Proċedura : 2016/0107(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0227/2017

Testi mressqa :

A8-0227/2017

Dibattiti :

PV 04/07/2017 - 3
CRE 04/07/2017 - 3

Votazzjonijiet :

PV 04/07/2017 - 6.10
CRE 04/07/2017 - 6.10
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
PV 27/03/2019 - 18.10

Testi adottati :

P8_TA(2017)0284
P8_TA(2019)0309

RAPPORT     ***I
PDF 1087kWORD 115k
21.6.2017
PE 597.646v03-00 A8-0227/2017

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2013/34/UE fir-rigward tad-divulgazzjoni tal-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu minn ċerti intrapriżi u fergħat

(COM(2016)0198 – C8-0146/2016 – 2016/0107(COD))

Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

Kumitat għall-Affarijiet Legali

Rapporteurs: Hugues Bayet, Evelyn Regner

(Proċedura b'kumitat konġunt – Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura)

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 OPINJONI TAL-MINORANZA
 OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET LEGALI DWAR IL-BAŻI ĠURIDIKA
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar li temenda d-Direttiva 2013/34/UE fir-rigward tad-divulgazzjoni tal-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu minn ċerti intrapriżi u fergħat

(COM(2016)0198 – C8-0146/2016 – 2016/0107(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2016)0198),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 50(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0146/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati ppreżentati mill-Parlament Irlandiż u l-Parlament Żvediż, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità li jiddikjaraw li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi ġuridika proposta,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-21 ta' Settembru 2016(1),

–  wara li kkunsidra l-Pjan ta' Azzjoni tal-OECD dwar l-Erożjoni tal-Bażi tat-Taxxa u t-Trasferiment tal-Profitti (BEPS),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 59 u 39 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra d-deliberazzjonijiet konġunti tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-Kumitat għall-Affarijiet Legali skont l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A8-0227/2017),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal direttiva

Premessa -1 (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-1)  L-ugwaljanza tal-kontribwenti, b'mod partikolari fost l-intrapriżi kollha, hija indispensabbli għas-suq uniku. Approċċ ikkoordinat u armonizzat għall-implimentazzjoni tas-sistemi nazzjonali tat-taxxa huwa essenzjali għall-funzjonament xieraq tas-suq uniku, u jikkontribwixxi għall-prevenzjoni tal-evitar tat-taxxa u t-trasferiment tal-profitti.

Emenda    2

Proposta għal direttiva

Premessa -1a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-1a)  L-evitar u l-evażjoni tat-taxxa, kif ukoll l-iskemi ta' trasferiment tal-profitti, ċaħħdu lill-gvernijiet u lill-popolazzjonijiet mir-riżorsi meħtieġa sabiex, fost affarijiet oħra, jiggarantixxu aċċess universali u bla ħlas għas-servizzi pubbliċi edukattivi u tas-saħħa kif ukoll għas-servizzi soċjali tal-Istat, u ċaħħdu wkoll lill-Istati milli jkunu jistgħu jiżguraw akkomodazzjoni u trasport pubbliku affordabbli u bini ta' infrastruttura essenzjali sabiex ikun hemm żvilupp soċjali u tkabbir ekonomiku. Fil-qosor, skemi bħal dawn kienu fattur ta' inġustizzja, inugwaljanza u diverġenzi ekonomiċi, soċjali u territorjali.

Emenda    3

Proposta għal direttiva

Premessa -1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-1b)  Sistema ta' taxxa korporattiva ġusta u effikaċi jenħtieġ li twieġeb għall-ħtieġa urġenti ta' politika globali progressiva u ġusta dwar it-taxxa, tippromwovi r-ridistribuzzjoni tal-ġid u tiġġieled kontra l-inugwaljanzi.

Emenda    4

Proposta għal direttiva

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  F'dawn l-aħħar snin, l-isfida ppreżentata mill-evitar tat-taxxa fuq l-introjtu tal-kumpaniji żdiedet konsiderevolment u saret punt ċentrali ta' tħassib fl-Unjoni u globalment. Il-Kunsill Ewropew fil-konklużjonijiet tiegħu tat-18 ta' Diċembru 2014 għaraf il-ħtieġa urġenti sabiex l-isforzi fil-ġlieda kontra l-evitar tat-taxxa jimxu 'l quddiem, kemm fil-livell globali kif ukoll f'dak tal-Unjoni. Il-Kummissjoni fil-Komunikazzjonijiet tagħha bit-titlu "Programm ta' Ħidma tal-Kummissjoni tal-2016 – Mhux il-waqt li kollox jibqa' l-istess"16 u "Programm ta' Ħidma tal-Kummissjoni 2015 – Bidu Ġdid"17 identifikat bħala prijorità l-ħtieġa li tinqabad it-triq tas-sistema li permezz tagħha l-pajjiż li fih jiġu ġġenerati l-profitti jkun ukoll il-pajjiż tat-tassazzjoni. Il-Kummissjoni identifikat ukoll bħala prijorità l-ħtieġa li titwieġeb is-sejħa tas-soċjetajiet tagħna għall-ġustizzja u għat-trasparenza tat-taxxi.

(1)  It-trasparenza hija essenzjali sabiex jiġi żgurat il-funzjonament bla xkiel tas-Suq Uniku. F'dawn l-aħħar snin, l-isfida ppreżentata mill-evitar tat-taxxa fuq l-introjtu tal-kumpaniji żdiedet konsiderevolment u saret punt ċentrali ta' tħassib fl-Unjoni u globalment. Il-Kunsill Ewropew fil-konklużjonijiet tiegħu tat-18 ta' Diċembru 2014 għaraf il-ħtieġa urġenti sabiex l-isforzi fil-ġlieda kontra l-evitar tat-taxxa jimxu 'l quddiem, kemm fil-livell globali kif ukoll f’dak tal-Unjoni. Il-Kummissjoni fil-Komunikazzjonijiet tagħha bit-titlu "Programm ta' Ħidma tal-Kummissjoni tal-2016 – Mhux il-waqt li kollox jibqa' l-istess"16 u "Programm ta' Ħidma tal-Kummissjoni 2015 – Bidu Ġdid"17 identifikat bħala prijorità l-ħtieġa li tinqabad it-triq tas-sistema li permezz tagħha l-pajjiż li fih jiġu ġġenerati l-profitti jkun ukoll il-pajjiż tat-tassazzjoni. Il-Kummissjoni identifikat ukoll bħala prijorità l-ħtieġa li titwieġeb is-sejħa taċ-ċittadini Ewropej għat-trasparenza u l-ħtieġa li taġixxi bħala mudell ta' referenza għal pajjiżi oħra. Huwa essenzjali li t-trasparenza tqis ir-reċiproċità fost il-kompetituri.

__________________

__________________

16 COM(2015) 610 final tas-27 ta' Ottubru 2015.

16 COM(2015) 610 final tas-27 ta' Ottubru 2015.

17 COM(2014) 910 final tas-16 ta' Diċembru 2014.

17 COM(2014) 910 final tas-16 ta' Diċembru 2014.

Emenda    5

Proposta għal direttiva

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  Il-Parlament Ewropew fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Diċembru 2015 dwar id-dħul tat-trasparenza, tal-koordinazzjoni u tal-konverġenza fil-politiki dwar it-Taxxa fuq il-Kumpaniji fi ħdan l-Unjoni18 għaraf li ż-żieda fit-trasparenza fil-qasam tat-tassazzjoni fuq il-kumpaniji tista' ttejjeb il-ġbir tat-taxxa, tagħmel ħidmet l-awtoritajiet tat-taxxa aktar effiċjenti u tiżgura fiduċja akbar fost il-pubbliku u fiduċja fis-sistemi tat-taxxa u fil-gvernijiet.

(2)  Il-Parlament Ewropew fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Diċembru 2015 dwar id-dħul tat-trasparenza, tal-koordinazzjoni u tal-konverġenza fil-politiki dwar it-Taxxa fuq il-Kumpaniji fi ħdan l-Unjoni18 għaraf li ż-żieda fit-trasparenza, fil-kooperazzjoni u fil-konverġenza fil-qasam tal-politika tat-tassazzjoni fuq il-kumpaniji fl-Unjoni tista' ttejjeb il-ġbir tat-taxxa, tagħmel ħidmet l-awtoritajiet tat-taxxa aktar effiċjenti, tappoġġja lil dawk li jfasslu l-politika fil-valutazzjoni tas-sistema tat-tassazzjoni attwali biex jiżviluppaw il-leġiżlazzjoni tal-futur, tiżgura fiduċja akbar fost il-pubbliku u fiduċja fis-sistemi tat-taxxa u fil-gvernijiet u ttejjeb it-teħid ta' deċiżjonijiet dwar l-investimenti abbażi ta' profili tar-riskju tal-kumpaniji aktar preċiżi.

__________________

__________________

18 2015/2010(INL).

18 2015/2010(INL).

Emenda    6

Proposta għal direttiva

Premessa 2a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a)  Ir-rapportar pubbliku għal kull pajjiż huwa għodda effiċjenti u xierqa biex tiżdied it-trasparenza b'rabta mal-attivitajiet tal-intrapriżi multinazzjonali u biex il-pubbliku jkun jista' jivvaluta l-impatt ta' dawk l-attivitajiet fuq l-ekonomija reali. Dan itejjeb ukoll il-kapaċità tal-azzjonisti li jevalwaw kif xieraq ir-riskji li jittieħdu mill-kumpaniji, iwassal għal strateġiji ta' investiment ibbażati fuq informazzjoni preċiża u jsaħħaħ il-kapaċità ta' dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet li jivvalutaw l-effiċjenza u l-impatt tal-leġiżlazzjonijiet nazzjonali.

Emenda    7

Proposta għal direttiva

Premessa 2b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2b)  Ir-rapportar għal kull pajjiż se jkollu wkoll impatt pożittiv fuq id-drittijiet tal-impjegati għal informazzjoni u konsultazzjoni kif previst fid-Direttiva 2002/14/KE u, billi jżid l-għarfien dwar l-attivitajiet tal-kumpaniji, fuq il-kwalità tad-djalogu impenjat fil-kumpaniji.

Emenda    8

Proposta għal direttiva

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Filwaqt li sejjaħ għal sistema tat-taxxa internazzjonali globalment ġusta u moderna, il-G20, f'Novembru 2015 approva l-"Pjan ta' Azzjoni dwar l-Erożjoni tal-Bażi tat-Taxxa u t-Trasferiment tal-Profitti" (BEPS, Base Erosion and Profit Shifting) tal-OECD li kellu t-tir li jipprovdi lill-gvernijiet b'soluzzjonijiet internazzjonali ċari biex jindirizzaw il-lakuni u d-diskrepanzi fir-regoli eżistenti li jippermettu li l-profitti tal-kumpaniji jkunu trasferiti lejn postijiet li fihom jew ma hemm l-ebda tassazzjoni jew inkella hemm tassazzjoni baxxa, fejn ma jista' jinħoloq l-ebda valur reali. B'mod partikolari, l-Azzjoni 13 tal-BEPS tintroduċi rapportat għal kull pajjiż minn ċerti intrapriżi multinazzjonali lill-awtoritajiet tat-taxxa fuq bażi kunfidenzjali. Fis-27 ta' Jannar 2016, il-Kummissjoni adottat il-"Pakkett kontra l-Evitar tat-Taxxa". Wieħed mill-objettivi ta' dak il-pakkett huwa li l-Azzjoni 13 tal-BEPS tiġi trasposta fi dritt tal-Unjoni, billi tiġi emendata d-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE20.

(4)  Filwaqt li sejjaħ għal sistema tat-taxxa internazzjonali globalment ġusta u moderna, il-G20, f'Novembru 2015 approva l-"Pjan ta' Azzjoni dwar l-Erożjoni tal-Bażi tat-Taxxa u t-Trasferiment tal-Profitti" (BEPS, Base Erosion and Profit Shifting) tal-OECD li kellu t-tir li jipprovdi lill-gvernijiet b'soluzzjonijiet internazzjonali ċari biex jindirizzaw il-lakuni u d-diskrepanzi fir-regoli eżistenti li jippermettu li l-profitti tal-kumpaniji jkunu trasferiti lejn postijiet li fihom jew ma hemm l-ebda tassazzjoni jew inkella hemm tassazzjoni baxxa, fejn ma jista' jinħoloq l-ebda valur reali. L-inizjattiva BEPS ma ssodisfatx il-wegħda li għamlu l-ministri tal-finanzi tal-G20 f'San Pietruburgu, f'Settembru 2013, meta qalu li "l-profitti jenħtieġ li jiġu intaxxati fejn jitwettqu l-attivitajiet ekonomiċi li jġibu l-profitti u fejn jinħoloq il-valur"19a. Il-falliment tal-proċess BEPS li jissodisfa l-objettivi oriġinali tiegħu jenfasizza l-importanza ta' aktar rapportar fil-livell tal-pajjiżi għall-intrapriżi multinazzjonali kollha. B'mod partikolari, l-Azzjoni 13 tal-BEPS tintroduċi rapportat għal kull pajjiż minn ċerti intrapriżi multinazzjonali lill-awtoritajiet tat-taxxa fuq bażi kunfidenzjali. Fis-27 ta' Jannar 2016, il-Kummissjoni adottat il-"Pakkett kontra l-Evitar tat-Taxxa". Wieħed mill-objettivi ta' dak il-pakkett huwa li l-Azzjoni 13 tal-BEPS tiġi trasposta fi dritt tal-Unjoni, billi tiġi emendata d-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE20. Madankollu, l-intaxxar fuq il-profitti fejn jinħoloq il-valur jitlob approċċ aktar komprensiv għar-rapportar għal kull pajjiż li jkun ibbażat fuq ir-rapportar pubbliku.

__________________

__________________

 

19a Id-Dikjarazzjoni tal-Mexxejja tal-G20, Summit ta' San Pietruburgu, 5-6 ta' Settembru 2013, p. 12.

20 Id-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE tal-15 ta' Frar 2011 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni u li tħassar id-Direttiva 77/799/KEE (ĠU L 64, 11.3.2011, p. 1).

20 Id-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE tal-15 ta' Frar 2011 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni u li tħassar id-Direttiva 77/799/KEE (ĠU L 64, 11.3.2011, p. 1).

Emenda    9

Proposta għal direttiva

Premessa 4a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a)  Jenħtieġ li l-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà (IASB) jaġġorna l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) u l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà (IAS) rilevanti biex tiġi ffaċilitata l-introduzzjoni tar-rekwiżiti tar-rapportar pubbliku għal kull pajjiż.

Emenda    10

Proposta għal direttiva

Premessa 4b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4b)  Ir-rapportar pubbliku għal kull pajjiż diġà ġie stabbilit fl-Unjoni Ewropea għas-settur bankarju bid-Direttiva 2013/36/UE kif ukoll għall-industrija estrattiva u tal-qtugħ tas-siġar bid-Direttiva 2013/34/UE.

Emenda    11

Proposta għal direttiva

Premessa 4c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4c)  Permezz ta' introduzzjoni bla preċedent tar-rapportar pubbliku għal kull pajjiż, l-Unjoni wriet li saret mexxej globali fil-ġlieda kontra l-evitar tat-taxxa.

Emenda    12

Proposta għal direttiva

Premessa 4d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4d)  Billi l-ġlieda kontra l-evażjoni tat-taxxa, l-evitar tat-taxxa u l-ippjanar aggressiv tat-taxxa tista' tkun ta' suċċess biss b'azzjoni konġunta fil-livell internazzjonali, l-Unjoni, filwaqt li tibqa' mexxej globali f'din il-ġlieda, jeħtiġilha tikkoordina l-azzjonijiet tagħha mal-atturi internazzjonali, pereżempju fil-qafas tal-OECD. L-azzjonijiet unilaterali, anke jekk ikunu ambizzjużi ħafna, ma għandhomx possibbiltà reali li jkunu ta' suċċess, u, barra minn hekk, azzjonijiet bħal dawn ipoġġu f'riskju l-kompetittività tal-kumpaniji Ewropej u jagħmlu ħsara lill-klima tal-investiment fl-Unjoni.

Emenda    13

Proposta għal direttiva

Premessa 4e (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4e)  Aktar trasparenza fir-riżultati tad-divulgazzjoni finanzjarja tirriżulta f'sitwazzjoni fejn kulħadd joħroġ rebbieħ peress li l-amministrazzjonijiet tat-taxxa jsiru aktar effiċjenti, is-soċjetà ċivili tkun involuta iżjed, l-impjegati jkunu infurmati aħjar, u l-investituri jkollhom inqas avversità għar-riskju. Barra minn hekk, l-intrapriżi jibbenefikaw minn relazzjonijiet aħjar mal-partijiet ikkonċernati, li jirriżulta f'aktar stabbiltà, flimkien ma' aċċess aktar faċli għall-finanzjament minħabba profil tar-riskju aktar ċar u titjib fir-reputazzjoni.

Emenda    14

Proposta għal direttiva

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Skrutinju pubbliku mtejjeb tat-taxxi fuq l-introjtu tal-kumpaniji li jitħallsu mill-intrapriżi multinazzjonali li jwettqu attivitajiet fl-Unjoni huwa element essenzjali sabiex ir-responsabbiltà tal-kumpaniji tkun imħeġġa aktar, jingħata kontribut għall-benessri permezz tat-taxxi, tiġi promossa kompetizzjoni aktar ġusta tat-taxxi fl-Unjoni permezz ta' dibattitu pubbliku msejjes fuq informazzjoni aħjar u titreġġa' lura l-fiduċja tal-pubbliku f'kemm is-sistemi nazzjonali tat-taxxa huma ġusti. Skrutinju pubbliku bħal dan jista' jinkiseb permezz ta' rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu, irrispettivament minn fejn tkun stabbilita l-intrapriża prinċipali apikali tal-grupp multinazzjonali.

(5)  Minbarra ż-żieda fit-trasparenza maħluqa mir-rapportar għal kull pajjiż għall-awtoritajiet nazzjonali tat-taxxa, skrutinju pubbliku mtejjeb tat-taxxi fuq l-introjtu tal-kumpaniji li jitħallsu mill-intrapriżi multinazzjonali li jwettqu attivitajiet fl-Unjoni huwa element essenzjali sabiex jitrawwem l-obbligu ta' rendikont tal-kumpaniji u sabiex ir-responsabbiltà tal-kumpaniji tkun imħeġġa aktar, jingħata kontribut għall-benessri permezz tat-taxxi, tiġi promossa kompetizzjoni aktar ġusta tat-taxxi fl-Unjoni permezz ta' dibattitu pubbliku msejjes fuq informazzjoni aħjar u titreġġa' lura l-fiduċja tal-pubbliku f'kemm is-sistemi nazzjonali tat-taxxa huma ġusti. Skrutinju pubbliku bħal dan jista' jinkiseb permezz ta' rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu, irrispettivament minn fejn tkun stabbilita l-intrapriża prinċipali apikali tal-grupp multinazzjonali. L-iskrutinju pubbliku, madankollu, irid isir mingħajr ma' ssir ħsara lill-klima tal-investiment fl-Unjoni jew lill-kompetittività tal-kumpaniji tal-Unjoni, b'mod partikolari l-SMEs kif definiti f'din id-Direttiva u l-kumpaniji b'kapitalizzazzjoni medja kif definiti fir-Regolament (UE) 2015/10171a, li għandhom jiġu esklużi mill-obbligu ta' rapportar stabbilit skont din id-Direttiva.

 

__________________

 

1a Ir-Regolament (UE) 2015/1017 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ġunju 2015 dwar il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi, iċ-Ċentru Ewropew ta' Konsulenza għall-Investimenti u l-Portal Ewropew ta' Proġetti ta' Investiment u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1291/2013 u (UE) Nru 1316/2013 – il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi, ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19.

Emenda    15

Proposta għal direttiva

Premessa 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a)  Il-Kummissjoni ddefiniet ir-responsabbiltà soċjali korporattiva (CSR) bħala r-responsabbiltà tal-intrapriżi għall-impatt tagħhom fuq is-soċjetà. Is-CSR jenħtieġ li tkun immexxija mill-kumpaniji. L-awtoritajiet pubbliċi jista' jkollhom rwol ta' appoġġ permezz ta' taħlita intelliġenti ta' miżuri ta' politika volontarji u, fejn ikun meħtieġ, regolamentazzjoni komplementari. Il-kumpaniji jistgħu jsiru soċjalment responsabbli billi jsegwu l-liġi jew inkella billi jintegraw it-tħassib soċjali, ambjentali, etiku u tal-konsumaturi jew dak dwar id-drittijiet tal-bniedem fl-istrateġija kummerċjali u l-operazzjonijiet tagħhom, jew it-tnejn li huma.

Emenda    16

Proposta għal direttiva

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  Il-pubbliku għandu jkun jista' jwettaq skrutinju tal-attivitajiet kollha ta' grupp meta l-grupp ikollu ċerti stabbilimenti fl-Unjoni. Għall-gruppi li jwettqu attivitajiet fl-Unjoni permezz ta' intrapriżi sussidjarji jew fergħat biss, is-sussidjarji u l-fergħat għandhom jippubblikaw u jagħtu aċċess għar-rapport tal-intrapriża prinċipali apikali. Madankollu għal raġunijiet ta' proporzjonalità u effikaċja, l-obbligu tal-pubblikazzjoni u tal-aċċessibbiltà tar-rapport għandu jkun limitat għal sussidjarji ta' daqs medju jew kbir li jkunu stabbiliti fl-Unjoni, jew fergħat ta' daqs paragunabbli miftuħa fi Stat Membru. Għaldaqstant, il-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2013/34/UE għandu jiġi estiż f'dan is-sens għall-fergħat miftuħa fi Stat Membru minn intrapriża stabbilita barra mill-Unjoni.

(6)  Jenħtieġ li l-pubbliku jkun jista' jwettaq skrutinju tal-attivitajiet kollha ta' grupp meta l-grupp ikollu ċerti stabbilimenti fl-Unjoni u barra minnha. Il-gruppi bi stabbilimenti fl-Unjoni jenħtieġ li jirrispettaw il-prinċipji tal-Unjoni Ewropea dwar governanza tajba tat-taxxa. L-intrapriżi multinazzjonali joperaw madwar id-dinja u l-imġiba korporattiva tagħhom ikollha impatt sostanzjali fuq il-pajjiżi li qed jiżviluppaw. L-għoti ta' aċċess għal informazzjoni korporattiva għal kull pajjiż liċ-ċittadini tagħhom jippermetti lilhom kif ukoll lill-amministrazzjonijiet tat-taxxa f'pajjiżhom jimmonitorjaw, jivvalutaw u iżommu lil dawk il-kumpaniji responsabbli. Bil-pubblikazzjoni tal-informazzjoni għal kull ġuriżdizzjoni tat-taxxa fejn topera l-intrapriża multinazzjonali, l-Unjoni żżid il-koerenza tal-politika tagħha għall-iżvilupp u tillimita l-possibbiltà ta' skemi ta' evitar tat-taxxa f'pajjiżi fejn il-mobilizzazzjoni tar-riżorsi domestiċi ġiet identifikata bħala komponent ewlieni tal-politika tal-UE għall-iżvilupp.

Emenda    17

Proposta għal direttiva

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  Ir-rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu għandu jipprovdi informazzjoni li tikkonċerna l-attivitajiet kollha ta' intrapriża jew tal-intrapriżi kollha affiljati ma' grupp ikkontrollati minn intrapriża prinċipali apikali. L-informazzjoni għandha tkun ibbażata fuq l-ispeċifikazzjonijiet tar-rapportar tal-Azzjoni 13 tal-BEPS u għandha tkun limitata għal dak li huwa neċessarju biex jingħata lok għal skrutinju pubbliku effettiv, sabiex ikun żgurat li d-divulgazzjoni ma twassalx għal riskji jew żvantaġġi sproporzjonati. Ir-rapport għandu wkoll jinkludi deskrizzjoni tan-natura tal-attivitajiet. Deskrizzjoni bħal din tista' tkun ibbażata fuq il-kategorizzazzjoni prevista fit-tabella 2 tal-Anness III tal-Kapitolu V tat-"Transfer Pricing Guidelines on Documentation" (Linji Gwida rigward id-Dokumentazzjoni tal-Ipprezzar ta' Trasferimenti) tal-OECD. Ir-rapport għandu jinkludi deskrizzjoni narrattiva kumplessiva fejn jingħataw spjegazzjonijiet f'każ ta' diskrepanzi materjali fil-livell ta' grupp bejn l-ammonti ta' taxxi akkumulati u l-ammonti ta' taxxi mħallsa, filwaqt li jitqiesu l-ammonti korrispondenti li jikkonċernaw is-snin finanzjarji preċedenti.

(8)  Jenħtieġ li r-rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu jipprovdi informazzjoni li tikkonċerna l-attivitajiet kollha ta' intrapriża jew tal-intrapriżi kollha affiljati ma' grupp ikkontrollati minn intrapriża prinċipali apikali. Jenħtieġ li l-informazzjoni tqis l-ispeċifikazzjonijiet tar-rapportar tal-Azzjoni 13 tal-BEPS u tkun limitata għal dak li huwa neċessarju biex jingħata lok għal skrutinju pubbliku effettiv, sabiex ikun żgurat li d-divulgazzjoni ma twassalx għal riskji jew żvantaġġi sproporzjonati, f'termini ta' kompetittività jew miżinterpretazzjoni għall-intrapriżi kkonċernati. Jenħtieġ ukoll li r-rapport jinkludi deskrizzjoni tan-natura tal-attivitajiet. Deskrizzjoni bħal din tista' tkun ibbażata fuq il-kategorizzazzjoni prevista fit-tabella 2 tal-Anness III tal-Kapitolu V tat-"Transfer Pricing Guidelines on Documentation" (Linji Gwida rigward id-Dokumentazzjoni tal-Ipprezzar ta' Trasferimenti) tal-OECD. Jenħtieġ li r-rapport jinkludi deskrizzjoni narrattiva kumplessiva fejn jingħataw spjegazzjonijiet, inkluż f'każ ta' diskrepanzi materjali fil-livell ta' grupp bejn l-ammonti ta' taxxi akkumulati u l-ammonti ta' taxxi mħallsa, filwaqt li jitqiesu l-ammonti korrispondenti li jikkonċernaw is-snin finanzjarji preċedenti.

Emenda    18

Proposta għal direttiva

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  Sabiex ikun żgurat livell ta' dettall li jippermetti liċ-ċittadini jivvalutaw aħjar kif l-MNEs jikkontribwixxu għall-benessri f'kull Stat Membru, l-informazzjoni għandha tinqasam skont l-Istat Membru. Barra minn hekk, informazzjoni li tikkonċerna l-operazzjonijiet tal-intrapriżi multinazzjonali għandha wkoll tintwera fid-dettall sew fir-rigward ċerti ġuriżdizzjonijiet tat-taxxa li jippreżentaw sfidi partikolari. Għall-operazzjonijiet l-oħra kollha ta' pajjiż terzi, l-informazzjoni għandha tingħata f'għadd aggregat.

(9)  Sabiex ikun żgurat livell ta' dettall li jippermetti liċ-ċittadini jivvalutaw aħjar kif l-MNEs jikkontribwixxu għall-benessri f'kull ġuriżdizzjoni fejn joperaw, kemm fl-Unjoni kif ukoll barra minnha, mingħajr ma ssir ħsara lill-kompetittività tal-intrapriżi, jenħtieġ li l-informazzjoni tinqasam skont il-ġuriżdizzjoni. Ir-rapporti rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu jistgħu biss jinftiehmu u jintużaw b'mod sinifikattiv jekk l-informazzjoni tiġi ppreżentata b'mod diżaggregat għal kull ġuriżdizzjoni.

Emenda    19

Proposta għal direttiva

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  Sabiex ikun żgurat li każijiet ta' nuqqas ta' konformità jkunu ddivulgati lill-pubbliku, l-awditur(i) statutorju/i jew id-ditta/i tal-awditjar għandhom jivverifikaw jekk ir-rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu ġiex sottomess u ppreżentat f'konformità mar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva u jekk jinsabx aċċessibbli fis-sit web tal-intrapriża rilevanti jew fis-sit web ta' intrapriża affiljata.

(11)  Sabiex ikun żgurat li każijiet ta' nuqqas ta' konformità jkunu ddivulgati lill-pubbliku, jenħtieġ li l-awditur(i) statutorju/i jew id-ditta/i tal-awditjar jivverifikaw jekk ir-rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu ġiex sottomess u ppreżentat f'konformità mar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva u jekk jinsabx aċċessibbli fis-sit web tal-intrapriża rilevanti jew fis-sit web ta' intrapriża affiljata u li l-informazzjoni ddivulgata pubblikament tkun konformi mal-informazzjoni finanzjarja awditjata għall-intrapriża sal-iskadenzi previsti f'din id-Direttiva.

Emenda    20

Proposta għal direttiva

Premessa 11a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11a)   Il-każijiet ta' ksur tar-rekwiżiti tar-rapportar rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu min-naħa tal-intrapriżi u l-fergħat, li jagħtu bidu għal penali min-naħa tal-Istati Membri, f'konformità mad-Direttiva 2013/34/UE, jenħtieġ li jiġu rrapportati f'reġistru pubbliku ġestit mill-Kummissjoni Ewropea. Dawn il-penali jistgħu jinkludu, fost l-oħrajn, multi amministrattivi jew esklużjoni minn sejħiet pubbliċi għal offerti u mill-għoti ta' finanzjament mill-Fondi Strutturali tal-Unjoni.

Emenda    21

Proposta għal direttiva

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  Sabiex jiġu ddeterminati ċerti ġuriżdizzjonijiet tat-taxxa li għalihom irid jintwera livell għoli ta' dettall, is-setgħa ta' adozzjoni tal-atti f’konformità mal-Artikolu 290 TFUE għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tat-tfassil ta' lista komuni tal-Unjoni ta’ dawn il-ġuriżdizzjonijiet tat-taxxa. Din il-lista għandha titfassal abbażi ta' ċerti kriterji, identifikati abbażi tal-Anness 1 tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar Strateġija Esterna għal Tassazzjoni Effettiva, (COM (2016) 24 final). Hija ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fuq livell ta' esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar Tfassil Aħjar tal-Liġijiet kif approvat mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni u sakemm titqiegħed il-firma formali. Biex tkun żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, b'mod partikolari, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess waqt bħall-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom sistematikament aċċess għal-laqgħat tal-gruppi ta' esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati.

imħassar

Emenda    22

Proposta għal direttiva

Premessa 13a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13a)   Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 48b(1), (3), (4) u (6) u l-Artikolu 48c(5) tad-Direttiva 2013/34/UE, il-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata wkoll setgħat ta' implimentazzjoni. Jenħtieġ li dawk is-setgħat jiġu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a.

 

________________

 

1a Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

Emenda    23

Proposta għal direttiva

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  Billi l-objettiv ta' din id-Direttiva ma jistax jinkiseb suffiċjentement mill-Istati Membri, iżda jista' minflok, minħabba l-effetti tiegħu, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju biex jintlaħaq dan l-objettiv.

(14)  Billi l-objettiv ta' din id-Direttiva ma jistax jinkiseb suffiċjentement mill-Istati Membri, iżda jista' minflok, minħabba l-effetti tiegħu, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Għalhekk, l-azzjoni tal-Unjoni hija ġustifikata sabiex tindirizza d-dimensjoni transfruntiera fejn ikun hemm ippjanar aggressiv tat-taxxa jew arranġamenti ta' pprezzar tat-trasferimenti. Din l-inizjattiva twieġeb għat-tħassib li ntwera mill-partijiet interessati rigward il-ħtieġa li jiġu indirizzati d-distorsjonijiet fis-suq uniku mingħajr ma tipperikola l-kompetittività tal-UE. Jenħtieġ li la tikkawża piż amministrattiv bla bżonn fuq il-kumpaniji, u lanqas tiġġenera kunflitti ulterjuri ta' taxxa jew toħloq riskju ta' tassazzjoni doppja. F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju biex jintlaħaq dan l-objettiv, tal-anqas fir-rigward ta' aktar trasparenza.

Emenda    24

Proposta għal direttiva

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

(15)  Kumplessivament, fil-qafas ta' din id-Direttiva, il-kwantità ta' informazzjoni divulgata hija proporzjonali għall-objettivi ta' żieda fit-trasparenza pubblika u fl-iskrutinju pubbliku. Din id-Direttiva, għalhekk, titqies li tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

Emenda    25

Proposta għal direttiva

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)  B'konformità mad-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tat-28 ta' Settembru 2011 tal-Istati Membri u l-Kummissjoni dwar id-dokumenti ta' spjegazzjoni24, f'każijiet ġustifikati l-Istati Membri għandhom jakkumpanjaw in-notifika tal-miżuri tat-traspożizzjoni tagħhom b'dokument wieħed jew aktar li jispjegaw ir-relazzjoni bejn il-komponenti tad-Direttiva u l-partijiet korrispondenti tal-istrumenti tat-traspożizzjoni nazzjonali. Fir-rigward ta' din id-Direttiva, il-leġiżlatur iqis li t-trażmissjoni ta' dawk id-dokumenti hija ġustifikata.

(16)  F'konformità mad-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tat-28 ta' Settembru 2011 tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni dwar id-dokumenti ta' spjegazzjoni24, l-Istati Membri impenjaw ruħhom li, f'każijiet iġġustifikati, jakkumpanjaw in-notifika tal-miżuri tagħhom ta' traspożizzjoni b'dokument wieħed jew aktar li jispjegaw ir-relazzjoni bejn il-komponenti ta' direttiva u l-partijiet korrispondenti tal-istrumenti ta' traspożizzjoni nazzjonali, pereżempju fl-għamla ta' tabella komparattiva. Fir-rigward ta' din id-Direttiva, il-leġiżlatur iqis li t-trażmissjoni ta' dawk id-dokumenti hija ġustifikata sabiex jintlaħaq l-objettiv ta' din il-proposta u tiġi evitata kwalunkwe ommissjoni u inkonsistenza fir-rigward tal-implimentazzjoni, min-naħa tal-Istati Membri, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom.

__________________

__________________

24 ĠU C 369, 17.12.2011, p. 14.

24 ĠU C 369, 17.12.2011, p. 14.

Emenda    26

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva 2013/34/UE

Artikolu 48b – paragrafu 1 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jobbligaw lill-intrapriżi prinċipali apikali rregolati mil-liġijiet nazzjonali tagħhom u li għandhom fatturat nett li jaqbeż l-EUR 750 000 000 kif ukoll lill-intrapriżi rregolati mil-liġijiet nazzjonali tagħhom li mhumiex intrapriżi affiljati u li għandhom fatturat nett li jaqbeż l-EUR 750 000 000 biex ifasslu u jippubblikaw rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu fuq bażi annwali.

L-Istati Membri għandhom jobbligaw lill-intrapriżi prinċipali apikali rregolati mil-liġijiet nazzjonali tagħhom u li għandhom fatturat nett ta' EUR 750 000 000 jew aktar kif ukoll lill-intrapriżi rregolati mil-liġijiet nazzjonali tagħhom li mhumiex intrapriżi affiljati u li għandhom fatturat nett ta' EUR 750 000 000 jew aktar biex ifasslu u jqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku, mingħajr ħlas, rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu fuq bażi annwali.

Emenda    27

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva 2013/34/UE

Artikolu 48b – paragrafu 1 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ir-rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu għandu jsir aċċessibbli għall-pubbliku fis-sit web tal-intrapriża fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu.

Ir-rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu għandu jiġi ppubblikat f'mudell komuni disponibbli bla ħlas f'format ta' data miftuħa u jsir aċċessibbli għall-pubbliku fis-sit web tal-intrapriża fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f'minn tal-anqas lingwa waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni. Fl-istess data, l-intrapriża għandha wkoll tippreżenta r-rapport f'reġistru pubbliku ġestit mill-Kummissjoni.

 

L-Istati Membri ma għandhomx japplikaw ir-regoli stipulati f'dan il-paragrafu jekk dawn l-intrapriżi jkunu stabbiliti biss fit-territorju ta' Stat Membru wieħed u fl-ebda ġuriżdizzjoni oħra tat-taxxa.

Emenda    28

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva 2013/34/UE

Artikolu 48b – paragrafu 3 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jobbligaw lill-intrapriżi sussidjarji ta' daqs medju u kbir imsemmija fl-Artikolu 3(3) u (4) li huma rregolati mil-liġijiet nazzjonali tagħhom u kkontrollati minn intrapriża prinċipali apikali li għandha fatturat nett ikkonsolidat li jaqbeż l-EUR 750 000 000 u li mhijiex irregolata mil-liġi ta' Stat Membru, biex jippubblikaw ir-rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu ta' dik l-intrapriża prinċipali apikali fuq bażi annwali.

L-Istati Membri għandhom jobbligaw lill-intrapriżi sussidjarji li huma rregolati mil-liġijiet nazzjonali tagħhom u kkontrollati minn intrapriża prinċipali apikali li fil-karta tal-bilanċ f'sena finanzjarja għandha fatturat nett ikkonsolidat ta' EUR 750 000 000 jew aktar u li mhijiex irregolata mil-liġi ta' Stat Membru, biex jippubblikaw ir-rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu ta' dik l-intrapriża prinċipali apikali fuq bażi annwali.

Emenda    29

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva 2013/34/UE

Artikolu 48b – paragrafu 3 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ir-rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu għandu jsir aċċessibbli għall-pubbliku fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu fis-sit web tal-intrapriża sussidjarja jew fis-sit web ta' intrapriża affiljata.

Ir-rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu għandu jiġi ppubblikat f'mudell komuni disponibbli bla ħlas f'format ta' data miftuħa u jsir aċċessibbli għall-pubbliku fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu fis-sit web tal-intrapriża sussidjarja jew fis-sit web ta' intrapriża affiljata f'minn tal-anqas lingwa waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni. Fl-istess data, l-intrapriża għandha wkoll tippreżenta r-rapport f'reġistru pubbliku ġestit mill-Kummissjoni.

Emenda    30

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva 2013/34/UE

Artikolu 48b – paragrafu 4 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jobbligaw lill-fergħat li huma miftuħa fit-territorji tagħhom minn intrapriża li mhijiex irregolata mil-liġi ta' Stat Membru biex jippubblikaw fuq bażi annwali r-rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu tal-intrapriża prinċipali apikali msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu.

L-Istati Membri għandhom jobbligaw lill-fergħat li huma miftuħa fit-territorji tagħhom minn intrapriża li mhijiex irregolata mil-liġi ta' Stat Membru biex jippubblikaw u jqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku, mingħajr ħlas u fuq bażi annwali, ir-rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu tal-intrapriża prinċipali apikali msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu.

Emenda    31

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva 2013/34/UE

Artikolu 48b – paragrafu 4 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ir-rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu għandu jsir aċċessibbli għall-pubbliku fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu fis-sit web tal-fergħa jew fis-sit web ta' intrapriża affiljata.

Ir-rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu għandu jiġi ppubblikat f'mudell komuni disponibbli f'format ta' dejta miftuħa u jsir aċċessibbli għall-pubbliku fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu fis-sit web tal-fergħa jew fis-sit web ta' intrapriża affiljata f'minn tal-anqas lingwa waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni. Fl-istess data, l-intrapriża għandha wkoll tippreżenta r-rapport f'reġistru pubbliku ġestit mill-Kummissjoni.

Emenda    32

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva 2013/34/UE

Artikolu 48b – paragrafu 5 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  l-intrapriża li fetħet il-fergħa tkun jew intrapriża affiljata ma' grupp li huwa kkontrollat minn intrapriża prinċipali apikali li mhijiex irregolata mil-liġi ta' Stat Membru u li għandha fatturat nett ikkonsolidat li jaqbeż l-EUR 750 000 000 jew intrapriża li mhijiex affiljata u li għandha fatturat nett li jaqbeż l-EUR 750 000 000;

(a)  l-intrapriża li fetħet il-fergħa tkun jew intrapriża affiljata ma' grupp li huwa kkontrollat minn intrapriża prinċipali apikali li mhijiex irregolata mil-liġi ta' Stat Membru u li fuq il-karta tal-bilanċ tagħha għandha fatturat nett ikkonsolidat ta' EUR 750 000 000 jew aktar, jew intrapriża li mhijiex affiljata u li għandha fatturat nett ta' EUR 750 000 000 jew aktar;

Emenda    33

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva 2013/34/UE

Artikolu 48b – paragrafu 5 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  l-intrapriża prinċipali apikali msemmija fil-punt (a) ma jkollhiex intrapriża sussidjarja ta' daqs medju jew kbir kif imsemmi fil-paragrafu 3.

(b)  l-intrapriża prinċipali apikali msemmija fil-punt (a) ma jkollhiex intrapriża sussidjarja ta' daqs medju jew kbir kif imsemmi fil-paragrafu 3 diġà soġġetta għall-obbligi ta' rapportar.

Emenda    34

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva 2013/34/UE

Artikolu 48b – paragrafu 7a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

7a.   Għall-Istati Membri li ma adottawx l-euro, l-ammont li fil-munita nazzjonali jkun ekwivalenti għall-ammont speċifikat fil-paragrafi 1, 3 u 5 għandu jkun dak miksub bl-applikazzjoni tar-rata tal-kambju ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u li tkun effettiva fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Kapitolu.

Emenda    35

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva 2013/34/UE

Artikolu 48c – paragrafu 2 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tkopri dan li ġej:

2.  L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun ippreżentata f'mudell komuni u tkopri dan li ġej, b'mod diżaggregat skont il-ġuriżdizzjoni tat-taxxa:

Emenda    36

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva 2013/34/UE

Artikolu 48c – paragrafu 2 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  deskrizzjoni fil-qosor tan-natura tal-attivitajiet;

(a) isem l-intrapriża apikali u, fejn applikabbli, il-lista tas-sussidjarji kollha tagħha, deskrizzjoni fil-qosor tan-natura tal-attivitajiet tagħhom u l-lok ġeografiku rispettiv tagħhom;

Emenda    37

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva 2013/34/UE

Artikolu 48c – paragrafu 2 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  l-għadd ta' impjegati;

(b) l-għadd ta' impjegati fuq bażi ekwivalenti għall-full time;

Emenda    38

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva 2013/34/UE

Artikolu 48c – paragrafu 2 – punt ba (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)  assi fissi għajr flus jew ekwivalenti ta' flus;

Emenda    39

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva 2013/34/UE

Artikolu 48c – paragrafu 2 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  l-ammont tal-fatturat nett, li jinkludi l-fatturat li sar mal-partijiet relatati;

(c)  l-ammont tal-fatturat nett, inkluża distinzjoni bejn il-fatturat li sar mal-partijiet relatati u l-fatturat li sar mal-partijiet mhux relatati;

Emenda    40

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva 2013/34/UE

Artikolu 48c – paragrafu 2 – punt ga (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ga)  il-kapital iddikjarat;

Emenda    41

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva 2013/34/UE

Artikolu 48c – paragrafu 2 – punt gb (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(gb)  jekk l-intrapriżi, is-sussidjarji jew il-fergħat jibbenefikawx minn trattament fiskali preferenzjali minn sistemi ta' inċentivi tat-taxxa favur il-privattivi jew reġimi ekwivalenti.

Emenda    42

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva 2013/34/UE

Artikolu 48c – paragrafu 3 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ir-rapport jippreżenta l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 b'mod separat għal kull Stat Membru. Meta Stat Membru jinkludi bosta ġuriżdizzjonijiet tat-taxxa, l-informazzjoni għandha tinġabar flimkien fuq livell ta' Stat Membru.

Ir-rapport jippreżenta l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 b'mod separat għal kull Stat Membru. Meta Stat Membru jinkludi bosta ġuriżdizzjonijiet tat-taxxa, l-informazzjoni għandha tiġi ppreżentata b'mod separat għal kull ġuriżdizzjoni tat-taxxa.

Emenda    43

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva 2013/34/UE

Artikolu 48c – paragrafu 3 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ir-rapport jippreżenta wkoll l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu b'mod separat għal kull ġuriżdizzjoni tat-taxxa li, fi tmiem is-sena finanzjarja preċedenti, tkun elenkata fil-lista komuni tal-Unjoni ta' ċerti ġuriżdizzjonijiet tat-taxxa, imfassla skont l-Artikolu 48g, sakemm ir-rapport ma jkunx espliċitament jikkonferma, soġġett għar-responsabbiltà msemmija fl-Artikolu 48e aktar 'l isfel, li l-intrapriżi affiljati ta' grupp irregolati mil-liġijiet ta' tali ġuriżdizzjoni ma jinvolvux ruħhom direttament fi tranżazzjonijiet ma' kwalunkwe intrapriża affiljata tal-istess grupp irregolata mil-liġijiet ta' kwalunkwe Stat Membru.

Ir-rapport jippreżenta wkoll l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu b'mod separat għal kull ġuriżdizzjoni tat-taxxa barra mill-Unjoni.

Emenda    44

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva 2013/34/UE

Artikolu 48c – paragrafu 3 – subparagrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ir-rapport għandu jippreżenta l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 fuq bażi aggregata għal ġuriżdizzjonijiet oħra tat-taxxa.

imħassar

Emenda    45

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva 2013/34/UE

Artikolu 48c – paragrafu 3 – subparagrafu 3a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Sabiex titħares l-informazzjoni kummerċjalment sensittiva u tiġi żgurata kompetizzjoni ġusta, l-Istati Membri jistgħu jippermettu li element speċifiku wieħed jew aktar ta' informazzjoni skont l-Artikolu 48c jitħallew barra temporanjament minn dan ir-rapport fir-rigward ta' attivitajiet f'ġuriżdizzjoni tat-taxxa speċifika waħda jew aktar meta jkunu ta' natura tali li d-divulgazzjoni tagħhom tista' tippreġudika serjament il-pożizzjoni kummerċjali tal-intrapriżi msemmija fl-Artikolu 48b(1) u l-Artikolu 48b(3) marbuta magħha. L-ommissjoni ma għandhiex timpedixxi għarfien ġust u bbilanċjat tal-pożizzjoni tal-intrapriża f'dak li għandu x'jaqsam mat-taxxa. L-ommissjoni għandha tiġi indikata fir-rapport flimkien ma' spjegazzjoni dwar għalfejn dan hu l-każ u b'riferiment għall-ġuriżdizzjoni tat-taxxa kkonċernata.

Emenda    46

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva 2013/34/UE

Artikolu 48c – paragrafu 3 – subparagrafu 3b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Istati Membri għandhom jissoġġettaw dawn l-ommissjonijiet għall-awtorizzazzjoni minn qabel tal-awtorità nazzjonali kompetenti. L-intrapriża għandha titlob awtorizzazzjoni ġdida kull sena mingħand l-awtorità kompetenti, li tieħu deċiżjoni abbażi ta' valutazzjoni ġdida tas-sitwazzjoni. Jekk l-informazzjoni mħollija barra ma tissodisfax aktar ir-rekwiżit stabbilit fis-subparagrafu 3a, din għandha titqiegħed minnufih għad-dispożizzjoni tal-pubbliku.

Emenda    47

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva 2013/34/UE

Artikolu 48c – paragrafu 3 – subparagrafu 3c (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-għoti ta' deroga temporanja bħal din u għandhom jittrażmettulha, b'mod kunfidenzjali, l-informazzjoni mħollija barra flimkien ma' spjegazzjoni dettaljata għad-deroga mogħtija. Kull sena, il-Kummissjoni għandha tippubblika fis-sit web tagħha n-notifiki li jkunu waslulha mingħand l-Istati Membri u l-ispjegazzjonijiet mogħtija skont is-subparagrafu 3a.

Emenda    48

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva 2013/34/UE

Artikolu 48c – paragrafu 3 – subparagrafu 3d (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-Kummissjoni għandha tivverifika li r-rekwiżit stabbilit fis-subparagrafu 3a jiġi rispettat kif xieraq, u għandha tissorvelja l-użu ta' din id-deroga temporanja awtorizzata mill-awtoritajiet nazzjonali.

Emenda    49

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva 2013/34/UE

Artikolu 48c – paragrafu 3 – subparagrafu 3e (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Jekk il-Kummissjoni tikkonkludi, wara li tkun wettqet il-valutazzjoni tagħha tal-informazzjoni li tirċievi skont is-subparagrafu 3c, li r-rekwiżit stabbilit fis-subparagrafu 3a ma jkunx issodisfat, l-intrapriża kkonċernata għandha tqiegħed din l-informazzjoni għad-dispożizzjoni tal-pubbliku.

Emenda    50

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva 2013/34/UE

Artikolu 48c – paragrafu 3 – subparagrafu 3f (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' att delegat, tadotta linji gwida li jgħinu lill-Istati Membri jiddefinixxu l-każijiet fejn il-pubblikazzjoni ta' informazzjoni għandha titqies li tippreġudika serjament il-pożizzjoni kummerċjali tal-intrapriżi li tirreferi għalihom.

Emenda    51

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva 2013/34/UE

Artikolu 48c – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Ir-rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu jkun ippubblikat u jsir aċċessibbli fuq is-sit web f'minn tal-anqas lingwa waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni.

5.  Ir-rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu għandu jiġi ppubblikat f'mudell komuni disponibbli bla ħlas f'format ta' data miftuħa u jsir aċċessibbli għall-pubbliku fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu fuq is-sit web tal-intrapriża sussidjarja jew fuq is-sit web ta' intrapriża affiljata f'minn tal-anqas lingwa waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni. Fl-istess data, l-intrapriża għandha wkoll tippreżenta r-rapport f'reġistru pubbliku ġestit mill-Kummissjoni Ewropea.

Emenda    52

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva 2013/34/UE

Artikolu 48e – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-membri tal-korpi ta' amministrazzjoni, ta' ġestjoni u ta' superviżjoni tal-intrapriża prinċipali apikali msemmija fl-Artikolu 48b(1), li jaġixxu fil-qafas tal-kompetenzi assenjati lilhom skont il-liġi nazzjonali, ikollhom responsabbiltà kollettiva biex jiżguraw li r-rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu jiġi mfassal, ippubblikat u jsir aċċessibbli f'konformità mal-Artikoli 48b, 48c u 48d.

1.  Sabiex isaħħu r-responsabbiltà lejn partijiet terzi u jiżguraw governanza xierqa, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-membri tal-korpi ta' amministrazzjoni, ta' ġestjoni u ta' superviżjoni tal-intrapriża prinċipali apikali msemmija fl-Artikolu 48b(1), li jaġixxu fil-qafas tal-kompetenzi assenjati lilhom skont il-liġi nazzjonali, ikollhom responsabbiltà kollettiva biex jiżguraw li r-rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu jiġi mfassal, ippubblikat u jsir aċċessibbli f'konformità mal-Artikoli 48b, 48c u 48d.

Ġustifikazzjoni

Il-bidla hija meħtieġa u xierqa sabiex tiġi żgurata konsistenza mal-premessa 10 ta' din il-proposta leġiżlattiva.

Emenda    53

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva 2013/34/UE

Artikolu 48g

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 48g

imħassar

Lista komuni tal-Unjoni ta' ċerti ġuriżdizzjonijiet tat-taxxa

 

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 49 fir-rigward tat-tfassil ta' lista komuni tal-Unjoni ta' ċerti ġuriżdizzjonijiet tat-taxxa. Dik il-lista għandha tkun ibbażata fuq il-valutazzjoni tal-ġuriżdizzjonijiet tat-taxxa li ma jirrispettawx il-kriterji li ġejjin:

 

(1)   It-trasparenza u l-iskambju ta' informazzjoni, inkluż skambju ta' informazzjoni meta ssir rikjesta u Skambju Awtomatiku ta' Informazzjoni ta' informazzjoni dwar il-kontijiet finanzjarji;

 

(2)   Il-kompetizzjoni ġusta tat-taxxi;

 

(3)   Standards stabbiliti mill-G20 u/jew mill-OECD;

 

(4)   Standards rilevanti oħra, inklużi standards internazzjonali stabbiliti mit-Task Force ta' Azzjoni Finanzjarja.

 

Il-Kummissjoni għandha twettaq rieżami tal-lista fuq bażi regolari u, meta xieraq, temendaha sabiex jitqiesu ċirkostanzi ġodda.

 

Emenda    54

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva 2013/34/UE

Artikolu 48i – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tirrapporta dwar il-konformità mal-obbligi ta' rapportar stabbiliti fl-Artikoli minn 48a sa 48f u dwar l-impatt tagħhom. Ir-rapport għandu jinkludi evalwazzjoni dwar jekk ir-rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu jissarrafx f'riżultati xierqa u proporzjonati, filwaqt li jitqies il-bżonn biex ikun żgurat livell biżżejjed ta' trasparenza u l-bżonn ta' ambjent kompetittiv għall-intrapriżi.

Il-Kummissjoni għandha tirrapporta dwar il-konformità mal-obbligi ta' rapportar stabbiliti fl-Artikoli minn 48a sa 48f u dwar l-impatt tagħhom. Ir-rapport għandu jinkludi evalwazzjoni dwar jekk ir-rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu jissarrafx f'riżultati xierqa u proporzjonati, u għandu jivvaluta l-ispejjeż u l-benefiċċji tat-tnaqqis tas-soll tal-fatturat nett ikkonsolidat lil hinn mil-livell li l-intrapriżi u l-fergħat għandhom l-obbligu li jirrapportaw fir-rigward tal-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu. Ir-rapport għandu, barra minn hekk, jevalwa kull ħtieġa li jittieħdu miżuri komplementari ulterjuri, filwaqt li jitqies il-bżonn li jkun żgurat livell biżżejjed ta' trasparenza u l-bżonn li jiġi żgurat u ppreservat ambjent kompetittiv għall-intrapriżi u l-investiment privat.

Emenda     55

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2a (ġdid)

Direttiva 2013/34/UE

Artikolu 48ia (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a)  jiddaħħal l-artikolu li ġej:

 

"Artikolu 48ia

 

Mhux aktar tard minn 4 snin wara l-adozzjoni ta' din id-Direttiva u fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-livell tal-OECD, il-Kummissjoni għandha teżamina, tivvaluta u tirrapporta dwar id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu, b'mod partikolari rigward:

 

-   l-intrapriżi u l-fergħat li għandhom l-obbligu li jirrapportaw rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu, b'mod partikolari jekk ikunx xieraq li jitkabbar l-ambitu ta' dan il-Kapitolu biex jinkludi intrapriżi kbar kif definiti fl-Artikolu 3(4) u gruppi kbar kif definiti fl-Artikolu 3(7) ta' din id-Direttiva;

 

-   il-kontenut tar-rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu kif previst fl-Artikolu 48c;

 

-   id-deroga temporanja prevista fis-subparagrafi 3a sa 3f tal-Artikolu 48c(3).

 

Il-Kummissjoni għandha tippreżenta dak ir-rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, flimkien ma' proposta leġislattiva jekk ikun xieraq."

Emenda     56

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2b (ġdid)

Direttiva 2013/34/UE

Artikolu 48ib (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2b)  jiddaħħal l-artikolu li ġej:

 

"Artikolu 48ib

 

Mudell komuni għar-rapport

 

Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tistabbilixxi l-mudell komuni li jirreferu għalih l-Artikolu 48b(1), (3), (4) u (6) u l-Artikolu 48c(5). Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 50(2)".

Emenda    57

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt b

Direttiva 2013/34/UE

Artikolu 49 − paragrafu 3a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3a)  Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-esperti nnominati minn kull Stat Membru f'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar Tfassil Aħjar tal-Liġijiet ta' [date]."

(3a)  Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-esperti nnominati minn kull Stat Membru f'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016 u tqis b'mod partikolari id-dispożizzjonijiet tat-Trattati u tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

 

________________

 

* Il-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1).

Ġustifikazzjoni

Huwa meħtieġ li jitqiesu d-dispożizzjonijiet tat-Trattati u tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

Emenda    58

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3a (ġdid)

Direttiva 2013/34/UE

Artikolu 51 – paragrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(3a)  fl-Artikolu 51, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"L-Istati Membri għandhom jistipulaw penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji sabiex jiżguraw li dawk il-penali jiġu applikati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi."

"L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji sabiex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

 

L-Istati Membri għandhom, tal-anqas, jipprevedu miżuri u pieni amministrattivi għall-ksur, min-naħa tal-intrapriżi, tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva.

 

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar dawk id-dispożizzjonijiet sa mhux aktar tard minn ... [id-data għat-traspożizzjoni] u jinnotifikawha mingħajr dewmien bi kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwa dawn id-dispożizzjonijiet.

 

Sa ... (tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva] il-Kummissjoni għandha tfassal lista tal-miżuri u s-sanzjonijiet stabbiliti minn kull Stat Membru skont din id-Direttiva."

(1)

  ĠU C 487, 28.12.2016, p. 62.


NOTA SPJEGATTIVA

Ir-rapportar pubbliku għal kull pajjiż (CBCR) dwar dejta tal-kumpanija rilevanti għat-taxxa huwa element ewlieni fil-ġlieda kontra l-evażjoni tat-taxxa u l-evitar tat-taxxa internazzjonali u kontra l-ġirja lejn l-aktar livell baxx bejn is-sistemi tat-taxxa. Madankollu, il-benefiċċji ta' din id-direttiva se jkunu akbar minn hekk. Bil-mobbiltà li qed tikber u l-attivitajiet ekonomiċi globali u Ewropej, it-trasparenza f'termini ta' divulgazzjoni hija prerekwiżit għal governanza korporattiva b'saħħitha u għodda biex titjieb ir-responsabbiltà soċjali korporattiva.

Bħalissa, iċ-ċittadini ma jistgħux jużaw kontijiet ippubblikati korporattivi biex jistabbilixxu jekk intrapriżi multinazzjonali joperawx fil-ġuriżdizzjonijiet tat-taxxa tagħhom. Hekk kif l-intrapriżi multinazzjonali jsiru aktar kumplessi u spiss, sfortunatament, anqas trasparenti, il-problema qiegħda tiggrava. Ħafna pajjiżi jużaw l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà. Għalhekk, ir-rapportar pubbliku għal kull pajjiż se jkun mod kosteffettiv li jiġġenera bidla fit-trasparenza korporattiva globali għall-benefiċċju tas-soċjetajiet tagħna, inklużi ċ-ċittadini, l-azzjonisti, l-awtoritajiet tat-taxxa, l-investituri, l-ekonomisti, u dan se jagħtihom mezz biex iżommu lill-gvernijiet u l-kumpaniji multinazzjonali responsabbli.

Ir-rapporteurs jemmnu li lil hinn mill-objettivi relatati mat-taxxa u ta' responsabbiltà korporattiva, din id-direttiva hija wkoll għodda biex ittejjeb id-drittijiet tal-ħaddiema għall-informazzjoni u l-konsultazzjoni. Ir-rapportar pubbliku jsaħħaħ id-djalogu u jippromwovi fiduċja reċiproka fi ħdan l-intrapriżi peress li jista' jipprovdi dejta oġġettiva u affidabbli dwar is-sitwazzjoni tal-kumpaniji, u b'hekk iqajjem sensibilizzazzjoni fost il-partijiet ikkonċernati kollha, inklużi l-impjegati, dwar il-ħtiġijiet ta' adattament. Dan jippromwovi wkoll l-involviment tal-impjegati fl-operat u fil-futur tal-intrapriża u jżid il-kompetittività tagħha.

Il-Parlament Ewropew ilu żmien twil jitlob rapport pubbliku għal kull pajjiż. Fl-2011, kien diġà adotta l-pożizzjoni tiegħu dwar ir-rapportar għal kull pajjiż fejn sostna li l-kwalità tar-rapportar finanzjarju hi kruċjali biex l-evażjoni tat-taxxa tiġi miġġielda b'mod effikaċi u li tkun ta' ġid ukoll għall-investituri fis-setturi kollha, u b'hekk tikkontribwixxi għall-governanza tajba globalment. Fl-2014, ir-rapportar għal kull pajjiż sar parti mid-diskussjoni fi ħdan il-qafas tad-Direttiva dwar ir-rapportar mhux finanzjarju. Fl-aħħar nett, meta r-rapporteur għar-Riforma tad-Drittijiet tal-Azzjonisti, Sergio Cofferati, għamel pressjoni għall-introduzzjoni ta' rapport pubbliku għal kull pajjiż fid-Direttiva dwar il-Kontabbiltà, il-Kummissjoni ddeċidiet li tippreżenta proposta speċifika dwar il-kwistjoni fil-forma ta' att emendatorju għad-Direttiva dwar il-Kontabbiltà. Din l-emenda għad-Direttiva dwar il-Kontabbiltà jista' jkollha rwol kruċjali fir-rapportar korporattiv.

Ir-rapporteurs jipproponu li titjieb it-trasparenza fir-rigward tal-informazzjoni li l-intrapriżi jenħtieġ li jipprovdu, u jissuġġerixxu t-titjib prinċipali li ġej għat-test tal-Kummissjoni:

•  Fid-dawl tat-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet, għandha tiġi evitata l-introduzzjoni ta' kategoriji ġodda ta' intrapriżi u gruppi. Din l-emenda għad-Direttiva dwar il-Kontabbiltà jenħtieġ li tkun allinjata mal-loġika tad-Direttiva dwar il-Kontabbiltà. Il-limiti stabbiliti għall-intrapriżi mikro, żgħar, medji u kbar ġew iddefiniti żmien twil ilu. Il-kunċett imur lura għar-raba' direttiva dwar il-liġi tal-kumpaniji fl-1978. Il-ħtieġa għall-introduzzjoni ta' limitu stabbilit ġdid s'issa għadu ma ġiex iġġustifikat b'mod sodisfaċenti mill-Kummissjoni. Peress li l-SMEs m'għandhomx ir-riżorsi biex jinvestu fi strutturi ta' kumpanija tal-isem biex jittrasferixxu l-profitti b'mod artifiċjali, dawn qegħdin jiġu mbuttati lejn żvantaġġ kompetittiv fil-konfront tal-intrapriżi multinazzjonali. Sabiex jiġi żgurat suq uniku b'saħħtu huwa essenzjali li tiġi stabbilita sistema ta' rapportar korporattiv komuni ġusta, effiċjenti, trasparenti u li tiffavorixxi t-tkabbir, ibbażata fuq il-prinċipju li l-profitti jenħtieġ li jiġu ntaxxati fil-pajjiż li jiġu ġġenerati fih. Għalhekk gruppi kbar kif iddefinit fl-Artikolu 3(7) u l-intrapriżi kbar kollha kif iddefinit fl-Artikolu 3(4) jenħtieġ li jkunu soġġetti għar-rekwiżiti ġodda ta' divulgazzjoni.

•  Ir-rapporteurs iqisu li ma jkunx xieraq li jiġi limitat il-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-direttiva għall-informazzjoni relatata mal-Istati Membri tal-UE u r-rifuġji fiskali u, għalhekk, minkejja li, fil-prinċipju, huma ma jkunux kontra l-idea ta' lista sewda tal-UE ta' rifuġji fiskali stabbilita fuq il-bażi ta' kriterji ċari, huma jipproponu li l-korporazzjonijiet multinazzjonali jenħtieġ li jipprovdu informazzjoni dwar l-attivitajiet tagħhom għal kull ġuriżdizzjoni fejn joperaw, anke barra mill-Unjoni Ewropea. Divulgazzjoni pubblika ta' tali informazzjoni mhijiex sanzjoni għal ġuriżdizzjonijiet li ma jikkooperawx iżda pjuttost prerekwiżit għal dawk li joperaw f'suq uniku li jiffunzjona tajjeb.

•  Bl-għan li jitjiebu l-iskrutinju pubbliku u t-trasparenza korporattiva globali, ir-rapporteurs iqisu li l-korporazzjonijiet multinazzjonali jenħtieġ li jiddivulgaw informazzjoni rilevanti għall-pajjiżi kollha madwar id-dinja li joperaw fihom sabiex it-taxxi jitħallsu fejn il-profitti jiġu effettivament iġġenerati. It-talba tar-rapporteurs li tiġi ddivulgata d-dejta mhux aggregata hija konformi mal-koerenza tal-politiki għall-iżvilupp tal-UE peress li timmira li tippromwovi l-konformità mar-regoli tat-taxxa u li tipprovdi lill-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp b'għajnuna effettiva fil-kisba ta' aċċess għad-dħul tagħhom mit-taxxa.

•  Ir-rapporteurs iqisu essenzjali li l-format tal-pubblikazzjoni jippermetti t-tqabbil ta' dejta u, għalhekk, jipproponu standardizzazzjoni tal-format tad-dokumenti ta' rapportar għall-kumpaniji kollha fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-direttiva.

Bħala konklużjoni, ir-rapporteurs jixtiequ jisħqu fuq l-importanza ta' approċċ koordinat u armonizzat għall-implimentazzjoni ta' sistemi ta' rapportar korporattiv għall-funzjonament xieraq tas-suq uniku . F'dan il-kuntest, ir-rapporteurs jenfasizzaw, għal darb'oħra, li aktar trasparenza fl-attivitajiet tal-intrapriżi multinazzjonali hija fundamentali biex jintemm it-trasferiment tal-profitti, imwettaq permezz ta' diversi mekkaniżmi, bħal kumpaniji tal-isem, sistemi ta' inċentivi tat-taxxa favur il-privattivi u pprezzar ta' trasferimenti, u anke l-prattiki dannużi ta' kompetizzjoni tat-taxxa bejn is-sistemi legali li sikwit intużaw għad-detriment taċ-ċittadini, b'mod partikolari l-kontribwenti tat-taxxa, l-impjegati u l-SMEs.


OPINJONI TAL-MINORANZA

skont l-Artikolu 52a(4) tar-Regoli ta' Proċedura, minn Bernard Monot u Gilles Lebreton

Ir-rapportar għal kull pajjiż huwa parti minn approċċ li aħna ilna nappoġġjaw mill-bidu nett: il-ġlieda kontra l-ottimizzazzjoni abbużiva u l-evażjoni tat-taxxa. F'dan ir-rigward, b'mod partikolari, aħna vvutajna favur iż-żewġ rapporti TAXE, it-testi li jimponu l-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni dwar deċiżjonijiet tat-taxxa, il-ġlieda kontra l-arranġamenti ta' diskrepanzi ibridi u l-erba' konvenzjonijiet dwar l-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni (l-Iżvizzera, San Marino, il-Liechtenstein, Monaco).

Ir-rapportar għal kull pajjiż huwa għodda neċessarja. Madankollu, inħossu li l-pubblikazzjoni ta' din l-informazzjoni toħloq żvantaġġ kompetittiv eċċessiv għad-detriment tal-intrapriżi Ewropej. Fil-fatt, kompetitur Ċiniż li mhuwiex stabbilit fl-Unjoni, jista', pereżempju, jikseb aċċess bla ħlas għal informazzjoni finanzjarja u kummerċjali sensittiva.

Id-derogi proposti mit-test huma limitati, u fil-fehma tagħna insuffiċjenti, speċjalment jekk l-informazzjoni tal-pajjiżi terzi tkun ippreżentata b'mod diżaggregat.

Aħna favur skambju awtomatiku ta' din l-informazzjoni fost l-amministrazzjonijiet tat-taxxa, li jippermetti li jiġu identifikati s-sitwazzjonijiet fejn intrapriża ma tħallasx it-taxxi dovuti minnha fil-post fejn topera u, jekk ikun il-każ, li jitwettqu spezzjonijiet sabiex jiġi rkuprat dak li hu dovut fuq il-bażi taxxabbli ttrasferita indebitament.


OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET LEGALI DWAR IL-BAŻI ĠURIDIKA

Is-Sur Pavel Svoboda

President

Kumitat għall-Affarijiet Legali

BRUSSELL

Is-Sur Roberto Gualtieri

President

Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

BRUSSELL

Suġġett:  Opinjoni dwar il-bażi ġuridika tal-Kummissjoni għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2013/34/UE fir-rigward tad-divulgazzjoni tal-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu minn ċerti intrapriżi u fergħat (COM(2016)0198 – C8-0146/2016 – 2016/0107(COD))

Sur President,

Fl-10 ta' Jannar 2017, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali ddeċieda fuq inizjattiva tiegħu stess, skont l-Artikolu 39(3) tar-Regoli ta' Proċedura, li jagħti opinjoni dwar jekk il-bażi ġuridika proposta mill-Kummissjoni, jiġifieri l-Artikolu 50(1) tat-TFUE, tikkostitwixxix il-bażi ġuridika korretta għal proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2013/34/UE fir-rigward tad-divulgazzjoni tal-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu minn ċerti intrapriżi u fergħat jew jekk, għall-kuntrarju, il-proposta kellhiex tiġi bbażata fuq bażi ġuridika differenti bħall-Artikolu 115 tat-TFUE.

I. Sfond

Fit-12 ta' April 2016, il-Kummissjoni adottat proposta għal emenda tad-Direttiva 2013/34/UE (id-"Direttiva dwar il-Kontabbiltà")(1). Il-proposta timponi fuq il-gruppi multinazzjonali tal-UE u dawk mhux tal-UE bi dħul globali ta' 'l fuq minn EUR 750 miljun fis-sena l-obbligu li jfasslu u jippubblikaw rapporti annwali tat-taxxa fuq l-introjtu.

Skont il-Memorandum ta' Spjegazzjoni tal-proposta, Suq Uniku b'saħħtu jesiġi li l-kumpaniji jħallsu t-taxxi fil-pajjiż fejn jiġu ġġenerati l-profitti. Il-fenomenu tal-ippjanar aggressiv tat-taxxa jimmina dan il-prinċipju. Il-Kummissjoni temmen li l-iskrutinju pubbliku jista' jgħin biex tiġi miġġielda din il-prattika. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tispjega li l-proposta tikkumplimenta l-obbligi attwali tal-intrapriżi dwar ir-rapportar finanzjarju u ma tinterferixxix ma' dawn l-obbligi fir-rigward tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji tagħhom.

II. L-Artikoli rilevanti tat-Trattat

Il-bażi ġuridika proposta mill-Kummissjoni hija l-Artikolu 50(1) tat-TFUE. L-Artikolu 50(1) u 50 (2)(g) jaqra kif ġej:

Artikolu 50

(ex Artikolu 44 TKE)

1. Sabiex tinkiseb il-liberta' tal-istabbiliment għal xi attività speċifika, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja u wara li jikkonsultaw mal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali għandhom jaġixxu permezz ta' direttivi.

2. Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni għandhom jeżerċitaw il-funzjonijiet mogħtija lilhom mid-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq, b'mod partikolari:

(...)

(g) billi jikkoordinaw, sa fejn hu neċessarju u bil-ħsieb li jiżguraw l-ekwivalenza tagħhom fl-Unjoni kollha, il-garanziji meħtieġa fi Stati Membri minn kumpaniji fis-sens tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 54, sabiex jipproteġu l-interessi kemm tal-membri kif ukoll ta' terzi;(...)

L-Artikolu 115 tat-TFUE jaqra hekk:

Artikolu 115

(ex Artikolu 94 TKE)

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 114, il-Kunsill għandu, waqt li jaġixxi unanimament skont il-proċedura leġiżlattiva speċjali u wara li jikkonsulta mal-Parlament Ewropew u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, joħroġ direttivi għall-approssimazzjoni ta' dawk il-liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri li direttament jaffettwaw l-istabbiliment jew l-operazzjoni tas-suq

intern.

III. Il-ġurisprudenza dwar il-bażi ġuridika

L-għażla ta' bażi ġuridika hija importanti peress li l-Unjoni hija msejsa kostituzzjonalment fuq il-prinċipju tal-għoti tal-kompetenzi, u l-istituzzjonijiet tagħha jistgħu biss jaġixxu f'konformità mal-mandat mogħti lilhom mit-Trattati(2). Għalhekk, l-għażla ta' bażi ġuridika mhijiex diskrezzjonali.

Ċerti prinċipji joħorġu mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fir-rigward tal-għażla tal-bażijiet ġuridiċi. L-ewwel nett, fid-dawl tal-konsegwenzi tal-bażi ġuridika f'termini ta' kompetenza sostantiva u l-proċedura, l-għażla ta' bażi ġuridika korretta hija ta' importanza kostituzzjonali(3). It-tieni nett, l-għażla tal-bażi ġuridika għal miżura tal-UE trid tissejjes fuq fatturi oġġettivi li huma soġġetti għal stħarriġ ġudizzjarju; dawn jinkludu, b'mod partikolari, l-għan u l-kontenut ta' dik il-miżura(4). Il-fatt li istituzzjoni tkun tixtieq tipparteċipa aktar bis-sħiħ fl-adozzjoni ta' miżura partikolari, ix-xogħol li jkun sar f'aspetti oħra fl-isfera tal-azzjoni koperta mill-miżura u l-kuntest li fih il-miżura kienet adottata huma lkoll irrilevanti(5).

Għalhekk, l-għażla ta' bażi ġuridika inkorretta tista' tiġġustifika t-tħassir tal-att konċernat

(6).

IV. L-għan u l-kontenut tar-Regolament propost

Huwa ċar mill-premessi tal-proposta li d-direttiva għandha l-għan li ssaħħaħ it-trasparenza u l-iskrutinju pubbliku tat-taxxa fuq l-introjtu tal-kumpaniji u li ssaħħaħ ir-responsabbiltà korporattiva billi timponi rekwiżiti ta' divulgazzjoni fuq ċerti kumpaniji fir-rigward tat-taxxa fuq l-introjtu tagħhom.

Il-premessa 12 tal-proposta tgħid li d-direttiva għandha l-għan li ttejjeb it-trasparenza u l-iskrutinju pubbliku tat-taxxa fuq l-introjtu tal-kumpaniji billi tadatta l-qafas ġuridiku eżistenti rigward l-obbligi imposti fuq il-kumpaniji u d-ditti fir-rigward tal-pubblikazzjoni ta' rapporti, għall-ħarsien tal-interessi tal-membri u ta' oħrajn, fis-sens tal-Artikolu 50(2)(g) tat-TFUE.

Skont il-premessa 5, it-titjib tal-iskrutinju pubbliku tat-taxxi fuq l-introjtu tal-kumpaniji li jitħallsu mill-intrapriżi multinazzjonali li jwettqu attivitajiet fl-Unjoni huwa element essenzjali biex tkompli titrawwem ir-responsabbiltà korporattiva, jikkontribwixxi għall-benessri permezz tat-taxxi, jippromwovi kompetizzjoni aktar ġusta tat-taxxi fl-Unjoni permezz ta' dibattitu pubbliku infurmat u jirkupra l-fiduċja tal-pubbliku f'kemm is-sistemi nazzjonali tat-taxxa huma ġusti. Tali skrutinju pubbliku jista' jitwettaq permezz ta' rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu.

Il-premessa 9 tispjega kif l-informazzjoni mogħtija fir-rapport jenħtieġ li tkun imqassma skont l-Istati Membri sabiex ikun żgurat livell ta' dettall li jippermetti liċ-ċittadini jivvalutaw aħjar il-kontribut tal-intrapriżi multinazzjonali għall-benessri f'kull Stat Membru.

Il-premessa 10 tispjega r-reġim ta' responsabbiltà tal-membri tal-korpi amministrattivi, maniġerjali u superviżorji stabbiliti fid-direttiva proposta sabiex tissaħħaħ ir-responsabbiltà fil-konfront tal-partijiet terzi u sabiex tiġi żgurata governanza xierqa.

Il-premessa 11 tistabbilixxi obbligu għall-awdituri jew id-ditti tal-awditjar fir-rigward tal-verifika dwar jekk ir-rapport ġiex sottomess u ppreżentat f'konformità mar-rekwiżiti tad-direttiva proposta, bl-għan li jiġi żgurat li każijiet ta' nuqqas ta' konformità jkunu ddivulgati lill-pubbliku.

Il-kontenut tad-direttiva proposta jikkonsisti primarjament f'obbligu għall-kumpaniji l-kbar u l-fergħat li jħejju rapport rigward informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu li jinkludi informazzjoni ġenerali mqassma skont il-pajjiż, li għandu jiġi ppubblikat f'reġistru u fuq is-sit web tal-kumpanija. Il-kontenut tal-proposta jikkonferma l-għan tagħha li ssaħħaħ it-trasparenza, l-iskrutinju pubbliku u r-responsabbiltà korporattiva.

Sabiex jintlaħaq l-għan imsemmi hawn fuq, il-Kummissjoni tipproponi li ddaħħal kapitolu ġdid fid-Direttiva dwar il-Kontabbiltà (Kapitolu 10a). Hija tesiġi li l-intrapriżi kollha tal-UE u l-fergħat ta' intrapriżi mhux tal-UE li joperaw fl-UE u b'fatturat ikkonsolidat ta' 'l fuq minn EUR 750 000 000 jfasslu u jippubblikaw rapport dwar l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu fuq bażi annwali (Artikolu 48b).

L-informazzjoni li tiġi inkluża fir-rapport tikkonċerna n-natura tal-attivitajiet, l-għadd ta' impjegati, il-fatturat nett magħmul (inkluż il-fatturat magħmul ma' partijiet terzi u bejn kumpaniji fi ħdan grupp), il-profitt jew it-telf qabel it-taxxa fuq l-introjtu, l-ammont tat-taxxa korporattiva dovuta fuq il-profitti magħmula fis-sena kurrenti, l-ammont tat-taxxa korporattiva diġà mħallas matul dik is-sena, u l-qligħ akkumulat (Artikolu 48c(2)).

L-informazzjoni mogħtija trid tkun maqsuma fuq bażi ta' pajjiż b'pajjiż għal kull Stat Membru li fih topera l-intrapriża u kull ġurisdizzjoni li tkun imniżżla fuq "lista komuni tal-Unjoni ta' ċerti ġurisdizzjonijiet tat-taxxa", u fuq bażi aggregata għall-bqija tad-dinja (Artikolu 48c(3) u Artikolu 48g).

Ir-rapport għandu jiġi ppubblikat f'reġistru tan-negozji u jibqa' aċċessibbli fuq is-sit web tal-intrapriża għal mill-inqas ħames snin konsekuttivi (Artikolu 48d).

V. Determinazzjoni tal-bażi ġuridika xierqa

L-Artikolu 50(1)tat-TFUE jipprovdi bażi ġuridika lil-leġiżlaturi biex jadottaw, permezz tal-proċedura leġiżlattiva ordinarja, direttivi sabiex tinkiseb il-libertà ta' stabbiliment fir-rigward ta' attività partikolari. L-Artikolu 50(2) tat-TFUE fih lista mhux eżawrjenti ta' każijiet fejn, b'mod partikolari, din il-bażi ġuridika tapplika. Għall-iskopijiet preżenti, l-Artikolu 50(2)(g) tat-TFUE huwa ta' interess, peress li jipprevedi li l-leġiżlaturi għandhom jeżerċitaw id-dmirijiet tagħhom f'dak li jirrigwarda d-dritt ta' stabbiliment, "(...) billi jikkoordinaw, sa fejn hu neċessarju u bil-ħsieb li jiżguraw l-ekwivalenza tagħhom fl-Unjoni kollha, il-garanziji meħtieġa fi Stati Membri minn kumpaniji fis-sens tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 54, sabiex jipproteġu l-interessi kemm tal-membri kif ukoll ta' terzi."

Għadd sinifikanti ta' direttivi dwar il-liġi tal-kumpaniji ġew adottati fuq din il-bażi ġuridika, bl-għan li jiġu protetti l-interessi kemm tal-azzjonisti kif ukoll ta' terzi(7), inkluż meta dan jinvolvi rekwiżiti ta' divulgazzjoni, u b'mod aktar partikolari, divulgazzjoni pubblika(8).

F'tendenza simili, u kif diġà ġie deskritt fid-dettall fit-Taqsima IV ta' din in-nota, l-għan u l-kontenut ta' din il-proposta essenzjalment huwa li jissaħħaħ l-iskrutinju pubbliku tat-taxxi korporattivi fuq l-introjtu li jitħallsu minn intrapriżi multinazzjonali li jwettqu attivitajiet fl-Unjoni billi l-kumpaniji b'ċertu ammont minimu ta' fatturat annwali jfasslu u jippubblikaw rapporti annwali tat-taxxa fuq l-introjtu.

B'mod aktar speċifiku, skont il-premessa 12 l-għan tal-proposta huwa li "ttejjeb it-trasparenza rigward it-taxxa fuq l-introjtu tal-kumpaniji u l-iskrutinju pubbliku tagħha billi tadatta l-qafas ġuridiku eżistenti rigward l-obbligi imposti fuq il-kumpaniji u d-ditti fir-rigward tal-pubblikazzjoni tar-rapporti, sabiex jiġu protetti l-interessi tal-membri kif ukoll ta' terzi, fis-sens tal-Artikolu 50(2)(g) TFUE".

Id-direttiva proposta għalhekk tqis li teżisti rabta bejn it-trasparenza u l-iskrutinju pubbliku, li huma l-għanijiet li hija ssegwi, u l-interessi tal-"membri kif ukoll ta' terzi", li huma l-benefiċjarji tas-salvagwardji li għandhom jiġu adottati abbażi tal-Artikolu 50(2)(g) tat-TFUE. Dan jissuġġerixxi (i) li t-termini "membri kif ukoll terzi" jestendu ruħhom għall-pubbliku inġenerali u għalhekk lil hinn minn dawk speċifikament f'relazzjonijiet kuntrattwali jew prekuntrattwali ma' kumpanija, jew affettwati direttament min-negozju tagħha, u (ii) li l-proposta fil-fatt isservi l-interessi ta' dawk il-"membri kif ukoll ta' terzi". B'dan il-mod, id-direttiva proposta tibqa' għalkollox f'armonija mar-rekwiżiti ta' divulgazzjoni diġà stabbiliti fid-Direttiva 2013/34.

Imbagħad dan għandu jiġi eżaminat fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq (i) jekk it-termini "membru kif ukoll terzi" fl-Artikolu 50(2)(g) tat-TFUE jistgħux jiġu estiżi għall-pubbliku u (ii) jekk il-proposta tipproteġix filfatt l-interess ta' membrkif ukoll terzi hekk definiti.

Fir-rigward tal-ewwel punt, jista' jiġi konkluż li, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-kunċett ta' "terzi" kif użat fl-Artikolu 50(2)(g) mhuwiex ristrett għal persuni f'relazzjonijiet kuntrattwali jew prekuntrattwali diretti ma' kumpanija, iżda li jestendi, inter alia, għal kompetituri tal-kumpaniji jew id-ditti inkwistjoni, u b'mod aktar wiesa' għall-pubbliku.

Skont is-sentenza tal-Qorti fil-kawża Verband deutscher Daihatsu-Händler, li għaliha tirreferi l-premessa 12 tad-direttiva proposta, it-terminu "terzi" għandu jinftiehem b'mod wiesa':

"[Id-diċitura stess tal-]Artikolu 50(2)(g) tat-TFUE tirreferi għall-ħtieġa li jiġu protetti l-interessi ta' "terzi" b'mod ġenerali, mingħajr ma ssir distinzjoni jew mingħajr l-esklużjoni ta' xi kategoriji li jaqgħu fl-ambitu ta' dawk it-termini" (enfasi miżjuda)(9).

Il-Qorti żiedet tgħid li din l-interpretazzjoni letterali ġiet ikkonfermata mill-objettiv li jiġu aboliti restrizzjonijiet tal-libertà ta' stabbiliment "li huwa assenjat f'termini wesgħin ferm (...)" mit-Trattat(10).

F'dik is-sentenza, il-Qorti ddikjarat li l-Artikolu 50(2)(g) tat-TFUE kien bażi ġuridika xierqa biex ikun hemm obbligu tal-għoti ta' informazzjoni għall-partijiet terzi kollha li ma jafux jew ma jistgħux jiksbu għarfien suffiċjenti tal-kontabbiltà u s-sitwazzjoni finanzjarja ta' kumpanija(11).

Fil-kawża Axel Springer, il-Qorti ddikjarat li ""t-terzi" msemmija f'dak l-Artikolu jinkludu l-partijiet terzi kollha"

(12).

Fis-sentenza tagħha fil-kawża Texdata Software GmbH, il-Qorti rrikonoxxiet ulterjorment li ma hemm l-ebda obbligu li l-protezzjoni ta' "terzi" tkun b'xi mod sussidjarja jew anċillari għal dawk ta' "membri". B'hekk anke dispożizzjonijiet dwar divulgazzjoni "(...) prinċipalment intiż[i] li jinforma[w] lil terzi li ma għandomx jew li ma jistgħux ikollhom konoxxenza biżżejjed tas-sitwazzjoni tal-kontabbiltà u tal-finanzi tal-imsemmija kumpanija" [jaqgħu] fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 50(2)(g) tat-TFUE. (13)

Fir-rigward tal-kwistjoni dwar jekk il-proposta tħarisx effettivament l-interessi tal-pubbliku, għandu jiġi mfakkar, l-ewwel nett, li l-pubbliku huwa l-benefiċjarju tal-konformità tal-kumpaniji mal-liġijiet tat-taxxa u l-evitar ta' ċaqliq mhux dovut tal-profitt, peress li l-benessri u s-sigurtà għall-pubbliku huma implimentati permezz ta' politiki pubbliċi fil-biċċa l-kbira ffinanzjati mit-taxxi.

It-tieni nett, id-disponibbiltà pubblika ta' informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu tal-kumpaniji f'kull Stat Membru tippermetti skrutinju pubbliku tal-konformità mal-liġijiet tat-taxxa, kif ukoll dibattitu fis-soċjetà u dibattitu politiku dwar il-livelli xierqa tat-taxxa (il-bażi u r-rata), inkluż meta jitqabblu rati f'ġurisdizzjonijiet oħra tat-taxxa fl-Unjoni. Dan, min-naħa tiegħu, aktarx li jiskoraġġixxi b'mod partikolari lil kumpaniji kbar li jiddependu fuq ir-reputazzjoni tagħhom bħala parti mill-isem tal-marka tagħhom milli jiksru jew b'xi mod ieħor jevitaw il-liġijiet tat-taxxa.

Il-protezzjoni hekk mogħtija lill-pubbliku taqa' wkoll fi ħdan fl-ambitu tat-terminu "interess" fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 50(2)(g) li l-Qorti, filwaqt li ssegwi l-istess loġika fir-rigward tad-definizzjoni tal-kunċett ta' "terzi", tikkunsidra b'mod wiesa'. B'mod partikolari, it-terminu ma jitlobx li jiġi affettwat dritt, u lanqas interess speċifiku ta' parti terza direttament b'relazzjoni ma' negozju jew attivitajiet ta' kumpanija(14).

Għalhekk, jidher li huwa argument konsistenti li l-interessi tal-pubbliku jkunu protetti wkoll bis-saħħa tal-fatt li jkollhom disponibbli informazzjoni ta' kumpaniji kbar dwar it-taxxa fuq l-introjtu fl-Istati Membri, fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 50(2)(g) tat-TFUE.

Għaldaqstant, għandu jiġi konkluż li, b'koordinazzjoni mal-qafas ġuridiku eżistenti rigward l-obbligi imposti fuq kumpaniji u fergħat fir-rigward tal-pubblikazzjoni ta' informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu għall-protezzjoni tal-interessi ta' membri u terzi, l-għan u l-kontenut tal-proposta jikkorrispondu mal-Artikolu 50(1) tat-TFUE. Din il-konklużjoni mhijiex affettwata mill-fatt li l-awtoritajiet tat-taxxa indirettament se jibbenefikaw minn dan l-obbligu ta' trasparenza. Fi kwalunkwe każ, kuntrarju għall-Artikolu 114(2) tat-TFUE, l-Artikoli 50 et seq. tat-TFUE ma fihomx klawsola ta' esklużjoni għal dispożizzjonijet fiskali.

Aktar minn hekk, ma hemm ebda bażi ġuridika aktar speċifika mill-Artikolu 50(1) tat-TFUE fid-dawl tal-Artikolu 50(2)(g) tat-TFUE disponibbli fit-Trattati. B'mod partikolari, is-sistema sħiħa ta' armonizzazzjoni ġenerali tas-suq intern kostitwita mill-Artikoli 114 u 115 tat-TFUE hija espliċitament magħmula sussidjarja għal bażijiet ġuridiċi applikabbli oħra u għalhekk ma tapplikax hawn, minkejja l-fatt jekk il-klawsola ta' esklużjoni tal-Artikolu 114(2) tat-TFUE inkella tippermettix li jsir rikors għall-Artikolu 115 tat-TFUE (Artikolu 115 tat-TFUE huwa "mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 114", li min-naħa tiegħu japplika "ħlief fejn huwa previst mod ieħor fit-Trattati"). (15)

Id-disponibbiltà tal-Artikolu 50(1) tat-TFUE bħala bażi ġuridika teskludi l-Artikoli 114 u 115 tat-TFUE, iżda għal raġunijiet ta' kompletezza jidher li jkun konvenjenti li tingħata analiżi qasira tal-proposta fid-dawl tal-Artikolu 115 tat-TFUE. L-Artikolu 115 tat-TFUE jagħti s-setgħa lill-Kunsill biex joħroġ direttivi għall-approssimazzjoni ta' dawk il-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri li direttament jaffettwaw l-istabbiliment jew il-funzjonament tas-suq intern. B'kuntrast mal-Artikolu 114 tat-TFUE ma fih ebda esklużjoni ta' dispożizzjonijiet fiskali. Għalhekk, jista' jintuża bħala bażi ġuridika għal atti leġiżlattivi fil-qasam tat-tassazzjoni diretta(16), sakemm il-liġijiet nazzjonali li għandhom jiġu armonizzati jkollhom impatt dirett fuq is-suq intern biex jagħmlu l-armonizzazzjoni meħtieġa.

Għalkemm il-proposta attwali hija marbuta politikament mad-Direttiva tal-Kunsill 2016/881/UE li temenda d-Direttiva 2011/16/UE fir-rigward tal-iskambju awtomatiku u obbligatorju ta' informazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni(17), adottata mill-Kunsill fil-25 ta' Mejju 2016, l-għan u l-kontenut taż-żewġ strumenti huma differenti. Id-Direttiva 2016/881 hija bbażata fuq l-Artikoli 113 u 115 tat-TFUE. Jidher li l-iskop tagħha huwa li ttejjeb il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet tat-taxxa tal-Istati Membri. Hija tikkoordina t-trażmissjoni ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti billi timponi ċerti obbligi fuq l-Istati Membri. (18) Barra minn hekk, tesiġi li l-awtoritajiet tat-taxxa tal-UE jiskambjaw tnax-il biċċa informazzjoni, li jinkludu informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali. B'kuntrast ma' dan, l-iskop tal-proposta tal-Kummissjoni mhuwiex li ttejjeb il-kooperazzjoni amministrattiva tal-awtoritajiet tat-taxxa iżda li żżid it-trasparenza u l-iskrutinju pubbliku fuq it-taxxa fuq l-introjtu tal-kumpaniji u tħeġġeġ ir-responsabbiltà soċjali korporattiva billi timponi fuq ċerti kumpaniji ħtiġiet ta' divulgazzjoni fir-rigward tat-taxxa fuq l-introjtu tagħhom. Minbarra l-ammont ta' taxxi mħallsa, il-proposta ta' rapportar pubbliku għal kull pajjiż tesiġi li l-MNEs jiddivulgaw sitt biċċiet oħra ta' informazzjoni sabiex ikun żgurat livell ta' dettall li jippermetti liċ-ċittadini jivvalutaw aħjar kif l-MNEs jikkontribwixxu għall-benessri f'kull Stat Membru.

VI. Konklużjoni

Fid-dawl tal-analiżi preċedenti, l-Artikolu 50(1) tat-TFUE jikkostitwixxi l-bażi ġuridika għall-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2013/34/UE fir-rigward tad-divulgazzjoni tal-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu minn ċerti intrapriżi u fergħat.

Fil-laqgħa tiegħu tat-12 ta' Jannar 2017, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali ddeċieda, b'għaxar voti favur u astensjoni waħda(19), li l-Artikolu 50(1) tat-TFUE jikkostitwixxi l-bażi ġuridika xierqa għall-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2013/34/UE fir-rigward tad-divulgazzjoni tal-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu minn ċerti intrapriżi u fergħat.

Dejjem tiegħek,

Pavel Svoboda

(1)

Id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta' ċerti tipi ta' impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19).

(2)

Opinjoni 2/00 tas-6 ta' Diċembru 2001, il-Protokoll ta' Cartagena, EU:C:2001:664, il-punt 3; Opinjoni 1/08 tat-30 ta' Novembru 2009, Ftehim Ġenerali dwar il-Kummerċ fis-Servizzi, EU:C:2009:739, il-punt 110.

(3)

Opinjoni 2/00 tas-6 ta' Diċembru 2001, il-Protokoll ta' Cartagena, EU:C:2001:664, il-punt 5; Opinjoni 1/08 tat-30 ta' Novembru 2009, Ftehim Ġenerali dwar il-Kummerċ fis-Servizzi, EU:C:2009:739, il-punt 110.

(4)

Ara, fost l-oħrajn, is-sentenza tal-25 ta' Frar 1999, il-Parlament v il-Kunsill, il-Kawżi Magħquda C-164/97 u C-165/97, EU:C:1999:99, il-punt 16; is-sentenza tat-30 ta' Jannar 2001, Spanja v il-Kunsill, il-Kawża C-36/98, EU:C:2001:64, il-punt 59; is-sentenza tat-12 ta' Diċembru 2002, il-Kummissjoni v il-Kunsill, il-Kawża C-281/01, EU:C:2002:761, il-punti 33-49; is-sentenza tad-29 ta' April 2004, il-Kummissjoni v il-Kunsill, il-Kawża C-338/01, EU:C:2004:253, il-punt 55;

(5)

Ara s-sentenza tal-4 ta' April 2000, il-Kummissjoni v il-Kunsill, il-Kawża C-269/97, EU:C:2000:183, il-punt 44;

(6)

Opinjoni 2/00 tas-6 ta' Diċembru 2001, il-Protokoll ta' Cartagena, EU:C:2001:664, il-punt 5;

(7)

Ara, b'mod partikolari, is-sitt, il-ħdax u t-tnax-il Direttiva tal-liġi tal-kumpaniji 82/891/KEE (ĠU L 378, 31.12.1982, p. 47), 89/666/KEE (ĠU L 395, 30.12.1989, p. 36) u 89/667/KEE (ĠU L 395, 30.12.1989, p. 40) rispettivament; id-Direttiva 2006/43/KE dwar il-verifiki statutorji tal-kontijiet annwali u tal-kontijiet konsolidati (ĠU L 157, 9.6.2006, p. 87); id-Direttiva 2007/36/KE dwar l-eżerċizzju ta' ċerti drittijiet tal-azzjonisti ta' kumpaniji kkwotati, (ĠU L 184, 14.7.2007, p. 17), id-Direttiva 2011/35/UE dwar il-mergers ta' kumpaniji pubbliċi b'responsabbiltà limitata (ĠU L 110, 29.4.2011, p. 1), id-Direttiva 2012/30/UE dwar il-koordinazzjoni ta' salvagwardji li jikkonċernaw rekwiżiti ta' kapital għal kumpaniji pubbliċi (ĠU L 315, 14.11.2012, p. 74).

(8)

Id-Direttiva 2009/101/KE dwar il-koordinazzjoni ta' salvagwardji li, għall-protezzjoni tal-interessi ta' membri u oħrajn, huma meħtieġa mill-Istati Membri minn kumpaniji fis-sens tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 48 tat-Trattat, bil-għan li tagħmel dawn is-salvagwardji ekwivalenti (ĠU L 258, 1.10.2009, p. 11).

(9)

Is-sentenza tal-4 ta' Diċembru 1997, Verband deutscher Daihatsu-Händler v Daihatsu Deutschland GmbH, il-Każ C-97/96, EU:C:1997:581, il-punt 19.

(10)

Ibid, il-punt 21.

(11)

Ibid, il-punt 20.

(12)

Digriet tat-23 ta' Settembru 2004, Axel Springer AG, il-Kawżi Magħquda C-435/02 u C-103/03, EU:C:2004:552, il-punt 34.

(13)

Is-sentenza tas-26 ta' Settembru 2013, Texdata Software GmbH, il-Każ C-418/11, EU:C:2013:588, il-punt 54.

(14)

Axel Springer AG, supra, il-punt 35.

(15)

Ara s-sentenza tad-29 ta' April 2004, Il-Kummissjoni v Il-Kunsill, il-Każ C-338/01, EU:C:2004:253, il-punti 59-60;

(16)

Għal kwistjonijiet ta' tassazzjoni indiretta, l-Artikolu 113 tat-TFUE huwa l-bażi ġuridika aktar speċifika.

(17)

ĠU L 146, 3.6.2016, p. 8.

(18)

F'dan ir-rigward, ara s-sentenza tas-27 ta' Settembru 2007, Twoh International, il-Kawża C-184/05, EU:C:2007:550, il-punt 31.

(19)

Dawn li ġejjin kienu preżenti għall-votazzjoni finali: Joëlle Bergeron, Daniel Buda, Jean-Marie Cavada (rapporteur), Sergio Gaetano Cofferati, Therese Comodini Cachia, Angel Dzhambazki, Heidi Hautala, Constance Le Grip, Gilles Lebreton, Evelyn Regner, Tadeusz Zwiefka .


OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp (28.4.2017)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u għall-Kumitat għall-Affarijiet Legali

dwar proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2013/34/UE fir-rigward tad-divulgazzjoni tal-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu minn ċerti intrapriżi u fergħat

(COM(2016)0198 – C8-0146/2016 – 2016/0107(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Elly Schlein

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Il-Parlament Ewropew ilu jappella għal Rappurtar Pajjiż b’Pajjiż pubbliku bħala strument prinċipali biex jiffaċċja b’mod effettiv l-evażjoni tat-taxxa u l-evitar tat-taxxa fil-livell internazzjonali. It-trasparenza hija element essenzjali; divulgazzjoni pubblika tal-informazzjoni rilevanti dwar it-taxxa minn korporazzjonijiet multinazzjonali tista’ ġġib bidla radikali, u mhux biss għall-Ewropa. Id-dħul mit-taxxa korporattiva jikkostitwixxi sehem importanti tal-introjtu nazzjonali tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw, u dan ifisser li huma partikolarment affettwati mill-evitar tat-taxxa korporattiva. Pereżempju, skont is-sejbiet tal-bord ta’ livell għoli tal-Unjoni Afrikana dwar il-flussi finanzjarji illeċiti, il-kontinent Afrikan jitlef kull sena iktar minn $50 biljun permezz ta’ dawn il-flussi finanzjarji illeċiti.

Madankollu, il-proposta tal-Kummissjoni kif inhi bħalissa ma ssemmix x’hemm bżonn biex titneħħa kompletament l-opaċità li tippermetti lill-kumpaniji multinazzjonali jevitaw it-taxxi f’xi wħud mill-ifqar pajjiżi fid-dinja. L-obbligu li jsir rapport pajjiż b’pajjiż fl-UE biss, filwaqt li tiġi ppubblikata data aggregata mill-pajjiżi terzi kollha, jagħmel din il-proposta inadegwata u inutli għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw, peress li dawn mhux se jkunu fil-qagħda li jiksbu informazzjoni speċifika għal kull pajjiż. Apparti milli tonqos li tindirizza b’mod effettiv l-evitar tat-taxxa, il-proposta attwali se tkun f’kuntrast qawwi mal-impenn tal-UE għall-Koerenza tal-Politiki għall-Iżvilupp.

Ir-Rapporteur titlob li tiġi divulgata data mhux aggregata anke mill-pajjiżi terzi kollha li fihom joperaw kumpaniji multinazzjonali, biex b’hekk il-pajjiżi li qed jiżviluppaw jiġu megħjuna b’mod effettiv fil-ġlieda tagħhom kontra l-evitar tat-taxxa u biex jiġbru biżżejjed dħul pubbliku. Barra minn hekk, livell limitu aktar baxx għal kumpaniji koperti mir-rappurtar jipprovdi aktar data dwar l-attivitajiet tal-kumpaniji multinazzjonali, filwaqt li jenħtieġ li jiġu inklużi wkoll xi elementi importanti ta’ divulgazzjoni (bħal assi u bejgħ) biex tingħata stampa ċara tal-attivitajiet tal-kumpaniji mad-dinja kollha.

L-iskandlu tal-Panama Papers juri biċ-ċar kif l-evażjoni u l-evitar tat-taxxa jirrappreżentaw problemi globali li jistgħu jiġu indirizzati biss permezz ta’ reazzjoni globali, u kif tentattivi dgħajfa biex dawn jiġu indirizzati huma destinati li jfallu. Huwa biss b'impenn qawwi għal tassazzjoni ġusta u koerenza bejn il-politiki tal-UE li ser ikun possibbli li effettivament jiġu miġġielda l-faqar u l-inugwaljanzi fl-Ewropa u madwar id-dinja.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Iżvilupp jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali, bħala l-kumitati responsabbli, sabiex jieħdu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda     1

Proposta għal direttiva

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  Il-pubbliku għandu jkun jista’ jwettaq skrutinju tal-attivitajiet kollha ta’ grupp meta l-grupp ikollu ċerti stabbilimenti fl-Unjoni. Għall-gruppi li jwettqu attivitajiet fl-Unjoni permezz ta’ intrapriżi sussidjarji jew fergħat biss, is-sussidjarji u l-fergħat għandhom jippubblikaw u jagħmlu r-rapport tal-intrapriża prinċipali apikali aċċessibbli. Madankollu għal raġunijiet ta’ proporzjonalità u effettività, l-obbligu tal-pubblikazzjoni u tal-aċċessibbiltà tar-rapport għandu jkun limitat għal sussidjarji ta’ daqs medju jew kbir li jkunu stabbiliti fl-Unjoni, jew fergħat ta’ daqs paragunabbli miftuħa fi Stat Membru. Il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2013/34/UE għandu għalhekk jiġi estiż skont dan għall-fergħat miftuħa fi Stat Membru minn intrapriża li hija stabbilita barra mill-Unjoni.

(6)  Il-pubbliku għandu jkun jista’ jwettaq skrutinju tal-attivitajiet kollha ta’ grupp meta l-grupp ikollu ċerti stabbilimenti fl-Unjoni u barra minnha. L-impriżi multinazzjonali qed joperaw madwar id-dinja u l-imġiba korporattiva tagħhom għandha impatt sostanzjali fuq il-pajjiżi li qed jiżviluppaw, li huma partikolarment affettwati mill-evitar tat-taxxa korporattiva. Rappurtar pubbliku diżaggregat sinifikanti pajjiż b’pajjiż minn kull pajjiż u ġuriżdizzjoni tal-operat huwa essenzjali sabiex jippermetti liċ-ċittadini, lill-awtoritajiet pubbliċi u lil-leġiżlaturi minn dawk il-pajjiżi jimmonitorjaw b’mod effettiv l-attivitajiet ta’ dawn l-impriżi u jiġi indirizzat l-evitar tat-taxxa. Billi l-informazzjoni tinħareġ pubblikament, l-Unjoni se żżid il-koerenza tal-politika għall-iżvilupp tagħha u tillimita skemi potenzjali ta’ evitar tat-taxxa f’pajjiżi fejn il-mobilizzazzjoni tar-riżorsi domestiċi ġiet identifikata bħala komponent ewlieni tal-politika tal-iżvilupp tal-Unjoni u bħala mezz indispensabbli sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli.

Emenda     2

Proposta għal direttiva

Premessa 6a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a)  Sabiex tkun żgurata l-koerenza tal-politika tal-iżvilupp, l-Unjoni għandha timpenja ruħha b’mod effettiv biex issaħħaħ it-trasparenza fi kwistjonijiet tat-taxxa bħala parti mill-isforzi tagħha biex iżżid il-finanzjament tal-iżvilupp fl-Aġenda ta’ Azzjoni ta’ Addis Ababa tat-Tielet Konferenza Internazzjonali dwar il-Finanzjament għall-Iżvilupp.

Emenda    3

Proposta għal direttiva

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  Sabiex ikun żgurat livell ta’ dettall li jippermetti liċ-ċittadini jivvalutaw aħjar kif l-MNEs jikkontribwixxu għall-benessri f’kull Stat Membru, l-informazzjoni għandha tinqasam skont l-Istat Membru. Barra minn hekk, informazzjoni li tikkonċerna l-operazzjonijiet tal-intrapriżi multinazzjonali għandha wkoll tintwera fid-dettall sew fir-rigward ċerti ġuriżdizzjonijiet tat-taxxa li jippreżentaw sfidi partikolari. Għall-operazzjonijiet l-oħra kollha tal-pajjiż terzi, l-informazzjoni għandha tingħata f’għadd aggregat.

(9)  Sabiex ikun żgurat livell ta’ dettall li jippermetti liċ-ċittadini jivvalutaw aħjar kif l-MNEs jikkontribwixxu għall-benessri f’kull ġuriżdizzjoni fejn joperaw, kemm fi ħdan l-Unjoni kif ukoll barra minnha, l-informazzjoni għandha tinqasam skont il-ġuriżdizzjoni.

Emenda     4

Proposta għal direttiva

Premessa 9a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9a)  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fi ħdan l-amministrazzjonijiet tat-taxxa jiġi ddedikat livell adegwat ta’ riżorsi umani, tekniċi u finanzjarji għall-iskambju awtomatiku ta’ informazzjoni, għall-ipproċessar tad-data u għall-ġlieda kontra l-frodi tat-taxxa u l-evitar tat-taxxa. Il-gvernijiet tal-pajjiżi żviluppati għandhom jimpenjaw ruħhom li jiskambjaw informazzjoni b’mod awtomatiku mal-pajjiżi li qed jiżviluppaw billi jiġu stabbiliti r-relazzjonijiet ta’ skambju bilaterali meħtieġa.

Emenda     5

Proposta għal direttiva

Premessa 9b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9b)  Sabiex jassistu lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw biex itejbu l-kapaċità tal-amministrazzjonijiet tat-taxxa tagħhom, l-Istati Membri għandhom jassistuhom permezz tal-kondiviżjoni tal-għarfien u tal-aħjar prattiki.

Emenda     6

Proposta għal direttiva

Premessa 9c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9c)  Fl-appoġġ tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw għall-bini tal-kapaċità, għandha ssir enfasi speċjali fuq soluzzjonijiet effiċjenti tal-pjattaforma online li jevitaw ostakli burokratiċi, b’mod partikolari għall-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju.

Emenda    7

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva 2013/34/UE

Artikolu 48b – paragrafu 1 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jobbligaw lill-intrapriżi prinċipali apikali rregolati mil-liġijiet nazzjonali tagħhom u li għandhom fatturat nett li jaqbeż l-EUR 750 000 000 kif ukoll lill-intrapriżi rregolati mil-liġijiet nazzjonali tagħhom li mhumiex intrapriżi affiljati u li għandhom fatturat nett li jaqbeż l-EUR 750 000 000 biex ifasslu u jippubblikaw rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu fuq bażi annwali.

L-Istati Membri għandhom jobbligaw lill-intrapriżi prinċipali apikali ta’ gruppi kbar kif definiti fl-Artikolu 3(7), irregolati mil-liġijiet nazzjonali tagħhom, u dawk ta’ intrapriżi kbar kif definiti fl-Artikolu 3(4), irregolati mil-liġijiet nazzjonali tagħhom li mhumiex intrapriżi affiljati, biex ifasslu u jippubblikaw rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu fuq bażi annwali.

Emenda    8

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva 2013/34/UE

Artikolu 48b – paragrafu 1 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ir-rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu għandu jsir aċċessibbli għall-pubbliku fis-sit web tal-intrapriża fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu.

Ir-rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu għandu jiġi ppubblikat f’mudell komuni disponibbli f’format ta’ data miftuħa u jsir aċċessibbli għall-pubbliku fis-sit web tal-intrapriża fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f’minn tal-anqas lingwa waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni. Fid-data tal-pubblikazzjoni tar-rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu, l-intrapriża għandha wkoll tippreżenta rapport f’reġistru pubbliku ġestit mill-Kummissjoni.

Emenda    9

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva 2013/34/UE

Artikolu 48b – paragrafu 3 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jobbligaw lill-intrapriżi sussidjarji ta’ daqs medju u kbir imsemmija fl-Artikolu 3(3) u (4) li huma rregolati mil-liġijiet nazzjonali tagħhom u kkontrollati minn intrapriża prinċipali apikali li għandha fatturat nett ikkonsolidat li jaqbeż l-EUR 750 000 000 u li mhijiex irregolata mil-liġi ta’ Stat Membru, biex jippubblikaw ir-rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu ta’ dik l-intrapriża prinċipali apikali fuq bażi annwali.

L-Istati Membri għandhom jobbligaw lill-intrapriżi sussidjarji li huma rregolati mil-liġijiet nazzjonali tagħhom u kkontrollati minn intrapriża prinċipali apikali li għandha fatturat nett ikkonsolidat li jaqbeż l-EUR 40 000 000 u li mhijiex irregolata mil-liġi ta’ Stat Membru, biex jippubblikaw ir-rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu ta’ dik l-intrapriża prinċipali apikali fuq bażi annwali.

Emenda    10

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva 2013/34/UE

Artikolu 48b – paragrafu 3 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ir-rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu għandu jsir aċċessibbli għall-pubbliku fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu fis-sit web tal-intrapriża sussidjarja jew fis-sit web ta’ intrapriża affiljata.

Ir-rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu għandu jiġi ppubblikat f’mudell komuni disponibbli f’format ta’ data miftuħa u jsir aċċessibbli għall-pubbliku fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu fis-sit web tal-intrapriża sussidjarja jew fis-sit web ta’ intrapriża affiljata f’minn tal-anqas lingwa waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni. Fid-data tal-pubblikazzjoni tar-rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu, l-intrapriża għandha wkoll tippreżenta rapport f’reġistru pubbliku ġestit mill-Kummissjoni.

Emenda    11

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva 2013/34/UE

Artikolu 48b – paragrafu 4 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ir-rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu għandu jsir aċċessibbli għall-pubbliku fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu fis-sit web tal-fergħa jew fis-sit web ta’ intrapriża affiljata.

Ir-rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu għandu jiġi ppubblikat f’mudell komuni disponibbli f’format ta’ data miftuħa u jsir aċċessibbli għall-pubbliku fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu fis-sit web tal-fergħa jew fis-sit web ta’ intrapriża affiljata f’minn tal-anqas lingwa waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni. Fid-data tal-pubblikazzjoni tar-rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu, l-intrapriża għandha wkoll tippreżenta rapport f’reġistru pubbliku ġestit mill-Kummissjoni.

Emenda    12

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva 2013/34/UE

Artikolu 48b – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.   L-Istati Membri għandhom japplikaw ir-regoli stabbiliti fil-paragrafu 4 biss għal fergħa li fir-rigward tagħha jkunu ssodisfati l-kriterji li ġejjin:

5.   L-Istati Membri għandhom japplikaw ir-regoli stabbiliti fil-paragrafu 4 biss għal fergħa meta l-intrapriża li fetħet il-fergħa tkun jew intrapriża affiljata ma’ grupp li huwa kkontrollat minn intrapriża prinċipali apikali li mhijiex irregolata mil-liġi ta’ Stat Membru u li għandha fatturat nett ikkonsolidat li jaqbeż l-EUR 40 000 000 jew intrapriża li mhijiex affiljata u li għandha fatturat nett li jaqbeż l-EUR 40 000 000;

(a)  l-intrapriża li fetħet il-fergħa tkun jew intrapriża affiljata ma’ grupp li huwa kkontrollat minn intrapriża prinċipali apikali li mhijiex irregolata mil-liġi ta’ Stat Membru u li għandha fatturat nett ikkonsolidat li jaqbeż l-EUR 750 000 000 jew intrapriża li mhijiex affiljata u li għandha fatturat nett li jaqbeż l-EUR 750 000 000;

 

(b)   l-intrapriża prinċipali apikali msemmija fil-punt (a) ma jkollhiex intrapriża sussidjarja ta’ daqs medju jew kbir kif imsemmi fil-paragrafu 3.

 

Emenda    13

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva 2013/34/UE

Artikolu 48c – paragrafu 2 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  deskrizzjoni fil-qosor tan-natura tal-attivitajiet;

(a)  l-isem jew l-ismijiet, deskrizzjoni fil-qosor tan-natura tal-attivitajiet u l-post ġeografiku;

Emenda    14

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva 2013/34/UE

Artikolu 48c – paragrafu 2 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  l-għadd ta’ impjegati;

(b)  l-għadd ta’ impjegati mħaddma fuq bażi ekwivalenti għal full time;

Emenda    15

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva 2013/34/UE

Artikolu 48c – paragrafu 2 – punt ba (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)  il-valur tal-assi u l-ispiża annwali għaż-żamma ta’ dawk l-assi;

Emenda    16

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva 2013/34/UE

Artikolu 48c – paragrafu 2 – punt bb (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(bb)  il-bejgħ u x-xiri;

Emenda    17

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva 2013/34/UE

Artikolu 48c – paragrafu 2 – punt bc (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(bc)  il-valur tal-investimenti maqsum skont il-ġuriżdizzjoni tat-taxxa;

Emenda    18

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva 2013/34/UE

Artikolu 48c – paragrafu 2 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  l-ammont tal-fatturat nett, li jinkludi l-fatturat li sar mal-partijiet relatati;

(c)  l-ammont tal-fatturat nett, inkluża subdiviżjoni bejn il-fatturat li sar mal-partijiet relatati u l-fatturat li sar mal-partijiet mhux relatati;

Emenda    19

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva 2013/34/UE

Artikolu 48c – paragrafu 2 – punt fa (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fa)  il-kapital iddikjarat;

Emenda    20

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva 2013/34/UE

Artikolu 48c – paragrafu 2 – punt fb (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fb)  assi tanġibbli minbarra flus jew ekwivalenti ta’ flus;

Emenda    21

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva 2013/34/UE

Artikolu 48c – paragrafu 2 – punt ga (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ga)  is-sussidji pubbliċi riċevuti;

Emenda    22

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva 2013/34/UE

Artikolu 48c – paragrafu 2 – punt gb (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(gb)  il-lista ta’ sussidjarji li joperaw f’kull ġuriżdizzjoni tat-taxxa kemm ġewwa kif ukoll barra l-Unjoni;

Emenda    23

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva 2013/34/UE

Artikolu 48c – paragrafu 2 – punt gc (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(gc)  il-pagamenti kollha, kif definiti fl-Artikolu 41(5), li jsiru lill-gvernijiet fuq bażi annwali.

Emenda    24

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva 2013/34/UE

Artikolu 48c – paragrafu 3 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ir-rapport jippreżenta l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 b’mod separat għal kull Stat Membru. Meta Stat Membru jinkludi bosta ġuriżdizzjonijiet tat-taxxa, l-informazzjoni għandha tinġabar flimkien fuq livell ta’ Stat Membru.

Ir-rapport jippreżenta l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 b’mod separat għal kull Stat Membru. Meta Stat Membru jinkludi bosta ġuriżdizzjonijiet tat-taxxa, l-informazzjoni għandha tiġi elenkata b’mod separat għal kull ġuriżdizzjoni tat-taxxa.

Emenda    25

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva 2013/34/UE

Artikolu 48c – paragrafu 3 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ir-rapport jippreżenta wkoll l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu b’mod separat għal kull ġuriżdizzjoni tat-taxxa li, fi tmiem is-sena finanzjarja preċedenti, tkun elenkata fil-lista komuni tal-Unjoni ta’ ċerti ġuriżdizzjonijiet tat-taxxa, imfassla skont l-Artikolu 48g, sakemm ir-rapport ma jkunx espliċitament jikkonferma, soġġett għar-responsabbiltà msemmija fl-Artikolu 48e aktar ’l isfel, li l-intrapriżi affiljati ta’ grupp irregolati mil-liġijiet ta’ tali ġuriżdizzjoni ma jinvolvux ruħhom direttament fi tranżazzjonijiet ma’ kwalunkwe intrapriża affiljata tal-istess grupp irregolata mil-liġijiet ta’ kwalunkwe Stat Membru.

Ir-rapport jippreżenta wkoll l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu b’mod separat għal kull ġuriżdizzjoni tat-taxxa barra mill-Unjoni.

Emenda    26

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva 2013/34/UE

Artikolu 48c – paragrafu 3 – subparagrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ir-rapport għandu jippreżenta l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 fuq bażi aggregata għall-ġuriżdizzjonijiet oħra tat-taxxa.

imħassar

Emenda    27

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva 2013/34/UE

Artikolu 48c – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Ir-rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu jkun ippubblikat u jsir aċċessibbli fuq is-sit web f’minn tal-anqas lingwa waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni.

5.  Ir-rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu jkun ippubblikat f’mudell komuni disponibbli f’format ta’ data miftuħa u jsir aċċessibbli fuq is-sit web f’minn tal-anqas lingwa waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni. Fid-data tal-pubblikazzjoni tar-rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu, l-intrapriża għandha wkoll tippreżenta rapport f’reġistru pubbliku ġestit mill-Kummissjoni.

Emenda    28

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva 2013/34/UE

Artikolu 48e – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-membri tal-korpi ta’ amministrazzjoni, ta’ ġestjoni u ta’ superviżjoni tal-intrapriżi sussidjarji msemmija fl-Artikolu 48b(3) ta’ din id-Direttiva u l-persuna/i nnominata/i biex iwettqu l-formalitajiet tad-divulgazzjoni previsti fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 89/666/KEE għall-fergħa msemmija fl-Artikolu 48b(4) ta’ din id-Direttiva, li jaġixxu fil-qafas tal-kompetenzi assenjati lilhom mil-liġi nazzjonali, ikollhom responsabbiltà kollettiva biex jiżguraw li, fl-aħjar għarfien u kapaċità tagħhom, ir-rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu jitfassal, jiġi ppubblikat u jsir aċċessibbli f’konformità mal-Artikoli 48b, 48c u 48d.

2.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-membri tal-korpi ta’ amministrazzjoni, ta’ ġestjoni u ta’ superviżjoni tal-intrapriżi sussidjarji msemmija fl-Artikolu 48b(3) ta’ din id-Direttiva u l-persuna/i nnominata/i biex iwettqu l-formalitajiet tad-divulgazzjoni previsti fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 89/666/KEE għall-fergħa msemmija fl-Artikolu 48b(4) ta’ din id-Direttiva, li jaġixxu fil-qafas tal-kompetenzi assenjati lilhom mil-liġi nazzjonali, ikollhom responsabbiltà kollettiva biex jiżguraw li r-rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu jitfassal, jiġi ppubblikat u jsir aċċessibbli f’konformità mal-Artikoli 48b, 48c u 48d.

Emenda    29

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva 2013/34/UE

Artikolu 48ga (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 48ga

 

Mudell komuni għar-rapport

 

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi l-mudell komuni msemmi fl-Artikolu 48b(1), (3) u (4) u l-Artikolu 48c(5). Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati b’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 50(2).

ANNESS: LISTA TA’ ENTITAJIET JEW PERSUNI LI R-RAPPORTEUR IRĊEVIET INPUT MINGĦANDHOM

Il-lista li ġejja hija mfassla fuq bażi purament volontarja, taħt ir-responsabbiltà esklużiva tar-rapporteur għal opinjoni. Fit-tħejjija tal-abbozz ta’ rapport, ir-rapporteur irċeviet input mingħand l-entitajiet jew il-persuni li ġejjin:

Entità u/jew persuna

Oxfam

Eurodad

ActionAid

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Divulgazzjoni tal-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu minn ċerti intrapriżi u fergħat

Referenzi

COM(2016)0198 – C8-0146/2016 – 2016/0107(COD)

Kumitati responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

28.4.2016

JURI

28.4.2016

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

DEVE

28.4.2016

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Elly Schlein

16.9.2016

Artikolu 55 - Laqgħat konġunti ta’ kumitati

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

       

19.1.2017

Eżami fil-kumitat

21.3.2017

 

 

 

Data tal-adozzjoni

25.4.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

21

1

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Beatriz Becerra Basterrechea, Nirj Deva, Doru-Claudian Frunzulică, Enrique Guerrero Salom, Heidi Hautala, György Hölvényi, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Arne Lietz, Linda McAvan, Norbert Neuser, Vincent Peillon, Cristian Dan Preda, Elly Schlein, Eleftherios Synadinos, Eleni Theocharous, Paavo Väyrynen, Bogdan Brunon Wenta, Anna Záborská, Željana Zovko

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Paul Rübig, Judith Sargentini

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Xabier Benito Ziluaga, Dariusz Rosati

VOTAZZJONI FINALI B’SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

21

+

Grupp ALDE

Paavo Väyrynen

Grupp ECR

Nirj Deva, Eleni Theocharous

Grupp GUE/NGL

Xabier Benito Ziluaga

Grupp PPE

György Hölvényi, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Cristian Dan Preda,Dariusz Rosati, Paul Rübig, Bogdan Brunon Wenta, Anna Záborská, Željana Zovko,

Grupp S&D

Doru-Claudian Frunzulică, Enrique Guerrero Salom, Arne Lietz, Linda McAvan, Norbert Neuser, Vincent Peillon, Elly Schlein

Grupp Verts/ALE

Heidi Hautala, Judith Sargentini

1

-

NI

Eleftherios Synadinos

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Divulgazzjoni tal-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu minn ċerti intrapriżi u fergħat

Referenzi

COM(2016)0198 – C8-0146/2016 – 2016/0107(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

12.4.2016

 

 

 

Kumitati responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

28.4.2016

JURI

28.4.2016

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFET

28.4.2016

DEVE

28.4.2016

INTA

28.4.2016

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

AFET

30.5.2017

INTA

23.5.2016

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Hugues Bayet

15.6.2016

Evelyn Regner

15.6.2016

 

 

Artikolu 55 – Proċedura b'kumitat konġunt

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

       

19.1.2017

Bażi ġuridika kkontestata

       Data tal-opinjoni tal-JURI

JURI

12.1.2017

 

 

 

Eżami fil-kumitat

27.2.2017

3.5.2017

 

 

Data tal-adozzjoni

12.6.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

38

9

36

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Max Andersson, Gerolf Annemans, Burkhard Balz, Hugues Bayet, Joëlle Bergeron, Udo Bullmann, Jean-Marie Cavada, Thierry Cornillet, Esther de Lange, Rosa Estaràs Ferragut, Markus Ferber, Jonás Fernández, Laura Ferrara, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Sven Giegold, Roberto Gualtieri, Brian Hayes, Gunnar Hökmark, Mary Honeyball, Danuta Maria Hübner, Cătălin Sorin Ivan, Petr Ježek, Sajjad Karim, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Georgios Kyrtsos, Alain Lamassoure, Philippe Lamberts, Werner Langen, Gilles Lebreton, Sander Loones, Bernd Lucke, Olle Ludvigsson, António Marinho e Pinto, Gabriel Mato, Bernard Monot, Luigi Morgano, Luděk Niedermayer, Stanisław Ożóg, Sirpa Pietikäinen, Emil Radev, Evelyn Regner, Dariusz Rosati, Pirkko Ruohonen-Lerner, Pedro Silva Pereira, Peter Simon, Theodor Dumitru Stolojan, Pavel Svoboda, József Szájer, Paul Tang, Ernest Urtasun, Marco Valli, Tom Vandenkendelaere, Cora van Nieuwenhuizen, Miguel Viegas, Jakob von Weizsäcker, Axel Voss, Marco Zanni

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Enrique Calvet Chambon, Matt Carthy, David Coburn, Manuel dos Santos, Pascal Durand, Ashley Fox, Heidi Hautala, Ramón Jáuregui Atondo, Victor Negrescu, Virginie Rozière, Andreas Schwab, Tibor Szanyi, Lieve Wierinck, Kosma Złotowski

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Martina Anderson, Dominique Bilde, Ana Gomes, Kateřina Konečná, Merja Kyllönen, Liadh Ní Riada, Elly Schlein, Kay Swinburne, Adam Szejnfeld, Róża Gräfin von Thun und Hohenstein, Bogdan Brunon Wenta, Željana Zovko

Data tat-tressiq

21.6.2017


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

38

+

PPE

 

ECR

ALDE

EFDD

Burkhard Balz, Rosa Estaràs Ferragut, Markus Ferber, Brian Hayes, Gunnar Hökmark, Danuta Maria Hübner, Georgios Kyrtsos, Alain Lamassoure, Werner Langen, Gabriel Mato, Luděk Niedermayer, Sirpa Pietikäinen, Emil Radev, Dariusz Rosati, Andreas Schwab, Theodor Dumitru Stolojan, Pavel Svoboda, Adam Szejnfeld, József Szájer, Róża Gräfin von Thun und Hohenstein, Tom Vandenkendelaere, Axel Voss, Bogdan Brunon Wenta, Željana Zovko, Esther de Lange

Ashley Fox, Sajjad Karim, Bernd Lucke, Stanisław Ożóg, Kay Swinburne, Kosma Zlotowski

Enrique Calvet Chambon, Jean-Marie Cavada, Thierry Cornillet, Petr Ježek, António Marinho e Pinto, Lieve Wierinck

Joëlle Bergeron

9

-

GUE/NGL

EFDD

Martina Anderson, Matt Carthy, Kateřina Konečná, Merja Kyllönen, Liadh Ní Riada, Miguel Viegas

David Coburn, Laura Ferrara, Marco Valli

36

0

S&D

 

ECR

ALDE

VERTS/ALE

ENF

Hugues Bayet, Udo Bullmann, Jonás Fernández, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Ana Gomes, Roberto Gualtieri, Mary Honeyball, Cătălin Sorin Ivan, Ramón Jáuregui Atondo, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Olle Ludvigsson, Luigi Morgano, Victor Negrescu, Evelyn Regner, Virginie Rozière, Elly Schlein, Pedro Silva Pereira, Peter Simon, Tibor Szanyi, Paul Tang, Manuel dos Santos, Jakob von Weizsäcker

Sander Loones, Pirkko Ruohonen-Lerner

Cora van Nieuwenhuizen

Max Andersson, Pascal Durand, Sven Giegold, Heidi Hautala, Philippe Lamberts, Ernest Urtasun

Gerolf Annemans, Dominique Bilde, Gilles Lebreton, Bernard Monot, Marco Zanni

Tifsira tas-simboli:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Avviż legali