Proċedura : 2016/2035(INI)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0221/2017

Testi mressqa :

A8-0221/2017

Dibattiti :

PV 03/07/2017 - 27
CRE 03/07/2017 - 27

Votazzjonijiet :

PV 04/07/2017 - 6.6
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2017)0280

RAPPORT     
PDF 800kWORD 75k
15.6.2017
PE 597.467v02-00 A8-0221/2017

dwar ir-rwol tat-turiżmu relatat mas-sajd fid-diversifikazzjoni tas-sajd

(2016/2035(INI))

Kumitat għas-Sajd

Rapporteur: Renata Briano

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 OPINJONI tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu
 INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar ir-rwol tat-turiżmu relatat mas-sajd fid-diversifikazzjoni tas-sajd

(2016/2035(INI))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE(1),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 508/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2328/2003, (KE) Nru 861/2006, (KE) Nru 1198/2006 u (KE) Nru 791/2007 (UE) u r-Regolament (UE) Nru 1255/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(2),

–  wara li kkunsidra d-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2000 li tistabbilixxi Qafas għal Azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-Politika tal-Ilma (Direttiva Qafas dwar l-Ilma)(3),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu, tat-22 ta' Novembru 2012, dwar is-sajd kostali fuq skala żgħira, is-sajd artiġjanali u r-riforma tal-Politika Komuni tas-Sajd(4),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-2 ta' Lulju 2013 dwar Tkabbir Blu: It-tisħiħ tat-tkabbir sostenibbli fis-setturi tal-baħar, tat-trasport marittimu u tat-turiżmu fl-UE(5),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta' Mejju 2014 intitolata "L-innovazzjoni fl-Ekonomija Blu: inwettqu l-potenzjal tal-ibħra u l-oċeani tagħna għall-impjiegi u t-tkabbir" (COM(2014)0254),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tat-30 ta' Ġunju 2010 bit-titolu "L-Ewropa, l-ewwel destinazzjoni turistika fid-dinja – qafas politiku ġdid għat-turiżmu Ewropew" (COM(2010)0352),

–  wara li kkunsidra l-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità sal-2020 u b'mod partikolari l-Mira 4 "Biex is-sajd isir aktar sostenibbli u l-ibħra aktar b'saħħithom", li fiha l-UE timpenja ruħha li, fost affarijiet oħra, telimina impatti ħżiena fuq l-istokkijiet tal-ħut, speċijiet, ħabitats u ekosistemi, inkluż billi jkunu pprovduti inċentivi finanzjarji permezz ta' strumenti finanzjari futuri għas-sajd u l-politika marittima għaż-żoni marittimi protetti (inklużi ż-żoni ta' Natura 2000 u dawk stabbiliti permezz ta' ftehimiet internazzjonali jew reġjonali). Dan jista' jinkludi r-restawr tal-ekosistemi tal-baħar, l-adattament tal-attivitajiet ta' sajd u l-promozzjoni tal-involviment tas-settur f'attivitajiet alternattivi, bħal pereżempju l-ekoturiżmu, il-monitoraġġ u l-ġestjoni tal-bijodiversità marittima u l-ġlieda kontra l-iskart fil-baħar,

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta' Marzu 2010 bl-isem "Ewropa 2020: Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv" (COM(2010)2020),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta' Settembru 2012 bit-titolu "Tkabbir Blu – opportunitajiet għal tkabbir sostenibbli fis-settur tal-baħar u dak marittimu" (COM(2012)0494),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Frar 2014 bit-titolu "Strateġija Ewropea għal aktar Tkabbir Ekonomiku u Impjiegi fit-Turiżmu Marittimu u Kostali" (COM(2014)0086),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0221/2017),

A.  billi s-settur tas-sajd tradizzjonali kompla jiddeterjora;

B.  billi d-diversifikazzjoni saret bżonn għal ħafna sajjieda li jaħdmu fuq skala żgħira sabiex jipprovdu sorsi addizzjonali ta' dħul, peress li d-dħul huwa ta' spiss mhux adegwat;

C.  billi meta wieħed jitkellem dwar id-diversifikazzjoni fis-settur tas-sajd, jeħtieġ li jittieħed inkunsiderazzjoni l-fatt li l-biċċa l-kbira tas-settur tas-sajd tiddependi kważi kompletament fuq il-forom tradizzjonali ta' sajd;

D.  billi l-maġġoranza tar-reġjuni kostali u l-gżejjer qed isofru minn tnaqqis ekonomiku gravi, li jirriżulta f'depopolazzjoni billi l-abitanti tagħhom jitilqu lejn żoni b'aktar opportunitajiet ta' impjieg u ta' edukazzjoni;

E.  billi filwaqt li xi reġjuni kostali tas-sajd jinsabu qrib destinazzjonijiet turistiċi, huma mhux qed jirnexxilhom jiksbu tkabbir ekonomiku adegwat, anke jekk is-sajd u t-turiżmu huma kompatibbli;

F.  billi t-turiżmu relatat mas-sajd jista' jikkontribwixxi għall-ħolqien ta' impjiegi, jippromwovi l-inklużjoni soċjali, itejjeb il-kwalità tal-ħajja u jirrivitalizza l-komunitajiet li jiddependu fuq is-sajd, b'mod partikolari fiż-żoni li fihom l-attivitajiet ekonomiċi l-oħra huma skarsi; billi dan il-potenzjal ivarja ħafna, kemm f'termini reġjonali kif ukoll skont it-tip ta' bastiment tas-sajd involut u daqsijiet differenti;

G.  billi t-turiżmu relatat mas-sajd jista' jikkontribwixxi biex inaqqas l-impatt fuq l-istokkijiet tal-ħut u fuq l-ambjent, kif ukoll biex jiżdiedu l-għarfien u s-sensibilizzazzjoni dwar il-bżonn ta' ħarsien ambjentali u konservazzjoni kulturali; billi, b'mod partikolari, it-tours relatati mas-sajd u s-servizzi tat-turiżmu offruti mis-sajjieda fuq l-art jistgħu, f'ħafna reġjuni Ewropej, ikunu mezz ġenwin li jissupplimenta l-attività ewlenija u jiddiversifika minnha;

H.  billi l-attivitajiet tat-turiżmu relatati mas-sajd jistgħu jikkontribwixxu biex iżidu l-viżibbiltà tas-sajjieda u jgħinu biex in-nies japprezzaw u jifhmu l-qasam kumpless tal-attività tagħhom.; billi t-tours tas-sajd u attivitajiet tas-sajd relatati mat-turiżmu (servizzi tat-turisti offruti mis-sajjieda fuq l-art, sajd rikreattiv, eċċ) ftit hemm għarfien dwarhom mill-pubbliku inġenerali, u hemm bżonn li tiżdied is-sensibilizzazzjoni tal-konsumaturi dwar l-importanza li wieħed jikkonsma prodotti tal-ħut lokali li ġejjin minn katina tal-provvista qasira;

I.  billi t-turiżmu relatat mas-sajd jista' jkun opportunità biex jattira t-turisti billi tiġi pprovduta offerta wiesgħa li tinkludi l-prodotti lokali sal-forom ta' impriżi favur l-ambjent;

J.  billi l-gastronomija tradizzjonali assoċjata ma' prodotti tas-sajd u l-preservazzjoni tradizzjonali u l-industriji tal-ipproċessar tista' tirrappreżenta vantaġġ ewlieni għat-turiżmu li qed jiġi żviluppat madwar l-industrija tas-sajd;

K.  billi s-sajd bil-qasba joffri diversi benefiċċji soċjali, u għandu impatt favorevoli fuq is-saħħa u l-benessri tal-bniedem;

L.  billi l-qligħ soċjoekonomiku li jirriżulta mit-turiżmu relatat mas-sajd huwa ta' natura staġjonali qawwija, billi jsir prinċipalment fix-xhur tas-sajf; billi l-benefiċċji li jistgħu jinkisbu minn lealtà akbar tal-konsumaturi, suġġett li huwa ferm ikkwotat, jistgħu jitwettqu matul is-sena;

M.  billi l-2018 se tkun is-Sena Ewropea tal-Wirt Kulturali, li għandha l-għan li tqajjem kuxjenza fost iċ-ċittadini dwar l-istorja Ewropea u tisħqilhom li l-valuri tal-wirt kulturali tagħha huma riżorsa kondiviża; billi forom ta' sajd tradizzjonali jiffurmaw parti mill-wirt kulturali għani tal-Ewropa u jikkontribwixxu għall-identità tal-komunitajiet lokali, mhux l-anqas f'termini ta' kif għen fit-tiswir ta' togħmiet, ikel, tradizzjonijiet, storja u pajsaġġi; billi dan l-aspett huwa msaħħaħ bil-kbir permezz ta' kuntatti ma' turisti;

N.  billi l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (FEMS) jagħti appoġġ lill-investimenti li jikkontribwixxu għad-diversifikazzjoni tad-dħul tas-sajjieda permezz tal-iżvilupp tal-attivitajiet komplementari, inkluż l-investiment għall-apparat tas-sikurezza abbord, it-tours tas-sajd, is-servizzi tat-turiżmu bbażat fuq il-kosta, il-forniment tal-ikel, is-servizzi pprovduti għas-sajd rikreattiv u sportiv, u l-attivitajiet edukattivi relatati mas-sajd;

O.  billi ma teżisti ebda definizzjoni komuni u lanqas bażi ġuridika għat-turiżmu relatat mas-sajd; billi, pereżempju, it-turiżmu ta' dan it-tip huwa meqjus fl-Italja bħala attività professjonali, iżda fi Franza huwa kklassifikat bħala attività okkażjonali; billi, skont l-istatus ġuridiku tiegħu jista' jkun hemm differenzi sinifikanti f'dak li għandu x'jaqsam mal-iskemi fiskali, proċeduri għall-għoti ta' liċenzji, rekwiżiti għall-kwalifiki, apparat ta' sikurezza, eċċ.;

P.  billi d-Direttiva Qafas dwar l-Ilma tal-UE u d-Direttiva Qafas dwar l-Istrateġija Marina jirrikjedu li l-Istati Membri jiżguraw status tajjeb tal-ilmijiet tal-kosta u tal-baħar; billi d-Direttiva dwar il-Ħabitats titlob lill-Istati Membri biex jidentifikaw u jmantnu ħabitats tal-baħar u kostali permezz tal-istabbiliment u l-ġestjoni ta' siti ta' Natura 2000;

Q.  billi f'ħafna żoni protetti tal-baħar (MPAs) u s-siti tal-baħar u dawk kostali tan-Natura 2000 is-settur tat-turiżmu huwa partikolarment importanti; billi hemm ħafna eżempji pożittivi ta' ġestjoni konġunta u sħubijiet bejn il-korpi ta' ġestjoni taż-Żoni Protetti tal-Baħar u sajjieda fuq skala żgħira għall-promozzjoni tat-turiżmu tas-sajd u mezzi oħra ta' espożizzjoni ta' sajd tradizzjonali għal skopijiet turistiċi u kulturali;

R.  billi fl-Ewropa u 'l barra minnha hemm skarsezza, nuqqas ta' konsistenza u nuqqas ta' komparabbiltà tad-data li tirrigwarda t-turiżmu relatat mas-sajd;

S.  billi, fil-qafas tal-istrateġija "Tkabbir Blu" tal-2012, l-UE identifikat it-turiżmu tal-kosta u dak marittimu bħala settur ewlieni għall-iżvilupp ta' ekonomija sostenibbli bbażata fuq is-solidarjetà;

T.  billi fl-2010, fil-kuntest tal-komunikazzjoni "L-Ewropa, l-ewwel destinazzjoni turistika fid-dinja – qafas politiku ġdid għat-turiżmu Ewropew", il-Kummissjoni esprimiet il-bżonn li tiżviluppa strateġija għat-turiżmu tal-kosta u marittimu sostenibbli;

U.  billi fl-2012 il-Kummissjoni Ewropea nediet konsultazzjoni pubblika dwar l-isfidi u l-opportunitajiet għat-turiżmu tal-kosta u dak marittimu fl-Ewropa, u wara dan, fl-20 ta' Frar 2014 ippubblikat komunikazzjoni bit-titolu "Strateġija Ewropea għal aktar Tkabbir Ekonomiku u Impjiegi fit-Turiżmu Marittimu u Kostali";

V.  billi l-attivitajiet tas-sajd relatati mat-turiżmu jsiru minn sajjieda kummerċjali li jfittxu li jiddiversifikaw l-attivitajiet tagħhom, jippromwovu u jivvalorizzaw l-istatus tal-professjoni tagħhom u l-wirt soċjokulturali tagħhom, u jtejbu l-użu sostenibbli tal-ekosistemi akkwatiċi, billi f'xi każijiet itellgħu lit-turisti abbord il-bastimenti; billi filwaqt li dawn l-attivitajiet tas-sajd jinvolvu sempliċiment element tat-turiżmu u għan rikreattiv, ma teżisti l-ebda definizzjoni ċara li twaqqaf l-istandards tagħhom;

W.  billi t-terminu "turiżmu relatat mas-sajd" (bit-Taljan pescaturismo) jirreferi għall-attivitajiet tas-sajd rikreattivi/għat-turisti li jsiru minn sajjieda kummerċjali li jilqgħu ċertu numru ta' turisti abbord il-bastimenti tagħhom bl-għan li juruhom id-dinja tas-sajd;

X.  billi s-servizzi tat-turiżmu offruti mis-sajjieda fuq l-art (bit-Taljan ittiturismo; hawn taħt "ittituriżmu") jinkludu inizjattivi relatati mat-turiżmu gastronomiku u l-ospitalità ġestiti minn sajjieda kummerċjali; billi waħda mid-differenzi ewlenin bejn iż-żewġ tipi ta' turiżmu msemmija hawn fuq hija li tal-aħħar ma jistax isir abbord bastimenti tas-sajd;

Y.  billi s-sajd rikreattiv hija l-attività mwettqa esklussivament b'intenzjoni rikreattiva u/jew kompetittiva li tisfrutta r-riżorsi akkwatiċi ħajjin u tipprojbixxi kull forma ta' bejgħ tal-prodott maqbud; billi filwaqt li l-intenzjoni tas-sajd rikreattiv mhijiex għal raġunijiet ta' profitt, is-sajd huwa inkluż fost l-attivitajiet ta' turiżmu li jiġġenera ekonomija parallela li għandha tiġi sfruttata permezz tal-ġestjoni tas-sajjieda professjonali, permezz tas-servizzi, il-faċilitajiet u l-infrastrutturi offruti għas-sajjieda rikreattivi; billi, madankollu, is-sajd rikreattiv mhux ikkontrollat u intensiv jista' jkollu effett ħażin fuq l-istokkijiet tal-ħut f'xi żoni;

Z.  billi ma hemm l-ebda statistika soċjoekonomika jew ambjentali affidabbli dwar l-impatt tas-sajd rikreattiv fuq l-istokkijiet, speċjalment f'żoni fejn is-sajd rikreattiv huwa intensiv, u billi ma hemmx regoli ċari jew kontrolli komprensivi dwar il-qabda, u wisq inqas dwar il-bejgħ illeċitu ta' qabdiet tas-sajd rikreattiv permezz ta' mezzi informal, ġeneralment marbuta mar-ristoranti;

Sajd relatat mat-turiżmu f'pajjiżi tal-UE

AA.  billi studju li sar fl-2015 mill-Grupp ta' Azzjoni Kostali "il mare delle Alpi" (GAC)(6) dwar id-drawwiet u l-fehmiet pubbliċi fiż-żoni tal-qbid tal-GAC juri li terz ta' dawk intervistati li jieklu l-ħut diversi drabi fil-ġimgħa, b'mod partikolari erba' tipi biss ta' ħut għall-ikel, li tnejn minnhom jinsabu fl-ilma ħelu u l-oħrajn tal-baħar (ħut li fih ħafna xaħam, salamun, bakkaljaw u trota); billi l-attivitajiet tas-sajd relatati mat-turiżmu jiġġeneraw għarfien akbar dwar il-varjetà ta' speċijiet u dwar it-tradizzjonijiet tal-ikel, li ta' spiss jiġu injorati mill-pubbliku inġenerali ta' konsumaturi; billi l-impatt fuq id-diversifikazzjoni tal-isforz tas-sajd huwa ovvju;

AB.  billi fl-Italja ġiet osservata żieda kostanti fittalbiet ta' awtorizzazzjonijiet għat-twettiq ta' attivitajiet tat-turiżmu relatati mas-sajd; billi, skont stħarriġ li sar riċentement, ir-reġjuni Taljani bl-akbar numru ta' liċenzji huma l-Liguria (290), l-Emilia-Romagna (229), Sardenja (218), il-Calabria (203), il-Campania (200) u Sqallija (136); billi, b'total, l-awtorizzazzjonijiet irreġistrati mill-2002 sal-2012 jammontaw għal 1600; billi fl-2003 r-reġjuni bl-akbar numru ta' liċenzji kienu l-Campania (63), il-Liguria (62), Sqallija (60) u Sardenja (59), segwiti mill-qrib mill-Puglia (46), il-Calabria (39) u t-Toskana (37)2;

AC.  billi terz mill-flotta awtorizzata biex twettaq attivitajiet tat-turiżmu relatati mas-sajd ma tistax ittella' abbord aktar minn erba' passiġġieri, 29 % jistgħu jtellgħu abbord bejn 5 u 8 passiġġieri u s-37 % li jifdal jistgħu jtellgħu abbord bejn 9 u 12-il passiġġier1;

AD.  billi l-livell għoli ta' turisti huwa kkonċentrat kważi għal kollox fix-xhur ta' Lulju u Awwissu, u dan ifisser li t-turiżmu relatat mas-sajd huwa ta' natura estremament staġjonali u li huwa importanti li titħeġġeġ id-diversifikazzjoni;

AE.  billi l-edukazzjoni ssegwi xejra simili għall-klassijiet f'termini ta' età, sal-punt fejn il-livell ta' edukazzjoni jkun ukoll ogħla fost l-operaturi tat-tours tas-sajd meta mqabbel ma' ta' dawk li jipprattikaw biss is-sajd professjonali; billi aktar minn 30 % tal-kaptani tad-dgħajjes huma fil-pussess ta' ċertifikat jew kwalifika professjonali u għandhom mill-inqas għarfien bażiku tal-Ingliż (64 %), tal-Franċiż (34 %), tal-Ispanjol (16 %) jew tal-Ġermaniż (7 %)(7);

AF.  billi fl-Italja sar stħarriġ li involva l-operaturi tat-tours relatati mas-sajd u li wera li t-tours relatati mas-sajd jistgħu jkunu ta' benefiċċju għall-isforzi biex jiġu ppreservati l-istokkijiet tal-ħut u l-ekosistemi tal-baħar, partikolarment permezz ta' qabdiet imnaqqsa, kif ukoll mil-lat soċjali, għall-benessri fiżiku u mentali tas-sajjieda u l-familji tagħhom permezz ta' inqas sigħat fuq il-baħar1;

AG.  billi kien hemm involviment akbar min-nisa mhux biss fl-attivitajiet sekondarji marbuta ma' dawk tas-sajjieda, iżda wkoll fl-iżvilupp tal-attivitajiet tagħhom fis-settur tat-turiżmu relatat mas-sajd;

AH.  billi ż-żgħażagħ jistgħu jitqiesu wkoll bħala wieħed mill-gruppi fil-mira għall-iżvilupp ta' destinazzjonijiet turistiċi tas-sajd;

AI.  billi s-sajd tradizzjonali huwa attwalment l-inqas attività magħrufa tas-settur primarju u l-inqas studjat u użat bħala għodda edukattiva fil-livelli akkademiċi bażiċi u intermedjarji;

AJ.  billi hemm ambitu wiesa' għall-introduzzjoni ta' attivitajiet edukattivi relatati mas-sajd tradizzjonali bbażati fuq mudelli bħal dak ta' "skola tal-farms";

AK.  billi l-iżvilupp tal-attivitajiet tas-sajd relatati mat-turiżmu jiddependi b'mod kruċjali fuq sħubijiet, Gruppi ta' Azzjoni Lokali tas-Sajd (FLAGs), li fihom dawk li jaħdmu fis-settur tas-sajd u l-partijiet interessati pubbliċi u privati lokali l-oħra jaħdmu flimkien biex jippjanaw u jwettqu strateġija minn isfel għal fuq li tkun adattata u tissodisfa l-bżonnijiet ekonomiċi, soċjali u ambjentali taż-żona kkonċernata; billi, anke jekk il-FLAGs fl-UE jaħdmu f'ambjenti differenti ħafna u jadottaw strateġiji differenti ħafna, huma rrikonoxxew it-turiżmu, mingħajr eċċezzjoni, bħala fattur ta' żvilupp ewlieni;

AL.  billi l-Kummissjoni Ewropea waqqfet l-Unità ta' Appoġġ tan-Netwerk Ewropew dwar iż-Żoni tas-Sajd (FARNET) biex tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-Assi 4 taħt il-Fond Ewropew għas-Sajd (FES); billi FARNET hija pjattaforma ta' netwerking għaż-żoni ta' sajd u tappoġġja l-FLAG fl-iżvilupp ta' strateġiji, inizjattivi u proġetti lokali;

AM.  billi, permezz tal-FLAG, il-partijiet interessati lokali tgħallmu kif l-offerta tat-turiżmu ta' żona tas-sajd tista' tevolvi biex tinkludi pakkett sħiħ ta' attivitajiet, u għalhekk tista' tibqa' attraenti anke f'parti kompetittiva ħafna tat-turiżmu; billi t-turiżmu jista' b'dan il-mod isir sors ewlieni ta' dħul addizzjonali għall-komunitajiet tas-sajd, u b'hekk fl-aħħar mill-aħħar jikkontribwixxi għall-iżvilupp ġenerali tar-reġjuni kostali u l-gżejjer;

AN.  billi eżempji tajbin juru l-kollaborazzjoni prattika tal-FLAG f'dak li għandu x'jaqsam mas-sajd artiġjanali fil-Greċja, l-Italja u Spanja; billi, barra minn hekk, in-netwerk FARNET enfasizza l-aħjar prattiki fi Franza, il-Belġju, Spanja, il-Kroazja u l-Italja(8);

AO.  billi fil-Finlandja ġie adottat mudell ta' valutazzjoni ta' impatt tal-attivitajiet tat-turiżmu relatati mas-sajd, abbażi tad-durata taż-żjarat u tal-post ta' residenza u tan-numru ta' viżitaturi; billi l-valutazzjonijiet miġbura żvelaw problemi dwar id-definizzjonijiet ta' "turist tas-sajd", kif ukoll dwar kif għandhom jingħaddu l-vjaġġi(9);

AP.  billi l-festivals isiru f'diversi rħula kostali fi Stati Membri fejn huwa importanti li jiġu integrati mezzi oħra li jżidu l-attrazzjoni turistika, bħal pereżempju billi jingħaqdu ma' offerti oħra ta' kwalità fis-settur primarju: jinxtered l-għarfien dwar is-sajd fuq skala żgħira u l-istil ta' ħajja tas-sajjieda, u jiġu pprovduti kuntatti ma' kulturi tradizzjonali, inkluż l-ikel u l-inbid reġjonali, u prodotti ta' kwalità għolja mingħand l-industrija tal-ipproċessar u l-ippakkjar li jirriflettu d-diversità tal-UE;

AQ.  billi fi Spanja nħolqu aġenziji speċjalizzati bħat-"Turismo marinero - Costa del Sol" bl-għan li jippromwovu l-industrija tradizzjonali tas-sajd u jgħinu l-persuni lokali biex jiżviluppaw u jirreklamaw l-attivitajiet tat-turiżmu relatati ma' dan is-settur; billi l-aġenzija torganizza sessjonijiet tat-tisjir abbord il-bastimenti użati mis-sajjieda lokali, vjaġġi għall-osservazzjoni tal-ispeċijiet tal-ħut u attivitajiet tas-sajd rikreattiv; billi għażla disponibbli oħra hija t-tours bil-gwida tal-"Bioparc", mużew għall-apert maħluq speċifikament għat-tfal, fejn huma jistgħu jitgħallmu dwar il-bijoloġija marittima, is-sajd tradizzjonali (irkaptu u tekniki tas-sajd tradizzjonali) u dwar il-kultura lokali; jinnota li l-emulazzjoni ta' tali inizjattivi, u l-kondiviżjoni ta' għarfien espert f'dan il-qasam fost l-Istati Membri, tkun ta' benefiċċju għall-komunitajiet kostali u rurali, b'mod partikolari fir-reġjuni periferiċi(10);

AR.  billi l-Kummissjoni, il-Parlament u l-Istati Membri għandhom għalhekk ma jipprojbixxux it-tekniki tas-sajd tradizzjonali tal-familja fuq skala żgħira b'mod indiskriminat, iżda għandhom l-ewwel jagħmlu valutazzjoni tal-impatt xierqa sabiex jevitaw li jagħmlu impossibbli l-forom emerġenti ta' turiżmu bbażat fuq is-sajd sostenibbli, fuq skala żgħira u awtentiku bl-irkaptu tas-sajd tradizzjonali;

AS.  billi fil-Kroazja l-festivals tas-sajd organizzati matul ix-xhur tas-sajf f'ċentri turistiċi kostali u tal-gżejjer għandhom l-għan li jippromwovu t-tradizzjonijiet tas-sajd, il-wirt kulturali u storiku, il-gastronomija lokali u l-għajxien tradizzjonali;

1.  Iqis essenzjali r-ristrutturar u l-adattament tal-bastimenti tas-sajd biex jitwettqu l-attivitajiet tat-turiżmu, peress li l-bastimenti jridu jiġu rinnovati biex jiżguraw is-sikurezza tat-turisti, u biex jiżguraw li ma jkunx hemm ostakli f'termini ta' attivitajiet tas-sajd imwettqa filwaqt li tiġi offruta l-kumdità meħtieġa għal esperjenza pjaċevoli, mingħajr ma tiżdied il-kapaċità tas-sajd tagħhom; jirrimarka, madankollu, li tibdiliet ta' dan it-tip, speċjalment meta mwettqa matul l-istaġun barra miż-żmien għat-turiżmu, m'għandu jinvolvi ebda restrizzjoni għas-sajd kummerċjali;

2.  Jisħaq fuq il-potenzjal li għadu ma ġiex sfruttat tat-turiżmu relatat mas-sajd, li jista' jġib benefiċċji konsiderevoli għall-komunitajiet li jgħixu f'żoni kostali billi jiddiversifikaw is-sorsi ta' dħul lokali; iqis, f'dan ir-rigward, li t-turiżmu relatat mas-sajd fuq il-baħar u s-servizzi turistiċi ta' mal-kosta offruti mis-sajjieda, jistgħu jikkomplementaw is-sajd kummerċjali u jipprovdu wkoll dħul addizzjonali għall-komunitajiet tas-sajd;

3.  Jemmen li l-għan strateġiku tal-inizjattiva tal-Kummissjoni għandu jkun dak li tħeġġeġ l-attivitajiet tat-tours tas-sajd, is-servizzi tat-turisti bbażati max-xatt, u t-turiżmu relatat mas-sajd sportiv, u li tippermetti li dawn jiġu żviluppati għal kollox mal-UE kollha, permezz tat-twaqqif ta' netwerk u qafas kondiviż għal dan il-għan;

4.  Jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi, permezz tal-Kummissjoni Ewropea għat-Turiżmu u l-portal visiteurope.com tagħha, id-destinazzjonijiet tat-turiżmu tas-sajd rikreattiv fl-Ewropa, u, permezz ta' kampanja ta' informazzjoni mmirata, biex in-negozji tas-sajd isiru konxji mill-potenzjal ta' dawn il-mudelli ta' negozju ġodda u sostenibbli u mill-opportunitajiet ta' tkabbir li huma joffru;

5.  Jistieden lill-Kummissjoni trawwem il-ħolqien u l-iżvilupp tat-turiżmu tas-sajd, bil-għan li tiġi applikata strateġija tan-negozju ddivrenzjata li tkun xierqa għall-potenzjal ta' dan is-settur u tkun kapaċi tissodisfa l-ħtiġijiet tiegħu b'mod aktar effettiv, filwaqt li taħdem favur forma ġdida ta' turiżmu li fih l-interessi ewlenin jirrigwardaw il-kwalità, il-flessibilità, l-innovazzjoni u l-ippriservar tal-wirt storiku u kulturali taż-żoni tas-sajd kif ukoll l-ambjent u s-saħħa, fost aspetti oħra; jistieden ukoll lill-Kummissjoni tippromwovi u tappoġġja l-investiment fis-sajd fil-qasam tat-turiżmu, bil-għan li jinħolqu kapaċitajiet iddivrenzjati tat-turiżmu billi jiġu promossi l-gastronomija marbuta mal-prodotti artiġjanali tal-ħut, l-attivitajiet tat-turiżmu tas-sajd bil-qasba, it-turiżmu ta' taħt l-ilma u tal-għadis, eċċ., u b'hekk b'mod sostenibbli ssir kapitalizzazzjoni fuq il-wirt tas-sajd u r-rikonoxxibilità ta' reġjun tas-sajd speċifiku;

6.  Jistieden lill-Kummissjoni, sabiex jitrawmu l-ħolqien u l-iżvilupp tat-turiżmu tas-sajd, tippromwovi u tappoġġja b'mod attiv l-investimenti bil-għan li tiddiversifika s-sajd fil-qasam tal-kultura u l-arti bħala parti mill-wirt tradizzjonali (artiġjanat, mużika u żfin) u tappoġġja l-investiment fil-promozzjoni tat-tradizzjonijiet tas-sajd, l-istorja u l-wirt tas-sajd b'mod ġenerali (irkaptu tas-sajd, tekniki, dokumenti storiċi, eċċ.) billi jinfetħu mużewijiet u jiġu organizzati wirjiet li għandhom x'jaqsmu mill-qrib mas-sajd kostali;

7.  Jitlob lill-Kummissjoni tistudja l-possibbiltà li tippermetti l-użu mħallat ta' bastimenti maħsuba għal attivitajiet ta' estrazzjoni sabiex, filwaqt li jżommu dan il-għan, ikunu jistgħu wkoll jakkomodaw tipi oħra ta' attivitajiet marbuta mas-settur tar-rikreazzjoni u tat-turiżmu, bħalma huma jiem ta' informazzjoni nawtika jew attivitajiet relatati mal-ipproċessar, it-tagħlim jew il-gastronomija, eċċ., skont is-sistema li topera fis-settur rurali li jinvolvi l-iskejjel tal-farms jew l-agrituriżmu;

8.  Iqis neċessarju, għalhekk, li jinħoloq netwerk Ewropew tal-attivitajiet tas-sajd relatati mat-turiżmu u netwerk Ewropew tas-servizzi tat-turiżmu relatati mas-sajd sportiv/rikreattiv, abbażi tal-eżempju b'suċċess kbir tal-FARNET, li joffri għajnuna konsiderevoli għall-FLAGs;

9.  Iqis li hemm bżonn urġenti li jiġu direzzjonati bir-reqqa l-politiki ta' appoġġ u jiġu evalwati sew ir-riżultati tagħhom, u biex jiġi ssistematizzat, standardizzat u mtejjeb il-ġbir ta' statistika dwar il-kontribut ta' dawn l-attivitajiet li jiddiversifikaw għad-dħul taż-żoni tas-sajd Ewropej; jisħaq ukoll fuq l-importanza tas-sorveljar tal-impatt reali ta' sajd rikreattiv bħala attività ekonomika, l-impatt tagħha fuq l-istokkijiet u kull kompetizzjoni potenzjali, permezz ta' kanali ta' bejgħ informali, b'industrija tas-sajd professjonali; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tiżgura li l-industrija tas-sajd tipparteċipa fit-tfassil ta' tali miżuri ta' sorveljanza;

10.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jiżviluppaw u jappoġġjaw is-sħubijiet mas-settur tat-turiżmu tas-sajd imħeġġa minn korpi ta' ġestjoni taż-Żoni Protetti tal-Baħar (MPAs) u f'siti Natura 2000 bil-ħsieb li tiġi kkombinata l-protezzjoni tar-riżorsi naturali mal-promozzjoni u l-iżvilupp tal-kultura permezz ta' tgawdija responsabbli; 

11.  Iqis kruċjali li tiġi armonizzata d-definizzjoni tal-attivitajiet tas-sajd relatati mat-turiżmu fil-livell tal-Unjoni , b'enfasi partikolari fuq it-tours relatati mas-sajd, is-servizzi tat-turiżmu bbażati max-xatt offruti mis-sajjieda, it-turiżmu relatat mal-akkwakultura, u t-turiżmu relatat mas-sajd sportiv/rikreattiv; din id-definizzjoni għandha tieħu kont tad-diversità wiesgħa ta' forom li dawn l-attivitajiet jistgħu jieħdu, tiggarantixxi l-konsultazzjoni mal-partijiet interessati kollha, u jiġi żgurat li turiżmu relatat mas-sajd jitqies bħala attività anċillari li tippermetti lis-sajjieda li jissupplimentaw l-attività tas-sajd ewlenija tagħhom mingħajr ma jidħlu f'settur ieħor minbarra tas-sajd;

12.  Jenfasizza l-importanza li ssir distinzjoni bejn il-forom differenti ta' turiżmu relatat mas-sajd, li jinkludu t-turiżmu tas-sajd (peskaturiżmu u ittituriżmu), l-attivitajiet ibbażati fl-ilmijiet marittimi u kostali, is-sajd rikreattiv (inkluż it-turiżmu tas-sajd bil-qasba), is-sajd fl-ilmijiet interni, u l-attivitajiet ibbażati fuq il-wirt u l-kultura li huma mmirati lejn il-ħolqien ta' sinerġiji ma' inizjattivi ta' kummerċjalizzazzjoni għal prodotti primarji ta' kwalità għolja, filwaqt li jiġu rrispettati l-wirt naturali, il-ħarsien tal-annimali u l-bijodiversità;

13.  Jistieden lill-Kummissjoni, minħabba d-differenzi kbar bejn l-operaturi tas-sajd tal-UE involuti fit-turiżmu, tadotta regoli komuni dwar is-sikurezza tan-navigazzjoni, il-ħtiġijiet tas-sikurezza, tas-sanità u tal-iġjene tal-bastimenti li fuqhom isiru l-attivitajiet tat-turiżmu tas-sajd, u konċessjonijiet fiskali possibbli, bil-kundizzjoni li l-miżuri msemmija hawn fuq ikunu flessibbli biżżejjed biex jakkomodaw differenzi kbar f'termini ta' attivitajiet tas-sajd u l-bastimenti tas-sajd, u jippermettu l-karatteristiċi reġjonali distintivi;

14.  Jirrakkomanda li l-prinċipju ta' dekarbonizzazzjoni u ta' effiċjenza enerġetika tal-bastimenti bil-magna jkun inkluż fost l-adattamenti li għandhom isiru għal bastimenti bħal dawn meta jiġu kkonvertiti għal użu f'dawn l-attivitajiet;

15.  Jemmen li tajjeb li jiġu żgurati faċilitajiet xierqa għat-trasport u l-akkomodazzjoni li jridu jiġu pprovduti lit-turisti kkonċernati, kif ukoll il-manutenzjoni u l-ħarsien tal-postijiet pubbliċi, kif u meta meħtieġa, biex jiġi żgurat is-suċċess fit-tul tal-attivitajiet tat-turiżmu;

16.  Jistieden lill-Istati Membri biex jirrispettaw l-obbligi tagħhom li jirriżultaw mid-Direttiva Qafas dwar l-Ilma u d-Direttiva Qafas dwar l-Istrateġija Marina bl-għan li jiżguraw status tajjeb tal-ilmijiet tal-kosta u tal-baħar, b'mod partikolari billi jitjiebu l-effiċjenza fir-riżorsi u jiġu evitati u ttrattati b'mod effettiv it-tniġġis u l-iskart;

17.  Jistieden lill-Istati Membri biex inaqqsu l-piżijiet amministrattivi billi jissimplifikaw il-proċeduri għall-għoti ta' liċenzji u proċeduri burokratiċi oħrajn;

18.  Jisħaq fuq il-ħtieġa li dawn l-attivitajiet ikunu kompatibbli mal-ħarsien tal-bijodiversità, is-siti ta' Natura 2000 u ż-Żoni Protetti tal-Baħar (l-Istrateġija tal-UE dwar il-Bijodiversità, id-direttivi dwar l-Għasafar u l-Ħabitats) u għaldaqstant il-ħtieġa li jissaħħu d-djalogu u s-sinerġiji mal-Istati Membri l-oħra konċernati;

19.  Jemmen li għandhom jiġu pprovduti korsijiet tat-taħriġ għas-sajjieda, il-persuni responsabbli mill-farms tal-ħut, kif ukoll il-familji tagħhom u l-persuni lokali kollha involuti, sabiex jiġi żgurat li jkollhom il-ħiliet lingwistiċi u l-għarfien neċessarju biex jilqgħu t-turisti u jiggarantixxu s-sikurezza tagħhom, u biex jippromwovu l-informazzjoni dwar il-bijoloġija tal-baħar, l-ispeċijiet tal-ħut lokali, l-ambjent u t-tradizzjonijiet kulturali; Jistieden lill-Kummissjoni u l-Kunsill biex jirrikonoxxu r-rwol tan-nisa fis-settur tat-turiżmu relatat mas-sajd, u fl-iżvilupp sostenibbli ta' żoni li jiddependu fuq is-sajd, bil-għan li tiġi żgurata l-parteċipazzjoni tagħhom fuq termini ugwali;

20.  Jistieden lill-Istati Membri, u lill-awtoritajiet reġjonali u lokali, biex ixerrdu informazzjoni fuq firxa wiesgħa dwar il-Portal Ewropew dwar il-Mobilità fix-Xogħol tal-Kummissjoni, EURES, li jagħti informazzjoni għal min qed ifittex impjieg u għal min iħaddem dwar l-opportunitajiet ta' xogħol, il-ħiliet u l-ħtiġijiet ta' taħriġ fit-taqsima tal-"impjiegi blu", u jippromwovu korsijiet online miftuħa li għandhom l-għan li jaġġornaw jew jorjentaw mill-ġdid il-ħiliet relatati mal-ġestjoni tat-turiżmu u l-peskaturiżmu innovattiv;

21.  Jistieden lill-Kummissjoni tinkludi taqsima ddedikata fil-Portal Ewropew tan-Negozji Żgħar li jkollha l-għan li tgħin lill-intraprendituri/lis-sajjieda jiksbu l-finanzjament għal attivitajiet fil-qasam tat-turiżmu relatat mas-sajd;

22.  Iqis l-akkwist ta' ħiliet professjonali f'oqsma bħal servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni diġitali, l-immaniġġjar u l-manutenzjoni ta' komunikazzjoni tal-midja soċjali, l-immaniġġjar soċjokulturali u l-ħiliet lingwistiċi bħala prijorità f'żoni tas-sajd, ħalli jiġu promossi kemm il-ħolqien kif ukoll it-tixrid ta' offerti turistiċi relatati mas-sajd;

23.  Iqis importanti li tiġi żgurata d-differenza relatata mal-offerta tat-turiżmu, billi tiġi żviluppata strateġija abbażi tal-partikolaritajiet lokali, tal-ispeċjalizzazzjoni relattiva u tar-riżorsi disponibbli; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jippromwovu forom ta' turiżmu sostenibbli u ekoturiżmu, anke permezz ta' strateġiji innovattivi ta' kummerċjalizzazzjoni, li b'mod partikolari jikkonċentraw fuq il-karatteristiċi tradizzjonali u sostenibbli u li jkunu mmonitorjati b'mod kontinwu sabiex jiggarantixxu bilanċ bejn il-provvista u d-domanda;

24.  Jitlob offerti integrati li jkunu mfassla b'tali mod li jipprovdu lill-konsumaturi b'esperjenzi sħaħ ibbażati fuq il-kombinazzjoni strutturata u sinerġetika ta' dak kollu li jista' jiġi offrut f'żona partikolari, u biex jiġu ffurmati sħubijiet biex jiġbdu l-konsumaturi permezz tad-dinamika tat-turiżmu li diġà qed topera f'żoni qrib żoni tas-sajd tradizzjonali, bħalma huma konferenzi u/jew it-turiżmu tal-karriera;

25.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tappoġġja u tippromwovi l-involviment tas-sajd u tal-ħaddiema tas-sajd fi proġetti bħal dawk relatati mat-turiżmu kulturali u storiku, li jinkludu l-iskoperta mill-ġdid ta' attivitajiet tat-tbaħħir u postijiet u impjiegi għas-sajd tradizzjonali;

26.  Jinnota l-importanza tal-kollaborazzjoni bejn l-operaturi tat-turiżmu u s-sajjieda sabiex jiġi massimizzat il-potenzjal tat-turiżmu relatat mas-sajd;

27.  Jenfasizza l-importanza ta' attivitajiet turistiċi relatati mal-osservazzjoni tal-organiżmi selvaġġi u, b'mod partikolari, l-osservazzjoni tal-balieni, filwaqt li jirrispettaw il-ħabitats selvaġġi naturali u l-bżonnijiet bijoloġiċi; billi dan jista' jkollu ħafna benefiċċji edukattivi, ambjentali, xjentifiċi u soċjoekonomiċi oħrajn, u jista' jgħin biex iżid is-sensibilizzazzjoni u l-apprezzament għal dawn l-ispeċijiet uniċi u l-ambjent prezzjuż li jgħixu fih;

28.  Jistieden lill-Istati Membri u l-awtoritajiet reġjonali u lokali biex jipprovdu infrastrutturi innovattivi u sostenibbli, inklużi l-konnessjonijiet tal-internet u t-teknoloġija tal-informatika, bl-għan li jitjieb l-iżvilupp tat-turiżmu relatat mas-sajd, u biex jiġu ġġenerati mill-ġdid l-infrastrutturi eżistenti tal-baħar, tax-xmajjar u tal-lagi;

29.  Jistieden lill-Kummissjoni Ewropea, lill-Istati Membri u l-awtoritajiet reġjonali u lokali biex isaħħu l-kampanji ta' promozzjoni u ta' komunikazzjoni, pereżempju fir-rigward tad-"Destinazzjonijiet Ewropej ta' Eċċellenza" u s-"Sena Ewropea tal-Wirt Kulturali" tal-2018, kif ukoll inizjattivi mmirati b'mod simili għat-titjib tal-għarfien u s-sensibilizzazzjoni dwar il-kultura tradizzjonali tas-sajd u l-akkwakultura; iħeġġeġ lill-partijiet ikkonċernati biex jisfruttaw il-potenzjal tat-turisti kif ukoll dawk li jistgħu jivvjaġġaw fl-istaġun mhux popolari;

30.  Jemmen li l-mudelli ta' negozju sostenibbli u responsabbli għad-diversifikazzjoni tas-sajd iridu jimplikaw ir-rispett tal-kultura tal-komunitajiet tas-sajd lokali, u jgħinu l-ippreżervar tal-identitajiet tagħhom; jenfasizza, b'mod partikolari, li s-sajd rikreattiv relatat mat-turiżmu għandu jkun konformi mal-interessi ta' intrapriżi tas-sajd artiġjanali lokali żgħar;

31.  Jemmen li huwa importanti li jiġu żviluppati l-peskaturiżmu u l-ittituriżmu bħala forom ta' esperjenzi ta' "vaganzi ta' attività" b'benefiċċji sekondarji kbar, bħall-promozzjoni tal-kultura marittima u t-tradizzjonijiet tas-sajd, kif ukoll l-edukazzjoni fi kwistjonijiet ta' kuxjenza ambjentali u l-konservazzjoni tal-ispeċijiet;

32.  Jenfasizza l-ħtieġa li wieħed iħares lejn modi biex tespandi d-domanda potenzjali fir-rigward ta' bastimenti ttrasformati bit-twessigħ ta' dak li qed jiġi offrut sabiex, pereżempju, ikun attraenti f'għajnejn il-komunità edukattiva, li għandha esperjenza fl-użu tas-settur agrikolu għal skopijiet ta' tagħlim, bħal fil-każ ta' proġetti ta' "skejjel tal-farms";

33.  Jenfasizza li d-diversifikazzjoni tal-prodotti tirrikjedi sforzi promozzjonali xierqa, u li hija meħtieġa strateġija ta' viżibilità għall-grupp ta' sajjieda fil-mira, inklużi inizjattivi ta' promozzjoni transfruntiera;

34.  Jemmen, għalhekk, li l-lokalitajiet tas-sajd għandhom jikkunsidraw li jniedu kampanji ta' kummerċjalizzazzjoni konġunti ma' destinazzjonijiet oħra fl-istess reġjun – kif ġie ssuġġerit fir-riżoluzzjoni tal-Parlament dwar "Sfidi u kunċetti ġodda għall-promozzjoni tat-turiżmu fl-Ewropa"(11) – u jippromwovu pjattaformi ta' kummerċjalizzazzjoni konġunti b'enfasi partikolari fuq il-promozzjoni u l-bejgħ online, fuq bażi ta' kooperazzjoni internazzjonali;

35.  Huwa tal-fehma li fi ħdan din l-istrateġija ta' kummerċjalizzazzjoni, għandhom jiġu stabbiliti sinerġiji bejn inizjattivi ta' kummerċjalizzazzjoni għal prodotti friski jew ipproċessati ta' kwalità għolja, għall-gastronomija u għat-turiżmu, raggruppati f'żoni territorjali li huma koerenti minn perspettiva kulturali, ambjentali jew relatati mal-produzzjoni u/jew ibbażati fuq is-sinerġija;

36.  Iqis li huwa meħtieġ li jinżamm l-użu ta' prattiki u tekniki tradizzjonali, bħalma huma l-almadraba u x-xeito, peress li dawn huma marbuta mill-qrib mal-identità u l-mod ta' ħajja tar-reġjuni kostali, u biex dawn jiġu rikonoxxuti bħala li jiffurmaw parti mill-wirt kulturali;

37.  Jinnota l-importanza ta' investiment fid-diversifikazzjoni tas-sajd bil-ħsieb li jippromwovi t-tradizzjoni, l-istorja u l-wirt tas-sajd fit-totalità tiegħu (inkluż l-irkaptu u t-tekniki tas-sajd tradizzjonali);

38.  Jinnota l-importanza tal-investiment fid-diversifikazzjoni tas-sajd biex issir promozzjoni tal-ipproċessar ta' prodotti tas-sajd lokali;

39.  Jistieden lill-Istati Membri jadottaw strateġiji biex jiġġieldu l-problema tal-istaġjonalità relatata mal-attivitajiet tat-turiżmu, pereżempju permezz tal-istabbiliment ta' festivals u avvenimenti tal-ikel, fieri/swieq fil-portijiet u l-villaġġi(12), villaġġi b'tema jew mużewijiet (ara Spanja u Cetara) fejn l-attivitajiet jistgħu jsiru s-sena kollha irrispettivament mill-kundizzjonijiet tat-temp jew tal-baħar;

40.  Huwa konvint li taħlita bbilanċjata ta' prodotti tat-turiżmu alternattivi u b'mira speċifika, u l-promozzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni xierqa ta' dawk il-prodotti, tista' tgħin sabiex ikun hemm bilanċ bejn il-problemi tal-istaġjonalità;

41.  Iqis essenzjali li l-Istati Membri, ir-reġjuni u l-partijiet ikkonċernati jikkondividu l-aħjar prattiki minħabba n-nuqqas ta' sinerġiji fost il-kumpaniji fil-baċiri marittimi tal-UE, li jirriżultaw fil-frammentazzjoni u f'vantaġġi ekonomiċi limitati; jinnota li l-istituti tar-riċerka, il-mużewijiet, il-kumpaniji tat-turiżmu, il-maniġers tas-siti Natura 2000 u tal-MPAs, l-industriji tradizzjonali tat-tqegħid tal-ħut fil-laned u tal-ipproċessar tal-ħut, u partijiet ikkonċernati oħra għandhom jitħeġġu biex jaħdmu flimkien biex jiżviluppaw prodotti innovattivi sostenibbli li, minbarra li jġibu valur miżjud ekonomiku, jissodisfaw ukoll l-aspettattivi tal-viżitaturi; jenfasizza li dawn l-attivitajiet għandhom jiġu inkorporati f'qafas ġenerali koerenti għall-promozzjoni tat-turiżmu sostenibbli u responsabbli f'baċiri kkonċernati; iqis li FLAGs jista' jkollhom rwol importanti f'dan ir-rigward u għalhekk jeħtieġ li jiġu pprovduti b'finanzjament xieraq;

42.  Jistieden lill-Istati Membri u l-Kummissjoni biex isaħħu r-rabtiet bejn il-livelli lokali, reġjonali, nazzjonali u tal-UE sabiex b'hekk jiġu promossi forom ta' governanza li jiffaċilitaw l-implimentazzjoni ta' politiki trażversali bl-għan li jikkontribwixxu għall-għanijiet f'oqsma differenti ta' attività, inkluż it-tkabbir sostenibbli u inklużiv;

43.  Jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi, fil-qafas tan-Netwerk Ewropew dwar iż-Żoni tas-Sajd (FARNET) u l-FLAGs, djalogu pan-Ewropew mal-portijiet u l-partijiet interessati tat-turiżmu u l-esperti ambjentali;

44.  Jistieden lill-awtoritajiet nazzjonali u l-aġenziji biex jaħdmu aktar mill-qrib mal-aġenziji tat-turiżmu, u biex jagħtu prijorità għolja lid-diversifikazzjoni tal-ekonomija blu, b'referenza partikolari għas-settur tat-turiżmu tal-baħar u dawk komplementari tiegħu; jinnota li dan għandu jinkludi wkoll l-integrazzjoni ta' sajd bil-qasba fil-baħar, fejn relevanti, f'pakketti turistiċi u kampanji ta' kummerċjalizzazzjoni, b'mod partikolari fir-rigward tal-gżejjer u ż-żoni kostali; jenfasizza li l-għoti ta' liċenzji għall-użu doppju ta' bastimenti tas-sajd – kemm bastimenti tas-sajd kummerċjali, artiġjanali u fuq skala żgħira, u bastimenti għat-turiżmu tal-baħar, inkluż it-turiżmu tas-sajd bil-qasba – għandu jitqies bħala prijorità, u li l-għotjiet għandhom jingħataw sabiex jiffavorixxu l-konverżjoni tagħhom;

45.  Jistieden lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri, lill-awtoritajiet reġjonali u lokali, lis-settur ikkonċernat u partijiet ikkonċernati oħra biex jaġixxu b'mod immirat u konsistenti mal-politiki tal-UE li jaffettwaw is-settur tas-sajd u tal-akkwakultura; jinnota li hija meħtieġa l-adozzjoni ta' manwal dwar l-aħjar prattiki li jkun fih l-eżempji l-aktar sinifikanti ta' dawn l-attivitajiet u jħeġġeġ il-kumpaniji l-oħra biex jimxu b'dan il-mod; ifakkar li huwa essenzjali wkoll l-involviment tal-komunità xjentifika lokali sabiex jiġu evitati problemi ta' natura ambjentali;

46.  Jenfasizza l-importanza ta' mudelli ta' negozju ekoloġiċi, u għalhekk jirrakkomanda li l-esperti ambjentali għandhom dejjem ikunu assoċjati mill-qrib ma' gruppi ta' azzjoni lokali (eż. FLAGs u l-gruppi ta' azzjoni lokali rurali (LAGs));

47.  Jitlob li jiġu allokati l-fondi meħtieġa ħalli jiġi stabbilit netwerk Ewropew għall-iskambju tal-aħjar prattiki, u għall-immappjar ta' attivitajiet tas-sajd b'informazzjoni dwar il-punti ta' interess u l-karatteristiċi ta' kull komunità tas-sajd;

48.  Jittama li l-mekkaniżmi ta' appoġġ speċifiċi se jintużaw (fil-kuntest tal-FEMS u/jew strumenti oħra), li jistgħu jiġu attivati f'każ ta' emerġenza (bħal diżastru naturali) f'żoni fejn is-sajd u t-turiżmu tas-sajd jirrappreżentaw l-uniku sors ta' dħul;

49.  Iqis li huwa neċessarju li jitħeġġeġ finanzjament għal miżuri tat-tip deskritt taħt il-FEMS, il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), il-Fond Soċjali Ewropew (FSE) u l-Fond ta' Koeżjoni, il-programm ta' qafas għar-riċerka u l-Fond Ewropew għal Investimenti Strateġiċi (FEIS), f'kooperazzjoni mill-qrib ma' konsulenti mill-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI), u biex jipprovdu mezzi ta' self b'imgħax favorevoli li jippermettu li jingħelbu d-diffikultajiet speċifiċi li jiffaċċaw in-nisa meta jfittxu fondi sabiex jiġu ffinanzjati proġetti eliġibbli għall-inklużjoni fil-programmi nazzjonali;

50.  Jenfasizza li għall-perjodu ta' programmazzjoni 2007-2013, il-FLAGs kellhom għad-dispożizzjoni tagħhom EUR 486 miljun mill-FES, u li madwar 12 000 proġett lokali kienu appoġġjati matul dak il-perjodu;

51.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri u l-FLAGs biex jagħmlu l-aħjar użu tal-fondi disponibbli u wkoll biex jużaw, meta jkun possibbli, il-finanzjament multiplu (flimkien mal-FEŻR, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) jew l-FSE);

52.  Jistieden lill-Istati Membri biex jistabbilixxu punti ta' kuntatt fil-livell reġjonali biex jipprovdu informazzjoni u appoġġ adegwati;

53.  Jirrakkomanda li l-FLAGs jikkooperaw mill-qrib ma' esperti tat-turiżmu sabiex jidentifikaw proġetti u finanzjament xieraq, permezz tal-Assi 4 tal-FEMS, għad-diversifikazzjoni f'żoni tas-sajd;

54.  Ifakkar li l-FEMS jipprovdi appoġġ finanzjarju speċifiku għal inizjattivi fil-komunitajiet tas-sajd promossi min-nisa;

55.  Jistieden lill-Istati Membri biex jiżguraw, permezz tal-istabbiliment tal-kriterji tal-għażla għal operazzjonijiet taħt il-FEMS, li l-ugwaljanza bejn is-sessi tiġi integrata u promossa sew fl-azzjonijiet iffinanzjati kollha (pereżempju billi tingħata preferenza lil azzjonijiet immirati speċifikament lejn in-nisa jew imwettqa minnhom);

56.  Jistieden lill-Kummissjoni twettaq studju biex tivvaluta l-impatti soċjoekonomiċi u ambjentali possibbli ta' dawn l-attivitajiet;

57.  Jistieden lill-Kummissjoni tanalizza l-impatt soċjoekonomiku li għandu s-sajd rikreattiv fuq it-turiżmu ta' fuq l-art, b'mod partikolari fiż-żoni rurali, u tipproponi miżuri possibbli għar-reġjuni fejn il-potenzjal għal dan it-tip ta' sajd mhuwiex sfruttat biżżejjed;

58.  Jistieden lill-Istati Membri u l-Kummissjoni Ewropea jtejbu l-ġbir u l-ġestjoni tad-data li għandha x'taqsam mat-turiżmu relatat mas-sajd;

59.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni kif ukoll lill-Gvernijiet tal-Istati Membri u lill-Kunsilli Konsultattivi.

(1)

ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22.

(2)

ĠU L 149, 20.5.2014, p. 1.

(3)

ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1.

(4)

ĠU C 419, 16.12.2015, p. 167.

(5)

ĠU C 75, 26.2.2016, p. 24.

(6)

"Indagine sulle abitudini e opinioni dei cittadini nel comprensorio del GAC 'il mare delle Alpi' – Analisi della pescaturismo in Italia come strumento di sviluppo sostenibile" (Analiżi tat-turiżmu relatat mas-sajd fl-Italja bħala strument għall-iżvilupp sostenibbli) (2015).

(7)

"L'integrazione della pesca con altre attività produttive – La pescaturismo come modello sociale e culturale", Cenasca Cisl et al., (2005).

(8)

Socio-economic analysis on fisheries-related tourism in EUSAIR – Nemo project 1M-MED14-11, WP2, Action 2.3.

(9)

"Perspectives for the development of tourism activities related to fishing", European Parliament, IP/B/PECH/IC/2013-103 (2014).

(10)

"Perspectives for the development of tourism activities related to fishing", European Parliament, IP/B/PECH/IC/2013-103 (2014).

(11)

Testi adottati, P8_TA(2015)0391.

(12)

eż. il-"Herring Fleet Days" u l-"Ġranet fil-Port" fin-Netherlands.


NOTA SPJEGATTIVA

Kuntest: il-ħtieġa għad-diversifikazzjoni mill-attività tas-sajd tradizzjonali

Matul l-aħħar deċenji bosta komunitajiet tas-sajd tradizzjonali mal-Unjoni Ewropea kollha ġew taħt pressjoni dejjem akbar minn diversi fatturi negattivi, bħalma huma s-sajd żejjed u t-tnaqqis tal-istokkijiet tas-sajd, it-tibdil fil-klima, it-tniġġis, il-popolazzjonijiet li qed jonqsu, it-tnaqqis fl-attrazzjoni tal-professjoni tas-sajjied, eċċ.

Barra minn hekk, waqt li f'xi oqsma, is-sajd jibqa' għażla attraenti bħala attività professjonali, f'bosta nħawi, qed isir aktar diffiċli għas-sajjieda li jaqilgħu għajxien deċenti. It-tnaqqis fl-impjiegi fis-setturi tas-sajd u t-tnaqqis fil-profittabbiltà tas-settur huma spiss meqjusa bħala n-norma. Dan ikompli jnaqqas il-vijabbiltà ta' modi ta' ħajja tradizzjonali f'ħafna komunitajiet kostali Ewropej.

Għalhekk, aktar u aktar komunitajiet tradizzjonali tas-sajd fl-Ewropa mhux qed ikunu jistgħu jibqgħu jiddependu biss fuq l-attività tas-sajd tradizzjonali. Sabiex ikunu jistgħu jirkupraw u jibqgħu vijabbli, għandhom jinstabu soluzzjonijiet ġodda mingħajr dewmien.

Id-diversifikazzjoni tal-attività tradizzjonali għal oqsma oħrajn, fost l-oħrajn għal turiżmu relatat mas-sajd, qed issir inevitabbli u toffri l-potenzjal li jkun hemm kontribut għall-ħolqien ta' impjiegi, l-inklużjoni soċjali kif ukoll it-tiġdid ta' komunitajiet dipendenti fuq is-sajd.

It-turiżmu relatat mas-sajd bħala soluzzjoni possibbli

Iż-żoni kostali marittimi Ewropej, partikolarment il-Mediterran, imma wkoll ir-reġjuni tal-Atlantiku, tal-Baltiku u tal-Baħar l-Iswed, diġà huma l-aktar destinazzjonijiet turistiċi popolari, li jattiraw miljuni ta' viżitaturi kull sena.

Sfortunatament, il-biċċa l-kbira ta' dawn it-turisti jinġiebu lejn iż-żoni kostali mill-operaturi l-kbar tat-tours u huma relattivament ftit li jsibu triqthom lejn irħula tas-sajd tradizzjonali. L-istess jista' jingħad dwar id-diversi attivitajiet u attrazzjonijiet oħra li jistgħu jiġu offruti lill-viżitaturi mill-parti l-kbira tal-komunitajiet tas-sajd tradizzjonali. Min-naħa l-oħra, f'dawn l-aħħar snin, kien hemm interess dejjem akbar ta' turiżmu sostenibbli, u l-potenzjal li jattira turisti ekosensittivi bħal dawn għandu jiġi sfruttat.

Huwa meħtieġ li tingħata għajnuna ħalli l-komunitajiet tas-sajd u turisti jsibu lil xulxin u biex ikun żgurat li jiġi ġġenerat biżżejjed interess miż-żewġ naħat sabiex tinħoloq sħubija ta' benefiċċju dejjiemi.

Madankollu, biex jintuża dan il-potenzjal, għandhom jiġu indirizzati diversi kwistjonijiet differenti.

L-infrastruttura

Investimenti f'livell nazzjonali, reġjonali u lokali huma meħtieġa sabiex tiġi pprovduta l-infrastruttura neċessarja, minn konnettività tal-internet aħjar għal bini ta' toroq ġodda u aħjar li jiżguraw aċċess tajjeb għal villaġġi remoti tas-sajjieda, għal tiġdid ta' faċilitajiet marittimi u tas-sajd, filwaqt li fl-istess ħin jiġi żgurat li dan isir b'mod sostenibbli u li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent.

L-istaġjonalità

L-istaġjonalità hi wkoll kwistjoni kbira u tista' tiġi indirizzata, pereżempju, permezz tal-organizzazzjoni ta' festivals lokali, avvenimenti kulinari, ftuħ ta' mużewijiet u parks tematiċi, li joffru lill-viżitaturi attivitajiet differenti matul is-sena kollha u irrispettivament mill-kundizzjonijiet tat-temp. Il-kampanji ta' promozzjoni u komunikazzjoni huma partikolarment importanti f'dan ir-rigward.

L-istatus legali

Ma teżisti ebda bażi ġuridika komuni għat-turiżmu relatat mas-sajd; Pereżempju, filwaqt li titqies bħala attività professjonali fl-Italja, Franza tikklassifikah bħala attività okkażjonali. Skont l-istatus ġuridiku tiegħu fl-Istati Membri differenti, jista' jkun hemm differenzi sinifikanti fir-rigward tar-reġim ta' tassazzjoni, il-proċeduri tal-ħruġ tal-liċenzji, l-obbligi ta' kwalifiki, eċċ. L-armonizzazzjoni hija meħtieġa sabiex jiġu stabbiliti kundizzjonijiet ekwi.

Is-sikurezza tal-bastimenti tas-sajd għall-passiġġieri

Sajd jew vjaġġi fuq il-baħar rikreattivi offruti mis-sajjieda fil-bastimenti tas-sajd tagħhom, waqt li ma jintużawx għall-attività primarja tagħhom, huwa wieħed mill-aktar attrazzjonijiet possibbilment ovvji li jistgħu jiġu offruti lit-turisti. Madankollu, ir-regolamenti ta' sikurezza applikati għal tali attività ivarjaw ħafna minn Stat Membru għal ieħor. Għalhekk għandha tinstab soluzzjoni għall-kwistjoni dwar kif isir użu tal-flotot tas-sajd eżistenti, b'mod partikolari tal-bastimenti tas-sajd fuq skala żgħira, mingħajr wisq spejjeż u fl-istess ħin mingħajr ma tiġi ssagrifikata s-sikurezza tal-passiġġieri. Ir-regolamenti tas-sikurezza għandhom ikunu armonizzati u l-finanzjament, permezz ta' strumenti finanzjarji disponibbli bħall-FEMS, għandu jkun faċilment aċċessibbli u użat.

L-armonizzazzjoni ta' definizzjoni tat-turiżmu relatat mas-sajd

Minkejja l-potenzjal ekonomiku u soċjali kbir ovvju u l-varjetà ta' kwistjonijiet, li ħafna minnhom jistgħu jiġu indirizzati fil-livell Ewropew, il-leġiżlazzjoni tal-UE bħalissa ma tipprevedix definizzjoni ta' "turiżmu relatat mas-sajd". L-armonizzazzjoni ta' dan possibbilment tista' tkun l-ewwel pass lejn politika aktar koerenti tal-UE f'dan il-qasam.

Qafas ta' politika

Jidher ovvju, li t-turiżmu relatat mas-sajd jista' jibbenefika bil-kbir minn qafas ta' politika ambizzjuż. Għalhekk il-Kummissjoni, imma wkoll l-Istati Membri, l-awtoritajiet reġjonali u lokali, l-industrija u l-partijiet ikkonċernati jridu jaġixxu b'mod immirat li jkun koerenti mal-politiki tal-UE li jkollhom impatt fuq dan is-settur; Is-sinerġiji għandhom jiġu massimizzati, id-djalogu mal-partijiet interessati u l-kooperazzjoni permezz ta' sħubijiet, netwerks, clusters, eċċ. għandhom jittejbu. Billi l-FEMS u strumenti finanzjarji oħra huma disponibbli biex jipprovdu appoġġ għal investimenti li jikkontribwixxu għad-diversifikazzjoni tad-dħul tas-sajjieda permezz ta' attivitajiet kumplimentari bħal turiżmu relatat mas-sajd, il-fondi mhux qed jintużaw b'mod effiċjenti u l-aċċess għandu jiġi ffaċilitat.

Studju mwettaq mill-Kummissjoni eżamina aspetti differenti relatati speċifikament mat-turiżmu relatat mas-sajd (l-impatt soċjoekonomiku u ambjentali) u l-aħjar prattiki li diġà ġew applikati minn Stati Membri differenti jkunu pass ’il quddiem apprezzat.


OPINJONI tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (11.10.2016)

għall-Kumitat għas-Sajd

dwar ir-rwol tat-turiżmu relatat mas-sajd fid-diversifikazzjoni tas-sajd

(2016/2035(INI))

Rapporteur għal opinjoni: István Ujhelyi

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu jistieden lill-Kumitat għas-Sajd, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jenfasizza l-importanza li jitfasslu strateġiji li jkunu kapaċi jgħinu fid-diversifikar tal-ekonomija taż-żona lokali, jipprovdu aktar impjiegi u dħul għall-familji, u jgħinu biex jieqaf it-tnaqqis fl-impjiegi fil-komunitajiet dipendenti mis-settur tas-sajd;

2.  Jenfasizza l-importanza li ssir distinzjoni bejn il-forom differenti ta’ turiżmu relatat mas-sajd, li jinkludu t-turiżmu tas-sajd (peskaturiżmu u ittituriżmu), l-attivitajiet ibbażati fl-ilmijiet marittimi u kostali, is-sajd rikreattiv (inkluż it-turiżmu tas-sajd bil-qasba), is-sajd fl-ilmijiet interni, u l-attivitajiet ibbażati fuq il-wirt u l-kultura li huma mmirati lejn il-ħolqien ta’ sinerġiji ma’ inizjattivi ta’ kummerċjalizzazzjoni għal prodotti primarji ta’ kwalità għolja, filwaqt li jiġu rrispettati l-wirt naturali, il-ħarsien tal-annimali u l-bijodiversità;

L-investiment fi prodotti innovattivi, sostenibbli u magħmula apposta

3.  Ifakkar li l-Komunikazzjoni tal-2010 dwar it-Turiżmu stabbilixxiet l-iżvilupp ta’ turiżmu sostenibbli, responsabbli u ta’ kwalità għolja bħala wieħed mill-objettivi prinċipali għat-turiżmu Ewropew għall-finijiet tat-tħeġġiġ tal-ħolqien tal-impjiegi u t-tkabbir;

4.  Jenfasizza li, peress li l-vjaġġaturi llum il-ġurnata huma ferm aktar infurmati milli kienu fil-passat, jekk il-lokalitajiet turistiċi għandhom jiffjorixxu, jeħtieġ li jkunu aktar attenti li jiżguraw il-kwalità, l-awtentiċità u proporzjon għoli bejn il-prezz u l-kwalità;

5.  Jemmen, għalhekk, li l-provvista trid tiġi adattata għal forom ġodda ta’ domanda għal prodotti magħmula apposta fil-lokalitajiet kostali popolari u f'destinazzjonijiet rurali, kostali u gżejjer mhux mittiefsa, u li jridu jiġu żviluppati pjattaformi ta’ kummerċjalizzazzjoni li huma mfassla skont id-domanda potenzjali ta’ dan it-tip;

6.  Jenfasizza li huwa importanti li jiġu appoġġjati pjattaformi kummerċjali li huma mmirati lejn it-tip ta’ klijent li jkun qed ifittex esperjenza turistika tal-aqwa kwalità, li jfisser li t-taħriġ fil-ħiliet f’dan il-qasam u l-istabbiliment tal-infrastruttura tat-tekonoloġija u pjattaformi ta’ distribuzzjoni diġitali jridu jkunu prijorità f’inizjattivi pubbliċi u attivitajiet eliġibbli;

7.  Jemmen li l-mudelli ta’ negozju sostenibbli u responsabbli għal diversifikazzjoni tas-sajd iridu jimplikaw ir-rispett tal-kultura tal-komunitajiet tas-sajd lokali, u jgħinu l-ippreżervat tal-identitajiet tagħhom; jenfasizza, b’mod partikolari, li s-sajd rikreattiv relatat mat-turiżmu għandu jkun konformi mal-interessi ta’ intrapriżi tas-sajd artiġjanali lokali żgħar;

8.   Jemmen li huwa importanti li jiġu żviluppati l-peskaturiżmu u l-ittituriżmu bħala forom ta’ esperjenza ta’ ‘vaganza attiva’ b’benefiċċji sekondarji kbar, bħall-promozzjoni tal-kultura marittima u t-tradizzjonijiet tas-sajd, kif ukoll l-edukazzjoni fi kwistjonijiet ta’ kuxjenza ambjentali u l-konservazzjoni tal-ispeċijiet;

9.  Jenfasizza l-importanza ta’ mudelli ta’ negozju ekoloġiċi, u għalhekk jirrakkomanda li l-esperti ambjentali għandhom dejjem ikunu assoċjati mill-qrib ma’ gruppi ta’ azzjoni lokali (eż. il-gruppi ta’ azzjoni lokali tas-sajd u tal-akkwakultura (FLAGs) u l-gruppi ta’ azzjoni lokali rurali (LAGs));

10.  Jenfasizza li wieħed mill-ostakli li jiffaċċja t-turiżmu tas-sajd, u wieħed li jillimita l-benefiċċju potenzjali għas-sajjieda, huwa l-piż regolatorju mqiegħed fuq in-navigazzjoni kummerċjali ta' skala żgħira flimkien mal-ispiża għolja tal-adattament tal-bastimenti tas-sajd biex jiġu konformi mal-istandards tat-turiżmu;

11.  Jirrakkomanda l-istabbiliment ta’ definizzjonijiet u regoli komuni għat-turiżmu tas-sajd fil-livell nazzjonali, sabiex tiġi evitata s-sitwazzjoni fejn l-Istati Membri jdaħħlu forom differenti ta’ leġiżlazzjoni u regolamentazzjoni;

12.  Jindika li l-piż regolatorju fuq in-negozji tas-sajd, b’mod partikolari fir-rigward tar-regoli tas-sikurezza, il-leġiżlazzjoni dwar il-bini u s-sikurezza tal-bastimenti, għandu jiġi ssimplifikat sabiex jiġi ffaċilitat l-investiment meħtieġ;

13.  Joġġezzjona għal passi biex jiġu introdotti tariffi eċċessivi fil-livell nazzjonali jew reġjonali għall-kaptani rikreattivi li jużaw passaġġi tal-ilma interni pubbliċi, peress li dawn it-tariffi jikkostitwixxu restrizzjoni burokratika u jostakolaw il-peskaturiżmu u t-turiżmu nawtiku għal raġunijiet personali ("soft");

14.  Jenfasizza l-ħtieġa li wieħed iħares lejn modi biex tespandi d-domanda potenzjali fir-rigward ta’ bastimenti ttrasformati bit-twessigħ ta’ dak li qed jiġi offrut sabiex, pereżempju, ikun attraenti f’għajnejn il-komunità edukattiva, li għandha esperjenza fl-użu tas-settur agrikolu għal skopijiet ta’ tagħlim, bħal fil-każ ta' proġetti ta’ ‘skola razzett’;

15.  Jilqa’ b’sodisfazzjon il-proposti fil-livell reġjonali u nazzjonali biex jiġu introdotti permessi tas-sajd turistiku, dment li - skont il-leġiżlazzjoni dwar is-sajd u t-trattament xieraq tal-annimali - jiggarantixxu livell minimu ta’ kompetenza li jiżgura l-konformità mad-dispożizzjonijiet tas-sajd u l-użu korrett tal-qasba u t-trattament ta’ ħut maqbud;

16.  Jenfasizza l-importanza tat-turiżmu tas-sajd għall-preservazzjoni ta’ tradizzjonijiet kulturali u kulinari u tal-istili ta' ħajja tradizzjonali f’żoni kostali u maġenb l-ilma;

17.  Ifakkar lill-Kummissjoni li t-tisħiħ tat-turiżmu tas-sajd jista’ jżid il-viżibilità ta’ żoni turistiċi ġodda li l-potenzjal tagħhom għadu jrid jiġi sfruttat.

18.  Jenfasizza li, sabiex jiġi mħeġġeġ l-ekoturiżmu fis-sajd, faċilitajiet apposta għandhom jinħolqu għal lokalitajiet tas-sajd, bħal żoni ta' kampeġġ u ta' irmiġġ, parkeġġi u faċilitajiet ta’ rikreazzjoni;

19.  Jinnota li t-turiżmu tas-sajd bil-qasba huwa taqsima tan-negozju li hija żviluppata sew u li qed tikber f’xi Stati Membri, filwaqt li għadu potenzjal mhux użat f’oħrajn; jenfasizza l-importanza tat-turiżmu tas-sajd bil-qasba rikreattiv fir-reġjuni kostali u rurali, u tas-sajd f’ilmijiet interni bħala attività ta’ żvilupp sostenibbli u ta’ valur għoli;

20.  Jenfasizza l-ħtieġa li jiġi valutat l-impatt li jkollhom attivitajiet tas-sajd rikreattiv relatati mat-turiżmu fuq is-sajd;

21.  Jistieden lill-Kummissjoni tanalizza l-impatt soċjoekonomiku li għandu s-sajd rikreattiv fuq it-turiżmu ta' fuq l-art, b’mod partikolari fiż-żoni rurali, u tipproponi miżuri possibbli għar-reġjuni fejn il-potenzjal għal dan it-tip ta’ sajd mhuwiex sfruttat biżżejjed;

Il-massimizzazzjoni tal-użu tal-appoġġ finanzjarju tal-UE

22.  Jistieden lill-Kummissjoni tanalizza l-effiċjenza tal-azzjoni meħuda mill-UE fl-iżvilupp taż-żoni tas-sajd, kif ukoll fid-diversifikazzjoni ekonomika tas-sajd, inkluża l-azzjoni meħuda taħt il-Fondi Strutturali Ewropej u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (FEMS) b’mod partikolari; jistieden lill-Kummissjoni tippubblika analiżi regolari ta’ liema proġetti ġew appoġġati, u b’liema ammonti;

23.  Jistenna b’mod partikolari li l-evalwazzjoni li jmiss li se ssir mill-Kummissjoni tal-approċċ ta’ żvilupp lokali mmexxi mill-komunità (CLLD) se tgħin biex ittejjeb il-fehim tal-impatt soċjoekonomiku tal-miżuri ta’ diversifikazzjoni meħudin taħt il-FEMS, anke fil-qafas tal-istrateġiji konġunti stabbiliti mill-LAGs u l-FLAGs;

24.  Jenfasizza li għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013, il-FLAGs kellhom għad-dispożizzjoni tagħhom EUR 486 miljun mill-FES, u li madwar 12 000 proġett lokali kienu appoġġati matul dak il-perjodu;

25.Jenfasizza, barra minn hekk, li fil-perjodu finanzjarju attwali, il-finanzjament totali disponibbli taħt il-FEMS żdied għal EUR 514 miljun għal miżuri taħt is-CLLD;

26.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri u l-FLAGs biex jagħmlu l-aħjar użu tal-fondi disponibbli u wkoll biex jużaw, meta jkun possibbli, il-finanzjament multiplu (flimkien mal-FEŻR, il-FAEŻR u l-FSE);

27.  Jistieden lill-Istati Membri biex jagħmlu użu xieraq mill-fondi disponibbli taħt il-FEMS għall-adattament u l-modernizzazzjoni tal-bastimenti tas-sajd professjonali u għall-proġetti tal-impriżi tas-sajd, u biex jiġu stabbiliti punti ta’ kuntatt fil-livell reġjonali biex jipprovdu informazzjoni u appoġġ adegwati;

28.  Jirrakkomanda li l-FLAGs jikkooperaw mill-qrib ma' esperti tat-turiżmu sabiex jidentifikaw proġetti u finanzjament xieraq, permezz tal-Assi 4 tal-FEMS, għad-diversifikazzjoni f’żoni tas-sajd;

29.  Ifakkar li l-FEMS jipprovdi appoġġ finanzjarju speċifiku għal inizjattivi fil-komunitajiet tas-sajd promossi min-nisa;

30.  Jistieden lill-Istati Membri biex jiżguraw, permezz tal-istabbiliment tal-kriterji tal-għażla għal operazzjonijiet taħt il-FEMS, li l-ugwaljanza bejn is-sessi tiġi integrata u promossa sew fl-azzjonijiet iffinanzjati kollha (pereżempju billi tingħata preferenza lil azzjonijiet immirati speċifikament lejn in-nisa jew imwettqa minnhom);

31.  Jirrakkomanda li jingħata appoġġ finanzjarju speċifiku lill-awtoritajiet lokali f’żoni tas-sajd għall-ftuħ ta’ “punti ta’ informazzjoni” bil-kompitu li jippreżentaw, jippromwovu u jipprovdu informazzjoni dwar il-komunitajiet tas-sajd u l-prodotti tradizzjonali, kif ukoll fuq l-għanijiet tat-turiżmu f’dawk l-oqsma;

32.  Jirrakkomanda li jingħata appoġġ finanzjarju speċifiku għall-inkoraġġiment tal-intraprenditorija u l-innovazzjoni permezz tal-finanzjament ta’ attivitajiet li jiddependu mill-industrija tas-sajd;

33.  Jirrakkomanda li l-Kummissjoni, flimkien mal-Istati Membri, tadotta terminu xieraq għall-komunitajiet tas-sajd fl-Unjoni jew f’żoni ta’ qbid sekondarju, bħall-komunitajiet mal-baħar "Aldeias do Mar" ("Irħula ħdejn il-Baħar") fil-Portugall, bl-involviment tal-FLAGs; iħeġġeġ li jiġu allokati l-fondi meħtieġa għall-istabbiliment ta’ netwerk Ewropew għall-iskambju tal-aħjar prattiki u l-immappjar ta’ attivitajiet tas-sajd b’informazzjoni dwar il-punti ta’ interess u l-karatteristiċi ta’ kull komunità tas-sajd;

Il-promozzjoni tad-diversifikazzjoni tal-prodotti

34.  Huwa konvint li taħlita bbilanċjata ta’ prodotti tat-turiżmu alternattivi u b’mira speċifika, u l-promozzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni xierqa ta’ dawk il-prodotti, tista’ tgħin sabiex ikun hemm bilanċ bejn il-problemi tal-istaġjonalità;

35.  Jisħaq fuq il-punt li sabiex jinkiseb l-objettiv tad-diversifikazzjoni, l-inizjattivi tal-intraprenditorija kollha jridu jkunu bbażati lokalment, b’garanzija li l-kontroll fuq il-kumpanija u l-kooperattivi jinżamm f’dak il-livell; jindika li l-inizjattivi tal-ekonomija soċjali huma partikolarment adatti għal dawn l-iskopijiet;

36.  Jitlob, għalhekk, li jingħata appoġġ lil pjattaformi kummerċjali operati minn intraprendituri lokali sabiex jiġi żgurat li jżommu l-ogħla grad possibbli ta’ involviment u parteċipazzjoni fi, u kontroll fuq, il-katina tal-valur sħiħa;

37.  Jenfasizza li d-diversifikazzjoni tal-prodotti tirrikjedi promozzjoni xierqa, u li hija meħtieġa strateġija ta’ viżibilità għall-grupp ta' sajjieda fil-mira, inklużi inizjattivi ta’ promozzjoni transfruntiera;

38.  Jemmen, għalhekk, li l-lokalitajiet tas-sajd għandhom jikkunsidraw li jniedu kampanji ta’ kummerċjalizzazzjoni konġunti ma’ destinazzjonijiet oħra fl-istess reġjun - kif ġie ssuġġerit fir-rapport tal-PE dwar "Sfidi u kunċetti ġodda għall-promozzjoni tat-turiżmu fl-Ewropa" - u jippromwovu pjattaformi ta' kummerċjalizzazzjoni konġunti b’enfasi partikolari fuq il-promozzjoni u l-bejgħ online, fuq bażi ta’ kooperazzjoni internazzjonali;

39.  Huwa tal-fehma li fi ħdan din l-istrateġija ta’ kummerċjalizzazzjoni, għandhom jiġu stabbiliti sinerġiji bejn inizjattivi ta’ kummerċjalizzazzjoni għal prodotti friski jew ipproċessati ta’ kwalità għolja, għall-gastronomija u għat-turiżmu, raggruppati f’żoni territorjali li huma koerenti minn perspettiva kulturali, ambjentali jew relatati mal-produzzjoni u/jew mfassla f’sinerġija;

40.  Jistieden lill-Kummissjoni biex b’mod attiv tappoġġja u tippromwovi l-investiment fid-diversifikazzjoni tas-sajd f’termini ta’ kummerċjalizzazzjoni u pproċessar ta’ prodotti tal-ħut lokali, u tagħti spinta lill-iżvilupp ta’ kanali ta’ distribuzzjoni lokali;

41.  Ifakkar lill-Kummissjoni dwar il-ħtieġa li tippromwovi u tipprovdi ċertifikazzjoni għal prodotti tas-sajd tradizzjonali u tistabbilixxi marki lokali speċifiċi għal żoni tas-sajd;

42.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tappoġġja l-investiment fid-diversifikazzjoni tas-settur tas-sajd permezz tal-iżvilupp ta’ attivitajiet kumplementari, inklużi l-investimenti f’bastimenti, fit-taħriġ, fit-tagħmir tas-sikurezza, u fl-attivitajiet kulturali u edukattivi;

43.  Jistieden lill-Kummissjoni tappoġġja b’mod attiv l-investiment fid-diversifikazzjoni tas-sajd fl-oqsma tal-kultura u l-arti bħala parti mill-wirt tradizzjonali, u tappoġġja l-investiment fil-promozzjoni tat-tradizzjoni u l-wirt tas-sajd b’mod ġenerali (tekniki u rkapti tas-sajd);

44.  Jistieden lill-Istati Membri, kif ukoll lill-awtoritajiet reġjonali u lokali, jiskambjaw l-aħjar prattiki bil-għan li joħolqu sensibilizzazzjoni ikbar, madwar reġjuni usa', ta’ prodotti innovattivi tat-turiżmu relatat mas-sajd li ħarġu ta’ suċċess mil-lat ekonomiku, soċjali u ambjentali;

45.  Jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi, fil-qafas tan-Netwerk Ewropew dwar iż-Żoni tas-Sajd (FARNET) u l-FLAGs, djalogu pan-Ewropew mal-portijiet u l-partijiet interessati tat-turiżmu u l-esperti ambjentali;

46.  Jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi, permezz tal-Kummissjoni Ewropea għat-Turiżmu u l-portal visiteurope.com tagħhom, id-destinazzjonijiet tat-turiżmu tas-sajd rikreattiv fl-Ewropa, u, permezz ta’ kampanja ta’ informazzjoni mmirata, biex in-negozji tas-sajd isiru konxji mill-potenzjal ta’ dawn il-mudelli ta’ negozju ġodda u sostenibbli u mill-opportunitajiet ta’ tkabbir li huma joffru;

L-għarfien u l-ħiliet

47.  Jistieden lill-Istati Membri, u lill-awtoritajiet reġjonali u lokali, ixerrdu fost kulħadd l-informazzjoni dwar il-Portal Ewropew dwar il-Mobilità fix-Xogħol EURES, tal-Kummissjoni, li jagħti informazzjoni għal min qed ifittex impjieg u għal min iħaddem dwar l-opportunitajiet ta’ xogħol, il-ħiliet u l-ħtiġijiet ta’ taħriġ fit-taqsima tal-"impjiegi blu", u jippromwovu korsijiet online miftuħa li għandhom l-għan li jaġġornaw jew jorjentaw mill-ġdid il-ħiliet relatati mal-ġestjoni tat-turiżmu u l-peskaturiżmu innovattiv;

48.  Jistieden lill-Kummissjoni tinkludi taqsima ddedikata fil-Portal Ewropew tan-Negozji Żgħar li jkollha l-għan li tgħin lill-intraprendituri/lis-sajjieda jiksbu l-finanzjament għal attivitajiet fil-qasam tat-turiżmu relatat mas-sajd.

49.  Jenfasizza l-ħtieġa li tiżdied il-kuxjenza fost l-intraprendituri lokali, u jiġu pprovduti bit-taħriġ, fuq il-pjattaformi online l-ġodda għall-promozzjoni u l-bejgħ ta’ prodotti relatati mat-turiżmu, inkluż it-turiżmu bbażat fuq l-esperjenzi, u biex jiġu mħeġġa jintegraw dawn l-elementi fin-negozji tagħhom sabiex jiżguraw li l-profitti tad diversifikazzjoni jibqgħu fil-komunitajiet lokali.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

11.10.2016

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

38

4

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Daniela Aiuto, Lucy Anderson, Marie-Christine Arnautu, Inés Ayala Sender, Georges Bach, Izaskun Bilbao Barandica, Deirdre Clune, Michael Cramer, Luis de Grandes Pascual, Andor Deli, Isabella De Monte, Jacqueline Foster, Dieter-Lebrecht Koch, Merja Kyllönen, Miltiadis Kyrkos, Bogusław Liberadzki, Peter Lundgren, Marian-Jean Marinescu, Georg Mayer, Gesine Meissner, Cláudia Monteiro de Aguiar, Renaud Muselier, Markus Pieper, Salvatore Domenico Pogliese, Tomasz Piotr Poręba, Gabriele Preuß, Christine Revault D’Allonnes Bonnefoy, Dominique Riquet, Massimiliano Salini, David-Maria Sassoli, Claudia Schmidt, Jill Seymour, Claudia Țapardel, Keith Taylor, Pavel Telička, Wim van de Camp, Roberts Zīle, Kosma Złotowski, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Knut Fleckenstein, Maria Grapini, Werner Kuhn

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Olle Ludvigsson


INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

30.5.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

24

1

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marco Affronte, Clara Eugenia Aguilera García, Renata Briano, Alain Cadec, David Coburn, Richard Corbett, Diane Dodds, Linnéa Engström, João Ferreira, Sylvie Goddyn, Mike Hookem, Ian Hudghton, Carlos Iturgaiz, António Marinho e Pinto, Gabriel Mato, Norica Nicolai, Liadh Ní Riada, Ulrike Rodust, Annie Schreijer-Pierik, Remo Sernagiotto, Ricardo Serrão Santos, Isabelle Thomas, Ruža Tomašić, Peter van Dalen, Jarosław Wałęsa

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Ole Christensen, Rosa D’Amato, Norbert Erdős, Jens Gieseke, Seán Kelly, Verónica Lope Fontagné, Francisco José Millán Mon

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

John Stuart Agnew, Paloma López Bermejo


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

1.1 Votazzjoni finali

24

+

ALDE

António Marinho e Pinto, Norica Nicolai

ECR

Remo Sernagiotto, Ruža Tomašić, Peter van Dalen

EFDD

Rosa D'Amato

ENF

Gilles Lebreton

GUE/NGL

Paloma López Bermejo

PPE

Alain Cadec, Jens Gieseke, Carlos Iturgaiz, Verónica Lope Fontagné, Gabriel Mato, Annie Schreijer-Pierik, Jarosław Wałęsa

S&D

Clara Eugenia Aguilera García, Renata Briano, Ole Christensen, Ulrike Rodust, Ricardo Serrão Santos, Isabelle Thomas

Verts/ALE

Marco Affronte, Linnéa Engström, Ian Hudghton

1

-

EFDD

John Stuart Agnew

0

0

 

 

Avviż legali