Proċedura : 2016/0368(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0228/2017

Testi mressqa :

A8-0228/2017

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 12/09/2017 - 7.10

Testi adottati :

P8_TA(2017)0325

RAPPORT     ***I
PDF 717kWORD 75k
21.6.2017
PE 604.644v01-00 A8-0228/2017

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jħassar r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1101/89, u r-Regolamenti (KE) Nru 2888/2000 u (KE) Nru 685/2001

(COM(2016)0745 – C8-0501/2016 – 2016/0368(COD))

Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu

Rapporteur: Karima Delli

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jħassar r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1101/89, u r-Regolamenti (KE) Nru 2888/2000 u

(KE) Nru 685/2001

(COM(2016)0745 – C8-0501/2016 – 2016/0368(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2016)0745),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 91 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0501/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad-29 ta' Marzu 2017(1),

–  wara li kkonsulta lill-Kumitat tar-Reġjuni,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0228/2017),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  Sabiex jindaf u jitnaqqas il-volum tal-acquis leġiżlattiv, jeħtieġ li dan jiġi analizzat regolarment u li tiġi identifikata l-leġiżlazzjoni skaduta. It-tħassir tal-leġiżlazzjoni skaduta hija utli għaż-żamma ta' qafas leġiżlattiv trasparenti, ċar u faċli biex jintuża mill-Istati Membri u għall-partijiet ikkonċernati rilevanti, f'dan il-każ is-settur tat-trasport tal-merkanzija bit-triq.

(2)  Sabiex jindaf u jitnaqqas il-volum tal-acquis leġiżlattiv, jeħtieġ li dan jiġi analizzat regolarment u li tiġi identifikata l-leġiżlazzjoni skaduta. It-tħassir tal-leġiżlazzjoni skaduta hija utli għaż-żamma ta' qafas leġiżlattiv trasparenti, ċar u faċli biex jintuża mill-Istati Membri u l-partijiet ikkonċernati rilevanti, f'dan il-każ is-setturi tal-passaġġi fuq l-ilma interni u tat-trasport tal-merkanzija bit-triq.

Ġustifikazzjoni

Huwa propost it-tħassir tal-atti leġiżlattivi kemm fis-settur tal-passaġġi fuq l-ilma interni kif ukoll tat-trasport tal-merkanzija bit-triq. Dan għandu jiġi rifless fit-test tal-premessa.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Il-Kunsill adotta r-Regolament (KEE) Nru 1101/89 fl-1989. Għaxar snin wara, il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 718/1999 sabiex jiġi żgurat li l-għodod adatti jibqgħu jkunu għad-dispożizzjoni tas-settur tat-trasport bil-passaġġi fuq l-ilma interni u għall-ġestjoni tal-kapaċità tal-flotta. Dak ir-Regolament kien ikopri l-istess suġġett bħal dak tar-Regolament (KEE) Nru 1101/89, mingħajr ma jħassar dan tal-aħħar.

(3)  Il-Kunsill adotta r-Regolament (KEE) Nru 1101/89 fl-1989. Għaxar snin wara, il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 718/1999, kif emendat mir-Regolament (UE) Nru 546/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a, sabiex jiġi żgurat li l-għodod adatti jibqgħu jkunu għad-dispożizzjoni tas-settur tat-trasport bil-passaġġi fuq l-ilma interni u għall-ġestjoni tal-kapaċità tal-flotta. Dak ir-Regolament kien ikopri l-istess suġġett bħal dak tar-Regolament (KEE) Nru 1101/89, mingħajr ma jħassar dan tal-aħħar.

 

_______________

 

1a Regolament (UE) Nru 546/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 718/1999 dwar il-politika ta' kapaċità tal-flotta tal-Komunità biex jiġi ppromwovut it-trasport bil-passaġġi fuq l-ilma interni (ĠU L 163, 29.5.2014, p. 15).

Ġustifikazzjoni

Ir-Regolament Nru 546/2014 introduċa s-suġġett kopert mir-Regolament Nru 1101/89 li tħassar. Għalhekk huwa utli li jsir riferiment għar-Regolament Nru 546/2011 fil-premessa.

(1)

ĠU C ... / Għadha ma ġietx ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali.


NOTA SPJEGATTIVA

Il-qafas ġenerali

Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni affermaw mill-ġdid l-impenn komuni tagħhom li jaġġornaw u jissimplifikaw il-leġiżlazzjoni tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016.

Sabiex jitnaddaf l-acquis leġiżlattiv u jitnaqqas fil-volum, jeħtieġ li dan jiġi analizzat b'mod regolari u tiġi identifikata l-leġiżlazzjoni skaduta. It-tħassir ta' leġiżlazzjoni skaduta jippermetti ż-żamma ta' qafas leġiżlattiv trasparenti, ċar u li jkun faċli li jintuża mill-Istati Membri u l-partijiet ikkonċernati, f'dan il-każ is-settur tat-trasport tal-merkanzija bit-triq.

Is-suġġett

Ir-Regolament (KEE) Nru 1101/89 jipprevedi dispożizzjonijiet fil-qasam tat-titjib strutturali tal-ilma interni għall-flotot li joperaw fuq in-netwerk tal-passaġġi navigabbli interkonnessi tal-Belġju, Franza, il-Lussemburgu, in-Netherlands u l-Awstrija. L-għan tar-regolament kien li jitnaqqsu l-kapaċitajiet żejda tal-flotot fl-ilma interni b'azzjonijiet ta' skreppjar ta' bastimenti kkoordinati fil-livell Komunitarju. Ir-regolament sar bla effett mid-29 ta' April 1999 meta daħal fis-seħħ ir-Regolament (KE) Nru 718/1999.

Ir-Regolament (KE) Nru 2888/2000 stabbilixxa t-tqassim, bejn l-Istati Membri tal-Komunità, ta' kwoti għal vetturi li jġorru tagħbijiet tqal li l-Komunità rċeviet mill-Isvizzera għas-snin 2001 sal-2004. Peress li mill-2005, ma hemmx aktar bżonn li jitqassmu l-kwoti bejn l-Istati Membri, ir-Regolament (KE) Nru 2888/2000 skada u għandu jitħassar.

Ir-Regolament (KE) Nru 685/2001 jiddefenixxi r-regoli li għandhom jiġu applikati għat-tqassim bejn l-Istati Membri tal-awtorizzazzjonijiet li huma għad-dispożizzjoni tal-Komunità skont il-ftehimiet bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Bulgarija u bejn il-Komunità Ewropea u r-Rumanija li jistabbilixxu ċerti kondizzjonijiet għat-trasport ta' merkanzija bit-triq u l-promozzjoni tat-trasport ikkombinat. Ir-Regolament huwa skadut peress li l-Bulgarija u r-Rumanija ssieħbu mal-Unjoni.

L-opinjoni tar-Rapporteur

Ir-rapporteur evalwat il-proposta u tirrakkomanda l-appoġġ tat-tħassir tar-Regolament (KEE) Nru 1101/89, tar-Regolament (KE) Nru 2888/2000 u tar-Regolament (KE) Nru 685/2001, hekk kif propost mill-Kummissjoni.

Il-Kunsill jipproponi wkoll l-adozzjoni tal-proposta tal-Kummissjoni, iżda introduċa żewġ emendi fil-premessi li jtejbu t-test. Ir-rapporteur tipproponi dawn iż-żewġ bidliet bħala emendi tal-PE. Jekk dawn iż-żewġ bidliet jiġu adottati mill-Parlament, il-Kunsill ikun jista' jadotta l-pożizzjoni tal-PE fl-ewwel qari mingħajr emendi. Dan jippermetti li jiġu evitati t-trilogi.


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1101/89, u r-Regolamenti (KE) Nru 2888/2000 u (KE) Nru 685/2001

Referenzi

COM(2016)0745 – C8-0501/2016 – 2016/0368(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

29.11.2016

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

TRAN

12.12.2016

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

12.12.2016

 

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

ITRE

12.1.2017

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Karima Delli

12.4.2017

 

 

 

Eżami fil-kumitat

30.5.2017

 

 

 

Data tal-adozzjoni

20.6.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

38

1

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Daniela Aiuto, Lucy Anderson, Georges Bach, Izaskun Bilbao Barandica, Deirdre Clune, Michael Cramer, Andor Deli, Isabella De Monte, Ismail Ertug, Jacqueline Foster, Dieter-Lebrecht Koch, Merja Kyllönen, Miltiadis Kyrkos, Peter Lundgren, Marian-Jean Marinescu, Georg Mayer, Gesine Meissner, Cláudia Monteiro de Aguiar, Jens Nilsson, Markus Pieper, Tomasz Piotr Poręba, Dominique Riquet, Massimiliano Salini, Claudia Schmidt, Jill Seymour, Claudia Țapardel, Pavel Telička, Wim van de Camp, Janusz Zemke, Roberts Zīle, Kosma Złotowski

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Jakop Dalunde, Bas Eickhout, Maria Grapini, Karoline Graswander-Hainz, Franck Proust, Evžen Tošenovský

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Susanne Melior, Roberta Metsola

Data tat-tressiq

21.6.2017


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

38

+

ALDE

Izaskun Bilbao Barandica, Gesine Meissner, Dominique Riquet, Pavel Telička

ECR

Jacqueline Foster, Tomasz Piotr Poręba, Evžen Tošenovský, Roberts Zīle, Kosma Złotowski

EFDD

Daniela Aiuto, Peter Lundgren

ENF

Georg Mayer

GUE/NGL

Merja Kyllönen

PPE

Georges Bach, Deirdre Clune, Andor Deli, Dieter-Lebrecht Koch, Marian-Jean Marinescu, Roberta Metsola, Cláudia Monteiro de Aguiar, Markus Pieper, Franck Proust, Massimiliano Salini, Claudia Schmidt, Wim van de Camp

S&D

Lucy Anderson, Isabella De Monte, Ismail Ertug, Maria Grapini, Karoline Graswander-Hainz, Miltiadis Kyrkos, Susanne Melior, Jens Nilsson, Janusz Zemke, Claudia Țapardel

Verts/ALE

Michael Cramer, Jakop Dalunde, Bas Eickhout

1

-

EFDD

Jill Seymour

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Avviż legali