħhom ta' qabel il-kriżi. L-isforzi komprensivi li ġew mibdija bil-Pjan ta' Investiment diġà qed jagħtu riżultati konkreti, minkejja l-fatt li għadu mhuwiex possibbli li jiġi stmat l-impatt sħiħ li l-FEIS kellu fuq it-tkabbir peress li l-effetti makroekonomiċi ta' proġetti ta' investiment akbar ma jistgħux ikunu immedjati. L-investiment huwa mistenni jirkupra gradwalment matul l-2016 u l-2017, iżda r-ritmu għadu inċert u għadu taħt il-livelli ta' qabel il-kriżi.

__________________

__________________

3 COM(2014) 903 final.

3 COM(2014) 903 final.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  Dan il-momentum pożittiv għandu jinżamm u jeħtieġ li jitkomplew l-isforzi sabiex l-investiment jitreġġa' lura għax-xejra sostenibbli tiegħu fit-tul ta' żmien. Il-mekkaniżmi għal Pjan ta' Investiment jaħdmu u jeħtieġ li jiġu rinforzati sabiex ikomplu jimmobilizzaw l-investimenti privati f'setturi importanti għall-futur tal-Ewropa u fejn għad hemm sitwazzjonijiet ta' fallimenti tas-suq jew investimenti subottimali.

(2)  Dan il-momentum pożittiv għandu jinżamm u jeħtieġ li jitkomplew l-isforzi sabiex l-investiment jitreġġa' lura għax-xejra sostenibbli tiegħu fit-tul u jilħaq l-ekonomija reali. Il-mekkaniżmi għal Pjan ta' Investiment jaħdmu u jeħtieġ li jiġu rinforzati sabiex ikomplu jimmobilizzaw l-investimenti privati fis-setturi kollha li joħolqu t-tkabbir u l-impjiegi u għalhekk huma importanti għall-futur tal-Ewropa u fejn għad hemm sitwazzjonijiet ta' fallimenti tas-suq jew investimenti subottimali.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  Il-FEIS ġie stabbilit għal perjodu inizjali ta' tliet snin u bil-għan li jimmobilizza mill-anqas EUR 315 biljun f'investimenti. Minħabba s-suċċess tiegħu, il-Kummissjoni hija impenjata li tirdoppja l-FEIS, kemm fir-rigward tad-durata, kif ukoll fir-rigward tal-kapaċità ta' finanzjament. L-estensjoni ġuridika tkopri l-perjodu tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali attwali u għandha tipprovdi total ta' mill-anqas investimenti ta' nofs triljun euro sal-2020. Sabiex tkompli ssaħħaħ aktar il-FEIS u tilħaq l-għan li tirdoppja l-mira tal-investiment, jeħtieġ li l-Istati Membri jikkontribwixxu wkoll bi prijorità.

(6)  Il-FEIS ġie stabbilit, bħala pjan ta' emerġenza, għal perjodu inizjali ta' tliet snin u bil-għan li jimmobilizza mill-anqas EUR 315 biljun f'investimenti. Il-Kummissjoni hija impenjata li tirdoppja l-FEIS, kemm fir-rigward tad-durata, kif ukoll fir-rigward tal-kapaċità ta' finanzjament. L-estensjoni ġuridika tkopri l-perjodu tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali attwali u għandha tipprovdi total ta' mill-anqas investimenti ta' nofs triljun euro sal-2020. Sabiex tkompli ssaħħaħ aktar il-FEIS u tilħaq l-għan li tirdoppja l-mira tal-investiment, jeħtieġ li l-Istati Membri jikkontribwixxu wkoll bi prijorità.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Għall-perjodu wara l-2020, il-Kummissjoni biħsiebha tressaq il-proposti meħtieġa sabiex tiżgura li l-investiment strateġiku se jkompli f'livell sostenibbli.

(7)  Għall-perjodu wara l-2020, il-Kummissjoni biħsiebha tressaq il-proposti meħtieġa sabiex tiżgura li l-investiment strateġiku se jkompli f'livell sostenibbli. Jenħtieġ li ssir valutazzjoni tal-impatt komprensiva mill-Kummissjoni biex tiġi ġustifikata proposta futura.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 8

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  Il-FEIS estiż għandu jindirizza l-fallimenti tas-suq u sitwazzjonijiet ta' investiment subottimali u jkompli jimmobilizza l-finanzjament tas-settur privat f'investimenti kruċjali għall-ħolqien tax-xogħol futur – inkluż l-impjieg taż-żgħażagħ –, it-tkabbir u l-kompetittività b'tisħiħ fl-addizzjonalità. Dan jinkludu investimenti fl-oqsma tal-enerġija, l-ambjent u l-azzjoni klimatika, il-kapital soċjali u uman u l-infrastruttura relatata, il-kura tas-saħħa, ir-riċerka u l-innovazzjoni, it-trasport transfruntier u sostenibbli, kif ukoll it-trasformazzjoni diġitali. B'mod partikolari, il-kontribut tal-operazzjonijiet appoġġati mill-FEIS biex jinkisbu l-miri ambizzjużi tal-Unjoni stabbiliti fil-Konferenza tal-Klima ta' Pariġi (COP21) għandu jkun rinforzat. Proġetti prijoritarji ta' interkonnessjoni tal-enerġija u proġetti tal-effiċjenza enerġetika għandhom ikunu mmirati dejjem aktar. Barra minn hekk, l-appoġġ tal-FEIS għall-awtostradi għandu jiġi evitat, sakemm ma jkunx meħtieġ biex jappoġġa l-investiment privat fit-trasport f'pajjiżi tal-koeżjoni jew fi proġetti ta' trasport transfruntier li jinvolvi mill-anqas pajjiżi ta' koeżjoni wieħed. Għal raġunijiet ta' ċarezza, għalkemm huma diġà eliġibbli, jeħtieġ li jiġi stabbilit b'mod espliċitu li l-proġetti fl-oqsma tal-agrikoltura, is-sajd u l-akkwakultura jaqgħu fl-objettivi ġenerali eliġibbli għall-appoġġ tal-FEIS.

(8)  Il-FEIS estiż għandu jindirizza l-fallimenti tas-suq u sitwazzjonijiet ta' investiment subottimali u jkompli jimmobilizza l-finanzjament tas-settur privat f'investimenti kruċjali għall-futur tal-Ewropa f'dak li għandu x'jaqsam mal-ħolqien tax-xogħol ta' kwalità – inkluż l-impjieg taż-żgħażagħ –, it-tkabbir inklużiv u l-kompetittività, li jsaħħu l-impatt soċjali u tal-impjiegi, b'tisħiħ fl-addizzjonalità. Dawn jinkludu investimenti fl-oqsma tal-enerġija, l-ambjent u l-azzjoni klimatika, il-kapital soċjali u uman u l-infrastruttura relatata, l-ekonomija soċjali, il-kura tas-saħħa, ir-riċerka u l-innovazzjoni, it-trasport transfruntier u sostenibbli, kif ukoll it-trasformazzjoni diġitali. Il-kontribut tal-operazzjonijiet appoġġati mill-FEIS biex jinkisbu l-miri ambizzjużi tal-Unjoni stabbiliti fil-Konferenza tal-Klima ta' Pariġi (COP21) għandu jkun rinforzat. Proġetti prijoritarji ta' interkonnessjoni tal-enerġija u proġetti tal-effiċjenza enerġetika għandhom ikunu mmirati dejjem aktar. Barra dan, jenħtieġ li l-proġetti relatati mal-infrastruttura soċjali jkunu mmirati sew. Barra minn hekk, l-appoġġ tal-FEIS għall-awtostradi għandu jiġi evitat, sakemm ma jkunx meħtieġ biex jappoġġa l-investiment privat fit-trasport f'pajjiżi ta' koeżjoni jew fi proġetti ta' trasport transfruntier li jinvolvu mill-anqas wieħed mill-pajjiżi ta' koeżjoni. Għal raġunijiet ta' ċarezza, għalkemm huma diġà eliġibbli, jeħtieġ li jiġi stabbilit b'mod espliċitu li l-proġetti fl-oqsma tal-agrikoltura, is-sajd u l-akkwakultura jaqgħu fl-objettivi ġenerali eliġibbli għall-appoġġ tal-FEIS. Minħabba r-rati għoljin ta' faqar u esklużjoni soċjali fl-Ewropa, jenħtieġ li jiġu rinforzati l-operazzjonijiet appoġġati mill-FEIS sabiex tiġi indirizzata din il-kwistjoni.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 8a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8a)  Barra minn hekk, huwa xieraq li tissaħħaħ id-dimensjoni soċjali tal-implimentazzjoni tal-FEIS bħall-edukazzjoni, it-taħriġ u t-taħriġ vokazzjonali għal ħiliet u tagħlim tul il-ħajja, l-innovazzjoni fil-kura tas-saħħa u l-mediċini, is-servizzi soċjali, l-akkomodazzjoni soċjali u l-kura tat-tfal.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 8b (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8b)  Ir-riżultati inizjali jiżvelaw li Stati Membri b'kapaċità teknika u amministrattiva akbar, kif ukoll l-istituzzjonijiet finanzjarji, qed jieħdu vantaġġ akbar mill-FEIS. Sabiex tissaħħaħ il-kapaċità ta' xi Stati Membri fit-teħid ta' vantaġġ mill-FEIS, il-BEI u l-Kummissjoni jenħtieġ li jaħdmu aktar biex jappoġġjaw lil dawk li jaqgħu lura. Għal dan l-għan, jenħtieġ li jiġu rilaxxati b'mod regolari ċifri ġodda u aġġornamenti, u l-ewwel analiżi kwalitattiva u kwantitattiva preċiża tar-riżultati ppubblikata sa mhux aktar tard mill-2018. Kwalunkwe analiżi bħal din jenħtieġ li tinkludi valutazzjonijiet indipendenti fuq il-bażi tal-esperjenza akkwistata s'issa, b'enfasi speċjali fuq l-għadd ta' impjiegi maħluqa u l-impatti tal-investimenti tal-FEIS fuq l-impjiegi diretti u indiretti. Jenħtieġ li jiġu stabbiliti miri f'termini ta' objettivi relatati mat-tkabbir u l-impjiegi.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  L-addizzjonalità, karatteristika ewlenija tal-FEIS, għandha tissaħħaħ fl-għażla tal-proġetti. B'mod partikolari, l-operazzjonijiet għandhom ikunu eliġibbli biss għall-appoġġ tal-FEIS jekk huma jindirizzaw nuqqasijiet tas-suq identifikati b'mod ċar jew sitwazzjonijiet ta' investiment subottimali. L-operazzjonijiet fl-infrastruttura taħt it-Tieqa għall-Infrastruttura u l-Innovazzjoni li jorbtu żewġ Stati Membri jew aktar, inkluż l-e-infrastruttura, għandhom jiġu kkunsidrati addizzjonali minħabba d-diffikultà inerenti tagħhom u l-valur miżjud għoli tagħhom għall-Unjoni.

(9)  L-addizzjonalità, karatteristika ewlenija tal-FEIS, jenħtieġ li tiġi definita b'mod aktar ċar u tissaħħaħ fl-għażla tal-proġetti. B'mod partikolari, l-operazzjonijiet għandhom ikunu eliġibbli biss għall-appoġġ tal-FEIS jekk huma jindirizzaw nuqqasijiet tas-suq identifikati b'mod ċar jew sitwazzjonijiet ta' investiment subottimali. L-operazzjonijiet fl-infrastruttura taħt it-Tieqa għall-Infrastruttura u l-Innovazzjoni li jorbtu żewġ Stati Membri jew aktar, inkluż l-e-infrastruttura, għandhom jiġu kkunsidrati addizzjonali minħabba d-diffikultà inerenti tagħhom u l-valur miżjud għoli tagħhom għall-Unjoni.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 10

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  Minħabba l-potenzjal tagħhom li jżidu l-effiċjenza tal-intervent tal-FEIS, jeħtieġ li l-operazzjonijiet imħallta li jikkombinaw forom ta' appoġġ mhux rimborsabbli u/jew strumenti finanzjarji mill-baġit tal-Unjoni, bħal dawk disponibbli taħt il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, u l-finanzjament mill-Grupp tal-BEI, inkluż il-finanzjament tal-BEI taħt l-FEIS, kif ukoll investituri oħra, jeħtieġ li jiġu inkoraġġiti. Il-finanzament imħallat jimmira li jtejjeb il-valur miżjud tal-infiq tal-Unjoni billi jattira riżorsi addizzjonali minn investituri privati u jiżgura li l-azzjonijiet appoġġati isiru ekonomikament u finanzjarjament vijabbli.

(10)  Minħabba l-potenzjal tagħhom li jżidu l-effiċjenza tal-intervent tal-FEIS, jeħtieġ li jiġu inkoraġġiti l-operazzjonijiet imħallta li jikkombinaw forom ta' appoġġ mhux rimborsabbli u/jew strumenti finanzjarji mill-baġit tal-Unjoni, bħal dawk disponibbli taħt il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, u l-finanzjament mill-Grupp tal-BEI, inkluż il-finanzjament tal-BEI taħt l-FEIS, kif ukoll investituri oħra. Il-finanzament imħallat jimmira li jtejjeb il-valur miżjud tal-infiq tal-Unjoni billi jattira riżorsi addizzjonali minn investituri privati u jiżgura li l-azzjonijiet appoġġati jsiru ekonomikament u finanzjarjament vijabbli, filwaqt li jenħtieġ li jiġu rrispettati r-regoli tal-kofinanzjament. L-FEIS jenħtieġ li jopera aktar mill-qrib mal-Fondi Strutturali u fondi tal-politika ta' koeżjoni oħra tal-UE. Madankollu, huwa kruċjali li dan ma jmurx kontra l-kisbiet jew l-għanijiet tal-Fond Soċjali Ewropew (FSE) u l-politika ta' koeżjoni tal-UE, speċjalment dawk tal-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej, u lanqas ma jissostitwixxi l-għotjiet jew jeskludihom u huwa kruċjali li l-addizzjonalità tiegħu tinżamm.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 10a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10a)  Il-potenzjal tal-FEIS fit-tħeġġiġ tas-swieq tax-xogħol u l-ħolqien ta' impjiegi sostenibbli jenħtieġ li jsir aktar evidenti, bħalma hu l-każ għall-Politika ta' Koeżjoni, u jenħtieġ li tinġabar u tiġi analizzata d-data rilevanti affidabbli.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 11

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  Sabiex jiġi rinforzat l-użu tal-FEIS f'reġjuni anqas żviluppati u f'reġjuni fi tranżizzjoni, l-ambitu tal-objettivi ġenerali eliġibbli għall-appoġġ tal-FEIS għandu jiġi estiż.

(11)  Sabiex jiġi rinforzat l-użu tal-FEIS, b'mod partikolari f'żoni Ewropej b'livelli għoljin ta' qgħad u f'reġjuni anqas żviluppati u f'reġjuni fi tranżizzjoni, l-ambitu tal-objettivi ġenerali eliġibbli għall-appoġġ tal-FEIS għandu jiġi estiż, u jenħtieġ li tiġi żviluppata u implimentata kif mistħoqq strateġija għall-promozzjoni aħjar tal-finanzjament tal-FEIS, il-bini tal-kapaċitajiet, l-appoġġ amministrattiv u l-assistenza teknika lokali fir-reġjuni msemmija hawn fuq.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 16

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)  Konformi mad-domanda tas-suq eċċezzjonali għall-finanzjament tal-UE taħt l-FEIS li hija mistennija tkompli, it-Tieqa għall-SMEs tal-FEIS għandha tittejjeb. Jeħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari lill-intrapriżi soċjali, anki billi jiġu żviluppati u użati strumenti ġodda.

(16)  B'mod konformi mad-domanda tas-suq eċċezzjonali għall-finanzjament għall-SME taħt l-FEIS li hija mistennija tkompli, it-Tieqa għall-SMEs tal-FEIS għandha tittejjeb. Jeħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari lill-intrapriżi soċjali u s-servizzi soċjali, anki billi jiġu żviluppati u użati strumenti ġodda adegwati għall-ħtiġijiet u l-ispeċifiċitajiet tas-settur.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 17

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)  Il-BEI u l-FEI jeħtieġ li jiżguraw li l-benefiċjarji finali, inkluż l-SMEs, jiġu informati dwar l-eżistenza tal-appoġġ tal-FEIS, sabiex tittejjeb il-viżibbiltà tal-garanzija tal-UE li ngħatat skont ir-Regolament (UE) 2015/1017.

(17)  Il-BEI u l-FEI jeħtieġ li jiżguraw li l-benefiċjarji finali kollha jiġu informati b'mod xieraq dwar l-eżistenza tal-appoġġ tal-FEIS, sabiex tittejjeb il-viżibbiltà tal-garanzija tal-UE li ngħatat skont ir-Regolament (UE) 2015/1017 u titħeġġeġ il-parteċipazzjoni ta' proġetti ta' investiment li joffru kopertura settorjali u ġeografika wiesgħa.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Premessa 17a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(17a)  Jenħtieġ li jiġu stabbiliti kampanji ta' informazzjoni sinifikanti fl-Istati Membri biex isaħħu d-djalogu mal-awtoritajiet nazzjonali u lokali. Dan jippermetti li jiżdied l-investiment privat u tiġi evitata konċentrazzjoni settorjali u reġjonali.

Emenda    15

Proposta għal regolament

Premessa 18

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)  Bil-għan li tittejb it-trasparenza tal-operazzjonijiet tal-FEIS, il-Kumitat tal-Investiment jeħtieġ li fid-deċiżjonijiet tiegħu , li jkunu disponibbli għall-pubbliku u aċċessibbli, jispjega r-raġunijiet għaliex huwa jqis li operazzjoni għandha tingħata garanzija tal-UE, b'fokus partikolari fuq il-konformità mal-kriterju tal-addizzjonalità. Jeħtieġ li t-tabella ta' valutazzjoni tal-indikaturi tkun disponibbli għall-pubbliku ladarba tiġi ffirmata operazzjoni taħt il-garanzija tal-UE.

(18)  Bil-għan li tittejjeb it-trasparenza tal-operazzjonijiet tal-FEIS, il-Kumitat tal-Investiment jeħtieġ li fid-deċiżjonijiet tiegħu , li jkunu disponibbli għall-pubbliku u aċċessibbli, jispjega r-raġunijiet għaliex huwa jqis li operazzjoni għandha tingħata garanzija tal-UE, b'fokus partikolari fuq il-konformità mal-kriterju tal-addizzjonalità, kif ukoll fuq l-indikaturi tal-prestazzjoni bħall-ħolqien tax-xogħol ta' kwalità. Jeħtieġ li t-tabella ta' valutazzjoni tal-indikaturi tkun disponibbli għall-pubbliku ladarba tiġi ffirmata operazzjoni taħt il-garanzija tal-UE. Jenħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari għall-ħolqien tax-xogħol u l-investiment soċjali fil-kapaċitajiet attwali u futuri taċ-ċittadini li jinvolvu ruħhom fis-suq tax-xogħol, bl-użu ta' indikaturi soċjoekonomiċi ċari.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Premessa 19

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19)  L-operazzjonijiet appoġġati mill-FEIS jeħtieġ li jaderixxu mal-prinċipji tal-Unjoni ta' governanza tajba fil-qasam tat-taxxa.

(19)  L-operazzjonijiet appoġġati mill-FEIS jenħtieġ li jaderixxu mal-prinċipji tal-Unjoni ta' governanza tajba fil-qasam tat-taxxa, l-istrateġija aktar wiesgħa dwar il-finanzjament sostenibbli u l-acquis soċjali tagħha.

Emenda    17

Proposta għal regolament

Premessa 21

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21)  Iċ-Ċentru Ewropew ta' Konsulenza għall-Investiment (EIAH) għandu jittejjeb u jeħtieġ li l-attivitajiet tiegħu jiffokaw fuq ħtiġijiet mhux koperti b'mod adegwat b'arranġamenti kurrenti. Huwa jeħtieġ li jagħti attenzjoni partikolari biex jappoġġa t-tħejjija ta' proġetti li jinvolvu żewġ Stati Membri jew aktar u proġetti li jikkontribwixxu għall-kisba tal-objettivi tal-COP21. Minkejja l-objettiv tiegħu li jibni fuq servizzi konsultattivi attwali tal-BEI u tal-Kummissjoni, sabiex jaġixxi bħala ċentru uniku u tekniku ta' konsulenza għall-finanzjament ta' proġetti fi ħdan l-Unjoni, l-EIAH jeħtieġ li jikkontribwixxi wkoll b'mod attiv għall-objettiv tad-diversifikazzjoni settorjali u ġeografika tal-FEIS u jappoġġa lill-BEI meta jkun meħtieġ fil-ħolqien ta' proġetti. Huwa jeħtieġ li jikkontribwixxi wkoll b'mod attiv biex jiġu stabbiliti pjattaformi ta' investiment u jipprovdi konsulenza dwar il-kombinament ta' sorsi oħra ta' finanzjament tal-Unjoni mal-FEIS.

(21)  Iċ-Ċentru Ewropew ta' Konsulenza għall-Investiment (EIAH) għandu jittejjeb u jenħtieġ li l-attivitajiet tiegħu jiffokaw fuq ħtiġijiet mhux koperti b'mod adegwat b'arranġamenti kurrenti, inklużi l-ħtiġijiet ta' Reġjuni Ultraperiferiċi (OR), filwaqt li jiqies l-Artikolu 349 TFUE. Huwa jeħtieġ li jagħti attenzjoni partikolari biex jappoġġa t-tħejjija ta' proġetti li jinvolvu żewġ Stati Membri jew aktar, proġetti transfruntiera, u proġetti li jikkontribwixxu għall-kisba tal-objettivi tal-COP21 u l-istrateġija Ewropa 2020, inklużi l-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali, b'mod partikolari, proġetti li jikkontribwixxu għall-ħolqien ta' impjiegi ta' kwalità, it-tkabbir sostenibbli jew proġetti ta' integrazzjoni mar-reġjuni ultraperiferiċi. Minkejja l-objettiv tiegħu li jibni fuq servizzi konsultattivi attwali tal-BEI u tal-Kummissjoni, sabiex jaġixxi bħala ċentru uniku u tekniku ta' konsulenza għall-finanzjament ta' proġetti fi ħdan l-Unjoni, l-EIAH jeħtieġ li jikkontribwixxi wkoll b'mod attiv għall-objettiv tad-diversifikazzjoni settorjali u ġeografika tal-FEIS u jappoġġa lill-BEI meta jkun meħtieġ fil-ħolqien ta' proġetti. Huwa jeħtieġ li jikkontribwixxi wkoll b'mod attiv biex jiġu stabbiliti pjattaformi ta' investiment, b'mod partikolari pjattaformi bejn numri ta' pajjiżi sabiex jiġu promossi proġetti transfruntiera jew grupp ta' proġetti li jirrigwarda l-Istati Membri kollha, u jipprovdi konsulenza dwar il-kombinament ta' sorsi oħra ta' finanzjament tal-Unjoni mal-FEIS.

Emenda    18

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt -1 (ġdid)

Regolament (UE) Nru 2015/1017

Artikolu 2 – punt 8a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-1)   fl-Artikolu 2, jiżdied il-punt li ġej:

 

‘(8a)  'intrapriża soċjali' tfisser intrapriża li għandha bħala l-objettiv primarju tagħha l-kisba ta' impatti soċjali pożittivi li jistgħu jitkejlu, aktar milli l-ġenerazzjoni ta' profitti u li tuża l-profitti tagħha l-ewwel u qabel kollox biex tilħaq l-objettiv primarju tagħha, kif definit fl-Artikoli 2(1) u 2(5) tar-Regolament (UE) Nru 1296/2013;";

Emenda    19

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt -1a (ġdid)

Regolament (UE) Nru 2015/1017

Artikolu 2 – punt 8b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-1a)   fl-Artikolu 2, jiżdied il-punt li ġej:

 

"(8b)  'servizzi soċjali' tfisser l-attivitajiet li għandhom l-għan li jtejbu l-kwalità tal-ħajja u li jipprovdu protezzjoni soċjali, pereżempju permezz tas-sigurtà soċjali, servizzi ta' impjieg u taħriġ, akkomodazzjoni soċjali, kura tat-tfal, servizzi ta' kura fit-tul u servizzi ta' għajnuna soċjali"';

Emenda    20

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt ba (ġdid)

Regolament (UE) Nru 2015/1017

Artikolu 4 – paragrafu 2 – punt f – punt iv

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(ba)  fil-punt (f), il-punt (iv) huwa sostitwit b'dan li ġej:

(iv)  l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni, b'mod partikolari fir-rigward tal-użu tal-garanzija tal-UE, it-twettiq tal-objettivi u tal-kriterji stabbiliti fl-Artikoli 6 u 9 u fl-Anness II, il-mobilizzazzjoni ta' kapital privat, u l-impatt makroekonomiku tal-FEIS, inkluż l-effett tiegħu fuq is-sostenn għall-investiment;

(iv)  l-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni, b'mod partikolari fir-rigward tal-użu tal-garanzija tal-UE, it-twettiq tal-objettivi u tal-kriterji stabbiliti fl-Artikoli 6 u 9 u fl-Anness II, il-mobilizzazzjoni ta' kapital privat, u l-impatt makroekonomiku tal-FEIS, inkluż l-effett tiegħu fuq is-sostenn għall-investiment u l-ħolqien tal-impjiegi;

Emenda    21

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Regolament (UE) Nru 2015/1017

Artikolu 6 – paragrafu 1 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  "Il-Ftehim dwar il-FEIS" għandu jipprevedi li l-FEIS jagħti appoġġ lil proġetti li jindirizzaw nuqqasijiet tas-suq jew sitwazzjonijiet ta' investiment subottimali u li:

1.  "Il-Ftehim dwar il-FEIS" għandu jipprevedi li l-FEIS jagħti appoġġ lil proġetti li jilħqu l-ekonomija reali u li jindirizzaw nuqqasijiet tas-suq jew sitwazzjonijiet ta' investiment subottimali u li:

Emenda    22

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4 – punt -a (ġdid)

Regolament (UE) Nru 2015/1017

Artikolu 7 – paragrafu 3 – subparagrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(-a)  il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

3.  Il-Bord ta' Tmexxija għandu jkun magħmul minn erba' membri: tlieta maħtura mill-Kummissjoni u wieħed mill-BEI. Il-Bord ta' Tmexxija għandu jeleġġi President minn fost il-membri tiegħu għal perjodu fiss ta' tliet snin li jiġġedded darba. Il-Bord ta' Tmexxija jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu b'kunsens.

3.  Il-Bord ta' Tmexxija għandu jkun magħmul minn erba' membri: tlieta maħtura mill-Kummissjoni, wieħed minn ECFIN u t-tnejn l-oħra, jalternaw, minn DĠs rilevanti u wieħed mill-BEI. Il-Bord ta' Tmexxija għandu jeleġġi President minn fost il-membri tiegħu għal perjodu fiss ta' tliet snin li jiġġedded darba. Il-Bord ta' Tmexxija jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu b'kunsens.

Emenda    23

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4 – punt a – punt -i (ġdid)

Regolament (UE) Nru 2015/1017

Artikolu 7 – paragrafu 8 – subparagrafu 3 – parti introduttorja

 

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(-i)  it-tielet subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

'Il-Kumitat tal-Investiment għandu jkun kompost b'tali mod li jkollu l-bilanċ bejn is-sessi. Il-Kumitat ta' Tmexxija għandu jfittex li jagħżel esperti li jkollhom esperjenza fl-investiment f'wieħed jew aktar mill-oqsma li ġejjin:'

Il-Kumitat tal-Investiment għandu jkun kompost b'tali mod li jkollu l-bilanċ bejn is-sessi. Il-Bord ta' Tmexxija għandu jfittex li jagħżel esperti li flimkien ikollhom taħlita ta' esperjenza fl-investiment f'dawn l-oqsma kollha li ġejjin:';

Emenda    24

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4 – punt a – punt ia (ġdid)

Regolament (UE) Nru 2015/1017

Artikolu 7 – paragrafu 8 – punt f

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(ia)  il-punt (f) huwa sostitwit b'dan li ġej:

(f)  edukazzjoni u taħriġ;

(f)  is-suq tax-xogħol, l-edukazzjoni u t-taħriġ, it-taħriġ vokazzjonali għal ħiliet u t-tagħlim tul il-ħajja;

Emenda    25

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4 – punt a – punt -ib (ġdid)

Regolament (UE) Nru 2015/1017

Artikolu 7 – paragrafu 8 – punt k

 

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(ib)  il-punt (k) huwa sostitwit b'dan li ġej:

‘(k)  l-infrastrutturi soċjali u l-ekonomija soċjali u solidali.

(k)  l-infrastrutturi soċjali, is-servizzi soċjali u l-ekonomija soċjali u solidali

Emenda    26

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4 – punt d

Regolament (UE) Nru 2015/1017

Artikolu 7 – paragrafu 12 – subparagrafu 2 – it-tieni sentenza

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Id-deċiżjonijiet li japprovaw l-użu tal-garanzija tal-UE għandhom ikunu pubbliċi u aċċessibbli, u jinkludu r-raġuni għad-deċiżjoni, b'fokus partikolari fuq il-konformità mal-kriterju tal-addizzjonalità. Il-pubblikazzjoni ma għandhiex tinkludi informazzjoni kummerċjalment sensittiva. Biex jilħaq id-deċiżjoni tiegħu, il-Kumitat tal-Investiment għandu jiġi appoġġat mid-dokumentazzjoni pprovduta mill-BEI.;

Id-deċiżjonijiet li japprovaw l-użu tal-garanzija tal-UE għandhom jiġu reżi pubbliċi u aċċessibbli, mingħajr dewmien, u jinkludu r-raġuni għad-deċiżjoni bbażata fuq tabella ta' valutazzjoni tal-proġetti, b'fokus partikolari fuq il-konformità mal-politiki tal-Unjoni, inklużi l-objettiv ta' tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, il-ħolqien ta' impjiegi ta' kwalità u koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali u mal-kriterju tal-addizzjonalità. Il-pubblikazzjoni ma għandhiex tinkludi informazzjoni kummerċjalment sensittiva. Biex jilħaq id-deċiżjoni tiegħu, il-Kumitat tal-Investiment għandu jiġi appoġġat mid-dokumentazzjoni pprovduta mill-BEI.;

Emenda    27

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt –a (ġdid)

Regolament (UE) Nru 2015/1017

Artikolu 9 - paragrafu 2 – punt g – kliem introduttorju

 

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(-a)  fil-paragrafu 2, il-punt (g) huwa ssostitwit b'dan li ġej:

(g)  il-kapital uman, il-kultura u s-saħħa, partikolarment permezz ta':

(g)  il-kapital uman, l-iżvilupp soċjali, il-kultura u s-saħħa, partikolarment permezz ta':

Emenda    28

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt aa (ġdid)

Regolament (UE) Nru 2015/1017

Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt g – punt i

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(-aa)  fil-paragrafu 2, il-punt (g) punt (i) huwa sostitwit b'dan li ġej:

(i)  edukazzjoni u taħriġ;

(i)  is-suq tax-xogħol, edukazzjoni u taħriġ, taħriġ vokazzjonali għal ħiliet u t-tagħlim tul il-ħajja;

Emenda    29

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt -ab (ġdid)

Regolament (UE) Nru 2015/1017

Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt g – punt v

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(-ab)  fil-paragrafu 2, il-punt (g) punt (v) huwa sostitwit b'dan li ġej:

(v)  infrastrutturi soċjali u ekonomija soċjali u solidali;

(v)  infrastrutturi soċjali, servizzi soċjali u ekonomija soċjali u solidali

Emenda    30

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt -ac (ġdid)

Regolament (UE) Nru 2015/1017

Artikolu 9 – paragrafu 2 – punt g – subpunt va (ġdid)

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(-ac)  fil-paragrafu 2, il-punt (g), wara l-punt (v), jiżdied il-punt li ġej:

 

(va)  l-għoti ta' fondi lill-pjattaforma ta' investiment għal organizzazzjonijiet tal-ekonomija soċjali, inklużi l-intrapriżi soċjali;

Emenda    31

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt b

Regolament (UE) Nru 2015/1017

Artikolu 9 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-BEI għandu jimmira biex mill-anqas 40 % tal-finanzjament tal-FEIS taħt it-tieqa għall-infrastruttura u l-innovazzjoni jagħti appoġġ lil proġetti b'komponenti li jikkontribwixxiu għall-azzjoni klimatika, skont l-impenji tal-COP21. Il-Bord ta' Tmexxija għandu jipprovdi gwida dettaljata għal dan il-għan.;

Il-BEI għandu jimmira biex mill-anqas 40 % tal-finanzjament tal-FEIS taħt it-tieqa għall-infrastruttura u l-innovazzjoni jagħti appoġġ lil proġetti b'komponenti li jikkontribwixxiu għall-azzjoni klimatika u l-ħolqien tal-impjiegi, skont l-impenji tal-COP21 u l-istrateġija Ewropa 2020. Il-Bord ta' Tmexxija għandu jipprovdi gwida dettaljata għal dan il-għan.;

Emenda    32

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9 – punt a – punt i

Regolament (UE) Nru 2015/1017

Artikolu 14 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – it-tieni sentenza

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Tali appoġġ għandu jinkludi l-għoti ta' appoġġ immirat dwar l-użu tal-assistenza teknika għall-istrutturar tal-proġetti, dwar l-użu ta' strumenti finanzjarji innovattivi u dwar l-użu ta' sħubiji pubbliċi-privati, filwaqt li jitqiesu l-ispeċifiċitajiet u l-ħtiġijiet ta' Stati Membri bi swieq finanzjarji anqas żviluppati.;

Tali appoġġ għandu jinkludi l-għoti ta' appoġġ lokali mmirat dwar l-użu tal-assistenza teknika għall-istrutturar tal-proġetti, dwar l-użu ta' strumenti finanzjarji innovattivi u dwar l-użu ta' sħubiji pubbliċi-privati u l-informazzjoni, kif xieraq, dwar kwistjonijiet relatati mal-liġi tal-Unjoni, filwaqt li jitqiesu l-ispeċifiċitajiet u l-ħtiġijiet ta' Stati Membri bi swieq finanzjarji anqas żviluppati u tas-setturi differenti.;

Emenda    33

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9 – punt a – punt ia (ġdid)

Regolament (UE) Nru 2015/1017

Artikolu 14 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(ia)  it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

L-EIAH għandu jkun jista' jipprovdi assistenza teknika fl-oqsma msemmija fl-Artikolu 9(2), b'mod partikolari l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija, it-TEN-T u l-mobbiltà urbana.

L-EIAH għandu jkun jista' jipprovdi assistenza teknika fl-oqsma msemmija fl-Artikolu 9(2), b'mod partikolari l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija, it-TEN-T, il-mobbiltà urbana u l-infrastruttura soċjali.

Emenda    34

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9 – punt a – punt ii

Regolament (UE) Nru 2015/1017

Artikolu 14 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – it-tieni sentenza

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għandu jagħti wkoll appoġġ għat-tħejjija ta' proġetti ta' azzjoni klimatika u tal-ekonomija ċirkolari jew komponenti tagħhom, b'mod partikolari fil-kuntest ta' COP21, it-tħejjija ta' proġetti fis-settur diġitali, kif ukoll it-tħejjija ta' proġetti msemmija fil-ħames subparagrafu tal-Artikolu 5(1).;

Għandu jagħti wkoll appoġġ għat-tħejjija ta' proġetti ta' azzjoni klimatika u tal-ekonomija ċirkolari jew komponenti tagħhom, b'mod partikolari fil-kuntest ta' COP21, b'mod speċjali f'reġjuni anqas żviluppati u fi tranżizzjoni sabiex isir l-aħjar impatt fuq l-impjiegi u l-inklużjoni soċjali u l-ġlieda kontra l-faqar, inkluż it-tħejjija ta' proġetti fis-settur diġitali, kif ukoll it-tħejjija ta' proġetti msemmija fil-ħames subparagrafu tal-Artikolu 5(1).;

Emenda    35

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9 – punt b – punt i

Regolament (UE) Nru 2015/1017

Artikolu 14 – paragrafu 2 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  l-istimulazzjoni tal-għarfien lokali biex jiġi faċilitat l-appoġġ tal-FEIS fl-Unjoni kollha u biex jikkontribwixxi meta jkun possibbli għall-objettiv ta' diversifikazzjoni settorjali u ġeografika tal-FEIS imsemmija fit-Taqsima 8 tal-Anness II billi jagħti appoġġ lill-BEI boex joriġina operazzjonijiet;";

(c)  l-istimulazzjoni tal-għarfien lokali, il-kollaborazzjoni aktar mill-qrib mal-awtoritajiet tal-Istati Membri u l-iffokar fuq il-bini tal-kapaċitajiet, sabiex jiġi faċilitat l-appoġġ tal-FEIS fl-Unjoni kollha u biex jikkontribwixxi meta jkun possibbli għall-objettiv ta' diversifikazzjoni settorjali u ġeografika tal-FEIS imsemmija fit-Taqsima 8 tal-Anness II billi jagħti appoġġ lill-BEI biex joriġina operazzjonijiet u biex tiżdied il-kollaborazzjoni mal-Istati Membri;

Emenda    36

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9 – punt b – punt ii

Regolament (UE) Nru 2015/1017

Artikolu 14 – paragrafu 2 – punt e

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  l-għoti ta' appoġġ proattiv dwar it-twaqqif ta' pjattaformi ta' investiment;

(e)  l-għoti ta' appoġġ proattiv dwar it-twaqqif ta' pjattaformi ta' investiment inklużi pjattaformi settorjali ta' investiment;

Emenda    37

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9 – punt ba (ġdid)

Regolament (UE) Nru 2015/1017

Artikolu 14 – paragrafu 3

 

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(ba)  il-paragrafu 3 huwa emendat kif ġej:

3.  Is-servizzi tal-EIAH għandhom ikunu disponibbli għall-promoturi pubbliċi u privati ta' proġetti, inklużi banek jew istituzzjonijiet promozzjonali nazzjonali u pjattaformi jew fondi ta' investiment u entitajiet pubbliċi lokali.

3.  Is-servizzi tal-EIAH għandhom ikunu disponibbli u aċċessibbli għall-promoturi ta' proġetti pubbliċi u privati kollha, inklużi banek jew istituzzjonijiet promozzjonali nazzjonali u pjattaformi jew fondi ta' investiment, entitajiet pubbliċi reġjonali u lokali u l-partijiet interessati mill-kamp soċjali.

Emenda    38

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9 –punt c

Regolament (UE) Nru 2015/1017

Artikolu 14 – paragrafu 5

 

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Sabiex jintlaħaq l-objettiv imsemmi fil-paragrafu 1 u biex tiġi faċilitata l-provvediment ta' appoġġ konsultattiv fil-livell lokali, l-EIAH għandu jfittex li juża l-għarfien espert tal-BEI, tal-Kummissjoni, tal-banek jew tal-istituzzjonijiet promozzjonali nazzjonali u tal-awtoritajiet amministrattivi tal-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej.";

5.  Sabiex jintlaħaq l-objettiv imsemmi fil-paragrafu 1 u biex jiġi faċilitat il-provvediment ta' appoġġ konsultattiv fil-livell lokali u fost il-partijiet interessati kollha, l-EIAH għandu jfittex li juża l-għarfien espert tal-BEI, tal-Kummissjoni, tal-banek jew tal-istituzzjonijiet promozzjonali nazzjonali u tal-awtoritajiet amministrattivi tal-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej.

Emenda    39

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9a (ġdid)

Regolament (UE) Nru 2015/1017

Artikolu 16 – paragrafu 2 – punt c

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(9a)  fl-Artikolu 16, il-paragrafu 2, il-punt (c) huwa sostitwit b'dan li ġej:

(c)  valutazzjoni ta' kemm l-operazzjonijiet koperti minn dan ir-Regolament jikkontribwixxu għall-kisba tal-objettivi ġenerali stipulati fl-Artikolu 9(2) inkluża valutazzjoni tal-livell ta' investimenti tal-FEIS fl-oqsma tar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni u t-trasport (inklużi t-TEN-T u l-mobbiltà urbana), it-telekomunikazzjoni, l-infrastruttura tal-enerġija u l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija;

(c)  valutazzjoni ta' kemm l-operazzjonijiet koperti minn dan ir-Regolament jikkontribwixxu għall-kisba tal-objettivi ġenerali stipulati fl-Artikolu 9(2) inkluża valutazzjoni tal-livell ta' investimenti tal-FEIS fl-oqsma tar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni u t-trasport (inklużi t-TEN-T u l-mobbiltà urbana), it-telekomunikazzjoni, l-infrastruttura tal-enerġija, l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u l-infrastruttura soċjali, is-servizzi soċjali u l-ekonomija soċjali u solidali.

Emenda    40

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 13a (ġdid)

Regolament (UE) Nru 2015/1017

Artikolu 23 – paragrafu 5a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13a)  fl-Artikolu 23, jiżdied il-paragrafu li ġej:

 

"5a.  Din it-tabella ta' valutazzjoni għandha tkun pubblika sabiex jiġu faċilitati l-obbligu tar-rendikont, it-trasparenza u fehim aħjar tal-addizzjonalità, kif definiti mill-Artikolu 3, għall-atturi kollha."

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

L-estensjoni tad-durata tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi kif ukoll l-introduzzjoni ta' titjib tekniku għal dan il-Fond u għaċ-Ċentru Ewropew ta' Konsulenza għall-Investimenti

Referenzi

COM(2016)0597 – C8-0375/2016 – 2016/0276(COD)

Kumitati responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

3.10.2016

ECON

3.10.2016

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

EMPL

3.10.2016

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Krzysztof Hetman

23.11.2016

Artikolu 55 - Laqgħat konġunti ta' kumitati

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

       

19.1.2017

Eżami fil-kumitat

25.1.2017

 

 

 

Data tal-adozzjoni

28.2.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

34

12

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Laura Agea, Guillaume Balas, Tiziana Beghin, Vilija Blinkevičiūtė, Enrique Calvet Chambon, Ole Christensen, Lampros Fountoulis, Elena Gentile, Arne Gericke, Marian Harkin, Czesław Hoc, Agnes Jongerius, Jan Keller, Ádám Kósa, Kostadinka Kuneva, Jean Lambert, Jérôme Lavrilleux, Patrick Le Hyaric, Jeroen Lenaers, Verónica Lope Fontagné, Thomas Mann, Dominique Martin, Anthea McIntyre, Joëlle Mélin, Elisabeth Morin-Chartier, Georgi Pirinski, Marek Plura, Sofia Ribeiro, Maria João Rodrigues, Claude Rolin, Anne Sander, Sven Schulze, Romana Tomc, Marita Ulvskog, Renate Weber, Tatjana Ždanoka, Jana Žitňanská

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Maria Arena, Heinz K. Becker, Sergio Gutiérrez Prieto, Krzysztof Hetman, Paloma López Bermejo, Evelyn Regner, Jasenko Selimovic, Csaba Sógor

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Ulrike Rodust

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

34

+

ALDE

PPE

 

S&D

 

VERTS/ALE

Enrique Calvet Chambon, Marian Harkin, Jasenko Selimovic, Renate Weber

Heinz K. Becker, Krzysztof Hetman, Ádám Kósa, Jérôme Lavrilleux, Jeroen Lenaers, Verónica Lope Fontagné, Thomas Mann, Elisabeth Morin-Chartier, Marek Plura, Sofia Ribeiro, Claude Rolin, Anne Sander, Sven Schulze, Csaba Sógor, Romana Tomc,

Maria Arena, Guillaume Balas, Vilija Blinkevičiūtė, Ole Christensen, Elena Gentile, Sergio Gutiérrez Prieto, Agnes Jongerius, Jan Keller, Georgi Pirinski, Evelyn Regner, Maria João Rodrigues, Ulrike Rodust, Marita Ulvskog

Jean Lambert, Tatjana Ždanoka

12

-

ECR

EFDD

ENF

GUE/NGL

NI

Arne Gericke, Czesław Hoc, Anthea McIntyre, Jana Žitňanská

Laura Agea, Tiziana Beghin

Dominique Martin, Joëlle Mélin

Kostadinka Kuneva, Patrick Le Hyaric, Paloma López Bermejo

Lampros Fountoulis

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (28.3.2017)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1316/2013 u (UE) 2015/1017 fir-rigward tal-estensjoni tad-durata tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi kif ukoll l-introduzzjoni ta' titjib tekniku għal dan il-Fond u għaċ-Ċentru Ewropew ta' Konsulenza għall-Investimenti
(COM(2016)0597 – C8-0375/2016 – 2016/0276(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Mercedes Bresso

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Il-politika ta' koeżjoni hija l-politika ta' investiment ewlenija tal-UE li timmira għat-tkabbir ekonomiku, il-kompetittività, il-ħolqien tal-impjiegi, kwalità tal-ħajja aħjar għaċ-ċittadini tal-UE, kif ukoll l-iżvilupp sostenibbli fuq medda twila ta' żmien. Waħidha, madankollu, mhijiex f'pożizzjoni li tiggarantixxi l-livell ta' investiment meħtieġ biex jiġi żgurat tkabbir adegwat tal-ekonomija Ewropea.

Permezz tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS), l-UE ħolqot strument innovattiv, esperiment ġdid bil-għan ta' direzzjoni ġdida u identifikazzjoni ta' soluzzjonijiet ġodda ta' investiment. F'mument storiku meta r-riżorsi pubbliċi huma soġġetti għal pressjonijiet bħal qatt qabel, il-FEIS għandu l-għan li jimmassimizza l-impatt tar-riżorsi pubbliċi filwaqt li jattira investimenti privati.

Minkejja l-fatt li kemm il-Fondi SIE kif ukoll il-FEIS huma strumenti li jappoġġaw it-tkabbir ekonomiku u l-investimenti strateġiċi tal-valur miżjud Ewropew, b'appoġġ għall-objettivi tal-politika tal-UE, bejniethom jeżistu differenzi importanti fejn jidħlu l-kamp ta' applikazzjoni u l-obbjettivi.

Ir-rapporteur hija konvinta li fl-opinjoni tiegħu dwar emendi għal dan ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi, u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1316/2013 u (UE) Nru 2015/1017, il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali għandu jkollu l-għan li jiżgura żewġ affarijiet: koordinazzjoni aħjar ta' dawn l-istrumenti billi jtejjeb is-sinerġiji u jiżgura l-kumplimentarjetà tagħhom sabiex ma jkunx hemm trikkib tal-għajnuna mogħtija minn diversi strumenti u fondi tal-UE; u addizzjonalità ġenwina ta' inizjattivi u proġetti appoġġati mill-FEIS b'mod partikolari.

Il-pjattaformi ta' investiment jirrappreżentaw l-aħjar prattika fl-implimentazzjoni tas-sinerġija bejn il-Fondi SIE u l-FEIS, peress li huma għodod flessibbli li jippermettu li proġetti u inizjattivi ekonomikament vijabbli jiġu identifikati u ffinanzjati. Huma jattiraw ukoll investituri potenzjali, u b'hekk jaġixxu bħala katalist għall-integrazzjoni tal-fondi privati b'fondi pubbliċi mħallsa mill-baġit tal-UE, il-Grupp BEI u l-banek u l-istituzzjonijiet promozzjonali nazzjonali.

Il-parteċipazzjoni tal-Fondi SIE u l-FEIS permezz tal-pjattaformi ta' investiment trid tkun imsaħħa, bi strumenti finanzjarji fil-livell reġjonali, settorjali (anke bl-involviment ta' diversi Stati Membri f'settur speċifiku wieħed) u nazzjonali (anke li jinġiebu flimkien ċerti proġetti ta' investiment fit-territorju ta' Stat Membri wieħed).

Fil-każ ta' proġetti transfruntiera, li bihom ir-rapporteur tinkludi l-proġetti kollha, mhux biss dawk li mill-anqas jinkludu pajjiż wieħed ta' koeżjoni, dawn iridu jiġu kkunsidrati bħala importanti għall-iżvilupp tal-proġetti tal-FEIS. B'mod partikolari, kemm l-infrastrutturi fiżiċi, b'attenzjoni partikolari għal dawk l-aktar sostenibbli, bħal pereżempju l-ferroviji, kif ukoll dawk mhux fiżiċi, bħall-infrastrutturi elettroniċi, in-netwerks tal-IT u n-netwerks tar-riċerka u l-innovazzjoni, jistgħu jaqdu rwol strateġiku għall-kisba tal-objettivi ta' tkabbir u żvilupp tal-FEIS.

F'dan il-kuntest, ir-rapporteur hija konvinta li soluzzjoni possibbli tista' tkun arranġament speċifiku li jippermetti l-kombinament tal-istrumenti, sakemm dan ikun b'koordinazzjoni mal-awtoritajiet ta' ġestjoni. Ir-rieżami tar-Regolament FEIS irid jitwettaq f'konformità mal-emendi fis-seħħ tar-Regolamenti finanzjarji ("Omnibus") u b'mod partikolari tar-Regolament CPR (ir-"Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni") b'tali mod li jiggarantixxi sinerġija effettiva u interazzjoni effikaċi bejn l-istrumenti differenti.

Barra minn hekk, tittenna l-importanza li jiġi żgurat bilanċ ġeografiku fl-Unjoni kollha, biex b'hekk tissaħħaħ il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali. F'dan is-sens, b'mod li jiġu evitati allokazzjonijiet territorjali jew settorjali (ebda allokazzjoni ġeografika jew settorjali), il-pajjiżi li għad ma rnexxilhomx jagħmlu l-aħjar użu mill-opportunitajiet tal-FEIS se jkollhom jiġu appoġġati wkoll mill-awtoritajiet tal-UE, pereżempju permezz ta' aktar assistenza teknika effettiva, inkluż fil-livell lokali, iżda wkoll permezz ta' koordinazzjoni tal-isforzi mwettqa mill-uffiċċji lokali tal-BEI.

F'dan ir-rigward, il-BEI u l-Kummissjoni jenħtieġ ukoll isaħħu l-istrumenti ta' valutazzjoni tar-riżultati ta' proġetti li nbdew, fejn ikejlu l-impatt fuq il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali tal-UE.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda     1

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  Minn meta ġie ppreżentat il-Pjan ta' Investiment għall-Ewropa3 f'Novembru 2014, il-kundizzjonijiet għat-teħid tal-investiment tjiebu u qed terġa' tinkiseb il-fiduċja fit-tkabbir u fl-ekonomija tal-Ewropa. L-Unjoni issa tinsab fir-raba' sena ta' rkupru moderat, bil-Prodott Domestiku Gross jikber bi 2 % fl-2015. L-isforzi komprensivi li ġew mibdija bil-Pjan ta' Investiment diġà qed jagħtu riżultati konkreti, minkejja li l-effetti makroekonomiċi ta' proġetti ta' investiment akbar ma jistgħux ikunu immedjati. L-investiment huwa mistenni jirkupra gradwalment matul l-2016 u l-2017, għalkemm għadu taħt livelli storiċi.

(1)  L-Unjoni issa tinsab fir-raba' sena ta' rkupru moderat. Il-Kummissjoni ssostni li l-isforzi komprensivi li ġew mibdija bil-Pjan ta' Investiment diġà qed jagħtu riżultati konkreti, minkejja li l-effetti makroekonomiċi ta' proġetti ta' investiment akbar ma jistgħux ikunu immedjati.

_________________

 

3 COM(2014) 903 final.

 

Emenda     2

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  Dan il-momentum pożittiv jenħtieġ li jinżamm u għandhom jitkomplew l-isforzi sabiex l-investiment jitreġġa' lura għax-xejra sostenibbli fit-tul tiegħu ta' żmien. Il-mekkaniżmi għal Pjan ta' Investiment jaħdmu u jeħtieġ li jiġu rinforzati sabiex ikomplu jimmobilizzaw l-investimenti privati f'setturi importanti għall-futur tal-Ewropa u fejn għad hemm sitwazzjonijiet ta' fallimenti tas-suq jew investimenti subottimali.

imħassar

Emenda     3

Proposta għal regolament

Premessa 3a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a)  Fil-11 ta' Novembru 2016, il-Qorti Ewropea tal-Awdituri ħarġet l-Opinjoni Nru 2/2016 dwar "il-FEIS: proposta bikrija għall-estensjoni u l-espansjoni" fejn iddikjarat li "l-pjanijiet tal-Kummissjoni Ewropea li żżid u testendi l-fond ta' investiment fil-qalba tal-"Pjan Juncker" tfasslu malajr wisq u bi ftit evidenza li ż-żieda hija ġustifikata". Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri enfasizzat ukoll il-fatt li "ma saret l-ebda valutazzjoni tal-impatt komprensiva" u kkritikat "it-tħassir tad-dispożizzjoni li torbot il-kontinwazzjoni tal-FEIS mar-riżultati ta' evalwazzjoni indipendenti". Enfasizzat ukoll "ir-riskju li l-effett multiplikatur huwa esaġerat", u li l-għanijiet u r-riżultati ċċitati kienu dawk mistennija u mhux dawk ikkonfermati minn statistika tanġibbli, preċiża, ċara jew immedjata.

Emenda     4

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Il-FEIS, li ġie implimentat u kosponsorjat mill-Grupp tal-BEI, huwa fit-triq it-tajba biex iwettaq l-objettiv li jimmobilizza tal-anqas EUR 315 biljun f'investimenti addizzjonali fl-ekonomija reali sa nofs l-2018. L-assorbiment mis-suq kien partikolarment mgħaġġel fl-ambitu tat-tieqa għall-SMEs, fejn il-FEIS qed jagħti riżultati aħjar milli mistenni. F'Lulju 2016, it-Tieqa għall-SMEs b'hekk ġiet imsaħħa b'EUR 500 miljun fil-parametri attwali tar-Regolament (UE) Nru 2015/1017. Sehem akbar ta' finanzjament għandu jiġi mmirat lejn l-SMEs minħabba d-domanda tas-suq eċċezzjonali għal finanzjament tal-SMEs taħt il-FEIS. 40 % taż-żieda fil-kapaċità ta' rfigħ tar-riskji tal-FEIS għandhom ikunu mmirati biex jiżdied l-aċċess għal finanzjament għall-SMEs.

(4)  Il-FEIS, li ġie implimentat u kosponsorjat mill-Grupp tal-BEI, jittama li jwettaq l-objettiv li jimmobilizza tal-anqas EUR 315 biljun f'investimenti addizzjonali fl-ekonomija reali sa nofs l-2018. Madankollu, l-investimenti kienu irregolari ħafna fost l-Istati Membri differenti, li huwa nuqqas serju tal-FEIS li jeħtieġ jiġi indirizzat minnufih. L-assorbiment mis-suq kien partikolarment mgħaġġel fl-ambitu tat-tieqa għall-SMEs, fejn il-FEIS qed jagħti riżultati aħjar milli mistenni. F'Lulju 2016, it-Tieqa għall-SMEs b'hekk ġiet imsaħħa b'EUR 500 miljun fil-parametri attwali tar-Regolament (UE) Nru 2015/1017. Sehem akbar ta' finanzjament għandu jiġi mmirat lejn l-SMEs minħabba d-domanda tas-suq eċċezzjonali għal finanzjament tal-SMEs taħt il-FEIS. 40 % taż-żieda fil-kapaċità ta' rfigħ tar-riskji tal-FEIS jenħtieġ tkun immirata biex jiżdied l-aċċess għal finanzjament għall-SMEs.

Emenda     5

Proposta għal regolament

Premessa 4a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a)  L-Artikoli 18(6) u 18(7) tar-Regolament (UE) Nru 2015/1017 jipprovdu proposta biex jiġi emendat dak l-istess Regolament li għandha ssir sal-5 ta' Lulju 2018 u jirrikjedu li tali proposta jenħtieġ tiġi appoġġata minn evalwazzjoni indipendenti dwar jekk il-FEIS "huwiex jilħaq l-objettivi tiegħu u jkun ġustifikat li tinżamm skema li tappoġġa l-investiment". Dik l-evalwazzjoni ma tressqitx ħlief wara l-proposta tal-Kummissjoni dwar l-estensjoni tal-FEIS.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  Il-FEIS ġie stabbilit għal perjodu inizjali ta' tliet snin u bil-għan li jimmobilizza mill-anqas EUR 315 biljun f'investimenti. Minħabba s-suċċess tiegħu, il-Kummissjoni hija impenjata li tirdoppja l-FEIS, kemm fir-rigward tad-durata, kif ukoll fir-rigward tal-kapaċità ta' finanzjament. L-estensjoni ġuridika tkopri l-perjodu tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali attwali u għandha tipprovdi total ta' mill-anqas investimenti ta' nofs triljun euro sal-2020. Sabiex tkompli ssaħħaħ aktar il-FEIS u tilħaq l-għan li tirdoppja l-mira tal-investiment, jeħtieġ li l-Istati Membri jikkontribwixxu wkoll bi prijorità.

(6)  Il-FEIS ġie stabbilit għal perjodu inizjali ta' tliet snin u bil-għan li jimmobilizza mill-anqas EUR 315 biljun f'investimenti. Il-fond kiseb xi suċċessi, pereżempju li tiġi żgurata l-addizzjonalità, il-bilanċ ġeografiku u s-sostenibbiltà tal-proġetti ffinanzjati, iżda wera wkoll xi nuqqasijiet. Il-Kummissjoni ħabbret estensjoni tal-proposta li tirdoppja l-FEIS, kemm fir-rigward tad-durata, kif ukoll fir-rigward tal-kapaċità ta' finanzjament, sabiex tallinja aħjar il-FEIS mal-objettivi tal-Unjoni dwar il-koeżjoni u l-integrazzjoni. L-estensjoni ġuridika proposta mill-Kummissjoni tkopri l-perjodu tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali attwali u għandha tipprovdi total ta' mill-anqas investimenti ta' nofs triljun euro sal-2020. Sabiex tipprova tespandi l-kapaċità tal-FEIS, l-Istati Membri huma wkoll kapaċi jikkontribwixxu għalih bi prijorità.

Emenda     7

Proposta għal regolament

Premessa 6a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a)  Fil-11 ta' Novembru 2016, il-Qorti Ewropea tal-Awdituri kkonkludiet li kien għadu kmieni wisq biex jitkejlu l-impatti ekonomiċi, soċjali u ambjentali jew biex wieħed jasal għal konklużjoni dwar jekk il-FEIS kienx qed jilħaq l-objettivi tiegħu. Il-valutazzjoni komprensiva tal-impatt għandha tipprovdi l-evidenza meħtieġa dwar jekk il-FEIS jenħtieġx li jiġi estiż jew le.

Emenda     8

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Għall-perjodu wara l-2020, il-Kummissjoni biħsiebha tressaq il-proposti meħtieġa sabiex tiżgura li l-investiment strateġiku se jkompli f'livell sostenibbli.

(7)  Għall-perjodu wara l-2020, il-Kummissjoni biħsiebha tressaq il-proposti meħtieġa sabiex tiżgura li l-investiment strateġiku se jkompli f'livell sostenibbli, b'tali mod li tikkumplimenta l-fondi u l-programmi eżistenti tal-Unjoni, bħall-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (FSIE) li se jkomplu jirrappreżentaw il-fondi ewlenin li jappoġġaw il-koeżjoni u l-investimenti fl-Istati Membri u r-reġjuni kollha, bil-għan li jippromwovu l-promozzjoni tat-tkabbir u l-impjiegi u t-tnaqqis tad-diskrepanzi fl-iżvilupp fost ir-reġjuni tal-Unjoni.

Emenda     9

Proposta għal regolament

Premessa 7a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a)  Proposti bil-għan li jiġi estiż il-perjodu ta' investiment lil hinn mill-2020 jenħtieġ jiġu preċeduti minn, u bbażati fuq, evalwazzjonijiet indipendenti li janalizzaw jekk il-FEIS jilħaqx l-objettivi tiegħu, b'mod partikolari fir-rigward tal-addizzjonalità tal-proġetti kif ukoll l-impatt tiegħu fuq it-tkabbir u l-impjiegi.

Emenda     10

Proposta għal regolament

Premessa 7b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7b)  Proposti dwar l-estensjoni tal-FEIS jenħtieġ li ma jfittxux li jissostitwixxu jew inaqqsu l-baġit tal-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (FSIE).

Emenda     11

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  Il-FEIS estiż għandu jindirizza l-fallimenti tas-suq u sitwazzjonijiet ta' investiment subottimali u jkompli jimmobilizza l-finanzjament tas-settur privat f'investimenti kruċjali għall-ħolqien tax-xogħol futur – inkluż l-impjieg taż-żgħażagħ –, it-tkabbir u l-kompetittività b'tisħiħ fl-addizzjonalità. Dan jinkludu investimenti fl-oqsma tal-enerġija, l-ambjent u l-azzjoni klimatika, il-kapital soċjali u uman u l-infrastruttura relatata, il-kura tas-saħħa, ir-riċerka u l-innovazzjoni, it-trasport transfruntier u sostenibbli, kif ukoll it-trasformazzjoni diġitali. B'mod partikolari, il-kontribut tal-operazzjonijiet appoġġati mill-FEIS biex jinkisbu l-miri ambizzjużi tal-Unjoni stabbiliti fil-Konferenza tal-Klima ta' Pariġi (COP21) għandu jkun rinforzat. Proġetti prijoritarji ta' interkonnessjoni tal-enerġija u proġetti tal-effiċjenza enerġetika għandhom ikunu mmirati dejjem aktar. Barra minn hekk, l-appoġġ tal-FEIS għall-awtostradi għandu jiġi evitat, sakemm ma jkunx meħtieġ biex jappoġġa l-investiment privat fit-trasport f'pajjiżi tal-koeżjoni jew fi proġetti ta' trasport transfruntier li jinvolvi mill-anqas pajjiżi ta' koeżjoni wieħed. Għal raġunijiet ta' ċarezza, għalkemm huma diġà eliġibbli, jeħtieġ li jiġi stabbilit b'mod espliċitu li l-proġetti fl-oqsma tal-agrikoltura, is-sajd u l-akkwakultura jaqgħu fl-objettivi ġenerali eliġibbli għall-appoġġ tal-FEIS.

(8)  Jenħtieġ li l-FEIS estiż jindirizza l-fallimenti tas-suq u sitwazzjonijiet ta' investiment subottimali u jkompli jimmobilizza l-finanzjament tas-settur privat f'investimenti kruċjali għall-ħolqien tax-xogħol futur, li jrawwem is-sħab pubbliċi u privati u li jappoġġa investimenti strateġiċi b'addizzjonalità msaħħa u b'valur miżjud għoli soċjali, ambjentali, territorjali u ekonomiku, li jħaddan il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali tal-Unjoni. Jenħtieġ tingħata attenzjoni partikolari lir-reġjuni msemmija fl-Artikolu 174 tat-TFUE. Hemm inklużi investimenti, f'konformità max-xejriet ekonomiċi attwali, bħal fl-oqsma tal-enerġija, l-ambjent u l-azzjoni klimatika, il-kapital soċjali u uman u l-infrastruttura relatata, il-kura tas-saħħa, ir-riċerka u l-innovazzjoni, it-trasport transfruntier u sostenibbli, kif ukoll it-trasformazzjoni diġitali. B'mod partikolari, il-kontribut tal-operazzjonijiet appoġġati mill-FEIS biex jinkisbu l-miri ambizzjużi tal-Unjoni stabbiliti fil-Konferenza tal-Klima ta' Pariġi (COP21) jenħtieġ li jkun rinforzat. Proġetti prijoritarji ta' interkonnessjoni tal-enerġija u proġetti tal-effiċjenza enerġetika jenħtieġ li jkunu mmirati dejjem aktar. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-appoġġ tal-FEIS għall-awtostradi jiġi evitat, sakemm ma jkunx meħtieġ biex jappoġġa l-investiment privat fit-trasport f'pajjiżi tal-koeżjoni jew fi proġetti ta' trasport transfruntier li jinvolvi mill-anqas pajjiżi ta' koeżjoni wieħed. Għal raġunijiet ta' ċarezza, għalkemm huma diġà eliġibbli, jenħtieġ li jiġi stabbilit b'mod espliċitu li l-proġetti fl-oqsma tal-agrikoltura, is-sajd u l-akkwakultura jaqgħu fl-objettivi ġenerali eliġibbli għall-appoġġ tal-FEIS.

Emenda     12

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  Minħabba l-potenzjal tagħhom li jżidu l-effiċjenza tal-intervent tal-FEIS, jeħtieġ li l-operazzjonijiet imħallta li jikkombinaw forom ta' appoġġ mhux rimborsabbli u/jew strumenti finanzjarji mill-baġit tal-Unjoni, bħal dawk disponibbli taħt il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, u l-finanzjament mill-Grupp tal-BEI, inkluż il-finanzjament tal-BEI taħt l-FEIS, kif ukoll investituri oħra, jeħtieġ li jiġu inkoraġġiti. Il-finanzament imħallat jimmira li jtejjeb il-valur miżjud tal-infiq tal-Unjoni billi jattira riżorsi addizzjonali minn investituri privati u jiżgura li l-azzjonijiet appoġġati isiru ekonomikament u finanzjarjament vijabbli.

(10)  Minħabba l-potenzjal tagħhom li jżidu l-effiċjenza tal-intervent tal-FEIS, il-kombinament ta' forom ta' appoġġ mhux rimborsabbli u/jew strumenti finanzjarji mill-baġit tal-Unjoni, bħal dawk disponibbli taħt il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, u l-finanzjament mill-Grupp tal-BEI, inkluż il-finanzjament tal-BEI taħt l-FEIS, kif ukoll investituri oħra, jenħtieġ li jiġu inkoraġġiti. Il-kombinament jimmira li jtejjeb il-valur miżjud tal-infiq tal-Unjoni billi jattira riżorsi addizzjonali minn investituri privati u jiżgura li l-azzjonijiet appoġġati isiru ekonomikament u finanzjarjament vijabbli. L-użu kkombinat tal-FEIS u tal-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (FSIE) jista' jgħin biex tinkiseb koperatura ġeografika usa' tal-FEIS. Madankollu, huwa kruċjali li l-FEIS ma jissostitwixxix jew ma jeskludix l-għotjiet u li l-addizzjonalità tiegħu tinżamm.

Emenda     13

Proposta għal regolament

Premessa 10a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10a)  Il-potenzjal tal-FEIS li jirpilja s-swieq tax-xogħol u joħloq impjiegi sostenibbli jenħtieġ li jsir aktar evidenti, bħalma hu l-każ għall-Politika ta' Koeżjoni, u jenħtieġ li tinġabar u tiġi analizzata d-data rilevanti affidabbli.

Emenda     14

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  Sabiex jiġi rinforzat l-użu tal-FEIS f'reġjuni anqas żviluppati u f'reġjuni fi tranżizzjoni, l-ambitu tal-objettivi ġenerali eliġibbli għall-appoġġ tal-FEIS għandu jiġi estiż.

(11)  Ir-rapport tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) dwar "Evaluation of the functioning of the European Fund for Strategic Investments" ("Evalwazzjoni tal-funzjonament tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi") li nħareġ fis-6 ta' Ottubru 2016 jenfasizza l-ħtieġa li jiġi indirizzat l-iżbilanċ ġeografiku tal-appoġġ tal-FEIS b'miżuri bħat-tkabbir tal-kamp ta' applikazzjoni tal-objettivi ġenerali u l-proġetti eliġibbli għall-appoġġ tal-FEIS, u jsaħħaħ ir-rwol taċ-Ċentru Ewropew ta' Konsulenza għall-Investimenti. Għalhekk, bil-ħsieb li jinkisbu l-għanijiet ta' koeżjoni tal-Unjoni u jissaħħaħ l-użu tal-FEIS, b'mod partikolari f'reġjuni anqas żviluppati u ta' tranżizzjoni, jenħtieġ jittieħdu miżuri sabiex isaħħu u jipproteġu d-diversifikazzjoni settorjali u ġeografika tal-FEIS.

Emenda     15

Proposta għal regolament

Premessa 11a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11a)  Il-FEIS u l-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (FSIE) jenħtieġ jitqiesu bħala komplementari, jappoġġaw investimenti strateġiċi sostenibbli ta' valur miżjud Ewropew, sabiex jinkisbu l-objettivi tal-politika tal-Unjoni, bħall-objettivi klimatiċi tal-Unjoni, li huma kapaċi jikkontribwixxu għall-iżvilupp u l-koeżjoni territorjali. Madankollu, il-kamp ta' applikazzjoni, l-objettivi, il-bażi loġika, id-disinn, u l-oqfsa ġuridiċi u regolatorji tal-FEIS u tal-FSIE huma differenti.

Emenda     16

Proposta għal regolament

Premessa 11b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11b)  Il-FEIS jenħtieġ li jiġi promoss aħjar fi ħdan il-pajjiżi kandidati tal-UE u l-pajjiżi applikanti għas-sħubija, minħabba l-livell baxx ħafna ta' sensibilizzazzjoni li l-FEIS għandu f'dawk il-pajjiżi, u li, sa issa, ebda proġett ma ġie ffinanzjat mill-FEIS f'dawk il-pajjiżi.

Emenda     17

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)  Konformi mad-domanda tas-suq eċċezzjonali għall-finanzjament tal-UE taħt l-FEIS li hija mistennija tkompli, it-Tieqa għall-SMEs tal-FEIS għandha tittejjeb. Jeħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari lill-intrapriżi soċjali, anki billi jiġu żviluppati u użati strumenti ġodda.

(16)  Konformi mad-domanda tas-suq eċċezzjonali għall-finanzjament tal-SMEs taħt il-FEIS li hija mistennija tkompli, it-Tieqa għall-SMEs tal-FEIS jenħtieġ li tittejjeb, speċjalment f'reġjuni anqas żviluppati u f'reġjuni fi tranżizzjoni. Jeħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari lill-intrapriżi soċjali, kif ukoll intrapriżi li jittrattaw ma' proġetti sostenibbli u diġitali, anki billi jiġu żviluppati u użati strumenti ġodda u d-diversifikazzjoni ta' sorsi ta' finanzjament billi jiġu inkoraġġuti finanzjament multiplu bħall-finanzjament kollettiv.

Emenda     18

Proposta għal regolament

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)  Il-BEI u l-FEI jeħtieġ li jiżguraw li l-benefiċjarji finali, inkluż l-SMEs, jiġu informati dwar l-eżistenza tal-appoġġ tal-FEIS, sabiex tittejjeb il-viżibbiltà tal-garanzija tal-UE li ngħatat skont ir-Regolament (UE) 2015/1017.

(17)  Il-BEI u l-FEI jenħtieġ li jiżguraw li l-benefiċjarji finali, inkluż l-SMEs, jiġu informati dwar l-eżistenza ta' diversi strumenti ta' appoġġ tal-UE li jistgħu jintużaw waħedhom jew f'kombinament mal-FEIS u jenħtieġ li jipprovdu assistenza biex jippermettu l-għażla tal-aktar strument adatt jew kombinament ta' strumenti, sabiex tittejjeb is-sensibilizzazzjoni tal-garanzija tal-UE li ngħatat skont ir-Regolament (UE) 2015/1017 u titħeġġeġ il-preparazzjoni tal-proġetti ta' investiment b'mod settorjali u ġeografiku wiesa'.

Emenda     19

Proposta għal regolament

Premessa 17a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(17a)  Jenħtieġ li jiġu varati kampanji ta' sensibilizzazzjoni rigward il-proġetti ta' investimenti tal-FEIS. F'dak il-kuntest, il-BEI jenħtieġ li jippubblika l-informazzjoni u r-riżultati tal-valutazzjoni tal-impatt relatati ma' operazzjonijiet u proġetti mwettqa, fejn jiġi indikat il-valur miżjud u l-addizzjonalità tagħhom. Bl-istess mod, il-BEI jenħtieġ li jippubblika data analitika għal kull proġett iffinanzjat, biex ikun jista' jirreleta d-data ma' impjiegi maħluqa mill-FEIS.

Emenda    20

Proposta għal regolament

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21)  Iċ-Ċentru Ewropew ta' Konsulenza għall-Investiment (EIAH) għandu jittejjeb u jeħtieġ li l-attivitajiet tiegħu jiffokaw fuq ħtiġijiet mhux koperti b'mod adegwat b'arranġamenti kurrenti. Huwa jeħtieġ li jagħti attenzjoni partikolari biex jappoġġa t-tħejjija ta' proġetti li jinvolvu żewġ Stati Membri jew aktar u proġetti li jikkontribwixxu għall-kisba tal-objettivi tal-COP21. Minkejja l-objettiv tiegħu li jibni fuq servizzi konsultattivi attwali tal-BEI u tal-Kummissjoni, sabiex jaġixxi bħala ċentru uniku u tekniku ta' konsulenza għall-finanzjament ta' proġetti fi ħdan l-Unjoni, l-EIAH jeħtieġ li jikkontribwixxi wkoll b'mod attiv għall-objettiv tad-diversifikazzjoni settorjali u ġeografika tal-FEIS u jappoġġa lill-BEI meta jkun meħtieġ fil-ħolqien ta' proġetti. Huwa jeħtieġ li jikkontribwixxi wkoll b'mod attiv biex jiġu stabbiliti pjattaformi ta' investiment u jipprovdi konsulenza dwar il-kombinament ta' sorsi oħra ta' finanzjament tal-Unjoni mal-FEIS.

(21)   Jenħtieġ li ċ-Ċentru Ewropew ta' Konsulenza għall-Investiment (EIAH) jittejjeb u għalhekk jiddisponi minn baġit adatt. L-attivitajiet tiegħu jiffokaw fuq ħtiġijiet mhux koperti b'mod adegwat b'arranġamenti kurrenti. Jenħtieġ li huwa jagħti attenzjoni partikolari biex jappoġġa t-tħejjija ta' proġetti li jinvolvu żewġ Stati Membri jew aktar u proġetti li jikkontribwixxu għall-kisba tal-objettivi tal-COP21. Minkejja l-objettiv tiegħu li jibni fuq servizzi konsultattivi attwali tal-BEI u tal-Kummissjoni, sabiex jaġixxi bħala ċentru uniku u tekniku ta' konsulenza għall-finanzjament ta' proġetti fi ħdan l-Unjoni, jenħtieġ li l-EIAH jikkontribwixxi wkoll b'mod attiv għall-objettiv tad-diversifikazzjoni settorjali u ġeografika tal-FEIS u jappoġġa lill-BEI meta jkun meħtieġ fil-ħolqien ta' proġetti. Jenħtieġ li huwa jikkontribwixxi wkoll b'mod attiv biex jiġu stabbiliti pjattaformi ta' investiment u jipprovdi konsulenza dwar il-kombinament ta' sorsi oħra ta' finanzjament tal-Unjoni mal-FEIS.

Emenda     21

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1a (ġdid)

Regolament (UE) Nru 2015/1017

Artikolu 5 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(1a)  fl-Artikolu 5(1), it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

Il-proġetti sostnuti mill-FEIS, filwaqt li jippruvaw joħolqu l-impjiegi u t-tkabbir sostenibbli, għandhom jitqiesu li jipprovdu addizzjonalità jekk ikollhom riskju korrispondenti għall-attivitajiet speċjali tal-BEI, kif definit fl-Artikolu 16 tal-Istatut tal-BEI u fil-linji gwida tal-BEI dwar il-politika tar-riskju tal-kreditu.

"L-attivitajiet speċjali tal-BEI, kif definiti fl-Artikolu 16 tal-Istatut tal-BEI u fil-linji gwida tal-BEI dwar il-politika tar-riskju tal-kreditu, appoġġati mill-FEIS, għandhom jitqiesu wkoll bħala li jipprovdu addizzjonalità jekk ikun iddokumentat pubblikament li huma jindirizzaw falliment tas-suq jew sitwazzjonijiet ta' investiment subottimali u li ma setgħux jitwettqu mingħajr l-appoġġ tal-FEIS fl-istess perjodu mill-BEI, mill-FEI jew taħt strumenti finanzjarji eżistenti tal-Unjoni,"

Emenda     22

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Regolament (UE) Nru 2015/1017

Artikolu 5 – paragrafu 1 – subparagrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

"Sabiex in-nuqqasijiet tas-suq jew sitwazzjonijiet ta' investiment subottimali jiġu indirizzati aħjar, attivitajiet speċjali tal-BEI appoġġati mill-FEIS għandu tipikament ikollhom karatteristiċi bħal subordinazzjoni, parteċipazzjoni fi strument għall-kondiviżjoni tar-riskju, karatteristiċi transfruntiera, skopertura għal riskji speċifiċi jew aspetti identifikabbli oħrajn, kif deskritt f'aktar dettall fl-Anness II.

"Sabiex in-nuqqasijiet tas-suq jew investiment subottimali, bħal dawk minħabba l-ostakli kkawżati minn fruntieri jew regolamentazzjoni nazzjonali, jiġu indirizzati aħjar , attivitajiet speċjali tal-BEI appoġġati mill-FEIS għandu tipikament ikollhom karatteristiċi bħal subordinazzjoni, parteċipazzjoni fi strument għall-kondiviżjoni tar-riskju, karatteristiċi transfruntiera, skopertura għal riskji speċifiċi jew aspetti identifikabbli oħrajn, kif deskritt f'aktar dettall fl-Anness II.

Emenda     23

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Regolament (UE) Nru 2015/1017

Artikolu 5 – paragrafu 1 – subparagrafu 3a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Proġetti ta' kooperazzjoni transfruntiera u proġetti ta' kooperazzjoni interreġjonali, b'mod partikolari bejn reġjuni funzjonali, għandhom ukoll jiġu kkunsidrati li jipprovdu l-addizzjonalità.

Emenda     24

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Regolament (UE) Nru 2015/1017

Artikolu 5 – paragrafu 1 – subparagrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Proġetti tal-BEI li jkollhom riskju aktar baxx mir-riskju minimu f'attivitajiet speċjali tal-BEI jistgħu wkoll ikunu sostnuti mill-FEIS jekk l-użu tal-garanzija tal-UE ikun mitlub jiżgura addizzjonalità kif definit fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu.

Proġetti tal-BEI li jkollhom riskju aktar baxx mir-riskju minimu f'attivitajiet speċjali tal-BEI jistgħu biss ikunu sostnuti mill-FEIS jekk jiġi ppruvat li l-użu tal-garanzija tal-UE jkun mitlub jiżgura addizzjonalità kif definit fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu. Il-Kumitat tal-Investiment għandu jiżgura li l-addizzjonalità tiġi vverifikata fil-proċedura tal-għażla tiegħu.

Emenda     25

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Regolament (UE) Nru 2015/1017

Artikolu 5 – paragrafu 1 – subparagrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-proġetti apoġġati mill-FEIS li jikkonsistu f'infrastruttura fiżika li torbot żewġ Stati Membri jew aktar jew mill-estensjoni tal-infrastruttura fiżika jew mis-servizzi marbut ma' infrastruttura fiżika minn Stat Membru wieħed għal Stat Membru wieħed jew aktar minn wieħed, għandhom ukoll jiġu kkunsidrati li jipprovdu l-addizzjonalità.;

Il-proġetti transfruntiera apoġġati mill-FEIS li jikkonsistu f'infrastruttura jew infrastruttura intanġibbli fiżika u mhux fiżika li torbot żewġ Stati Membri jew aktar, bħall-infrastruttura diġitali, l-IT u n-netwerk ta' riċerka, jew mill-estensjoni ta' tali forom tal-infrastruttura fiżika jew mis-servizzi marbuta ma' infrastruttura fiżika minn Stat Membru wieħed għal Stat Membru wieħed jew aktar minn wieħed, għandhom ukoll jiġu kkunsidrati li jipprovdu l-addizzjonalità.;

Emenda     26

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Regolament (UE) Nru 2015/1017

Artikolu 6 – paragrafu 1 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

"Il-Ftehim dwar il-FEIS" għandu jipprevedi li l-FEIS jagħti appoġġlil proġetti li jindirizzaw nuqqasijiet tas-suq jew sitwazzjonijiet ta' investiment subottimali u li:;

"Il-Ftehim dwar il-FEIS" għandu jipprevedi li l-FEIS jagħti appoġġ lil proġetti ġeografikament ibbilanċjati li jipprovdu addizjonalità u jindirizzaw nuqqasijiet tas-suq jew sitwazzjonijiet ta' investiment subottimali u li:;

Emenda     27

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4 – punt a – punt -i (ġdid)

Regolament (UE) Nru 2015/1017

Artikolu 7 – paragrafu 8 – subparagrafu 3

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(-i)   it-tielet subparagrafu huwa sostitwit b'dan li ġej:

Il-Kumitat tal-Investiment għandu jkun kompost b'tali mod li jkollu l-bilanċ bejn is-sessi. Il-Kumitat ta' Tmexxija għandu jfittex li jagħżel esperti li jkollhom esperjenza fl-investiment f'wieħed jew aktar mill-oqsma li ġejjin:

Il-Kumitat tal-Investiment għandu jkun kompost b'tali mod li jkollu l-bilanċ bejn is-sessi. Il-Kumitat ta' Tmexxija għandu jfittex li jagħżel esperti li flimkien jirrappreżentaw taħlita ta' esperjenza fl-investiment mill-oqsma kollha li ġejjin:

Emenda     28

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4 – punt d

Regolament (UE) Nru 2015/1017

Artikolu 7 – paragrafu 12 – subparagrafu 2 – punt 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Id-deċiżjonijiet li japprovaw l-użu tal-garanzija tal-UE għandhom ikunu pubbliċi u aċċessibbli, u jinkludu r-raġuni għad-deċiżjoni, b'fokus partikolari fuq il-konformità mal-kriterju tal-addizzjonalità. Il-pubblikazzjoni ma għandhiex tinkludi informazzjoni kummerċjalment sensittiva. Biex jilħaq id-deċiżjoni tiegħu, il-Kumitat tal-Investiment għandu jiġi appoġġat mid-dokumentazzjoni pprovduta mill-BEI.;

Id-deċiżjonijiet li japprovaw l-użu tal-garanzija tal-UE għandhom ikunu pubbliċi u aċċessibbli, u jinkludu r-raġuni għad-deċiżjoni, b'fokus partikolari fuq il-konformità mal-politiki tal-Unjoni, inkluż l-objettiv ta' tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, ħolqien ta' impjiegi ta' kwalità u koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali u mal-kriterju tal-addizzjonalità. Il-bilanċ ġeografiku jenħtieġ li jiġi promoss permezz tat-tisħiħ tal-assistenza tal-EIAH lill-Istati Membri, lir-reġjuni u lill-awtoritajiet lokali b'livell baxx tar-rata ta' parteċipazzjoni fil-proġetti tal-FEIS. It-tabella ta' valutazzjoni tal-indikaturi, użata biex tivvaluta l-operazzjonijiet, għandha tkun magħmula pubblika hekk kif operazzjoni skont il-garanzija tal-UE tkun iffirmata, bl-esklużjoni ta' informazzjoni kummerċjalment sensittiva. Biex jilħaq id-deċiżjoni tiegħu, il-Kumitat tal-Investiment għandu jiġi appoġġat mid-dokumentazzjoni pprovduta mill-BEI.;

Emenda    29

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5 – punt b

Regolament (UE) Nru 2015/1017

Artikolu 9 – paragrafu 2 – subparagrafu 1a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-BEI għandu jimmira biex mill-anqas 40 % tal-finanzjament tal-FEIS taħt it-tieqa għall-infrastruttura u l-innovazzjoni jagħti appoġġ lil proġetti b'komponenti li jikkontribwixxiu għall-azzjoni klimatika, skont l-impenji tal-COP21. Il-Bord ta' Tmexxija għandu jipprovdi gwida dettaljata għal dan il-għan.;

Il-BEI għandu jkollu l-għan li jiksebmill-anqas 40 % tal-finanzjament tal-FEIS fl-objettivi kkombinati taħt it-tieqa għall-infrastruttura u l-innovazzjoni jagħti appoġġ lil proġetti b'komponenti li jikkontribwixxi għall-azzjoni klimatika, skont l-impenji tal-COP21. Il-finanzjament tal-FEIS għall-SMEs u għall-kumpaniji b'kapitalizzazzjoni medja ma għandux jiġi inkluż f'dak il-kalkolu. Il-Bord ta' Tmexxija għandu jipprovdi gwida dettaljata għal dan il-għan.

Emenda     30

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9 – punt a – punt i

Regolament (UE) Nru 2015/1017

Artikolu 14 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – sentenza 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

"Tali appoġġ għandu jinkludi l-għoti ta' appoġġ immirat dwar l-użu tal-assistenza teknika għall-istrutturar tal-proġetti, dwar l-użu ta' strumenti finanzjarji innovattivi u dwar l-użu ta' sħubiji pubbliċi-privati, filwaqt li jitqiesu l-ispeċifiċitajiet u l-ħtiġijiet ta' Stati Membri bi swieq finanzjarji anqas żviluppati.";

"Tali appoġġ għandu jinkludi l-għoti ta' appoġġ immirat dwar l-użu tal-assistenza teknika għall-istrutturar tal-proġetti, dwar l-użu ta' strumenti finanzjarji innovattivi, b'fokus speċjali fuq l-SMEs, l-awtoritajiet reġjonali u lokali u dwar l-użu ta' sħubiji pubbliċi-privati u konsulenza dwar kwistjonijiet rilevanti relatati mad-dritt tal-Unjoni, filwaqt li jitqiesu l-ispeċifiċitajiet u l-ħtiġijiet u l-potenzjal tal-investiment ta' Stati Membri bi swieq finanzjarji anqas żviluppati."; L-EIAH għandu jipprovdi assistenza teknika fl-oqsma msemmija fl-Artikolu 9(2), inklużi l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija, l-enerġija rinnovabbli, l-agrikoltura, l-ekonomija ċirkolari, it-TEN-T u l-mobbiltà urbana. Barra minn hekk, l-EIAH għandu jikkomunika lill-Kummissjoni kwalunkwe ostakli regolatorji li hu jkun identifika, biex b'hekk jinħoloq feedback bejn il-BEI u l-Kummissjoni;

Emenda     31

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9 – punt b – punt i

Regolament (UE) Nru 2015/1017

Artikolu 14 – paragrafu 2 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  l-istimulazzjoni tal-għarfien lokali biex jiġi faċilitat l-appoġġ tal-FEIS fl-Unjoni kollha u biex jikkontribwixxi meta jkun possibbli għall-objettiv ta' diversifikazzjoni settorjali u ġeografika tal-FEIS imsemmija fit-Taqsima 8 tal-Anness II billi jagħti appoġġ lill-BEI boex joriġina operazzjonijiet;";

(c)  l-istimulazzjoni tal-għarfien lokali u reġjonali, kif ukoll l-appoġġ għall-bini tal-kapaċità biex jiġi faċilitat l-appoġġ tal-FEIS fl-Unjoni kollha u f'kull livell, u biex jikkontribwixxi meta jkun possibbli għall-objettivi tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, kif ukoll ta' diversifikazzjoni settorjali u ġeografika tal-FEIS imsemmija fit-Taqsima 8 tal-Anness II billi jagħti appoġġ lill-BEI biex joriġina operazzjonijiet, anke f'koordinazzjoni mal-banek promozzjonali nazzjonali;";

Emenda     32

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9 – punt b – punt ii

Regolament (UE) Nru 2015/1017

Artikolu 14 – paragrafu 2 – punt e

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  l-għoti ta' appoġġ proattiv dwar it-twaqqif ta' pjattaformi ta' investiment;";

(e)  l-għoti ta' appoġġ proattiv dwar it-twaqqif ta' pjattaformi ta' investiment, bil-għan li jittejjeb l-aċċess għall-proġetti li jinvolvu Stati Membri differenti, anke f'koordinazzjoni mal-banek promozzjonali nazzjonali u reġjonali;";

Emenda     33

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9 – punt b – punt iii

Regolament (UE) Nru 2015/1017

Artikolu 14 – paragrafu 2 – punt f

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)  il-provvediment ta' parir dwar il-kombinament ta' sorsi oħra ta' finanzjament tal-Unjoni (bħall-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej, l-Orizzont 2020 u l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa) mal-FEIS.";

(f)  il-provvediment ta' parir dwar il-kombinament ta' sorsi oħra ta' finanzjament tal-Unjoni mal-FEIS sabiex jippermetti l-aħjar komplementarjetà u sinerġiji bejn l-investimenti bl-iskop ta' programmar magħqud tal-intervent tal-politika.";

Emenda     34

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9 –punt c

Regolament (UE) Nru 2015/1017

Artikolu 14 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Sabiex jintlaħaq l-objettiv imsemmi fil-paragrafu 1 u biex tiġi faċilitata l-provvediment ta' appoġġ konsultattiv fil-livell lokali, l-EIAH għandu jfittex li juża l-għarfien espert tal-BEI, tal-Kummissjoni, tal-banek jew tal-istituzzjonijiet promozzjonali nazzjonali u tal-awtoritajiet amministrattivi tal-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej.;

5.  Sabiex jintlaħaq l-objettiv imsemmi fil-paragrafu 1 u biex jiġi faċilitat il-provvediment ta' appoġġ konsultattiv fil-livell lokali u reġjonali, l-EIAH għandu jfittex li juża l-għarfien espert tal-BEI, tal-Kummissjoni, tal-banek jew tal-istituzzjonijiet promozzjonali nazzjonali u reġjonali, u tal-awtoritajiet amministrattivi tal-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej. Sabiex jiġi faċilitat l-effett kumulattiv (crowding-in) tal-investituri privati, għandha tiġi msaħħa l-interazzjoni fost l-EIAH, il-PEPI, il-BEI, u l-banek u l-istituzzjonijiet promozzjonali nazzjonali u reġjonali.;

Emenda     35

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9a (ġdid)

Regolament (UE) Nru 2015/1017

Artikolu 16 – paragrafu 2

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(9a)  fl-Artikolu 16, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b'dan li ġej:

‘2.  Il-BEI, f'kooperazzjoni mal-FEI fejn xieraq, għandu jippreżenta rapport annwali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-operazzjonijiet ta' finanzjament u ta' investiment tal-BEI koperti minn dan ir-Regolament. Ir-rapport għandu jkun disponibbli għall-pubbliku u għandu jinkludi:"

‘2.   Il-BEI, f'kooperazzjoni mal-FEI fejn xieraq, għandu jippreżenta rapport annwali lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat tar-Reġjuni, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri dwar l-operazzjonijiet ta' finanzjament u ta' investiment tal-BEI koperti minn dan ir-Regolament. Ir-rapport għandu jkun disponibbli għall-pubbliku u għandu jinkludi:"

Emenda     36

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9b (ġdid)

Regolament (UE) Nru 2015/1017

Artikolu 16 – paragrafu 2 – punt f

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(9b)  (15) L-Artikolu 16(2)(f) huwa sostitwit b'dan li ġej:

"(f)   deskrizzjoni tal-proġetti fejn is-sostenn tal-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej huwa kkombinat mas-sostenn tal-FEIS, u l-ammont totali tal-kontribuzzjonijiet minn kull sors;"

"(f)   meta l-mezzi tal-FEIS huma kkombinati ma' sorsi oħra ta' finanzjament tal-Unjoni, bħall-FSIE, il-programm Orizzont 2020 u s-CEF, għandha tiġi pprovduta deskrizzjoni dettaljata tal-proġetti, kif ukoll il-kontribuzzjoni finanzjarja preċiża minn kull sors, u profil ta' riskju għal kull proġett;"

Emenda     37

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 9c (ġdid)

Regolament (UE) Nru 2015/1017

Artikolu 16 – paragrafu 6a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9c)  fl-Artikolu 16, għandu jiżdied il-paragrafu li ġej:

 

‘6a.   Il-BEI għandu jiżviluppa, għall-finijiet ta' rapportar, sett ta' indikaturi tar-riżultati għal kull operazzjoni, sabiex tiġi pprovduta bażi affidabbli għall-analiżi tal-valur miżjud tal-finanzjament tal-Unjoni. Metodoloġija bħal din għandha tiġi approvata mill-Bord ta' Tmexxija."

Emenda     38

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 10 – punt a

Regolament (UE) Nru 2015/1017

Artikolu 18 – paragrafu 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Sat-30 ta' Ġunju 2018 u t-30 ta' Ġunju 2020, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport li jkun fih evalwazzjoni indipendenti tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.";

6.  Sat-30 ta' Ġunju 2018 u t-30 ta' Ġunju 2020, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, lill-Bank Ċentrali Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kumitat tar-Reġjuni, lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri u lill-Bank Ewropew tal-Investiment rapport li jkun fih evalwazzjoni indipendenti tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, u jekk il-FEIS hux qed jikseb l-objettivi tiegħu rigward l-addizjonalità tal-proġetti u l-impatt tiegħu fuq il-koeżjoni soċjali, ekonomika u territorjali, kif ukoll jekk jistax jinkiseb bilanċ ġeografiku aħjar tal-proġetti.";

Emenda     39

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 11

Regolament (UE) Nru 2015/1017

Artikolu 19 – paragrafu 1a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

"Il-BEI u l-FEI għandhom jinformaw jew għandhom jobbligaw intermedjarji finanzjarji li jinformaw lill-benefiċjarji finali, inkluż l-SMEs, dwar l-eżistenza tal-appoġġ tal-FEIS.";

"Il-BEI u l-FEI għandhom jinformaw u għandhom jobbligaw intermedjarji finanzjarji li jinformaw lill-benefiċjarji finali, inkluż l-SMEs, dwar l-eżistenza tal-appoġġ ta' diversi strumenti tal-Unjoni li jistgħu jintużaw waħedhom jew flimkien mal-FEIS.

 

Il-BEI għandu jippubblika fuq il-websajt tiegħu l-ammont ta' finanzjament mill-FEIS għal kull proġett.";

Emenda     40

Proposta għal regolament

Anness I – punt 1 – punt -a (ġdid)

Regolament (UE) Nru 2015/1017

Anness II – taqsima 2 – punt a – inċiż 5

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(-a)  fil-punt a, il-punt 5 jinbidel b'dan li ġej:

‘-   entitajiet tas-settur pubbliku (dawk territorjali u dwak li mhumiex, iżda bl-esklużjoni ta' operazzjonijiet ma' tali entitajiet li joħolqu b' riskju dirett għall-Istat Membru) u entitajiet tat-tip tas-settur pubbliku.

‘-   entitajiet tas-settur pubbliku (territorjali jew le, iżda bl-esklużjoni ta' operazzjonijiet ma' tali entitajiet li joħolqu b'riskju dirett għall-Istat Membru) u entitajiet tat-tip tas-settur pubbliku. Raggruppament Ewropew ta' Kooperazzjoni Territorjali (REKT), li ġie stabbilit skont ir-Regolament Nru 1082/2006 dwar ir-REKT*, għandu jitqies bħala entità li ma twassalx għal riskju dirett għall-Istat Membru."

 

_______________

 

* Ir-Regolament (KE) Nru 1082/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2006 dwar raggruppament Ewropew ta' koperazzjoni territorjali (REKT), ĠU L 210, 31.7.2006, p. 19-24"

Emenda     41

Proposta għal regolament

Anness I – punt 1 – punt a

Regolament (UE) Nru 2015/1017

Anness II – taqsima 2 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Barra minn hekk, l-appoġġ tal-FEIS għall-awtostradi għandu jiġi evitat, sakemm ma jkunx meħtieġ biex jappoġġa l-investiment privat fit-trasport f'pajjiżi tal-koeżjoni jew fi proġetti ta' trasport transfruntier li jinvolvi mill-anqas pajjiżi ta' koeżjoni wieħed.;

Barra minn hekk, l-appoġġ tal-FEIS għall-awtostradi għandu jiġi evitat, sakemm ma jkunx meħtieġ biex jappoġġa l-investiment privat jew pubbliku fit-trasport f'pajjiżi tal-koeżjoni jew fi proġetti ta' trasport transfruntier li jinvolvi mill-anqas pajjiżi ta' koeżjoni wieħed jew fejn l-element tal-falliment tas-suq huwa stabbilit b'mod inekwivoku u l-addizjonalità hija vvalutata b'mod ċar.;

Emenda     42

Proposta għal regolament

Anness I – punt 6 – punt c

Regolament (UE) Nru 2015/1017

Anness II – taqsima 8 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  fl-ewwel sentenza tal-punt (b), titħassar il-kelma "inizjali".

(c)  fl-ewwel sentenza tal-punt (b), titħassar il-kelma "inizjali". Fit-tieni sentenza tal-punt (b), il-kelma "jadotta" hija sostitwita minn "jadotta u jiżgura l-implimentazzjoni effettiva ta'".

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

L-estensjoni tad-durata tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi kif ukoll l-introduzzjoni ta’ titjib tekniku għal dan il-Fond u għaċ-Ċentru Ewropew ta’ Konsulenza għall-Investimenti

Referenzi

COM(2016)0597 – C8-0375/2016 – 2016/0276(COD)

Kumitati responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

3.10.2016

ECON

3.10.2016

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

REGI

3.10.2016

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Mercedes Bresso

11.10.2016

Artikolu 55 – Proċedura b’kumitati konġunti

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

       

       

19.1.2017

Data tal-adozzjoni

21.3.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

29

5

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Pascal Arimont, Franc Bogovič, Andrea Cozzolino, Rosa D’Amato, Krzysztof Hetman, Marc Joulaud, Constanze Krehl, Andrew Lewer, Louis-Joseph Manscour, Martina Michels, Iskra Mihaylova, Jens Nilsson, Andrey Novakov, Mirosław Piotrowski, Stanislav Polčák, Liliana Rodrigues, Fernando Ruas, Monika Smolková, Ruža Tomašić, Ramón Luis Valcárcel Siso, Matthijs van Miltenburg, Lambert van Nistelrooij, Derek Vaughan, Kerstin Westphal

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Andor Deli, Josu Juaristi Abaunz, Ivana Maletić, Demetris Papadakis, Tomasz Piotr Poręba, Julia Reid, Davor Škrlec, Damiano Zoffoli, Milan Zver

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Luigi Morgano

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

29

+

ALDE

Iskra Mihaylova, Matthijs van Miltenburg

ECR

Andrew Lewer, Mirosław Piotrowski, Tomasz Piotr Poręba, Ruža Tomašić

PPE

Pascal Arimont, Franc Bogovič, Andor Deli, Krzysztof Hetman, Marc Joulaud, Ivana Maletić, Andrey Novakov, Stanislav Polčák, Fernando Ruas, Ramón Luis Valcárcel Siso, Milan Zver, Lambert van Nistelrooij

S&D

Andrea Cozzolino, Constanze Krehl, Louis-Joseph Manscour, Luigi Morgano, Jens Nilsson, Demetris Papadakis, Liliana Rodrigues, Monika Smolková, Derek Vaughan, Kerstin Westphal, Damiano Zoffoli

5

-

EFDD

Rosa D'Amato, Julia Reid

GUE/NGL

Josu Juaristi Abaunz, Martina Michels

Verts/ALE

Davor Škrlec

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

L-estensjoni tad-durata tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi kif ukoll l-introduzzjoni ta’ titjib tekniku għal dan il-Fond u għaċ-Ċentru Ewropew ta’ Konsulenza għall-Investimenti

Referenzi

COM(2016)0597 – C8-0375/2016 – 2016/0276(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

14.9.2016

 

 

 

Kumitati responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

3.10.2016

ECON

3.10.2016

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

CONT

15.12.2016

EMPL

3.10.2016

ENVI

3.10.2016

ITRE

3.10.2016

 

TRAN

3.10.2016

REGI

3.10.2016

AGRI

3.10.2016

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

ENVI

29.9.2016

AGRI

29.9.2016

 

 

Kumitati assoċjati

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

19.1.2017

TRAN

19.1.2017

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Udo Bullmann

26.1.2017

José Manuel Fernandes

26.1.2017

 

 

Artikolu 55 – Proċedura b’kumitati konġunti

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

       

       

19.1.2017

Eżami fil-kumitat

20.3.2017

3.4.2017

 

 

Data tal-adozzjoni

15.5.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

65

11

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Nedzhmi Ali, Gerolf Annemans, Jonathan Arnott, Jean Arthuis, Hugues Bayet, Pervenche Berès, Reimer Böge, Udo Bullmann, Lefteris Christoforou, Gérard Deprez, Manuel dos Santos, José Manuel Fernandes, Jonás Fernández, Eider Gardiazabal Rubial, Esteban González Pons, Ingeborg Gräßle, Roberto Gualtieri, Brian Hayes, Gunnar Hökmark, Danuta Maria Hübner, Cătălin Sorin Ivan, Petr Ježek, Barbara Kappel, Othmar Karas, Bernd Kölmel, Zbigniew Kuźmiuk, Alain Lamassoure, Werner Langen, Olle Ludvigsson, Marisa Matias, Gabriel Mato, Bernard Monot, Clare Moody, Luigi Morgano, Siegfried Mureşan, Victor Negrescu, Luděk Niedermayer, Jan Olbrycht, Stanisław Ożóg, Urmas Paet, Pina Picierno, Paul Rübig, Pirkko Ruohonen-Lerner, Pedro Silva Pereira, Peter Simon, Jordi Solé, Theodor Dumitru Stolojan, Patricija Šulin, Eleftherios Synadinos, Paul Tang, Indrek Tarand, Michael Theurer, Isabelle Thomas, Ramon Tremosa i Balcells, Marco Valli, Tom Vandenkendelaere, Miguel Viegas, Daniele Viotti, Marco Zanni, Stanisław Żółtek

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Xabier Benito Ziluaga, Richard Corbett, Andrea Cozzolino, Bas Eickhout, Doru-Claudian Frunzulică, Heidi Hautala, Ramón Jáuregui Atondo, Eva Kaili, Krišjānis Kariņš, Jeppe Kofod, Georgios Kyrtsos, Eva Maydell, Nils Torvalds, Tomáš Zdechovský

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Julia Reda, Bart Staes, Jarosław Wałęsa, Lambert van Nistelrooij

Data tat-tressiq

15.5.2017

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

65

+

ALDE

Nedzhmi Ali, Jean Arthuis, Gérard Deprez, Petr Ježek, Urmas Paet, Michael Theurer, Nils Torvalds, Ramon Tremosa i Balcells

ECR

Zbigniew Kuźmiuk, Stanisław Ożóg

PPE

Reimer Böge, Lefteris Christoforou, José Manuel Fernandes, Esteban González Pons, Ingeborg Gräßle, Brian Hayes, Gunnar Hökmark, Danuta Maria Hübner, Othmar Karas, Krišjānis Kariņš, Georgios Kyrtsos, Alain Lamassoure, Werner Langen, Gabriel Mato, Eva Maydell, Siegfried Mureşan, Luděk Niedermayer, Jan Olbrycht, Paul Rübig, Theodor Dumitru Stolojan, Tom Vandenkendelaere, Jarosław Wałęsa, Tomáš Zdechovský, Lambert van Nistelrooij, Patricija Šulin

S&D

Hugues Bayet, Pervenche Berès, Udo Bullmann, Richard Corbett, Andrea Cozzolino, Jonás Fernández, Doru-Claudian Frunzulică, Eider Gardiazabal Rubial, Roberto Gualtieri, Cătălin Sorin Ivan, Ramón Jáuregui Atondo, Eva Kaili, Jeppe Kofod, Olle Ludvigsson, Clare Moody, Luigi Morgano, Victor Negrescu, Pina Picierno, Pedro Silva Pereira, Peter Simon, Paul Tang, Isabelle Thomas, Daniele Viotti, Manuel dos Santos

VERTS/ALE

Bas Eickhout, Heidi Hautala, Julia Reda, Jordi Solé, Bart Staes, Indrek Tarand

11

-

ECR

Bernd Kölmel

EFDD

Jonathan Arnott, Marco Valli

ENF

Gerolf Annemans, Bernard Monot, Marco Zanni, Stanisław Żółtek

GUE/NGL

Xabier Benito Ziluaga, Marisa Matias, Miguel Viegas

NI

Eleftherios Synadinos

2

0

ECR

Pirkko Ruohonen-Lerner

ENF

Barbara Kappel

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni