Proċedura : 2016/0393(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0231/2017

Testi mressqa :

A8-0231/2017

Dibattiti :

PV 13/11/2017 - 14
CRE 13/11/2017 - 14

Votazzjonijiet :

PV 14/11/2017 - 5.3
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2017)0424

RAPPORT     ***I
PDF 654kWORD 53k
22.6.2017
PE 602.748v01-00 A8-0231/2017

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1059/2003 fir-rigward tat-tipoloġiji territorjali (Tercet)

(COM(2016)0788 – C8-0516/2016 – 2016/0393(COD))

Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali

Rapporteur: Iskra Mihaylova

(Proċedura simplifikata – Artikolu 50(1) tar-Regoli ta' Proċedura)

EMENDI
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1059/2003 fir-rigward tat-tipoloġiji territorjali (Tercet)

(COM(2016)0788 – C8-0516/2016 – 2016/0393(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2016)0788),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 338(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0516/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad-29 ta' Marzu 2017(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A8-0231/2017),

1.  Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari billi jinkorpora l-proposta tal-Kummissjoni;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1)

Għadha mhix ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali.


NOTA SPJEGATTIVA

F'dawn l-aħħar snin żdid il-momentum għal interventi tal-politika bbażati fuq l-evidenza u approċċi territorjali aktar integrati li jirriflettu d-diversità tar-reġjuni tal-UE. Il-prinċipji tal-Politika ta' Koeżjoni 2014-2020 stabbiliti fil-Qafas Strateġiku Komuni jenfasizzaw li l-approċċ għall-promozzjoni ta' tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv irid jirrifletti r-rwol tal-bliet u taż-żoni urbani, rurali u tal-kosta, u jqis ukoll ir-rabtiet bejn iż-żoni urbani u dawk rurali.

Biex jissodisfaw aħjar il-ħtiġijiet ta' dawk li jfasslu l-politika tal-UE, l-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Unjoni Ewropea, il-Eurostat, matul dawn l-aħħar snin beda jippubblika statistiki li jkopru firxa ta' dawn it-tipoloġiji territorjali.

Il-Eurostat jippubblika varjetà kbira ta' statistiki fil-livell reġjonali bbażati fuq ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 dwar l-istabbiliment ta' klassifikazzjoni komuni ta' unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS). Dawn l-istatistiki jintużaw ħafna fit-teħid ta' deċiżjonijiet tal-politika reġjonali tal-UE, u anke meta jiġi deċiż it-tip ta' appoġġ li r-reġjuni Ewropej ikunu eliġibbli għalih taħt il-fondi ta' koeżjoni. Ir-Regolament NUTS attwali għadu ma jkoprix it-tipoloġiji territorjali, u din il-kwistjoni qed tiġi indirizzata permezz ta' din il-proposta.

Barra minn hekk, is-Sistema Ewropea tal-Istatistika (ESS) diġà tuża dawn it-tipoloġiji territorjali, b'mod partikolari l-grad ta' urbanizzazzjoni u d-definizzjoni tal-bliet, sabiex, pereżempju, tistabbilixxi l-eliġibbiltà għall-appoġġ mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali għat-twettiq ta' azzjonijiet innovattivi fil-bliet, fl-irħula u fis-subborgi. Madankollu, l-ESS s'issa ma tirrikonoxxix dawn it-tipoloġiji b'mod formali, minħabba li m'għandhomx status legali.

Il-Kummissjoni Ewropea u l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD) ddefinixxew b'mod konġunt it-tipoloġiji territorjali konċernati, u l-Kummissjoni adottat metodoloġiji biex tistabbilixxihom u żżommhom.

Il-proposta tagħmel possibbli l-aggregazzjoni tad-data abbażi tat-tipoloġiji. Pereżempju, jista' jsir tqabbil tal-PGD f'żoni rurali u urbani, u l-impjieg jista' jitkejjel skont il-grad ta' urbanizzazzjoni. L-informazzjoni hija importanti għall-ippjanar ta' politiki u risponsi politiċi ġejjiena.

Fl-aħħar nett, l-għan ewlieni tal-emendi li l-Kummissjoni qed tipproponi għal-leġiżlazzjoni eżistenti huwa li jkun stabbilit rikonoxximent legali tat-tipoloġiji territorjali, inkluża definizzjoni tal-bliet, għal skopijiet ta' statistiki Ewropej. Dan jinkludi li jiġu stabbiliti d-definizzjonijiet u l-kriterji statistiki ewlenin għat-tipoloġiji territorjali differenti, filwaqt li tiġi żgurata l-applikazzjoni armonizzata u trasparenti tagħhom u l-użu tagħhom fil-livell tal-UE u fl-Istati Membri. Barra minn hekk, il-proposta tinkludi dispożizzjonijiet li jagħtu s-setgħa lill-Kummissjoni li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Pożizzjoni tar-rapporteur

Peress li l-proposta hija ta' natura teknika, m'għandhiex implikazzjonijiet fuq il-baġit tal-UE u tagħti rikonoxximent legali lil tipoloġiji territorjali li diġà qegħdin jintużaw, ir-rapporteur tilqa' l-proposta u tirrakkomanda li l-Kumitat, kif ukoll il-Parlament fl-istadju tas-sessjoni plenarja, jaċċettaw il-proposta tal-Kummissjoni mingħajr emendi.


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Tipoloġiji territorjali (Tercet)

Referenzi

COM(2016)0788 – C8-0516/2016 – 2016/0393(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

13.12.2016

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

REGI

15.12.2016

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Iskra Mihaylova

6.2.2017

 

 

 

Proċedura simplifikata - data tad-deċiżjoni

20.6.2017

Eżami fil-kumitat

24.4.2017

30.5.2017

 

 

Data tal-adozzjoni

20.6.2017

 

 

 

Data tat-tressiq

22.6.2017

Avviż legali