Proċedura : 2016/0351(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0236/2017

Testi mressqa :

A8-0236/2017

Dibattiti :

PV 14/11/2017 - 15
CRE 14/11/2017 - 15

Votazzjonijiet :

PV 15/11/2017 - 13.11
CRE 15/11/2017 - 13.11
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2017)0437

RAPPORT     ***I
PDF 930kWORD 100k
27.6.2017
PE 602.983v01-00 A8-0236/2017

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2016/1036 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea u r-Regolament (UE) 2016/1037 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea

(COM(2016)0721 – C8-0456/2016 – 2016/0351(COD))

Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali

Rapporteur: Salvatore Cicu

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2016/1036 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea u r-Regolament (UE) 2016/1037 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea

(COM(2016)0721 – C8-0456/2016 – 2016/0351(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2016)0721),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 207(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0456/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad-29 ta' Marzu 2017(1),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Mejju 2016 dwar l-istatus ta' ekonomija tas-suq taċ-Ċina(2),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A8-0236/2017),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  L-Artikoli 2(7)(a) u 2(7)(b) tar-Regolament (UE) 2016/1036 jistipulaw il-bażi li fuqha jinħtieġ li jiġi determinat il-valur normali fil-każ ta' importazzjonijiet minn pajjiżi li mhumiex ekonomiji tas-suq. Bil-ħsieb ta' żviluppi fir-rigward ta' ċerti pajjiżi li huma Membri tad-WTO, huwa xieraq li, għal dawn il-pajjiżi, il-valur normali jinħtieġ li jiġi determinat fuq il-bażi tal-paragrafi minn 1 sa 6a tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2016/1036, b'effett mid-data li fiha dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ, u suġġett għad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament. Fil-każ ta' pajjiżi li, fid-data tal-bidu, mhumiex Membri tad-WTO u elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2015/7551, il-valur normali jinħtieġ li jiġi determinat fuq il-bażi tal-paragrafu 7 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2016/1036, kif emendat minn dan ir-Regolament. Dan ir-Regolament jinħtieġ li jkun mingħajr preġudizzju biex jistabbilixxi jekk Membru tad-WTO huwiex ekonomija tas-suq.

(2)  L-Artikoli 2(7)(a) u 2(7)(b) tar-Regolament (UE) 2016/1036 jistipulaw il-bażi li fuqha jinħtieġ li jiġi determinat il-valur normali fil-każ ta' importazzjonijiet minn pajjiżi li mhumiex ekonomiji tas-suq. Għall-pajjiżi li huma Membri tad-WTO, huwa xieraq li, għal dawn il-pajjiżi, il-valur normali jinħtieġ li jiġi determinat fuq il-bażi tal-paragrafu 6a tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2016/1036, b'effett mid-data li fiha dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ, u suġġett għad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament. Fil-każ ta' pajjiżi li, fid-data tal-bidu, mhumiex Membri tad-WTO u elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2015/7551, il-valur normali jinħtieġ li jiġi determinat fuq il-bażi tal-paragrafu 7 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2016/1036, kif emendat minn dan ir-Regolament. Dan ir-Regolament jenħtieġ li jkun mingħajr preġudizzju biex jistabbilixxi jekk Membru tad-WTO huwiex ekonomija tas-suq. Dan ir-Regolament huwa f’konformità mal-obbligi tad-dritt internazzjonali tal-Unjoni, inkluża referenza għall-impenji tal-Istati Membri lejn l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti. Barra minn hekk, huwa mingħajr preġudizzju għat-termini u l-kundizzjonijiet stabbiliti fi protokolli u strumenti oħra skont liema pajjiżi ssieħbu mal-Ftehim ta’ Marrakexx li jistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO). Fl-applikazzjoni tar-regoli tagħha, huwa essenzjali li l-Unjoni tikkoordina u twettaq skambju ta’ informazzjoni mas-sħab kummerċjali ewlenin tagħha.

––––––––––––––––––––––––

––––––––––––––––––––––––

1 Ir-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2015 dwar regoli komuni għall-importazzjoni minn ċerti pajjiżi terzi (ĠU L 123, 19.5.2015, p. 33).

1 Ir-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2015 dwar regoli komuni għall-importazzjoni minn ċerti pajjiżi terzi (ĠU L 123, 19.5.2015, p. 33).

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Fid-dawl tal-esperjenza miksuba fi proċedimenti tal-passat, huwa xieraq li jiġu ċċarati ċ-ċirkostanzi li fihom id-distorsjonijiet sinifikanti li jaffettwaw b'mod konsiderevoli l-forzi tas-suq ħieles jistgħu jitqiesu li jeżistu. B'mod partikolari, huwa xieraq li jiġi ċċarat li din is-sitwazzjoni tista' titqies li teżisti, inter alia, meta prezzijiet jew spejjeż irrappurtati, inklużi l-ispejjeż ta' materji primi, ma jkunux ir-riżultat ta' forzi tas-suq ħieles għax huma affettwati minn intervent tal-gvern. Huwa wkoll xieraq li jiġi ċċarat li meta jitqies jekk tali sitwazzjoni teżistix jew le fir-rigward ta', inter alia, l-impatt potenzjali tas-segwenti: is-suq inkwistjoni huwa sa punt sinifikanti servut minn intrapriżi li joperaw taħt is-sjieda, kontroll jew superviżjoni ta' politika jew gwida tal-awtoritajiet tal-pajjiż esportatur; il-preżenza tal-istat f'ditti li jippermettu lill-istat jinterferixxi fir-rigward tal-prezzijiet jew kostijiet; politiki jew miżuri pubbliċi li jiddiskriminaw a favur ta' fornituri domestiċi jew forzi tas-suq ħieles li jinfluwenzaw mod ieħor; u l-aċċess għall-finanzi mogħtija minn istituzzjonijiet li jimplimentaw objettivi ta' ordni pubblika. Huwa wkoll xieraq li jintqal li s-servizzi tal-Kummissjoni jistgħu joħorġu rapport li jiddeskrivi sitwazzjoni speċifika dwar dawn il-kriterji f'ċertu pajjiż jew ċertu settur; tali rapport u l-evidenza li fuqha huwa bbażat jistgħu jitqiegħdu fuq il-fajl ta' kull investigazzjoni relatata ma' dak il-pajjiż jew settur; u li l-partijiet interessati jinħtieġ li jkollhom biżżejjed opportunità biex jikkummentaw fuq ir-rapport u l-evidenza li fuqha huwa bbażat f'kull investigazzjoni li fiha jintużaw tali rapport jew evidenza.

(3)  Fid-dawl tal-esperjenza miksuba fi proċedimenti tal-passat, huwa xieraq li jiġu ċċarati ċ-ċirkostanzi li fihom iseħħu distorsjonijiet sinifikanti li jaffettwaw b'mod konsiderevoli l-forzi tas-suq ħieles. B'mod partikolari, huwa xieraq li jiġi ċċarat li din is-sitwazzjoni sseħħ, inter alia, meta prezzijiet jew spejjeż irrappurtati, inklużi l-ispejjeż ta' materji primi, l-enerġija u fatturi oħra ta' produzzjoni, ma jkunux ir-riżultat ta' forzi tas-suq ħieles peress li huma affettwati minn intervent tal-gvern, jew fil-każ ta' nuqqas ta' konformità mal-Konvenzjonijiet ewlenin tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO), ma' ftehimiet multilaterali ambjentali u fiskali li jwassal għal distorsjoni tal-kompetizzjoni. Huwa wkoll xieraq li jiġi ċċarat li meta tiġi vvalutata l-eżistenza ta' distorsjonijiet sinifikanti jenħtieġ li jitqies, inter alia, l-impatt potenzjali tas-segwenti: l-influwenza tal-gvern, kemm diretta kif ukoll indiretta, fuq l-allokazzjoni ta’ riżorsi u deċiżjonijiet u l-intrapriżi; is-suq inkwistjoni huwa sa punt sinifikanti servut minn intrapriżi li joperaw taħt is-sjieda, kontroll jew superviżjoni ta' politika jew gwida tal-awtoritajiet tal-pajjiż esportatur; il-preżenza tal-istat f'ditti li jippermettu lill-istat jinterferixxi fir-rigward tal-prezzijiet jew kostijiet; politiki jew miżuri pubbliċi li jiddiskriminaw a favur ta' fornituri domestiċi jew forzi tas-suq ħieles li jinfluwenzaw mod ieħor; in-nuqqas ta' jew l-applikazzjoni diskriminatorja jew l-infurzar inadegwat ta' liġi tal-kumpaniji trasparenti u effikaċi li tiffunzjona, li tiżgura governanza korporattiva adegwata; in-nuqqas ta' jew l-applikazzjoni diskriminatorja jew l-infurzar inadegwat ta' ġabra ta' liġijiet trasparenti u effikaċi li jiżguraw ir-rispett tad-drittijiet tal-proprjetà u l-operat ta' sistema ta' falliment li tiffunzjona; ir-rati tal-pagi mhumiex riżultat ta' negozjati ħielsa bejn il-ħaddiema u l-maniġment; in-nuqqas ta' sett trasparenti ta' liġijiet jipproduċi effetti diskriminatorji fir-rigward ta' impriżi konġunti u investimenti barranin u l-aċċess għall-finanzi mogħtija minn istituzzjonijiet li jimplimentaw objettivi ta' ordni pubblika, inklużi sussidji settorjali, jew l-eżistenza ta' oligopolju jew monopolju f'fatturi ta' produzzjoni u ċirkostanzi oħra li l-Kummissjoni tqis xierqa sabiex tiġi evalwata l-eżistenza ta' distorsjonijiet sinifikanti. Huwa wkoll xieraq li s-servizzi tal-Kummissjoni jenħtieġ li joħorġu rapport dettaljat li jiddeskrivi sitwazzjoni speċifika dwar dawk il-kriterji f'ċertu pajjiż jew ċertu settur. Għal dawk il-pajjiżi li għalihom infetħu għadd sostanzjali ta' każijiet ta' antidumping, ir-rapport jenħtieġ li jiġi adottat [daħħal id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament + 15-il-jum]. Tali rapport u l-evidenza li fuqha huwa bbażat jenħtieġ li jitqiegħdu fuq il-fajl ta' kull investigazzjoni relatata ma' dak il-pajjiż jew settur; Il-partijiet interessati, inklużi l-industrija tal-Unjoni u t-trade unions, jenħtieġ li jkollhom biżżejjed opportunità biex jikkummentaw fuq ir-rapport u l-evidenza li fuqha huwa bbażat f'kull investigazzjoni li fiha jintużaw tali rapport jew evidenza. Dawn il-kummenti jenħtieġ li jiġu kkunsidrati meta jittieħdu deċiżjonijiet dwar il-produzzjoni u l-aġġornament tar-rapporti rilevanti. Il-valutazzjoni ta’ distorsjonijiet sinifikanti hija partikolarment importanti fil-każ ta’ setturi eteroġeni li fihom hemm proporzjon għoli ta’ intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) meta tkun diffiċli ħafna li tinstab evidenza ta’ distorsjonijiet speċifiċi għas-settur. Fuq talba tal-Parlament Ewropew, Stat Membru jew fuq inizjattiva proprja tal-Kummissjoni, meta jkunu nbidlu ċ-ċirkustanzi f'pajjiż jew settur speċifiku l-Kummissjoni jenħtieġ li tibda jew taġġorna r-rapport. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tinkludi analiżi dwar l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament fir-rapport annwali tagħha dwar l-attivitajiet ta' antidumping, kontra s-sussidju u ta’ salvagwardja tal-Unjoni u jenħtieġ li tippreżentaha lill-Parlament Ewropew.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Huwa xieraq ukoll li jitfakkar li l-ispejjeż normalment jinħtieġ li jiġu kkalkulati fuq il-bażi tar-rekords miżmuma mill-esportatur jew produttur taħt investigazzjoni. Madankollu, fejn hemm distorsjonijiet sinifikanti fil-pajjiż esportatur bil-konsegwenza li l-ispejjeż riflessi fir-rekords tal-parti kkonċernata huma artifiċjalment baxxi, tali spejjeż jistgħu jiġu aġġustati jew stabbiliti fuq kull bażi raġonevoli, inkluża informazzjoni minn swieq rappreżentattivi oħrajn jew minn prezzijiet jew punti ta' riferiment internazzjonali. Fid-dawl tal-esperjenza miksuba fi proċedimenti tal-passat, huwa xieraq li jiġi ċċarat ukoll li, għall-għanijiet tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet introdotti minn dan ir-regolament, jinħtieġ li tiġi kkunsidrata kif dovut l-evidenza kollha rilevanti, inklużi r-rapporti ta' valutazzjoni rilevanti rigward iċ-ċirkostanzi prevalenti fuq is-suq domestiku tal-produtturi esportaturi u l-evidenza li fuqha huma bbażati, li tpoġġiet fuq il-fajl, u li fuqha l-partijiet interessati kellhom opportunità jikkummentaw.

(4)  Huwa xieraq ukoll li jitfakkar li l-ispejjeż normalment jinħtieġ li jiġu kkalkulati fuq il-bażi tar-rekords affidabbli miżmuma mill-esportatur jew produttur taħt investigazzjoni. Madankollu, fejn hemm distorsjonijiet sinifikanti fil-pajjiż esportatur bil-konsegwenza li l-ispejjeż riflessi fir-rekords tal-parti kkonċernata huma artifiċjalment baxxi, tali spejjeż jinħtieġ li jiġu stabbiliti fuq kull bażi raġonevoli, inkluża informazzjoni minn swieq rappreżentattivi oħrajn jew minn swieq fl-Unjoni jew minn prezzijiet jew punti ta' riferiment internazzjonali mhux imxekkla. Jekk produttur esportatur minn pajjiż jew settur li fih teżisti distorsjoni sinifikanti waħda jew iktar juri b'mod konklużiv li mhuwiex affettwat direttament jew indirettament minn kwalunkwe distorsjoni sinifikanti u li l-ispejjeż tiegħu fir-rigward ta' fattur individwali wieħed jew iktar ta' produzzjoni mhumiex imxekkla, dawk l-ispejjeż jenħtieġ li jintużaw fil-kostruzzjoni tal-valur normali tiegħu. Dawn is-sejbiet individwali jenħtieġ li ma jinfluwenzawx il-valur normali ta’ produtturi oħra u għalhekk jenħtieġ li ma jiġux estrapolati fil-pajjiż jew settur sħiħ. Fid-dawl tal-esperjenza miksuba fi proċedimenti tal-passat, huwa xieraq li jiġi ċċarat ukoll li, għall-għanijiet tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet introdotti minn dan ir-regolament, jinħtieġ li tiġi kkunsidrata kif dovut l-evidenza kollha rilevanti, inklużi r-rapporti ta' valutazzjoni rilevanti rigward iċ-ċirkostanzi prevalenti fuq is-suq domestiku tal-produtturi esportaturi u l-evidenza li fuqha huma bbażati, li tpoġġiet fuq il-fajl, u li fuqha l-partijiet interessati kellhom opportunità jikkummentaw. L-industrija tal-Unjoni jenħtieġ li tkun kapaċi tippreżenta indikazzjonijiet dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti. Dawn l-indikazzjonijiet jenħtieġ li jiġu kkunsidrati meta jittieħdu deċiżjonijiet dwar il-produzzjoni jew l-aġġornament tar-rapporti rilevanti. Fejn ir-rapport juri l-eżistenza ta’ distorsjoni sinifikanti waħda jew aktar, ir-rapport jenħtieġ li jikkostitwixxi evidenza suffiċjenti sabiex jiġġustifika l-kalkolu tal-valur normali. Fi kwalunkwe każ, jenħtieġ li ma jintalab l-ebda piż addizzjonali mingħand l-industrija tal-Unjoni. Il-partijiet għall-investigazzjoni jenħtieġ li jiġu infurmati ftit wara l-bidu tal-investigazzjoni dwar is-sorsi rilevanti li l-Kummissjoni għandha l-ħsieb li tuża, inkluża determinazzjoni preliminari rigward l-eżistenza ta' distorsjonijiet sinifikanti u għandhom jingħataw għaxart (10) ijiem biex jikkummentaw. Għal dak l-għan, il-partijiet interessati jenħtieġ li jkollhom aċċess għall-fajl wara li jkunu ġew irreġistrati f’reġistru miżmum mill-Kummissjoni, inkluż kwalunkwe evidenza li fuqha sserraħ l-awtorità investigattiva, mingħajr ħsara għar-regoli dwar il-kunfidenzjalità mniżżla fir-Regolament (UE) 2016/1036. Determinazzjoni definittiva dwar l-eżistenza ta’ distorsjoni sinifikanti waħda jew aktar fil-pajjiż esportatur fl-ekonomija kollha kemm hi jew f’settur fiha jenħtieġ li ssir mill-Kummissjoni u tiġi żvelata lill-partijiet mhux iktar tard minn 60 jum wara l-bidu tal-investigazzjoni. Determinazzjoni li jeżistu distorsjonijiet sinifikanti f’pajjiż jew settur partikolari għandha tibqa' fis-seħħ sakemm tiġi revokata, u tali revoka jenħtieġ li sseħħ biss jekk biżżejjed evidenza tkun turi b'mod konklużiv li dak il-pajjiż jew settur m’għadux milqut minn distorsjonijiet sinifikanti.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  Fin-nuqqas ta' regoli tranżizzjonali speċifiċi oħrajn li jirregolaw il-kwistjoni, huwa xieraq li jiġi pprovdut għall-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għad-deċiżjonijiet kollha dwar il-bidu tal-proċedimenti, u għall-proċedimenti kollha, inklużi l-investigazzjonijiet oriġinali u l-investigazzjonijiet ta' rieżami, mibdija, fid-data li fiha dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ jew wara, suġġett għall-Artikolu 11(9) tar-Regolament (UE) 2016/1036. Barra minn hekk, bir-regola tranżizzjonali speċifika, u wara li jkun ġie kkunsidrat in-nuqqas ta' kull regola tranżizzjonali speċifika li tirregola l-kwistjoni, huwa xieraq li jiġi previst li, fil-każ ta' tranżizzjoni minn valur normali kkalkulat skont l-Artikoli 2(7)(a) jew 2(7)(b) għal valur normali kkalkulat skont il-paragrafi minn 1 sa 6a tal-Artikolu 2, il-perjodu raġonevoli ta' żmien previst fl-ewwel sottoparagrafu tal-Artikolu 11(3) tar-Regolament (UE) 2016/1036 jinħtieġ li jitqies li jiskadi fid-data li fiha jinbeda l-ewwel rieżami ta' skadenza wara tali tranżizzjoni. Bil-ħsieb ta' tnaqqis tar-riskju ta' ċirkomvenzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, l-istess approċċ jinħtieġ li japplika fir-rigward tar-rieżamijiet imwettqa skont l-Artikolu 11(4) tar-Regolament (UE) 2016/1036. Huwa xieraq ukoll li jiġi mfakkar li tranżizzjoni minn valur normali kkalkulat skont l-Artikoli 2(7)(a) jew 2(7)(b) għal valur normali kkalkulat skont il-paragrafi minn 1 sa 6a tal-Artikolu 2 minnu nnifsu ma jikkostitwixxix biżżejjed evidenza fit-tifsira tal-Artikolu 11(3) tar-Regolament (UE) 2016/1036. Tali regoli tranżizzjonali jinħtieġ li jneħħu nuqqas li kieku jirriskja li joħloq inċertezza tad-dritt, jinħtieġ li jipprovdu opportunità raġonevoli għall-partijiet interessati biex jadattaw ruħhom għall-iskadenza ta' regoli antiki u d-dħul fis-seħħ tar-regoli l-ġodda, u jinħtieġ li jiffaċilitaw l-amministrazzjoni effiċjenti, ordnata u ekwa tar-Regolament (UE) 2016/1036.

(6)  Fin-nuqqas ta' regoli tranżizzjonali speċifiċi oħrajn li jirregolaw il-kwistjoni, huwa xieraq li jiġi pprovdut għall-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għad-deċiżjonijiet kollha dwar il-bidu tal-proċedimenti, u għall-proċedimenti kollha, inklużi l-investigazzjonijiet oriġinali u l-investigazzjonijiet ta' rieżami, mibdija, fid-data li fiha dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ jew wara, suġġett għall-Artikolu 11(9) tar-Regolament (UE) 2016/1036. Barra minn hekk, bir-regola tranżizzjonali speċifika, u wara li jkun ġie kkunsidrat in-nuqqas ta' kull regola tranżizzjonali speċifika li tirregola l-kwistjoni, huwa xieraq li jiġi previst li, fil-każ ta' tranżizzjoni minn valur normali kkalkulat skont l-Artikoli 2(7)(a) jew 2(7)(b) tar-Regolament (UE) 2016/1036 għal valur normali kkalkulat skont il-paragrafi 1 sa 6a tal-Artikolu 2, il-perjodu raġonevoli ta' żmien previst fl-ewwel sottoparagrafu tal-Artikolu 11(3) tar-Regolament (UE) 2016/1036 jinħtieġ li jitqies li jiskadi fid-data li fiha jispiċċa l-ewwel rieżami ta' skadenza wara tali tranżizzjoni. Bil-ħsieb ta' tnaqqis tar-riskju ta' ċirkomvenzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, l-istess approċċ jinħtieġ li japplika fir-rigward tar-rieżamijiet imwettqa skont l-Artikolu 11(4) tar-Regolament (UE) 2016/1036. Huwa xieraq ukoll li jiġi mfakkar li tranżizzjoni minn valur normali kkalkulat skont l-Artikoli 2(7)(a) jew 2(7)(b) tar-Regolament (UE) 2016/1036 għal valur normali kkalkulat skont il-paragrafi 1 sa 6a tal-Artikolu 2 minnu nnifsu ma jikkostitwixxix biżżejjed evidenza fit-tifsira tal-Artikolu 11(3) tar-Regolament (UE) 2016/1036. Tali regoli tranżizzjonali, li jiffaċilitaw l-applikazzjoni kontinwa ta' miżuri li jiddefendu l-importazzjonijiet issussidjati, jenħtieġ li jneħħu nuqqas li kieku jirriskja li joħloq inċertezza tad-dritt, jinħtieġ li jipprovdu opportunità raġonevoli għall-partijiet interessati biex jadattaw ruħhom għall-iskadenza ta' regoli antiki u d-dħul fis-seħħ tar-regoli l-ġodda, u jinħtieġ li jiffaċilitaw l-amministrazzjoni effiċjenti, ordnata u ekwa tar-Regolament (UE) 2016/1036.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1

Regolament (UE) Nru 2016/1036

Artikolu 2 – paragrafu 6a – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6a.   Għal dan il-għan, is-sorsi li jistgħu jintużaw jinkludu prezzijiet, kostijiet, jew punti ta' riferiment internazzjonali mingħajr distorsjoni, jew kostijiet korrispondenti ta' produzzjoni u bejgħ f'pajjiż rappreżentattiv xieraq b'livell simili ta' żvilupp ekonomiku bħall-pajjiż esportatur, sakemm id-data tal-kost rilevanti tkun disponibbli. Il-valur normali maħdum għandu jinkludi ammont raġonevoli għal kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali u għal profitti.

6a.  (a) Fil-każ li jiġi determinat li mhuwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi minħabba l-eżistenza ta' distorsjoni sinifikanti waħda jew iktar fil-pajjiż esportatur fl-ekonomija kollha kemm hi jew f'settur fiha, il-valur normali għandu jiġi maħdum fuq il-bażi tal-kostijiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ li jirriflettu prezzijiet jew punti ta' riferiment mingħajr distorsjoni għal kull fattur tal-produzzjoni. Għal dan il-għan, is-sorsi li tista' tuża l-Kummissjoni jinkludu prezzijiet, kostijiet, jew punti ta' riferiment internazzjonali mingħajr distorsjoni, jew kostijiet korrispondenti ta' produzzjoni u bejgħ f'pajjiż rappreżentattiv xieraq inklużi dawk fl-Unjoni, sakemm id-data tal-kost rilevanti tkun disponibbli.

 

Jekk produttur esportatur minn pajjiż fejn teżisti distorsjoni sinifikanti waħda jew iktar juri b'mod ċar li mhuwiex affettwat direttament jew indirettament minn kwalunkwe distorsjoni sinifikanti u li l-ispejjeż tiegħu għal fattur individwali wieħed jew iktar ta' produzzjoni tiegħu mhumiex imxekkla, kif ivvalutat skont it-tielet subparagrafu, dawk l-ispejjeż għandhom jintużaw fil-kostruzzjoni tal-valur normali tiegħu.

 

In-nuqqas ta' distorsjoni ta' spejjeż ta' produttur esportatur ta' fattur speċifiku ta’ produzzjoni u l-affidabbiltà tiegħu għandu jiġi vvalutat, inter alia, b’referenza għall-kwantitajiet involuti, il-proporzjon tagħhom fir-rigward tal-ispejjeż totali ta’ dan il-fattur ta’ produzzjoni, u l-użu reali fil-produzzjoni.

 

Dawn is-sejbiet individwali m'għandhomx jinfluwenzaw il-valur normali ta’ produtturi esportaturi oħra u għalhekk m’għandhomx jiġu estrapolati fil-pajjiż jew setturi kollha, irrispettivament mill-applikazzjoni tal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2016/1036.

 

Il-valur normali maħdum għandu jinkludi ammont raġonevoli u mhux imxekkel għal kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali u għal profitti. F’każ ta’ nuqqas ta’ kooperazzjoni fit-tħejjija tar-rapport minn produttur esportatur jew mill-awtoritajiet minn xi pajjiż fejn huwa meqjus li jeżistu distorsjoni sinifikanti waħda jew iktar, għandu japplika l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2016/1036.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1

Regolament (UE) Nru 2016/1036

Artikolu 2 – paragrafu 6a – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) Distorsjonijiet sinifikanti għall-prodott ikkonċernat skont il-punt (a) jistgħu jitqiesu li jeżistu, inter alia, meta prezzijiet jew kostijiet irrappurtati, inklużi l-kostijiet ta' materji primi, ma jkunux ir-riżultat ta' forzi tas-suq ħieles għax huma affettwati minn intervent tal-gvern. Meta jitqies jekk jeżistux jew le distorsjonijiet sinifikanti rigward ta', inter alia, l-impatt potenzjali tas-segwenti: is-suq inkwistjoni huwa sa punt sinifikanti servut minn intrapriżi li joperaw taħt is-sjieda, kontroll jew superviżjoni ta' politika jew gwida tal-awtoritajiet tal-pajjiż esportatur; il-preżenza tal-istat f'ditti li jippermettu lill-istat jinterferixxi fir-rigward tal-prezzijiet jew kostijiet; politiki jew miżuri pubbliċi li jiddiskriminaw a favur ta' fornituri domestiċi jew forzi tas-suq ħieles li jinfluwenzaw mod ieħor; u l-aċċess għall-finanzi mogħtija minn istituzzjonijiet li jimplimentaw objettivi ta' ordni pubblika.

(b) Distorsjonijiet sinifikanti skont il-punt (a) huma dawk id-distorsjonijiet li jseħħu meta prezzijiet jew kostijiet irrappurtati, inklużi l-kostijiet ta' materji primi, l-enerġija u fatturi oħra ta' produzzjoni, ma jkunux ir-riżultat ta' forzi tas-suq ħieles peress li huma affettwati minn intervent tal-gvern, jew fil-każ ta' nuqqas ta' konformità mal-konvenzjonijiet ewlenin tal-ILO mniżżla fl-Anness -I, ftehimiet multilaterali ambjentali li tifforma parti minnhom l-Unjoni u l-konvenzjonijiet tal-OECD rilevanti fil-qasam tat-tassazzjoni, li jwassal għal distorsjoni tal-kompetizzjoni. Fil-valutazzjoni tal-eżistenza ta' distorsjonijiet sinifikanti, għandu jiġi kkunsidrat, inter alia, l-impatt potenzjali tas-segwenti: livell għoli ta' influwenza tal-gvern, kemm diretta kif ukoll indiretta, fuq l-allokazzjoni ta’ riżorsi u deċiżjonijiet u l-intrapriżi; is-suq inkwistjoni huwa sa punt sinifikanti servut minn intrapriżi li joperaw taħt is-sjieda, kontroll jew superviżjoni ta' politika jew gwida tal-awtoritajiet tal-pajjiż esportatur; il-preżenza tal-istat f'ditti li jippermettu lill-istat jinterferixxi fir-rigward tal-prezzijiet jew kostijiet; politiki jew miżuri pubbliċi li jiddiskriminaw a favur ta' fornituri domestiċi jew forzi tas-suq ħieles li jinfluwenzaw mod ieħor; in-nuqqas ta' jew l-applikazzjoni diskriminatorja jew l-infurzar inadegwat ta' liġi tal-kumpaniji trasparenti u effikaċi li tiffunzjona, li tiżgura governanza korporattiva adegwata; in-nuqqas ta' jew l-applikazzjoni diskriminatorja jew l-infurzar inadegwat ta' ġabra ta' liġijiet trasparenti u li jiffunzjonaw b'mod effikaċi li jiżgura r-rispett tad-drittijiet tal-proprjetà u l-operat ta' sistema ta' falliment li tiffunzjona; ir-rati tal-pagi mhumiex riżultat ta' negozjati ħielsa bejn il-ħaddiema u l-maniġment; in-nuqqas ta' sett trasparenti ta' liġijiet jipproduċi effetti diskriminatorji fir-rigward ta' impriżi konġunti u investimenti barranin u l-aċċess għall-finanzi mogħtija minn istituzzjonijiet li jimplimentaw objettivi ta' politika pubblika, jew li jaġixxu b'mod awtonomu mill-Istat, inkluż permezz ta' sussidji settorjali, jew l-eżistenza ta' oligopolju jew monopolju f'fatturi ta' produzzjoni, u ċirkostanzi oħra li l-Kummissjoni tqis xierqa sabiex tiġi evalwata l-eżistenza ta' distorsjonijiet sinifikanti.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1

Regolament (UE) Nru 2016/1036

Artikolu 2 – paragrafu 6a – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) Meta jkun xieraq, is-servizzi tal-Kummissjoni jistgħu joħorġu rapport li jiddeskrivi s-sitwazzjoni speċifika dwar il-kriterji elenkati fil-punt (b) f'ċertu pajjiż jew ċertu settur. Tali rapport u l-evidenza li fuqha huwa bbażat jistgħu jitqiegħdu fuq il-fajl ta' kull investigazzjoni relatata ma' dak il-pajjiż jew settur. Il-partijiet interessati għandu jkollhom biżżejjed opportunità biex iżidu, jikkummentaw jew iwieġbu fuq ir-rapport u l-evidenza li fuqha huwa bbażat f'kull investigazzjoni li fiha jintużaw tali rapport jew evidenza. Id-determinazzjonijiet magħmula għandhom iqisu l-evidenza rilevanti kollha fuq il-fajl.

(c) Is-servizzi tal-Kummissjoni għandhom joħorġu rapport dettaljat li jiddeskrivi s-sitwazzjoni speċifika dwar il-kriterji elenkati fil-punt (b) f'ċertu pajjiż jew ċertu settur. Għal dawk il-pajjiżi li għalihom infetħu għadd sostanzjali ta' każijiet ta' antidumping, ir-rapport għandu jiġi adottat [daħħal id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament + 15-il-jum]. Tali rapport u l-evidenza li fuqha huwa bbażat għandhom jitqiegħdu fuq il-fajl ta' kull investigazzjoni relatata ma' dak il-pajjiż jew settur; Il-partijiet interessati, inkluża l-industrija tal-Unjoni u t-trade unions, għandu jkollhom biżżejjed opportunità biex jikkummentaw jew iserrħu fuq ir-rapport u l-evidenza li fuqha huwa bbażat f'kull investigazzjoni li fiha jintużaw tali rapport jew evidenza. Dawn l-indikazzjonijiet għandhom jiġu kkunsidrati meta jittieħdu deċiżjonijiet dwar il-produzzjoni u l-aġġornament tar-rapporti rilevanti. Fit-tfassil tar-rapport tagħha, il-Kummissjoni għandha tqis l-ispeċifiċitajiet ekonomiċi u kummerċjali tal-SMEs u għandha tgħinhom fil-proċess tal-użu tar-rapporti. Fit-twettiq tad-determinazzjonijiet, il-Kummissjoni għandha tieħu inkunsiderazzjoni l-elementi relevanti kollha li jinsabu fil-fajl ta’ investigazzjoni. Fuq talba tal-Parlament Ewropew, ta' Stat Membru jew fuq inizjattiva proprja tal-Kummissjoni, meta jkunu nbidlu ċ-ċirkustanzi f'pajjiż jew settur speċifiku, il-Kummissjoni għandha tibda jew taġġorna r-rapport. Il-Kummissjoni għandha tinkludi analiżi dwar l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament fir-rapport annwali tagħha dwar l-attivitajiet ta' antidumping, kontra s-sussidju u ta’ salvagwardja tal-Unjoni u għandha tippreżentaha lill-Parlament Ewropew.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1

Regolament (UE) Nru 2016/1036

Artikolu 2 – paragrafu 6a – punt d

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) L-industrija tal-Unjoni tista' tibbaża fuq ir-rapport imsemmi fil-punt (c) għall-kalkolu tal-valur normali meta jiġi ppreżentat ilment skont l-Artikolu 5 jew talba għal rieżami skont l-Artiklu 11.

(d) L-industrija tal-Unjoni tista' tibbaża fuq ir-rapport imsemmi fil-punt (c) għall-kalkolu tal-valur normali meta jiġi ppreżentat ilment skont l-Artikolu 5 jew talba għal rieżami skont l-Artiklu 11 jew f'talba ta' investigazzjoni mill-ġdid bi qbil mal-Artikolu 12. Fejn ir-rapport juri l-eżistenza ta’ distorsjoni sinifikanti waħda jew aktar, ir-rapport bi qbil mal-punt (c) għandu jikkostitwixxi evidenza suffiċjenti sabiex jiġġustifika l-kalkolu tal-valur normali bi qbil mal-punt (a). Fi kwalunkwe każ, l-ebda piż addizzjonali m'għandu jintalab mill-industrija tal-Unjoni sabiex tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti f’pajjiż terz jew settur. Fin-nuqqas ta' rapport, il-Kummissjoni għandha tuża kwalunkwe informazzjoni jew data disponibbli biex tiġi stabbilita l-eżistenza ta' distorsjonijiet sinifikanti u tuża l-metodoloġija msemmija fil-punt (a) jekk jiġu sodisfatti r-rekwiżiti rilevanti.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1

Regolament (UE) Nru 2016/1036

Artikolu 2 – paragrafu 6a – punt e

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) Il-partijiet għall-investigazzjoni jiġu infurmati ftit wara l-bidu dwar is-sorsi rilevanti li l-Kummissjoni għandha l-ħsieb li tuża għall-għan tal-punt (a) u jingħataw għaxart (10) ijiem biex jikkummentaw. Għal dan l-għan, il-partijiet interessati jingħataw aċċess għall-fajl, inkluża kull evidenza li fuqha tiddependi l-awtorità investigattiva, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 19.

(e) Il-partijiet għall-investigazzjoni jiġu infurmati ftit wara l-bidu dwar is-sorsi rilevanti li l-Kummissjoni għandha l-ħsieb li tuża għall-għan tal-punt (a), inkluża determinazzjoni preliminari tal-eżistenza ta' distorsjonijiet sinifikanti, u jingħataw għaxart (10) ijiem ta' xogħol biex jikkummentaw. Għal dan il-għan, il-partijiet interessati għandhom jingħataw aċċess għall-fajl wara li jkunu rreġistraw fuq reġistru miżmum mill-Kummissjoni, inkluża kull evidenza li fuqha sserraħ l-awtorità investigattiva, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 19. Il-Kummissjoni għandha twettaq determinazzjoni definittiva dwar l-eżistenza ta’ distorsjoni sinifikanti waħda jew aktar fil-pajjiż esportatur fl-ekonomija kollha kemm hi jew f’settur fiha u għandha tiżvelaha lill-partijiet mhux iktar tard minn 60 jum wara l-bidu tal-investigazzjoni.

 

Determinazzjoni li jeżistu distorsjonijiet sinifikanti f’pajjiż jew settur partikolari għandha tibqa' fis-seħħ sakemm tiġi revokata, u tali revoka għandha sseħħ biss jekk biżżejjed evidenza tkun turi b'mod konklużiv li dak il-pajjiż jew settur m’għadux milqut minn distorsjonijiet sinifikanti.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Regolament (UE) Nru 2016/1036

Artikolu 2 – paragrafu 7 – punt a – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

"Fil-każ ta' importazzjonijiet minn pajjiżi li, fid-data tal-bidu, mhumiex membri tad-WTO u elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2015/755, il-valur normali għandu jiġi ddeterminat fuq il-bażi tal-prezz jew valur maħdum f'pajjiż terz b'ekonomija tas-suq, jew il-prezz minn tali pajjiż terz għal pajjiżi oħrajn, inkluża l-Unjoni, jew fejn dawn mhumiex possibbli, fuq kull bażi raġonevoli oħra, inkluż il-prezz imħallas realment jew pagabbli fl-Unjoni għall-prodott simili, aġġustat kif xieraq jekk neċessarju biex jinkludi marġni tal-profitt raġonevoli.

Fil-każ ta' importazzjonijiet minn pajjiżi li, fid-data tal-bidu, mhumiex membri tad-WTO u elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2015/755, il-valur normali għandu jiġi ddeterminat fuq il-bażi tal-prezz jew valur maħdum f'pajjiż rappreżentattiv xieraq li hu membru tad-WTO jew mhuwiex elenkat fl-Anness I għar-Regolament (UE) 2015/755. Inkella, il-valur normali għandu jiġi ddeterminat fuq il-bażi tal-prezz minn tali pajjiż terz għal pajjiżi oħrajn, inkluża l-Unjoni, jew fejn dawn mhumiex possibbli, fuq kull bażi raġonevoli oħra, inkluż il-prezz imħallas realment jew pagabbli fl-Unjoni għall-prodott simili, aġġustat kif xieraq jekk neċessarju biex jinkludi marġni tal-profitt raġonevoli.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Regolament (UE) Nru 2016/1036

Artikolu 2 – paragrafu 7 – punt a – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Pajjiż terz b'ekonomija tas-suq xieraq jiġi magħżul b'mod raġonevoli, filwaqt li titqies kull informazzjoni kredibbli disponibbli fiż-żmien tal-għażla. Għandhom jitqiesu wkoll l-limiti taż-żmien; fejn xieraq, jintuża pajjiż terz b'ekonomija tas-suq li huwa suġġett għall-istess investigazzjoni.

Pajjiż rappreżentant xieraq jiġi magħżul b'mod raġonevoli, filwaqt li titqies kull informazzjoni kredibbli disponibbli fiż-żmien tal-għażla. Għandhom jitqiesu wkoll l-limiti taż-żmien; fejn xieraq, jintuża pajjiż rappreżentant xieraq li huwa suġġett għall-istess investigazzjoni.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Regolament (UE) Nru 2016/1036

Artikolu 2 – paragrafu 7 – punt a – subparagrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-partijiet fl-investigazzjoni għandhom jiġu mgħarrfa ftit wara l-bidu tagħha (l-investigazzjoni) bil-pajjiż terz b'ekonomija tas-suq previst u għandhom jingħataw għaxart ijiem żmien sabiex jikkommentaw.

Il-partijiet fl-investigazzjoni għandhom jiġu mgħarrfa ftit wara l-bidu tagħha (l-investigazzjoni) bil-pajjiż rappreżentant xieraq previst u għandhom jingħataw għaxart ijiem żmien sabiex jikkummentaw.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2a (ġdid)

Regolament (UE) Nru 2016/1036

Artikolu 3 – paragrafu 6

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(2a)  Fl-Artikolu 3, il-paragrafu 6 jinbidel b'dan li ġej:

‘6. Għandu jintwera, mill-evidenza rilevanti kollha ppreżentata relattivament għall-paragrafu 2, li l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping qegħdin jikkawżaw dannu fis-sens ta' dan ir-Regolament. B'mod speċifiku, dak għandu jinkludi t-turija li l-livelli ta' prezz identifikat skont il-paragrafu 3 huma responsabbli għal impatt fuq l-industrija tal-Unjoni kif provdut fil-paragrafu 5, u li dan l-impatt jeżisti sa livell li jippermettilu li jiġi klassifikat bħala materjali.

"6. Għandu jintwera, mill-evidenza rilevanti kollha u l-aqwa informazzjoni disponibbli ppreżentata relattivament għall-paragrafu 2, li l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping qegħdin jikkawżaw dannu fis-sens ta' dan ir-Regolament. B'mod speċifiku, dak għandu jinkludi t-turija li l-livelli ta' volum u/jew ta' prezz identifikat skont il-paragrafu 3 huma responsabbli għal impatt fuq l-industrija tal-Unjoni kif provdut fil-paragrafu 5, u li dan l-impatt jeżisti sa livell li jippermettilu li jiġi klassifikat bħala materjali.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Regolament (UE) Nru 2016/1036

Artikolu 11 – paragrafu 3 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

"Fil-każ ta' tranżizzjoni minn valur normali kkalkulat skont l-ex Artikoli 2(7)(a) jew 2(7)(b) għal valur normali kkalkulat skont il-paragrafi minn 1 sa 6a tal-Artikolu 2, il-perjodu raġonevoli ta' żmien għandu jitqies li jiskadi fid-data li fiha jinbeda l-ewwel rieżami ta' skadenza wara tali tranżizzjoni."

Fejn miżuri ta' anti-dumping eżistenti huma bbażati fuq valur normali kkalkulat skont l-ex Artikoli 2(7)(a) jew 2(7)(b) tar-Regolament (UE) 2016/1036, il-metodoloġija tal-paragrafu 6a tal-Artikolu 2 ma għandhiex tissostitwixxi l-metodoloġija oriġinali użata għad-determinazzjoni tal-valur normali sa ma tgħaddi d-data li fiha jkun intemm l-ewwel rieżami ta' skadenza ta’ dawk il-miżuri, wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament ....

Emenda    15

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Regolament (UE) Nru 2016/1036

Artikolu 11 – paragrafu 4 – subparagrafu 4a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

"Fil-każ ta' tranżizzjoni minn valur normali kkalkulat skont l-ex Artikoli 2(7)(a) jew 2(7)(b) għal valur normali kkalkulat skont il-paragrafi minn 1 sa 6a tal-Artikolu 2, kull rieżami skont dan il-paragrafu għandu jiġi pospost għad-data li fiha jinbeda l-ewwel rieżami ta' skadenza wara tali tranżizzjoni."

Fejn miżuri ta' anti-dumping eżistenti huma bbażati fuq valur normali kkalkulat skont l-ex Artikoli 2(7)(a) jew 2(7)(b) tar-Regolament (UE) 2016/1036, il-metodoloġija tal-paragrafu 6a tal-Artikolu 2 ma għandhiex tissostitwixxi l-metodoloġija oriġinali użata għad-determinazzjoni tal-valur normali sa ma tgħaddi d-data li fiha jkun intemm l-ewwel rieżami ta' skadenza ta’ dawk il-miżuri, wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament ....

Emenda    16

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5a (ġdid)

Regolament (UE) Nru 2016/1036

Artikolu 16 – paragrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(5a)  Fl-Artikolu 16, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

‘1. Il-Kummissjoni għandha, fejn tikkunsidra xieraq, tagħmel żjarat biex teżamina r-rekords ta' importaturi, esportaturi, negozjanti, aġenti, produtturi, assoċjazzjonijiet u organizzazzjonijiet tal-kummerċ u biex tivverifika informazzjoni mogħtija dwar dumping u dannu. Fin-nuqqas ta' risposta xierqa u fil-ħin, il-Kummissjoni tista' tagħżel li ma tagħmilx żjara ta' verifika.

"1. Il-Kummissjoni għandha, fejn tikkunsidra xieraq, tibgħat aġenti esperjenzati biex jagħmlu żjarat biex jeżaminaw ir-rekords ta' importaturi, esportaturi, negozjanti, aġenti, produtturi, assoċjazzjonijiet u organizzazzjonijiet tal-kummerċ u biex jivverifikaw informazzjoni mogħtija dwar dumping u dannu. Fin-nuqqas ta' risposta xierqa u fil-ħin il-Kummissjoni tista' tagħżel li ma tagħmilx żjara ta' verifika.

Emenda    17

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5b (ġdid)

Regolament (UE) Nru 2016/1036

Artikolu 18 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(5b)  Fl-Artikolu 18(1), is-subparagrafu 1 jiġi sostitwit b’dan li ġej:

Fil-każijiet fejn kwalunkwe parti interessata tiċħad l-aċċess għal, jew b'mod ieħor ma tipprovdix, l-informazzjoni meħtieġa fil-limiti ta' żmien previsti f'dan ir-Regolament, jew tostakola l-investigazzjoni b'mod sinifikanti, jistgħu jsiru konklużjonijiet provviżorji jew finali, affermattivi jew negattivi, abbażi tal-fatti disponibbli.

Fil-każijiet fejn kwalunkwe parti interessata tiċħad l-aċċess għal, jew b'mod ieħor ma tipprovdix, l-informazzjoni meħtieġa fil-limiti ta' żmien previsti f'dan ir-Regolament, jew tostakola l-investigazzjoni b'mod sinifikanti, għandhom isiru konklużjonijiet provviżorji jew finali, abbażi tal-aqwa fatti disponibbli.

Emenda    18

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5c (ġdid)

Regolament (UE) Nru 2016/1036

Artikolu 18 – paragrafu 1 – subparagrafu 3

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(5c)  Fl-Artikolu 18(1), is-subparagrafu 3 jiġi sostitwit b’dan li ġej:

Il-partijiet interessati għandhom jiġu mwissija dwar il-konsegwenzi ta' nuqqas ta' koperazzjoni.

"Il-partijiet interessati għandhom jiġu mwissija dwar il-konsegwenzi ta' nuqqas ta' kooperazzjoni u għandhom ikunu elenkati f’reġistru li l-użu tiegħu se jippermetti lill-Kummissjoni u lill-pajjiżi sħab biex jiffukaw aktar attenzjoni fuq l-attivitajiet ta’ dawk il-partijiet."

Emenda    19

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5d (ġdid)

Regolament (UE) Nru 2016/1036

Anness -I (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5d)  Jiddaħħal l-anness li ġej:

 

"Anness -I

 

1. Il-Konvenzjoni dwar Xogħol Furzat u Obbligatorju, Nru 29 (1930)

 

2. Il-Konvenzjoni dwar il-Libertà ta’ Assoċjazzjoni u l-Protezzjoni tad-Dritt ta’ Organizzazzjoni, Nru 87 (1948)

 

3. Il-Konvenzjoni dwar l-Applikazzjoni tal-Prinċipji tad-Dritt ta’ Organizzazzjoni u tal-Innegozjar Kollettiv, Nru 98 (1949)

 

4. Il-Konvenzjoni dwar Rimunerazzjoni Ugwali għal Ħaddiema Rġiel u Nisa għal Xogħol ta’ Valur Ugwali, Nru 100 (1951)

 

5. Il-Konvenzjoni dwar l-Abolizzjoni tax-Xogħol Furzat, Nru 105 (1957)

 

6. Il-Konvenzjoni dwar id-Diskriminazzjoni fir-Rigward ta’ Impjiegi u Xogħol, Nru 111 (1958)

 

7. Il-Konvenzjoni dwar l-Età Minima għal Dħul f’Impjieg, Nru 138 (1973)

 

8. Il-Konvenzjoni dwar il-Projbizzjoni u Azzjoni Immedjata għall-Eliminazzjoni tal-Agħar Forom ta’ Xogħol minn Minorenni, Nru 182 (1999)."

Emenda    20

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1

Regolament (UE) Nru 2016/1037

Artikolu 10 – paragrafu 7 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha toffri wkoll konsultazzjonijiet lill-pajjiż ta' oriġini u / jew esportazzjoni kkonċernat fir-rigward ta' sussidji oħrajn identifikati matul l-investigazzjoni. F'dawn is-sitwazzjonijiet, il-Kummissjoni għandha tibgħat lill-pajjiż ta' oriġini u / jew esportazzjoni sommarju tal-elementi prinċipali dwar sussidji oħrajn, b'mod partikolari dawk imsemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 2 ta' dan l-artikolu. Jekk is-sussidji addizzjonali mhumiex koperti bin-notifika ta' bidu, in-notifika ta' bidu tiġi emendata u l-verżjoni emendata tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, filwaqt li tistieden lill-partijiet kollha interessati jikkummentaw.

Il-Kummissjoni għandha toffri wkoll konsultazzjonijiet lill-pajjiż ta' oriġini u / jew esportazzjoni kkonċernat fir-rigward ta' sussidji oħrajn identifikati matul l-investigazzjoni. F'dawn is-sitwazzjonijiet, il-Kummissjoni għandha tibgħat lill-pajjiż ta' oriġini u / jew esportazzjoni sommarju tal-elementi prinċipali dwar sussidji oħrajn, b'mod partikolari dawk imsemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 2 ta' dan l-artikolu. Jekk is-sussidji addizzjonali mhumiex koperti bin-notifika ta' bidu, in-notifika ta' bidu tiġi emendata u l-verżjoni emendata tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Il-partijiet interessati kollha għandhom jingħataw żmien addizzjonali u suffiċjenti biex jikkummentaw.

Emenda    21

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan ir-Regolament għandu japplika għad-deċiżjonijiet kollha dwar il-bidu tal-proċedimenti, u għall-proċedimenti kollha, inklużi l-investigazzjonijet oriġinali u l-investigazzjonijiet ta' rieżami, mibdija, fid-data li fiha dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ jew wara.

Dan ir-Regolament għandu japplika għall-investigazzjonijiet kollha mibdija skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2016/1036 fi jew wara ...[daħħal id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament]. Għal kull investigazzjoni oħra, dan ir-Regolament għandu japplika mid-data li fiha jkun intemm l-ewwel rieżami ta’ skadenza tal-miżuri rilevanti, wara dik id-data.

(1)

Għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.

(2)

Testi adottati, P8_TA(2016)0223


OPINJONI tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (30.5.2017)

għall-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2016/1036 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea u r-Regolament (UE) 2016/1037 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea

(COM(2016)0721 – C8-0456/2016 – 2016/0351(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Jerzy Buzek

EMENDI

Il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija jistieden lill-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda     1

Proposta għal regolament

Kunsiderazzjoni 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Mejju 2016 dwar l-istatus ta' ekonomija tas-suq taċ-Ċina,

Emenda     2

Proposta għal regolament

Premessa 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a)  L-Unjoni jenħtieġ li tkun fil-qagħda li tipproteġi l-industrija tagħha b'mod effikaċi kontra d-dumping, u l-azzjoni futura tal-Unjoni jenħtieġ li tkun f'konformità mar-regoli tad-WTO. Strument bl-istess regoli li japplikaw bl-istess mod għas-sħab kummerċjali kollha huwa l-bażi t-tajba għal relazzjonijiet kummerċjali sostenibbli.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  L-Artikoli 2(7)(a) u 2(7)(b) tar-Regolament (UE) 2016/1036 jistipulaw il-bażi li fuqha jinħtieġ li jiġi determinat il-valur normali fil-każ ta' importazzjonijiet minn pajjiżi li mhumiex ekonomiji tas-suq. Bil-ħsieb ta' żviluppi fir-rigward ta' ċerti pajjiżi li huma Membri tad-WTO, huwa xieraq li, għal dawn il-pajjiżi, il-valur normali jinħtieġ li jiġi determinat fuq il-bażi tal-paragrafi minn 1 sa 6a tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2016/1036, b'effett mid-data li fiha dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ, u suġġett għad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament. Fil-każ ta' pajjiżi li, fid-data tal-bidu, mhumiex Membri tad-WTO u elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2015/755, il-valur normali jinħtieġ li jiġi determinat fuq il-bażi tal-paragrafu 7 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2016/1036, kif emendat minn dan ir-Regolament. Dan ir-Regolament jinħtieġ li jkun mingħajr preġudizzju biex jistabbilixxi jekk Membru tad-WTO huwiex ekonomija tas-suq.

(2)  Fid-dawl ta' żviluppi fil-kummerċ dinji, li jirrigwardaw ukoll il-Membri tad-WTO, inklużi l-effetti tagħhom fuq l-industrija domestika, huwa xieraq li l-valur normali jiġi determinat fuq il-bażi tal-paragrafi minn 1 sa 6a tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2016/1036, b'effett mid-data li fiha dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ, u suġġett għad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament. Fil-każ ta' pajjiżi b'ekonomija tas-suq li huma Membri tad-WTO jew li, fid-data tal-bidu, mhumiex Membri tad-WTO u elenkati fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2015/7552 , il-valur normali jenħtieġ li jiġi determinat fuq il-bażi tal-paragrafu 7 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2016/1036, kif emendat minn dan ir-Regolament.

__________________

__________________

Ir-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2015 dwar regoli komuni għall-importazzjoni minn ċerti pajjiżi terzi (ĠU L 123, 19.5.2015, p. 33).

Ir-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2015 dwar regoli komuni għall-importazzjoni minn ċerti pajjiżi terzi (ĠU L 123, 19.5.2015, p. 33).

Ġustifikazzjoni

Ir-rapporteur isostni referenza espliċita għal status ta' ekonomija tas-suq jew mhux tas-suq għall-Membri tad-WTO, kif previst pereżempju fl-Artikolu 15.d tal-Protokoll tal-Adeżjoni taċ-Ċina għad-WTO.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2 a)  Fid-dawl tal-ftehim tal-Kunsill għall-immodernizzar tal-istrumenti għad-difiża tal-kummerċ (TDIs) tal-Unjoni u sabiex ikun hemm miżuri antidumping effikaċi, huwa meħtieġ li jitqies li r-regola tad-dazju inferjuri tnaqqas b'mod inġust id-dazji antidumping f'livell inqas mill-marġini tad-dumping. Għal dan il-għan u, kif propost mill-Parlament Ewropew fil-pożizzjoni tiegħu adottata fl-ewwel qari fis-16 ta' April 2014 dwar il-modernizzazzjoni tat-TDIs, ir-regola tad-dazju inferjuri għandha titneħħa, il-proċedimenti għad-difiża tal-kummerċ jenħtieġ li jiġu aċċellerati, id-dazji proviżorji jenħtieġ li jiġu imposti, u t-trejdjunjins u l-SMEs jenħtieġ li jitħallew iressqu ilmenti dwar antidumping.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Fid-dawl tal-esperjenza miksuba fi proċedimenti tal-passat, huwa xieraq li jiġu ċċarati ċ-ċirkostanzi li fihom id-distorsjonijiet sinifikanti li jaffettwaw b'mod konsiderevoli l-forzi tas-suq ħieles jistgħu jitqiesu li jeżistu. B'mod partikolari, huwa xieraq li jiġi ċċarat li din is-sitwazzjoni tista' titqies li teżisti, inter alia, meta prezzijiet jew spejjeż irrappurtati, inklużi l-ispejjeż ta' materji primi, ma jkunux ir-riżultat ta' forzi tas-suq ħieles għax huma affettwati minn intervent tal-gvern. Huwa wkoll xieraq li jiġi ċċarat li meta jitqies jekk tali sitwazzjoni teżistix jew le fir-rigward ta', inter alia, l-impatt potenzjali tas-segwenti: is-suq inkwistjoni huwa sa punt sinifikanti servut minn intrapriżi li joperaw taħt is-sjieda, kontroll jew superviżjoni ta' politika jew gwida tal-awtoritajiet tal-pajjiż esportatur; il-preżenza tal-istat f'ditti li jippermettu lill-istat jinterferixxi fir-rigward tal-prezzijiet jew kostijiet; politiki jew miżuri pubbliċi li jiddiskriminaw a favur ta' fornituri domestiċi jew forzi tas-suq ħieles li jinfluwenzaw mod ieħor; u l-aċċess għall-finanzi mogħtija minn istituzzjonijiet li jimplimentaw objettivi ta' ordni pubblika. Huwa wkoll xieraq li jintqal li s-servizzi tal-Kummissjoni jistgħu joħorġu rapport li jiddeskrivi sitwazzjoni speċifika dwar dawn il-kriterji f'ċertu pajjiż jew ċertu settur; tali rapport u l-evidenza li fuqha huwa bbażat jistgħu jitqiegħdu fuq il-fajl ta' kull investigazzjoni relatata ma' dak il-pajjiż jew settur; u li l-partijiet interessati jinħtieġ li jkollhom biżżejjed opportunità biex jikkummentaw fuq ir-rapport u l-evidenza li fuqha huwa bbażat f'kull investigazzjoni li fiha jintużaw tali rapport jew evidenza.

(3)  Fid-dawl tal-esperjenza miksuba fi proċedimenti tal-passat, huwa xieraq li jiġu ċċarati ċ-ċirkostanzi li fihom id-distorsjonijiet sinifikanti li jaffettwaw b'mod konsiderevoli l-forzi tas-suq ħieles jistgħu jitqiesu li jeżistu. B'mod partikolari, huwa xieraq li jiġi ċċarat li din is-sitwazzjoni tista' titqies li teżisti, inter alia, meta prezzijiet jew spejjeż irrappurtati, inklużi l-ispejjeż ta' materji primi u fatturi oħra ta' produzzjoni, ma jkunux ir-riżultat ta' forzi tas-suq ħieles għax huma affettwati minn intervent tal-istat fi kwalunkwe livell, inkluż il-livell ċentrali, reġjonali u provinċjali. Huwa wkoll xieraq li jiġi ċċarat li meta jitqies jekk tali sitwazzjoni teżistix jew le fir-rigward ta', inter alia, l-impatt potenzjali tas-segwenti:

 

is-suq inkwistjoni huwa sa punt sinifikanti servut minn intrapriżi, bħal korpi pubbliċi, li joperaw taħt is-sjieda, kontroll jew superviżjoni ta' politika jew gwida, kemm jekk diretti kif ukoll jekk indiretti, tal-awtoritajiet tal-pajjiż esportatur; il-preżenza tal-istat f'ditti li jippermettu lill-istat jinterferixxi fir-rigward tal-prezzijiet jew kostijiet; politiki jew miżuri pubbliċi li jiddiskriminaw a favur ta' fornituri domestiċi, pereżempju permezz tal-użu ta' prezzijiet stabbiliti mill-istat, jew diskriminazzjoni fit-taxxa, il-kummerċ jew is-sistemi tal-munita; jew forzi tas-suq ħieles li jinfluwenzaw mod ieħor, inkluż l-allokazzjoni ta' riżorsi; in-nuqqas ta' dritt tal-kumpaniji trasparenti u mhux diskriminatorju li jiżgura governanza korporattiva xierqa, bħall-applikazzjoni ta' standards ta' kontabilità internazzjonali, il-protezzjoni tad-detenturi tal-ishma u d-disponibilità pubblika ta' informazzjoni tal-kumpaniji preċiża; in-nuqqas u l-implimentazzjoni ta' ġabra ta' liġijiet koerenti, effikaċi u trasparenti li jiżguraw ir-rispett tad-drittijiet tal-proprjetà u l-operat ta' sistema ta' falliment li tiffunzjona; in-nuqqas ta' settur finanzjarju ġenwin li jopera b'mod indipendenti mill-istat u fejn id-dritt u l-prattika huma soġġetti għal dispożizzjonijiet ta' garanzija suffiċjenti u għal sorveljanza xierqa; in-nuqqas ta' konformità mal-istandards soċjali u ambjentali internazzjonali li konsegwentement għandhom impatt fuq il-kosti tal-produzzjoni;

 

Huwa wkoll xieraq li jintqal li s-servizzi tal-Kummissjoni jenħtieġ li, kemm jista' jkun malajr, joħorġu rapport li jiddeskrivi sitwazzjoni speċifika dwar dawn il-kriterji f'ċertu pajjiż jew ċertu settur; tali rapport u l-evidenza li fuqha huwa bbażat jenħtieġ li jitqiegħdu fuq il-fajl ta' kull investigazzjoni relatata ma' dak il-pajjiż jew settur u aġġornat fuq bażi regolari kif xieraq; u li l-partijiet interessati jenħtieġ li jkollhom biżżejjed opportunità biex jikkummentaw fuq ir-rapport u l-evidenza li fuqha huwa bbażat f'kull investigazzjoni li fiha jintużaw tali rapport jew evidenza.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Huwa xieraq ukoll li jitfakkar li l-ispejjeż normalment jinħtieġ li jiġu kkalkulati fuq il-bażi tar-rekords miżmuma mill-esportatur jew produttur taħt investigazzjoni. Madankollu, fejn hemm distorsjonijiet sinifikanti fil-pajjiż esportatur bil-konsegwenza li l-ispejjeż riflessi fir-rekords tal-parti kkonċernata huma artifiċjalment baxxi, tali spejjeż jistgħu jiġu aġġustati jew stabbiliti fuq kull bażi raġonevoli, inkluża informazzjoni minn swieq rappreżentattivi oħrajn jew minn prezzijiet jew punti ta' riferiment internazzjonali. Fid-dawl tal-esperjenza miksuba fi proċedimenti tal-passat, huwa xieraq li jiġi ċċarat ukoll li, għall-għanijiet tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet introdotti minn dan ir-regolament, jinħtieġ li tiġi kkunsidrata kif dovut l-evidenza kollha rilevanti, inklużi r-rapporti ta' valutazzjoni rilevanti rigward iċ-ċirkostanzi prevalenti fuq is-suq domestiku tal-produtturi esportaturi u l-evidenza li fuqha huma bbażati, li tpoġġiet fuq il-fajl, u li fuqha l-partijiet interessati kellhom opportunità jikkummentaw.

(4)  Huwa xieraq ukoll li jitfakkar li l-ispejjeż normalment jenħtieġ li jiġu kkalkulati fuq il-bażi tar-rekords miżmuma mill-esportatur jew produttur taħt investigazzjoni. Madankollu, fejn hemm distorsjonijiet sinifikanti fil-pajjiż esportatur bil-konsegwenza li l-ispejjeż riflessi fir-rekords tal-parti kkonċernata huma artifiċjalment baxxi u ma jirriflettux il-valuri attwali tas-suq, tali spejjeż jenħtieġ li jiġu aġġustati jew stabbiliti fuq kull bażi raġonevoli, inkluża informazzjoni minn swieq rappreżentattivi oħrajn jew minn prezzijiet jew punti ta' riferiment internazzjonali mingħajr distorsjonijiet, inkluż, fejn xieraq, prezzijiet jew punti ta' riferiment tal-Unjoni. Fid-dawl tal-esperjenza miksuba fi proċedimenti tal-passat, huwa xieraq li jiġi ċċarat ukoll li, għall-għanijiet tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet introdotti minn dan ir-regolament, jinħtieġ li tiġi kkunsidrata kif dovut l-evidenza kollha rilevanti, inklużi r-rapporti ta' valutazzjoni rilevanti rigward iċ-ċirkostanzi prevalenti fuq is-suq domestiku tal-produtturi esportaturi u l-evidenza li fuqha huma bbażati, li tpoġġiet fuq il-fajl, u li fuqha l-partijiet interessati kellhom opportunità jikkummentaw.

Emenda     7

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  Fin-nuqqas ta' regoli tranżizzjonali speċifiċi oħrajn li jirregolaw il-kwistjoni, huwa xieraq li jiġi pprovdut għall-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għad-deċiżjonijiet kollha dwar il-bidu tal-proċedimenti, u għall-proċedimenti kollha, inklużi l-investigazzjonijiet oriġinali u l-investigazzjonijiet ta' rieżami, mibdija, fid-data li fiha dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ jew wara, suġġett għall-Artikolu 11(9) tar-Regolament (UE) 2016/1036. Barra minn hekk, bir-regola tranżizzjonali speċifika, u wara li jkun ġie kkunsidrat in-nuqqas ta' kull regola tranżizzjonali speċifika li tirregola l-kwistjoni, huwa xieraq li jiġi previst li, fil-każ ta' tranżizzjoni minn valur normali kkalkulat skont l-Artikoli 2(7)(a) jew 2(7)(b) għal valur normali kkalkulat skont il-paragrafi minn 1 sa 6a tal-Artikolu 2, il-perjodu raġonevoli ta' żmien previst fl-ewwel sottoparagrafu tal-Artikolu 11(3) tar-Regolament (UE) 2016/1036 jinħtieġ li jitqies li jiskadi fid-data li fiha jinbeda l-ewwel rieżami ta' skadenza wara tali tranżizzjoni. Bil-ħsieb ta' tnaqqis tar-riskju ta' ċirkomvenzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, l-istess approċċ jinħtieġ li japplika fir-rigward tar-rieżamijiet imwettqa skont l-Artikolu 11(4) tar-Regolament (UE) 2016/1036. Huwa xieraq ukoll li jiġi mfakkar li tranżizzjoni minn valur normali kkalkulat skont l-Artikoli 2(7)(a) jew 2(7)(b) għal valur normali kkalkulat skont il-paragrafi minn 1 sa 6a tal-Artikolu 2 minnu nnifsu ma jikkostitwixxix biżżejjed evidenza fit-tifsira tal-Artikolu 11(3) tar-Regolament (UE) 2016/1036. Tali regoli tranżizzjonali jinħtieġ li jneħħu nuqqas li kieku jirriskja li joħloq inċertezza tad-dritt, jinħtieġ li jipprovdu opportunità raġonevoli għall-partijiet interessati biex jadattaw ruħhom għall-iskadenza ta' regoli antiki u d-dħul fis-seħħ tar-regoli l-ġodda, u jinħtieġ li jiffaċilitaw l-amministrazzjoni effiċjenti, ordnata u ekwa tar-Regolament (UE) 2016/1036.

(6)  Fin-nuqqas ta' regoli tranżizzjonali speċifiċi oħrajn li jirregolaw il-kwistjoni, huwa xieraq li jiġi pprovdut għall-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għad-deċiżjonijiet kollha dwar il-bidu tal-proċedimenti, u għall-proċedimenti kollha, inklużi l-investigazzjonijiet oriġinali u l-investigazzjonijiet ta' rieżami, mibdija, fid-data li fiha dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ jew wara, suġġett għall-Artikolu 11(9) tar-Regolament (UE) 2016/1036. Barra minn hekk, bir-regola tranżizzjonali speċifika, u wara li jkun ġie kkunsidrat in-nuqqas ta' kull regola tranżizzjonali speċifika li tirregola l-kwistjoni, huwa xieraq li jiġi previst li, fil-każ ta' tranżizzjoni minn valur normali kkalkulat skont l-Artikoli 2(7)(a) jew 2(7)(b) għal valur normali kkalkulat skont il-paragrafi minn 1 sa 6e tal-Artikolu 2, il-perjodu raġonevoli ta' żmien previst fl-ewwel sottoparagrafu tal-Artikolu 11(3) tar-Regolament (UE) 2016/1036 jenħtieġ li jitqies li jiskadi fid-data li fiha jinbeda l-ewwel rieżami ta' skadenza wara tali tranżizzjoni. Bil-ħsieb ta' tnaqqis tar-riskju ta' ċirkomvenzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, l-istess approċċ jenħtieġ li japplika fir-rigward tar-rieżamijiet imwettqa skont l-Artikolu 11(4) tar-Regolament (UE) 2016/1036. Huwa xieraq ukoll li jiġi mfakkar li tranżizzjoni minn valur normali kkalkulat skont l-Artikoli 2(7)(a) jew 2(7)(b) għal valur normali kkalkulat skont il-paragrafi minn 1 sa 6e tal-Artikolu 2 minnu nnifsu ma jikkostitwixxix biżżejjed evidenza fit-tifsira tal-Artikolu 11(3) tar-Regolament (UE) 2016/1036. Tali regoli tranżizzjonali jenħtieġ li jneħħu nuqqas li kieku jirriskja li joħloq inċertezza tad-dritt, jenħtieġ li jipprovdu opportunità raġonevoli għall-partijiet interessati biex jadattaw ruħhom għall-iskadenza ta' regoli antiki u d-dħul fis-seħħ tar-regoli l-ġodda, u jenħtieġ li jiffaċilitaw l-amministrazzjoni effiċjenti, ordnata u ekwa tar-Regolament (UE) 2016/1036.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 7a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7 a)  L-Unjoni jenħtieġ li tikkoordina mas-sħab kummerċjali ewlenin permezz ta' azzjonijiet multilaterali jew bilaterali qabel u wara l-investigazzjonijiet. F'dan ir-rigward, jenħtieġ li jiġi eżerċitat segwitu komparattiv dwar il-kalkolu ta' antidumping mas-sħab kummerċjali ewlenin tagħna mill-Kummissjoni u r-riżultati jenħtieġ li jiġu kkomunikati lill-partijiet interessati.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1

Regolament (UE) Nru 2016/1036

Artikolu 2 – paragrafu 6a – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  Fil-każ li jiġi determinat, meta tiġi applikata din id-dispożizzjoni jew kwalunkwe dispożizzjoni oħra rilevanti ta' dan ir-Regolament, li mhuwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi fil-pajjiż esportatur minħabba l-eżistenza ta' distorsjonijiet sinifikanti, il-valur normali għandu jiġi maħdum fuq il-bażi tal-kostijiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ li jirriflettu prezzijiet jew punti ta' riferiment mingħajr distorsjoni. Għal dan il-għan, is-sorsi li jistgħu jintużaw jinkludu prezzijiet, kostijiet, jew punti ta' riferiment internazzjonali mingħajr distorsjoni, jew kostijiet korrispondenti ta' produzzjoni u bejgħ f'pajjiż rappreżentattiv xieraq b'livell simili ta' żvilupp ekonomiku bħall-pajjiż esportatur, sakemm id-data tal-kost rilevanti tkun disponibbli. Il-valur normali maħdum għandu jinkludi ammont raġonevoli għal kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali u għal profitti.

(a)  Fil-każ li jiġi determinat li mhuwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi fil-pajjiż esportatur minħabba l-eżistenza ta' distorsjonijiet sinifikanti fl-ekonomija kollha kemm hi jew f'setturi tal-ekonomija, il-valur normali għandu jiġi bbażat fuq prezz jew jiġi maħdum fuq il-bażi tal-kostijiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ li jirriflettu prezzijiet jew punti ta' riferiment mingħajr distorsjoni għal kull fattur tal-produzzjoni. Għal dan il-għan, is-sorsi li jistgħu jintużaw jinkludu prezzijiet, kostijiet, jew punti ta' riferiment internazzjonali mingħajr distorsjoni, jew kostijiet korrispondenti ta' produzzjoni u bejgħ f'pajjiż rappreżentattiv xieraq, inkluż dawk fl-Unjoni, u b'livell suffiċjenti ta' standards soċjali u ambjentali internazzjonali, sakemm id-data rilevanti tkun disponibbli. Il-valur normali maħdum għandu jinkludi ammont raġonevoli għal kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali u għal profitti.

 

Fejn esportatur ikun jista' juri b'mod ċar li l-prezzijiet jew il-kostijiet tiegħu tal-fatturi ta' produzzjoni mhumiex affettwati minn distorsjonijiet sinifikanti, dawk il-prezzijiet u l-kostijiet għandhom jiġu użati fil-kostruzzjoni tal-valur normali tiegħu.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1

Regolament (UE) Nru 2016/1036

Artikolu 2 – paragrafu 6a – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  Distorsjonijiet sinifikanti għall-prodott ikkonċernat skont il-punt (a) jistgħu jitqiesu li jeżistu, inter alia, meta prezzijiet jew kostijiet irrappurtati, inklużi l-kostijiet ta' materji primi, ma jkunux ir-riżultat ta' forzi tas-suq ħieles għax huma affettwati minn intervent tal-gvern. Meta jitqies jekk jeżistux jew le distorsjonijiet sinifikanti rigward ta', inter alia, l-impatt potenzjali tas-segwenti: is-suq inkwistjoni huwa sa punt sinifikanti servut minn intrapriżi li joperaw taħt is-sjieda, kontroll jew superviżjoni ta' politika jew gwida tal-awtoritajiet tal-pajjiż esportatur; il-preżenza tal-istat f'ditti li jippermettu lill-istat jinterferixxi fir-rigward tal-prezzijiet jew kostijiet; politiki jew miżuri pubbliċi li jiddiskriminaw a favur ta' fornituri domestiċi jew forzi tas-suq ħieles li jinfluwenzaw mod ieħor; u l-aċċess għall-finanzi mogħtija minn istituzzjonijiet li jimplimentaw objettivi ta' ordni pubblika.

(b)  Distorsjonijiet sinifikanti skont il-punt (a) jistgħu jitqiesu li jeżistu, inter alia, meta prezzijiet jew kostijiet irrappurtati, inklużi l-kostijiet ta' materji primi u fatturi oħra ta' produzzjoni, ma jkunux ir-riżultat ta' forzi tas-suq ħieles għax huma affettwati minn intervent tal-istat fi kwalunkwe livell. Meta jitqies jekk jeżistux jew le distorsjonijiet sinifikanti, għandu jiġi kkunsidrat, inter alia, l-impatt potenzjali tas-segwenti:

 

is-suq inkwistjoni huwa sa punt sinifikanti servut minn intrapriżi li joperaw taħt is-sjieda, kontroll jew superviżjoni ta' politika jew gwida, kemm jekk direttament kif ukoll jekk indirettament (bħal korpi pubbliċi), tal-awtoritajiet tal-pajjiż esportatur; il-preżenza tal-istat f'ditti li jippermettu lill-istat jinterferixxi fir-rigward tal-prezzijiet jew kostijiet; politiki jew miżuri pubbliċi li jiddiskriminaw a favur ta' fornituri domestiċi, pereżempju permezz tal-użu ta' prezzijiet stabbiliti mill-istat, jew diskriminazzjoni fit-taxxa, il-kummerċ jew is-sistemi tal-munita; jew forzi tas-suq ħieles li jinfluwenzaw mod ieħor, inkluż l-allokazzjoni ta' riżorsi; in-nuqqas ta' dritt tal-kumpaniji trasparenti u mhux diskriminatorju li jiżgura governanza korporattiva xierqa, bħall-applikazzjoni ta' standards ta' kontabilità internazzjonali, il-protezzjoni tad-detenturi tal-ishma u d-disponibilità pubblika ta' informazzjoni tal-kumpaniji preċiża; in-nuqqas u l-implimentazzjoni ta' ġabra ta' liġijiet koerenti, effikaċi u trasparenti li jiżguraw ir-rispett tad-drittijiet tal-proprjetà u l-operat ta' sistema ta' falliment li tiffunzjona; in-nuqqas ta' settur finanzjarju ġenwin li jopera b'mod indipendenti mill-istat u fejn id-dritt u l-prattika huma soġġetti għal dispożizzjonijiet ta' garanzija suffiċjenti u għal sorveljanza xierqa; in-nuqqas ta' konformità mal-istandards soċjali u ambjentali internazzjonali li konsegwentement għandhom impatt fuq il-kostijiet tal-produzzjoni;

Emenda     11

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1

Regolament (UE) Nru 2016/1036

Artikolu 2 – paragrafu 6a – punt ba (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)  Distorsjonijiet sinifikanti għall-prodott ikkonċernat skont it-tifsira tal-punt (a) għandhom jitqiesu li jeżistu, inter alia, meta prezzijiet jew kostijiet irrappurtati huma r-riżultati tal-kapaċitajiet żejda fis-sens li l-prezz jew il-kost ta' prodott mhumiex ir-riżultat ta' forzi tas-suq ħieles, peress li huma affettwati minn livelli ta' produzzjoni żejda li jnaqqsu l-impatt ta' kostijiet fissi.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1

Regolament (UE) Nru 2016/1036

Artikolu 2 – paragrafu 6a – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  Meta jkun xieraq, is-servizzi tal-Kummissjoni jistgħu joħorġu rapport li jiddeskrivi s-sitwazzjoni speċifika dwar il-kriterji elenkati fil-punt (b) f'ċertu pajjiż jew ċertu settur. Tali rapport u l-evidenza li fuqha huwa bbażat jistgħu jitqiegħdu fuq il-fajl ta' kull investigazzjoni relatata ma' dak il-pajjiż jew settur. Il-partijiet interessati għandu jkollhom biżżejjed opportunità biex iżidu, jikkummentaw jew iwieġbu fuq ir-rapport u l-evidenza li fuqha huwa bbażat f'kull investigazzjoni li fiha jintużaw tali rapport jew evidenza. Id-determinazzjonijiet magħmula għandhom iqisu l-evidenza rilevanti kollha fuq il-fajl.

(c)  Il-Kummissjoni għandha toħroġ rapport pubbliku kemm jista' jkun malajr li jiddeskrivi s-sitwazzjoni speċifika dwar il-kriterji elenkati fil-punt (b) f'ċertu pajjiż jew ċertu settur. Ir-rapport għandu, fejn xieraq, jinkludi informazzjoni dwar il-konformità mal-istandards soċjali u ambjentali internazzjonali li jaffettwaw il-kost tal-produzzjoni. Tali rapport u l-evidenza li fuqha huwa bbażat, kif ukoll is-sejbiet rilevanti mill-investigazzjonijiet preċedenti tal-Unjoni u mir-rapporti tal-pajjiżi, għandhom jitqiegħdu fuq il-fajl ta' kull investigazzjoni relatata ma' dak il-pajjiż jew settur. Il-partijiet interessati, inkluż it-trade unions u l-SMEs, għandu jkollhom biżżejjed opportunità biex iżidu, jikkummentaw jew iwieġbu fuq ir-rapport u l-evidenza li fuqha huwa bbażat f'kull investigazzjoni li fiha jintużaw tali rapport jew evidenza. Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill kif xieraq. Id-determinazzjonijiet magħmula għandhom iqisu l-evidenza rilevanti kollha fuq il-fajl, ibbażata fuq informazzjoni u data disponibbli li tkun affidabbli, sigura u f'waqtha. Ir-rapport jew l-evidenza li fuqha huwa bbażata għandu jiġi aġġornat mill-Kummissjoni fuq bażi regolari mill-inqas kull ħames snin jew kull meta s-sitwazzjoni tikkonċerna l-kriterji stabbiliti fil-punt (b) ikunu nbidlu.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1

Regolament (UE) Nru 2016/1036

Artikolu 2 – paragrafu 6a – punt d

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  L-industrija tal-Unjoni tista' tibbaża fuq ir-rapport imsemmi fil-punt (c) għall-kalkolu tal-valur normali meta jiġi ppreżentat ilment skont l-Artikolu 5 jew talba għal rieżami skont l-Artiklu 11.

(d)  L-industrija tal-Unjoni u t-trade unions jistgħu jibbażaw fuq ir-rapport imsemmi fil-punt (c) għall-kalkolu tal-valur normali meta jiġi ppreżentat ilment skont l-Artikolu 5, talba għal rieżami skont l-Artikolu 11 jew f'talba għal investigazzjoni ġdida bi qbil mal-Artikolu 12. Dak ir-rapport għandu jikkostitwixxi biżżejjed evidenza li tiġġustifika l-kalkolu tal-valur normali fl-ilment jew fit-talba abbażi tal-metodoloġija speċifikata fil-paragrafu 6a. Barra minn hekk, meta porzjoni sinifikanti tal-industrija tal-Unjoni li tilmenta tkun magħmula minn SMEs, il-kalkoli tal-valur normali fl-ilment jew fit-talba jistgħu jkunu bbażati fuq informazzjoni relatata mal-kostijiet tal-produzzjoni fl-Unjoni tal-prodott ikkonċernat.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1

Regolament (UE) Nru 2016/1036

Artikolu 2 – paragrafu 6a – punt e

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  Il-partijiet għall-investigazzjoni jiġu infurmati ftit wara l-bidu dwar is-sorsi rilevanti li l-Kummissjoni għandha l-ħsieb li tuża għall-għan tal-punt (a) u jingħataw għaxart (10) ijiem biex jikkummentaw. Għal dan l-għan, il-partijiet interessati jingħataw aċċess għall-fajl, inkluża kull evidenza li fuqha tiddependi l-awtorità investigattiva, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 19.

(e)  Il-partijiet għall-investigazzjoni, inkluż t-trade unions u l-SMEs, għandhom jiġu infurmati ftit wara l-bidu dwar is-sorsi rilevanti li l-Kummissjoni għandha l-ħsieb li tuża għall-għan tal-punt (a) u jingħataw għaxart (10) ijiem biex jikkummentaw. Għal dan l-għan, il-partijiet interessati jingħataw aċċess għall-fajl, inkluża kull evidenza li fuqha tiddependi l-awtorità investigattiva, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 19. Id-divulgazzjoni rigward il-metodoloġija li għandha tintuża għandha tiġi kkomunikata lill-partijiet sa mhux aktar tard minn tliet xhur mit-tnedija tal-investigazzjoni.

Emenda     15

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

 

Sa dik id-data, il-Kummissjoni tkun ippubblikat ir-rapport tagħha msemmi fil-punt 1 tal-Artikolu 1 ta' dan ir-Regolament, fir-rigward tal-Artikolu 6a(c) tar-Regolament (UE) 2016/1036.

 

 

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Protezzjoni kontra importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping u ssussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-UE

 

 

 

Protezzjoni kontra importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping u ssussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-UE

Referenzi

COM(2016)0721 – C8-0456/2016 – 2016/0351(COD)

 

 

 

COM(2016)0721 – C8-0456/2016 – 2016/0351(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

INTA

21.11.2016

 

 

 

 

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

21.11.2016

 

 

 

ITRE

21.11.2016

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Paloma López Bermejo

5.12.2016

 

 

 

Jerzy Buzek

5.12.2016

Eżami fil-kumitat

27.2.2017

 

 

 

 

 

 

 

Data tal-adozzjoni

30.5.2017

 

 

 

 

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

30

21

5

 

 

 

30

21

5

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Bendt Bendtsen, Xabier Benito Ziluaga, José Blanco López, Reinhard Bütikofer, Jerzy Buzek, Angelo Ciocca, Edward Czesak, Jakop Dalunde, Pilar del Castillo Vera, Christian Ehler, Ashley Fox, Adam Gierek, Theresa Griffin, Hans-Olaf Henkel, Kaja Kallas, Barbara Kappel, Krišjānis Kariņš, Seán Kelly, Jaromír Kohlíček, Peter Kouroumbashev, Zdzisław Krasnodębski, Miapetra Kumpula-Natri, Janusz Lewandowski, Paloma López Bermejo, Edouard Martin, Angelika Mlinar, Nadine Morano, Dan Nica, Angelika Niebler, Morten Helveg Petersen, Miroslav Poche, Michel Reimon, Herbert Reul, Paul Rübig, Massimiliano Salini, Algirdas Saudargas, Jean-Luc Schaffhauser, Neoklis Sylikiotis, Evžen Tošenovský, Claude Turmes, Vladimir Urutchev, Kathleen Van Brempt, Henna Virkkunen, Lieve Wierinck, Anna Záborská, Flavio Zanonato, Carlos Zorrinho

 

 

 

Bendt Bendtsen, Xabier Benito Ziluaga, José Blanco López, Reinhard Bütikofer, Jerzy Buzek, Angelo Ciocca, Edward Czesak, Jakop Dalunde, Pilar del Castillo Vera, Christian Ehler, Ashley Fox, Adam Gierek, Theresa Griffin, Hans-Olaf Henkel, Kaja Kallas, Barbara Kappel, Krišjānis Kariņš, Seán Kelly, Jaromír Kohlíček, Peter Kouroumbashev, Zdzisław Krasnodębski, Miapetra Kumpula-Natri, Janusz Lewandowski, Paloma López Bermejo, Edouard Martin, Angelika Mlinar, Nadine Morano, Dan Nica, Angelika Niebler, Morten Helveg Petersen, Miroslav Poche, Michel Reimon, Herbert Reul, Paul Rübig, Massimiliano Salini, Algirdas Saudargas, Jean-Luc Schaffhauser, Neoklis Sylikiotis, Evžen Tošenovský, Claude Turmes, Vladimir Urutchev, Kathleen Van Brempt, Henna Virkkunen, Lieve Wierinck, Anna Záborská, Flavio Zanonato, Carlos Zorrinho

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Soledad Cabezón Ruiz, Jude Kirton-Darling, Constanze Krehl, Barbara Kudrycka, Olle Ludvigsson, Florent Marcellesi, Marian-Jean Marinescu, Marisa Matias, Markus Pieper, Sofia Sakorafa, Anne Sander, Pavel Telička, Anneleen Van Bossuyt

 

 

 

Soledad Cabezón Ruiz, Jude Kirton-Darling, Constanze Krehl, Barbara Kudrycka, Olle Ludvigsson, Florent Marcellesi, Marian-Jean Marinescu, Marisa Matias, Markus Pieper, Sofia Sakorafa, Anne Sander, Pavel Telička, Anneleen Van Bossuyt

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Fabio Massimo Castaldo, Nicola Danti, Gabriele Preuß

 

 

 

Fabio Massimo Castaldo, Nicola Danti, Gabriele Preuß

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

30

+

ALDE

Kaja Kallas, Angelika Mlinar, Morten Helveg Petersen, Pavel Telicka, Lieve Wierinck

ENF

Angelo Ciocca, Jean-Luc Schaffhauser

PPE

Bendt Bendtsen, Jerzy Buzek, Christian Ehler, Krišjānis Kariņš, Seán Kelly, Barbara Kudrycka, Janusz Lewandowski, Marian-Jean Marinescu, Angelika Niebler, Markus Pieper, Herbert Reul, Massimiliano Salini, Anne Sander, Algirdas Saudargas, Vladimir Urutchev, Henna Virkkunen, Anna Záborská, Pilar del Castillo Vera

Verts/ALE

Reinhard Bütikofer, Jakop Dalunde, Florent Marcellesi, Michel Reimon, Claude Turmes

21

-

EFDD

Fabio Massimo Castaldo

GUE

Xabier Benito Ziluaga, Jaromír Kohlícek, Paloma López Bermejo, Marisa Matias

S&D

José Blanco López, Soledad Cabezón Ruiz, Adam Gierek, Theresa Griffin, Jude Kirton-Darling, Peter Kouroumbashev, Constanze Krehl, Miapetra Kumpula-Natri, Olle Ludvigsson, Edouard Martin, Dan Nica, Miroslav Poche, Gabriele Preuβ, Kathleen Van Brempt, Flavio Zanonato, Carlos Zorrinho

5

0

ECR

Edward Czesak, Ashley Fox, Hans-Olaf Henkel, Evžen Tošenovský, Anneleen Van Bossuyt

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Protezzjoni kontra importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping u ssussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-UE

Referenzi

COM(2016)0721 – C8-0456/2016 – 2016/0351(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

9.11.2016

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

INTA

21.11.2016

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

21.11.2016

JURI

21.11.2016

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Salvatore Cicu

28.11.2016

 

 

 

Eżami fil-kumitat

24.1.2017

4.5.2017

 

 

Data tal-adozzjoni

20.6.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

33

3

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

William (The Earl of) Dartmouth, Laima Liucija Andrikienė, Tiziana Beghin, David Borrelli, Daniel Caspary, Salvatore Cicu, Santiago Fisas Ayxelà, Eleonora Forenza, Jude Kirton-Darling, Patricia Lalonde, Bernd Lange, Emma McClarkin, Anne-Marie Mineur, Sorin Moisă, Alessia Maria Mosca, Franz Obermayr, Franck Proust, Tokia Saïfi, Matteo Salvini, Marietje Schaake, Helmut Scholz, Joachim Schuster, Hannu Takkula, Iuliu Winkler, Jan Zahradil

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Eric Andrieu, Klaus Buchner, Dita Charanzová, Nicola Danti, Seán Kelly, Sander Loones, Georg Mayer, Bolesław G. Piecha, Jarosław Wałęsa

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Clara Eugenia Aguilera García, Birgit Collin-Langen, Edouard Martin, Massimiliano Salini

Data tat-tressiq

27.6.2017


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

33

+

ALDE

Dita Charanzová, Patricia Lalonde, Marietje Schaake, Hannu Takkula

ECR

Sander Loones, Emma McClarkin, Jan Zahradil

EFDD

William (The Earl of) Dartmouth

ENF

Georg Mayer, Franz Obermayr, Matteo Salvini

PPE

Laima Liucija Andrikienė, Daniel Caspary, Salvatore Cicu, Birgit Collin-Langen, Santiago Fisas Ayxelà, Seán Kelly, Franck Proust, Massimiliano Salini, Tokia Saïfi, Jarosław Wałęsa, Iuliu Winkler

S&D

Clara Eugenia Aguilera García, Eric Andrieu, Nicola Danti, Jude Kirton-Darling, Bernd Lange, Edouard Martin, Sorin Moisă, Alessia Maria Mosca, Joachim Schuster

Verts/ALE

Klaus Buchner

3

-

EFDD

Tiziana Beghin, David Borrelli

GUE/NGL

Anne-Marie Mineur

2

0

GUE/NGL

Eleonora Forenza, Helmut Scholz

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Avviż legali