Proċedura : 2016/2326(INI)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0202/2017

Testi mressqa :

A8-0202/2017

Dibattiti :

PV 12/06/2017 - 15
CRE 12/06/2017 - 15

Votazzjonijiet :

PV 13/06/2017 - 5.10
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2017)0254

RAPPORT     
PDF 620kWORD 68k
24.5.2017
PE 599.838v02-00 A8-0202/2017

dwar l-elementi fundamentali għal politika ta' koeżjoni tal-UE wara l-2020

(2016/2326(INI))

Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali

Rapporteur: Kerstin Westphal

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġits
 INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-elementi fundamentali għal politika ta' koeżjoni tal-UE wara l-2020

(2016/2326(INI))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), b'mod partikolari l-Artikolu 3 tiegħu, u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), b'mod partikolari l-Artikoli 4, 162, 174 sa 178 u 349 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (minn hawn 'il quddiem "ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni")(1),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1301/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi li jikkonċernaw l-Investiment li għandu fil-mira t-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1080/2006(2),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1304/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Fond Soċjali Ewropew u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1081/2006(3),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1299/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għall-appoġġ mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali għall-għan ta' kooperazzjoni territorjali Ewropea(4),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1302/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1082/2006 dwar raggruppament Ewropew ta' kooperazzjoni territorjali (REKT) fir-rigward tal-kjarifika, is-simplifikazzjoni u t-titjib għat-twaqqif u l-funzjonament ta' tali raggruppamenti(5),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1300/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Fond ta' Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1084/2006(6),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020(7),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(8),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta' Settembru 2016 bit-titolu "Rieżami/reviżjoni ta' nofs it-terminu tal-qafas finanzjarju pluriennali 2014-2020 – Baġit tal-UE iffukat fuq ir-riżultati" (COM(2016)0603),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta' Diċembru 2015 bit-titolu "Ninvestu f'impjiegi u tkabbir - nimmassimizzaw il-kontribuzzjoni tal-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej" (COM(2015)0639),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta'Frar 2017 dwar l-investiment f'impjiegi u tkabbir - nimmassimizzaw il-kontribuzzjoni tal-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej: evalwazzjoni tar-rapport skont l-Artikolu 16(3) tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni(9),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Settembru 2016 dwar il-Kooperazzjoni Territorjali Ewropea - l-aħjar prattiki u miżuri innovattivi(10),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Mejju 2016 dwar l-aċċellerazzjoni tal-implimentazzjoni tal-politika ta' koeżjoni(11),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta' Jannar 2010 dwar Strateġija tal-UE għar-reġjun tad-Danubju(12), ir-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' Lulju 2010 dwar l-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea għar-Reġjun tal-Baħar Baltiku u r-rwol tal-makroreġjuni fil-futur tal-politika ta' koeżjoni(13), ir-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta' Ottubru 2015 dwar Strateġija tal-UE għar-Reġjun Adrijatiku u Joniku(14), u r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Settembru 2016 dwar Strateġija tal-UE għar-Reġjun tal-Alpi(15),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' Lulju 2016 dwar sinerġiji għall-innovazzjoni: il-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej, Orizzont 2020 u fondi ta' innovazzjoni Ewropej u programmi tal-UE oħra(16),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Mejju 2016 dwar "Għodod ġodda għall-iżvilupp territorjali fil-politika ta' koeżjoni 2014-2020: Investiment Territorjali Integrat (ITI) u Żvilupp Lokali Mmexxi mill-Komunità (CLLD)"(17),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta' Novembru 2015, "Lejn simplifikazzjoni u orjentament tal-prestazzjoni fil-politika ta' koeżjoni 2014-2020"(18),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta' Settembru 2015 dwar "Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi: il-promozzjoni tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali fl-Unjoni"(19),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta' Settembru 2015 dwar id-dimensjoni urbana tal-politiki tal-UE(20),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni u r-riżoluzzjonijiet tal-Parlament dwar ir-reġjuni ultraperiferiċi, b'mod partikolari r-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta' April 2012dwar ir-rwol tal-politika ta' koeżjoni fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni Ewropea fil-kuntest tal-Istrateġija UE 2020(21) u dik tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-ottimizzazzjoni tal-potenzjal tar-Reġjuni Ultraperiferiċi permezz tal-ħolqien ta' sinerġiji bejn il-fondi strutturali tal-UE u programmi oħra tal-UE(22),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta' Ottubru 2015 dwar il-politika ta' koeżjoni u r-rieżami tal-istrateġija Ewropa 2020(23),

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Livell Għoli għall-monitoraġġ tas-simplifikazzjoni għall-benefiċjarji tal-Fondi SIE,

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar ir-rapport speċjali nru 31 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri "Infiq ta' mill-inqas euro wieħed minn kull ħamsa mill-baġit tal-UE fuq l-azzjoni klimatika: qed isir xogħol ambizzjuż, iżda hemm riskju serju li ma jkunx suffiċjenti", adottat fil-21 ta' Marzu 2017,

–  wara li kkunsidra s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-15 ta' Diċembru 2015 dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 349 tat-TFUE,

–  wara li kkunsidra rapport speċjali nru 19/2016 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri: L-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE permezz ta' strumenti finanzjarji – tagħlimiet li għandhom jinsiltu mill-perjodu tal-programm 2007-2013,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni Ewropea tat-22 ta' Frar 2016 bit-titolu "European Structural and Investment Funds and European Fund for Strategic Investments complementarities - ensuring coordination, synergies and complementarity" (Il-komplementarjetajiet bejn il-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej u l-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi - l-iżgurar tal-koordinament, is-sinerġiji u l-komplementarjetà),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0202/2017),

A.  billi l-politika ta' koeżjoni tal-UE toriġina mit-TUE u t-TFUE u tikkostitwixxi espressjoni tas-solidarjetà tal-UE bħala wieħed mill-prinċipji fundamentali tal-Unjoni, billi ssegwi l-objettiv imsejjes fuq it-Trattat tagħha li tnaqqas id-differenzi reġjonali u tippromwovi l-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali fost ir-reġjuni kollha fl-UE;

B.  billi l-funzjonament tal-UE bħala "għodda ta' konverġenza" waqaf wara l-2008, u dan ikkawża żieda fid-diverġenzi li jeżistu bejn l-Istati Membri u fihom stess, u barra minn hekk żied l-inugwaljanzi soċjali u ekonomiċi fl-UE kollha; ifakkar li l-politika ta' koeżjoni fil-livell Ewropew hija effikaċi ħafna, b'mod partikolari fil-promozzjoni ta' diversi forom ta' kooperazzjoni territorjali, u għaldaqstant tibqa' – fid-dimensjoni ekonomika, soċjali u territorjali tagħha – politika urġentement neċessarja li tikkombina l-ħtiġijiet speċifiċi ta' territorju mal-prijoritajiet tal-UE u twassal riżultati tanġibbli fuq il-post għaċ-ċittadini kollha;

C.  billi l-politika ta' koeżjoni kienet u għadha l-politika ta' investiment ewlenija, b'suċċess kbir u apprezzata ħafna fil-livell tal-UE għall-ġenerazzjoni tal-impjiegi sostenibbli u l-ħolqien ta' tkabbir u kompetittività intelliġenti, sostenibbli u inklużivi wara l-2020, b'mod speċjali fil-kuntest ta' tnaqqis qawwi fl-investimenti pubbliċi u privati f'bosta Stati Membri u l-implikazzjonijiet tal-globalizzazzjoni; ifakkar li l-politika ta' koeżjoni s'issa kellha rwol essenzjali u wriet kapaċità ta' rispons sinifikanti għar-restrizzjonijiet makroekonomiċi;

D.  billi l-aħħar riforma tal-politika ta' koeżjoni fl-2013 kienet estensiva u sostanzjali, peress li ffokat fuq il-politika favur approċċ orjentat lejn ir-riżultati, il-konċentrazzjoni tematika, l-effikaċja u l-effiċjenza fuq naħa u l-prinċipji, inklużi s-sħubija, il-governanza f'diversi livelli, l-ispeċjalizzazzjoni intelliġenti u l-approċċi bbażati fuq il-post fuq in-naħa l-oħra;

E.  billi l-politika ta' koeżjoni mġedda rriżultat f'bidla fl-enfasi minn politika bbażata fuq proġetti kbar marbuta mal-infrastruttura għal politika intiża biex tistimola l-ekonomija tal-għarfien u l-innovazzjoni

F.  billi dawn il-prinċipji għandhom jinżammu u jiġu kkonsolidati wara l-2020 sabiex jiġu żgurati l-kontinwità, il-viżibilità, iċ-ċertezza tad-dritt, l-aċċessibilità u t-trasparenza tal-implimentazzjoni tal-politika;

G.  billi sabiex il-politika ta' koeżjoni tkun ta' suċċess wara l-2020, huwa essenzjali li jitnaqqas il-piż amministrattiv għall-benefiċjarji u l-awtoritajiet maniġerjali, li jinstab il-bilanċ it-tajjeb bejn l-orjentazzjoni lejn ir-riżultati tal-politika u l-livelli ta' verifiki u kontrolli biex tiżdied il-proporzjonalità, jiġi introdott d-divrenzjar fl-implimentazzjoni tal-programmi u jiġu ssimplifikati r-regoli u l-proċeduri, peress li attwalment hija meqjusa bħala kumplessa żżejjed;

H.  billi dawn l-elementi – flimkien mal-approċċ ta' politika integrata u l-prinċipju ta' sħubija – juru l-valur miżjud tal-politika ta' koeżjoni;

I.  billi l-limitazzjonijiet dejjem jiżdiedu kemm fuq il-baġit tal-UE kif ukoll fuq dak nazzjonali u l-konsegwenzi ta' Brexit m'għandhomx iwasslu għall-indeboliment tal-politika ta' koeżjoni tal-UE; jitlob, f'dan il-kuntest, biex in-negozjaturi UE/Renju Unit jirriflettu fuq il-vantaġġi u l-iżvantaġġi li r-Renju Unit ikompli jipparteċipa fil-programmi ta' kooperazzjoni territorjali Ewropea;

J.  billi l-politika ta' koeżjoni diġà tindirizza firxa wiesgħa ħafna ta' sfidi marbuta mal-objettivi tagħha kif stabbilit fit-Trattati u wieħed ma jistax jistenna li din tindirizza l-isfidi ġodda kollha li l-UE se tħabbat wiċċha magħhom wara l-2020 bl-istess baġit jew b'baġit iċken, għad li l-impatt jaf ikun akbar jekk l-Istati Membri, ir-reġjuni u l-bliet ikollhom aktar flessibilità biex jirreaġixxu għal sfidi politiċi ġodda;

Il-valur miżjud tal-politika ta' koeżjoni tal-UE

1.  Jopponi bil-qawwa kwalunkwe xenarju għall-UE27 sal-2025, kif stabbilit fil-White Paper dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa, li kieku jnaqqas l-isforzi tal-UE b'rabta mal-politika ta' koeżjoni; jistieden lill-Kummissjoni, għall-kuntrarju, tippreżenta proposta leġiżlattiva komprensiva għal politika ta' koeżjoni b'saħħitha u effikaċi għal wara l-2020;

2.  Jissottolinja li t-tkabbir u l-konverġenza reġjonali, ekonomika u soċjali ma jistgħux jinkisbu mingħajr governanza tajba, kooperazzjoni, fiduċja reċiproka bejn il-partijiet ikkonċernati kollha u l-involviment effikaċi tas-sħab fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali, kif huwa minqux fil-prinċipju ta' sħubija (l-Artikolu 5 tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni); itenni li l-arranġament għall-ġestjoni kondiviża tal-politika ta' koeżjoni tal-UE jipprovdi lill-UE b'għodda unika biex tindirizza b'mod dirett l-interessi taċ-ċittadini fir-rigward tal-isfidi interni u esterni; huwa tal-opinjoni li l-ġestjoni konġunta, li hija msejsa fuq il-prinċipju tas-sħubija, il-governanza f'diversi livelli u l-koordinament ta' livelli amminstrattivi differenti, hija ta' importanza sinifikanti biex jiġi żgurat li jkun hemm sjieda u responsabilità għall-implimentazzjoni tal-politika fost il-partijiet ikkonċernati kollha;

3.  Jenfasizza l-effetti katalistiċi tal-politika ta' koeżjoni u t-tagħlimiet għall-amministrazzjonijiet, il-benefiċjarji u l-partijiet ikkonċernati; jenfasizza l-approċċ orizzontali u trażversali tal-politika ta' koeżjoni bħala politika intelliġenti, sostenibbli u inklużiva li tipprovdi qafas għall-mobilizzazzjoni u l-koordinament ta' atturi nazzjonali u sottonazzjonali, u għall-involviment dirett tagħhom biex jaħdmu flimkien ħalli jilħqu l-prijoritajiet tal-UE permezz ta' proġetti kkofinanzjati; jitlob, f'dan il-kuntest, biex ikun hemm koordinament u kooperazzjoni ottimali bejn id-DĠ tal-Kummissjoni responsabbli għall-politika ta' koeżjoni u DĠ oħra, kif ukoll mal-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali;

4.  Jiddispjaċih għall-adozzjoni tardiva ta' bosta programmi operattivi u d-deżinjazzjoni tardiva tal-awtorità maniġerjali f'xi Stati Membri tul il-perjodu ta' programmazzjoni attwali; jilqa' l-ewwel sinjali tal-implimentazzjoni aċċellerata tal-programmi operattivi osservati tul l-2016; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tkompli bit-Task Force għal Implimentazzjoni Aħjar bil-għan li tappoġġa l-implimentazzjoni u tidentifika l-kawżi tad-dewmien, u tipproponi mezzi prattiċi u miżuri biex tevita tali problemi fil-bidu tal-perjodu ta' programmazzjoni li jmiss; iħeġġeġ bil-qawwa lill-atturi kollha involuti biex ikomplu jtejbu u jaċċelleraw aktar l-implimentazzjoni mingħajr ma jikkawżaw ostakli;

5.  Jinnota li n-nuqqasijiet tas-sistema għall-ippjanar u l-implementazzjoni finanzjarji wasslu għall-akkumulazzjoni ta' kontijiet mhux imħallsa u ta' arretrat mingħajr preċedent li ġie riportat mill-aħħar QFP għal dak attwali; jappella lill-Kummissjoni sabiex toħroġ b'soluzzjoni strutturata biex issolvi tali problemi qabel jintemm il-QFP attwali u biex twaqqafhom milli jkollhom riperkussjonijiet fil-QFP li jmiss; jissottolinja li l-livell tal-approprjazzjonijiet ta' pagament irid jikkorrispondi mal-impenji preċedenti, b'mod speċjali lejn tmiem il-perjodu, meta l-livell tat-talbiet għal pagament mill-Istati Membri għandu tendenza jiżdied b'mod sinifikanti;

6.  Jirrikonoxxi li, f'xi Stati Membri, il-prinċipju ta' sħubija wassal għal kooperazzjoni aktar mill-qrib mal-awtoritajiet reġjonali u lokali, filwaqt li għad hemm lok għal titjib sabiex jiġi żgurat l-involviment reali u bikri tal-partijiet ikkonċernati kollha, inkluża s-soċjetà ċivili, bil-għan li jiġi żgurat li jkun hemm aktar responsabilità u viżibilità fl-implimentazzjoni tal-politika ta' koeżjoni mingħajr ma jiżdiedu l-piżijiet amministrattivi jew jiġi kkawżat dewmien; jissottolinja li l-partijiet ikkonċernati jenħtieġ ikomplu jkunu involuti f'konformità mal-approċċ ta' governanza f'diversi livelli; huwa tal-opinjoni li l-prinċipju tas-sħubija u l-kodiċi ta' kondotta fil-futur jenħtieġ jissaħħu ulterjorment permezz, perezempju, tal-introduzzjoni ta' rekwiżiti minimi ċari għall-involviment fis-sħubija;

7.  Jisħaq li, minkejja li l-politika ta' koeżjoni mmitigat l-impatt tal-kriżi ekonomika u finanzjarja reċenti fl-UE, kif ukoll l-impatt tal-miżuri ta' awsterità, id-differenzi reġjonali, kif ukoll id-differenzi fil-kompetittività u l-inugwaljanzi soċjali, għadhom kbar; jappella għal azzjoni msaħħa biex jitnaqqsu dawn id-differenzi u jiġi impedit l-iżivlupp ta' differenzi ġodda fit-tipi kollha ta' reġjuni, filwaqt li jinżamm u jiġi kkonsolidat is-sostenn għar-reġjuni bil-għan li tiġi ffaċilitata s-sjieda tal-politika f'kull tip ta' reġjun u sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-UE fl-UE kollha; iqis, f'dan il-kuntest, li jeħtieġ li tingħata aktar attenzjoni biex ir-reġjuni jsiru aktar reżiljenti għall-ħasdiet;

8.  Josserva li l-kooperazzjoni territorjali fis-suriet kollha tagħha, inklużi l-istrateġiji makroreġjonali, li l-potenzjal tagħhom għad irid jiġi sfruttat bis-sħiħ, tittrasponi l-kunċett tal-kooperazzjoni politika u l-koordinament tar-reġjuni u ċ-ċittadini min naħa ta' fruntiera għal oħra fl-UE; jissottolinja l-valur tal-politika ta' koeżjoni meta jiġu indirizzati l-isfidi inerenti għall-gżejjer, ir-reġjuni transfruntiera u r-reġjuni tat-Tramuntana l-aktar mbiegħda u b'popolazzjoni baxxa, kif previst mill-Artikolu 174 tat-TFUE, ir-reġjuni ultraperiferiċi definiti fl-Artikoli 349 u 355 tat-TFUE li jgawdu minn status speċjali u li l-għodod u l-finanzjament speċifiċi tagħhom għandhom jinżammu sa wara l-2020, u r-reġjuni periferiċi;

9.  Jinnota li l-Kooperazzjoni Territorjali Ewropea hija waħda mill-għanijiet importanti tal-politika ta' koeżjoni għall-perjodu 2014-2020 li żżid valur miżjud sostanzjali għall-objettivi tal-UE, tħeġġeġ is-solidarjetà bejn ir-reġjuni tal-UE u mal-ġirien tagħha u tiffaċilità l-iskambju ta' esperjenza u t-trasferiment ta' prattika tajba, pereżempju permezz ta' dokumenti standardizzati; jinsisti fuq il-ħtieġa li tkompli ssir ħidma favur il-kooperazzjoni transfruntiera, transnazzjonali u interreġjonali bħala parti mill-għan li tissaħħaħ il-koeżjoni territorjali f'konformità mal-Artikolu 174 tat-TFUE; iqis li din għandha tibqa' strument importanti wara l-2020; jissottolinja, minkejja dan, li l-baġit attwali tal-Kooperazzjoni Territorjali Ewropea ma jikkorrispondix mal-isfidi l-kbar li qed iħabbtu wiċċhom magħhom il-programmi Interreg u lanqas ma jappoġġa b'mod effikaċi l-kooperazzjoni transfruntiera; jitlob, għaldaqstant, li fil-perjodu ta' programmazzjoni li jmiss ikun hemm baġit miżjud sostanzjalment għall-Kooperazzjoni Territorjali Ewropea;

10.  Jissottolinja l-importanza tal-programm ta' kooperazzjoni Interreg Europe attwali għall-awtoritajiet pubbliċi Ewropej biex jiffaċilità l-iskambju ta' esperjenza u t-trasferiment ta' prattika tajba; jissuġġerixxi li l-possibilitajiet ta' finanzjament fil-programm ta' kooperazzjoni Interreg Europe li jmiss wara l-2020 jiġu estiżi bil-għan li jkun jista' jsir investiment fil-proġetti pilota fiżiċi u fil-proġetti ta' dimostrazzjoni, filwaqt li jitqies ukoll l-involviment tal-partijiet ikkonċernati fl-Ewropa kollha;

L-arkitettura tal-politika ta' koeżjoni wara l-2020 – il-kontinwità u l-oqsma fejn jeħtieġ isir titjib

11.  Jissottolinja li l-klassifikazzjoni attwali tar-reġjuni, ir-riformi introdotti, bħall-konċentrazzjoni tematika, u l-qafas ta' prestazzjoni taw prova tal-valur tal-politika ta' koeżjoni; jitlob lill-Kummissjoni tippreżenta ideat għal flessibilità akbar fl-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE kollu kemm hu; iqis il-ħolqien ta' riżerva bħala opzjoni interessanti f'dan il-kuntest biex jiġu indirizzati avvenimenti kbar mhux previsti tul il-perjodu ta' programmazzjoni u biex tiġi ffaċilitata r-riprogrammazzjoni tal-programmi operattivi bil-għan li l-investimenti FSIE jiġu adattati għall-ħtiġijiet mutevoli ta' kull reġjun, kif ukoll biex jiġu indirizzati l-effetti tal-globalizzazzjoni fil-livell reġjonali u lokali mingħajr ma, minkejja dan, jintlaqtu b'mod negattiv l-investimenti tal-politika ta' koeżjoni jew l-orjentazzjoni strateġika, l-objettivi fit-tul u ċ-ċertezza tal-ippjanar u l-istabilità tal-programmi pluriennali għall-awtorità lokali;

12.  Jirrikonoxxi l-valur tal-kondizzjonalitajiet ex ante, b'mod partikolari l-kondizzjonalità dwar l-Istrateġiji dwar ir-Riċerka u l-Innovazzjoni għall-ispeċjalizzazzjoni intelliġenti (RIS3), li jkomplu jappoġġaw il-programmazzjoni strateġika tal-Fondi SIE u wasslu għal żieda fl-orjentazzjoni lejn ir-riżultati; jinnota li l-kondizzjonalitajiet ex ante jippermettu lill-FSIE jappoġġaw b'mod effikaċi l-għanijiet tal-Ewropa wara l-2020, mingħajr preġudizzju għall-objettivi tal-politika ta' koeżjoni, kif stabbiliti fit-Trattat;

13.  Jenfasizza li jrid ikun hemm rabta bbilanċjata bejn il-politika ta' koeżjoni u l-proċessi ta' governanza ekonomika fis-Semestru Ewropew għall-atturi kollha involuti, u li din ir-rabta għandha tkun reċiproka; huwa tal-opinjoni li rikonoxximent akbar tad-dimensjoni territorjali tkun ta' benefiċċju għas-Semestru Ewropew, jiġifieri l-governanza ekonomika u l-objettivi tal-politika ta' koeżjoni ta' koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, kif ukoll it-tkabbir sostenibbli, l-impjieg u l-protezzjoni ambjentali, għandhom jitqiesu b'mod ekwilibrat;

14.  Jemmen, fid-dawl tal-fatt li l-finanzjament tal-politika ta' koeżjoni huwa intiż biex jagħti spinta lill-investiment, it-tkabbir u l-impjieg fl-UE kollha, li l-kontribuzzjonijiet nazzjonali fil-proġetti ta' kofinanzjament fl-ambitu ta' dik il-politika fil-perjodu wara l-2020 m'għandhomx jitqiesu fil-kalkoli tad-defiċit skont ir-regoli tal-Patt ta' Stabilità u Tkabbir;

15.  Josserva li ż-żieda fil-kapaċitajiet amministrattivi u istituzzjonali – u għaldaqstant it-tisħiħ tal-aġenziji nazzjonali u reġjonali għas-sostenn tal-investimenti – fil-qasam tal-programmazzjoni, l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni tal-programmi operattivi, kif ukoll il-kwalità tat-taħriġ professjonali fl-Istati Membri u r-reġjuni, hija kruċjali biex ir-riżultati tal-politika ta' koeżjoni tkun f'waqtha u ta' suċċess u bil-għan li tintlaħaq konverġenza lejn standards ogħla; jisħaq, f'dan il-kuntest, fuq l-importanza tal-inizjattiva Taiex Regio Peer 2 Peer li ttejjeb il-kapaċità amministrattiva u istituzzjonali u tipproduċi riżultati aħjar għall-investimenti tal-UE;

16.  Jenfasizza l-ħtieġa li tiġi ssimplifikata s-sistema ta' ġestjoni tal-politika ta' koeżjoni fil-livelli ta' governanza kollha, billi jiġu ffaċilitati l-ipprogrammar, il-ġestjoni u l-evalwazzjoni tal-programmi operattivi, bil-għan li din issir aktar aċċessibbli, flessibli u effikaċi; jenfasizza, f'dan il-kuntest, l-importanza tal-ġlieda kontra l-gold-plating fl-Istati Membri; jitlob lill-Kummissjoni żżid il-possibilitajiet għall-koeżjoni elettronika u t-tipi speċifiċi ta' nefqa, bħal skala standard ta' spejjeż għal kull unità u ammonti b'rata fissa taħt ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni, u tintroduċi pjattaforma diġitali jew one-stop shops għall-informazzjoni għall-applikanti u l-benefiċjarji; jappoġġa l-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet li ġew adottati s'issa mill-"Grupp ta' Livell Għoli għall-monitoraġġ tas-simplifikazzjoni għall-benefiċjarji tal-Fondi SIE", u jħeġġeġ lill-Istati Membri jimplimentaw dawk ir-rakkomandazzjonijiet;

17.  Jitlob lill-Kummissjoni tirrifletti dwar soluzzjonijiet ibbażati fuq il-proporzjonalità u d-divrenzjar fl-implimentazzjoni tal-programmi, ibbażati fuq ir-riskju, kriterji objettivi u inċentivi pożittivi għall-programmi, l-iskala u l-kapaċità amministrattiva tagħhom, speċjalment f'dak li għandu x'jaqsam mal-bosta livelli ta' awditjar, li għandhom jiffokaw fuq il-ġlieda kontra l-irregolaritajiet, b'mod partikolari l-frodi u l-korruzzjoni, u l-għadd ta' kontrolli, biex tintlaħaq aktar armonizzazzjoni bejn il-politika ta' koeżjoni, il-politika ta' kompetizzjoni u politiki oħra tal-Unjoni, b'mod partikolari r-regoli tal-għajnuna mill-Istat, li japplikaw għal-Fondi SIE iżda mhux lill-FEIS jew Orizzont 2020, kif ukoll għal dak li jikkonċerna l-possibilità li jkun hemm sett wieħed ta' regoli għall-Fondi SIE kollha bil-għan li l-finanzjament isir aktar effiċjenti filwaqt illi jitqiesu l-ispeċifiċitajiet ta' kull Fond;

18.  Jitlob lill-Kummissjoni, bil-għan li ssir simplifikazzjoni reali, u bi qbil mal-awtorità maniġerjali tal-programmi nazzjonali u reġjonali, biex tfassal pjan fattibbli ħalli r-reġim tal-ispejjeż issemplifikati jiġi estiż għall-FEŻR, anki f'dak li jikkonċerna l-konformità mad-dispożizzjonijiet tal-proposta għal regolament biex jiġu emendati r-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit – l-hekk imsejjaħ regolament Omnibus;

19.  Jemmen li l-għotjiet għandhom jibqgħu l-bażi għall-finanzjament tal-politika ta' koeżjoni; jinnota, madankollu, ir-rwol dejjem akbar tal-istrumenti finanzjarji; josserva li s-self, l-ekwità jew il-garanziji jista' jkollhom rwol komplementari, iżda dawn għandhom jintużaw b'kawtela, abbażi ta' valutazzjoni ex ante xierqa, u l-għotjiet għandhom ikunu kkomplementati biss f'każijiet meta dawn l-istrumenti finanzjarji juru valur miżjud u jista' jkollhom effett ta' lieva billi jattiraw sostenn finanzjarju addizzjonali, filwaqt li jitqiesu d-differenzi reġjonali u d-diversità tal-prattiki u l-esperjenzi;

20.  Jisħaq fuq l-importanza li tingħata assistenza mill-Kummissjoni, il-BEI u l-Istati Membri lill-awtoritajiet lokali u reġjonali fir-rigward tal-istrumenti finanzjarji innovattivi permezz ta' pjattaformi bħal Fi-compass jew billi jipprovdu inċentivi għall-benefiċjarji; ifakkar li dawn l-istrumenti mhumiex adegwati għat-tipi kollha ta' interventi taħt il-politika ta' koeżjoni; huwa tal-opinjoni li r-reġjuni kollha, fuq bażi volontarja, għandhom ikunu jistgħu jiddeċiedu dwar l-implimentazzjoni tal-istrumenti finanzjarji skont il-ħtiġijiet tagħhom; jopponi ruħu, madankollu, għall-objettivi kwantitattivi vinkolanti għall-użu tal-istrumenti finanzjarji, u jissottolinja l-punt li l-użu dejjem jiżdied tal-istrumenti finanzjarji m'għandux iwassal għal tnaqqis tal-baġit tal-UE b'mod ġenerali;

21.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura sinerġiji u komunikazzjoni aħjar bejn il-Fondi SIE u fondi u programmi oħra tal-Unjoni, inkluż il-FEIS, u tiffaċilita l-implimentazzjoni ta' operazzjonijiet li jagħmlu użu minn diversi fondi; jisħaq fuq il-punt li l-FEIS m'għandux jimmina l-koerenza strateġika, il-konċentrazzjoni territorjali u l-perspettiva fit-tul tal-ipprogrammar tal-politika ta' koeżjoni, u la għandu jieħu post jew jeskludi l-għotjiet u lanqas jimmira li jissostitwixxi jew inaqqas il-baġit tal-FEIS; jinsisti fuq l-addizzjonalità reali tar-riżorsi tiegħu; jitlob l-istabbiliment ta' delimitazzjonijiet ċari bejn il-FEIS u l-politika ta' koeżjoni, u li jingħataw opportunitajiet biex dawn ikunu jistgħu jiġu kkombinati u użati mingħajr ma jitħalltu, peress li, bis-saħħa ta' dan, l-istruttura tal-finanzjament issir aktar attraenti, bil-għan li jsir użu tajjeb mir-riżorsi skarsi tal-UE; jemmen li hija meħtieġa armonizzazzjoni tar-regoli għal operazzjonijiet li jagħmlu użu minn diversi fondi, kif ukoll strateġija ta' komunikazzjoni ċara dwar il-possibilitajiet ta' finanzjament eżistenti; jistieden lill-Kummissjoni, f'dan il-kuntest, tiżviluppa sett ta' għodod għall-benefiċjarji;

22.  Jistieden lill-Kummissjoni tirrifletti fuq l-iżvilupp ta' sett addizzjonali ta' indikaturi li jikkomplementaw l-indikatur tal-PDG, li għadu l-metodu leġittimu u affidabbli ewlieni għall-allokazzjoni tal-Fondi SIE b'mod ġust; jemmen li l-Indiċi ta' Progress Soċjali jew indikatur demografiku għandhom jiġu evalwati u meqjusa f'dan il-kuntest, bil-għan li tiġi pprovduta stampa komprensiva tal-iżvilupp reġjonali; iqis li tali indikaturi jistgħu jagħtu rispons aħjar għat-tipi kollha ta' inugwaljanza li qed jinħolqu bejn ir-reġjuni tal-UE; jisħaq, barra minn hekk, fuq ir-rilevanza tal-indikaturi tal-eżitu biex tissaħħaħ l-orjentazzjoni lejn ir-riżultati u l-prestazzjoni tal-politika;

23.  Jistieden lill-Kummissjoni tqis miżuri mmirati biex isolvu l-kwistjoni tal-finanzjament nazzjonali tal-proġetti ta' politika ta' koeżjoni fid-dawl tal-problema li qed iħabbtu wiċċhom magħha l-awtoritajiet lokali u reġjonali fi Stati Membri ċċentralizzati ħafna li m'għandhomx biżżejjed kapaċitajiet fiskali u finanzjarji u li jgħaddu minn diffikultajiet kbar fi proġetti kkofinanzjati, u spiss anki fit-tħejjija tad-dokumentazzjoni marbuta mal-proġetti, minħabba nuqqas ta' riżorsi finanzjarji disponibbli, u dan jostakola l-użu sħiħ tal-politika ta' koeżjoni;

24.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tqis il-possibilità li tuża l-livell NUTS III bħala klassifikazzjoni tar-reġjuni fil-politika ta' koeżjoni għal ċerti prijoritajiet magħżula;

Oqsma ta' politika ewlenin għall-politika ta' koeżjoni wara l-2020

25.  Jisħaq fuq l-importanza tal-FSE, il-Garanzija għaż-Żgħażagħ u l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ, speċjalment fil-ġlieda kontra l-qgħad fit-tul u l-qgħad fost iż-żgħażagħ fl-Unjoni, li jinsabu f'livell storikament għoli, b'mod partikolari f'reġjuni anqas żviluppati, reġjuni ultraperiferiċi u r-reġjuni li ntlaqtu l-aktar mill-kriżi; jenfasizza r-rwol ewlieni li għandhom l-SMEs fil-ħolqien tal-impjiegi – fid-dawl tal-fatt li dawn jikkostitwixxu 80 % tal-impjiegi fl-Unjoni – fil-promozzjoni ta' setturi innovattivi bħalma huma l-ekonomija diġitali u l-ekonomija b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju;

26.  Jemmen li l-politika ta' koeżjoni għal wara l-2020 għandha tkompli tieħu ħsieb il-persuni vulnerabbli u emarġinati, tindirizza l-inugwaljanzi li kulma jmur qegħdin jiżdiedu u tibni s-solidarjetà; jinnota l-impatt pożittiv f'dak li jikkonċerna l-valur miżjud soċjali u okkupazzjonjali tal-investimenti fl-edukazzjoni, it-taħriġ u l-kultura; josserva, barra minn hekk, il-ħtieġa li tinżamm l-inklużjoni soċjali, inkluż l-infiq tal-FSE, ikkomplementata mill-investimenti FEŻR f'dak il-qasam;

27.  Jissuġġerixxi li jsir użu aħjar mill-Fondi SIE sabiex jiġu indirizzati kemm it-tibdil demografiku kif ukoll il-konsegwenzi reġjonali u lokali tiegħu; huwa tal-opinjoni li f'reġjuni li qed iħabbtu wiċċhom ma' sfidi, bħad-depopolazzjoni, il-Fondi SIE għandhom ikunu mmirati bl-aħjar mod biex joħolqu l-impjiegi u t-tkabbir;

28.  Jinnota l-importanza dejjem tiżdied tal-Aġenda Territorjali u tas-sħubijiet ta' suċċess bejn iż-żoni rurali u urbani, kif ukoll ir-rwol eżemplari tal-bliet intelliġenti bħala mikrokosmi u katalisti għal soluzzjonijiet innovattivi għall-isfidi reġjonali u lokali;

29.  Jilqa' l-Patt ta' Amsterdam u r-rikonoxximent akbar li ngħata lir-rwol tal-bliet u taż-żoni urbani fit-tfassil tal-politiki Ewropej, u jitlob implimentazzjoni effikaċi tal-metodu ta' ħidma kooperattiv permezz tas-sħubijiet previsti mill-Patt; jistenna li r-riżultati jiġu inkorporati fil-politiki futuri tal-UE għal wara l-2020;

30.  Jissottolinja d-dimensjoni urbana mtejba tal-politika ta' koeżjoni fl-għamla ta' dispożizzjonijiet speċifiċi għall-iżvilupp urban sostenibbli u għal azzjonijiet innovattivi urbani; iqis li wara l-2020 dan għandu jiġi żviluppat ulterjorment u msaħħaħ mil-lat finanzjarju, u li s-sottodelega ta' kompetenzi għal livelli inferjuri għandha tiġi msaħħa; iħeġġeġ lill-Kummissjoni ttejjeb il-koordinament bejn diversi miżuri mmirati lejn il-bliet biex jittejjeb is-sostenn dirett lill-gvernijiet lokali fl-ambitu tal-politika ta' koeżjoni billi tipprovdi finanzjament u strumenti maħsuba apposta għall-iżivlupp territorjali; jenfasizza r-rwol futur tal-għodod ta' żvilupp territorjali, bħall-iżvilupp lokali mmexxi mill-komunità u l-investimenti territorjali integrati;

31.  Jappoġġa l-impenji tal-UE fil-kuntest tal-Ftehim ta' Pariġi dwar it-tibdil fil-klima; ifakkar, f'dan il-kuntest, l-għan appoġġat mill-istituzzjonijiet kollha tal-UE li jintefaq minn tal-anqas 20 % tal-baġit tal-UE fuq azzjoni marbuta mat-tibdil fil-klima, u jissottolinja li l-Fondi SIE għandhom rwol ewlieni f'din id-direzzjoni u għandhom ikomplu jintużaw b'mod effikaċi kemm jista' jkun għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u għall-adattament, kif ukoll għall-ekonomiji ekoloġiċi u l-enerġiji rinnovabbli; iqis li huwa neċessarju li tittejjeb is-sistema ta' monitoraġġ u traċċar għall-infiq għall-klima; jenfasizza l-potenzjal tal-Kooperazzjoni Territorjali Ewropea f'dan ir-rigward, kif ukoll ir-rwol tal-bliet u r-reġjuni fil-kuntest tal-Aġenda Urbana;

32.  Jinnota li r-RIS3 ssaħħaħ l-ekosistemi ta' innovazzjoni reġjonali; jisħaq fuq il-punt li l-iżvilupp għar-riċerka, l-innovazzjoni għandu jibqa' jkollu rwol prominenti biex l-UE tkun tista' tikkompeti fil-livell globali; iqis li l-mudell ta' speċjalizzazzjoni intelliġenti għandu jsir wieħed mill-approċċi ewlenin tal-politika ta' koeżjoni għal wara l-2020 billi jħeġġeġ il-kooperazzjoni bejn reġjuni differenti, bejn ż-żoni urbani u rurali u jsaħħaħ l-iżvilupp ekonomiku tal-UE, u dan billi joħloq sinerġiji bejn r-RIS3 transnazzjonali u r-raggruppamenti ta' livell dinji; ifakkar fil-proġett pilota eżistenti "Triq lejn l-Eċċellenza" (S2E - Stairway to Excellence), li jkompli jipprovdi sostenn lir-reġjuni fl-iżvilupp u l-isfruttament tas-sinerġiji bejn l-FSIE, Orizzont 2020 u progetti ta' finanzjament oħra tal-UE; huwa tal-fehma, għaldaqstant, li jridu jsiru sforzi ulterjuri biex jiġu mmassimizzati s-sinerġiji bil-għan li jiġu msaħħa ulterjorment l-ispeċjalizzazzjoni intelliġenti u l-innovazzjoni wara l-2020;

33.  Jissottolinja li ż-żieda fil-viżibilità tal-politika ta' koeżjoni hija essenzjali għall-ġlieda kontra l-ewroxettiċiżmu u tista' tikkontribwixxi biex terġa' tintrebaħ il-fiduċja taċ-ċittadini; jenfasizza li, bil-għan li tittejjeb il-viżibilità tal-Fondi SIE, għandha ssir enfasi akbar fuq il-kontenut u r-riżultati tal-programmi tagħhom, permezz ta' approċċ minn fuq għal isfel kif ukoll minn isfel għal fuq li jippermetti l-parteċipazzjoni tal-partijiet ikkonċernati u l-benefiċjarji li jistgħu jaġixxu bħala mezz effikaċi għat-tixrid tal-kisbiet tal-politika ta' koeżjoni; iħeġġeġ, barra minn hekk, lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri, lir-reġjuni u lill-bliet biex jikkomunikaw b'mod aktar effiċjenti kemm dwar ir-riżultati li jistgħu jitkejlu tal-politika ta' koeżjoni li jġibu magħhom valur miżjud għall-ħajja ta' kuljum taċ-ċittadin tal-UE; jappella biex l-attivitajiet ta' komunikazzjoni fil-kuntest ta' baġit speċifiku fl-ambitu tal-assistenza teknika għandhom ikomplu, jekk xieraq, sa wara l-konklużjoni ta' proġett meta r-riżultati tiegħu isiru viżibbli b'mod ċar;

X'inhuma l-prospetti?

34.  Jappella biex it-trawwim tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali u s-solidarjetà fl-UE u l-orjentazzjoni tal-finanzjament tal-UE lejn it-tkabbir, l-impjieg u l-kompetittività jkunu prijorità tal-aġenda tal-UE; jappella wkoll biex issir ġlieda kontra d-differenzi reġjonali, il-faqar u l-esklużjoni soċjali, kif ukoll kontra d-diskriminazzjoni; iqis li, flimkien mal-għanijiet minquxa fit-Trattati, il-politika ta' koeżjoni għandha tkompli sservi bħala għodda biex jintlaħqu l-objettivi politiċi tal-UE, biex b'hekk jikkontribwixxu wkoll biex ikun hemm aktar konsapevolezza tar-riżultati tagħha u tibqa' l-politika ta' investiment ewlenija tal-Unjoni disponibbli għar-reġjuni kollha;

35.  Itenni li wasal iż-żmien biex titħejja l-politika ta' koeżjoni tal-UE wara l-2020 bil-għan li tiġi varata b'mod effikaċi fil-bidu nett tal-perjodu ta' programmazzjoni l-ġdid; jitlob, għaldaqstant, biex it-tħejjija min-naħa tal-Kummissjoni tal-qafas leġiżlattiv ġdid tibda fi żmien debitu, jiġifieri eżatt wara l-adozzjoni u t-traduzzjoni fil-lingwi uffiċjali kollha tal-QFP li jmiss; jitlob, barra minn hekk, l-adozzjoni f'waqtha tal-proposti leġiżlattivi kollha għall-politika ta' koeżjoni futura, u gwida dwar il-ġestjoni u l-kontroll qabel il-bidu tal-perjodu ta' programmazzjoni l-ġdid, mingħajr ebda effett retroattiv; jissottolinja li l-implimentazzjoni mdewma tal-programmi operattivi taffettwa l-effiċjenza tal-politika ta' koeżjoni;

36.  Jinnota li n-nukleu tal-qafas leġiżlattiv tal-politika ta' koeżjoni attwali għandu jinżamm wara l-2020 b'politika rfinata, imsaħħa, faċilment aċċessibbli u orjentata lejn ir-riżultati, u li ċ-ċittadini għandhom jingħataw informazzjoni aħjar dwar il-valur miżjud tal-politika;

37.  Jisħaq, fid-dawl tal-proposta tal-Kummissjoni 2016/0282(COD), fuq il-punt li l-akkoljenza ta' migranti u rifuġjati li jinsabu taħt protezzjoni internazzjonali, kif ukoll l-integrazzjoni soċjali u ekonomika tagħhom, jirrikjedu approċċ transnazzjonali koerenti, li għandu jiġu indirizzat ukoll permezz tal-politika ta' koeżjoni attwali u futura tal-UE;

38.  Josserva l-importanza tal-istabilità fir-regoli; jappella lill-Kummissjoni biex, meta tkun qed tfassal id-dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni għall-politika ta' koeżjoni taħt il-QFP li jmiss, tagħmel l-iċken ammont ta' tibdiliet possibbli; jinsab konvint dwar il-ħtieġa li s-sehem tal-baġit tal-UE għall-politika ta' koeżjoni wara l-2020 jinżamm f'livell adegwat, jekk mhux saħansitra miżjud, fid-dawl tal-isfidi interni u esterni kumplessi li l-politika ser ikollha tindirizza biex tlaħħaq l-objettivi tagħha; iqis li din il-politika ma tista' tiddgħajjef fl-ebda ċirkostanza, inkluż Brexit, u li jkun tajjeb li fil-ġejjieni is-sehem tagħha tal-baġit totali tal-UE ma jitnaqqasx minħabba d-devjazzjoni ta' riżorsi għal sfidi ġodda; jissottolinja, barra minn hekk, in-natura pluriennali tal-politika ta' koeżjoni u jitlob li l-perjodu ta' programmazzjoni ta' seba' snin tagħha jinżamm jew li jiġi introdott perjodu ta' programmazzjoni ta' 5+5 snin b'reviżjoni ta' nofs it-terminu obbligatorja;

39.  Jitlob l-allokazzjoni rapida tar-riżerva ta' prestazzjoni; jinnota li ż-żmien bejn il-prestazzjoni u r-rilaxx tar-riżerva huwa twil wisq, u għaldaqstant inaqqas l-effikaċja tar-riżerva; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tippermetti lill-Istati Membri jagħmlu użu mir-riżerva ta' prestazzjoni malli jiġi ffinalizzat ir-rieżami;

40.  Josserva, f'dan il-kuntest, li l-aġenda diġitali, inkluż l-għoti tal-infrastruttura meħtieġa u s-soluzzjonijiet teknoloġiċi avvanzati, għandha tkun prijorità fl-ambitu tal-politika ta' koeżjoni, b'mod partikolari fil-perjodu ta' finanzjament li jmiss; jinnota li l-iżviluppi fis-settur tat-telekomunikazzjoni jrid fi kwalunkwe każ ikun akkumpanjat minn taħriġ adegwat, li għandu jkun appoġġat ukoll mill-politika ta' koeżjoni;

41.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-Istati Membri u l-parlamenti tagħhom u lill-Kumitat tar-Reġjuni.

(1)

ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320.

(2)

ĠU L 347, 20.12.2013, p. 289.

(3)

ĠU L 347, 20.12.2013, p. 470.

(4)

ĠU L 347, 20.12.2013, p. 259.

(5)

ĠU L 347, 20.12.2013, p. 303.

(6)

ĠU L 347, 20.12.2013, p. 281.

(7)

ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.

(8)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(9)

Testi adottati, P8_TA(2017)0053.

(10)

Testi adottati, P8_TA(2016)0321.

(11)

Testi adottati, P8_TA(2016)0217.

(12)

Testi adottati, P7_TA(2010)0008.

(13)

Testi adottati, P7_TA(2010)0254.

(14)

Testi adottati, P8_TA(2015)0383.

(15)

Testi adottati, P8_TA(2016)0336.

(16)

Testi adottati, P8_TA(2016)0311.

(17)

Testi adottati, P8_TA(2016)0211.

(18)

Testi adottati, P8_TA(2015)0419.

(19)

Testi adottati, P8_TA(2015)0308.

(20)

Testi adottati, P8_TA(2015)0307.

(21)

Testi adottati, P7_TA(2012)0125.

(22)

Testi adottati, P7_TA(2014)0133.

(23)

Testi adottati, P8_TA(2015)0384.


NOTA SPJEGATTIVA

L-Unjoni Ewropea hija msejsa fuq l-idea ta' kooperazzjoni paċifika bejn il-popli u n-nazzjonijiet differenti tagħha. L-Istati Membri ddefinew id-dmirijiet u l-objettivi komuni fit-Trattat ta' Lisbona. Wieħed mill-objettivi ewlenin ta' din l-Unjoni hija l-promozzjoni ta' koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, u s-solidarjetà bejn id-diversi reġjuni tagħha. Dan l-objettiv għandu jiġi segwit permezz ta' Politika ta' Koeżjoni Ewropea, li toħloq strument ta' investiment uniku għar-reġjuni kollha. Il-politika ta' koeżjoni hija l-politika ta' investiment ewlenija għall-impjiegi u t-tkabbir imħaddna mill-UE kollha.

Ir-rapporteur tappoġġa bis-sħiħ l-objettiv tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali. Għal Politika ta' Koeżjoni futura huwa importanti li nitgħallmu mill-esperjenzi tal-imgħoddi u nqisu l-isfidi tal-lum.

Ir-rapporteur hija tal-fehma li għandu jintlaħaq consensus dwar żewġ prinċipji tal-Politika ta' Koeżjoni:

Se jkun indispensabbli li jkun hemm baġit adegwat għall-Politika ta' Koeżjoni. La l-limiti tal-baġit tal-UE u tal-baġits nazzjonali u lanqas il-konsegwenzi ta' Brexit m'għandom iwasslu għall-indeboliment tal-politika ta' koeżjoni tal-UE.

Il-Politika ta' Koeżjoni għandha tnaqqas id-differenzi u – filwaqt li tieħu ħsieb b'mod partikolari lir-reġjuni inqas żviluppati – għandha ssaħħaħ ir-reġjuni kollha, inklużi r-reġjuni fi tranżizzjoni u r-reġjuni aktar żviluppati. Dawn il-kategoriji għandhom jinżammu.

Wara l-esperjenzi tal-perjodu ta' programmazzjoni attwali, huwa importanti li t-tħejjijiet jibdew minn kmieni u li l-Politika ta' Koeżjoni wara l-2020 tibda kmieni, bil-għan li l-inizjattivi konkreti jkunu jistgħu jiġu varati fir-reġjuni fil-ħin.

Rigward l-arkitettura ta' Politika ta' Koeżjoni futura, ir-rapporteur temmen li huwa ta' importanza kbira li din il-politika tiġi ssimplifikata. Il-burokrazija żejda fuq ir-reġjuni u ċ-ċittadini għandha tiġi minimizzata. Wieħed jista' jsib lok għal titjib fil-bosta livelli ta' awditjar u l-kwantità tal-kontrolli, kif ukoll fl-użu ta' somom f'daqqa jew spejjeż standard. Ir-rapporteur tissuġġerixxi wkoll li jkun hemm aktar armonizzazzjoni bejn il-Politika ta' Koeżjoni u r-regoli dwar l-għajnuna mill-istat. Hija tista' timmaġina wkoll sett uniku ta' regoli għall-Fondi SIE kollha.

Jeħtieġ li jissaħħu s-sinerġiji bejn il-FSIE u fondi u programmi oħra. F'dan ir-rigward, ir-rapporteur tissuġġerixxi li l-FEIS m'għandhomx idgħajfu l-koerenza strateġika u l-perspettiva fit-tul tal-Politika ta' Koeżjoni. Ir-riżorsi tal-FEIS jeħtieġ ikunu addizzjonali.

Barra minn hekk, il-Politika ta' Koeżjoni teħtieġ li tkun flessibbli, sabiex tkun tista' taffronta sitwazzjonijiet mhux previsti. Filwaqt li l-konċentrazzjoni tematika kienet ta' suċċess, ir-rapporteur tixtieq li l-Kummissjoni tesplora modi ta' flessibilità addizzjonali, ngħidu aħna permezz ta' xi tip ta' riserva jew riprogrammazzjoni aktar faċli.

Ir-rapporteur temmen li, fl-istabbiliment tal-Programmi Operattivi, il-vuċi tal-partijiet ikkonċernati reġjonali u lokali għandha tinstema'. L-hekk imsejjaħ Prinċipju ta' Sħubija, kif stabbilit fir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni, għandu jkun obbligatorju għall-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali. Dan jimplika li dawn għandhom jinkludu l-kontribut ta' livell reġjonali u lokali kif ukoll dak tas-sħab ekonomiċi u soċjali u tas-soċjetà ċivili fl-istadji kollha tat-tfassil, l-adozzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika l-ġdida, inkluża l-kompożizzjoni tal-kumitati ta' monitoraġġ (l-Artikolu 5 u l-Artikolu 48 tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni). Dan il-prinċipju għandu jissaħħaħ ulterjorment wara l-2020.

Ir-rapporteur tirrikonoxxi l-ħtieġa għal grad ogħla ta' koordinament tal-Politika ta' Koeżjoni ma' politiki makroekonomiċi. Madankollu, rikonoxximent akbar tad-dimensjoni territorjali ikun ta' benefiċċju għas-Semestru Ewropew. It-territorjalizzazzjoni tal-governanza ekonomika tista' tkun ta' għajnuna sabiex jittejjeb il-fehim tal-varjazzjoni reġjonali fil-ħtiġijiet u l-isfidi ta' żvilupp fil-livell ekonomiku, soċjali u istituzzjonali, u biex jissawru l-proposti ta' riforma kif jitlob il-każ. Mhi utli ebda forma ta' kondizzjonalità makroekonomika.

Fir-rigward tal-finanzjament, l-għotjiet (li huma forma effikaċi ta' sostenn f'bosta oqsma ta' intervent pubbliku) għandhom jinżammu bħala l-għodda ewlenija tal-Politika ta' Koeżjoni, b'mod partikolari għall-benefiċjarji ż-żgħar. L-istrumenti finanzjarji jistgħu jkunu għodod ta' investiment addizzjonali utli f'dawk is-setturi fejn ikunu wrew li huma aktar adatti mill-għotjiet. Madankollu, m'għandux jitwarrab l-appoġġ tradizzjonali li jsir permezz tal-għotjiet, iżda minflok jintuża biex jattira appoġġ finanzjarju komplementari għall-koeżjoni. Filwaqt li l-PDG għandu jkompli jkun il-kriterju ta' eliġibilità ewlieni, ir-rapporteur tistieden lill-Kummissjoni tirrifletti dwar l-indikaturi addizzjonali (filwaqt li tqis l-iżviluppi demografiċi u soċjali) ukoll.

F'dak li jirrigwarda l-oqsma ta' politika, ir-rapporteur temmen li l-ġlieda kontra l-qgħad hija (u se tkompli tkun) waħda mill-kwistjonijiet ewlenin li jridu jiġu indirizzati. Oqsma ewlenin oħra huma l-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u t-tibdil demografiku, kif ukoll is-sostenn għall-innovazzjoni u l-SMEs, l-integrazzjoni tal-migranti, kif ukoll l-iżvilupp ta' infrastruttura bażika sostenibbli. Huwa importanti wkoll li jkun hemm relazzjoni tajba bejn iż-żoni urbani u ż-żoni rurali ta' madwarhom. Għal din ir-raġuni, ir-rapporteur tixtieq li r-rakkomandazzjonijiet tas-"Sħubijiet" (maħluqa mill-Patt ta' Amsterdam) jiġu inklużi fil-Politika ta' Koeżjoni wara l-2020.


OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġits (25.4.2017)

għall-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali

dwar l-elementi fundamentali għal politika ta' koeżjoni tal-UE wara l-2020

(2016/2326(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Jan Olbrycht

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Baġits jistieden lill-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jissottolinja li l-politika ta' koeżjoni hija l-espressjoni l-aktar viżibbli, tanġibbli u kwantifikabbli tas-solidarjetà u l-ekwità Ewropej u kienet strumentali biex ittaffi l-effetti tal-kriżi riċenti fi ħdan l-UE; jisħaq li, f'dawn l-aħħar ftit deċennji, il-politika ta' koeżjoni, bħala politika strutturali, saret il-politika ewlenija tal-UE fil-qasam tal-investiment u strument biex jinkisbu l-objettivi politiċi ġenerali tal-Unjoni apparti l-għanijiet speċifiċi mnaqqxa fit-Trattati; huwa tal-opinjoni li jkun tajjeb li l-politika ta' koeżjoni wara l-2020 tkompli taqdi dan l-għan, filwaqt li tibqa' politika għall-Istati Membri u r-reġjuni kollha; jikkunsidra li din il-politika ma tista' tiddgħajjef fl-ebda ċirkostanza, inkluż Brexit, u li jkun tajjeb li fil-ġejjieni sehemha fil-baġit totali tal-UE jinżamm u mhux jiddgħajjef minħabba d-devjazzjoni ta' riżorsi biex jitħallsu sfidi ġodda;

2.  Jinnota n-nuqqasijiet tas-sistema għall-ippjanar u l-implementazzjoni finanzjarji li wasslu għall-akkumulazzjoni ta' kontijiet mhux imħallsa u ta' arretrat mingħajr preċedent li ġie riportat mill-aħħar qafas finanzjarju pluriennali (QFP) għal dak attwali; jinsab dejjem iżjed imħasseb dwar il-fatt li l-implimentazzjoni tal-programmi operattivi għall-perjodu 2014-2020 bdiet bil-mod, u li dan jista' jwassal biex fil-futur terġa' tiġri l-istess sitwazzjoni u jixxekkel it-tkabbir; jappella lill-Kummissjoni biex toħroġ b'soluzzjoni strutturali biex issolvi tali problemi qabel jintemm il-QFP attwali u biex twaqqafhom milli jkollhom riperkussjonijiet fil-QFP li jmiss; jissottolinja li l-livell tal-approprjazzjonijiet ta' pagament irid jikkorrispondi mal-impenji preċedenti, b'mod speċjali lejn tmiem il-perjodu, meta l-livell tat-talbiet għal pagament mill-Istati Membri jiżdied b'mod sinifikanti;

3.  Jissottolinja l-ħtieġa dejjem tiżdied għal flessibilità fl-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE kollu kemm hu, inkluż fil-politika ta' koeżjoni, b'mod li jiġu indirizzati l-isfidi l-ġodda waqt perjodu ta' programmazzjoni u jiġi ffaċilitat l-ipprogrammar mill-ġdid kif u meta jista' jkun hemm bżonn; jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni tesplora soluzzjonijiet differenti f'dan ir-rigward; jikkunsidra li l-ħolqien ta' riżerva fil-livell tal-UE jkun alternattiva interessanti f'dan il-kuntest; jemmen madankollu li jkun tajjeb li jsiru sforzi f'dan ir-rigward kemm fil-livell tal-UE u kemm fil-livelli nazzjonali u reġjonali; jappella favur aktar flessibilità għall-Istati Membri u r-reġjuni, u biex ir-riżerva ta' prestazzjoni tiġi allokata malajr, filwaqt li jingħata appoġġ għall-metodu ta' implimentazzjoni taħt ġestjoni kondiviża; jisħaq li s-suċċess tas-sistema ta' ġestjoni kondiviża jorbot fuq l-isforzi tal-Istati Membri fl-oqsma tal-ipprogrammar u l-implimentazzjoni, kif ukoll fuq is-sistema kumplessiva ta' ġestjoni u kontroll, u l-funzjonament xieraq u tajjeb tagħha;

4.  Jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni tirrifletti fuq indikaturi differenti apparti l-PDG, li kieku jippermettu li l-fondi taħt il-politika ta' koeżjoni jitqassmu b'ekwità, b'mod li jingħata rispons għat-tipi ta' inugwaljanzi ġodda li qed ifeġġu bħalissa bejn ir-reġjuni tal-UE apparti dawk relatati mal-iżvilupp ekonomiku;

5.  Jisħaq fuq l-importanza li jitħaddan approċċ semplifikat u koerenti lejn il-politika ta' koeżjoni, sabiex jiġu razzjonalizzati l-ħafna settijiet ta' regoli differenti u sabiex il-finanzjament isir aktar effiċjenti;

6.  Jinnota r-rwol dejjem akbar tal-istrumenti finanzjarji li, minħabba n-natura proprja tagħhom, jipprovdu mezz komplementari ta' appoġġ finanzjarju mill-baġit tal-UE, meta mqabbla mas-sussidji u l-għotjiet; jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni tikkunsidra li ssib bilanċ xieraq bejn l-għotjiet u l-istrumenti finanzjarji taħt il-politika ta' koeżjoni fil-QFP li jmiss, filwaqt li jisħaq li dawn l-istrumenti finanzjarji mhumiex adatti għat-tipi kollha ta' intervent, li ta' min jinnota li ħafna minnhom qed jingħataw appoġġ taħt il-politika ta' koeżjoni; jissottolinja l-fatt li jkun tajjeb li l-użu dejjem akbar tal-istrumenti finanzjarji ma jwassalx għal tnaqqis fil-baġit tal-Unjoni b'mod ġenerali;

7.  Jappella biex ikun hemm livell suffiċjenti ta' awditjar u ta' kontroll tal-finanzjament tal-programmi, b'mod li jiġi żgurat l-iskrutinju u tiġi mmassimizzata l-viżibilità tal-politika ta' koeżjoni;

8.  Jindika l-importanza tal-istabilità normattiva u jsostni li l-kontinwità tal-qafas regolamentarju tista' tiżvolġi rwol importanti biex jiġi żgurat li l-finanzjament tal-UE jkun qed jintuża b'mod effiċjenti; jappella lill-Kummissjoni biex, meta tkun qed tfassal id-dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni għall-politika ta' koeżjoni taħt il-QFP li jmiss, tbiddel mill-inqas possibbli sabiex tippermetti li l-amministrazzjonijiet responsabbli għall-implimentazzjoni u s-sorveljanza tal-fondi tal-UE jibbenefikaw mill-esperjenza u t-tagħlimiet li jkunu kisbu;

9.  Jindika, fil-prospettiva tad-diskussjoni dwar id-durata tal-QFP li jmiss, li n-natura pluriennali tal-politika ta' koeżjoni għandha importanza kruċjali; jappella għaldaqstant biex jew il-perjodu ta' programmazzjoni tagħha jinżamm fuq seba' snin jew biex jiġi stabbilit perjodu ta' ħames snin + ħames snin b'reviżjoni obbligatorja f'nofs it-terminu;

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

24.4.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

26

3

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Lefteris Christoforou, Gérard Deprez, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazabal Rubial, Ingeborg Gräßle, Bernd Kölmel, Zbigniew Kuźmiuk, Clare Moody, Siegfried Mureşan, Jan Olbrycht, Paul Rübig, Petri Sarvamaa, Jordi Solé, Patricija Šulin, Monika Vana, Daniele Viotti, Tiemo Wölken, Marco Zanni, Stanisław Żółtek

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Ivana Maletić, Pier Antonio Panzeri, Nils Torvalds, Marco Valli, Derek Vaughan, Rainer Wieland, Tomáš Zdechovský

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Karin Kadenbach, Ramón Luis Valcárcel Siso

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

26

+

ALDE

Gérard Deprez, Nils Torvalds

ECR

Zbigniew Kuźmiuk

EFDD

Marco Valli

PPE

Lefteris Christoforou, José Manuel Fernandes, Ingeborg Gräßle, Ivana Maletić, Siegfried Mureşan, Jan Olbrycht, Paul Rübig, Petri Sarvamaa, Ramón Luis Valcárcel Siso, Rainer Wieland, Tomáš Zdechovský, Patricija Šulin

S&D

Nicola Caputo, Eider Gardiazabal Rubial, Karin Kadenbach, Clare Moody, Pier Antonio Panzeri, Derek Vaughan, Daniele Viotti, Tiemo Wölken

VERTS/ALE

Jordi Solé, Monika Vana

3

-

ECR

Bernd Kölmel

ENF

Stanisław Żółtek Marco Zanni

0

0

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

18.5.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

20

4

13

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Pascal Arimont, Franc Bogovič, Mercedes Bresso, James Carver, Andrea Cozzolino, Rosa D’Amato, Tamás Deutsch, Raymond Finch, Iratxe García Pérez, Michela Giuffrida, Krzysztof Hetman, Ivan Jakovčić, Marc Joulaud, Constanze Krehl, Sławomir Kłosowski, Louis-Joseph Manscour, Martina Michels, Iskra Mihaylova, Jens Nilsson, Andrey Novakov, Younous Omarjee, Konstantinos Papadakis, Mirosław Piotrowski, Stanislav Polčák, Terry Reintke, Liliana Rodrigues, Fernando Ruas, Monika Smolková, Maria Spyraki, Ramón Luis Valcárcel Siso, Monika Vana, Matthijs van Miltenburg, Lambert van Nistelrooij, Derek Vaughan, Kerstin Westphal, Joachim Zeller

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Viorica Dăncilă


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

20

+

ALDE

Ivan Jakovčić, Iskra Mihaylova, Matthijs van Miltenburg

ECR

Sławomir Kłosowski, Mirosław Piotrowski

EFDD

Rosa D'Amato

S&D

Mercedes Bresso, Andrea Cozzolino, Viorica Dăncilă, Iratxe García Pérez, Michela Giuffrida, Constanze Krehl, Louis-Joseph Manscour, Jens Nilsson, Liliana Rodrigues, Monika Smolková, Derek Vaughan, Kerstin Westphal

VERTS/ALE

Terry Reintke, Monika Vana

4

-

EFDD

James Carver, Raymond Finch

NI

Konstantinos Papadakis

PPE

Stanislav Polčák

13

0

GUE/NGL

Martina Michels, Younous Omarjee

PPE

Pascal Arimont, Franc Bogovič, Tamás Deutsch, Krzysztof Hetman, Marc Joulaud, Andrey Novakov, Fernando Ruas, Maria Spyraki, Ramón Luis Valcárcel Siso, Joachim Zeller, Lambert van Nistelrooij

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Avviż legali