RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tnaqqis annwali vinkolanti tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra mill-Istati Membri mill-2021 sal-2030 għal Unjoni tal-Enerġija reżiljenti u biex jiġu onorati l-impenji li saru fil-Ftehim ta' Pariġi, u li jemenda r-Regolament Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar mekkaniżmu għall-monitoraġġ u għar-rapportar ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra u ta' informazzjoni oħra relatata mat-tibdil fil-klima

6.6.2017 - (COM(2016)0482 – C8-0331/2016 – 2016/0231(COD)) - ***I

Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel
Rapporteur: Gerben-Jan Gerbrandy

Proċedura : 2016/0231(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tnaqqis annwali vinkolanti tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra mill-Istati Membri mill-2021 sal-2030 għal Unjoni tal-Enerġija reżiljenti u biex jiġu onorati l-impenji li saru fil-Ftehim ta' Pariġi, u li jemenda r-Regolament Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar mekkaniżmu għall-monitoraġġ u għar-rapportar ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra u ta' informazzjoni oħra relatata mat-tibdil fil-klima

(COM(2016)0482 – C8-0331/2016 – 2016/0231(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2016)0482),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 192(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0331/2016),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-14 ta' Diċembru 2016[1],

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-22 ta' Marzu 2017[2],

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu u tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A8-0208/2017),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal regolament

Titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Proposta għal

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar it-tnaqqis annwali vinkolanti tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra mill-Istati Membri mill-2021 sal-2030 għal Unjoni tal-Enerġija reżiljenti u biex jiġu onorati l-impenji li saru fil-Ftehim ta' Pariġi, u li jemenda r-Regolament Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar mekkaniżmu għall-monitoraġġ u għar-rapportar ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra u ta' informazzjoni oħra relatata mat-tibdil fil-klima

dwar l-azzjoni klimatika biex jiġu onorati l-impenji li saru fil-Ftehim ta' Pariġi, u li jemenda r-Regolament Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar mekkaniżmu għall-monitoraġġ u għar-rapportar ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra u ta' informazzjoni oħra relatata mat-tibdil fil-klima ("Regolament dwar l-Azzjoni Klimatika li jimplimenta l-Ftehim ta' Pariġi")

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

Ġustifikazzjoni

Titolu ġdid biex jirrifletti aħjar il-kontenut tar-Regolament.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Kunsiderazzjoni 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Wara li kkunsidraw il-Protokoll (Nru 1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea dwar ir-rwol tal-parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea,

Emenda3

Proposta għal regolament

Kunsiderazzjoni 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Wara li kkunsidraw il-Protokoll (Nru 2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità,

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Fl-10 ta' Ġunju 2016 il-Kummissjoni ppreżentat proposta li l-UE tirratifika l-ftehim ta' Pariġi. Din il-proposta leġiżlattiva tifforma parti mill-implimentazzjoni tal-impenn tal-UE fil-ftehim ta' Pariġi. L-impenn tal-Unjoni għal tnaqqis tal-emissjonijiet fis-setturi ekonomiċi kollha ġie kkonfermat il-kontribut maħsub determinat fil-livell nazzjonali tal-Unjoni u l-Istati Membri tagħha li ġie ppreżentat lis-Segretarjat tal-UNFCCC fis-6 ta' Marzu 2015.

(3)  Il-Kunsill irratifika l-Ftehim ta' Pariġi fil-5 ta' Ottubru 2016, wara l-approvazzjoni mogħtija mill-Parliament Ewropew fl-4 ta' Ottubru 2016. Il-Ftehim ta' Pariġi daħal fis-seħħ fl-4 ta' Novembru 2016 u għandu l-għan, skont l-Artikolu 2 tiegħu, “li jsaħħaħ ir-rispons globali għat-theddida tat-tibdil fil-klima, fil-kuntest tal-iżvilupp sostenibbli u l-isforzi biex jinqered il-faqar, inkluż billi: (a) iżomm iż-żieda fit-temperatura medja globali għal ferm inqas minn 2 °C 'il fuq mil-livelli preindustrijali u jsegwi l-isforzi biex iż-żieda fit-temperatura tiġi limitata għal 1.5 °C aktar mil-livelli preindustrijali, filwaqt li jiġi rikonoxxut li dan inaqqas b'mod sinifikanti r-riskji u l-impatti tat-tibdil fil-klima; (b) iżid il-kapaċità ta' adattament għall-impatti negattivi tat-tibdil fil-klima u jrawwem ir-reżiljenza għall-klima u l-iżvilupp ta' emissjonijiet baxxi ta' gassijiet serra, b'mod li ma jipperikolax il-produzzjoni tal-ikel; (c) jagħmel il-flussi finanzjarji konsistenti ma' perkors lejn emissjonijiet baxxi ta' gassijiet serra u ta' żvilupp reżiljenti għall-klima.

Il-Ftehim ta' Pariġi jirrikjedi wkoll li l-partijiet tiegħu jieħdu azzjoni sabiex jikkonservaw u jtejbu, kif xieraq, bjar u riżervi ta' gassijiet serra, inklużi foresti.

Din il-proposta leġiżlattiva tifforma parti mill-implimentazzjoni tal-impenn tal-UE fil-ftehim ta' Pariġi. L-impenn tal-Unjoni għal tnaqqis tal-emissjonijiet fis-setturi ekonomiċi kollha ġie kkonfermat il-kontribut maħsub determinat fil-livell nazzjonali tal-Unjoni u l-Istati Membri tagħha li ġie ppreżentat lis-Segretarjat tal-UNFCCC fis-6 ta' Marzu 2015.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Il-Ftehim ta' Pariġi jissostitwixxi l-approċċ deċiż skont il-Protokoll ta' Kjoto tal-1997 li mhuwiex se jitkompla lil hinn mill-2020.

(4)  Il-Ftehim ta' Pariġi jissostitwixxi l-approċċ deċiż skont il-Protokoll ta' Kjoto tal-1997 li mhuwiex se jitkompla lil hinn mill-2020. Il-Green Investment Schemes marbuta mall-Protokoll ta' Kjoto, li jipprovdu appoġġ finanzjarju għal proġetti ta' tnaqqis fl-emissjonijiet fi Stati Membri bi dħul iktar baxx, għalhekk se jintemmu wkoll.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4a)  Il-laqgħa tal-Kunsill Ambjentali tal-21 ta' Ottubru 2009 appoġġat mira tal-Unjoni, fil-kuntest ta' tnaqqis meħtieġ skont il-Grupp ta' Esperti Intergovernattiv dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC) mill-pajjiżi żviluppati bħala grupp, li jitnaqqsu l-emissjonijiet bi 80 sa 95% sal-2050 meta mqabbla mal-1990.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  It-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa teħtieġ tibdil fl-aġir tal-investiment u inċentivi fil-firxa kollha tal-politika. Hija prijorità prinċipali tal-Unjoni li tistabbilixxi Unjoni tal-Enerġija reżiljenti biex tipprovdi enerġija sikura, sostenibbli, kompetittiva u affordabbli għaċ-ċittadini tagħha. Il-kisba ta' dan tirrikjedi wkoll kontinwazzjoni ta' azzjoni klimatika ambizzjuża b'dan ir-Regolament u progress fir-rigward ta' aspetti oħra tal-Unjoni tal-Enerġija kif stabbilita fil-Qafas Strateġiku għal Unjoni tal-Enerġija Reżiljenti b'Politika dwar il-Bidla fil-Klima li tħares 'il quddiem.

(5)  It-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa u l-bijoekonomija teħtieġ tibdil fl-aġir tal-investiment fil-firxa kollha tal-politika u inċentivi għall-impriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs) b'inqas kapital u b'azjendi agrikoli żgħar li jadattaw il-mudelli ta' negozju tagħhom. Hija prijorità prinċipali tal-Unjoni li tistabbilixxi Unjoni tal-Enerġija li tagħti prijorità lill-effiċjenza enerġetika u għandha l-għan li tipprovdi enerġija sikura, sostenibbli, kompetittiva u affordabbli liċ-ċittadini tagħha kif ukoll li tapplika politiki ta' sostenibbiltà u ta' tnaqqis tal-emissjonijiet stretti fir-rigward tal-użu ta' riżorsi b'bażi bijoloġika li jissostitwixxu riżorsi fossili. Il-kisba ta' dan tirrikjedi wkoll kontinwazzjoni ta' azzjoni klimatika ambizzjuża b'dan ir-Regolament u progress fir-rigward ta' aspetti oħra tal-Unjoni tal-Enerġija kif stabbilita fil-Qafas Strateġiku għal Unjoni tal-Enerġija Reżiljenti b'Politika dwar il-Bidla fil-Klima li tħares 'il quddiem.

__________________

__________________

16 COM(2015)80

16 COM(2015)80

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  L-approċċ ta' limiti nazzjonali vinkolanti annwali meħud fid-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill19 għandu jitkompla mill-2021 sal-2030, u l-kalkolu tat-trajettorja jibda fl-2020 fuq il-medja tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra fil-perjodu mill-2016 sal-2018, u t-tmiem tat-trajettorja jkun il-limitu tal-2030 għal kull Stat Membru. Aġġustament tal-allokazzjoni fl-2021 huwa previst għall-Istati Membri li jkollhom kemm limitu pożittiv skont id-Deċiżjoni 406/2009/KE kif ukoll allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet li jiżdiedu bejn l-2017 u l-2020 iddeterminati skont id-Deċiżjonijiet 2013/162/UE u 2013/634/UE, biex jirrifletti l-emissjonijiet miżjuda f'dawk is-snin. Il-Kunsill Ewropew ikkonkluda li d-disponibbiltà u l-użu ta' strumenti ta' flessibbiltà eżistenti fis-setturi mhux tal-ETS għandhom jiġu msaħħa b'mod sinifikanti sabiex tiġi żgurata l-kosteffikaċja tal-isforz kollettiv tal-Unjoni u l-konverġenza ta' emissjonijiet per capita sal-2030.

(9)  L-approċċ ta' limiti nazzjonali vinkolanti annwali meħud fid-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill19 għandu jitkompla mill-2021 sal-2030, u l-kalkolu tat-trajettorja jibda fl-2018 fuq il-medja tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra fil-perjodu mill-2016 sal-2018 jew tal-valur tal-allokazzjoni tal-emissjonijiet annwali għall-2020 skont liema minnhom tkun l-inqas, u t-tmiem tat-trajettorja jkun il-limitu tal-2030 għal kull Stat Membru. Sabiex tkun ippremjata l-azzjoni bikrija u biex jappoġġaw lill-Istati Membri b'kapaċità ta' investiment aktar baxxa, l-Istati Membri bi PDG per capita aktar baxx mill-medja tal-UE, li matul l-2013 sal-2020 inaqqsu l-emissjonijiet tagħhom aktar mill-allokazzjonijiet ta' emissjonijiet annwali tagħhom għall-perjodu 2013-2020 previsti skont id-Deċiżjoni 406/2009/KE jistgħu, f'ċerti kundizzjonijiet, jitolbu allokazzjonijiet addizzjonali minn riserva. Aġġustament supplementari tal-allokazzjoni fl-2021 huwa previst għall-Istati Membri li jkollhom kemm limitu pożittiv skont id-Deċiżjoni 406/2009/KE kif ukoll allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet li jiżdiedu bejn l-2017 u l-2020 iddeterminati skont id-Deċiżjonijiet 2013/162/UE u 2013/634/UE, biex jirrifletti l-emissjonijiet miżjuda f'dawk is-snin. Il-Kunsill Ewropew ikkonkluda li d-disponibbiltà u l-użu ta' strumenti ta' flessibbiltà eżistenti fis-setturi mhux tal-ETS għandhom jiġu msaħħa b'mod sinifikanti sabiex tiġi żgurata l-kosteffikaċja tal-isforz kollettiv tal-Unjoni u l-konverġenza ta' emissjonijiet per capita sal-2030.

_________________

_________________

19 Id-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar l-isforz tal-Istati Membri biex inaqqsu l-emissjonijiet tagħhom tal-gassijiet serra biex jonoraw l-impenji tal-Komunità għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra sal-2020 (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 136).

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 9a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9a)  Sabiex l-Unjoni tilħaq l-objettivi tagħha lejn ekonomija b'emissjonijiet baxxi ta' karbonju, dan ir-Regolament jipprovdi għal perkors ta' tnaqqis ta' emissjonijiet fit-tul biex mill-2031 jitnaqqsu l-emissjonijiet serra koperti b'dan ir-regolament. Dan ir-Regolament jikkontribwixxi wkoll għall-għan tal-Ftehim ta' Pariġi li jinkiseb bilanċ bejn emissjonijiet antropoġeniċi minn sorsi u l-assorbiment minn bjar ta' gassijiet serra fit-tieni nofs ta' dan is-seklu.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 10a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10a)  Sabiex tinżamm l-effiċjenza sħiħa tar-riżerva tal-istabbiltà tas-suq stabbilita bid-Deċiżjoni (UE) 2015/18141a tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill, il-kanċellazzjoni ta' kwoti minħabba l-użu tal-flessibbiltà stipulata f'dan ir-Regolament wara tnaqqis fil-kwoti tal-EU ETS m'għandhiex tiġi kkunsidrata bħala kwoti li ġew ikkanċellati skont id-Direttiva 2003/87/KE meta jiġi determinat, skont id-Deċiżjoni (UE) 2015/1814, l-għadd totali ta' kwoti fiċ-ċirkolazzjoni f'sena partikolari skont dik id-Deċiżjoni.

____________________________

1a  Id-Deċiżjoni (UE) 2015/1814 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Ottubru 2015 dwar l-istabbiliment u l-funzjonament ta' riżerva tal-istabbiltà tas-suq għall-iskema ta' negozjar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-Unjoni u li temenda d-Direttiva 2003/87/KE (ĠU L 264, 9.10.2015, p. 1).

Emenda     11

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  Teżisti firxa ta' miżuri tal-Unjoni li jtejbu l-kapaċità tal-Istati Membri li jissodisfaw l-impenji klimatiċi tagħhom u huma kruċjali għall-kisba tat-tnaqqis ta' emissjonijiet meħtieġ fis-setturi koperti minn dan ir-Regolament. Dawn jinkludu l-leġiżlazzjoni dwar il-gassijiet serra fluworinati, it-tnaqqis ta' CO2 mill-vetturi tat-triq, ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija, l-enerġija rinnovabbli, l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u l-ekonomija ċirkolari, kif ukoll strumenti ta' finanzjament tal-Unjoni għall-investimenti relatati mal-klima.

(11)  Teżisti firxa ta' miżuri tal-Unjoni li jtejbu l-kapaċità tal-Istati Membri li jissodisfaw l-impenji klimatiċi tagħhom u huma kruċjali għall-kisba tat-tnaqqis ta' emissjonijiet meħtieġ fis-setturi koperti minn dan ir-Regolament. Dawn jinkludu l-leġiżlazzjoni dwar il-gassijiet serra fluworinati, it-tnaqqis ta' CO2 mill-vetturi tat-triq, titjib fir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija, żieda fl-enerġija rinnovabbli, effiċjenza akbar fl-użu tal-enerġija u l-promozzjoni tal-ekonomija ċirkolari, kif ukoll strumenti ta' finanzjament tal-Unjoni għall-investimenti relatati mal-klima.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 11a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11a)  Sabiex jinkiseb dan it-tnaqqis fl-emissjonijiet u fi sforz biex jiġi mmassimizzat ir-rwol tas-settur tal-agrikoltura, hu importanti li l-Istati Membri jippromwovu azzjonijiet ta' mitigazzjoni innovattivi li għandhom l-ikbar potenzjal, inkluż: il-konverżjoni ta' art agrikola f'mergħat permanenti; il-ġestjoni ta' għeluq b'ringieli ta' sġajriet, strixxi ta' lqugħ u s-siġar fuq art agrikola; siġar tal-agroforestrija, u skemi ta' taħwil ġdid; il-prevenzjoni ta' tneħħija ta' siġar u deforestazzjoni; art baxxa jew art li ma tinħadimx u l-użu ta' kopertura/uċuħ tar-raba' li jikbru malajr u l-uċuħ tar-raba' residwi fuq l-art; il-verifika tal-karbonju u pjanijiet ta' ġestjoni tal-ħamrija/tan-nutrijenti; titjib fl-effiċjenza tan-nitroġenu u l-inibizzjoni tan-nitrifikazzjoni; l-irkupru u l-konservazzjoni ta' art mistagħdra/torbiera; u t-tisħiħ fit-trobbija tal-bhejjem, l-għalf u l-metodi ta' ġestjoni għal emissjonijiet aktar baxxi.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 11b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11b)  Dan ir-Regolament, inklużi l-flessibilitajiet disponibbli, jipprovdu inċentiv għat-tnaqqis tal-emissjonijiet konsistenti ma' atti legali oħra tal-Unjoni dwar il-klima u l-enerġija għal setturi li huma koperti minn dan ir-Regolament, inkluż fil-qasam tal-effiċjenza enerġetika. Minħabba li aktar minn 75 % tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra huma relatati mal-enerġija, żieda fl-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u ffrankar tal-enerġija għandhom rwol importanti biex isir tnaqqis ta' emissjonijiet. Il-politiki ambizzjużi tal-effiċjenza fl-enerġija huma għalhekk importanti mhux biss għal iffrankar ta' importazzjoni akbar ta' fjuwils fossili li jiżguraw is-sigurtà tal-enerġija u kontijiet tal-konsumaturi aktar baxxi, imma wkoll biex ikun hemm użu akbar ta' teknoloġiji li jiffrankaw l-enerġija fil-bini, l-industrija u t-trasport, it-tisħiħ tal-kompetittività ekonomika, il-ħolqien ta' impjiegi lokali kif ukoll it-titjib tal-kundizzjonijiet tas-saħħa u l-indirizzar tal-faqar fl-enerġija. Miżuri meħuda f'setturi koperti minn dan ir-Regolament, li jiġu amortizzati maż-żmiem, huma mod kosteffiċjenti li jgħin lill-Istati Membri jilħqu l-miri tagħhom skont dan ir-Regolament. Għaldaqstant, meta jittraduċu dan ir-Regolament f'politiki nazzjonali, hu importanti li l-Istati Membri jagħtu attenzjoni partikolari għall-possibilitajiet speċifiċi u differenti ta' titjib u ta' investimenti fl-effiċjenza fl-użu tal-enerġija fis-setturi kollha.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Premessa 11c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11c)  Is-settur tat-trasport mhux biss huwa emittent ewlieni ta' gassijiet serra iżda huwa wkoll is-settur li ilu mill-1990 jikber bl-aktar rata mgħaġġla fil-konsum tal-enerġija. Huwa importanti, għalhekk, li jsiru sforzi ulterjuri mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri biex itejbu l-effiċjenza tal-enerġija, iħeġġu bidla lejn modi tat-trasport sostenibbli u jnaqqsu d-dipendenza għolja li s-settur għandu fuq il-karbonju. Id-dekarbonizzazzjoni tat-taħlita tal-enerġija permezz tal-promozzjoni ta' enerġija b'emissjonijiet baxxi għat-trasport, pereżempju l-bijokarburanti sostenibbli u l-vetturi elettriċi, se tikkontribwixxi biex tintlaħaq il-mira tat-tnaqqis fl-emissjonijiet ta' CO2, f'konformità mal-għanijiet tal-Ftehim ta' Pariġi. Dak jista' jiġi ffaċilitat billi jiġi żgurat li s-settur ikollu qafas ċar u fit-tul biex tiġi pprovduta ċ-ċertezza u li fuqha jistgħu jiġu bbażati l-investimenti.

Emenda    15

Proposta għal regolament

Premessa 11d (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11d)  Jenħtieġ li l-impatt tal-politika dwar l-enerġija u tal-politiki settorjali fuq l-impenji tal-Unjoni u dawk nazzjonali fil-qasam tal-klima jiġu vvalutati b'metodi kwantifikati komuni, ħalli l-impatti tagħhom ikunu trasparenti u verifikabbli.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  Ir-Regolament [ ] [dwar l-inklużjoni tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra u l-assorbimenti mill-użu tal-art, it-tibdil tal-użu tal-art u l-forestrija, fil-qafas tal-2030 dwar il-klima u l-enerġija] jistabbilixxi regoli ta' kontabbiltà fir-rigward tal-użu tal-art, tat-tibdil tal-użu tal-art u tal-forestrija (LULUCF). Filwaqt li r-riżultat ambjentali skont dan ir-Regolament f'termini tal-livelli tat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra huwa affettwat billi titqies kwantità ta' mhux aktar mis-somma tal-assorbimenti netti totali u l-emissjonijiet netti totali minn art deforestata, art forestali, raba' ġestita u bwar ġestiti kif iddefinit fir-Regolament [ ], għandha tiġi inkluża flessibbiltà għal kwantità massima ta' 280 miljun tunnellata ta' ekwivalenti għas-CO2 ta' dawn l-assorbimenti mqassma fost l-Istati Membri skont iċ-ċifri fl-Anness III, bħala possibbiltà addizzjonali fejn tenħtieġ, biex tgħin lill-Istati Membri jonoraw l-impenji tagħhom. Fejn jiġi adottat l-att delegat biex jiġu aġġornati l-livelli ta' referenza tal-foresti abbażi tal-pjanijiet kontabilistiċi nazzjonali tal-forestrija skont l-Artikolu 8 (6) tar-Regolament [LULUCF], is-setgħa tal-adozzjoni tal-atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi ddelegata lill-Unjoni fir-rigward tal-Artikolu 7 biex jirrifletti kontribuzzjoni tal-kategorija tal-kontabbiltà tal-art forestali ġestita fil-flessibbiltà prevista f'dak l-Artikolu. Qabel ma tadotta dan l-att delegat, il-Kummissjoni għandha tevalwa r-robustezza tal-kontabbiltà tal-art forestali ġestita abbażi tad-dejta disponibbli, u b'mod partikolari l-konsistenza tar-rati tal-ħsad ipproġettati u reali. Barra minn hekk, skont dan ir-Regolament għandha tkun permessa l-possibbiltà li jitħassru volontarjament l-unitajiet ta' allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet sabiex ikunu jistgħu jitqiesu dawn l-ammonti meta tiġi vvalutata l-konformità mar-rekwiżiti skont ir-Regolament [ ].

(12)  Ir-Regolament [ ] [dwar l-inklużjoni tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra u l-assorbimenti mill-użu tal-art, it-tibdil tal-użu tal-art u l-forestrija, fil-qafas tal-2030 dwar il-klima u l-enerġija] jistabbilixxi regoli ta' kontabbiltà fir-rigward tal-użu tal-art, tat-tibdil tal-użu tal-art u tal-forestrija (LULUCF). Filwaqt li r-riżultat ambjentali skont dan ir-Regolament f'termini tal-livelli tat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra huwa affettwat billi titqies kwantità ta' mhux aktar mis-somma tal-assorbimenti netti totali u l-emissjonijiet netti totali minn art deforestata, art forestali, raba' ġestita, bwar ġestiti u fejn applikabbli art mistagħdra ġestita. kif iddefinit fir-Regolament [ ], għandha tiġi inkluża flessibbiltà għal kwantità massima ta' 190 miljun tunnellata ta' ekwivalenti għas-CO2 ta' dawn l-assorbimenti mqassma fost l-Istati Membri skont iċ-ċifri fl-Anness III, bħala possibbiltà addizzjonali fejn tenħtieġ, biex tgħin lill-Istati Membri jonoraw l-impenji tagħhom. Fejn jiġi adottat l-att delegat biex jiġu aġġornati l-livelli ta' referenza tal-foresti abbażi tal-pjanijiet kontabilistiċi nazzjonali tal-forestrija skont l-Artikolu 8(6) tar-Regolament [LULUCF], is-setgħa tal-adozzjoni tal-atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi ddelegata lill-Unjoni fir-rigward tal-Artikolu 7 biex jirrifletti kontribuzzjoni bilanċjata tal-kategorija tal-kontabbiltà tal-art forestali ġestita fil-flessibbiltà ta' 190 miljun prevista f'dak l-Artikolu. Qabel ma tadotta dan l-att delegat, il-Kummissjoni għandha tevalwa r-robustezza tal-kontabbiltà tal-art forestali ġestita abbażi tad-dejta disponibbli, u b'mod partikolari l-konsistenza tar-rati tal-ħsad ipproġettati u reali. Barra minn hekk, skont dan ir-Regolament għandha tkun permessa l-possibbiltà li jitħassru volontarjament l-unitajiet ta' allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet sabiex ikunu jistgħu jitqiesu dawn l-ammonti meta tiġi vvalutata l-konformità mar-rekwiżiti skont ir-Regolament [ ].

Emenda    17

Proposta għal regolament

Premessa 12a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12a)  Il-kisba b'mod reċiprokament koerenti, tal-objettivi multipli tal-Unjoni marbuta mas-settur agrikolu, inklużi l-mitigazzjoni u l-adattament tal-klima, il-kwalità tal-arja, il-konservazzjoni tal-bijodiversità u tas-servizzi tal-ekosistema, u l-appoġġ għall-ekonomiji rurali, se jirrikjedu tibdiliet fl-investiment u fl-inċentivi, bl-appoġġ ta' miżuri tal-Unjoni, bħall-PAK. Hu essenzjali li dan ir-Regolament jieħu kont tal-objettiv li jikkontribwixxi għall-objettivi tal-Istrateġija tal-Unjoni għall-Foresti biex jippromwovi provvista kompetittiva u sostenibbli ta' injam għall-bijoekonomija tal-Unjoni, il-politiki dwar il-foresti nazzjonali tal-Istati Membri, u l-Istrateġija tal-Unjoni dwar il-Bijoekonomija, u l-Istrateġija tal-Unjoni għal Ekonomija Ċirkolari.

Emenda    18

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  Sabiex jiġu żgurati r-rapportar u l-verifika effiċjenti, trasparenti u kosteffikaċi tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra u ta' informazzjoni oħra meħtieġa biex jiġi vvalutat il-progress fir-rigward tal-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet ta' Stat Membru, ir-rekwiżiti għar-rapportar u l-evalwazzjoni annwali skont dan ir-Regolament huma integrati mal-Artikoli rilevanti fir-Regolament (UE) Nru 525/2013 li għalhekk jeħtieġ li jiġu emendati skont dan. L-emenda ta' dan ir-Regolament għandu jiżgura wkoll li l-progress tal-Istati Membri fit-tnaqqis tal-emissjonijiet ikompli jiġi evalwat kull sena, filwaqt illi jitqies il-progress fil-politiki tal-Unjoni u fil-miżuri u l-informazzjoni mill-Istati Membri. Kull sentejn, l-evalwazzjoni għandha tinkludi l-progress ipproġettat tal-Unjoni lejn l-onorar tal-impenji ta' tnaqqis tiegħu u tal-Istati Membri lejn it-twettiq tal-obbligi tagħhom. Madankollu, l-applikazzjoni ta' tnaqqis għandu jiġi kkunsidrat biss f'intervalli ta' ħames snin, biex ikun jista' jitqies il-kontribut potenzjali minn art deforestata, minn art forestali, minn raba' ġestita u minn bwar ġestiti, li jseħħ skont ir-Regolament [ ]. Dan huwa mingħajr preġudizzju għad-dmir tal-Kummissjoni li tiżgura l-konformità mal-obbligi tal-Istati Membri li jirriżultaw minn dan ir-Regolament, jew għas-setgħa tal-Kummissjoni li tiftaħ proċedimenti ta' ksur għal dan l-għan.

(13)  Sabiex jiġu żgurati r-rapportar u l-verifika effiċjenti, trasparenti u kosteffikaċi tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra u ta' informazzjoni oħra meħtieġa biex jiġi vvalutat il-progress fir-rigward tal-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet ta' Stat Membru, ir-rekwiżiti għar-rapportar u l-evalwazzjoni annwali skont dan ir-Regolament huma integrati mal-Artikoli rilevanti fir-Regolament (UE) Nru 525/2013 li għalhekk jeħtieġ li jiġu emendati skont dan. L-emenda ta' dan ir-Regolament għandu jiżgura wkoll li l-progress tal-Istati Membri fit-tnaqqis tal-emissjonijiet ikompli jiġi evalwat kull sena, filwaqt illi jitqies il-progress fil-politiki tal-Unjoni u fil-miżuri u l-informazzjoni mill-Istati Membri. Kull sentejn, l-evalwazzjoni għandha tinkludi l-progress ipproġettat tal-Unjoni lejn l-onorar tal-impenji ta' tnaqqis tiegħu u tal-Istati Membri lejn it-twettiq tal-obbligi tagħhom. Il-kontroll tal-konformità sħiħa għandha ssir kull sentejn. L-applikazzjoni tal-kontribut potenzjali minn art deforestata, minn art forestali, minn raba' ġestita u minn bwar ġestiti, li jseħħ skont ir-Regolament [ ] jenħtieġ li tkun ikkunsidrata bi qbil mal-intervalli mniżżla f'dak ir-Regolament. Dan huwa mingħajr preġudizzju għad-dmir tal-Kummissjoni li tiżgura l-konformità mal-obbligi tal-Istati Membri li jirriżultaw minn dan ir-Regolament, jew għas-setgħa tal-Kummissjoni li tiftaħ proċedimenti ta' ksur għal dan l-għan.

Emenda     19

Proposta għal regolament

Premessa 13 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13a)  Peress li s-setturi koperti minn dan ir-Regolament jikkostitwixxu aktar minn nofs l-emissjonijiet ta' gassijiet serra tal-Unjoni, il-politiki ta' tnaqqis tal-emissjonijiet f'dawn is-setturi huma importanti ħafna sabiex jiġu ssodisfati l-impenji tal-Unjoni skont il-Ftehim ta' Pariġi. Għalhekk, il-proċeduri ta' monitoraġġ, ta' rappurtar u ta' segwitu taħt dan ir-Regolament jenħtieġ li jkunu trasparenti għalkollox. L-Istati Membri u l-Kummissjoni jenħtieġ li jagħmlu l-informazzjoni dwar il-konformità ma' dan ir-Regolament disponibbli pubblikament u jenħtieġ li jiżguraw l-involviment xieraq tal-partijiet ikkonċernati u tal-pubbliku fil-proċess ta' rieżami ta' dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni hija mħeġġa wkoll toħloq sistema effiċjenti u trasparenti biex timmonitorja l-eżitu tal-flessibbiltajiet li jkunu ddaħħlu.

Emenda    20

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  Bħala mezz biex tissaħħaħ il-kosteffikaċja globali tat-tnaqqis totali, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jittrasferixxu parti mill-allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet tagħhom lil Stati Membri oħra. It-trasparenza ta' dawn it-trasferimenti għandha tiġi żgurata u tista' titwettaq b'mod li huwa konvenjenti għal kull parti, inkluż permezz tal-irkantar, l-użu ta' intermedjarji tas-suq li jaġixxu fuq bażi ta' aġenzija, jew permezz ta' arranġamenti bilaterali.

(14)  Bħala mezz biex tissaħħaħ il-kosteffikaċja globali tat-tnaqqis totali, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jfaddlu jew jisselfu parti mill-allokazzjonijiet annwali tagħhom ta' emissjonijiet. L-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu wkoll jittrasferixxu parti mill-allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet tagħhom lil Stati Membri oħra. It-trasparenza ta' dawn it-trasferimenti għandha tiġi żgurata u tista' titwettaq b'mod li huwa konvenjenti għal kull parti, inkluż permezz tal-irkantar, l-użu ta' intermedjarji tas-suq li jaġixxu fuq bażi ta' aġenzija, jew permezz ta' arranġamenti bilaterali.

Emenda    21

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għandha l-għan li tappoġġa l-iżvilupp sostenibbli u li tgħin biex jinkiseb titjib sinifikanti u li jista' jitkejjel fl-ambjent tal-Ewropa billi tipprovdi informazzjoni f'waqtha, immirata, rilevanti u affidabbli lil dawk li jfasslu l-politika, lill-istituzzjonijiet pubbliċi u lill-pubbliku. L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għandha tgħin lill-Kummissjoni, kif xieraq, skont il-programm ta' ħidma annwali tagħha.

(15)  L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għandha l-għan li tappoġġa l-iżvilupp sostenibbli u li tgħin biex jinkiseb titjib sinifikanti u li jista' jitkejjel fl-ambjent tal-Ewropa billi tipprovdi informazzjoni f'waqtha, immirata, rilevanti u affidabbli lil dawk li jfasslu l-politika, lill-istituzzjonijiet pubbliċi u lill-pubbliku. L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għandha tgħin lill-Kummissjoni, kif xieraq, skont il-programm ta' ħidma annwali tagħha u tikkontribwixxi direttament u effettivament għall-indirizzar tat-tibdil fil-klima.

Emenda    22

Proposta għal regolament

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)  Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 4 skont liema se jiġu stabbiliti l-limiti annwali tal-emissjonijiet għall-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħat ta' implimentazzjoni. Jenħtieġ li dawk is-setgħat ikunu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill21.

(17)  Is-setgħa tal-adozzjoni ta' atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni sabiex tissupplimenta din id-Direttiva billi tiddetermina l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet għall-Istati Membri.

_________________

21 Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

Emenda    23

Proposta għal regolament

Premessa 19a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19a)  Minbarra l-isforzi biex tnaqqas l-emissjonijiet tagħha stess, huwa importanti li l-Unjoni, f'konformità mal-mira li żżid l-impatt pożittiv tagħha fuq il-marka pożittiva globali tal-bniedem fir-rigward tal-karbonju (carbon handprint), tipprevedi, flimkien ma' pajjiżi terzi, soluzzjonijiet għall-klima billi timplimenta proġetti konġunti ma' dawk il-pajjiżi, fil-kuntest tal-politika tal-2030 dwar il-klima, filwaqt li tqis il-fatt li l-Ftehim ta' Pariġi jirreferi għal mekkaniżmu ġdid ta' kooperazzjoni internazzjonali għall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima.

Emenda    24

Proposta għal regolament

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20)  Dan ir-Regolament għandu jiġi rivedut mill-2024 u kull ħames snin wara dan, sabiex jiġi valutat il-funzjonament globali tiegħu. L-analiżi għandha tqis iċ-ċirkostanzi nazzjonali li jkunu qegħdin jevolvu u tkun infurmata mir-riżultati tal-analiżi globali tal-Ftehim ta' Pariġi.

Sabiex tikkonforma mal-Ftehim ta' Pariġi, huwa meħtieġ li l-Unjoni tagħmel sforzi progressivament akbar u tressaq kull ħames snin kontribut li jkun jirrifletti l-ogħla ambizzjoni possibbli tagħha.

Għalhekk ir-rieżami jenħtieġ li jieħu kont ukoll tal-għan tal-Unjoni li jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' gassijiet serra fl-ekonomija kollha b'bejn 80 u 95 % sal-2050 meta mqabbel mal-livelli tal-1990 u l-għan tal-Ftehim ta' Pariġi sabiex jintlaħaq bilanċ bejn l-emissjonijiet antropoġeniċi minn sorsi u l-assorbiment minn bjar ta' gassijiet serra fit-tieni nofs ta' dan is-seklu. Dan għandu jkun imsejjes fuq l-aqwa metodi xjentifiċi disponibbli u għandu jagħmel użu minn rapport preparatorju mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent.

Ir-rieżami tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-Istati Membri għall-perjodu mill-2031 'il quddiem għandu jqis il-prinċipji ta' ġustizzja u kosteffikaċja.

Emenda    25

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-obbligi dwar il-kontribuzzjonijiet minimi tal-Istati Membri biex jonoraw l-impenn ta' tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra tal-Unjoni għall-perjodu mill-2021 sal-2030, jistabbilixxi r-regoli dwar id-determinazzjoni tal-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet u għall-evalwazzjoni tal-progress tal-Istati Membri lejn l-ilħuq tal-kontribuzzjonijiet minimi tagħhom.

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-obbligi dwar il-kontribuzzjonijiet minimi tal-Istati Membri biex jonoraw l-impenn ta' tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra tal-Unjoni għall-perjodu mill-2021 sal-2030, jistabbilixxi r-regoli dwar id-determinazzjoni tal-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet u għall-evalwazzjoni tal-progress tal-Istati Membri lejn l-ilħuq tal-kontribuzzjonijiet minimi tagħhom. Dan jirrikjedi li l-Istati Membri jnaqqsu l-emissjonijiet ta' gassijiet serra msemmija fl-Artikolu 2 sabiex tintlaħaq il-mira tal-Unjoni ta' tnaqqis ta' mill-inqas 30 % sal-2030 meta mqabbel mal-2005 b'mod ġust u kosteffettiv.

Emenda    26

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-għan ġenerali ta' dan ir-Regolament huwa li jistabbilixxi l-Unjoni fit-triq lejn ekonomija b'livell baxx ta' karbonju permezz tal-istabbiliment ta' perkors prevedibbli u fit-tul, li jnaqqas, sas-sena 2050, l-emissjonijiet ta' gassijiet serra tal-Unjoni minn 80 sa 95 % meta mqabbla mal-livelli tal-1990.

Emenda     27

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, l-emissjonijiet ta' CO2 mill-kategorija tas-sorsi tal-IPCC "1.A.3.A l-avjazzjoni ċivili" għandhom jiġu ttrattati bħala żero.

3.  Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, l-emissjonijiet ta' CO2 mill-kategorija tas-sorsi tal-IPCC "1.A.3.A l-avjazzjoni ċivili" koperti mid-Direttiva 2003/87/KE għandhom jiġu ttrattati bħala żero.

Emenda     28

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3a.  Dan ir-Regolament japplika għal emissjonijiet ta' CO2 mill-kategorija tas-sorsi tal-IPCC "1.A.3.D in-navigazzjoni" li mhumiex koperti mid-Direttiva 2003/87/KE.

Ġustifikazzjoni

L-emissjonijiet mit-tbaħħir jenħtieġ li jiġu koperti minn dan ir-Regolament sakemm mhumiex inklużi fl-ETS.

Emenda    29

Proposta għal regolament

Artikolu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 4

Artikolu 4

il-livelli annwali ta' emissjonijiet għall-perjodu 2021 sa 2030

il-livelli annwali ta' emissjonijiet għall-perjodu 2021 sa 2030

1.  Fl-2030, kull Stat Membru għandu jillimita l-emissjonijiet ta' gassijiet serra tiegħu b'mill-inqas il-perċentwal stabbilit għalih fl-Anness I ta' dan ir-Regolament imqabbel mal-emissjonijiet tiegħu fl-2005 ddeterminati skont il-paragrafu 3.

1.  Sal-2030, kull Stat Membru għandu jillimita l-emissjonijiet ta' gassijiet serra tiegħu b'mill-inqas il-perċentwal stabbilit għalih fl-Anness I ta' dan ir-Regolament imqabbel mal-emissjonijiet tiegħu fl-2005 ddeterminati skont il-paragrafu 3.

2.  Soġġett għall-flessibbiltajiet previsti fl-Artikoli 5, 6 u 7 għall-aġġustament skont l-Artikolu 10(2) u filwaqt illi jitqies kull tnaqqis li jista' jirriżulta mill-applikazzjoni tal-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE, kull Stat Membru għandu jiżgura li l-emissjonijiet ta' gassijiet serra tiegħu f'kull sena bejn l-2021 u l-2029 ma jaqbżux il-livell iddefinit minn trajettorja lineari, li tibda fl-2020 fuq il-medja tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra tiegħu matul l-2016, l-2017 u l-2018 iddeterminati skont il-paragrafu 3, u li tispiċċa fl-2030 fuq il-limitu stabbilit għal dak l-Istati Membru fl-Anness I ta' dan ir-Regolament.

2.  Soġġett għall-flessibbiltajiet previsti fl-Artikoli 5, 6 u 7 għall-aġġustament skont l-Artikolu 10(2) u filwaqt illi jitqies kull tnaqqis li jista' jirriżulta mill-applikazzjoni tal-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE, kull Stat Membru għandu jiżgura li l-emissjonijiet ta' gassijiet serra tiegħu f'kull sena bejn l-2021 u l-2029 ma jaqbżux il-livell iddefinit minn trajettorja lineari, li tibda fl-2018 jew fuq il-medja tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra tiegħu matul l-2016, l-2017 u l-2018 iddeterminati skont il-paragrafu 3 jew l-allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet għall-2020 iddeterminata skont l-Artikolu 3(2) u l-Artikolu 10 tad-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE, liema minnhom huwa l-inqas, u li tispiċċa fl-2030 fuq il-limitu stabbilit għal dak l-Istati Membru fl-Anness I ta' dan ir-Regolament.

3.  Il-Kummissjoni għandha tadotta att ta' implimentazzjoni li jistabbilixxi l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet għas-snin mill-2021 sal-2030 f'termini ta' tunnellati ta' ekwivalenti għas-CO2 kif speċifikat fil-paragrafi 1 u 2. Għall-finijiet ta' dan l-att ta' implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha twettaq analiżi komprensiva tad-dejta tal-inventarju nazzjonali l-aktar riċenti għas-snin 2005 u 2016 sa 2018 ippreżentata mill-Istati Membri skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 525/2013.

3.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 12 biex jissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet għas-snin mill-2021 sal-2030 f'termini ta' tunnellati ta' ekwivalenti għas-CO2 kif speċifikat fil-paragrafi 1 u 2. Għall-finijiet ta' dawk l-atti delegati, il-Kummissjoni għandha twettaq analiżi komprensiva tad-dejta tal-inventarju nazzjonali l-aktar riċenti għas-snin 2005 u 2016 sa 2018 ippreżentata mill-Istati Membri skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 525/2013.

4.  Dan l-att ta' implimentazzjoni għandu jispeċifika wkoll, abbażi tal-perċentwali nnotifikati mill-Istati Membri skont l-Artikolu 6(2), il-kwantitajiet li jistgħu jitqiesu għall-konformità tagħhom skont l-Artikolu 9 bejn l-2021 u l-2030. Jekk is-somma tal-kwantitajiet tal-Istat Membri kollha taqbeż it-total kollettiv ta' 100 miljun, il-kwantitajiet għal kull Stat Membru għandhom jitnaqqsu fuq bażi pro rata sabiex ma jinqabiżx it-total kollettiv.

4.  Dan l-att delegat għandu jispeċifika wkoll, abbażi tal-perċentwali nnotifikati mill-Istati Membri skont l-Artikolu 6(2), il-kwantitajiet li jistgħu jitqiesu għall-konformità tagħhom skont l-Artikolu 9 bejn l-2021 u l-2030. Jekk is-somma tal-kwantitajiet tal-Istat Membri kollha taqbeż it-total kollettiv ta' 100 miljun, il-kwantitajiet għal kull Stat Membru għandhom jitnaqqsu fuq bażi pro rata sabiex ma jinqabiżx it-total kollettiv.

5.  Dan l-att ta' implimentazzjoni għandu jiġi adottat skont il-proċedura ta' eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 13.

Ġustifikazzjoni

Test allinjat għal att delegat.

Emenda    30

Proposta għal regolament

Artikolu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 4a

Trajettorja ta' tnaqqis tal-emissjonijiet fit-tul mill-2031

Sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor fl-ewwel jew f'waħda mir-reviżjonijiet sussegwenti msemmija fl-Artikolu 14(2), kull Stat Membru għandu, għal kull sena mill-2031 sal-2050, ikompli jnaqqas l-emissjonijiet ta' gassijiet serra koperti minn dan ir-Regolament. Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-emissjonijiet ta' gassijiet serra tiegħu f'kull sena bejn l-2031 u l-2050 ma jaqbżux il-livell iddefinit minn trajettorja lineari, li tibda mill-allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet tiegħu għas-sena 2030 u tispiċċa fl-2050 fuq livell ta' emissjonijiet li huwa 80 % taħt il-livell tal-2005 għal dak l-Istat Membru.

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 12 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tispeċifika l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet għas-snin mill-2031 sal-2050 f'termini ta' tunnellati ta' CO2 ekwivalenti.

Ġustifikazzjoni

Test allinjat għal att delegat.

Emenda    31

Proposta għal regolament

Artikolu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 5

Artikolu 5

Strumenti ta' flessibbiltà biex jinkisbu l-limiti annwali

Strumenti ta' flessibbiltà biex jinkisbu l-limiti annwali

1.  L-Istati Membri jistgħu jużaw il-flessibbiltajiet stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 6 ta' dan l-Artikolu, u fl-Artikoli 6 u 7.

1.  L-Istati Membri jistgħu jużaw il-flessibbiltajiet stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 6 ta' dan l-Artikolu, u fl-Artikoli 6 u 7.

2.  Fir-rigward tas-snin 2021 sa2029 , Stat Membru jista' jissellef sa kwantità ta' 5% mill-allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet tiegħu għas-sena ta' wara.

2.  Fir-rigward tas-snin 2021 sal-2025, Stat Membru jista' jissellef sa kwantità ta' 10 % mill-allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet tiegħu għas-sena ta' wara. Fir-rigward tas-snin 2026 sal-2029, Stat Membru jista' jissellef sa kwantità ta' 5% mill-allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet tiegħu għas-sena ta' wara.

3.  Stat Membru li l-emissjonijiet ta' gassijiet serra tiegħu għal sena partikolari jkunu taħt l-allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet tiegħu għal dik is-sena, filwaqt illi jitqies l-użu ta' flessibbiltajiet skont dan l-Artikolu u l-Artikolu 6, jista' jfaddal dik il-parti żejda tal-allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet tiegħu għas-snin sussegwenti sal-2030.

3.  Stat Membru li l-emissjonijiet ta' gassijiet serra tiegħu għal sena partikolari jkunu taħt l-allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet tiegħu għal dik is-sena, filwaqt illi jitqies l-użu ta' flessibbiltajiet skont dan l-Artikolu u l-Artikolu 6, fir-rigward tas-snin 2021 sal-2025, jista' jfaddal dik il-parti żejda tal-allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet tiegħu sa livell ta' 10 % għas-snin sussegwenti sal-2025. Fir-rigward tas-snin 2026 sal-2029, Stat Membru jista' jfaddal il-parti żejda tal-allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet tiegħu sa livell ta' 5 % tal-allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet tiegħu għas-snin sussegwenti sal-2030.

4.  Stat Membru jista' jittrasferixxi sa 5 % tal-allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet tiegħu ta' sena partikolari lil Stati Membri oħra. L-Istat Membru riċeventi jista' juża din il-kwantità għall-konformità skont l-Artikolu 9 għas-sena partikolari jew għal snin sussegwenti sal-2030.

4.  Stat Membru jista' jittrasferixxi sa 5 % tal-allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet tiegħu ta' sena partikolari lil Stati Membri oħra fir-rigward tas-snin 2021 sal-2025 u sa 10% fir-rigward tas-snin 2026 sal-2030. L-Istat Membru riċeventi jista' juża din il-kwantità għall-konformità skont l-Artikolu 9 għas-sena partikolari jew għal snin sussegwenti sal-2030.

5.  Stat Membru jista' jittrasferixxi l-parti tal-allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet tiegħu li taqbeż l-emissjonijiet ta' gassijiet serra għal dik is-sena, filwaqt li jitqies l-użu tal-flessibbiltajiet skont il-paragrafi 2 sa 4 u l-Artikolu 6, lil Stati Membri oħra. L-Istat Membru riċeventi jista' juża din il-kwantità għal konformità skont l-Artikolu 9 għal dik is-sena jew għal snin sussegwenti sal-2030.

5.  Stat Membru jista' jittrasferixxi l-parti tal-allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet tiegħu li taqbeż l-emissjonijiet ta' gassijiet serra għal dik is-sena, filwaqt li jitqies l-użu tal-flessibbiltajiet skont il-paragrafi 2 sa 4, l-Artikolu 6, lil Stati Membri oħra. L-Istat Membru riċeventi jista' juża din il-kwantità għal konformità skont l-Artikolu 9 għal dik is-sena jew għal snin sussegwenti sal-2030.

5 a.  Stat Membru ma għandux jittrasferixxi kwalunkwe parti mill-allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet tiegħu jekk, fiż-żmien tat-trasferiment, l-emissjonijiet ta' dak l-Istat Membru jaqbżu l-allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet tiegħu.

6.  L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jużaw il-krediti minn proġetti maħruġa skont l-Artikolu 24a(1) tad-Direttiva 2003/87/KE għal konformità skont l-Artikolu 9, mingħajr ebda limitu kwantitattiv u filwaqt li jiġi evitat l-għadd doppju.

6.  L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jużaw il-krediti minn proġetti maħruġa skont l-Artikolu 24a(1) tad-Direttiva 2003/87/KE għal konformità skont l-Artikolu 9, mingħajr ebda limitu kwantitattiv u filwaqt li jiġi evitat l-għadd doppju. L-Istati Membri jistgħu jħeġġu l-istabbiliment ta' sħubijiet pubbliċi-privati u privati-privati għal proġetti bħal dawn.

Emenda     32

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3a.  L-aċċess għall-flessibbiltà stabbilit f'dan l-Artikolu u fl-Anness II għandu jingħata bil-kundizzjoni li l-Istati Membri kkonċernati jimpenjaw ruħhom li jieħdu miżuri f'setturi oħra fejn fil-passat ikunu nkisbu riżultati insuffiċjenti. Il-Kummissjoni għandha tissupplimenta din id-Direttiva billi tadotta att delegat skont l-Artikolu 12 li jistabbilixxi lista ta' dawn il-miżuri u setturi sal-31 ta' Diċembru 2019.

Emenda    33

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-użu addizzjonali ta' mhux aktar minn 280 miljun assorbiment nett minn art deforestata, art afforestata, raba' ġestita u bwar ġestiti

L-użu addizzjonali ta' mhux aktar minn 190 miljun assorbiment nett minn użu tal-art, bidla fl-użu tal-art u l-forestrija

Emenda    34

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Sal-punt li emissjonijiet ta' Stat Membru jaqbżu l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet tiegħu għal sena partikolari, kwantità ta' mhux aktar mis-somma ta' assorbimenti netti totali u l-emissjonijiet netti totali mill-kategoriji kombinati tal-kontabbiltà ta' art deforestata, art forestali, raba' ġestita u bwar ġestiti msemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament [ ] [LULUCF] tista' titqies għall-konformità tiegħu skont l-Artikolu 9 ta' dan ir-Regolament għal dik is-sena, sakemm:

1.  Sal-punt li emissjonijiet ta' Stat Membru jaqbżu l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet tiegħu għal sena partikolari flimkien ma' kwalunkwe allokazzjoni tal-emissjonijiet imfaddla skont l-Artikolu 5(3), kwantità ta' mhux aktar mis-somma ta' assorbimenti netti totali u l-emissjonijiet netti totali mill-kategoriji kombinati tal-kontabbiltà ta' art deforestata, art forestali, raba' ġestita, bwar ġestiti u art mistagħdra ġestita, fejn appliikabbli, u suġġett għal att delegat skont il-paragrafu 2, art forestali ġestija, imsemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament [ ] [LULUCF] tista' titqies għall-konformità tiegħu skont l-Artikolu 9 ta' dan ir-Regolament għal dik is-sena, sakemm:

(-a)  l-Istat Membru jippreżenta sal-1 ta' Jannar 2019 pjan ta' azzjoni lill-Kummissjoni li jistabbilixxi miżuri, inklużi, fejn relevanti, l-użu ta' finanzjament mill-Unjoni, għall-agrikoltura effiċjenti mill-att tal-klima u l-użu tal-art u s-setturi forestali u juri kif dawn il-miżuri se jikkontribwixxu biex inaqqsu l-emissjonijiet ta' gassijiet serra skont dan ir-Regolament u li jmorru lil hinn mir-rekwiżiti skont l-Artikolu 4 tar-Regolament [ ][LULUCF] għall-perjodu mill-2021 sal-2030;

(a) il-kwantità kumulattiva li titqies għal dak l-Istat Membru għas-snin kollha tal-perjodu mill-2021 sal-2030 ma taqbiżx il-livell stabbilit fl-Anness III għal dak l-Istat Membru;

(a) il-kwantità kumulattiva li titqies għal dak l-Istat Membru għas-snin kollha tal-perjodu mill-2021 sal-2030 ma taqbiżx il-livell stabbilit fl-Anness III għal dak l-Istat Membru;

(b) din il-kwantità taqbeż ir-rekwiżiti tal-Istat Membru skont l-Artikolu 4 tar-Regolament [ ][LULUCF];

(b) din il-kwantità murija li taqbeż ir-rekwiżiti tal-Istat Membru skont l-Artikolu 4 tar-Regolament [ ][LULUCF] matul il-perjodi ta' ħames snin stabbiliti fl-Artikolu 12 tar-Regolament [ ][LULUCF];

(c) l-Istat Membru ma akkwistax aktar assorbimenti netti skont ir-Regolament [ ][LULUCF] mingħand Stati Membri oħra milli jkun ittrasferixxa; kif ukoll

(c) l-Istat Membru ma akkwistax aktar assorbimenti netti skont ir-Regolament [ ][LULUCF] mingħand Stati Membri oħra milli jkun ittrasferixxa; kif ukoll

(d) l-Istat Membru kkonforma mar-rekwiżiti tar-Regolament [ ] [LULUCF].

(d) l-Istat Membru kkonforma mar-rekwiżiti tar-Regolament [ ] [LULUCF].

B'konformità mal-punt(-a), il-Kummissjoni tista' toħroġ opinjonijiet imressqa mill-Istati Membri dwar il-pjanijiet ta' azzjoni.

Emenda    35

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Fejn ikun adottat l-att delegat biex jiġu aġġornati l-livelli ta' referenza tal-foresti abbażi tal-pjanijiet kontabilistiċi nazzjonali tal-forestrija skont l-Artikolu 8(6) tar-Regolament [LULUCF], il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta att delegat biex temenda l-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu biex ikun jirrifletti kontribut tal-kategorija kontabilistika art forestali ġestita bi qbil mal-Artikolu 12 ta' dan ir-Regolament.

2.  Fejn ikun adottat l-att delegat biex jiġu aġġornati l-livelli ta' referenza tal-foresti abbażi tal-pjanijiet kontabilistiċi nazzjonali tal-forestrija skont l-Artikolu 8(6) tar-Regolament [LULUCF], il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta att delegat biex temenda l-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u l-kategoriji ta' kontabbiltà fl-Anness III biex ikun jirrifletti kontribut bilanċjat tal-kategorija kontabilistika art forestali ġestita bi qbil mal-Artikolu 12 ta' dan ir-Regolament mingħajr ma taqbeż l-ammont totali ta' 190 miljun disponibbli skont l-Artikolu 7 ta' dan ir-Regolament.

Emenda    36

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Fl-2027 u fl-2032, jekk l-emissjonijiet ta' gassijiet serra riveduti ta' Stat Membru jaqbżu l-allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet tiegħu għal kwalunkwe sena speċifika tal-perjodu, skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu u l-flessibbiltajiet użati skont l-Artikoli 5 sa 7, għandhom japplikaw il-miżuri li ġejjin:

1.  Kull sentejn il-Kummissjoni għandha twettaq verifika tal-konformità tal-Istati Membri ma' dan ir-Regolament. Jekk l-emissjonijiet ta' gassijiet serra riveduti ta' Stat Membru jaqbżu l-allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet tiegħu għal kwalunkwe sena speċifika tal-perjodu, skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu u l-flessibbiltajiet użati skont l-Artikoli 5 sa 7, għandhom japplikaw il-miżuri li ġejjin:

(a)  żieda maċ-ċifra tal-emissjonijiet ta' Stat Membru tas-sena ta' wara ugwali għall-ammont f'tunnellati ta' ekwivalenti għas-CO2 tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra żejda, immultiplikat b'fattur ta' 1,08, skont il-miżuri adottati skont l-Artikolu 11; kif ukoll

(b)  l-Istat Membru għandu jkun temporanjament ipprojbit milli jittrasferixxi ebda parti mill-allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet tiegħu lil Stat Membru ieħor sakemm jiġi konformi ma' dan ir-Regolament. L-Amministratur Ċentrali għandu jimplimenta din il-projbizzjoni fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 11.

Emenda    37

Proposta għal regolament

Artikolu 9a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 9a

Riserva għal azzjoni bikrija

1.  Sabiex jittieħed kont ta' azzjoni bikrija qabel l-2020, kwantità li ma taqbiżx is-somma totali ta' 70 miljun tunnellata f'allokazzjonijiet annwali ta' emissjonijiet fil-perjodu 2026 sal-2030, fuq talba ta' Stat Membru, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni fir-rigward tal-konformità tal-Istat Membru għall-iskopijiet tal-aħħar kontroll tal-konformità skont l-Artikolu 9 ta' dan ir-Regolament dment li:

(a)  it-total tal-allokazzjonijiet annwali tiegħu tal-emissjonijiet għall-perjodu mill-2013 sal-2020 kif iddeterminat skont l-Artikolu 3(2) u l-Artikolu 10 tad-Deċiżjoni 406/2009/KE jaqbeż it-total tiegħu ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra annwali vverifikati għall-perjodu 2013-2020;

(b)  il-PDG tiegħu per capita għall-prezzijiet tas-suq fl-2013 ikun taħt il-medja tal-UE;

(c)  ikun uża l-limitu massimu tal-flessibilitajiet imsemmija fl-Artikoli 6 u 7 għal-livelli stabbiliti fl-Annessi II u III;

(d)  ikun uża l-limitu massimu tal-flessibilitajiet imsemmija fl-Artikolu 5(2) u (3) u ma jkunx ittrasferixxa l-allokazzjonijiet tal-emissjonijiet lil Stat Membru ieħor skont l-Artikolu 5(4) u (5); kif ukoll

(e)  l-Unjoni kollha kemm hi tilħaq il-mira tagħha msemmija fl-Artikolu 1(1).

2.  Is-sehem massimu ta' Stat Membru tas-somma totali msemmija fil-paragrafu 1 li jista' jiġi kkunsidrat biex jiġi stabbilit il-proporzjon bejn, minn naħa waħda, id-differenza bejn it-total tal-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet għall-perjodu 2013-2020 u t-total annwali vverifikat dwar l-emissjonijiet ta' gassijiet serra tul l-istess perjodu, u, min-naħa l-oħra, id-differenza bejn it-total tal-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet għall-perjodu 2013-2020 tal-Istati Membri kollha li jissodisfaw il-kriterju fil-punt (b) tal-paragrafu 1 u t-total annwali vverifikat tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra ta' dawk l-Istati Membri fl-istess perjodu.

L-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet u l-emissjonijiet annwali vverifikati għandhom jiġu ddeterminati skont il-paragrafu 3.

3.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 12 sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi massimu ta' ishma għal kull Stat Membru f'termini ta' tunnellati ta' CO2 ekwivalenti skont il-paragrafi 1 u 2. Għall-finijiet ta' dawk l-atti delegati, il-Kummissjoni għandha tuża l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet stabbiliti skont l-Artikolu 3(2) u l-Artikolu 10 tad-Deċiżjoni 406/2009/KE u d-data rieżaminata tal-inventarju għas-snin 2013 sal-2020 skont ir-Regolament Nru (UE) 525/2013.

Ġustifikazzjoni

Ir-regoli ta' allokazzjoni proposti mill-Kummissjoni jistgħu ma jirrikonoxxux biżżejjed l-azzjoni bikrija ta' xi Stati Membri qabel l-2020. Dan joħloq diffikultajiet partikolari għall-Istati Membri b'PDG aktar baxx mill-medja per capita, li jirrifletti livell aktar baxx ta' kapaċità biex jinvestu. L-azzjoni bikrija proposta tar-riżerva tippremja azzjoni bikrija u tippermetti lill-Istati Membri jużaw l-allokazzjonijiet addizzjonali għall-konformità, fil-każ li flessibbiltajiet oħra ma jkunux biżżejjed. L-ammont relattiv ta' allokazzjonijiet addizzjonali disponibbli għal Stat Membru għandu jiddependi fuq il-grad tal-kisba żejda tal-mira tal-2020 tiegħu.

Emenda    38

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-ammont li jinsab fl-Anness IV ta' dan ir-Regolament għandhom jiżdiedu mal-allokazzjoni għas-sena 2021 għal kull Stat Membru msemmi f'dak l-Anness.

2.  L-ammont li jinsab fl-Anness IV ta' dan ir-Regolament, li jirrapreżenta somma totali ta' 39,14-il miljun tunellata ta' CO2 ekwivalenti għall-Istati Membri kollha, għandu jiżdied mal-allokazzjoni għas-sena 2021 għal kull Stat Membru msemmi f'dak l-Anness.

Emenda    39

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ir-Reġistru

Ir-Reġistru Ewropew

Emenda    40

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Kummissjoni għandha tiżgura l-kontabbiltà preċiża skont dan ir-Regolament permezz tar-Reġistru tal-Unjoni stabbilit skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 525/2013, inklużi l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet, il-flessibbiltajiet eżerċitati skont l-Artikoli 4 sa 7, il-konformità skont l-Artikolu 9 u t-tibdil fil-kopertura skont l-Artikolu 10 ta' dan ir-Regolament. L-Amministratur Ċentrali għandu jwettaq kontroll awtomizzat fuq kull tranżazzjoni skont dan ir-Regolament u, fejn meħtieġ, iwaqqaf xi tranżazzjonijiet biex jiżgura li ma jkunx hemm irregolaritajiet. Din l-informazzjoni għandha tkun aċċessibbli għall-pubbliku.

1.  Il-Kummissjoni għandha tiżgura l-kontabbiltà preċiża skont dan ir-Regolament permezz tar-Reġistru tal-Unjoni stabbilit skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 525/2013. Il-Kummissjoni għandha, għal dak il-għan, tadotta att delegat f'konformità mal-Artikolu 12 biex tissupplimenta dan ir-Regolament, b'mod partikolari fir-rigward ta' allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet, il-flessibbiltajiet eżerċitati skont l-Artikoli 4 sa 7, il-konformità skont l-Artikolu 9 u t-tibdil fil-kopertura skont l-Artikolu 10 ta' dan ir-Regolament. L-Amministratur Ċentrali għandu jwettaq kontroll awtomizzat fuq kull tranżazzjoni skont dan ir-Regolament u, fejn meħtieġ, iwaqqaf xi tranżazzjonijiet biex jiżgura li ma jkunx hemm irregolaritajiet. Is-sistema tar-reġistru Ewropew għandha tkun trasparenti u tinkludi l-informazzjoni rilevanti kollha dwar it-trasferiment tal-kwoti bejn l-Istati Membri. Din l-informazzjoni għandha tkun aċċessibbli għall-pubbliku permezz ta' sit web apposta ospitat mill-Kummissjoni.

Ġustifikazzjoni

It-tisħiħ tat-trasparenza ta' trasferiment ta' kwoti bejn l-Istati Membri u aġġustament tekniku.

Emenda    41

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta att delegat biex jiġi implimentat il-paragrafu 1 skont l-Artikolu 12 ta'dan ir-Regolament.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Aġġustament tekniku, att delegat inkorporat fl-Artikolu 11 paragrafu 1.

Emenda     42

Proposta għal regolament

Artikolu 11a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 11a

L-impatt fuq il-klima tal-finanzjament tal-Unjoni

Il-Kummissjoni għandha twettaq studju transsettorjali komprensiv tal-impatt tal-finanzjament mogħti mill-baġit tal-Unjoni jew inkella skont id-dritt tal-Unjoni fuq il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima.

Sal-1 ta' Jannar 2019, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill ir-rapport dwar is-sejbiet tal-istudju li għandu jkun akkumpanjat, jekk xieraq, minn proposti leġiżlattivi mmirati lejn it-twaqqif ta' kwalunkwe finanzjament tal-Unjoni li ma jkunx kompatibbli mal-miri ta' tnaqqis ta' CO2 jew mal-politiki tal-Unjoni. Dan għandu jinkludi l-proposta ta' kontroll tal-kompatibbiltà klimatika ex-ante obbligatorja li tapplika għal kull investiment ġdid tal-Unjoni mill-1 ta' Jannar 2020 u l-obbligu li r-riżultati jsiru pubbliċi b'mod trasparenti u aċċessibbli.

Emenda    43

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Is-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikoli 7(2) u 11 ta' dan ir-Regolament għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien mhux determinat mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

2.  Is-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikoli 4(3), l-Artikolu 4a, l-Artikolu 6(3a), l-Artikolu 7(2), l-Artikolu 9a u l-Artikolu 11 ta' dan ir-Regolament għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin minn ... [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport rigward id-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perijodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta' żmien identiċi, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma joġġezzjonawx għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.

Emenda    44

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Id-delega tas-setgħat msemmija fl-Artikoli 7(2) u 11 jistgħu' jiġu revokati fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Din ma għandhiex taffettwa l-validità ta' atti delegati diġà fis-seħħ.

3.  Id-delega tas-setgħat msemmija fl-Artikoli 4(3), l-Artikolu 4a, l-Artikolu 6(3a), l-Artikolu 7(2), l-Artikolu 9a u l-Artikolu 11 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Din ma għandhiex taffettwa l-validità ta' atti delegati diġà fis-seħħ.

Emenda    45

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Att delegat li jkun ġie adottat skont l-Artikoli 7(2) u 11 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu esprimew xi oġġezzjoni f'perjodu ta' xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn li huma infurmaw lill-Kummissjoni li ma għandhomx oġġezzjonijiet. Dak il-perjodu jiġi estiż b'xahrejn b'inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

6.  Att delegat li jkun ġie adottat skont l-Artikoli 4(3), Artikolu 4a, Artikolu 6(3a) Artikolu 7(2), Artikolu 9a u l-Artikolu 11 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu esprimew xi oġġezzjoni f'perjodu ta' xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn li huma infurmaw lill-Kummissjoni li ma għandhomx oġġezzjonijiet. Dak il-perjodu jiġi estiż b'xahrejn b'inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Emenda    46

Proposta għal regolament

Artikolu 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 13

imħassar

Proċedura ta' kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun mgħejuna mill-Kumitat dwar it-Tibdil fil-Klima stabbilit mir-Regolament (UE) Nru 525/2013. Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Ġustifikazzjoni

Marbut mat-tħassir tal-atti ta' implimentazzjoni.

Emenda    47

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Fi żmien sitt xhur mid-djalogu faċilitattiv taħt l-UNFCCC fl-2018, il-Kummissjoni għandha tippubblika komunikazzjoni li tivvaluta l-konsistenza tal-atti leġiżlativi tal-Unjoni dwar il-klima u l-enerġija skont l-għanijiet tal-Ftehim ta' Pariġi. B'mod partikolari, il-komunikazzjoni għandha teżamina r-rwol u l-adegwatezza tal-obbligi stipulati f'dan ir-Regolament biex jintlaħqu dawk l-għanijiet, u l-konsistenza ta' atti leġislattivi tal-Unjoni fil-qasam tal-klima u l-enerġija, inklużi r-rekwiżiti tal-effiċjenza fl-enerġija u l-enerġija rinnovabbli, kif ukoll atti leġislattivi fil-qasam tal-agrikoltura u t-trasport, flimkien mal-impenn tal-UE għat-tnaqqis tal-gassijiet serra.

Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sat-28 ta' Frar 2024 u kull ħames snin wara dan dwar l-operat ta' dan ir-Regolament, il-kontribut tiegħu għall-mira globali tal-UE tal-2030 ta' tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra u l-kontribut tiegħu għall-għanijiet tal-Ftehim ta' Pariġi, u tagħmel il-proposti jekk ikun meħtieġ.

2.  Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sat-28 ta' Frar 2024 wara l-ewwel rendikont globali tal-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Pariġi fl-2023 u fi żmien sitt xhur mir-rendikonti globali sussegwenti wara dan, dwar l-operat ta' dan ir-Regolament, il-kontribut tiegħu għall-mira globali tal-UE tal-2030 ta' tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra u l-kontribut tiegħu għall-għanijiet tal-Ftehim ta' Pariġi, u tagħmel il-proposti jekk ikun meħtieġ. Ir-rapport għandu, jekk ikun jixraq, ikun akkumpanjat minn proposti leġiżlattivi biex iżidu t-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-Istati Membri.

Ir-reviżjoni tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-Istati Membri għall-perjodu mill-2031 'l quddiem għandu jqis il-prinċipji ta' ġustizzja u kosteffikaċja fid-distribuzzjoni bejn l-Istati Membri.

Dan għandu wkoll jieħu kont tal-progress li jkun sar mill-Unjoni u minn pajjiżi terzi lejn l-għanijiet tal-Ftehim ta' Pariġi kif ukoll il-progress li sar biex jistimulaw u jsostnu finanzjament privat bħala appoġġ għat-tranżizzjoni lejn ekonomija b'livell baxx ta' karbonju.

Emenda    48

Proposta għal regolament

Artikolu 15a (ġdid)

Deċiżjoni (UE) 2015/1814

Artikolu 1 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 15a

Emendi għad-Deċiżjoni (UE) 2015/1814

L-Artikolu 1(4) tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1814 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"4.  Il-Kummissjoni għandha tippubblika n-numru totali ta' kwoti fiċ-ċirkolazzjoni kull sena, sal-15 ta' Mejju tas-sena sussegwenti. In-numru totali ta' kwoti fiċ-ċirkolazzjoni għal sena partikolari għandu jkun in-numru kumulattiv ta' kwoti maħruġa fil-perjodu mill-1 ta' Jannar 2008, inkluż in-numru maħruġ skont l-Artikolu 13(2) tad-Direttiva 2003/87/KE f'dak il-perjodu u d-drittijiet biex jintużaw il-krediti internazzjonali eżerċitati mill-installazzjonijiet taħt l-EU ETS fir-rigward tal-emissjonijiet sal-31 ta' Diċembru ta' dik is-sena partikolari, li minnu jitnaqqas tunnellati kumulattivi ta' emissjonijiet ivverifikati mill-installazzjonijiet skont l-EU ETS bejn l-1 ta' Jannar 2008 u l-31 ta' Diċembru ta' dik l-istess sena partikolari, kwalunkwe kwota kkanċellata skont l-Artikolu 12(4) tad-Direttiva 2003/87/KE għajr il-kwoti kkanċellati skont l-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) 2017/... * tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u l-għadd ta' kwoti fir-riżerva. Ma għandhomx jitqiesu l-emissjonijiet matul il-perjodu ta' tliet snin li jibda mill-2005 u jispiċċa fl-2007 u l-kwoti maħruġa fir-rigward ta' dawk l-emissjonijiet. L-ewwel pubblikazzjoni għandha sseħħ sal-15 ta' Mejju 2017.

______________

*  Ir-Regolament (UE) 2017/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tnaqqis annwali vinkolanti tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra mill-Istati Membri mill-2021 sal-2030 għal Unjoni tal-Enerġija reżiljenti u biex jiġu onorati l-impenji li saru fil-Ftehim ta' Pariġi, u li jemenda r-Regolament Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar mekkaniżmu għall-monitoraġġ u għar-rapportar ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra u ta' informazzjoni oħra relatata mat-tibdil fil-klima (ĠU L …, …, p. …). .).”

Emenda    49

Proposta għal regolament

Anness III

L-ammont massimu espress f'miljuni ta' tunnellati ta' ekwivalenza għal CO2

Il-Belġju

3,8

Il-Bulgarija

4,1

Ir-Repubblika Ċeka

2,6

Id-Danimarka

14,6

Il-Ġermanja

22,3

L-Estonja

0,9

L-Irlanda

26,8

Il-Greċja

6,7

Spanja

29,1

Franza

58,2

Il-Kroazja

0,9

L-Italja

11,5

Ċipru

0,6

Il-Latvja

3,1

Il-Litwanja

6,5

Il-Lussemburgu

0,25

L-Ungerija

2,1

Malta

0,03

In-Netherlands

13,4

L-Awstrija

2,5

Il-Polonja

21,7

Il-Portugall

5,2

Ir-Rumanija

13,2

Is-Slovenja

1,3

Is-Slovakkja

1,2

Il-Finlandja

4,5

L-Iżvezja

4,9

Ir-Renju Unit

17,8

Total massimu:

280

Emenda

L-ammont massimu espress f'miljuni ta' tunnellati ta' ekwivalenza għal CO2

Il-Belġju

2,6

Il-Bulgarija

2,8

Ir-Repubblika Ċeka

1,8

Id-Danimarka

9,9

Il-Ġermanja

15,2

L-Estonja

0,6

L-Irlanda

18,2

Il-Greċja

4,6

Spanja

19,8

Franza

39,5

Il-Kroazja

0,6

L-Italja

7,8

Ċipru

0,4

Il-Latvja

2,1

Il-Litwanja

4,4

Il-Lussemburgu

0,2

L-Ungerija

1,4

Malta

0

In-Netherlands

9,1

L-Awstrija

1,7

Il-Polonja

14,8

Il-Portugall

3,5

Ir-Rumanija

8,9

Is-Slovenja

0,9

Is-Slovakkja

0,8

Il-Finlandja

3,1

L-Iżvezja

3,4

Ir-Renju Unit

12,1

Total massimu:

190

  • [1]    ĠU C 75, 10.3.2017, p. 103-108.
  • [2]    Għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.

NOTA SPJEGATTIVA

Il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea għal Regolament dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi, jew ir-"Regolament dwar l-Azzjoni Klimatika li jimplimenta l-Ftehim ta' Pariġi", tkopri madwar 60 fil-mija tal-emissjonijiet ta' gassijiet fl-UE. Is-setturi kollha li jaqgħu barra l-kamp ta' applikazzjoni tas-Sistema tal-UE għan-Negozjar ta' Emissjonijiet (EU ETS) huma koperti b'dan ir-Regolament, inkluż it-trasport, l-iskart, l-ambjent mibni u l-agrikoltura.

Il-proposta tal-Kummissjoni hija l-ewwel pass pożittiv u għandha l-għan li twassal, fis-setturi koperti, tnaqqis ta' 30 fil-mija fl-emissjonijiet sal-2030 meta mqabbel mal-livelli tal-2005. Madankollu, diversi emendi huma meħtieġa sabiex jiġi promoss aħjar it-tbassir fuq medda twila ta' żmien, tiġi żgurata l-konsistenza ma' politiki oħra, b'mod partikolari l-mira tal-UE għall-effiċjenza fl-enerġija, u jiġu provduti biżżejjed flessibbiltà u solidarjetà bejn l-Istati Membri.

Tbassir fuq terminu twil

Id-dinja qed tersaq lejn ekonomija b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju, u l-Ftehim ta' Pariġi dwar il-Klima adottat is-sena l-oħra jimmarka dan l-iżvilupp bħala irriversibbli. Il-Ftehim ta' Pariġi jistabbilixxi l-objettiv li ż-żieda fit-temperatura globali tinżamm taħt iż-żewġ gradi Celsius, u li jkun hemm stinkar għal mhux aktar minn żieda ta' 1,5 gradi Celsius fit-temperatura. Konsistenti ma' dawn l-għanijiet, il-Ftehim ta' Pariġi jesiġi wkoll li emissjonijiet net-zero għandhom jinkisbu fit-tieni nofs ta' dan is-seklu. Barra minn hekk, fl-2009, l-UE adottat il-mira tagħha ta' 80 sa 95 % ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra sal-2050.

Minkejja dawn l-impenji, il-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament timmira biss lejn il-kisba tal-mira tal-UE 2030. In-nuqqas ta' trajettorja fit-tul jista' joħloq saturazzjoni tal-investimenti b'intensità qawwija ta' infrastruttura ta' trasport, bini, eċċ., li jirriżultaw f'assi mitlufa u kostijiet ġenerali b'mod sinifikanti ogħla tal-azzjoni dwar il-klima fuq terminu twil. Sabiex tipprovdi tbassir fuq terminu twil, il-proposta hija emendata b'Artikolu ġdid li jistabbilixxi trajettorja fit-tul lejn tnaqqis ta' mill-inqas 80 % fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra sal-2050.

Barra minn hekk, meta wieħed jikkunsidra l-isfidi sinifikanti biex jiġu ddekarbonizzati s-setturi kollha tal-ekonomija, qed jiġu provduti trajettorji tal-emissjonijiet aktar stretta għall-perjodu bejn l-2021 u l-2030, li jsegwu x-xejra attwali Ewropa fejn l-emissjonijiet ma jibqgħux marbuta mat-tkabbir ekonomiku.

Effiċjenza enerġetika

Il-Parlament Ewropew impenja ruħu b'mod konsistenti favur livell ogħla ta' ambizzjoni tal-UE dwar l-effiċjenza enerġetika. Minbarra benefiċċji għall-klima, l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija tnaqqas l-ispejjeż tal-enerġija, toħloq l-impjiegi u ttejjeb is-sigurtà tal-enerġija.

Il-proposta tal-Kummissjoni għal dan ir-Regolament ġiet ippubblikata f'Lulju 2016, qabel il-"Pakkett tax-Xitwa" tal-Kummissjoni Ewropea ta' Novembru 2016, li inkludiet mira ta' żieda fl-effiċjenza enerġetika ta' 30 % (kemmxejn ftit aktar ambizzjuża mill-mira ta' 27 % adottata mill-Kunsill Ewropew f'Ottubru 2014).

Il-valutazzjoni tal-impatt tal-Kummissjoni Ewropea jistabbilixxi li, b'mira fl-effiċjenza tal-enerġija ta' 30 %, kwantità ta' 79 miljun tunnellata ta' krediti LULUCF hija meħtieġa biex tissodisfa l-miri tal-Kondiviżjoni tal-Isforzi tal-Istati Membri b'mod effiċjenti. F'dan ir-rigward, sabiex jinżamm inċentiv konsistenti għat-titjib fl-effiċjenza tal-enerġija f'dan ir-Regolament u biex ikun żgurat li l-kisba tal-mira globali tal-UE ma tiġix imdgħajfa, il-flessibbiltà LULUCF tal-Artikolu 7 hija aġġustata lejn livell aktar baxx ta' krediti LULUCF (190 miljun, minflok dak propost ta' 280 miljun).

LULUCF

Il-flessibilità tal-LULUCF fl-Artikolu 7 hija importanti għal numru ta' Stati Membri biex inaqqsu l-ispejjeż ta' konformità. Barra minn hekk, il-flessibbiltà tista' tipprovdi appoġġ addizzjonali għas-settur agrikolu u tal-forestrija f'ċerti Stati Membri biex jikkontribwixxu għal azzjoni klimatika. Madankollu, għandu jiġi żgurat li l-krediti tal-LULUCF jipprevedu għall-bjar verament addizzjonali u permanenti.

Flimkien ma' dan, l-użu ta' strumenti finanzjarji eżistenti tal-UE b'sostenn tas-settur agrikolu għandhom jiġu mtejba. Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri reċentement ikkonkludiet li fir-rigward tal-użu tal-politika agrikola komuni ma ġew esplorati bis-sħiħ l-ebda bidla sinifikanti lejn azzjoni klimatika u l-opportunitajiet potenzjali kollha għall-finanzjament ta' azzjoni relatata mal-klima.

Il-proposta hija għalhekk emendata sabiex jiġi żgurat aħjar li l-flessibbiltà tal-LULUCF twassal benefiċċji għall-klima, u biex tinkoraġġixxi lill-Istati Membri jużaw il-varjetà eżistenti ta' strumenti finanzjarji tal-UE għas-settur agrikolu.

OPINJONI tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (23.3.2017)

għall-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tnaqqis annwali vinkolanti tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra mill-Istati Membri mill-2021 sal-2030 għal Unjoni tal-Enerġija reżiljenti u biex jiġu onorati l-impenji li saru fil-Ftehim ta' Pariġi, u li jemenda r-Regolament Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar mekkaniżmu għall-monitoraġġ u għar-rapportar ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra u ta' informazzjoni oħra relatata mat-tibdil fil-klima
(COM(2016)0482 – C8-0331/2016 – 2016/0231(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Benedek Jávor

EMENDI

Il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija jistieden lill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda  1

Proposta għal regolament

Kunsiderazzjoni 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Wara li kkunsidraw il-Protokoll Nru 1 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea dwar ir-rwol tal-parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea,

Emenda    2

Proposta għal regolament

Kunsiderazzjoni 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Wara li kkunsidraw il-Protokoll Nru 2 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità,

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Fl-10 ta' Ġunju 2016 il-Kummissjoni ppreżentat proposta li l-UE tirratifika l-ftehim ta' Pariġi. Din il-proposta leġiżlattiva tifforma parti mill-implimentazzjoni tal-impenn tal-UE fil-ftehim ta' Pariġi. L-impenn tal-Unjoni għal tnaqqis tal-emissjonijiet fis-setturi ekonomiċi kollha ġie kkonfermat il-kontribut maħsub determinat fil-livell nazzjonali tal-Unjoni u l-Istati Membri tagħha li ġie ppreżentat lis-Segretarjat tal-UNFCCC fis-6 ta' Marzu 2015.

(3)  Il-Ftehim ta' Pariġi ffirmat mill-UE daħal fis-seħħ fl-4 ta' Novembru 2016. Din il-proposta leġiżlattiva tifforma parti mill-implimentazzjoni tal-impenn tal-UE fil-ftehim ta' Pariġi biex issaħħaħ ir-rispons globali għat-theddida tat-titbdil fil-klima billi żżomm iż-żieda tat-temperatura globali ferm taħt iż-2OC 'il fuq mil-livelli preindustrijali u biex jitkomplew l-isforzi li jillimitaw iż-żieda fit-temperatura għal 1,5OC 'il fuq mil-livelli preindustrijali filwaqt li tnaqqas l-emissjoni ta' gassijiet serra domestiċi, tikkonserva u żżid il-bjar u r-riservi ta' gassijiet serra u tissalvagwardja s-sigurtà tal-ikel. L-impenn tal-Unjoni għal tnaqqis tal-emissjonijiet fis-setturi ekonomiċi kollha ġie kkonfermat fil-kontribut maħsub determinat fil-livell nazzjonali tal-Unjoni u l-Istati Membri tagħha li ġie ppreżentat lis-Segretarjat tal-UNFCCC fis-6 ta' Marzu 2015. Bi qbil mal-Ftehim ta' Pariġi, l-Istati Membri għandhom ikomplu jnaqqsu l-emissjoni ta' gassijiet serra tagħhom koperti minn dan ir-Regolament lil hinn mill-2030 sabiex, b'mod konsistenti mal-Pjan Direzzjonali tal-Enerġija tal-Unjoni 2050, stabbilit fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta' Diċembru 2011, sal-2050 dan iwassal għal tnaqqis globali fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-Unjoni għal bejn 80 sa 95 % meta mqabbla mal-livelli tal-1990.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  It-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa teħtieġ tibdil fl-aġir tal-investiment u inċentivi fil-firxa kollha tal-politika. Hija prijorità prinċipali tal-Unjoni li tistabbilixxi Unjoni tal-Enerġija reżiljenti biex tipprovdi enerġija sikura, sostenibbli, kompetittiva u affordabbli għaċ-ċittadini tagħha. Il-kisba ta' dan tirrikjedi wkoll kontinwazzjoni ta' azzjoni klimatika ambizzjuża b'dan ir-Regolament u progress fir-rigward ta' aspetti oħra tal-Unjoni tal-Enerġija kif stabbilita fil-Qafas Strateġiku għal Unjoni tal-Enerġija Reżiljenti b'Politika dwar il-Bidla fil-Klima li tħares 'il quddiem.

(5)  It-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa teħtieġ tibdil fl-aġir tal-investiment u inċentivi fil-firxa kollha tal-politika, billi l-ewwel jitnaqqas u jiġi ottimizzat il-konsum tal-enerġija. Hija prijorità prinċipali tal-Unjoni li tistabbilixxi Unjoni tal-Enerġija reżiljenti biex tipprovdi enerġija sikura, sostenibbli, kompetittiva u affordabbli għaċ-ċittadini tagħha. Il-kisba ta' dan tirrikjedi wkoll kontinwazzjoni ta' azzjoni klimatika ambizzjuża b'dan ir-Regolament u progress fir-rigward ta' aspetti oħra tal-Unjoni tal-Enerġija kif stabbilita fil-Qafas Strateġiku għal Unjoni tal-Enerġija Reżiljenti b'Politika dwar il-Bidla fil-Klima li tħares 'il quddiem.

__________________

__________________

16 COM(2015) 80.

16 COM(2015) 80.

Ġustifikazzjoni

Dawn huma azzjonijiet ta' ffrankar tal-enerġija li jkollhom l-iqsar u l-aktar perjodu effettiv ta' amortizzament kif ukoll l-inqas spejjeż ta' implimentazzjoni.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  L-approċċ ta' limiti nazzjonali vinkolanti annwali meħud fid-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill19 għandu jitkompla mill-2021 sal-2030, u l-kalkolu tat-trajettorja jibda fl-2020 fuq il-medja tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra fil-perjodu mill-2016 sal-2018, u t-tmiem tat-trajettorja jkun il-limitu tal-2030 għal kull Stat Membru. Aġġustament tal-allokazzjoni fl-2021 huwa previst għall-Istati Membri li jkollhom kemm limitu pożittiv skont id-Deċiżjoni 406/2009/KE kif ukoll allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet li jiżdiedu bejn l-2017 u l-2020 iddeterminati skont id-Deċiżjonijiet 2013/162/UE u 2013/634/UE, biex jirrifletti l-emissjonijiet miżjuda f'dawk is-snin. Il-Kunsill Ewropew ikkonkluda li d-disponibbiltà u l-użu ta' strumenti ta' flessibbiltà eżistenti fis-setturi mhux tal-ETS għandhom jiġu msaħħa b'mod sinifikanti sabiex tiġi żgurata l-kosteffikaċja tal-isforz kollettiv tal-Unjoni u l-konverġenza ta' emissjonijiet per capita sal-2030.

(9)  L-approċċ ta' limiti nazzjonali vinkolanti annwali meħud fid-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill19 għandu jitkompla mill-2021 sal-2030, u l-kalkolu tat-trajettorja jibda fl-2020 fuq il-medja tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra fil-perjodu mill-2016 sal-2018, u bl-użu tal-miri 2020 stabbiliti skont id-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE bħala limitu massimu u t-tmiem tat-trajettorja jkun il-limitu tal-2030 għal kull Stat Membru bl-użu ta' liema minnhom ikun l-iktar baxx. Il-Kunsill Ewropew ikkonkluda li d-disponibbiltà u l-użu ta' strumenti ta' flessibbiltà eżistenti fis-setturi mhux tal-ETS għandhom jiġu msaħħa b'mod sinifikanti sabiex tiġi żgurata l-kosteffikaċja tal-isforz kollettiv tal-Unjoni u l-konverġenza ta' emissjonijiet per capita sal-2030.

__________________

__________________

19Id-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar l-isforz tal-Istati Membri biex inaqqsu l-emissjonijiet tagħhom tal-gassijiet serra biex jonoraw l-impenji tal-Komunità għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra sal-2020 (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 136).

19Id-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar l-isforz tal-Istati Membri biex inaqqsu l-emissjonijiet tagħhom tal-gassijiet serra biex jonoraw l-impenji tal-Komunità għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra sal-2020 (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 136).

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 11a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11a)  Dan ir-Regolament jipprovdi inċentiv għat-tnaqqis tal-emissjonijiet li jkun konsistenti ma' atti legali oħra tal-Unjoni dwar il-klima u l-enerġija. Minħabba li aktar minn 75 % tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra huma relatati mal-enerġija, żieda fl-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u ffrankar tal-enerġija għandhom rwol importanti biex isir tnaqqis ta' emissjonijiet. Il-politiki ambizzjużi tal-effiċjenza fl-enerġija huma għalhekk importanti mhux biss għal iffrankar ta' importazzjoni akbar ta' fjuwils fossili li jiżguraw is-sigurtà tal-enerġija u kontijiet tal-konsumaturi aktar baxxi, imma wkoll biex ikun hemm użu akbar ta' teknoloġiji li jiffrankaw l-enerġija fil-bini, l-industrija u t-trasport, it-tisħiħ tal-kompetittività ekonomika, il-ħolqien ta' impjiegi lokali kif ukoll it-titjib tal-kundizzjonijiet tas-saħħa u l-indirizzar tal-faqar fl-enerġija. Miżuri meħuda f'setturi koperti minn dan ir-Regolament, li jiġu amortizzati maż-żmiem, huma mod kosteffiċjenti li jgħin lill-Istati Membri jilħqu l-miri tagħhom skont dan ir-Regolament. Għaldaqstant, meta jittraduċu dan ir-Regolament f'politiki nazzjonali, hu importanti li l-Istati Membri jagħtu attenzjoni partikolari għall-possibilitajiet speċifiċi u differenti ta' titjib u ta' investimenti fl-effiċjenza fl-użu tal-enerġija fis-setturi kollha.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 11b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11b)  Sabiex inaqqsu l-emissjonijiet fis-settur agrikolu, l-Istati Membri jenħtieġ li jinkludu fil-pjan direzzjonali tagħhom azzjonijiet dwar l-emissjonijiet li għandhom l-għan li jtejbu l-potenzjal ta' mitigazzjoni kosteffiċjenti ta' dak is-settur u jisfruttaw aħjar l-istrumenti ta' finanzjament taħt il-politika agrikola komuni (PAK) biex jippromwovu prattiki sostenibbli fis-settur. Skont l-Artikolu 14, il-Kummissjoni Ewropea se tivvaluta u tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-progress reali li jkun sar f'dak li għandu x'jaqsam ma' tnaqqis kosteffiċjenti ta' emissjonijiet agrikoli mhux tas-CO2, u tagħmel proposti biex temenda l-ammont ta' assorbimenti netti li jistgħu jintużaw mill-ġestjoni tar-raba', mill-ġestjoni tal-bwar u l-ġestjoni ta' art mistagħdra skont il-każ, jekk ikun xieraq.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  Ir-Regolament [ ] [dwar l-inklużjoni tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra u l-assorbimenti mill-użu tal-art, it-tibdil tal-użu tal-art u l-forestrija, fil-qafas tal-2030 dwar il-klima u l-enerġija] jistabbilixxi regoli ta' kontabbiltà fir-rigward tal-użu tal-art, tat-tibdil tal-użu tal-art u tal-forestrija (LULUCF). Filwaqt li r-riżultat ambjentali skont dan ir-Regolament f'termini tal-livelli tat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra huwa affettwat billi titqies kwantità ta' mhux aktar mis-somma tal-assorbimenti netti totali u l-emissjonijiet netti totali minn art deforestata, art forestali, raba' ġestita u bwar ġestiti kif iddefinit fir-Regolament [ ], għandha tiġi inkluża flessibbiltà għal kwantità massima ta' 280 miljun tunnellata ta' ekwivalenti għas-CO2 ta' dawn l-assorbimenti mqassma fost l-Istati Membri skont iċ-ċifri fl-Anness III, bħala possibbiltà addizzjonali fejn tenħtieġ, biex tgħin lill-Istati Membri jonoraw l-impenji tagħhom. Fejn jiġi adottat l-att delegat biex jiġu aġġornati l-livelli ta' referenza tal-foresti abbażi tal-pjanijiet kontabilistiċi nazzjonali tal-forestrija skont l-Artikolu 8 (6) tar-Regolament [LULUCF], is-setgħa tal-adozzjoni tal-atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi ddelegata lill-Unjoni fir-rigward tal-Artikolu 7 biex jirrifletti kontribuzzjoni tal-kategorija tal-kontabbiltà tal-art forestali ġestita fil-flessibbiltà prevista f'dak l-Artikolu. Qabel ma tadotta dan l-att delegat, il-Kummissjoni għandha tevalwa r-robustezza tal-kontabbiltà tal-art forestali ġestita abbażi tad-dejta disponibbli, u b'mod partikolari l-konsistenza tar-rati tal-ħsad ipproġettati u reali. Barra minn hekk, skont dan ir-Regolament għandha tkun permessa l-possibbiltà li jitħassru volontarjament l-unitajiet ta' allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet sabiex ikunu jistgħu jitqiesu dawn l-ammonti meta tiġi vvalutata l-konformità mar-rekwiżiti skont ir-Regolament [ ].

(12)  Ir-Regolament [ ] [dwar l-inklużjoni tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra u l-assorbimenti mill-użu tal-art, it-tibdil tal-użu tal-art u l-forestrija, fil-qafas tal-2030 dwar il-klima u l-enerġija] jistabbilixxi regoli ta' kontabbiltà fir-rigward tal-użu tal-art, tat-tibdil tal-użu tal-art u tal-forestrija (LULUCF). Filwaqt li r-riżultat ambjentali skont dan ir-Regolament f'termini tal-livelli tat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra huwa affettwat billi titqies kwantità ta' mhux aktar mis-somma tal-assorbimenti netti totali u l-emissjonijiet netti totali minn art deforestata, art forestali, raba' ġestita u bwar ġestiti u art mistagħdra ġestita kif iddefinit fir-Regolament [ ], għandha tiġi inkluża flessibbiltà għal kwantità massima ta' 280 miljun tunnellata ta' ekwivalenti għas-CO2 ta' dawn l-assorbimenti mqassma fost l-Istati Membri skont iċ-ċifri fl-Anness III, bħala possibbiltà addizzjonali fejn tenħtieġ, biex tgħin lill-Istati Membri jonoraw l-impenji tagħhom. Fejn jiġi adottat l-att delegat biex jiġu aġġornati l-livelli ta' referenza tal-foresti abbażi tal-pjanijiet kontabilistiċi nazzjonali tal-forestrija skont l-Artikolu 8 (6) tar-Regolament [LULUCF], is-setgħa tal-adozzjoni tal-atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi ddelegata lill-Unjoni fir-rigward tal-Artikolu 7 biex jirrifletti kontribuzzjoni tal-kategorija tal-kontabbiltà tal-art forestali ġestita fil-flessibbiltà prevista f'dak l-Artikolu. Qabel ma tadotta dan l-att delegat, il-Kummissjoni għandha tevalwa r-robustezza tal-kontabbiltà tal-art forestali ġestita abbażi tad-dejta disponibbli, u b'mod partikolari l-konsistenza tar-rati tal-ħsad ipproġettati u reali. Madankollu, dik l-evalwazzjoni jenħtieġ li ma taffettwax l-ammont globali ta' 280 miljun assorbiment nett. Barra minn hekk, skont dan ir-Regolament għandha tkun permessa l-possibbiltà li jitħassru volontarjament l-unitajiet ta' allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet sabiex ikunu jistgħu jitqiesu dawn l-ammonti meta tiġi vvalutata l-konformità mar-rekwiżiti skont ir-Regolament [ ].

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  Sabiex jiġu żgurati r-rapportar u l-verifika effiċjenti, trasparenti u kosteffikaċi tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra u ta' informazzjoni oħra meħtieġa biex jiġi vvalutat il-progress fir-rigward tal-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet ta' Stat Membru, ir-rekwiżiti għar-rapportar u l-evalwazzjoni annwali skont dan ir-Regolament huma integrati mal-Artikoli rilevanti fir-Regolament (UE) Nru 525/2013 li għalhekk jeħtieġ li jiġu emendati skont dan. L-emenda ta' dan ir-Regolament għandu jiżgura wkoll li l-progress tal-Istati Membri fit-tnaqqis tal-emissjonijiet ikompli jiġi evalwat kull sena, filwaqt illi jitqies il-progress fil-politiki tal-Unjoni u fil-miżuri u l-informazzjoni mill-Istati Membri. Kull sentejn, l-evalwazzjoni għandha tinkludi l-progress ipproġettat tal-Unjoni lejn l-onorar tal-impenji ta' tnaqqis tiegħu u tal-Istati Membri lejn it-twettiq tal-obbligi tagħhom. Madankollu, l-applikazzjoni ta' tnaqqis għandu jiġi kkunsidrat biss f'intervalli ta' ħames snin, biex ikun jista' jitqies il-kontribut potenzjali minn art deforestata, minn art forestali, minn raba' ġestita u minn bwar ġestiti, li jseħħ skont ir-Regolament [ ]. Dan huwa mingħajr preġudizzju għad-dmir tal-Kummissjoni li tiżgura l-konformità mal-obbligi tal-Istati Membri li jirriżultaw minn dan ir-Regolament, jew għas-setgħa tal-Kummissjoni li tiftaħ proċedimenti ta' ksur għal dan l-għan.

(13)  Sabiex jiġu żgurati r-rapportar u l-verifika effiċjenti, trasparenti u kosteffikaċi tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra u ta' informazzjoni oħra meħtieġa biex jiġi vvalutat il-progress fir-rigward tal-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet ta' Stat Membru, ir-rekwiżiti għar-rapportar u l-evalwazzjoni annwali skont dan ir-Regolament huma integrati mal-Artikoli rilevanti fir-Regolament (UE) Nru 525/2013 li għalhekk jeħtieġ li jiġu emendati skont dan. L-emenda ta' dan ir-Regolament għandu jiżgura wkoll li l-progress tal-Istati Membri fit-tnaqqis tal-emissjonijiet ikompli jiġi evalwat kull sena, filwaqt illi jitqies il-progress fil-politiki tal-Unjoni u fil-miżuri u l-informazzjoni mill-Istati Membri. Kull sentejn, l-evalwazzjoni għandha tinkludi l-progress ipproġettat tal-Unjoni lejn l-onorar tal-impenji ta' tnaqqis tiegħu u tal-Istati Membri lejn it-twettiq tal-obbligi tagħhom. L-applikazzjoni ta' tnaqqis jenħtieġ li tkun ikkunsidrata f'intervalli annwali meta l-flessibilitajiet kollha previsti skont dan ir-Regolament ikunu tqiesu, inkluż il-kontribut potenzjali li ġej mill-flessibilità provduta skont ir-Regolament [ ] [LULUCF], u jenħtieġ li tkun ivverifikata f'intervalli bi qbil mar-rappurtar skont ir-Regolament [ ] [LULUCF]. Dan huwa mingħajr preġudizzju għad-dmir tal-Kummissjoni li tiżgura l-konformità mal-obbligi tal-Istati Membri li jirriżultaw minn dan ir-Regolament, fil-każ ta' nuqqas ta' konformità, is-setgħa tal-Kummissjoni li tiftaħ proċedimenti ta' ksur għal dan l-għan.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 13a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13a)  Minħabba li s-setturi koperti minn dan ir-Regolament huma responsabbli għal aktar minn nofs l-emissjonijiet ta' gassijiet serra tal-Unjoni, l-implimentazzjoni tal-politiki u l-miżuri mmirati lejn it-tnaqqis tal-emissjonijiet f'dawk is-setturi se jkollhom impatt kbir fuq l-ambjent. Għalhekk huwa neċessarju li tiġi żgurata t-trasparenza fil-monitoraġġ, ir-rapportar u s-segwitu tal-isforzi tal-Istati Membri biex jilħqu l-miri tagħhom skont dan ir-Regolament, b'mod partikolari meta japplikaw flessibbiltajiet akbar, f'konformità mal-Konvenzjoni dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta' Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UNECE) tal-25 ta' Ġunju 1998 (il-Konvenzjoni ta' Aarhus) u d-Direttiva 2001/42/KE. Għaldaqstant, hu importanti li l-Istati Membri u l-Kummissjoni jikkonsultaw lill-partijiet ikkonċernati u lill-pubbliku u jagħtuhom opportunitajiet bikrija u effettivi biex jipparteċipaw fit-tħejjija tal-eżerċizzju ta' rapportar nazzjonali, il-pjanijiet ta' azzjoni korrettivi u biex jiġi żgurat l-involviment xieraq tagħhom fil-proċess ta' reviżjoni ta' dan ir-Regolament.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  Bħala mezz biex tissaħħaħ il-kosteffikaċja globali tat-tnaqqis totali, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jittrasferixxu parti mill-allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet tagħhom lil Stati Membri oħra. It-trasparenza ta' dawn it-trasferimenti għandha tiġi żgurata u tista' titwettaq b'mod li huwa konvenjenti għal kull parti, inkluż permezz tal-irkantar, l-użu ta' intermedjarji tas-suq li jaġixxu fuq bażi ta' aġenzija, jew permezz ta' arranġamenti bilaterali.

(14)  Bħala mezz biex tissaħħaħ il-kosteffikaċja globali tat-tnaqqis totali, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jittrasferixxu parti mill-allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet tagħhom lil Stati Membri oħra. It-trasparenza ta' dawn it-trasferimenti għandha tiġi żgurata u tista' titwettaq b'mod li huwa konvenjenti għal kull parti, inkluż permezz tal-irkantar, l-użu ta' intermedjarji tas-suq li jaġixxu fuq bażi ta' aġenzija, jew permezz ta' arranġamenti bilaterali. Hu importanti li d-dħul minn trasferimenti bħal dawn ikun disponibbli għal proġetti ta' rinnovament tal-bini, b'mod partikolari għal djar bi dħul baxx affettwati mill-faqar enerġetiku u l-akkomodazzjoni soċjali bi qbil mad-Direttiva dwar l-Effiċjenza fl-Enerġija [...].

Ġustifikazzjoni

Id-dħul mit-trasferimenti, flimkien ma' strumenti finanzjarji oħra tal-UE, jistgħu jiksbu ammont sinifikanti ta' investimenti fir-rinnovament tal-bini. Barra minn hekk, hija stabbilita r-rabta mal-Artikolu 7 tad-Direttiva dwar l-Effiċjenza fl-Enerġija (COM(2016)761) li titlob lill-Istati Membri biex jindirizzaw speċifikament lil familji bi dħul baxx u li huma milquta mill-faqar enerġetiku kif ukoll l-akkomodazzjoni soċjali meta jfasslu miżuri ta' effiċjenza fl-enerġija.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għandha l-għan li tappoġġa l-iżvilupp sostenibbli u li tgħin biex jinkiseb titjib sinifikanti u li jista' jitkejjel fl-ambjent tal-Ewropa billi tipprovdi informazzjoni f'waqtha, immirata, rilevanti u affidabbli lil dawk li jfasslu l-politika, lill-istituzzjonijiet pubbliċi u lill-pubbliku. L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għandha tgħin lill-Kummissjoni, kif xieraq, skont il-programm ta' ħidma annwali tagħha.

(15)  L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għandha l-għan li tappoġġa l-iżvilupp sostenibbli u li tgħin biex jinkiseb titjib sinifikanti u li jista' jitkejjel fl-ambjent tal-Ewropa billi tipprovdi informazzjoni f'waqtha, immirata, rilevanti u affidabbli lil dawk li jfasslu l-politika, lill-istituzzjonijiet pubbliċi u lill-pubbliku. L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għandha tgħin lill-Kummissjoni, kif xieraq, skont il-programm ta' ħidma annwali tagħha u tikkontribwixxi direttament u effettivament għall-indirizzar tat-tibdil fil-klima.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20)  Dan ir-Regolament għandu jiġi rivedut mill-2024 u kull ħames snin wara dan, sabiex jiġi valutat il-funzjonament globali tiegħu. L-analiżi għandha tqis iċ-ċirkostanzi nazzjonali li jkunu qegħdin jevolvu u tkun infurmata mir-riżultati tal-analiżi globali tal-Ftehim ta' Pariġi.

(20)  Fi żmien sitt xhur mid-djalogu faċilitattiv li għandu jissejjaħ skont l-UNFCCC fl-2018, mill-2024 u kull ħames snin wara dan il-Kummissjoni jenħtieġ li tressaq rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, sabiex jiġi valutat il-funzjonament globali tiegħu. Ir-rapport għandu jqis iċ-ċirkostanzi nazzjonali li jkunu qegħdin jevolvu u tkun infurmata mir-riżultati tal-analiżi globali tal-Ftehim ta' Pariġi, u jenħtieġ li jkun akkumpanjat, fejn xieraq, minn proposti leġiżlattivi li jaġġornaw dan ir-Regolament u l-ambizzjoni tiegħu bi qbil mal-evoluzzjonijiet li joħorġu mid-djalogu faċilitattiv skont l-UNNFCC, u l-aħħar sejbiet xjentifiċi tal-IPCC.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Premessa 20a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20a)  Jenħtieġ li jsir rieżami addizzjonali mill-Kummissjoni fil-każ li Stat Membru joħroġ mill-Unjoni skont l-Artikolu 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), sabiex jitqiesu l-konsegwenzi ekonomiċi ta' dak il-ħruġ kif ukoll dwar kif tkun assigurata l-integrità ambjentali ta' dan ir-Regolament b'konformità mal-impenn tal-UE skont il-Ftehim ta' Pariġi.

Emenda    15

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu -1 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-objettiv aħħari ta' dan ir-Regolament huwa li jikkontribwixxi biex jitwettaq l-impenn tal-Unjoni u tal-Istati Membri skont il-UNFCC u l-Ftehim ta' Pariġi li jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra bl-għan li ż-żieda fit-temperatura globali tinżamm għal sew anqas minn 2 °C ogħla mil-livelli preindustrijali u li jitkomplew l-isforzi biex iż-żieda fit-temperatura tiġi limitata għal 1,5 °C ogħla mil-livelli preindustrijali.

Emenda  16

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-obbligi dwar il-kontribuzzjonijiet minimi tal-Istati Membri biex jonoraw l-impenn ta' tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra tal-Unjoni għall-perjodu mill-2021 sal-2030, jistabbilixxi r-regoli dwar id-determinazzjoni tal-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet u għall-evalwazzjoni tal-progress tal-Istati Membri lejn l-ilħuq tal-kontribuzzjonijiet minimi tagħhom.

Dan ir-Regolament jirrikjedi li l-Istati Membri jilħqu l-miri stabbiliti fl-Anness I, sabiex b'mod kollettiv inaqqsu l-emissjonijiet ta' gassijiet serra tal-Unjoni kif imsemmi fl-Artikolu 2 b'mill-inqas 30 % fl-2030 meta mqabbla mal-2005. Dan jistabbilixxi l-obbligi dwar il-kontribuzzjonijiet minimi tal-Istati Membri biex jonoraw l-impenn ta' tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra tal-Unjoni għall-perjodu mill-2021 sal-2030, jistabbilixxi r-regoli dwar id-determinazzjoni tal-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet u għall-evalwazzjoni tal-progress tal-Istati Membri lejn l-ilħuq tal-kontribuzzjonijiet minimi tagħhom.

Emenda    17

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Dan ir-Regolament japplika għall-emissjonijiet ta' gassijiet serra minn kategoriji ta' sorsi tal-IPCC tal-enerġija, il-proċessi industrijali u l-użu tal-prodott, l-agrikoltura u l-iskart kif iddeterminati skont ir-Regolament (UE) Nru 525/2013, minbarra l-emissjonijiet mill-attivitajiet elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE.

1.  Dan ir-Regolament japplika għall-emissjonijiet ta' gassijiet serra minn kategoriji ta' sorsi tal-IPCC tal-enerġija, il-proċessi industrijali u l-użu tal-prodott, l-agrikoltura u l-iskart kif iddeterminati skont ir-Regolament (UE) Nru 525/2013, minbarra l-emissjonijiet mill-attivitajiet elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE. Il-bijoenerġija hi trattata bħala newtrali fil-karbonju għall-finijiet ta' dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

In-newtralità fil-karbonju hija konsistenti mal-metodoloġiji tal-IPCC u l-prattiki ta' rappurtar tal-UNFCCC. L-emissjonijiet ta' gassijiet serra li huma diġà kkunsidrati fis-settur tal-LULUCF ma għandhomx jingħaddu darbtejn fis-settur tal-enerġija.

Emenda    18

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Soġġett għall-flessibbiltajiet previsti fl-Artikoli 5, 6 u 7 għall-aġġustament skont l-Artikolu 10(2) u filwaqt illi jitqies kull tnaqqis li jista' jirriżulta mill-applikazzjoni tal-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE, kull Stat Membru għandu jiżgura li l-emissjonijiet ta' gassijiet serra tiegħu f'kull sena bejn l-2021 u l-2029 ma jaqbżux il-livell iddefinit minn trajettorja lineari, li tibda fl-2020 fuq il-medja tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra tiegħu matul l-2016, l-2017 u l-2018 iddeterminati skont il-paragrafu 3, u li tispiċċa fl-2030 fuq il-limitu stabbilit għal dak l-Istati Membru fl-Anness I ta' dan ir-Regolament.

2.  Soġġett għall-flessibbiltajiet previsti fl-Artikoli 5, 6 u 7 għall-aġġustament skont l-Artikolu 10(2) u filwaqt illi jitqies kull tnaqqis li jista' jirriżulta mill-applikazzjoni tal-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE, kull Stat Membru għandu jiżgura li l-emissjonijiet ta' gassijiet serra tiegħu f'kull sena bejn l-2021 u l-2029 ma jaqbżux il-livell iddefinit minn trajettorja lineari, li tibda fl-2020 fuq il-medja tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra tiegħu matul l-2016, l-2017 u l-2018 iddeterminati skont il-paragrafu 3, u bl-użu tal-valur tal-allokazzjoni ta' emissjonijiet annwali 2020 stipulat fil-miri stabbiliti bid-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE, kif aġġornati mid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni  013/634/UE, bħala limitu massimu, bl-użu ta' liema valur hu l-aktar baxx, u li tispiċċa fl-2030 fuq il-limitu stabbilit għal dak l-Istati Membru fl-Anness I ta' dan ir-Regolament.

Emenda    19

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Il-Kummissjoni għandha tadotta att ta' implimentazzjoni li jistabbilixxi l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet għas-snin mill-2021 sal-2030 f'termini ta' tunnellati ta' ekwivalenti għas-CO2 kif speċifikat fil-paragrafi 1 u 2. Għall-finijiet ta' dan l-att ta' implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha twettaq analiżi komprensiva tad-dejta tal-inventarju nazzjonali l-aktar riċenti għas-snin 2005 u 2016 sa 2018 ippreżentata mill-Istati Membri skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 525/2013.

3.  Il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat skont l-Artikolu 12 biex jissupplimenta dan ir-Regolament billi jistabbilixxi l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet għas-snin mill-2021 sal-2030 f'termini ta' tunnellati ta' ekwivalenti għas-CO2 kif speċifikat fil-paragrafi 1 u 2. Għall-finijiet ta' dan l-att delegat, il-Kummissjoni għandha twettaq analiżi komprensiva tad-dejta tal-inventarju nazzjonali l-aktar riċenti għas-snin 2005 u 2016 sa 2018 ippreżentata mill-Istati Membri skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 525/2013.

Emenda    20

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Dan l-att ta' implimentazzjoni għandu jispeċifika wkoll, abbażi tal-perċentwali nnotifikati mill-Istati Membri skont l-Artikolu 6(2), il-kwantitajiet li jistgħu jitqiesu għall-konformità tagħhom skont l-Artikolu 9 bejn l-2021 u l-2030. Jekk is-somma tal-kwantitajiet tal-Istat Membri kollha taqbeż it-total kollettiv ta' 100 miljun, il-kwantitajiet għal kull Stat Membru għandhom jitnaqqsu fuq bażi pro rata sabiex ma jinqabiżx it-total kollettiv.

4.  Dan l-att delegat għandu jispeċifika wkoll, abbażi tal-perċentwali nnotifikati mill-Istati Membri skont l-Artikolu 6(2), il-kwantitajiet li jistgħu jitqiesu għall-konformità tagħhom skont l-Artikolu 9 bejn l-2021 u l-2030. Jekk is-somma tal-kwantitajiet tal-Istat Membri kollha taqbeż it-total kollettiv ta' 50 miljun, il-kwantitajiet għal kull Stat Membru għandhom jitnaqqsu fuq bażi pro rata sabiex ma jinqabiżx it-total kollettiv.

Emenda    21

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Fir-rigward tas-snin 2021 sa 2029, Stat Membru jista' jissellef sa kwantità ta' 5% mill-allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet tiegħu għas-sena ta' wara.

2.  Fir-rigward tas-snin 2021 sa 2029, Stat Membru jista' jissellef sa kwantità ta' 10 % mill-allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet tiegħu għas-sena ta' wara.

Emenda    22

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri li jista' jkollhom kanċellazzjoni limitata ta' massimu ta' 100 miljun kwota tal-EU ETS kif iddefinit fl-Artikolu 3(a) tad-Direttiva 2003/87/KE, li jitqiesu kollettivament għall-konformità tagħhom skont dan ir-Regolament huma elenkati fl-Anness II għal dan ir-Regolament.

1.  L-Istati Membri li jista' jkollhom kanċellazzjoni limitata ta' massimu ta' 50 miljun kwota tal-EU ETS kif iddefinit fl-Artikolu 3(a) tad-Direttiva 2003/87/KE, li jitqiesu kollettivament għall-konformità tagħhom skont dan ir-Regolament huma elenkati fl-Anness II għal dan ir-Regolament mingħajr effetti negattivi fuq l-integrità ambjentali tas-sistema ta' tnaqqis tal-emissjonijiet fl-Unjoni kollha.

Emenda    23

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Fuq talba tal-Istat Membru, l-Amministratur Ċentrali maħtur skont l-Artikolu 20 tad-Direttiva 2003/87/KE (minn hawn 'il quddiem “l-Amministratur Ċentrali”) għandu jqis il-kwantità msemmija fl-Artikolu 4(4) għall-konformità ta' dawk l-Istati Membri skont l-Artikolu 9. Waħda fuq għaxra tal-kwantità tal-kwoti ddeterminati skont l-Artikolu 4(4) għandha tiġi kkanċellata skont l-Artikolu 12(4) tad-Direttiva 2003/87/KE għal kull sena mill-2021 sal-2030.

3.  Fuq talba tal-Istat Membru, l-Amministratur Ċentrali maħtur skont l-Artikolu 20 tad-Direttiva 2003/87/KE (minn hawn 'il quddiem “l-Amministratur Ċentrali”) għandu jqis il-kwantità msemmija fl-Artikolu 4(4) għall-konformità ta' dawk l-Istati Membri skont l-Artikolu 9. Waħda fuq għaxra tal-kwantità tal-kwoti ddeterminati skont l-Artikolu 4(4) għandha tiġi kkanċellata għal kull sena mill-2021 sal-2030. Sabiex ma jkunx hemm distorsjoni fil-kostituzzjoni tar-riserva tal-istabbilità tas-suq, l-Artikolu 1(4) tad-Deċiżjoni (UE) 2015/1814 dwar l-istabbiliment u l-funzjonament ta' riżerva tal-istabbiltà tas-suq għall-iskema ta' negozjar tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra tal-Unjoni ma għandux iqis il-kwantità ta' kwoti kkanċellati skont dan il-paragrafu biex jiddetermina l-għadd totali ta' kwoti fiċ-ċirkulazzjoni.

Emenda    24

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-użu addizzjonali ta' mhux aktar minn 280 miljun assorbiment nett minn art deforestata, art afforestata, raba' ġestita u bwar ġestiti

L-użu addizzjonali ta' mhux aktar minn 280 miljun assorbiment nett minn art deforestata, art afforestata, raba' ġestita, bwar ġestiti u art mistagħdra ġestita.

Emenda    25

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Sal-punt li emissjonijiet ta' Stat Membru jaqbżu l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet tiegħu għal sena partikolari, kwantità ta' mhux aktar mis-somma ta' assorbimenti netti totali u l-emissjonijiet netti totali mill-kategoriji kombinati tal-kontabbiltà ta' art deforestata, art forestali, raba' ġestita u bwar ġestiti msemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament [ ] [LULUCF] tista' titqies għall-konformità tiegħu skont l-Artikolu 9 ta' dan ir-Regolament għal dik is-sena, sakemm:

1.  Sal-punt li emissjonijiet ta' Stat Membru jaqbżu l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet tiegħu għal sena partikolari, kwantità ta' mhux aktar mis-somma ta' assorbimenti netti totali u l-emissjonijiet netti totali mill-kategoriji kombinati tal-kontabbiltà ta' art deforestata, art forestali, raba' ġestita, bwar ġestiti u art mistagħdra ġestita msemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament [ ] [LULUCF] tista' titqies għall-konformità tiegħu skont l-Artikolu 9 ta' dan ir-Regolament għal dik is-sena, sakemm:

Emenda    26

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt -a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(-a)  l-Istat Membru għandu, sat-30 ta' Ġunju 2019 u kull ħames snin minn hemm 'il quddiem, iressaq pjan ta' azzjoni lill-Kummissjoni, li jistabbilixxi l-azzjonijiet u l-miżuri finanzjarji li l-Istat Membru għandu jimplimenta sabiex jiżgura li kwalunkwe assorbiment nett li jaqbeż ir-rekwiżiti skont l-Artikolu 4 tar-Regolament [ ][LULUCF] ikun miżmum matul il-perjodi ta' ħames snin stabbiliti fl-Artikolu 9(2); dak il-pjan ta' azzjoni għandu, inter alia, jindirizza l-użu ta' finanzjament rilevanti mill-Unjoni għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima;

Emenda    27

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Fejn ikun adottat l-att delegat biex jiġu aġġornati l-livelli ta' referenza tal-foresti abbażi tal-pjanijiet kontabilistiċi nazzjonali tal-forestrija skont l-Artikolu 8(6) tar-Regolament [LULUCF], il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta att delegat biex temenda l-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu biex ikun jirrifletti kontribut tal-kategorija kontabilistika art forestali ġestita bi qbil mal-Artikolu 12 ta' dan ir-Regolament.

2.  Fejn ikun adottat l-att delegat biex jiġu aġġornati l-livelli ta' referenza tal-foresti abbażi tal-pjanijiet kontabilistiċi nazzjonali tal-forestrija skont l-Artikolu 8(6) tar-Regolament [LULUCF], il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta att delegat qabel ir-rieżami tar-Regolament [LULUCF] fl-2024 biex temenda l-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, mingħajr ma jiġi affettwat l-ammont globali ta' 280 miljun ta' assorbimenti netti skont dan l-Artikolu, biex ikun jirrifletti kontribut tal-kategorija kontabilistika art forestali ġestita bi qbil mal-Artikolu 12 ta' dan ir-Regolament.

Emenda    28

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Fl-2027 u fl-2032, jekk l-emissjonijiet ta' gassijiet serra riveduti ta' Stat Membru jaqbżu l-allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet tiegħu għal kwalunkwe sena speċifika tal-perjodu, skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu u l-flessibbiltajiet użati skont l-Artikoli 5 sa 7, għandhom japplikaw il-miżuri li ġejjin:

1.  Jekk l-emissjonijiet ta' gassijiet serra riveduti ta' Stat Membru jaqbżu l-allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet tiegħu għal kwalunkwe sena speċifika tal-perjodu, skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu u l-flessibbiltajiet użati skont l-Artikoli 5 sa 7, għandhom japplikaw il-miżuri li ġejjin:

Emenda    29

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Kummissjoni għandha tiżgura l-kontabbiltà preċiża skont dan ir-Regolament permezz tar-Reġistru tal-Unjoni stabbilit skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 525/2013, inklużi l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet, il-flessibbiltajiet eżerċitati skont l-Artikoli 4 sa 7, il-konformità skont l-Artikolu 9 u t-tibdil fil-kopertura skont l-Artikolu 10 ta' dan ir-Regolament. L-Amministratur Ċentrali għandu jwettaq kontroll awtomizzat fuq kull tranżazzjoni skont dan ir-Regolament u, fejn meħtieġ, iwaqqaf xi tranżazzjonijiet biex jiżgura li ma jkunx hemm irregolaritajiet. Din l-informazzjoni għandha tkun aċċessibbli għall-pubbliku.

1.  Il-Kummissjoni għandha tiżgura l-kontabbiltà preċiża skont dan ir-Regolament permezz tar-Reġistru tal-Unjoni stabbilit skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 25/2013. Il-Kummissjoni għandha, għal dak il-għan, tadotta att delegat f'konformità mal-Artikolu 12 biex tissupplimenta dan ir-Regolament, fir-rigward ta' allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet, il-flessibbiltajiet eżerċitati skont l-Artikoli 4 sa 7, il-konformità skont l-Artikolu 9 u t-tibdil fil-kopertura skont l-Artikolu 10 ta' dan ir-Regolament. L-Amministratur Ċentrali għandu jwettaq kontroll awtomizzat fuq kull tranżazzjoni skont dan ir-Regolament u, fejn meħtieġ, iwaqqaf xi tranżazzjonijiet biex jiżgura li ma jkunx hemm irregolaritajiet. Din l-informazzjoni għandha tkun aċċessibbli għall-pubbliku.

Emenda    30

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Is-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikoli 7(2) u 11 ta' dan ir-Regolament għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien mhux determinat mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

2.  Is-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikoli 4(3), 7(2) u 11 ta' dan ir-Regolament għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien mhux determinat mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Emenda    31

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Qabel ma' tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-esperti maħturin minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016.

4.  Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-esperti maħturin minn kull Stat Membru u l-Parlament Ewropew skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016.

Emenda    32

Proposta għal regolament

Artikolu 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 13

imħassar

Proċedura ta' kumitat

1.  Il-Kummissjoni għandha tkun mgħejuna mill-Kumitat dwar it-Tibdil fil-Klima stabbilit mir-Regolament (UE) Nru 525/2013. Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.  Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Emenda    33

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sat-28 ta' Frar 2024 u kull ħames snin wara dan dwar l-operat ta' dan ir-Regolament, il-kontribut tiegħu għall-mira globali tal-UE tal-2030 ta' tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra u l-kontribut tiegħu għall-għanijiet tal-Ftehim ta' Pariġi, u tagħmel il-proposti jekk ikun meħtieġ.

Fi żmien sitt xhur mit-tmiem tad-djalogu faċilitattiv taħt l-UNFCCC fl-2018 u sat-28 ta' Frar 2024 u kull ħames snin wara dan, il-Kummissjoni għandha tressaq rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-operat ta' dan ir-Regolament, il-kontribut tiegħu għall-mira globali tal-UE tal-2030, l-2040 u l-2050 tal-miri ta' tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra u tivvaluta l-kontribut tiegħu għall-għanijiet ta' mitigazzjoni fuq terminu twil tal-Ftehim ta' Pariġi, filwaqt li tqis l-aħħar sejbiet xjentifiċi tal-IPCC kif ukoll il-ħtieġa li taġġorna dan ir-Regolament fid-dawl tal-eżerċizzju ta' rendikont globali biex ittejjeb l-azzjoni dwar il-klima tal-Unjoni. Ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, fejn xieraq, minn proposti leġiżlattivi.

Emenda    34

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

F'każ li Stat Membru jirtira mill-Unjoni skont l-Artikolu 50 tat-TUE, wara l-pubblikazzjoni ta' dan ir-Regolament f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sa mhux aktar tard minn sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ tal-ftehim dwar l-irtirar jew, fin-nuqqas ta' dan, tliet snin wara n-notifika msemmija fil-paragrafu 50(2) tat-TUE, u kull sena wara dan, rigward il-konsegwenzi ekonomiċi tal-irtirar fuq kull Stat Membru kif ukoll dwar kif tassigura l-integrità ambjentali ta' dan ir-Regolament bi qbil mal-impenn tal-UE skont il-Ftehim ta' Pariġi, u tressaq proposti jekk ikun xieraq.

Emenda    35

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1 – punt 5a (ġdid)

Regolament (UE) Nru 525/2013

Artikolu 21 – paragrafu 3

Test fis-seħħ

Emenda

(5a)  Fl-Artikolu 21, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b'dan li ġej:

‘3.   Sal-31 ta' Ottubru ta' kull sena, il-Kummissjoni għandha tipppreżenta rapport li jiġbor fil-qosor il-konklużjonijiet tal-valutazzjonijiet ipprovduti fil-paragrafi 1 u 2 lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

"3.   Sal-31 ta' Ottubru ta' kull sena, il-Kummissjoni għandha tipppreżenta rapport li jiġbor fil-qosor il-konklużjonijiet tal-valutazzjonijiet ipprovduti fil-paragrafi 1, 2 u 2a lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill."

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Tnaqqis annwali vinkolanti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-Istati Membri mill-2021 sal-2030 għal Unjoni tal-Enerġija reżiljenti u biex jiġu onorati l-impenji li saru fil-Ftehim ta’ Pariġi, u emenda tar-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar mekkaniżmu għall-monitoraġġ u r-rapportar ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra u għar-rapportar ta’ informazzjoni oħra relatata mat-tibdil fil-klima

Referenzi

COM(2016)0482 – C8-0331/2016 – 2016/0231(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

12.9.2016

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

12.9.2016

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Benedek Jávor

19.10.2016

Eżami fil-kumitat

28.11.2016

12.1.2017

Data tal-adozzjoni

22.3.2017

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

35

28

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Nikolay Barekov, Bendt Bendtsen, Xabier Benito Ziluaga, José Blanco López, Cristian-Silviu Buşoi, Reinhard Bütikofer, Jerzy Buzek, Angelo Ciocca, Edward Czesak, Pilar del Castillo Vera, Fredrick Federley, Ashley Fox, Adam Gierek, Françoise Grossetête, András Gyürk, Rebecca Harms, Eva Kaili, Kaja Kallas, Krišjānis Kariņš, Seán Kelly, Peter Kouroumbashev, Zdzisław Krasnodębski, Miapetra Kumpula-Natri, Janusz Lewandowski, Paloma López Bermejo, Olle Ludvigsson, Edouard Martin, Angelika Mlinar, Nadine Morano, Dan Nica, Angelika Niebler, Morten Helveg Petersen, Michel Reimon, Herbert Reul, Paul Rübig, Massimiliano Salini, Algirdas Saudargas, Jean-Luc Schaffhauser, Neoklis Sylikiotis, Dario Tamburrano, Evžen Tošenovský, Claude Turmes, Vladimir Urutchev, Kathleen Van Brempt, Henna Virkkunen, Martina Werner, Lieve Wierinck, Anna Záborská, Flavio Zanonato, Carlos Zorrinho

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Mario Borghezio, Soledad Cabezón Ruiz, Jens Geier, Benedek Jávor, Olle Ludvigsson, Piernicola Pedicini, Sofia Sakorafa, Anne Sander, Maria Spyraki, Marco Zullo

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Isabella Adinolfi, Arndt Kohn, Maria Noichl, Pavel Poc

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

35

+

ALDE

Fredrick Federley, Kaja Kallas, Angelika Mlinar, Morten Helveg Petersen, Lieve Wierinck

EFDD

Isabella Adinolfi, Piernicola Pedicini, Dario Tamburrano, Marco Zullo

GUE/NGL

Xabier Benito Ziluaga, Paloma López Bermejo, Sofia Sakorafa, Neoklis Sylikiotis

S&D

José Blanco LópezSoledad Cabezón Ruiz, Jens Geier, Adam Gierek, Eva Kaili, Arndt Kohn, Peter Kouroumbashev, Miapetra Kumpula-Natri, Olle Ludvigsson, Paloma López Bermejo, Edouard Martin, Dan Nica, Maria Noichl, Pavel Poc, Kathleen Van Brempt, Martina Werner, Flavio Zanonato, Carlos Zorrinho

VERTS/ALE

Reinhard Bütikofer, Rebecca Harms, Benedek Jávor, Michel Reimon, Claude Turmes

28

-

ECR

Nikolay Barekov, Edward Czesak, Ashley Fox, Zdzisław Krasnodębski, Evžen Tošenovský

ENF

Mario Borghezio, Angelo Ciocca, Jean-Luc Schaffhauser

PPE

Bendt Bendtsen, Jerzy Buzek, Cristian-Silviu Buşoi, Françoise Grossetête, András Gyürk, Krišjānis Kariņš, Seán Kelly, Janusz Lewandowski, Nadine Morano, Angelika Niebler, Herbert Reul, Paul Rübig, Massimiliano Salini, Anne Sander, Algirdas Saudargas, Maria Spyraki, Vladimir Urutchev, Henna Virkkunen, Anna Záborská, Pilar del Castillo Vera

0

0

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

OPINJONI tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (27.3.2017)

għall-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel

dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tnaqqis annwali vinkolanti tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra mill-Istati Membri mill-2021 sal-2030 għal Unjoni tal-Enerġija reżiljenti u biex jiġu onorati l-impenji li saru fil-Ftehim ta' Pariġi, u li jemenda r-Regolament Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar mekkaniżmu għall-monitoraġġ u għar-rapportar ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra u ta' informazzjoni oħra relatata mat-tibdil fil-klima
(COM(2016)0482 – C8-0331/2016 – 2016/0231(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Merja Kyllönen

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

It-trasport jipproduċi kwart tal-emissjonijiet tad-dijossidu tal-karbonju fl-UE. Il-ħtieġa li jitnaqqsu l-emissjonijiet mit-trasport ilha tiġi diskussa sa mis-snin 1990, filwaqt li l-objettivi varjaw skont it-tendenzi ekonomiċi. Minkejja li dak id-dibattitu kompla għaddej, l-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra mis-settur tat-trasport fl-Ewropa sempliċement komplew jiżdiedu, u sal-2014 kienu 20 % ogħla milli fl-1990.

It-tkabbir ġenerali fl-emissjonijiet mit-trasport huwa dovut prinċipalment għaż-żieda fl-emissjonijiet mit-trasport bit-triq u mill-avjazzjoni, peress li l-emissjonijiet mit-trasport ferrovjarju u mit-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni naqsu mill-1990 'l hawn. Is-sehem tal-karozzi privati fl-emissjonijiet tat-trasport huwa ta' madwar 44 %, u l-kontribut ikkombinat tat-trasport tal-merkanzija tqila u l-karrozzi tal-linja huwa ta' madwar 18 %. Ir-regolament dwar il-kondiviżjoni tal-isforzi li qed jiġi eżaminat jirrigwarda s-settur tat-trasport kollu kemm hu bl-eċċezzjoni tat-trasport internazzjonali bil-baħar u t-trasport bl-ajru.

Skont il-proposta għal regolament, flimkien ma' mira għat-tnaqqis tal-emissjonijiet għall-2030, l-Istati Membri ser ikunu meħtieġa jilħqu miri ta' tnaqqis annwali matul il-perjodu 2021-2030. L-Istati Membri ser ikunu taħt obbligu kemm li jirrispettaw il-kwoti annwali tal-emissjonijiet u kemm li jnaqqsu l-emissjonijiet b'mod lineari. Skont il-proposta, il-punt ta' tluq tal-perkors tat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' bejn l-2021 u l-2030 huwa s-sena 2020, u din tiġi determinata, fil-prinċipju, abbażi ta' data dwar l-emissjonijiet medji għall-perjodu ta' mill-2016 sal-2018. Ir-Rapporteur għal opinjoni tqis li huwa importanti li jinħolqu inċentivi qawwija biex il-pajjiżi kollha jnaqqsu l-emissjonijiet, mill-bidu nett tal-perjodu, u tissuġġerixxi, għalhekk, li l-punt ta' tluq tal-livell tal-2020 għandu jiġi rieżaminat. Ir-Rapporteur għal opinjoni tenfasizza l-ħtieġa li l-emissjonijiet jitnaqqsu b'mod konsistenti, inkluż fuq żmien twil, jiġifieri fil-perjodu li jintemm fl-2050.

Il-Kummissjoni inkludiet fil-proposta tagħha għal regolament, elementi ta' flessibbiltà, u dan bl-għan li tiżgura li l-miżuri ta' tnaqqis tal-emissjonijiet jittieħdu bl-aktar mod kosteffettiv. Madankollu, l-elementi ta' flessibbiltà fil-proposta tal-Kummissjoni u l-bażi għall-kalkolu tagħhom huma milquta minn inċertezzi, sitwazzjoni li tista' xxekkel l-implimentazzjoni tal-politika tal-UE dwar il-klima u r-riżultat finali ġenerali. Il-mekkaniżmi flessibbli proposti jippermettu sitwazzjoni li fiha l-UE mhix se tilħaq il-miri tagħha ta' tnaqqis tal-emissjonijiet skont il-Konvenzjoni ta' Pariġi dwar it-Tibdil fil-Klima, anki jekk l-Istati Membri jilħqu l-miri assenjati lilhom skont id-deċiżjoni dwar il-kondiviżjoni tal-isforzi. Min-naħa l-oħra, l-aċċettabilità tal-proposta tal-Kummissjoni f'ċerti Stati Membri tiddependi preċiżament minn dawn l-elementi ta' flessibbiltà. Madankollu, meħuda flimkien, għadd kbir ta' flessibbiltajiet, uħud minnhom li jikkoinċidu, jistgħu jirriżultaw f'sitwazzjoni fejn l-emissjonijiet tal-UE mis-settur tal-kondiviżjoni tal-isforzi fil-fatt jaqgħu b'sostanzjalment inqas mill-mira ta' 30 %. Ir-Rapporteur għal opinjoni tqis li, fost il-mekkaniżmi ta' flessibbiltà proposti, hemm raġunijiet qawwija favur it-trasferimenti bejn setturi, bejn in-negozjar ta' kwoti tal-emissjonijiet u s-settur tal-kondiviżjoni tal-isforzi (l-hekk imsejjaħ mekkaniżmu ta' darba), kif ukoll il-flessibbiltà tas-settur tal-LULUCF, li għandhom jippermettu lill-Istati Membri jużaw ukoll il-limitu massimu għall-unitajiet ta' tneħħija (sinks) tas-settur tal-LULUCF stabbiliti fil-proposta biex jirrispettaw l-obbligu ta' tnaqqis tal-emissjonijiet fis-settur tal-kondiviżjoni tal-isforzi.

Ir-Rapporteur għal opinjoni tifhem l-idea li tinsab fil-proposta tal-Kummissjoni dwar it-tnaqqis tal-isforz amministrattiv, iżda tara l-ħtieġa li jsir monitoraġġ annwali ta' kif il-miri ta' tnaqqis tal-emissjonijiet qed jiġu segwiti fid-diversi Stati Membri minflok il-valutwazzjoni ta' kull ħames snin li hemm proposta. Sabiex jiġu żgurati l-implimentazzjoni u l-effettività, ir-Rapporteur għal opinjoni tqis li huwa mixtieq li l-Kummissjoni jeħtieġ li jkollha wkoll l-għodda biex timponi sanzjonijiet fuq dawk l-Istati Membri li ma jilħqux il-miri tagħhom ta' tnaqqis tal-emissjonijiet.

Skont ir-regolament dwar il-kondiviżjoni tal-isforzi, il-metodi ta' tnaqqis tal-emissjonijiet għandhom jitħallew biex jiġu deċiżi f'idejn l-Istat Membru individwali. Flimkien mal-pubblikazzjoni tal-proposta tagħha għar-regolament dwar il-kondiviżjoni tal-isforzi, il-Kummissjoni ressqet il-fehmiet tagħha dwar miżuri biex jitnaqqsu l-emissjonijiet mit-trasport fil-komunikazzjoni "Towards low-emission mobility" ("Lejn mobilità b'emissjonijiet baxxi"), ippubblikat f'Lulju 2016. Il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni trid tiġi segwita minn għadd kbir ta' proposti leġiżlattivi biex jiġi stabbilit il-qafas, inter alia, għar-regolamentazzjoni tal-emissjonijiet mit-trasport ta' merkanzija tqila. Madankollu, ir-responsabilità għas-suċċess tal-politika tal-UE dwar il-klima inġenerali taqa' bil-wisq fuq il-politiki u d-deċiżjonijiet nazzjonali u lokali; il-konurbazzjonijiet għandhom rwol partikolarment kbir x'jaqdu, peress li t-trasport urban jipproduċi 23 % tal-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju tal-Ewropa mit-trasport. Abbażi tal-proposta għal regolament dwar il-kondiviżjoni tal-isforzi, l-akbar pressjoni biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tat-trasport se tkun fuq dawk l-Istati Membri li l-miri tagħhom ta' tnaqqis tal-emissjonijiet huma għolja b'mod ġenerali.

Ir-Rapporteur għal opinjoni taqbel mad-deċiżjoni li jitħalla f'idejn dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet nazzjonali biex jiddeċiedu dwar il-metodi li għandhom jintużaw biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tat-trasport. Madankollu, hija tqis in-nuqqas ta' kompetenza tal-UE fil-qasam tal-politiki urbani bħala ħaġa problematika u tittama li l-UE tassumi rwol ta' koordinament usa' fit-tixrid tal-aħjar prattiki fil-politika tat-trasport urban. Min-naħa l-oħra, ir-Rapporteur għal opinjoni tosserva li, bis-saħħa tad-diversi strumenti ta' finanzjament tagħha, l-UE għandha ħafna finanzjament x'talloka, u hi tqis li hu essenzjali li, fil-każ tat-trasport, il-fondi li għandhom jiġu allokati mid-diversi programmi u strumenti għandhom jintużaw għal proġetti li jippromwovu bidla lejn sistema tat-trasport b'livell baxx ta' emissjonijiet (fuq perjodu ta' żmien qasir) u totalment mingħajr emissjonijiet (fuq perjodu ta' żmien medju u twil) tas-sistema tat-trasport.

Għal żmien twil, il-politika komuni tat-trasport tal-Ewropa kienet ibbażata fuq l-ilħuq ta' miri ta' tnaqqis ta' emissjonijiet prinċipalment bl-għajnuna tal-progress fit-teknoloġija tal-vetturi u fit-teknoloġija tal-fjuwils. Madankollu, l-inċertezzi li nkixfu dan l-aħħar fl-industrija tal-karozzi qajmu mistoqsijiet dwar kemm l-industrija hija impenjata favur tnaqqis ġenwin tal-emissjonijiet. Il-bidla lejn mobilità b'emissjonijiet baxxi jew mingħajr emissjonijiet qed tixxekkel minn dipendenza qawwija mill-fjuwils fossili, filwaqt li l-prezz baxx taż-żejt reċentement ġab waqfien fit-tranżizzjoni minnhom. Ir-Rapporteur għal opinjoni temmen li l-iktar mod effettiv biex jintlaħqu l-miri tat-tnaqqis tal-emissjonijiet huwa pakkett wiesa' ta' miżuri li jkun jikkonsisti fl-ippjanar razzjonali tal-użu tal-art, it-trasport pubbliku, politiki biex jiġu promossi l-mixi u ċ-ċikliżmu, l-isfruttament sħiħ tat-teknoloġiji li qed jiżviluppaw tal-vetturi, tal-magni u tal-fjuwils, l-introduzzjoni ta' servizzi tal-għarfien u servizzi diġitali, u l-użu ta' strumenti tal-prezzijiet biex jiggwidaw l-għażliet ta' mobilità.

Id-diġitalizzazzjoni u s-servizzi diġitali ġodda ppermettew li jinħolqu tipi ġodda ta' servizzi ta' mobilità, li, jekk jiġi li dawn jiġu użati b'mod aktar wiesa', ikunu jistgħu jnaqqsu l-ħtieġa li dak li jkun ikollu u juża karozza personali, u b'hekk joħolqu potenzjal sinifikanti ta' tnaqqis tal-emissjonijiet. Huwa għalhekk mixtieq li dawn is-servizzi jinfirxu aktar kemm fit-trasport urban u kemm f'dak interurban. Dawn is-servizzi joffru lill-utenti moviment faċli u jagħmlu wkoll l-ispejjeż totali tal-mobilità l-aktar prevedibbli u trasparenti. Jidher li l-awtomatizzazzjoni tat-traffiku wkoll qed timxi aktar malajr milli mistenni. Ir-Rapporteur għal opinjoni tqis li ż-żewġ żviluppi huma pożittivi, iżda tinnota li l-leġiżlaturi kemm tal-UE kif ukoll tal-Istati Membri se jkollhom jimmonitorjaw bir-reqqa kif l-iżvilupp tal-qasam jaffettwa l-emissjonijiet tat-trasport. Għandu jiġi żgurat li l-bidliet iwasslu għal imġiba ta' mobilità li tkun inqas ta' ħsara għall-klima u għall-ambjent.

It-trasport huwa wieħed mis-servizzi l-iktar importanti fil-ħajja ta' kuljum għaċ-ċittadini Ewropej, u l-loġistika effettiva, preċiża u kost-effettiva hija assolutament essenzjali għall-integrazzjoni Ewropea u għall-funzjonament tas-suq intern. Minħabba li l-miri ta' tnaqqis tal-emissjonijiet għas-settur tat-trasport u l-loġistika qed isiru pjuttost ambizzjużi b'riżultat ta' dan ir-regolament dwar il-kondiviżjoni tal-isforzi, ir-Rapporteur għal opinjoni ma tistax taħbi t-tħassib tagħha dwar il-fatt li l-ispejjeż, għall-industrija tat-trasport u għall-industrija Ewropea b'mod ġenerali, tat-tnaqqis tal-emissjonijiet għad iridu jiġu determinati. Kalkolu kredibbli tal-kosti mqabbla mal-benefiċċji huwa meħtieġ ukoll meta l-Istati Membri jieħdu deċiżjonijiet dwar l-allokazzjoni tal-obbligi tat-tnaqqis tal-emissjonijiet lid-diversi setturi differenti, u l-Kummissjoni jeħtieġ li tappoġġa lill-Istati Membri fl-għoti ta' dawn l-għodod.

EMENDI

Il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu jistieden lill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Fl-10 ta' Ġunju 2016 il-Kummissjoni ppreżentat proposta li l-UE tirratifika l-ftehim ta' Pariġi. Din il-proposta leġiżlattiva tifforma parti mill-implimentazzjoni tal-impenn tal-UE fil-ftehim ta' Pariġi. L-impenn tal-Unjoni għal tnaqqis tal-emissjonijiet fis-setturi ekonomiċi kollha ġie kkonfermat il-kontribut maħsub determinat fil-livell nazzjonali tal-Unjoni u l-Istati Membri tagħha li ġie ppreżentat lis-Segretarjat tal-UNFCCC fis-6 ta' Marzu 2015.

(3)  Wara l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew fil-5 ta' Ottubru 2016, il-Kunsill Ewropew irratifika l-Ftehim ta' Pariġi fl-4 ta' Novembru 2016, l-istess data li fiha daħal fis-seħħ. Il-Ftehim ta' Pariġi għandu l-għan li ż-żieda fit-temperatura globali tinżamm inqas sew minn 2°C ogħla mil-livelli preindustrijali u li jitkomplew l-isforzi biex iż-żieda fit-temperatura tiġi limitata għal 1.5 C 'il fuq mil-livelli preindustrijali. L-impenn tal-Unjoni fil-Ftehim ta' Pariġi għal tnaqqis tal-emissjonijiet fis-setturi ekonomiċi kollha ġie kkonfermat il-kontribut maħsub determinat fil-livell nazzjonali tal-Unjoni u l-Istati Membri tagħha li ġie ppreżentat lis-Segretarjat tal-UNFCCC fis-6 ta' Marzu 2015.

Emenda     2

Proposta għal regolament

Premessa 10a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10a)  Ċerti Stati Membri għamlu sforzi sinifikanti, u din il-flessibbiltà tirrifletti r-rieda komuni tal-Istati Membri li jiżguraw distribuzzjoni ġusta u ambizzjuża tal-isforzi biex jintlaħqu l-livelli ta' tnaqqis annwali fl-emissjonijiet ta' gassijiet serra meħtieġa sabiex jiġu ssodisfati l-impenji li saru fil-COP21 f'Pariġi.

Emenda     3

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  Teżisti firxa ta' miżuri tal-Unjoni li jtejbu l-kapaċità tal-Istati Membri li jissodisfaw l-impenji klimatiċi tagħhom u huma kruċjali għall-kisba tat-tnaqqis ta' emissjonijiet meħtieġ fis-setturi koperti minn dan ir-Regolament. Dawn jinkludu l-leġiżlazzjoni dwar il-gassijiet serra fluworinati, it-tnaqqis ta' CO2 mill-vetturi tat-triq, ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija, l-enerġija rinnovabbli, l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u l-ekonomija ċirkolari, kif ukoll strumenti ta' finanzjament tal-Unjoni għall-investimenti relatati mal-klima.

(11)  Teżisti firxa ta' miżuri tal-Unjoni li jtejbu l-kapaċità tal-Istati Membri li jissodisfaw l-impenji klimatiċi tagħhom u huma kruċjali għall-kisba tat-tnaqqis ta' emissjonijiet meħtieġ fis-setturi koperti minn dan ir-Regolament. Dawn jinkludu l-leġiżlazzjoni dwar il-gassijiet serra fluworinati, it-tnaqqis ta' CO2 mill-vetturi tat-triq, il-promozzjoni tar-rendiment aħjar fl-użu tal-enerġija inkluż fir-rigward tal-bini, l-enerġija rinnovabbli, l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u l-promozzjoni tal-ekonomija ċirkolari, kif ukoll strumenti ta' finanzjament tal-Unjoni għall-investimenti relatati mal-klima.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 11a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11a)  Aktar minn 75 % tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra fl-Unjoni huma relatati mal-enerġija. Għalhekk, huwa importanti li l-miżuri kollha maħsuba biex itejbu l-effiċjenza tal-enerġija b'mod kosteffettiv u biex b'hekk titnaqqas id-domanda għall-enerġija, jingħataw prijorità u jiġu promossi, u jiġu integrati kif xieraq mal-azzjonijiet tal-politika dwar it-tibdil fil-klima fis-setturi kollha;

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 11b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11b)  Is-settur tat-trasport mhux biss huwa emitent ewlieni ta' gassijiet serra iżda huwa wkoll is-settur li ilu mill-1990 jikber bl-aktar rata mgħaġġla fil-konsum tal-enerġija. Huwa importanti, għalhekk, li jsiru sforzi ulterjuri mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri biex itejbu l-effiċjenza tal-enerġija, iħeġġu bidla lejn modi tat-trasport sostenibbli u jnaqqsu d-dipendenza għolja li s-settur għandu mill-karbonju. Id-dekarbonizzazzjoni tat-taħlita tal-enerġija permezz tal-promozzjoni ta' enerġija b'emissjonijiet baxxi għat-trasport, pereżempju l-bijokarburanti sostenibbli u l-vetturi elettriċi, se tikkontribwixxi biex tintlaħaq il-mira tat-tnaqqis fl-emissjonijiet ta' CO2, f'konformità mal-għanijiet tal-Ftehim ta' Pariġi. Dak jista' jiġi ffaċilitat billi jiġi żgurat li s-settur ikollu qafas ċar u fit-tul biex tiġi pprovduta ċ-ċertezza u li fuqha jistgħu jiġu bbażati l-investimenti.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 11c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11c)  Fid-dawl tal-għan li tiġi rrealizzata "Unjoni Klimatika" aktar effettiva, jenħtieġ li dan ir-Regolament jipprovdi inċentivi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet li jkun konsistenti ma' atti legali oħra tal-Unjoni dwar il-klima u l-enerġija. Huwa vitali li kemm l-Unjoni kif ukoll l-Istati Membri tagħha jiżguraw li huma jsegwu politiki li jirrinfurzaw lil xulxin fis-setturi rilevanti kollha (pereżempju il-klima, l-enerġija u politiki settorjali oħra) sabiex issir tranżizzjoni li tirnexxi lejn ekonomija kompetittiva b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju. Jenħtieġ li l-impatt tal-politika dwar l-enerġija u tal-politiki settorjali fuq l-impenji tal-Unjoni u dawk nazzjonali fil-qasam tal-klima jiġu vvalutati b'metodi kwantifikati komuni, ħalli l-impatti tagħhom ikunu trasparenti u verifikabbli.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)  Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 4 skont liema se jiġu stabbiliti l-limiti annwali tal-emissjonijiet għall-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħat ta' implimentazzjoni. Dawn is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill21.

(17)  Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 4 li abbażi tiegħu għandhom jiġu stabbiliti l-limiti annwali tal-emissjonijiet għall-Istati Membri, jenħtieġ li s-setgħa tal-adozzjoni ta' atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-istabbiliment tal-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet għas-snin mill-2021 sal-2030. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa waqt il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet isiru skont il-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom sistematikament ikollhom aċċess għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.

_________________

21 Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 18a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18a)  Minbarra l-isforzi biex tnaqqas l-emissjonijiet tagħha stess, huwa importanti li l-Unjoni, f'konformità mal-mira li żżid l-impatt pożittiv tagħha fuq il-marka pożittiva globali tal-bniedem fir-rigward tal-karbonju (carbon handprint), tipprevedi, flimkien ma' pajjiżi terzi, soluzzjonijiet għall-klima billi timplimenta proġetti konġunti ma' dawk il-pajjiżi, fil-kuntest tal-politika tal-2030 dwar il-klima, filwaqt li tqis il-fatt li l-Ftehim ta' Pariġi jirreferi għal mekkaniżmu ġdid ta' kooperazzjoni internazzjonali għall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima.

Emenda     9

Proposta għal regolament

Premessa 19a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19a)  Sabiex tikkonforma mal-Artikoli 4 u 14 tal-Ftehim ta' Pariġi, huwa meħtieġ li l-Unjoni tagħmel sforzi progressivament akbar u tressaq kull ħames snin kontribut li jkun jirrifletti l-ogħla ambizzjoni possibbli tagħha. Dan ir-Regolament, għalhekk, jinkludi klawsola ta' rieżami biex jiġu stabbiliti miri ġodda biex jiżdiedu l-impenji tal-Unjoni. Sabiex jiġi żgurat li l-aġġustamenti tal-miri tal-Unjoni huma konformi mal-mekkaniżmu tat-teħid ta' rendikont globali tal-Ftehim ta' Pariġi, huwa vitali li r-rieżami jkun wieħed komprensiv u jkun iqis l-aqwa xjenza disponibbli.

Ġustifikazzjoni

Jenħtieġ li r-Regolament jinkludi klawsola ta' rieżami b'saħħitha biex kull ħames snin jiġu aġġustati l-objettivi tal-UE fir-rigward tal-klima biex jiġu ssodisfati l-impenji skont il-Ftehim ta' Pariġi. F'din il-perspettiva, jenħtieġ li l-klawsola ta' rieżami tkun ibbażata fuq rapport preparatorju u indipendenti mingħand l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent.

Emenda     10

Proposta għal regolament

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20)  Dan ir-Regolament għandu jiġi rivedut mill-2024 u kull ħames snin wara dan, sabiex jiġi valutat il-funzjonament globali tiegħu. L-analiżi għandha tqis iċ-ċirkostanzi nazzjonali li jkunu qegħdin jevolvu u tkun infurmata mir-riżultati tal-analiżi globali tal-Ftehim ta' Pariġi.

(20)  Dan ir-Regolament għandu jiġi rivedut mill-2024 u sussegwentement kull 5 snin, li huwa kemm skont iċ-ċiklu ta' konformità tal-LULUCF kif ukoll skont iċ-ċiklu internazzjonali taħt il-Ftehim ta' Pariġi, sabiex jiġi vvalutat il-funzjonament kumplessiv tiegħu. L-analiżi għandha tqis iċ-ċirkostanzi nazzjonali li jkunu qegħdin jevolvu u tkun infurmata mir-riżultati tal-analiżi globali tal-Ftehim ta' Pariġi. Fid-dawl ta' dan, kwalunkwe rieżami bħal dan għandu jqis il-konsegwenzi ekonomiċi potenzjali li jistgħu jinqalgħu fil-każ li Stat Membru joħroġ mill-Unjoni skont l-Artikolu 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

Emenda     11

Proposta għal regolament

Premessa 20a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20a)  Sabiex tiġi żgurata sistema ta' tiżjid u tnaqqis gradat (ratcheting) komprensiva f'konformità mal-Ftehim ta' Pariġi u titqies l-esperjenza tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent fil-promozzjoni tal-inkorporazzjoni ta' informazzjoni ambjentali Ewropea fil-programmi internazzjonali ta' monitoraġġ u filwqat li jipprovdi valutazzjoni komprensiva tal-istat tal-ambjent fl-Unjoni, ir-rieżami għandu jkun ibbażat fuq rapport preparatorju u indipendenti mingħand l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent.

Ġustifikazzjoni

Jenħtieġ li r-Regolament jinkludi klawsola ta' rieżami b'saħħitha biex kull ħames snin jiġu aġġustati l-objettivi tal-UE fir-rigward tal-klima biex jiġu ssodisfati l-impenji skont il-Ftehim ta' Pariġi. F'din il-perspettiva, jenħtieġ li l-klawsola ta' rieżami tkun ibbażata fuq rapport preparatorju u indipendenti mingħand l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-obbligi dwar il-kontribuzzjonijiet minimi tal-Istati Membri biex jonoraw l-impenn ta' tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra tal-Unjoni għall-perjodu mill-2021 sal-2030, jistabbilixxi r-regoli dwar id-determinazzjoni tal-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet u għall-evalwazzjoni tal-progress tal-Istati Membri lejn l-ilħuq tal-kontribuzzjonijiet minimi tagħhom.

1.  Dan ir-Regolament jirrikjedi lill-Istati Membri jnaqqsu kollettivament l-emissjonijiet ta' gassijiet serra msemmija fl-Artikolu 2 b'mill-anqas 30 % sal-2030 meta mqabbla mal-2005. Huwa jistabbilixxi l-obbligi dwar il-kontribuzzjonijiet minimi tal-Istati Membri biex jonoraw it-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra ħalli jissodisfaw l-impenji tal-Unjoni u tal-Istati Membri skont il-Ftehim ta' Pariġi għall-perjodu mill-2021 sal-2030, jistabbilixxi r-regoli dwar id-determinazzjoni tal-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet u għall-evalwazzjoni tal-progress tal-Istati Membri lejn l-ilħuq tal-kontributi minimi tagħhom.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1a.  L-objettiv aħħari ta' dan ir-Regolament huwa li jiġi ssodisfat l-impenn tal-Unjoni u tal-Istati Membri skont il-UNFCC u l-Ftehim ta' Pariġi li jnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra bl-għan li ż-żieda fit-temperatura globali tinżamm għal sew inqas minn 2 C ogħla mil-livelli preindustrijali u li jitkomplew l-isforzi biex iż-żieda fit-temperatura tiġi limitata għal 1.5°C ogħla mil-livelli preindustrijali. Sabiex jintlaħaq dan l-objettiv, l-Istati Membri għandhom ikomplu jnaqqsu l-emissjonijiet ta' gassijiet serra koperti b'dan ir-Regolament kull sena b'mod lineari lil hinn mill-2030, biex b'hekk jaslu għal emissjonijiet netti żero fit-tieni nofs ta' dan is-seklu.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Soġġett għall-flessibbiltajiet previsti fl-Artikoli 5, 6 u 7 għall-aġġustament skont l-Artikolu 10(2) u filwaqt illi jitqies kull tnaqqis li jista' jirriżulta mill-applikazzjoni tal-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE, kull Stat Membru għandu jiżgura li l-emissjonijiet ta' gassijiet serra tiegħu f'kull sena bejn l-2021 u l-2029 ma jaqbżux il-livell iddefinit minn trajettorja lineari, li tibda fl-2020 fuq il-medja tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra tiegħu matul l-2016, l-2017 u l-2018 iddeterminat skont il-paragrafu 3, u li tispiċċa fl-2030 fuq il-limitu stabbilit għal dak l-Istati Membru fl-Anness I ta' dan ir-Regolament.

2.  Soġġett għall-flessibbiltajiet previsti fl-Artikoli 5, 6 u 7 għall-aġġustament skont l-Artikolu 10(2) u filwaqt illi jitqies kull tnaqqis li jista' jirriżulta mill-applikazzjoni tal-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE, kull Stat Membru għandu jiżgura li l-emissjonijiet ta' gassijiet serra tiegħu f'kull sena bejn l-2021 u l-2029 ma jaqbżux il-livell iddefinit minn trajettorja lineari, li tibda fl-2020 fuq il-medja tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra tiegħu matul l-2016, l-2017 u l-2018 iddeterminati skont il-paragrafu 3, bl-użu tal-miri tal-2020 stabbiliti bid-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE bħala limitu massimu,u li tispiċċa fl-2030 fuq il-limitu stabbilit għal dak l-Istati Membru fl-Anness I ta' dan ir-Regolament.

Emenda     15

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Dan l-att ta' implimentazzjoni għandu jispeċifika wkoll, abbażi tal-perċentwali nnotifikati mill-Istati Membri skont l-Artikolu 6(2), il-kwantitajiet li jistgħu jitqiesu għall-konformità tagħhom skont l-Artikolu 9 bejn l-2021 u l-2030. Jekk is-somma tal-kwantitajiet tal-Istat Membri kollha taqbeż it-total kollettiv ta' 100 miljun, il-kwantitajiet għal kull Stat Membru għandhom jitnaqqsu fuq bażi pro rata sabiex ma jinqabiżx it-total kollettiv.

4.  Dan l-att delegat għandu jispeċifika wkoll, abbażi tal-perċentwali nnotifikati mill-Istati Membri skont l-Artikolu 6(2), il-kwantitajiet li jistgħu jitqiesu għall-konformità tagħhom skont l-Artikolu 9 bejn l-2021 u l-2030. Jekk is-somma tal-kwantitajiet tal-Istat Membri kollha taqbeż it-total kollettiv ta' 100 miljun, il-kwantitajiet għal kull Stat Membru għandhom jitnaqqsu fuq bażi pro rata sabiex ma jinqabiżx it-total kollettiv.

Emenda     16

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Dan l-att ta' implimentazzjoni għandu jiġi adottat skont il-proċedura ta' eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 13.

imħassar

Emenda    17

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Stat Membru li l-emissjonijiet ta' gassijiet serra tiegħu għal sena partikolari jkunu taħt l-allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet tiegħu għal dik is-sena, filwaqt illi jitqies l-użu ta' flessibbiltajiet skont dan l-Artikolu u l-Artikolu 6, jista' jfaddal dik il-parti żejda tal-allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet tiegħu għas-snin sussegwenti sal-2030.

3.  Stat Membru li l-emissjonijiet ta' gassijiet serra tiegħu għal sena partikolari jkunu taħt l-allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet tiegħu għal dik is-sena, filwaqt illi jitqies l-użu ta' flessibbiltajiet skont dan l-Artikolu u l-Artikolu 6, jista' jfaddal dik il-parti żejda tal-allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet tiegħu għas-snin sussegwenti sal-2029. Dik il-parti żejda tista' tintuża parzjalment jew totalment fi kwalunkwe sena sussegwenti sal-2029 mingħajr ma jinqabżu l-5 % tal-allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet.

Emenda    18

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Stat Membru jista' jittrasferixxi sa 5 % tal-allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet tiegħu ta' sena partikolari lil Stati Membri oħra. L-Istat Membru riċeventi jista' juża din il-kwantità għall-konformità skont l-Artikolu 9 għas-sena partikolari jew għal snin sussegwenti sal-2030.

4.  Stat Membru jista' jittrasferixxi sa 10 % tal-allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet tiegħu ta' sena partikolari lil Stati Membri oħra. L-Istat Membru riċeventi jista' juża din il-kwantità għall-konformità skont l-Artikolu 9 għas-sena partikolari jew għal snin sussegwenti sal-2030. Trasferimenti bħal dawn għandhom jiġu inklużi fir-Reġistru Ewropew imsemmi fl-Artikolu 11.

Emenda     19

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Stat Membru jista' jittrasferixxi l-parti tal-allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet tiegħu li taqbeż l-emissjonijiet ta' gassijiet serra għal dik is-sena, filwaqt li jitqies l-użu tal-flessibbiltajiet skont il-paragrafi 2 sa 4 u l-Artikolu 6, lil Stati Membri oħra. L-Istat Membru riċeventi jista' juża din il-kwantità għal konformità skont l-Artikolu 9 għal dik is-sena jew għal snin sussegwenti sal-2030.

5.  Stat Membru jista' jittrasferixxi l-parti tal-allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet tiegħu li taqbeż l-emissjonijiet ta' gassijiet serra għal dik is-sena, filwaqt li jitqies l-użu tal-flessibbiltajiet skont il-paragrafi 2 sa 4 u l-Artikolu 6, lil Stati Membri oħra. L-Istat Membru riċeventi jista' juża din il-kwantità għal konformità skont l-Artikolu 9 għal dik is-sena jew għal snin sussegwenti sal-2030. Trasferimenti bħal dawn għandhom jiġu inklużi fir-Reġistru Ewropew imsemmi fl-Artikolu 11.

Ġustifikazzjoni

L-emenda hija maħsuba biex issaħħaħ it-trasparenza tat-trasferimenti tal-allokazzjonijiet tal-emissjonijiet bejn l-Istati Membri

Emenda    20

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jużaw il-krediti minn proġetti maħruġa skont l-Artikolu 24a(1) tad-Direttiva 2003/87/KE għal konformità skont l-Artikolu 9, mingħajr ebda limitu kwantitattiv u filwaqt li jiġi evitat l-għadd doppju.

6.  L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jużaw il-krediti minn proġetti maħruġa skont l-Artikolu 24a(1) tad-Direttiva 2003/87/KE għal konformità skont l-Artikolu 9, mingħajr ebda limitu kwantitattiv u filwaqt li jiġi evitat l-għadd doppju. L-Istati Membri għandhom iħeġġu l-parteċipazzjoni tas-settur privat fi proġetti bħal dawn.

Ġustifikazzjoni

Jenħtieġ li anke s-settur privat ikun eliġibbli li jipparteċipa fi proġetti għat-tnaqqis tal-emissjonijiet, sabiex jiżdied l-ingranaġġ tal-investiment. L-Artikolu 24a tad-Direttiva li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra (id-Direttiva ETS) jiżgura li r-responsabbiltà finali tal-proġett u biex jiġi evitat l-għadd doppju jibqa' f'idejn l-Istat Membru li jkun qed jospita l-proġett.

Emenda     21

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-użu addizzjonali ta' mhux aktar minn 280 miljun assorbiment nett minn art deforestata, art afforestata, raba' ġestita u bwar ġestiti

L-użu addizzjonali ta' mhux aktar minn 280 miljun assorbiment nett minn art deforestata, art afforestata, raba' ġestita u bwar ġestiti, art forestali ġestita u prodotti tal-injam maħsud.

Emenda    22

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Sal-punt li emissjonijiet ta' Stat Membru jaqbżu l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet tiegħu għal sena partikolari, kwantità ta' mhux aktar mis-somma ta' assorbimenti netti totali u l-emissjonijiet netti totali mill-kategoriji kombinati tal-kontabbiltà ta' art deforestata, art forestali, raba' ġestita u bwar ġestiti msemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament [ ] [LULUCF] tista' titqies għall-konformità tiegħu skont l-Artikolu 9 ta' dan ir-Regolament għal dik is-sena, sakemm:

1.  Fejn l-emissjonijiet ta' Stat Membru jaqbżu l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet tiegħu għal sena partikolari, kwantità ta' mhux aktar mis-somma ta' assorbimenti netti totali u l-emissjonijiet netti totali mill-kategoriji kombinati tal-kontabbiltà ta' art deforestata, art forestali, raba' ġestita, bwar ġestiti, art forestali ġestita u prodotti tal-injam maħsud imsemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament [ ] [LULUCF] tista' titqies għall-konformità tagħha skont l-Artikolu 9 ta' dan ir-Regolament għal dik is-sena, sakemm:

(Din l-emenda tapplika għat-test kollu)

Emenda     23

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  azzjonijiet li l-Istat Membru għandu jimplimenta sabiex iwettaq l-obbligi speċifiċi tiegħu skont l-Artikolu 4, permezz ta' politiki u miżuri domestiċi u l-implimentazzjoni tal-azzjoni tal-Unjoni;

(a)  azzjonijiet li l-Istat Membru għandu jimplimenta sabiex iwettaq l-obbligi speċifiċi tiegħu skont l-Artikolu 4, permezz ta' politiki u miżuri domestiċi u l-implimentazzjoni tal-azzjoni tal-Unjoni, mingħajr ma jipproduċu effetti negattivi fuq il-ħajja taċ-ċittadini;

Emenda    24

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Fl-2027 u fl-2032, jekk l-emissjonijiet ta' gassijiet serra riveduti ta' Stat Membru jaqbżu l-allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet tiegħu għal kwalunkwe sena speċifika tal-perjodu, skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu u l-flessibbiltajiet użati skont l-Artikoli 5 sa 7, għandhom japplikaw il-miżuri li ġejjin:

1.  Mill-2020 'il quddiem, il-Kummissjoni għandha tevalwa darba kull sentejn jekk il-progress li jkun sar mill-Istati Membri huwiex suffiċjenti biex jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont it-termini dan ir-Regolament. Jekk Stat Membru jaqbeż l-allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet tiegħu għal kwalunkwe sena speċifika tal-perjodu, skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu u l-flessibbiltajiet użati skont l-Artikoli 5 sa 7, għandhom japplikaw il-miżuri li ġejjin:

Emenda    25

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ir-Reġistru

Ir-Reġistru Ewropew

Emenda    26

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Kummissjoni għandha tiżgura l-kontabbiltà preċiża skont dan ir-Regolament permezz tar-Reġistru tal-Unjoni stabbilit skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 525/2013, inklużi l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet, il-flessibbiltajiet eżerċitati skont l-Artikoli 4 sa 7, il-konformità skont l-Artikolu 9 u t-tibdil fil-kopertura skont l-Artikolu 10 ta' dan ir-Regolament. L-Amministratur Ċentrali għandu jwettaq kontroll awtomizzat fuq kull tranżazzjoni skont dan ir-Regolament u, fejn meħtieġ, iwaqqaf xi tranżazzjonijiet biex jiżgura li ma jkunx hemm irregolaritajiet. Din l-informazzjoni għandha tkun aċċessibbli għall-pubbliku.

1.  Il-Kummissjoni għandha tiżgura l-kontabbiltà preċiża skont dan ir-Regolament permezz tar-Reġistru tal-Unjoni stabbilit skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 525/2013, inklużi l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet, il-flessibbiltajiet eżerċitati skont l-Artikoli 4 sa 7, il-konformità skont l-Artikolu 9 u t-tibdil fil-kopertura skont l-Artikolu 10 ta' dan ir-Regolament. L-Amministratur Ċentrali għandu jwettaq kontroll awtomizzat fuq kull tranżazzjoni skont dan ir-Regolament u, fejn meħtieġ, iwaqqaf xi tranżazzjonijiet biex jiżgura li ma jkunx hemm irregolaritajiet. Is-sistema tar-reġistru Ewropew għandha tkun trasparenti u tinkludi l-informazzjoni rilevanti kollha dwar it-trasferiment tal-kwoti bejn l-Istati Membri. Din l-informazzjoni għandha tkun aċċessibbli għall-pubbliku permezz ta' sit web apposta ospitat mill-Kummissjoni.

Ġustifikazzjoni

L-emenda hija maħsuba biex issaħħaħ it-trasparenza tat-trasferiment tal-kwoti bejn l-Istati Membri

Emenda    27

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sat-28 ta' Frar 2024 u kull ħames snin wara dan dwar l-operat ta' dan ir-Regolament, il-kontribut tiegħu għall-mira globali tal-UE tal-2030 ta' tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra u l-kontribut tiegħu għall-għanijiet tal-Ftehim ta' Pariġi, u tagħmel il-proposti jekk ikun meħtieġ.

Fi żmien sitt xhur mid-djalogu faċilitattiv li għandu jitlaqqa' taħt il-UNFCCC fl-2018 sabiex jittieħed rendikont tal-isforzi kollettivi tal-Partijiet fir-rigward tal-progress lejn l-għan globali fit-tul, u fi żmien sitt xhur mit-teħid tar-rendikont globali fl-2023 u kull teħid ta' rendikont globali sussegwenti wara dan, il-Kummissjoni għandha tressaq rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-operat ta' dan ir-Regolament, il-kontribut tiegħu għall-mira globali tal-UE tal-2030 ta' tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra u l-kontribut tiegħu għall-objettivi fit-tul stabbiliti fl-Artikolu 1 ta' dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta wkoll, bl-għan li ssaħħaħ l-azzjoni tal-Unjoni fir-rigward tat-tibdil fil-klima, fuq il-bażi ta' rapport indipendenti mfassal mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, kemm hu xieraq li temenda dan ir-Regolament jew li tressaq proposti leġiżlattivi oħra, jew it-tnejn li huma, sabiex jiġi żgurat ir-rispett tal-impenji tal-Unjoni skont l-Artikoli 3, 4 u 14 tal-Ftehim ta' Pariġi.

Emenda    28

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1a.  Wara kull teħid ta' rendikont globali miftiehem skont il-Ftehim ta' Pariġi, Stat Membru jista' b'mod volontarju jikkanċella parti mill-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet tiegħu. L-Istat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tiegħu li jikkanċella parti mill-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet tiegħu u l-Kummissjoni għandha tqiegħed dik l-informazzjoni għad-dispożizzjoni tal-pubbliku fuq is-sit web tagħha.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Tnaqqis annwali vinkolanti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-Istati Membri mill-2021 sal-2030 għal Unjoni tal-Enerġija reżiljenti u biex jiġu onorati l-impenji li saru fil-Ftehim ta’ Pariġi, u emenda tar-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar mekkaniżmu għall-monitoraġġ u r-rapportar ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra u għar-rapportar ta’ informazzjoni oħra relatata mat-tibdil fil-klima

Referenzi

COM(2016)0482 – C8-0331/2016 – 2016/0231(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

12.9.2016

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

TRAN

12.9.2016

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Merja Kyllönen

28.9.2016

Eżami fil-kumitat

25.1.2017

28.2.2017

Data tal-adozzjoni

22.3.2017

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

32

8

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Lucy Anderson, Inés Ayala Sender, Georges Bach, Deirdre Clune, Michael Cramer, Luis de Grandes Pascual, Ismail Ertug, Jacqueline Foster, Tania González Peñas, Dieter-Lebrecht Koch, Merja Kyllönen, Miltiadis Kyrkos, Peter Lundgren, Gesine Meissner, Cláudia Monteiro de Aguiar, Jens Nilsson, Markus Pieper, Gabriele Preuß, Christine Revault D’Allonnes Bonnefoy, Dominique Riquet, Massimiliano Salini, Jill Seymour, Claudia Țapardel, Keith Taylor, Pavel Telička, István Ujhelyi, Wim van de Camp, Elissavet Vozemberg-Vrionidi, Janusz Zemke, Roberts Zīle, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Hugues Bayet, Mark Demesmaeker, Bas Eickhout, Markus Ferber, Maria Grapini, Franck Proust, Patricija Šulin, Matthijs van Miltenburg

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Herbert Dorfmann

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET

FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

32

+

ALDE

Gesine Meissner, Dominique Riquet, Pavel Telička, Matthijs van Miltenburg

GUE/NGL

Tania González Peñas, Merja Kyllönen

PPE

Georges Bach, Deirdre Clune, Herbert Dorfmann, Markus Ferber, Dieter-Lebrecht Koch, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska, Cláudia Monteiro de Aguiar, Markus Pieper, Franck Proust, Massimiliano Salini, Patricija Šulin, Elissavet Vozemberg-Vrionidi, Luis de Grandes Pascual, Wim van de Camp

S&D

Lucy Anderson, Inés Ayala Sender, Hugues Bayet, Ismail Ertug, Maria Grapini, Miltiadis Kyrkos, Jens Nilsson, Gabriele Preuß, Christine Revault D'Allonnes Bonnefoy, Claudia Țapardel, István Ujhelyi, Janusz Zemke

8

-

ECR

Mark Demesmaeker, Jacqueline Foster, Roberts Zīle

EFDD

Peter Lundgren, Jill Seymour

Verts/ALE

Michael Cramer, Bas Eickhout, Keith Taylor

0

0

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

OPINJONI tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (4.5.2017)

għall-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel

dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tnaqqis annwali vinkolanti tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra mill-Istati Membri mill-2021 sal-2030 għal Unjoni tal-Enerġija reżiljenti u biex jiġu onorati l-impenji li saru fil-Ftehim ta' Pariġi, u li jemenda r-Regolament Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar mekkaniżmu għall-monitoraġġ u għar-rapportar ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra u ta' informazzjoni oħra relatata mat-tibdil fil-klima
( COM(2016)0482 – C8-0331/2017 – 2016/0231(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Nicola Caputo

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Il-pożizzjoni tar-rapporteur

Is-settur agrikolu kollu kemm hu, huwa responsabbli għal 10 % tal-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra mill-Unjoni Ewropea. F'dawn l-aħħar ftit snin kien hemm tnaqqis sinifikanti fin-numru ta' bhejjem, użu aktar effiċjenti tal-fertilizzanti u l-ġestjoni aħjar tad-demel, li kollha kkontribwew għat-tnaqqis tal-emissjonijiet mill-UE f'dawn l-aħħar snin u dan wassal, biex bejn l-1990 u l-2012, kien hemm tnaqqis ta' 24 %.

Fl-2016, il-baġit tal-PAK indirizza EUR 16,3 biljun lejn biedja sostenibbli u li ma tagħmilx ħsara lill-ambjent, dan b'turija tal-aċċelerazzjoni qawwija li s-settur agrikolu Ewropew qed jikkontribwixxi għat-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju u li hi reżiljenti għat-tibdil fil-klima u għall-predispożizzjoni li tittieħed kull opportunità biex titjieb aktar il-prestazzjoni ambjentali.

L-approċċ minn isfel għal fuq, li hija l-bażi tal-ftehim globali l-ġdid dwar it-tibdil fil-klima, madankollu l-approċċ biex tal-anqas fl-ewwel perijodu u bil-politiki attwali, hu improbabbli li l-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra jistgħu jonqsu biżżejjed biex jilħqu l-objettiv tal-UE li tnaqqas, sal-2030, mill-inqas 40 % meta mqabbel mal-1990, u b'30 % meta mqabbla mal-2005, tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra fis-setturi li ma jaqgħux taħt l-ETS.

Għalhekk, il-proposta għal regolament inkwistjoni, li segwiet il-valutazzjoni mill-Kummissjoni tal-Ftehim ta' Pariġi u li tistabbilixxi miri nazzjonali tat-tnaqqis li jipprovdu l-inċentiv għal aktar politiki li jwasslu għal tnaqqis aktar profond, hija essenzjali.

Madankollu għandha tittieħed nota ta' sitt punti problematiċi f'din il-proposta:

1) L-attivitajiet tas-settur tal-LULUCF għandhom jiġu kontabilizzati bis-sħiħ, kif jiġri għal setturi oħra koperti mir-regolament dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi, u mhux biss bħala mekkaniżmu ta' flessibbiltà. Kontabbiltà sħiħa tas-settur agrikolu-forestali, inkluża l-ġestjoni tal-forestrija, li bħalissa mhijiex meqjusa, tiggarantixxi l-identifikazzjoni ta' emissjonijiet possibbli li jirriżultaw minn nuqqas ta' politiki dwar l-enerġija u li jistgħu jnaqqsu l-kapaċità ta' assorbiment tal-ekosistemi agroforestali. Iż-żmien disponibbli qabel id-dħul fis-seħħ tar-regolament propost dwar "il-Kondiviżjoni tal-Isforzi" huwa biżżejjed biex jiġu stabbiliti kriterji ta' kontabilità stretti u affidabbli biex jiġi żgurat li l-kontribut tas-settur kollu, inkluż il-ġestjoni tal-foresti, jingħata kunsiderazzjoni b'mod sħiħ.

2) Fir-rigward tal-possibbiltà tal-użu ta' talbiet ta' kreditu, hemm il-ħtieġa li jiġi estiż il-kamp ta' applikazzjoni tagħhom u sabiex b'hekk jiġi stabbilit għal 425 miljun tunnellata, l-użu addizzjonali ta' assorbimenti netti fis-settur tal-LULUCF kif indikat fit-tielet alternattiva fil-valutazzjoni tal-impatt tal-Kummissjoni li takkumpanja l-proposta għal regolament tal-LULUCF. Din il-proposta hija konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim ta' Pariġi li jirrikonoxxu l-importanza tas-settur tal-LULUCF minħabba l-potenzjal ta' mitigazzjoni tiegħu. Barra minn hekk, dan l-approċċ huwa konformi mal-indikazzjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta' Ottubru 2014 li juru li l-potenzjal ta' mitigazzjoni inferjuri tas-settur agrikolu u l-importanza li l-modalitajiet aktar xierqa jiġu eżaminati sabiex jiġi ottimizzat il-kontribut fl-istess settur għall-mitigazzjoni u s-sekwestru tal-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra, b'mod partikolari permezz tal-attivitajiet tal-LULUCF.

3) Il-proposta għal Regolament dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi tistabbilixxi miri annwali tal-emissjonijiet għall-Istati Membri għall-perjodu 2021-2030 mingħajr ma tissuġġerixxi liema strumenti ta' mitigazzjoni jistgħu jgħinu biex jintlaħaq l-għan tat-tnaqqis, u b'mod partikulari għas-settur agrikolu, fejn, kuntrarjamwnt, huwa meħtieġ li jiġu mħeġġa l-aħjar prassi biex jitnaqqsu l-emissjonijiet. Jeħtieġ li, l-ewwel u qabel kollox, tiġi ffavorita l-innovazzjoni fl-agrikoltura permezz tal-introduzzjoni ta' tekniki "ekoloġiċi" li jistgħu jipproteġu l-ħamrija u jnaqqsu l-emissjonijiet mis-settur agrikolu. Għal dan il-għan, minbarra tekniki ta' preċiżjoni tal-biedja, huwa neċessarju li jiġu promossi, b'mod partikolari, it-tekniki agrikoli ta' konservazzjoni.

4) Fir-rigward tal-attivitajiet ta' monitoraġġ u ta' kontroll, qed jiġu proposti kontrolli ta' konformità annwali minflok kull ħames snin. Il-kontrolli ta' konformità kull ħames snin iwasslu għal restrizzjoni tal-kamp ta' applikazzjoni tal-miżuri korrettivi u jirrappreżentaw ineffiċjenza sostanzjali ta' sanzjonijiet futuri (f'każ ta' inadempjenza, pereżempju, se jiġu applikati għall-ewwel darba biss fl-2027). Kontrolli annwali għall-konformità jiffavorixxu wkoll l-iskambju ta' kwoti minħabba żieda fis-sensibilizzazzjoni, fi żmien relattivament qasir, ta' din is-sitwazzjoni mill-Istati Membri.

5) F'dan ir-rigward, jidher li l-użu ta' atti delegati għandu jkun intiż biex jemenda l-elementi mhux essenzjali tal-att bażiku. Barra minn hekk, min jirrakkomanda lill-Kummissjoni biex ma tabbużax minn dawn l-atti delegati u jisħaq fuq l-importanza tal-parteċipazzjoni tal-Parlament fil-fażi preparatorja ta' dawn l-atti.

6) Il-proposta għal regolament ma fiha l-ebda referenza għall-Brexit. Attwalment it-tabelli tal-proposta inkwistjoni jirreferu għat-28 Stati Membru u r-Renju Unit huwa inkluż fit-tabella tal-Anness I bl-għan ta' -37 % tal-emissjonijiet. Il-Kummissjoni timpenja ruħha biex jadatta d-data u l-miri hekk kif jiskatta l-Artikolu 50 tat-Trattat ta' Lisbona għall-ħruġ mill-UE.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali jistieden lill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  Il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta' Ottubru 2014 ipprevedew li l-mira għandha titwassal b'mod kollettiv mill-Unjoni bl-aktar mod kosteffikaċi possibbli, bit-tnaqqis fis-setturi tas-Sistema għan-Negozjar ta' Emissjonijiet (ETS) u mhux tal-ETS li jammonta għal 43 % u 30 % sal-2030 meta mqabbel mal-2005 rispettivament, bl-isforzi distribwiti abbażi tal-Prodott Domestiku Gross relattiv per capita. Is-setturi kollha tal-ekonomija għandhom jikkontribwixxu għall-kisba ta' dan it-tnaqqis fl-emissjonijiet u l-Istati Membri kollha għandhom jipparteċipaw f'dan l-isforz; il-bilanċ ta' kunsiderazzjonijiet ta' ġustizzja u ta' solidarjetà, u l-miri nazzjonali fi ħdan il-grupp tal-Istati Membri b'PDG per capita 'l fuq mill-medja tal-Unjoni għandhom jiġu relattivament aġġustati biex jirriflettu l-kosteffikaċja b'mod ġust u bilanċjat. Il-kisba ta' dan it-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra għandha tagħti spinta lill-effiċjenza u l-innovazzjoni fl-ekonomija Ewropea, u b'mod partikolari għandha tippromwovi t-titjib, speċifikament fil-bini, fl-agrikoltura, fil-ġestjoni tal-iskart u fit-trasport, sa fejn dawn jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

(2)  Il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta' Ottubru 2014 ipprevedew li l-mira għandha titwassal b'mod kollettiv mill-Unjoni bl-aktar mod kosteffikaċi possibbli, bit-tnaqqis fis-setturi tas-Sistema għan-Negozjar ta' Emissjonijiet (ETS) u mhux tal-ETS li jammonta għal 43 % u 30 % sal-2030 meta mqabbel mal-2005 rispettivament, bl-isforzi distribwiti abbażi tal-Prodott Domestiku Gross relattiv per capita. Is-setturi kollha tal-ekonomija għandhom jikkontribwixxu għall-kisba ta' dan it-tnaqqis fl-emissjonijiet u l-Istati Membri kollha għandhom jipparteċipaw f'dan l-isforz; il-bilanċ ta' kunsiderazzjonijiet ta' ġustizzja u ta' solidarjetà, u l-miri nazzjonali fi ħdan il-grupp tal-Istati Membri b'PDG per capita 'l fuq mill-medja tal-Unjoni għandhom jiġu relattivament aġġustati biex jirriflettu l-kosteffikaċja b'mod ġust u bilanċjat. Il-kisba ta' dan it-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra għandha tagħti spinta lill-effiċjenza u l-innovazzjoni fl-ekonomija Ewropea, u b'mod partikolari għandha tippromwovi t-titjib, speċifikament fil-forestrija, fil-bini, fl-agrikoltura, fil-ġestjoni tal-iskart u fit-trasport, sa fejn dawn jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 2a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2a)  Sabiex jinkiseb dan it-tnaqqis fl-emissjonijiet u fi sforz biex jiġi mmassimizzat ir-rwol tas-settur tal-agrikoltura, hu importanti li l-Istati Membri għandhom jippromwovu azzjonijiet ta' mitigazzjoni innovattivi li għandhom l-ikbar potenzjal, inkluż: il-konverżjoni ta' art agrikola f'mergħat permanenti; il-ġestjoni ta' għeluq b'ringieli ta' sġajriet, strixxi ta' lqugħ u s-siġar fuq art agrikola; siġar tal-agroforestrija, u skemi ta' taħwil ġdid; il-prevenzjoni ta' tneħħija ta' siġar u deforestazzjoni; art baxxa jew art li ma tinħadimx u l-użu ta' kopertura/uċuħ tar-raba' li jikbru malajr u l-uċuħ tar-raba' residwi fuq l-art; il-verifika tal-karbonju u pjanijiet ta' ġestjoni tal-ħamrija/tan-nutrijenti; titjib fl-effiċjenza tan-nitroġenu u l-inibizzjoni tan-nitrifikazzjoni; l-irkupru u l-konservazzjoni ta' art mistagħdra/torbiera; u t-tisħiħ fit-trobbija tal-bhejjem, l-għalf u l-metodi ta' ġestjoni għal emissjonijiet aktar baxxi.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 2b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2b)  Il-Kunsill irratifika l-Ftehim ta' Pariġi fil-5 ta' Ottubru 2016, wara l-approvazzjoni mogħtija mill-Parliament Ewropew fl-4 ta' Ottubru 2016. Il-Ftehim ta' Pariġi, li daħal fis-seħħ fl-4 ta' Novembru 2016 għandu l-għan li jżomm iż-żieda fit-temperatura globali għal ferm inqas minn 2 °C ogħla mil-livelli preindustrijali u biex jitkomplew l-isforzi li jillimitaw iż-żieda fit-temperatura għal 1,5 °C 'l fuq mil-livelli preindustrijali, u jimplika li sabiex jinkisbu dawn il-miri aktar prattiki ta' biedja sostenibbli li jiżviluppaw sinerġiji bejn il-bijodiversità, il-miri ambjentali u klimatiċi se jkollhom jiġu adottati.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Fl-10 ta' Ġunju 2016 il-Kummissjoni ppreżentat proposta li l-UE tirratifika l-ftehim ta' Pariġi. Din il-proposta leġiżlattiva tifforma parti mill-implimentazzjoni tal-impenn tal-UE fil-ftehim ta' Pariġi. L-impenn tal-Unjoni għal tnaqqis tal-emissjonijiet fis-setturi ekonomiċi kollha ġie kkonfermat il-kontribut maħsub determinat fil-livell nazzjonali tal-Unjoni u l-Istati Membri tagħha li ġie ppreżentat lis-Segretarjat tal-UNFCCC fis-6 ta' Marzu 2015.

(3)  Il-kontribut tas-settur agrikolu hu prijorità ewlenija fit-titjib tal-abbiltà tal-Unjoni li tadatta għall-isfidi futuri kkawżati mit-tibdil fil-klima u dan ir-Regolament jifforma parti mill-implimentazzjoni tal-impenn tal-Unjoni fil-Ftehim ta' Pariġi għal aktar koerenza bejn il-politika dwar it-tibdil fil-klima u l-għanijiet ta' sigurtà tal-ikel li jiżguraw produzzjoni tal-ikel sostenibbli, effiċjenti u reżiljenti, li tirrikonoxxi l-vulnerabbiltajiet partikolari ta' sistemi ta' produzzjoni tal-ikel għall-impatti negattivi tat-tibdil fil-klima. L-impenn tal-Unjoni għal tnaqqis tal-emissjonijiet fis-setturi ekonomiċi kollha ġie kkonfermat il-kontribut maħsub determinat fil-livell nazzjonali tal-Unjoni u l-Istati Membri tagħha li ġie ppreżentat lis-Segretarjat tal-UNFCCC fis-6 ta' Marzu 2015.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  It-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa teħtieġ tibdil fl-aġir tal-investiment u inċentivi fil-firxa kollha tal-politika. Hija prijorità prinċipali tal-Unjoni li tistabbilixxi Unjoni tal-Enerġija reżiljenti biex tipprovdi enerġija sikura, sostenibbli, kompetittiva u affordabbli għaċ-ċittadini tagħha. Il-kisba ta' dan tirrikjedi wkoll kontinwazzjoni ta' azzjoni klimatika ambizzjuża b'dan ir-Regolament u progress fir-rigward ta' aspetti oħra tal-Unjoni tal-Enerġija kif stabbilita fil-Qafas Strateġiku għal Unjoni tal-Enerġija Reżiljenti b'Politika dwar il-Bidla fil-Klima li tħares 'il quddiem.16

(5)  It-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa u l-bijoekonomija teħtieġ tibdil fl-aġir tal-investiment fil-firxa kollha tal-politika u inċentivi għall-SMEs b'inqas kapital u b'azjendi agrikoli żgħar li jadattaw il-mudelli ta' negozju tagħhom. Hija prijorità prinċipali tal-Unjoni li tistabbilixxi Unjoni tal-Enerġija li tagħti prijorità lill-effiċjenza enerġetika u għandha l-għan li tipprovdi enerġija sikura, sostenibbli, kompetittiva u affordabbli liċ-ċittadini tagħha kif ukoll l-applikazzjoni ta' politiki ta' sostenibbiltà u ta' tnaqqis tal-emissjonijiet stretti fir-rigward tal-użu ta' riżorsi b'bażi bijoloġika li jissostitwixxu riżorsi fossili. Il-kisba ta' dan tirrikjedi wkoll kontinwazzjoni ta' azzjoni klimatika ambizzjuża b'dan ir-Regolament u progress fir-rigward ta' aspetti oħra tal-Unjoni tal-Enerġija kif stabbilita fil-Qafas Strateġiku għal Unjoni tal-Enerġija Reżiljenti b'Politika dwar il-Bidla fil-Klima li tħares 'il quddiem.16

__________________

__________________

16 COM(2015)80

16 COM(2015)80

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  Teżisti firxa ta' miżuri tal-Unjoni li jtejbu l-kapaċità tal-Istati Membri li jissodisfaw l-impenji klimatiċi tagħhom u huma kruċjali għall-kisba tat-tnaqqis ta' emissjonijiet meħtieġ fis-setturi koperti minn dan ir-Regolament. Dawn jinkludu l-leġiżlazzjoni dwar il-gassijiet serra fluworinati, it-tnaqqis ta' CO2 mill-vetturi tat-triq, ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija, l-enerġija rinnovabbli, l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u l-ekonomija ċirkolari, kif ukoll strumenti ta' finanzjament tal-Unjoni għall-investimenti relatati mal-klima.

(11)  Teżisti firxa ta' miżuri tal-Unjoni li jtejbu l-kapaċità tal-Istati Membri li jissodisfaw l-impenji klimatiċi tagħhom u huma kruċjali għall-kisba tat-tnaqqis ta' emissjonijiet meħtieġ fis-setturi koperti minn dan ir-Regolament. Dawn jinkludu l-leġiżlazzjoni dwar il-gassijiet serra fluworinati, it-tnaqqis ta' CO2 mill-vetturi tat-triq, ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija, l-enerġija rinnovabbli, għelejjel enerġetiċi, l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u l-ekonomija ċirkolari, kif ukoll strumenti ta' finanzjament tal-Unjoni għall-investimenti relatati mal-klima, inkluż l-istrumenti kollha skont il-Politika Agrikola Komuni (PAK) u b'żieda mal-finanzjament tat-tranżizzjoni lejn ekonomija sostenibbli, bijodiversità għolja u sistemi tal-ikel u tal-biedja b'emissjonijiet baxxi bħala għan importanti tal-PAK.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 11a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11a)  Peress li s-settur agrikolu u s-settur tal-foresti għandhom il-kapaċità unika li jorbtu l-emissjonijet ta' gass serra, iżda anqas potenzjal għal miżuri ta' tnaqqis, hemm bżonn li jkun hemm fehim aħjar tal-potenzjal ta' mitigazzjoni ta' azjendi agrikoli individwali u żoni magħżula tal-foresti fl-Unjoni, sabiex jissaħħu inċentivi possibbli għal bdiewa effiċjenti fir-rigward tal-klima u prattiki ta' ġestjoni aħjar tal-foresti, b'mod partikolari fil-livell tal-azjendi individwali jew iż-żona tal-foresta.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 11b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11b)  Hu importanti li tali miżuri għandhom jinċentivaw it-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra billi jippremjaw l-aħjar prattika, jgħinu lill-bdiewa jiżviluppaw u jintegraw miżuri speċifiċi għall-mitigazzjoni tal-klima u ġeneralment itejbu l-effiċjenza tal-produzzjoni. Il-politika tal-Iżvilupp Rurali (Pilastru II) talloka EUR 99,6 biljun għal firxa ta' attivitajiet li tinkludi l-promozzjoni tal-effiċjenza tar-riżorsi u l-appoġġ tal-bidla lejn ekonomija b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju u reżistenti għat-tibdil fil-klima fis-setturi tal-agrikoltura, tal-ikel u tal-forestrija. L-Istati Membri jenħtieġ li jinkoraġġixxu mġiba li tippromwovi t-tranżizzjoni lejn ekonomija b'livell baxx ta' karbonju.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  Ir-Regolament [ ] [dwar l-inklużjoni tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra u l-assorbimenti mill-użu tal-art, it-tibdil tal-użu tal-art u l-forestrija, fil-qafas tal-2030 dwar il-klima u l-enerġija] jistabbilixxi regoli ta' kontabbiltà fir-rigward tal-użu tal-art, tat-tibdil tal-użu tal-art u tal-forestrija (LULUCF). Filwaqt li r-riżultat ambjentali skont dan ir-Regolament f'termini tal-livelli tat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra huwa affettwat billi titqies kwantità ta' mhux aktar mis-somma tal-assorbimenti netti totali u l-emissjonijiet netti totali minn art deforestata, art forestali, raba' ġestita u bwar ġestiti kif iddefinit fir-Regolament [ ], għandha tiġi inkluża flessibbiltà għal kwantità massima ta' 280 miljun tunnellata ta' ekwivalenti għas-CO2 ta' dawn l-assorbimenti mqassma fost l-Istati Membri skont iċ-ċifri fl-Anness III, bħala possibbiltà addizzjonali fejn tenħtieġ, biex tgħin lill-Istati Membri jonoraw l-impenji tagħhom. Fejn jiġi adottat l-att delegat biex jiġu aġġornati l-livelli ta' referenza tal-foresti abbażi tal-pjanijiet kontabilistiċi nazzjonali tal-forestrija skont l-Artikolu 8 (6) tar-Regolament [LULUCF], is-setgħa tal-adozzjoni tal-atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi ddelegata lill-Unjoni fir-rigward tal-Artikolu 7 biex jirrifletti kontribuzzjoni tal-kategorija tal-kontabbiltà tal-art forestali ġestita fil-flessibbiltà prevista f'dak l-Artikolu. Qabel ma tadotta dan l-att delegat, il-Kummissjoni għandha tevalwa r-robustezza tal-kontabbiltà tal-art forestali ġestita abbażi tad-dejta disponibbli, u b'mod partikolari l-konsistenza tar-rati tal-ħsad ipproġettati u reali. Barra minn hekk, skont dan ir-Regolament għandha tkun permessa l-possibbiltà li jitħassru volontarjament l-unitajiet ta' allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet sabiex ikunu jistgħu jitqiesu dawn l-ammonti meta tiġi vvalutata l-konformità mar-rekwiżiti skont ir-Regolament [ ].

(12)  Ir-Regolament [ ] [dwar l-inklużjoni tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra u l-assorbimenti mill-użu tal-art, it-tibdil tal-użu tal-art u l-forestrija, fil-qafas tal-2030 dwar il-klima u l-enerġija] jistabbilixxi regoli ta' kontabbiltà fir-rigward tal-użu tal-art, tat-tibdil tal-użu tal-art u tal-forestrija (LULUCF). Filwaqt li r-riżultat ambjentali skont dan ir-Regolament f'termini tal-livelli tat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra huwa affettwat billi titqies kwantità ta' mhux aktar mis-somma tal-assorbimenti netti totali u l-emissjonijiet netti totali minn art deforestata, art forestali, foresta ġestita u raba' ġestita u bwar ġestiti kif iddefinit fir-Regolament [ ], għandha tiġi inkluża flessibbiltà għal kwantità massima ta' 425 miljun tunnellata ta' ekwivalenti għas-CO2 ta' dawn l-assorbimenti mqassma fost l-Istati Membri skont iċ-ċifri fl-Anness III, bħala possibbiltà addizzjonali fejn tenħtieġ, biex tgħin lill-Istati Membri jonoraw l-impenji tagħhom. Minħabba l-potenzjal limitat ta' mitigazzjoni li għandha bħala settur, jenħtieġ li l-agrikoltura tibbenefika l-ewwel u qabel kollox mill-assorbimenti netti mogħtija skont dan ir-Regolament, biex b'hekk ukoll issir distinzjoni ċara bejn emissjonijiet tal-gassijiet serra bioġeniċi "ekoloġiċi" mis-settur tal-LULUCF u tal-agrikoltura u dawk li jirriżultaw mill-ħruq tal-fjuwils fossili. Hu importanti li l-Kummissjoni tevalwa wkoll il-bidliet fis-sjieda tal-art bħala riżultat tad-dispożizzjonijiet tal-LULUCF biex jiġi żgurat li l-politiki dwar it-tibdil fl-użu tal-art ma jħeġġux ħtif tal-artijiet. Barra minn hekk, skont dan ir-Regolament għandha tkun permessa l-possibbiltà li jitħassru volontarjament l-unitajiet ta' allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet sabiex ikunu jistgħu jitqiesu dawn l-ammonti meta tiġi vvalutata l-konformità mar-rekwiżiti skont ir-Regolament [ ].

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 12a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12a)  Il-kisba b'mod reċiprokament koerenti, tal-objettivi multipli tal-Unjoni marbuta mas-settur agrikolu, inklużi l-mitigazzjoni u l-adattament tal-klima, il-kwalità tal-arja, il-konservazzjoni tal-bijodiversità u tas-servizzi tal-ekosistema, u l-appoġġ għall-ekonomiji rurali, se jirrikjedu tibdiliet fl-investiment u fl-inċentivi, bl-appoġġ ta' miżuri tal-Unjoni, bħall-PAK. Dan ir-Regolament, inklużi l-flessibilitajiet disponibbli, jenħtieġ li jipprovdi inċentiv għat-tnaqqis tal-emissjonijiet konsistenti ma' leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni dwar il-klima u l-enerġija għal setturi li huma koperti minn dan ir-Regolament, inkluż fil-qasam tal-effiċjenza enerġetika. Hu essenzjali li dan ir-Regolament jieħu kont tal-objettiv li jikkontribwixxi għall-objettivi tal-Istrateġija tal-Unjoni għall-Foresti biex jippromwovi provvista kompetittiva u sostenibbli ta' injam għall-bijoekonomija tal-Unjoni, il-politiki dwar il-foresti nazzjonali tal-Istati Membri, u l-Istrateġija tal-Unjoni dwar il-Bijoekonomija, u l-Istrateġija tal-Unjoni għal Ekonomija Ċirkolari.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  Sabiex jiġu żgurati r-rapportar u l-verifika effiċjenti, trasparenti u kosteffikaċi tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra u ta' informazzjoni oħra meħtieġa biex jiġi vvalutat il-progress fir-rigward tal-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet ta' Stat Membru, ir-rekwiżiti għar-rapportar u l-evalwazzjoni annwali skont dan ir-Regolament huma integrati mal-Artikoli rilevanti fir-Regolament (UE) Nru 525/2013 li għalhekk jeħtieġ li jiġu emendati skont dan. L-emenda ta' dan ir-Regolament għandu jiżgura wkoll li l-progress tal-Istati Membri fit-tnaqqis tal-emissjonijiet ikompli jiġi evalwat kull sena, filwaqt illi jitqies il-progress fil-politiki tal-Unjoni u fil-miżuri u l-informazzjoni mill-Istati Membri. Kull sentejn, l-evalwazzjoni għandha tinkludi l-progress ipproġettat tal-Unjoni lejn l-onorar tal-impenji ta' tnaqqis tiegħu u tal-Istati Membri lejn it-twettiq tal-obbligi tagħhom. Madankollu, l-applikazzjoni ta' tnaqqis għandu jiġi kkunsidrat biss f'intervalli ta' ħames snin, biex ikun jista' jitqies il-kontribut potenzjali minn art deforestata, minn art forestali, minn raba' ġestita u minn bwar ġestiti, li jseħħ skont ir-Regolament [ ]. Dan huwa mingħajr preġudizzju għad-dmir tal-Kummissjoni li tiżgura l-konformità mal-obbligi tal-Istati Membri li jirriżultaw minn dan ir-Regolament, jew għas-setgħa tal-Kummissjoni li tiftaħ proċedimenti ta' ksur għal dan l-għan.

(13)  Sabiex jiġu żgurati r-rapportar u l-verifika effiċjenti, trasparenti u kosteffikaċi tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra u ta' informazzjoni oħra meħtieġa biex jiġi vvalutat il-progress fir-rigward tal-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet ta' Stat Membru, ir-rekwiżiti għar-rapportar u l-evalwazzjoni annwali skont dan ir-Regolament huma integrati mal-Artikoli rilevanti fir-Regolament (UE) Nru 525/2013 li għalhekk jeħtieġ li jiġu emendati skont dan. L-emenda ta' dan ir-Regolament għandu jiżgura wkoll li l-progress tal-Istati Membri fit-tnaqqis tal-emissjonijiet ikompli jiġi evalwat kull sena, filwaqt illi jitqies il-progress fil-politiki tal-Unjoni u fil-miżuri u l-informazzjoni mill-Istati Membri. Kull sentejn, l-evalwazzjoni għandha tinkludi l-progress ipproġettat tal-Unjoni lejn l-onorar tal-impenji ta' tnaqqis tiegħu u tal-Istati Membri lejn it-twettiq tal-obbligi tagħhom. Madankollu, l-applikazzjoni ta' tnaqqis għandu jiġi kkunsidrat biss f'intervalli ta' ħames snin, biex ikun jista' jitqies il-kontribut potenzjali minn art deforestata, minn art forestali, minn art forestali ġestita, minn raba' ġestita u minn bwar ġestiti, li jseħħ skont ir-Regolament [ ]. Dan huwa mingħajr preġudizzju għad-dmir tal-Kummissjoni li tiżgura l-konformità mal-obbligi tal-Istati Membri li jirriżultaw minn dan ir-Regolament, jew għas-setgħa tal-Kummissjoni li tiftaħ proċedimenti ta' ksur għal dan l-għan.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20)  Dan ir-Regolament għandu jiġi rivedut mill-2024 u kull ħames snin wara dan, sabiex jiġi valutat il-funzjonament globali tiegħu. L-analiżi għandha tqis iċ-ċirkostanzi nazzjonali li jkunu qegħdin jevolvu u tkun infurmata mir-riżultati tal-analiżi globali tal-Ftehim ta' Pariġi.

(20)  Dan ir-Regolament għandu jiġi rivedut mill-2024 u kull ħames snin wara dan, sabiex jiġi valutat il-funzjonament globali tiegħu u l-konformità tal-Istati Membri mar-rekwiżiti. Jenħtieġ li l-analiżi tgħin tiżgura li l-Istati Membri jkunu qegħdin fit-triq biex jilħqu l-għanijiet fuq il-perjodu twil tagħhom għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra u għandha tkun imsejsa fuq rapport ta' tħejjija mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, b'kunsiderazzjoni tal-għan tal-Unjoni li tnaqqas l-emissjonijiet tal-gass serra mifruxa mal-ekonomija kollha bi 80-95 % sal-2050 meta mqabbla mal-livelli tal-1990 u l-għan tal-Ftehim ta' Pariġi li tikseb zero emissjonijiet netti fit-tieni nofs ta' dan is-seklu b'mod li ma jipperikolax il-produzzjoni tal-ikel u l-importanza li jiġu studjati l-aħjar mezzi biex jiġi ottimizzat il-kontribut ta' dan is-settur għall-mitigazzjoni u s-sekwestru tal-gassijiet serra, b'mod partikolari permezz ta' attivitajiet tal-LULUCF. Il-Kummissjoni u l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għandhom iqisu wkoll iċ-ċirkostanzi nazzjonali li jkunu qegħdin jevolvu u tkun infurmata mir-riżultati tal-analiżi globali tal-Ftehim ta' Pariġi u l-għan tal-ksib ta' żero emissjonijiet netti fit-tieni nofs ta' dan is-seklu b'mod li ma jipperikolax il-produzzjoni tal-ikel u skont il-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-23 u l-24 ta' Ottubru 2014, li rrikonoxxew l-potenzjal ta' mitigazzjoni limitata tal-agrikultura u n-natura multifunzjonali tagħha.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Dan ir-Regolament japplika għall-emissjonijiet ta' gassijiet serra minn kategoriji ta' sorsi tal-IPCC tal-enerġija, il-proċessi industrijali u l-użu tal-prodott, l-agrikoltura u l-iskart kif iddeterminati skont ir-Regolament (UE) Nru 525/2013, minbarra l-emissjonijiet mill-attivitajiet elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE.

1.  Dan ir-Regolament japplika għall-emissjonijiet ta' gassijiet serra minn kategoriji ta' sorsi tal-IPCC tal-enerġija, il-proċessi industrijali u l-użu tal-prodott, l-agrikoltura u l-iskart kif iddeterminati skont ir-Regolament (UE) Nru 525/2013, minbarra l-emissjonijiet mill-attivitajiet elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE. Il-fattur ta' emissjonijiet żero għall-bijomassa jiġi applikat biss għall-bijoenerġija mill-iskart u mir-residwi.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Artikolu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 4a

L-għanijiet fit-tul għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra

Il-Kummissjoni għandha, sal-2026, biex tivvaluta l-progress lejn l-għanijiet fit-tul tal-Unjoni għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra u l-kapaċità tal-Istati Membri li jilħqu l-impenji individwali tagħhom, billi jitqiesu r-riżultati tal-ewwel rendikont globali tal-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Pariġi fl-2023. Il-Kummissjoni għandha tuża l-informazzjoni li tirriżulta minn dik il-valutazzjoni biex tiżgura li l-Istati Membri jkunu fit-triq tat-tnaqqis tal-emissjonijiet għal 80 % taħt il-livelli tal-1990 sal-2050, billi jitqiesu dawk l-objettivi internazzjonali.

Emenda    15

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3a.  Sabiex tittejjeb l-integrità ambjentali filwaqt li jissaħħu l-flessibbiltajiet u fl-istess ħin jiġi indirizzat il-potenzjal limitat ta' mitigazzjoni fl-agrikoltura, l-aċċess għall-flessibbiltà l-ġdida stabbilit f'dan ir-Regolament għandu jkun soġġett għall-impenn tal-Istati Membri kkonċernati li jimpenjaw ruħhom għal miżuri ta' mitigazzjoni f'setturi oħra fejn fil-passat ikunu nkisbu riżultati mhux suffiċjenti. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 12 sabiex tissupplementa dan ir-Regolament billi tistabbilixxi lista ta' tali miżuri u setturi qabel l-2020.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 3b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3b.  L-aċċess għall-flessibbiltà stabbilita f'dan l-Artikolu u fl-Anness II għandu jingħata bil-kundizzjoni li l-Istati Membri kkonċernati jimpenjaw ruħhom li jieħdu miżuri f'setturi oħra fejn fil-passat ikunu nkisbu riżultati insuffiċjenti. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 12 biex tissupplementa dan ir-Regolament billi tistabbilixxi lista ta' tali miżuri u setturi sal-31 ta' Diċembru 2019.

Emenda    17

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-użu addizzjonali ta' mhux aktar minn 280 miljun assorbiment nett minn art deforestata, art afforestata, raba' ġestita u bwar ġestiti

L-użu addizzjonali ta' mhux aktar minn 425 miljun assorbiment nett minn art deforestata, art afforestata, art ?afforestata? ġestita, raba' ġestita u bwar ġestiti

Emenda    18

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Sal-punt li emissjonijiet ta' Stat Membru jaqbżu l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet tiegħu għal sena partikolari, kwantità ta' mhux aktar mis-somma ta' assorbimenti netti totali u l-emissjonijiet netti totali mill-kategoriji kombinati tal-kontabbiltà ta' art deforestata, art forestali, raba' ġestita u bwar ġestiti msemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament [ ] [LULUCF] tista' titqies għall-konformità tiegħu skont l-Artikolu 9 ta' dan ir-Regolament għal dik is-sena, sakemm:

1.  Sal-punt li emissjonijiet ta' Stat Membru jaqbżu l-allokazzjonijiet annwali tal-emissjonijiet tiegħu għal sena partikolari flimkien ma' kwalunkwe allokazzjoni tal-emissjonijiet imfaddla skont l-Artikolu 5(3), kwantità ta' mhux aktar mis-somma ta' assorbimenti netti totali u l-emissjonijiet netti totali mill-kategoriji kombinati tal-kontabbiltà ta' art deforestata, art forestali, art ?afforestata? ġestita, raba' ġestita u bwar ġestiti msemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament [ ] [LULUCF] tista' titqies għall-konformità tiegħu skont l-Artikolu 9 ta' dan ir-Regolament għal dik is-sena, sakemm:

Emenda    19

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Fejn ikun adottat l-att delegat biex jiġu aġġornati l-livelli ta' referenza tal-foresti abbażi tal-pjanijiet kontabilistiċi nazzjonali tal-forestrija skont l-Artikolu 8(6) tar-Regolament [LULUCF], il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta att delegat biex temenda l-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu biex ikun jirrifletti kontribut tal-kategorija kontabilistika art forestali ġestita bi qbil mal-Artikolu 12 ta' dan ir-Regolament.

imħassar

Emenda    20

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  azzjonijiet li l-Istat Membru għandu jimplimenta sabiex iwettaq l-obbligi speċifiċi tiegħu skont l-Artikolu 4, permezz ta' politiki u miżuri domestiċi u l-implimentazzjoni tal-azzjoni tal-Unjoni;

(a)  azzjonijiet li l-Istat Membru għandu jimplimenta sabiex iwettaq l-obbligi speċifiċi tiegħu skont l-Artikolu 4, li jirrispettaw il-potenzjal ta' mitigazzjoni aktar baxxa tas-sikurezza tal-agrikultura u l-ikel, permezz ta' politiki u miżuri domestiċi u l-implimentazzjoni tal-azzjoni tal-Unjoni;

Emenda    21

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Fl-2027 u fl-2032, jekk l-emissjonijiet ta' gassijiet serra riveduti ta' Stat Membru jaqbżu l-allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet tiegħu għal kwalunkwe sena speċifika tal-perjodu, skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu u l-flessibbiltajiet użati skont l-Artikoli 5 sa 7, għandhom japplikaw il-miżuri li ġejjin:

1.  Jekk Stat Membru jaqbeż l-allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet tiegħu għal kwalunkwe sena speċifika tal-perjodu, skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu u l-flessibbiltajiet użati skont l-Artikoli 5 sa 7, għandhom japplikaw il-miżuri li ġejjin:

Emenda    22

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  l-Istat Membru għandu jkun temporanjament ipprojbit milli jittrasferixxi ebda parti mill-allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet tiegħu lil Stat Membru ieħor sakemm jiġi konformi ma' dan ir-Regolament. L-Amministratur Ċentrali għandu jimplimenta din il-projbizzjoni fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 11.

(b)  l-Istat Membru għandu jkun ipprojbit milli jittrasferixxi ebda parti mill-allokazzjoni annwali tal-emissjonijiet tiegħu lil Stat Membru ieħor sakemm jiġi konformi ma' dan ir-Regolament. L-Amministratur Ċentrali għandu jimplimenta din il-projbizzjoni fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 11.

Emenda    23

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Is-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikoli 7(2) u 11 ta' dan ir-Regolament għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien mhux determinat mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

2.  Is-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikoli 6(3a) u (3b) u fl-Artikolu 11 ta' dan ir-Regolament għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien mhux determinat mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Emenda    24

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Id-delega tas-setgħat msemmija fl-Artikoli 7(2) u 11 jistgħu' jiġu revokati fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Din ma għandhiex taffettwa l-validità ta' atti delegati diġà fis-seħħ.

3.  Id-delega tas-setgħat msemmija fl-Artikolu 6(3a) u (3b) u fl-Artikolu 11 tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Din ma għandhiex taffettwa l-validità ta' atti delegati diġà fis-seħħ.

Emenda    25

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Att delegat li jkun ġie adottat skont l-Artikoli 7(2) u 11 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu esprimew xi oġġezzjoni f'perjodu ta' xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn li huma infurmaw lill-Kummissjoni li ma għandhomx oġġezzjonijiet. Dak il-perjodu jiġi estiż b'xahrejn b'inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

6.  Att delegat li jkun ġie adottat skont l-Artikoli 6(3a) u (3b), l-Artikolu 11 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu esprimew xi oġġezzjoni f'perjodu ta' xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn li huma infurmaw lill-Kummissjoni li ma għandhomx oġġezzjonijiet. Dak il-perjodu jiġi estiż b'xahrejn b'inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Emenda    26

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sat-28 ta' Frar 2024 u kull ħames snin wara dan dwar l-operat ta' dan ir-Regolament, il-kontribut tiegħu għall-mira globali tal-UE tal-2030 ta' tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra u l-kontribut tiegħu għall-għanijiet tal-Ftehim ta' Pariġi, u tista' tagħmel proposti leġiżlattivi jekk ikun neċessarju.

Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sat-28ta' Frar2024 wara l-ewwel rendikont globali tal-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Pariġi fl-2023 u rendikonti globali sussegwenti u kull ħames snin wara dan dwar l-operat ta' dan ir-Regolament, il-konsistenza tiegħu ma' atti leġiżlattivi oħrajn, il-kontribut tiegħu għall-mira globali tal-UE tal-2030 ta' tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra u l-kontribut tiegħu għall-għanijiet tal-Ftehim ta' Pariġi, u tista' tagħmel proposti jekk ikun neċessarju. Dak ir-rapport għandu jinkludi l-progress li sar fl-ingranaġġ u fis-sostenn tal-finanzjament privat f'appoġġ għat-tranżizzjoni fit-tul għal ekonomija b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju. Għandu jkun akkumpanjat minn valutazzjoni tal-kosteffikaċja u minn valutazzjoni tal-impatt tal-attivitajiet ta' mitigazzjoni fuq l-objettivi ambjentali u ta' bijodiversità tal-Unjoni. Għandu jinkludi valutazzjoni ta' allokazzjoni għall-Istat Membru ta' miri ta' tnaqqis ta' emissjonijiet fuq il-bażi ta' strateġiji effettivi fil-konfront tal-ispejjeż u innovattivi ta' tnaqqis tal-emissjonijiet pjuttost milli l-PDG per capita. Jekk ikun xieraq, il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposti leġiżlattivi għal impenji dwar it-tnaqqis fl-emissjonijiet għall-perjodu wara l-2030.

Emenda    27

Proposta għal regolament

Anness III – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-ASSORBIMENTI NETTI TOTALI MINN ARTIJIET DEFORESTATI, ARTIJIET AFFORESTATI, RABA' ĠESTITA U BUR ĠESTIT LI L-ISTATI MEMBRI JISTGĦU JQISU GĦALL-KONFORMITÀ GĦALL-PERJODU 2021–2030 SKONT L-ARTIKOLU 7

L-ASSORBIMENTI NETTI TOTALI MINN ARTIJIET DEFORESTATI, ARTIJIET AFFORESTATI, RABA' ĠESTITA, ART FORESTALI ĠESTITA, U BUR ĠESTIT LI L-ISTATI MEMBRI JISTGĦU JQISU GĦALL-KONFORMITÀ GĦALL-PERJODU2021–2030 SKONT L-ARTIKOLU 7

Emenda    28

Proposta għal regolament

Anness III – tabella

L-ammont massimu espress f'miljuni ta' tunnellati ta' ekwivalenza għal CO2

Il-Belġju

3,8

Il-Bulgarija

4,1

Ir-Repubblika Ċeka

2,6

Id-Danimarka

14,6

Il-Ġermanja

22,3

L-Estonja

0,9

L-Irlanda

26,8

Il-Greċja

6,7

Spanja

29,1

Franza

58,2

Il-Kroazja

0,9

L-Italja

11,5

Ċipru

0,6

Il-Latvja

3,1

Il-Litwanja

6,5

Il-Lussemburgu

0,25

L-Ungerija

2,1

Malta

0,03

In-Netherlands

13,4

L-Awstrija

2,5

Il-Polonja

21,7

Il-Portugall

5,2

Ir-Rumanija

13,2

Is-Slovenja

1,3

Is-Slovakkja

1,2

Il-Finlandja

4,5

L-Iżvezja

4,9

Ir-Renju Unit

17,8

Total massimu:

280

Emenda

Anness III

L-ASSORBIMENTI NETTI TOTALI MINN ARTIJIET DEFORESTATI, ARTIJIET AFFORESTATI, ĠESTJONI FORESTALI, RABA' ĠESTITA U BUR ĠESTIT LI L-ISTATI MEMBRI JISTGĦU JQISU GĦALL-KONFORMITÀ GĦALL-PERJODU 2021–2030 SKONT L-ARTIKOLU 7

L-ammont massimu espress f'miljuni ta' tunnellati ta' ekwivalenza għal CO2

Il-Belġju

5,7

Il-Bulgarija

6,2

Ir-Repubblika Ċeka

4,0

Id-Danimarka

22,2

Il-Ġermanja

33,9

L-Estonja

1,3

L-Irlanda

40,7

Il-Greċja

10,2

Spanja

44,2

Franza

88,4

Il-Kroazja

1,4

L-Italja

17,4

Ċipru

0,9

Il-Latvja

4,8

Il-Litwanja

9,9

Il-Lussemburgu

0,4

L-Ungerija

3,2

Malta

0,3

In-Netherlands

20,0

L-Awstrija

3,8

Il-Polonja

33,0

Il-Portugall

7,9

Ir-Rumanija

20,0

Is-Slovenja

1,9

Is-Slovakkja

1,9

Il-Finlandja

6,9

L-Iżvezja

7,5

Ir-Renju Unit

27,0

Total massimu:

425

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Tnaqqis annwali vinkolanti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-Istati Membri mill-2021 sal-2030 għal Unjoni tal-Enerġija reżiljenti u biex jiġu onorati l-impenji li saru fil-Ftehim ta’ Pariġi, u emenda tar-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar mekkaniżmu għall-monitoraġġ u r-rapportar ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra u għar-rapportar ta’ informazzjoni oħra relatata mat-tibdil fil-klima

Referenzi

COM(2016)0482 – C8-0331/2016 – 2016/0231(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

12.9.2016

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AGRI

12.9.2016

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Nicola Caputo

30.8.2016

Eżami fil-kumitat

5.12.2016

Data tal-adozzjoni

3.5.2017

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

35

7

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Clara Eugenia Aguilera García, Eric Andrieu, Richard Ashworth, José Bové, Daniel Buda, Nicola Caputo, Viorica Dăncilă, Michel Dantin, Paolo De Castro, Jean-Paul Denanot, Albert Deß, Diane Dodds, Jørn Dohrmann, Herbert Dorfmann, Norbert Erdős, Edouard Ferrand, Luke Ming Flanagan, Beata Gosiewska, Martin Häusling, Anja Hazekamp, Esther Herranz García, Jan Huitema, Peter Jahr, Ivan Jakovčić, Jarosław Kalinowski, Elisabeth Köstinger, Zbigniew Kuźmiuk, Philippe Loiseau, Mairead McGuinness, Nuno Melo, Ulrike Müller, James Nicholson, Maria Noichl, Marijana Petir, Laurenţiu Rebega, Jens Rohde, Bronis Ropė, Maria Lidia Senra Rodríguez, Ricardo Serrão Santos, Czesław Adam Siekierski, Tibor Szanyi, Marc Tarabella

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Stefan Eck

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

James Carver

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

35

+

ALDE

Jan Huitema, Ivan Jakovčić, Ulrike Müller, Jens Rohde

ECR

Richard Ashworth, Jørn Dohrmann, Beata Gosiewska, Zbigniew Kuźmiuk, James Nicholson

ENF

Laurenţiu Rebega

Luke Ming Flanagan

NI

Diane Dodds

Daniel Buda, Michel Dantin, Albert Deß, Herbert Dorfmann, Norbert Erdős, Esther Herranz García, Peter Jahr, Jarosław Kalinowski, Elisabeth Köstinger, Mairead McGuinness, Nuno Melo, Marijana Petir, Czesław Adam Siekierski

S&D

Clara Eugenia Aguilera García, Eric Andrieu, Nicola Caputo, Paolo De Castro, Jean-Paul Denanot, Viorica Dăncilă, Maria Noichl, Ricardo Serrão Santos, Tibor Szanyi, Marc Tarabella

7

-

EFDD

James Carver

GUE/NGL

Stefan Eck, Anja Hazekamp, Maria Lidia Senra Rodríguez

Verts/ALE

José Bové, Martin Häusling, Bronis Ropė

2

0

ENF

Edouard Ferrand, Philippe Loiseau

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Tnaqqis annwali vinkolanti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra mill-Istati Membri mill-2021 sal-2030 għal Unjoni tal-Enerġija reżiljenti u biex jiġu onorati l-impenji li saru fil-Ftehim ta’ Pariġi, u emenda tar-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar mekkaniżmu għall-monitoraġġ u r-rapportar ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra u għar-rapportar ta’ informazzjoni oħra relatata mat-tibdil fil-klima

Referenzi

COM(2016)0482 – C8-0331/2016 – 2016/0231(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

20.7.2016

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

12.9.2016

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

DEVE

12.9.2016

ITRE

12.9.2016

TRAN

12.9.2016

REGI

12.9.2016

AGRI

12.9.2016

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

DEVE

7.9.2016

REGI

8.9.2016

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Gerben-Jan Gerbrandy

19.9.2016

Eżami fil-kumitat

24.1.2017

27.2.2017

Data tal-adozzjoni

30.5.2017

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

42

4

20

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marco Affronte, Margrete Auken, Pilar Ayuso, Zoltán Balczó, Catherine Bearder, Ivo Belet, Simona Bonafè, Biljana Borzan, Paul Brannen, Nessa Childers, Birgit Collin-Langen, Mireille D’Ornano, Miriam Dalli, Seb Dance, Angélique Delahaye, Mark Demesmaeker, Stefan Eck, Bas Eickhout, José Inácio Faria, Karl-Heinz Florenz, Francesc Gambús, Elisabetta Gardini, Gerben-Jan Gerbrandy, Arne Gericke, Jens Gieseke, Julie Girling, Françoise Grossetête, Andrzej Grzyb, Jytte Guteland, Anneli Jäätteenmäki, Benedek Jávor, Josu Juaristi Abaunz, Karin Kadenbach, Kateřina Konečná, Urszula Krupa, Giovanni La Via, Jo Leinen, Peter Liese, Norbert Lins, Valentinas Mazuronis, Susanne Melior, Miroslav Mikolášik, Massimo Paolucci, Gilles Pargneaux, Pavel Poc, Frédérique Ries, Daciana Octavia Sârbu, Annie Schreijer-Pierik, Davor Škrlec, Renate Sommer, Claudiu Ciprian Tănăsescu, Ivica Tolić, Estefanía Torres Martínez, Nils Torvalds, Adina-Ioana Vălean, Jadwiga Wiśniewska, Damiano Zoffoli

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Jørn Dohrmann, Eleonora Evi, Robert Jarosław Iwaszkiewicz, Merja Kyllönen, Stefano Maullu, James Nicholson, Christel Schaldemose

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Pál Csáky, Siôn Simon

Data tat-tressiq

6.6.2017

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

42

+

ALDE

Catherine Bearder, Gerben-Jan Gerbrandy, Anneli Jäätteenmäki, Valentinas Mazuronis, Frédérique Ries, Nils Torvalds

ECR

Mark Demesmaeker, Jørn Dohrmann*, Arne Gericke, Julie Girling, James Nicholson

EFDD

Eleonora Evi

GUE/NGL

Stefan Eck, Josu Juaristi Abaunz, Kateřina Konečná, Merja Kyllönen, Estefanía Torres Martínez

NI

Zoltán Balczó

PPE

Karl-Heinz Florenz

S&D

Simona Bonafè, Biljana Borzan, Paul Brannen, Nessa Childers, Miriam Dalli, Seb Dance, Jytte Guteland, Karin Kadenbach, Jo Leinen, Susanne Melior, Massimo Paolucci, Gilles Pargneaux, Pavel Poc, Christel Schaldemose, Siôn Simon, Daciana Octavia Sârbu, Claudiu Ciprian Tănăsescu, Damiano Zoffoli

Verts/ALE

Marco Affronte, Margrete Auken, Bas Eickhout, Benedek Jávor, Davor Škrlec

4

-

ECR

Urszula Krupa, Jadwiga Wiśniewska

ENF

Mireille D’Ornano

EFDD

Robert Jarosław Iwaszkiewicz

20

0

PPE

Pilar Ayuso, Ivo Belet, Birgit Collin-Langen, Pál Csáky, Angélique Delahaye, José Inácio Faria, Francesc Gambús, Elisabetta Gardini, Jens Gieseke, Françoise Grossetête, Andrzej Grzyb, Giovanni La Via, Peter Liese, Norbert Lins, Stefano Maullu, Miroslav Mikolášik, Annie Schreijer-Pierik, Renate Sommer, Ivica Tolić, Adina-Ioana Vălean

* Correction of vote: Jørn Dohrmann had intended to abstain

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni