RAPPORT dwar Strateġija Spazjali għall-Ewropa

5.7.2017 - (2016/2325(INI))

Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija
Rapporteur għal opinjoni: Constanze Krehl

Proċedura : 2016/2325(INI)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A8-0250/2017
Testi mressqa :
A8-0250/2017
Testi adottati :

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar Strateġija Spazjali għall-Ewropa

(2016/2325(INI))

Il-Parlament Ewropew,

  wara li kkunsidra l-Artikolu 4 u l-Artikolu 189 tat-Titolu XIX tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni tas-26 ta' Ottubru 2016 intitolata "Strateġija Spazjali għall-Ewropa" (COM(2016)0705),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni tat-28 ta' Frar 2013 intitolata "Il-Politika Industrijali Spazjali tal-UE" (COM(2013)0108),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni tal-4 ta' April 2011 intitolata "Lejn strateġija tal-ispazju tal-Unjoni Ewropea għas-servizz taċ-ċittadini" (COM(2011)0152),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni tal-14 ta' Settembru 2016 intitolata "Konnettività għal Suq Uniku Diġitali Kompetittiv – Lejn Soċjetà Ewropea tal-Gigabits" (COM(2016)0587) u d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanjaha (SWD(2016)0300),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni tal-14 ta' Settembru 2016 intitolata "5G għall-Ewropa: Pjan ta' Azzjoni" (COM(2016)0588) u d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanjaha (SWD(2016)0306),

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tal-14 ta' Settembru 2016 għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (COM(2016)0590),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni tal-14 ta' Ġunju 2010 intitolata "Pjan ta' Azzjoni dwar l-Applikazzjonijiet tas-Sistema Globali ta' Navigazzjoni bis-Satellita (GNSS)" (COM(2010)0308),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Pariġi, id-Deċiżjoni 1/CP.21 u l-21 Konferenza tal-Partijiet (COP 21) tal-UNFCCC u l-11-il Konferenza tal-Partijiet li serviet bħala l-laqgħa tal-Partijiet għall-Protokoll ta' Kjoto (CMP 11) li saret f'Pariġi, Franza, mit-30 ta' Novembru sal-11 ta' Diċembru 2015,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 377/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' April 2014 li jistabbilixxi l-Programm Copernicus u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 911/2010[1],,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1285/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar l-implimentazzjoni u l-esplojtazzjoni tas-sistemi Ewropej tar-radjunavigazzjoni bis-satellita u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 876/2002 u r-Regolament (KE) Nru 683/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[2],

  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li tistabbilixxi Qafas għall-Appoġġ tas-Sorveljanza u l-Insegwiment fl-Ispazju[3],

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 512/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta April 2014 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 912/2010 li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea GNSS[4],

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet rilevanti tal-Kunsill u d-Dikjarazzjoni ministerjali ta' Amsterdam tal-14 ta' April 2016 dwar il-kooperazzjoni fil-qasam tas-sewqan konness u awtomatizzat,

–  wara li kkunsidra l-l-Manifest tal-Aja dwar il-Politika Spazjali ta' Ġunju 2016,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta mill-Unjoni Ewropea u mill-Aġenzija Spazjali Ewropea dwar il-viżjoni u l-għanijiet kondiviżi għall-futur tal-Ewropa fl-ispazju, iffirmata mill-Kummissjoni u mill-Aġenzija fis-26 ta' Ottubru 2016,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar kapaċitajiet spazjali għas-sigurtà u d-difiża Ewropea[5],

  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar l-iżvilupp tas-suq spazjali[6],

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika Industrijali Spazjali tal-UE, ir-rilaxx tal-Potenzjal għat-Tkabbir fis-Settur Spazjali[7],

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta' Jannar 2012 dwar strateġija tal-Ispazju tal-Unjoni Ewropea għas-servizz taċ-ċittadini[8],

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta' Ġunju 2011 dwar applikazzjonijiet għat-trasport tas-Sistema Globali ta' Navigazzjoni bis-Satellita – il-politika tal-UE għal perjodu qasir u medju ta' żmien[9],

–  wara li kkunsidra l-istudju ta' Jannar 2016 dwar l-Iżvilupp tas-Suq Spazjali fl-Ewropa[10],

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu u tal-Kumitat għas-Sajd (A8-0250/2017),

A.  billi l-benefiċċji tal-ispazju għas-soċjetà huma ħafna u jistgħu jwasslu għal ekonomija aktar kompetittiva għall-Ewropa, billi jiġi stimulat l-iżvilupp ta' ħafna prodotti u servizzi ġodda u jiġu appoġġjati l-agrikoltura, il-forestrija, is-sajd u t-trasport marittimu; billi t-teknoloġija satellitari tista' twassal għal aċċess aħjar għat-teknoloġiji tal-komunikazzjoni, għal sistemi ta' osservazzjoni tad-Dinja b'riżoluzzjoni għolja li jippermettu l-iskambju tal-informazzjoni f'ħin reali, rispons rapidu għal diżastri naturali u kontrolli fil-fruntieri u tas-sigurtà aktar effettivi;

B.  billi t-teknoloġiji, id-data u s-servizzi spazjali jistgħu jappoġġjaw varjetà ta' politiki pubbliċi u prijoritajiet politiċi ewlenin tal-UE, bħat-titjib tas-Suq Uniku Diġitali, l-istimular tal-ekonomija Ewropea u l-indirizzar tat-tibdil fil-klima;

C.  billi l-ispazju mhuwiex spiża għaċ-ċittadini Ewropej iżda huwa investiment, u billi strateġija spazjali ambizzjuża tista' tiżgura l-awtonomija u l-pożizzjonament tal-UE fil-qasam strateġiku tal-ispazju, filwaqt li tagħti wkoll spinta lit-tkabbir, lill-kompetittività u lill-ħolqien tal-impjiegi fl-industrija tal-manifattura u fl-operazzjonijiet u fis-servizzi downstream relatati mal-ispazju;

D.  billi d-deċiżjonijiet politiċi meħuda mill-Parlament u mill-Kunsill fl-2007 rriżultaw fl-allokazzjoni ta' baġit għall-programmi Ewropej ta' navigazzjoni bis-satellita – is-Sistema Ewropea ta' Navigazzjoni b'Kopertura Ġeostazzjonarja (EGNOS) u Galileo – u pprevedew ftehim dwar l-istruttura ta' governanza tal-programmi;

1.  Jilqa' l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni intitolata "Strateġija Spazjali għall-Ewropa" u jappoġġja l-impenn sħiħ tal-Kummissjoni biex timmassimizza l-benefiċċji ekonomiċi u soċjetali tal-ispazju, iżżid l-użu tat-teknoloġiji u l-applikazzjonijiet spazjali biex jiġu appoġġjati l-politiki pubbliċi, filwaqt li trawwem settur spazjali Ewropew globalment kompetittiv u innovattiv, issaħħaħ l-awtonomija tal-Ewropa fl-ispazju kif ukoll ir-rwol tal-Ewropa bħala attur globali u l-kooperazzjoni internazzjonali fl-ispazju;

2.  Ifakkar lill-Kummissjoni li huwa ferm importanti li tiżgura l-kontinwità tal-programmi spazjali tal-UE u li tirrifletti fuq l-evoluzzjoni futura ta' Galileo u Copernicus, partikolarment sabiex jinħoloq ambjent ta' investiment pożittiv u prevedibbli fis-settur downstream; iqis li dan jista' jintlaħaq biss jekk ikunu garantiti fondi pubbliċi għall-programmi emblematiċi spazjali u tkun garantita infrastruttura ta' data downstream fuq terminu twil filwaqt li tkun rikonoxxuta l-ħtieġa ta' involviment sinifikanti tas-settur privat;

3.  Jenfasizza l-kisbiet fl-ispazju tal-Istati Membri, tal-Aġenzija Spazjali Ewropea (ESA) u tal-Organizzazzjoni Ewropea għall-Esplojtazzjoni ta' Satelliti Meteoroloġiċi (EUMETSAT) bl-użu ta' teknoloġiji ġodda, missjonijiet ta' esplorazzjoni, u l-kapaċitajiet ta' meteoroloġija u osservazzjoni tad-Dinja;

4.  Jemmen li huwa meħtieġ li jiġu evalwati l-programmi Galileo u Copernicus qabel ma l-Kummissjoni tippreżenta l-proposti leġiżlattivi ġodda tagħha bħala parti mill-QFP li jmiss; iqis li din l-evalwazzjoni għandha tindirizza, fost affarijiet oħra: ir-rwol futur tal-Aġenzija Ewropea GNSS (GSA) f'Galileo u l-irwol potenzjali tagħha f'Copernicus; il-mod li bih tiġi ssimplifikata r-relazzjoni tal-GSA mal-ESA; kif ukoll il-qasma preżenti bejn il-kompiti ċentrali u dawk iddelegati tal-aġenzija; iħeġġeġ lill-Kummissjoni, f'dan ir-rigward, biex tiżgura li l-GSA jkollha l-kapaċità li twettaq kompiti ġodda qabel ma dawn ikunu kkonferiti lilha;

5.  Jenfasizza li r-riżultat tal-evalwazzjoni għandu wkoll jiddaħħal f'diskussjonijiet futuri dwar ir-relazzjoni bejn l-UE u l-ESA, filwaqt li titqies id-dikjarazzjoni konġunta bejn l-UE u l-ESA ffirmata fis-26 ta' Ottubru 2016; jitlob lill-Kummissjoni biex, f'kooperazzjoni mal-ESA, tistudja l-possibilitajiet differenti li jistgħu jwasslu biex ix-xenarju istituzzjonali kkumplikat fil-governanza tal-ispazju Ewropew jista' jiġi ssimplifikat, sabiex b'hekk tittejjeb l-allokazzjoni tar-responsabilitajiet fl-interess ta' effettività u kosteffiċjenza akbar;

6.  Jenfasizza li l-GSA jenħtieġ li jkollha persunal adegwat sabiex tissalvagwardja l-funzjonament bla xkiel u l-isfruttar tal-programmi Ewropej tal-GNSS; jitlob lill-Kummissjoni tirrevedi l-adegwatezza tar-riżorsi allokati lill-GSA, filwaqt li tqis il-kompiti attwali u futuri tagħha; iqis li l-politika u l-proċedura b'rabta mar-reklutaġġ tal-persunal jenħtieġ li jiġu adattati fid-dawl tal-kompiti l-ġodda li ġew ikkonferiti lill-GSA, f'konformità mal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013;

7.  Jenfasizza li sabiex jiffaċċja l-isfidi attwali u futuri, il-baġit li jmiss tal-UE jenħtieġ li jinkludi baġit spazjali akbar minn dak attwali biex tiġi appoġġjata l-katina tal-valur sħiħa (segment spazjali u terrestri, osservazzjoni tad-Dinja, navigazzjoni u komunikazzjonijiet) u li jeħtieġ ikun żgurat matul ir-rieżami tal-QFP li jmiss; itenni li l-iżvilupp ta' swieq downstream b'suċċess jiddependi b'mod partikolari fuq l-implimentazzjoni f'waqtha u l-iżvilupp kontinwu tal-programmi Galileo u Copernicus, u li l-finanzjament adegwat tagħhom jingħata prijorità; jenfasiżża l-bżonn li jiġu ppreservati u żviluppati l-valur miżjud Ewropew u l-kontribuzzjoni unika tal-programmi spazjali tal-UE meta jittieħdu deċiżjonijiet baġitarji fil-QFP li jmiss;

8.  Jistieden lill-Kummissjoni biex teżamina l-possibbiltà li tieħu vantaġġ mis-sinerġiji bejn il-programmi spazjali tal-UE, sabiex jiżdiedu l-effikaċja u l-kosteffiċjenza; jemmen ukoll li l-iskambju tal-informazzjoni bejn l-aġenziji tal-UE involuti fil-politika spazjali tal-UE jenħtieġ li jiġi intensifikat sabiex jintlaħqu aktar l-effetti ta' sinerġija; jindika l-konverġenza dejjem akbar tal-oqsma ta' attività differenti; jistieden lill-Kummissjoni tippubblika rapport annwali dwar in-natura u l-estent tal-kooperazzjoni bejn l-aġenziji tal-UE;

9.  Jenfasizza l-importanza li jiġi identifikat u indirizzat kwalunkwe ostakolu eżistenti għall-funzjonament tas-suq intern fil-qasam tal-prodotti u s-servizzi bbażati fuq l-ispazju;

L-isfruttament totali tal-benefiċċji tal-ispazju għas-soċjetà u għall-ekonomija tal-UE

10.  Jenfasizza li l-programmi spazjali u s-servizzi tagħhom huma assi ewlenin f'oqsma politiċi u f'setturi tal-ekonomija bħall-enerġija, il-klima, l-ambjent, is-sigurtà u d-difiżà, is-saħħa, l-agrikoltura, il-forestrija, is-sajd, it-trasport, it-turiżmu, is-suq diġitali u l-komunikazzjoni mobbli, il-politika reġjonali u l-ippjanar lokali; jemmen li hemm potenzjal enormi biex jiġu indirizzati sfidi bħalma huma l-migrazzjoni, il-ġestjoni tal-fruntiera u l-iżvilupp sostenibbli; jenfasizza wkoll l-importanza ta' strateġija spazjali Ewropea għal politika marittima komprensiva tal-UE; jinnota wkoll il-benefiċċji sinifikanti għas-soċjetà li jġib miegħu l-użu ekonomiku tas-satelliti u tas-sistemi ta' telerilevament;

11.  Jistieden lill-Kummissjoni taċċellera l-isfruttament ekonomiku sħiħ tal-programmi Galileo, EGNOS u Copernicus permezz ta': l-istabbiliment ta' miri adegwati għall-kummerċjalizzazzjoni; it-titjib tal-aċċess għal, u l-ipproċessar ta', data ta' Copernicus sabiex l-intrapriżi, partikolarment l-SMEs u n-negozji ġodda, ikunu jistgħu jiżviluppaw applikazzjonijiet abbażi tad-data spazjali; l-iżgurar ta' integrazzjoni aħjar ma' servizzi diġitali oħra – bħal sistemi ta' trasport intelliġenti, is-sistema Ewropea tal-ġestjoni tat-traffiku ferrovjarju, is-servizzi tal-informazzjoni tax-xmajjar, SafeSeaNet, kif ukoll sistemi ta' navigazzjoni konvenzjonali – u t-twessieh tal-potenzjal tas-soluzzjonijiet spazjali; jenfasizza l-benefiċċji għaċ-ċittadini u n-negozji tan-navigazzjoni bis-satellita u ta' data u ta' servizzi ta' osservazzjoni tad-Dinja;

12.  Jilqa' l-azzjonijiet tal-Kummissjoni fl-akkwist ta' pjattaformi cloud għad-data dwar l-osservazzjoni tad-Dinja, biex jiġi żgurat li l-Ewropa tgawdi l-benefiċċju ekonomiku sħiħ tal-programmi emblematiċi tagħha tal-ispazju u biex jiġu stabbiliti aċċess tal-utent u bini ta' kompetenza sostenibbli; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tħaffef il-ħidma tagħha f'dan il-qasam sabiex l-ewwel pjattaformi tad-data jistgħu jsiru operattivi fl-2018; jemmen li s-sejħiet għal offerti kollha għal dawn il-pjattaformi jenħtieġ li jkunu miftuħin għall-atturi privati;

13.  Jitlob lill-Kummissjoni biex tivvaluta l-funzjonament tal-Entitajiet Fdati ta' Copernicus, b'mod partikolari bil-għan li jiġu ssimplifikati l-proċeduri ta' offerti tagħhom, sabiex ikun eħfef għall-SMEs biex japplikaw;

14.  Jenfasizza l-ħtieġa li l-leġiżlazzjoni tkun "reżistenti għall-ispazju", u jtenni t-talba tiegħu, magħmula fir-riżoluzzjoni tiegħu msemmija hawn fuq dwar il-kummerċjalizzazzjoni tas-suq spazjali, lill-Kummissjoni biex twettaq "verifika spazjali" b'mod sistematiku qabel ma tressaq kwalunkwe proposta leġiżlattiva u mhux leġiżlattiva ġdida; jistieden lill-Kummissjoni biex tneħħi l-ostakoli għall-użu ta' teknoloġiji spazjali mis-settur pubbliku, eż. għall-monitoraġġ tal-konformità ma' leġiżlazzjoni Ewropea ġdida u eżistenti; jemmen li l-politika pubblika tista' titjieb b'mod konsiderevoli bl-użu ta' teknoloġija spazjali, filwaqt li tibni fuq eżempji bħal l-eCall u t-takografu diġitali; jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jistimulaw il-kummerċjalizzazzjoni tat-teknoloġija spazjali mill-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali Ewropej, pereżempju permezz ta' xiri ta' data jew servizzi Ewropej ta' osservazzjoni tad-Dinja biex jintlaħqu l-objettivi tal-politika;

15.  Jiġbed l-attenzjoni għall-proġett pilota dwar spazju aktar nadif bl-irtirar mill-orbita ta' apparat spazjali jew bl-introduzzjoni ta' apparat innovattiv, li jkun imfassal biex jittestja l-fattibbiltà u l-effettività ta' Inizjattiva Teknoloġika Konġunta (JTI) futura applikata għas-settur spazjali; jirrikonoxxi li riżorsi adegwati, kemm pubbliċi kif ukoll privati, huma essenzjali sabiex tiġi żgurata s-sostenibbiltà u l-kompetittività tas-settur spazjali Ewropew, u biex jiġi żviluppat ir-rwol tal-UE bħala attur globali fl-ispazju;

16.  Jemmen li l-kontribut ta' Copernicus fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima jenħtieġ li jkompli jiġi żviluppat; jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi mill-aktar fis possibbli l-kapaċitajiet ibbażati fuq Copernicus biex tissorvelja l-emissjonijiet ta' gassijiet serra, inklużi l-emissjonijiet ta' CO2, li attwalment qed jiġu żviluppati taħt Orizzont 2020[11], bil-għan li jiġu indirizzati l-ħtiġijiet minquxa fil-ftehim tal-COP 21 u biex tkun possibbli l-implimentazzjoni effiċjenti tiegħu; jappoġġja l-iżvilupp ta' satelliti futuri ddedikati għall-monitoraġġ tas-CO2 u tal-metan;

17.  Jilqa' d-dikjarazzjoni tas-servizzi inizjali ta' Galileo tal-15 ta' Diċembru 2016; jenfasizza li l-użu mifrux tas-sinjal Galileo huwa prekundizzjoni għall-iżvilupp ta' suq downstream b'saħħtu għal applikazzjonijiet u servizzi b'bażi spazjali u li jenħtieġ li jittieħdu miżuri adegwati – inkluż, fejn xieraq, miżuri regolatorji – sabiex il-kumpatibbiltà sħiħa ma' Galileo u EGNOS issir l-istandard għal apparati mibjugħa fl-UE u biex jiġi nkoraġġit l-użu ta' apparat predispost għal Galileo u Egnos fis-suq globali; jistieden ukoll lill-Kummissjoni tikkunsidra miżuri biex issaħħaħ il-kompetittività tal-industrija Ewropea downstream tal-GNSS;

18.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-arloġġi bbażati fuq il-GNSS fi strutturi kritiċi jkunu predispost għas-sistemi Galileo u EGNOS, peress li dan hu ferm rilevanti minn perspettiva ta' sigurtà;

19.  Jenfasizza l-abilità tas-satelliti li jipprovdu kapaċità kbira ħafna ta' konnettività bla interruzzjoni, partikolarment f'żoni remoti u fir-reġjuni l-aktar imbiegħda, u dan hu essenzjali biex jingħeleb id-distakk diġitali, għall-iżvilupp ta' netwerks ta' veloċitajiet għolja u għall-espansjoni tan-netwerks tal-Internet tal-Oġġetti, li jagħtu lok għal servizzi bħal dawk ta' sewqan awtonomu, flotta intelliġenti u ġestjoni tal-merkanzija, applikazzjonijiet ta' governanza elettronika, ta' tagħlim elettroniku u ta' saħħa elettronika; jenfasizza l-komplementarjetà tat-teknoloġiji terrestri u bbażati fuq l-ispazju għat-twassil ta' netwerks ta' kapaċità għolja ħafna; jinsisti li l-Kummissjoni tirrikonoxxi dan u tqis kif xieraq il-kontribut tas-satelliti f'dan il-qasam; jenfasizza wkoll il-ħtieġa li jkunu riservati meded ta' frekwenza adegwati għall-operat ta' dawn is-servizzi satellitari; jitlob li dan jiġi indirizzat fil-ħidma leġislattiva attwali dwar in-netwerks tat-telekomunikazzjoni u b'investimenti xierqa fl-R&Ż; huwa tal-fehma wkoll li l-Istrateġija Spazjali għall-Ewropa jenħtieġ li tiġi implimentata f'koordinazzjoni mal-istrateġiji diġitali tal-Kummissjoni, u bl-appoġġ tal-Istati Membri u tal-industrija, sabiex jiġi promoss użu effettiv u mmexxi mid-domanda tal-komunikazzjonijiet bis-satellita u tiġi nkoraġġita konnettività minn kullimkien fl-UE kollha;

20.  Jenfasizza r-rwol importanti tal-Fond Strutturali u ta' Investiment Ewropew (FSIE) biex jistimula swieq spazjali downstream, l-aktar importanti permezz tal-akkwist pubbliku, inkluż f'pajjiżi li għad ma għandhomx settur spazjali kbir, filwaqt li jinnota li dan jenħtieġ li jkun indirizzat fid-diskussjonijiet li għaddejjin dwar il-futur tal-politika ta' koeżjoni; jappoġġja l-introduzzjoni ta' miżuri tal-bini ta' kapaċità mmirati biex jassistu lill-Istati Membri u lir-reġjuni b'kapaċitajiet spazjali emerġenti; jenfasizza l-fatt li d-dimensjoni reġjonali hija essenzjali biex il-benefiċċji tal-ispazju jaslu għand iċ-ċittadini u li l-involviment tal-awtoritajiet lokali u reġjonali jista' joħloq sinerġiji ma' strateġiji ta' speċjalizzazzjoni intelliġenti u mal-Aġenda Urbana tal-UE; jappoġġja, għalhekk, involviment akbar tal-awtoritajiet reġjonali u lokali f'politika spazjali tal-UE ta' suċċess, li tinkludi r-Reġjuni l-Iktar Imbiegħda u l-Pajjiżi u t-Territorji extra-Ewropej; jenfasizza l-fatt li l-Kumitat tar-Reġjuni jenħtieġ li jkun membru sħiħ tal-forum tal-utenti ta' Copernicus sabiex tiġi enfasizzata l-importanza tal-atturi reġjonali u lokali bħala utenti tad-data ta' Copernicus;

21.  Jenfasizza li utenti bħall-SMEs u l-awtoritajiet lokali u reġjonali għad mhumiex konxji biżżejjed tal-opportunitajiet inklużi dawk offruti mill-Bank Ewropew tal-Investiment, għal proġetti b'rabtiet ma' Galileo jew Copernicus, u li d-disseminazzjoni mmirata ta' informazzjoni dwar dawn l-opportunitajiet jeħtieġ li tkun imtjeba mingħajr dewmien;

22.  Jirrikonoxxi r-rwol ta' teknoloġiji spazjali, u taż-żewġ programmi spazjali emblematiċi tal-UE, sabiex it-trasport fuq l-art, dak marittimu, bl-ajru u fl-ispazju jkunu aktar intelliġenti, aktar sikuri u aktar siguri u sostenibbli, u integrati f'setturi strateġiċi futuri bħalma huma l-karozzi konnessi u misjuqa awtomatikament, u l-vetturi tal-ajru mingħajr ekwipaġġ; jemmen li l-Istrateġija Spazjali tista' tikkontribwixxi għall-ħtiġijiet ġodda tat-trasport ta' konnettività sigura u bla xkiel, u pożizzjonament, intermodalità u interoperabilità aktar sodi; jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni tinkludi lill-partijiet interessati tat-trasport fid-djalogu mas-settur spazjali sabiex tiżgura t-trasparenza, u tiffaċilita l-introduzzjoni tat-teknoloġija spazjali fis-suq tat-trasport bil-għan li ssaħħaħ il-kompetittività tas-servizzi tat-trasport tal-UE fis-suq Ewropew u f'dak globali; jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jagħtu attenzjoni lill-iżvilupp tat-turiżmu spazjali:

23.  Jistieden lill-Kummissjoni biex tappoġġja l-implimentazzjoni tal-inżul bi proċedura EGNOS kemm għal ajruporti iżgħar, kif wkoll għal ajruporti akbar; itenni l-vantaġġi finanzjarji u l-preċiżjoni, ir-reżiljenza u s-sikurezza miżjuda li EGNOS tista' tipprovdi għall-użu ta' applikazzjonijiet kritiċi għas-sikurezza bħall-inżul tal-inġenji tal-ajru, u jtenni l-importanza li tiżdied il-kopertura ta' EGNOS għax-Xlokk u l-Lvant tal-Ewropa, bħala prijorità kif ukoll ulterjorment lejn l-Afrika u l-Lvant Nofsani; iqis ukoll li Galileo jista' jkollu rwol ewlieni fil-kontroll tat-traffiku tal-ajru bħala l-bażi għat-tranżizzjoni minn sorveljanza bbażata fuq ir-radar għal waħda bbażata fuq is-satellita;

24.  Jenfasizza, barra minn hekk, l-importanza ta' inġenji tal-ajru attrezzati b'teknoloġija tax-Xandir ta' Sorveljanza Awtomatika Dipendenti (ADS-B) bbażati fl-ispazju u ta' operaturi li jiġu obbligati jgħammru l-inġenji tal-ajru bl-ADS-B sabiex jiżguraw il-preċiżjoni u l-affidabilità ta' insegwiment f'ħin reali tal-inġenju tal-ajru, u biex jiffrankaw il-fjuwil;

25.  Jenfasizza l-importanza tal-programmi spazjali tal-UE għall-kwistjonijiet relatati mal-baħar u dawk marittimi, għall-attivitajiet tas-sajd u għall-ekonomija blu b'mod ġenerali, pereżempju: fl-indirizzar tas-sajd illegali, mhux iddikjarat u mhux regolat; fis-sorveljanza u l-valutazzjoni tal-istat u tas-saħħa tal-oċeani u tal-istokkijiet tal-ħut; fl-appoġġ tal-produttività tal-farms tal-ħut; fl-iffaċilitar tar-riċerka marittima; u fl-għoti ta' servizzi ta' tiftix u salvataġġ kif ukoll tal-konnessjonijiet satellitari għal tagħmir mediku abbord; jinnota, f'dan ir-rigward, il-ħtieġa ta' kapaċitajiet ta' sorveljanza oċejanika u ta' koordinazzjoni tajba bbażati fl-ispazju bejn is-servizzi ta' Galileo, EGNOS u Copernicus;

It-trawwim ta' settur tal-ispazju Ewropew globalment kompetittiv u innovattiv

26.  Jenfasizza li s-suċċess u l-kompetittività tas-settur spazjali, u tal-iżvilupp ta' teknoloġiji innovattivi huwa dipendenti ħafna fuq ir-riċerka u l-innovazzjoni; jitlob it-tisħiħ u l-estensjoni tal-linja baġitarja ddedikata għall-ispazju taħt il-Programm Qafas 9; jenfasizza l-importanza ta' kooperazzjoni sħiħa bejn l-UE, l-ESA u l-Istati Membri sabiex tiġi żgurata l-effiċjenza u jiġu evitati d-duplikazzjonijiet, b'mod partikolari f'oqsma fejn diversi atturi jipprovdu finanzjament għar-riċerka; jemmen li r-riċerka u l-innovazzjoni jenħtieħ li jkunu mħeġġa u ffinanzjati biex jibbenefikaw minn firxa wiesgħa ta' teknoloġiji spazjali; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex testendi l-użu tal-istrument għall-SMEs għaż-żieda ta' opportunitajiet ta' negozju fi prodotti u servizzi bbażati fuq l-ispazju kemm fi ħdan Orizzont 2020 kif ukoll fi Programmi Qafas futuri;

27.  Jistieden lill-Kummissjoni, fil-kuntest tal-akkwist pubbliku, rtiżgura trattament ġust tal-intrapriżi tal-UE fil-konfront ta' intrapriżi minn pajjiżi terzi, speċjalment billi tqis il-prezzijiet li l-kumpanijiet jitolbu lil klijenti oħra fid-dinja kollha fi sforz biex tiżgura li jiġu rrispettati r-regoli u li l-parteċipanti ewlenin tas-suq jimxu ma' prattiki ġusti, bil-għan li jkunu żgurati kundizzjonijiet ugwali; jinnota li l-industrija spazjali Ewropea qiegħda tħabbat wiċċha ma' kompetizzjoni internazzjonali dejjem aktar ħarxa; jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni li ssaħħaħ l-użu ta' skemi innovattivi tal-akkwist;

28.  Jenfasizza l-importanza li tissaħħaħ il-bażi industrijali Ewropea u tiġi ggarantita l-awtonomija strateġika tal-UE billi jiġu ddiversifikati s-sorsi tal-provvista u jsir l-aħjar użu tal-fornituri multipli tal-UE; iqis, għalhekk, li jeħtieġ li jiġi promoss b'mod bilanċjat l-involviment tal-industrija fil-livelli kollha, u jistieden lill-Kummissjoni tappoġġja s-settur spazjali Ewropew tul il-katina kollha tal-valur; jemmen li r-raggruppamenti spazjali jista' jkollhom rwol utli fi strateġija industrijali spazjali;

29.  Jistieden lill-Kummissjoni tappoġġja l-iżvilupp fl-Ewropa kollha ta' mudelli u teknoloġiji kummerċjali spazjali ġodda li kapaċi jirrevoluzzjonaw is-settur u jnaqqsu l-ispejjeż (pereżempju, teknoloġiji Ewropej li permezz tagħhom isir possibbli li jintbagħtu satelliti żgħar fl-ispazju, bħal bżieżaq jew lanċjaturi riutilizzabbli);

30.  Jitlob lill-Kummissjoni, bil-għan li jinħolqu kundizzjonijiet ekwi għan-negozji, biex tikkunsidra s-sitwazzjoni u l-ħtiġijiet tal-SMEs meta tiddetermina t-tul ta' kuntratti pubbliċi fil-qasam tal-infrastruttura u s-servizzi spazjali;

31.  Jenfasizza l-ħtieġa li jsir investiment b'mod aktar deċiżiv fl-edukazzjoni u t-taħriġ taċ-ċittadini Ewropej fil-qasam tal-ispazju anke sabiex ikunu jistgħu jiġu sfruttati b'mod sħiħ l-opportunitajiet maħluqa matul il-bidla lejn soċjetà diġitali; jenfasizza l-importanza tal-kisbiet tal-politika spazjali fl-ispirazzjoni ta' ġenerazzjonijiet futuri u fit-trawwim ta' sens ta' identità Ewropea; jenfasizza, għalhekk, il-ħtieġa li jitkompla u jkompli jitrawwem approċċ koordinat għal edukazzjoni Ewropea dwar l-spazju li tista' tattira liż-żgħażagħ biex isegwu karrieri fix-xjenza u t-teknoloġija spazjali;

32.  Jenfasizza li l-parteċipazzjoni fil-programmi fakultattivi tal-ESA, li fil-qafas tagħhom in-negozji Ewropej u l-universitajiet jew l-istituti ta' riċerka jistgħu jipparteċipaw fit-tħejjija ta' teknoloġiji avvanzati għal missjonijiet u sistemi spazjali, hija għodda bażika u fundamentali biex tiġi żviluppata l-kapaċità tal-industrija spazjali Ewropea; jenfasizza li l-involviment f'tali programmi jiftaħ it-triq għall-intraprenditorija f'dan il-qasam, u għall-aċċess għal proġetti xjentifiċi intensivi ħafna fit-teknoloġija u fl-għarfien, u dan jista' jkollu wkoll impatt pożittiv fis-settur tat-trasport;

It-tisħiħ tal-awtonomija tal-Ewropa fl-aċċess u fl-użu tal-ispazju f'ambjent mingħajr periklu u sikur

33.  Ifakkar li l-programmi spazjali tal-UE huma ta' natura ċivili u jtenni l-impenn tiegħu biex l-ispazju jibqa' post mhux militarizzat; jirrikonoxxi madankollu d-dimensjoni strateġika tas-settur spazjali għall-Ewropa u l-ħtieġa li jittejbu s-sinerġiji bejn l-aspetti ċivili u ta' sigurtà u tad-difiża u biex jiġu użati l-kapaċitajiet tal-ispazju biex ikunu ssodisfati l-ħtiġijiet ta' sigurtà u ta' sikurezza, filwaqt li jittieħed kont tal-ambjent ġeografiku u tal-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni; jemmen li l-Kummissjoni jenħtieġ li tanalizza s-sinerġiji bejn il-programmi spazjali Ewropej u l-Pjan ta' Azzjoni Ewropew għad-Difiża propost f'Novembru 2016 biex tiġi żgurata l-koerenza globali f'dan il-qasam strateġiku;

34.  Jistieden lill-Kummissjoni tiġbor flimkien it-talbiet tal-klijenti istituzzjonali mill-Unjoni Ewropea u mill-Istati Membri biex jiġi żgurat aċċess indipendenti, kosteffettiv u affidabbli għall-ispazju permezz tal-użu tal-lanċjaturi Ewropej Ariane, Vega u l-evoluzzjonijiet futuri tagħhom; jemmen li dan huwa tal-akbar importanza strateġika għal funzjonijiet ta' ġestjoni ta' kontinġenza u ta' kriżijiet kif ukoll għal politika ta' sigurtà u difiża Ewropea reżiljenti;

35.  Jappoġġja l-għan tal-Kummissjoni li tivvaluta modi differenti li bihom tappoġġja l-faċilitajiet Ewropej ta' infrastrutturi tal-illanċjar, fejn dan ikun meħtieġ biex jintlaħqu l-għanijiet u l-ħtiġijiet tal-politika tal-UE f'termini ta' awtonomija, sigurtà u kompetittività; jenfasizza, għaldaqstant, l-importanza strateġika tal-Port Spazjali Ewropew ibbażat f'Kourou (il-Guyana Franċiża) u l-ħtieġa li tingħata attenzjoni kbira fir-rigward tal-benefiċċji ekonomiċi u soċjali għat-territorju fejn jinsab;

36.  Ifakkar li l-kunċett ta' aċċess indipendenti għall-ispazju ma jistax jiġi dissoċjat mill-kapaċità indipendenti tal-Ewropa li tiddisinja, tiżviluppa, tillanċja, topera u tisfrutta sistemi spazjali;

37.  Jinnota li hemm nuqqas ta' viżibbiltà dwar il-kontinwazzjoni tal-programm ta' lanċjaturi fl-Ewropa lil hinn mit-tlieta sa erba' snin li ġejjin (Ariane 6 u Vega C), u dwar is-sitwazzjoni finanzjarja ta' dan il-programm; jesprimi tħassib dwar in-nuqqas ta' programm ta' llanċjar fuq terminu medju sa twil; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tippreżenta programm ta' ħidma dwar il-lanċjaturi fl-Ewropa għall-20 sena li ġejjin;

38.  Jistieden lill-Kummissjoni tinkoraġixxi l-iżvilupp ta' tekonoloġiji tal-illanċjar alternattivi u l-inklużjoni ta' prinċipji ta' ekodisinn fil-lanċjaturi u fl-assi spazjali kollha;

39.  Iqis li fil-ġenerazzjoni tas-sistemi tas-satellita li jmiss jenħtieġ li tiġi żviluppata aktar is-sigurtà tal-infrastruttura ta' Galileo, inkluż is-segment tal-art, il-kapaċità ta' użu doppju ta' Galileo u Copernicus, flimkien ma' preċiżjoni u kriptaġġ aħjar; ifakkar li s-Servizz Pubbliku Regolat (PRS) ta' Galileo ristrett għal utenti awtorizzati mill-gvernijiet jista' jkollu rwol importanti fil-futur biex iwieġeb għat-theddid li qed jevolvi, b'mod partikolari fil-każ ta' kriżi;

40.  Jiġbed l-attenzjoni dwar il-vulnerabilità tal-infrastruttura spazjali għal interferenza jew attakk minn atturi statali u mhux statali u għal firxa ta' theddid ieħor, inkluż kolliżjonijiet ma' tifrik spazjali jew satelliti oħra; itenni l-importanza li jiġu żgurati infrastruttura u komunikazzjoni ta' natura kritika kif ukoll l-iżvilupp ta' teknoloġiji reżiljenti; jirrikonoxxi l-importanza dejjem akbar tal-ispazju u t-teknoloġiji bbażati fuq l-ispazju għal użu doppju, b'mod partikolari fil-komunikazzjonijiet, fl-intelligence, fis-sorveljanza u fir-rikonjizzjoni, fir-rispons għad-diżastri u l-kontroll tal-armi, u jissottolinja l-importanza vitali tal-kapaċitajiet spazjali fil-ġlieda kontra t-terroriżmu; iħeġġeġ aktar investimenti sabiex jitħaffef l-iżvilupp ta' kapaċitajiet ġodda fil-qasam tal-ispazju u t-teknoloġija; jemmen li huwa neċessarju li jissaħħu l-kapaċitajiet li jindirizzaw theddidiet emerġenti fil-qasam tal-ispazju, li min-naħa tagħhom jistgħu jsaħħu l-kapaċità tas-settur spazjali tal-Ewropa biex jirrispondi għal swieq, atturi u teknoloġiji li jinbidlu;

41.  Jistieden lill-Kummissjoni timmitiga r-riskji ppreżentati mit-tifrik spazjali billi ssaħħaħ is-servizzi attwali ta' sorveljanza u insegwiment fl-ispazju (SST) bil-ħsieb li tistabbilixxi programm għal sistema indipendenti li kapaċi tirrikonoxxi t-theddid mit-tifrik spazjali, filwaqt li tirfed miżuri li jevitaw kolliżjoni u li fuq terminu twil, attivament tneħħi t-tifrik; jappoġġja l-pjan biex jiġi estiż l-ambitu ta' SST tal-UE li jippermetti tbassir tat-temp mill-ispazju, u jipproponi enfasi addizzjonali fuq oġġetti qrib id-dinja biex jilqa' kontra r-riskju potenzjalment katastrofiku li tali oġġett jaħbtu mad-Dinja; jenfasizza l-fatt li jenħtieġ li jkomplu jiġu żviluppati u jiġu estiżi l-kapaċitajiet u l-kompetenzi f'dawn l-oqsma, inklużi dawk diġà disponibbli fl-ESA; jafferma mill-ġdid il-ħtieġa li tiġi pprovduta kemm jista' jkun data miftuħa sabiex jitħeġġu r-riċerka u l-innovazzjoni;

42.  Ifakkar fl-importanza dejjem tikber taċ-ċibersigurtà għal programmi spazjali, u jinnota li din il-problema hija partikolarment serja peress li parti kbira tal-ekonomija tagħna tiddependi fuq servizzi relatati mal-ispazju; jistieden lill-Kummissjoni biex timmitiga r-riskji għall-assi spazjali tal-UE billi tieħu miżuri adegwati, inkluż fejn xieraq l-użu ta' kriptaġġ, għall-protezzjoni ta' infrastruttura relatata mal-ispazju kontra t-theddid ċibernetiku; jitlob, għalhekk, lill-Kummissjoni biex tiżgura li l-aġenziji rilevanti kollha jkollhom pjanijiet ta' kontinġenza fis-seħħ għal ċiberattakki possibbli;

43.  Iqis l-inizjattiva Govsatcom ippjanata bħala waħda promettenti ħafna biex jiġi żgurat l-aċċess għal servizzi siguri, effiċjenti u kosteffettivi għall-atturi istituzzjonali Ewropej, li tindirizza l-ħtiġijiet f'firxa wiesgħa ta' oqsma, filwaqt, li fl-istess ħin, tistimula t-tkabbir, il-kompetittività u l-innovazzjoni fis-settur Ewropew kollu tat-telekomunikazzjonijiet bis-satellita; jistieden lill-Kummissjoni sabiex, jekk il-valutazzjoni tal-impatt tkun suffiċjentement pożittiva, tfassal l-inizjattiva Govsatcom ippjanata b'mod kosteffettivi – li tista' tinkludi l-ġabra u l-qism tal-ħiliet, jew ix-xiri ta' servizzi minn satelliti ta' komunikazzjoni kummerċjali – u biex tiżgura li l-inizjattiva toħloq valur miżjud sinifikanti u tevita li tiddupplika strutturi eżistenti;

44.  Jenfasizza l-importanza ta' politika Ewropea dwar l-ispazju komprensiva, li għandha l-għan li tikkontribwixxi b'mod effettiv għat-titjib tal-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni billi tipprovdi lill-istituzzjonijiet rilevanti intelligence indipendenti, bħall-għarfien tas-sitwazzjoni f'ħin reali;

It-tisħiħ tar-rwol tal-Ewropa bħala attur globali u l-promozzjoni tal-kooperazzjoni internazzjonali

45.  Jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi l-assi spazjali u l-kapaċitajiet industrijali spazjali tal-UE fl-aspetti rilevanti kollha tar-relazzjonijiet esterni tagħha;

46.  Jemmen li l-iżgurar ta' ambjent spazjali paċifiku u sikur jirrikjedi impenn mas-sħab internazzjonali biex ikunu promossi normi ta' mġiba u sostenibbiltà responsabbli, l-aktar fir-rigward tal-esplorazzjoni tal-ispazju, u jistieden lill-Kummissjoni taħdem mill-qrib mas-SEAE u l-Istati Membri f'dan ir-rigward;

47.  Jenfasizza l-ħtieġa ta' koordinazzjoni internazzjonali dwar il-ġestjoni tat-tifrik u tat-traffiku spazjali, li se jiżdiedu minħabba l-installazzjoni ppjanata tal-hekk imsejħa "mega-kostellazzjonijiet" u minħabba orbiti qrib id-dinja li jistgħu jirriżultaw minn spejjeż dejjem aktar baxxi ta' llanċjar ta' satelliti;

48.  Jitlob lill-Kummissjoni sabiex timmonitorja l-objettivi eżistenti tas-settur privat f'oqsma bħal-isfruttar tal-ispazju, u biex tikkunsidra l-impatt li dawn jista' jkollhom fuq il-qafas legali attwali u, b'mod partikolari, fuq it-Trattat dwar l-Ispazju Extratmosferiku; iqis li l-prinċipji bażiċi tat-Trattat jenħtieġ li jiġu milqugħa u li jeħtieġ li tiġi evitata ġirja għal riżorsi fl-ispazju li faċilment jispiċċaw; iħeġġeġ lill-Istati Membri jaħdmu favur approċċ Ewropew ikkoordinat, u jistieden lill-Kummissjoni biex tieħu rwol ta' tmexxija fin-negozjati biex jintlaħaq kunsens; jirrikonoxxi li l-ispazju huwa l-wirt komuni tal-umanità;

49.  Jilqa' b'sodisfazzjon l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tuża d-diplomazija ekonomika biex tiftaħ opportunitajiet ġodda ta' negozju għall-industrija spazjali Ewropea; jenfasizza li l-parteċipanti Ewropej fi swieq ta' pajjiżi terzi jenħtieġ li jkunu appoġġjati mill-Kummissjoni, mill-ESA u, fejn rilevanti, mill-awtoritajiet tal-Istati Membri b'mod individwali jew permezz tal-ESA, u minn korpi tal-Istati Membri bħall-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (EASA); jirrakkomanda li l-pjanijiet għal tali appoġġ koordinat jitfasslu minn qabel;

L-iżgurar ta' twettiq effettiv

50.  Jenfasizza l-fatt li l-Parlament jenħtieġ li jkollu rwol attiv fl-iżvilupp tal-politika spazjali tal-UE u li jkun għal kollox involut fl-iskambji kollha mmexxija mill-Kummissjoni, il-Kunsill, is-SEAE u l-ESA dwar suġġetti relatati mal-ispazju;

51.  Iqis li l-appoġġ demokratiku huwa importanti għall-investiment fl-ispazju; jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta strateġija ta' komunikazzjoni mfassla sew u komprensiva dwar il-benefiċċji tat-teknoloġiji spazjali għaċ-ċittadini u n-negozji; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex, fl-implimentazzjoni ta' din l-istrateġija, tibbaża fuq it-tliet pilastri li ġejjin, li kull wieħed minnhom jindirizza grupp ta' udjenza importanti: (a) titqajjem sensibilizzazzjoni mal-pubbliku dwar il-ħtieġa ta' investimenti fl-ispazju; (b) l-SMEs u l-intraprendituri jiġu infurmati dwar l-opportunitajiet tal-programmi emblematiċi spazjali; (c) jiġi inkluż l-ispazju fl-edukazzjoni sabiex jitnaqqas id-distakk fil-ħiliet; jitlob lill-Kummissjoni tippreżenta lill-Parlament pjan direzzjonali dwar il-ħolqien ta' din l-istrateġija ta' komunikazzjoni tagħha kemm jista' jkun malajr;

52.  Jistieden lill-Kummissjoni tfassal skeda ta' żmien għall-implimentazzjoni tal-miżuri proposti fl-istrateġija, tirraporta b'mod regolari dwar l-implimentazzjoni tagħhom, fejn meħtieġ, tipproponi leġiżlazzjoni u tfassal azzjonijiet addizzjonali konkreti u tanġibbli meħtieġa biex jintlaħqu f'waqthom l-għanijiet deskritti fl-istrateġija;

53.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni, lill-Kunsill, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u lill-Aġenzija Spazjali Ewropea.

OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (31.5.2017)

għall-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

dwar Strateġija Spazjali għall-Ewropa
(2016/2325(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Geoffrey Van Orden

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin jistieden lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jagħraf l-importanza dejjem akbar tal-ispazju u t-teknoloġiji bbażati fuq l-ispazju f'operazzjonijiet tas-sigurtà u d-difiża, b'mod partikolari fil-komunikazzjonijiet, fl-intelligence, fis-sorveljanza u fir-rikonjizzjoni, inkluż fis-sorveljanza fuq il-fruntiera u dik marittima, ir-rispons għad-diżastri u l-kontroll tal-armi, kif ukoll f'attivitajiet kummerċjali u ċivili, u jissottolinja l-importanza vitali tal-kapaċitajiet spazjali fil-ġlieda kontra t-terroriżmu; iħeġġeġ aktar investimenti sabiex jitħaffef l-iżvilupp ta' kapaċitajiet ġodda fil-qasam tal-ispazju u t-teknoloġija;

2.  Jiġbed l-attenzjoni lejn il-vulnerabbiltà tas-sigurtà globali, l-infrastruttura u t-teknoloġiji tal-komunikazzjoni bbażati fuq l-ispazju għal interferenza jew attakki minn atturi statali u mhux statali, għal attakki ċibernetiċi u riċerka offensiva tal-armi tal-ispazju, kif ukoll għat-tifrik spazjali jew kolliżjoni bejn satelliti; itenni l-importanza li jiġu żgurati l-infrastrutturi u l-mezzi ta' komunikazzjoni kritiċi kif ukoll l-iżvilupp ta' teknoloġiji reżiljenti u r-reviżjoni tat-Trattat dwar l-Ispazju Extratmosferiku tal-1967 sabiex jitqies il-progress teknoloġiku li sar mis-sittinijiet;

3.  Iwissi dwar riċerki offensivi tal-armi spazjali mwettqa minn pajjiżi bħar-Russja, il-Korea ta' Fuq u l-Iran, u r-riskji li dan jista' joħloq għall-infrastrutturi u l-mezzi ta' komunikazzjonijiet fundamentali kif ukoll għas-sistemi attwali u ppjanati bbażati fl-ispazju;

4.  Ifakkar li sabiex jinżammu u jissaħħu s-sigurtà, id-difiża u l-istabbiltà tal-Ewropa huwa importanti li tiġi evitata l-esportazzjoni tat-teknoloġija spazjali sensittiva lejn pajjiżi li huma ta' theddida għas-sigurtà u l-istabbiltà reġjonali jew globali; jappoġġa l-investiment fil-kapaċitajiet ta' llanċjar u l-iżvilupp tagħhom, bħal Vega C jew Ariane 6, sabiex il-pajjiżi Ewropej ikollhom aċċess awtonomu u affidabbli għall-ispazju;

5.  Jappella biex l-UE tikseb awtonomija akbar f'oqsma relatati mal-ispazju; jemmen, f'dan ir-rigward, li l-kooperazzjoni mar-Russja, pereżempju fl-illanċjar tas-satelliti Galileo u Copernicus, tista' thedded is-sigurtà ta' sistemi sensittivi bbażati fl-ispazju;

6.  Jinkoraġġixxi investiment f'miżuri protettivi għal teknoloġiji, assi u kapaċitajiet spazjali, fil-kuntest taż-żewġ programmi appoġġati mill-UE kif ukoll mill-programm ta' Sorveljanza u Insegwiment fl-Ispazju (SST);

7.  Jemmen li r-relazzjonijiet bilaterali diġà eżistenti bejn pajjiżi Ewropej u l-potenzi kbar spazjali paċifiċi, inklużi l-Istati Uniti, l-Indja u l-Ġappun, jenħtieġ li jintużaw fejn xieraq sabiex isaħħu l-interessi tas-sigurtà u d-difiża komuni, u biex isaħħu l-kapaċitajiet fundamentali fil-mezzi essenzjali ta' skoperta, deterrenza u rispons għal theddid emerġenti fl-ispazju, u jikkonsolidawhom, sabiex itejbu l-politika spazjali, li ssaħħaħ il-kapaċità tas-settur spazjali tal-Ewropa biex tirrispondi għal swieq, atturi u teknoloġiji li jinbidlu u għall-promozzjoni tal-konformità ma' trattati u konvenzjonijiet relatati mal-attivitajiet imwettqa fl-ispazju extratmosferiku;

8.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri jġeddu l-isforzi fin-Nazzjonijiet Uniti biex jilħqu qbil dwar il-proposta ta' Kodiċi ta' Kondotta għall-Attivitajiet fl-Ispazju Extratmosferiku, bil-ħsieb li jippromwovu prinċipji internazzjonali għal normi ta' mġiba responsabbli, trasparenti u paċifiċi u, fl-aħħar mill-aħħar, sabiex jissaħħu s-sikurezza, is-sigurtà u s-sostenibbiltà u l-prevenzjoni tal-armamenti fl-ispazju; jisħaq fuq il-fatt li dan għandu jsir billi jiġi enfasizzat li l-attivitajiet spazjali għandhom jinvolvu livell għoli ta' attenzjoni, diliġenza dovuta, u trasparenza xierqa, bl-għan li tinbena l-fiduċja fost l-atturi, minħabba t-tkabbir rapidu fl-attivitajiet spazjali matul dawn l-aħħar snin b'aktar minn 70 pajjiż proprjetarji ta' satelliti u disa' pajjiżi li għandhom il-kapaċità tal-illanċjar orbitali;

9.  Jirrikonoxxi li l-investimenti fl-oqsma tar-riċerka u l-iżvilupp dwar il-kapaċitajiet spazjali jiġġeneraw redditu ekonomiku għoli ħafna u s-sinerġiji b'użu doppju bejn il-programmi spazjali u bejn l-aspetti ċivili u ta' difiża; iħeġġeġ l-iżvilupp ta' sistemi b'użu doppju konsistenti mal-objettivi tas-sigurtà spazjali tal-Istati Membri tal-UE u jissottolinja l-ħtieġa li tiġi promossa l-imġiba paċifika fl-ispazju; jinnota, barra minn hekk, li xi Stati Membri diġà qed iħaddmu sistemi satellitari b'użu doppju li jappoġġaw kemm l-operazzjonijiet ċivili kif ukoll operazzjonijiet militari/statali, u jiġbed l-attenzjoni għar-riskju ta' hacking li jġibu magħhom is-sistemi b'użu doppju; iħeġġeġ lill-industrija u lill-operaturi biex jipprovdu sistemi b'sigurtà għolja b'distinzjoni ċara bejn l-użu pubbliku u dak mhux pubbliku;

10.  Jirrikonoxxi li bl-eċċezzjoni tas-Servizz Pubbliku Regolat Galileo u Copernicus, ir-responsabbiltà għall-iżvilupp ta' kapaċitajiet ċivili u militari tibqa' fil-livell nazzjonali; jinnota li l-objettivi tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tas-sigurtà u d-difiża huma miksuba, parzjalment, permezz tal-Arranġament Amministrattiv bejn l-Aġenzija Spazjali Ewropea intergovernattiva u l-Aġenzija Ewropea għad-Difiża.

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI

FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

30.5.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

54

6

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Michèle Alliot-Marie, Nikos Androulakis, Petras Auštrevičius, Mario Borghezio, Victor Boştinaru, Klaus Buchner, James Carver, Fabio Massimo Castaldo, Javier Couso Permuy, Andi Cristea, Arnaud Danjean, Georgios Epitideios, Knut Fleckenstein, Anna Elżbieta Fotyga, Eugen Freund, Michael Gahler, Iveta Grigule, Sandra Kalniete, Manolis Kefalogiannis, Janusz Korwin-Mikke, Eduard Kukan, Ilhan Kyuchyuk, Ryszard Antoni Legutko, Sabine Lösing, Ulrike Lunacek, Andrejs Mamikins, Ramona Nicole Mănescu, David McAllister, Tamás Meszerics, Francisco José Millán Mon, Javier Nart, Pier Antonio Panzeri, Demetris Papadakis, Alojz Peterle, Tonino Picula, Kati Piri, Julia Pitera, Cristian Dan Preda, Jozo Radoš, Jordi Solé, Jaromír Štětina, Dubravka Šuica, Charles Tannock, Miguel Urbán Crespo, Ivo Vajgl, Geoffrey Van Orden, Anders Primdahl Vistisen, Boris Zala

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Laima Liucija Andrikienė, Angel Dzhambazki, Neena Gill, Ana Gomes, Marek Jurek, Antonio López-Istúriz White, David Martin, Norica Nicolai, Soraya Post, Marietje Schaake, Jean-Luc Schaffhauser, Igor Šoltes, Bodil Valero, Marie-Christine Vergiat

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Vladimir Urutchev

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET

FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

54

+

ALDE

Petras Auštrevičius, Iveta Grigule, Ilhan Kyuchyuk, Javier Nart, Norica Nicolai, Jozo Radoš, Marietje Schaake, Ivo Vajgl

ECR

Angel Dzhambazki, Anna Elżbieta Fotyga, Marek Jurek, Ryszard Antoni Legutko, Charles Tannock, Geoffrey Van Orden, Anders Primdahl Vistisen

EFDD

Fabio Massimo Castaldo

PPE

Michèle Alliot-Marie, Laima Liucija Andrikienė, Arnaud Danjean, Michael Gahler, Sandra Kalniete, Manolis Kefalogiannis, Eduard Kukan, Antonio López-Istúriz White, David McAllister, Francisco José Millán Mon, Ramona Nicole Mănescu, Alojz Peterle, Julia Pitera, Cristian Dan Preda, Vladimir Urutchev, Jaromír Štětina, Dubravka Šuica

S&D

Nikos Androulakis, Victor Boştinaru, Andi Cristea, Knut Fleckenstein, Eugen Freund, Neena Gill, Ana Gomes, Andrejs Mamikins, David Martin, Pier Antonio Panzeri, Demetris Papadakis, Tonino Picula, Kati Piri, Soraya Post, Boris Zala

VERTS/ALE

Klaus Buchner, Ulrike Lunacek, Tamás Meszerics, Jordi Solé, Bodil Valero, Igor Šoltes

6

-

ENF

Jean-Luc Schaffhauser

GUE/NGL

Javier Couso Permuy, Sabine Lösing, Miguel Urbán Crespo, Marie-Christine Vergiat

NI

Georgios Epitideios

3

0

EFDD

James Carver

ENF

Mario Borghezio

NI

Janusz Korwin-Mikke

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

OPINJONI tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (9.6.2017)

għall-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

dwar Strateġija Spazjali għall-Ewropa
(2016/2325(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Evelyne Gebhardt

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur jistieden lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

A.  billi l-Kummissjoni, fil-komunikazzjoni tagħha intitolata "Strateġija Spazjali għall-Ewropa" tinnota li l-industrija spazjali Ewropea qed issir dejjem iżjed parti mill-katina ta' valur globali u tiżviluppa prodotti u servizzi innovattivi, b'mod partikolari prodotti relatati mal-Internet tal-Oġġetti, li huma ta' rilevanza kbira wkoll għall-impriżi barra mis-settur spazjali u jistgħu jiġu adattati għall-użu tal-konsumatur,

B.  billi l-ispazju mhuwiex spiża għaċ-ċittadini Ewropej iżda huwa investiment, u billi strateġija spazjali ambizzjuża tal-UE tista' tiżgura l-awtonomija u l-pożizzjonament tal-Ewropa fil-qasam strateġiku tal-ispazju, filwaqt li tagħti spinta lit-tkabbir, lill-kompetittività u lill-ħolqien tal-impjiegi fl-industrija tal-manifattura u fl-operazzjonijiet relatati mal-ispazju u fis-servizzi downstream;

1.  Jistieden lill-Kummissjoni tħeġġeġ il-kompetittività u l-innovazzjoni tas-settur spazjali permezz ta' metodi li jiddependu mhux biss fuq il-fondi strutturali u ta' investiment, iżda wkoll fuq is-settur privat f'oqsma fejn l-involviment tiegħu huwa importanti; jenfasizza li jenħtieġ li titrawwem riċerka ambizzjużi fil-qasam tal-ispazju permezz ta' approċċ li jħares 'il quddiem u li jieħu inkonsiderazzjoni l-fatt li l-garanzija tal-infrastruttura u tas-servizzi fuq perjodu ta' żmien twil hija importanti ħafna biex jinħoloq ambjent ta' investiment pożittiv fis-settur downstream, u li jsib ukoll modi, kemm finanzjarji kif ukoll mhux finanzjarji, biex jiġi offrut appoġġ għal attivitajiet ta' riċerka fl-oqsma industrijali u tax-xjenza applikata u għar-riċerka spazjali bażika, li għandha impatt dirett fuq it-teknoloġija applikata u tipprovdi lis-settur ħaddiema bi kwalifiki għolja – li huma l-fattur l-iktar importanti għall-innovazzjoni;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni tanalizza l-funzjonament tas-suq relatat mal-ispazju, kemm fis-settur tal-lanċjaturi u tal-assi spazjali kif ukoll fis-servizzi li jużawhom; jitlob lill-Kummissjoni tiżgura li l-qafas huwa xieraq għal approċċ kompetittiv li jinkoraġixxi lill-fornituri Ewropej jidħlu fi swieq oħra;

3.  Jenfasizza li l-użu tar-riżultati tar-riċerka pubblika fit-teknoloġiji spazjali mis-soċjetà inġenerali għandu l-potenzjal li jġib kompetittiva u soluzzjonijiet trasversali għal prijoritajiet politiċi ewlenin differenti tal-UE, u b'hekk jgħin biex is-soluzzjonijiet ta' politika offruti jinġiebu flimkien u jingħataw koerenza, speċjalment fl-oqsma tat-tibdil fil-klima, tal-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi, tal-migrazzjoni u tal-kontroll tal-fruntieri, u li jgħaqqad lin-nies fir-reġjuni mbiegħda tal-Unjoni, u jenfasizza wkoll il-ħtieġa ta' konnettività mingħajr interruzzjoni f'netwerks 5G futuri;

4.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura l-istabbiliment ta' miżuri u miri vijabbli, u l-finanzjament xieraq tagħhom, sabiex is-suq jagħmel użu mill-programmi EGNOS, Galileo u Copernicus, u tappoġġa l-iżvilupp ta' applikazzjonijiet li jisfruttaw il-potenzjal tad-data spazjali u s-servizzi downstream sabiex jiġi promoss il-ħolqien ta' suq uniku integrat u unifikat f'dan is-settur, speċjalment peress li l-potenzjal ta' soluzzjonijiet spazjali għadu ma ġiex sfruttat b'mod sħiħ u s-settur spazjali jeħtieġ li jkun konness aħjar ma' politiki u żoni ekonomiċi oħra fil-livell tal-UE u tal-Istati Membri; jenfasizza, f'dan il-kuntest, li l-użu tat-teknoloġija spazjali għandu l-potenzjal li jagħti spinta lit-tkabbir u lill-impjiegi;

5.  Jitlob lill-Kummissjoni tinkoraġixxi l-iżvilupp ta' tekonoloġiji tal-illanċjar alternattivi u l-inklużjoni ta' prinċipji ta' ekodisinn fil-lanċjaturi u fl-assi spazjali kollha;

6.  Jinnota li s-sistemi spazjali kollha huma bbażati fuq teknoloġiji tal-informazzjoni, li ġew esposti dejjem iktar għal aċċess mhux awtorizzat għas-softwer, u dan ipoġġi serjament fil-periklu l-affidabilità tad-data, inklużi l-immaġni satellitari, l-informazzjoni dwar il-ġeopożizzjonament u l-komunikazzjonijiet satellitari;

7.  Jistieden għalhekk lill-Kummissjoni taħdem flimkien mar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u ma' dawk l-Istati Membri li huma wkoll firmatarji tat-Trattat dwar l-Ispazju Extratmosferiku tal-1967 u tal-Konvenzjoni dwar ir-Responsabbiltà Spazjali relatata, tippromwovi prinċipji internazzjonali ta' imġiba responsabbli fl-ispazju extratmosferiku abbażi tar-rikonoxximent li l-ispazju huwa wirt komuni tal-umanità, u taħdem favur l-aċċettazzjoni universali tat-Trattat dwar l-Ispazju Extratmosferiku u t-Trattat dwar il-Qamar fil-qafas tan-Nazzjonijiet Uniti u fora multilaterali rilevanti oħrajn;

8.  Jenfasizza l-ħtieġa urġenti li tingħalaq il-lakuna regolatorja fl-Artikolu 2 tal-Konvenzjoni dwar ir-Responsabbiltà Spazjali u jiġi żgurat li l-istati li jittolleraw, jiffinanzjaw, jinkoraġġixxu jew jinċitaw l-attakki ċibernetiċi fuq is-sistemi spazjali għandhom jinżammu direttament responsabbli; jenfasizza li l-istati li ma jikkonformawx ma' dan l-obbligu, jenħtieġ li jinżammu responsabbli fis-sens tal-Artikolu VI tat-Trattat dwar l-Ispazju Extratmosferiku;

9.  Jistieden lill-Istati Membri kollha jiżguraw l-użu estensiv ta' kriptaġġ b'saħħtu fl-assi spazjali u fil-faċilitajiet terrestri kollha u jieħdu l-miżuri kollha sabiex jiżguraw is-sigurtà tal-komunikazzjonijiet u r-reżiljenza tal-infrastruttura;

10.  Jinnota li l-użu ekonomiku ta' sistemi u satelliti ta' telerilevament sar realtà ta' kuljum, b'benefiċċji sinifikanti għas-soċjetà;

11.  Jenfasizza l-ħtieġa li jiġi żgurat li t-tqegħid fis-suq ta' sistemi ta' telerilevament jipprovdi benefiċċji għall-konsumaturi u għan-negozji, b'mod partikolari l-SMEs, fl-UE; jenfasizza, barra minn hekk, li fid-dawl tal-ħtieġa li jiġi żgurat suq intern li jiffunzjona tajjeb u jiġu promossi s-sigurtà, is-sikurezza u l-iżvilupp ekonomiku tal-attivitajiet spazjali, hemm bżonn li jiġu introdotti regoli uniformi sabiex jiġi evitat li regoli diverġenti joħolqu tfixkil tal-kompetizzjoni fis-suq intern jew theddid diverġenti għas-sigurtà; jitlob l-istabbiliment ta' qafas legali b'regoli uniformi li jippermettu li d-data miksuba b'sistemi ta' telerilevament tkun disponibbli fis-suq intern għal użu mill-ġdid fi proċessi li joħolqu valur miżjud, u li jipproteġu dik id-data kontra aċċess mhux awtorizzat.

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

8.6.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

29

2

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Dita Charanzová, Carlos Coelho, Anna Maria Corazza Bildt, Daniel Dalton, Nicola Danti, Evelyne Gebhardt, Sergio Gutiérrez Prieto, Robert Jarosław Iwaszkiewicz, Liisa Jaakonsaari, Antonio López-Istúriz White, Morten Løkkegaard, Jiří Pospíšil, Virginie Rozière, Christel Schaldemose, Olga Sehnalová, Igor Šoltes, Ivan Štefanec, Catherine Stihler, Róża Gräfin von Thun und Hohenstein, Mylène Troszczynski, Anneleen Van Bossuyt

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Lucy Anderson, Pascal Arimont, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Kaja Kallas, Julia Reda, Marc Tarabella, Lambert van Nistelrooij, Sabine Verheyen

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Georges Bach, Peter Jahr, Markus Pieper

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

29

+

ALDE

ECR

ENF

PPE

 

S&D

 

VERTS/ALE

Dita Charanzová, Kaja Kallas, Morten Løkkegaard

Daniel Dalton, Anneleen Van Bossuyt

Mylène Troszczynski

Pascal Arimont, Georges Bach, Carlos Coelho, Anna Maria Corazza Bildt, Peter Jahr, Antonio López-Istúriz White, Jiří Pospíšil, Ivan Štefanec, Róża Gräfin von Thun und Hohenstein, Lambert van Nistelrooij

Lucy Anderson, Nicola Danti, Evelyne Gebhardt, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Sergio Gutiérrez Prieto, Liisa Jaakonsaari, Virginie Rozière, Christel Schaldemose, Olga Sehnalová, Catherine Stihler, Marc Tarabella

Julia Reda, Igor Šoltes

2

-

PPE

Markus Pieper, Sabine Verheyen

1

0

EFDD

Robert Jarosław Iwaszkiewicz

Tifsira tas-simboli:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

11

OPINJONI tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (2.6.2017)

għall-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

dwar Strateġija Spazjali għall-Ewropa
(2016/2325(INI))Rapporteur għal opinjoni: Gesine Meissner

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu jistieden lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jirrikonoxxi r-rwol tat-teknoloġiji spazjali biex it-trasport fuq l-art, bil-baħar, bl-ajru u fl-ispazju sar aktar intelliġenti, aktar sikur, sigur, sostenibbli u integrat; jilqa' l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni u jemmen li tista' tikkontribwixxi għall-ħtiġijiet ġodda tat-trasport ta' konnettività sigura u bla xkiel, pożizzjonament, intermodalità u interoperabilità aktar sodi;

2.  Jirrimarka li l-ispazju u l-aċċess għall-ispazju huma dipendenti, l-ewwel u qabel kollox, fuq il-mezzi ta' trasport (satelliti, lanċjaturi, rokits); jirrikonoxxi li dan ifisser li t-teknoloġiji spazjali u s-servizzi spazjali (data satellitari, ġeolokalizzazzjoni) huma ta' interess strateġiku f'diversi setturi, bħalma huma t-trasport, it-telekomunikazzjonijiet, l-agrikoltura u d-difiża;

3.  Jenfasizza li s-settur tat-trasport joffri potenzjal għoli għal opportunitajiet kummerċjali emerġenti u innovattivi fis-settur downstream fir-rigward tas-sikurezza, l-effiċjenza ambjentali, l-istreaming tad-data, in-navigazzjoni, is-servizzi ta' tiftix u salvataġġ u s-superviżjoni u l-ġestjoni tat-traffiku, fost oħrajn; jenfasizza li n-negozji jiddependu fuq l-aċċess għal data u l-kooperazzjoni bejn universitajiet, xjenzati u s-setturi pubbliċi u privati;

4.  Jirrimarka li t-taħriġ u l-iżvilupp ta' ħiliet professjonali għandhom rwol importanti x'jaqdu biex is-settur spazjali tal-UE jsir ġenwinament indipendenti u awtosuffiċjenti; jistieden lill-Kummissjoni tagħti appoġġ kontinwu taħt Orizzont 2020 u l-programmi tar-riċerka u l-iżvilupp tal-ġejjieni għal azzjonijiet li jippromwovu l-edukazzjoni, it-taħriġ, u t-tixrid ta' sejbiet f'oqsma relatati mal-ispazju;

5.  Jenfasizza li l-parteċipazzjoni fil-programmi fakultattivi tal-Aġenzija Spazjali Ewropea (ESA), fil-qafas li fihom in-negozji Ewropej u l-universitajiet jew l-istituti ta' riċerka jistgħu jipparteċipaw fit-tħejjija ta' teknoloġiji avvanzati għal missjonijiet u sistemi spazjali, hija għodda bażika u fundamentali biex tiġi żviluppata l-kapaċità tal-industrija spazjali Ewropea; jenfasizza li l-involviment f'tali programmi jiftaħ it-triq għall-intraprenditorija f'dan il-qasam, u għall-aċċess għal proġetti xjentifiċi intensivi ħafna fit-teknoloġija u fl-għarfien, u dan jista' jkollu wkoll impatt pożittiv fis-settur tat-trasport;

6.  Jirrikonoxxi l-potenzjal tal-programmi spazjali tal-UE GALILEO u s-sistema Ewropea ta' Navigazzjoni b'Kopertura Ġeostazzjonarja (EGNOS) u l-ħtieġa li jiġi promoss l-użu tad-data tagħhom, u li jinħolqu opportunitajiet fis-suq permezz tal-iskrinjar u r-riformulazzjoni possibbli tal-leġiżlazzjoni eżistenti u kontroll sistematiku tal-kompatibilità tal-programmi spazjali;

7.  Jistieden lill-Kummissjoni tappoġġja l-iżvilupp madwar l-Ewropa kollha ta' mudelli kummerċjali spazjali u teknoloġiji ġodda, li qed jirrevoluzzjonaw is-settur u jnaqqsu l-ispejjeż (pereżempju, teknoloġiji Ewropej li permezz tagħhom isir possibbli li jintbagħtu satelliti żgħar fl-ispazju, bħal bżieżaq riutilizzabbli jew lanċjaturi);

8.  Jinnota li s-settur tat-trasport tal-UE, b'mod partikolari fil-ġestjoni tat-traffiku, is-sistemi ta' insegwiment u s-sistemi satellitari ta' osservazzjoni, jiddependi fuq it-teknoloġija spazjali u l-abilità tagħha li tiddetermina b'mod preċiż pożizzjoni fi kwalunkwe ħin; jenfasizza l-vantaġġi ta' insegwiment u pożizzjonament satellitari aktar akkurati u preċiżi permezz tal-użu ta' teknoloġiji bħall-Impriża Konġunta għar-Riċerka dwar il-Ġestjoni tat-Traffiku bl-Ajru tal-Ajru Uniku Ewropew (SESAR) fis-settur tal-avjazzjoni u s-Sistema Globali ta' Navigazzjoni bis-Satellita (GNSS) fis-settur marittimu;

9.  Jenfasizza l-importanza tas-Servizz Pubbliku Regolat (PRS) GALILEO biex jappoġġja l-awtoritajiet tal-gvern tal-Istati Membri fis-servizzi ta' sigurtà pubblika u ta' emerġenza, b'mod partikolari fl-eventwalità ta' kriżi;

10.  Itenni s-suċċess ta' programmi bħall-eCall u t-takografu diġitali wara regolamenti li jagħmlu obbligatorja l-implementazzjoni ta' servizzi ta' pożizzjonament ibbażati fuq il-GNSS u jemmen li l-istrateġija spazjali se ttejjeb is-sikurezza fit-toroq; jinnota li data satellitari hija potenzjalment importanti għas-sewqan awtonomu;

11.  Jappoġġja l-inizjattiva tal-Kummissjoni tal-Komunikazzjonijiet Governattivi bis-Satellita (GOVSATCOM) li tiżgura servizzi ta' komunikazzjoni bis-satellita affidabbli, sikuri u kosteffikaċi għall-istituzzjonijiet u l-infrastrutturi tal-Istati Ewropej u tal-Istati Membri; jenfasizza l-importanza tagħha għat-trasport, b'mod partikolari t-trasport marittimu artiku, il-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru u l-kontroll u l-iggwidar ta' vetturi ta' titjir mingħajr ekwipaġġ;

12.  Iqis li jenħtieġ li l-istrateġija twassal għal aċċess indipendenti u sigur għal servizzi u data spazjali u għal nuqqas ta' dipendenza teknoloġika fuq pajjiżi terzi; jirrikonoxxi, madankollu, li sħubijiet internazzjonali huma fattur ta' suċċess għall-industrija Ewropea u li l-kooperazzjoni ma' sħab strateġiċi dinjin oħrajn tista' tgħin biex tiġi evitata d-duplikazzjoni ta' riċerka u żvilupp u b'hekk jikkontribwixxu għal investimenti aktar effiċjenti; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, għalhekk, biex isegwu programmi ta' kooperazzjoni internazzjonali, inkluż ma' aġenziji u korpi oħrajn f'pajjiżi terzi, sabiex tiġi promossa teknoloġija spazjali Ewropea mibnija domestikament u l-kompetittività tagħha fis-suq globali permezz tal-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' strateġija ta' diplomazija ekonomika ġenwina fis-settur;

13.  Jistieden lill-Kummissjoni timplimenta l-istrateġija spazjali rapidament biex tippermetti li s-settur tat-trasport jibbenefika immedjatament minn sorveljanza marittima mtejba, mill-multimodalità, l-esperjenza tal-ivvjaġġar tal-passiġġieri, il-konsenja tal-pakketti, in-navigazzjoni u s-sewqan awtonomu tal-vetturi tal-ajru ċivili mingħajr bdot abbord, u ttejjeb is-sikurezza, bir-rispett dovut għall-privatezza u l-protezzjoni tad-data; jemmen li l-programmi GALILEO u EGNOS jistgħu jikkontribwixxu bil-kbir għall-infurzar adatt tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar it-trasport; huwa konvint li jenħtieġ li s-sistemi ta' navigazzjoni bis-satellita jiġu integrati iżjed f'servizzi diġitali oħrajn, bħal Sistemi ta' Trasport Intelliġenti (ITS), is-Sistema Ewropea tal-Ġestjoni tat-Traffiku Ferrovjarju (ERTMS), is-Servizz tal-Informazzjoni tax-Xmajjar (RIS) SafeSeaNet, kif ukoll sistemi ta' navigazzjoni konvenzjonali;

14.  Jitlob lill-Kummissjoni tappoġġja s-settur spazjali tal-UE għall-antiċipazzjoni tal-introduzzjoni sħiħa ta' GALILEO u jilqa' l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tieħu miżuri konkreti, inkluż miżuri regolatorji, biex tiżgura l-adozzjoni fis-suq ta' GALILEO, biex b'hekk tinċentiva l-iżvilupp ta' tagħmir Ewropew li huwa kompletament kompatibbli u interoperabbli, bħal chipsets u riċevituri, u jinsisti li jenħtieġ li dawn il-miżuri jkopru l-mezzi kollha tat-trasport (bl-ajru, bit-triq, bil-ferrovija, bil-baħar u fuq passaġġi tal-ilma interni);

15.  Jemmen li d-dispożizzjonijiet regolatorji li jiżguraw il-kompatibilità ma' GALILEO ta' ċerti riċevituri tal-infrastrutturi tat-trasport, mhux l-inqas f'setturi futuri strateġiċi bħalma huma l-karozzi konnessi u misjuqa awtomatikament u vetturi tal-ajru mingħajr ekwipaġġ (UAVs), huma meħtieġa biex jippromwovu l-implimentazzjoni ta' soluzzjonijiet spazjali Ewropej fis-settur tat-trasport;

16.  Iqis li, għall-ġenerazzjoni futura tas-sistemi ta' satelliti, jenħtieġ li s-sigurtà tal-infrastruttura ta' GALILEO tiġi żviluppata aktar;

17.  Jenfasizza li l-preċiżjoni u l-integrità pprovduti minn EGNOS huma essenzjali għan-navigazzjoni marittima, bl-ajru, ferrovjarja u bit-triq; itenni li jenħtieġ li EGNOS jiġi estiż lejn ix-Xlokk u l-Lvant tal-Ewropa bħala prijorità sabiex tinkiseb kopertura tal-UE sħiħa, u jiġi estiż ukoll ulterjorment fl-Afrika u l-Lvant Nofsani;

18.  Itenni l-vantaġġi finanzjarji u l-preċiżjoni, ir-reżiljenza u s-sikurezza miżjuda li EGNOS tista' tipprovdi għall-użu ta' applikazzjonijiet kritiċi għas-sikurezza bħall-inżul tal-inġenji tal-ajru, kif ukoll l-insegwiment tat-titjiriet u t-tnaqqis tal-kanċellazzjonijiet tat-titjiriet u tal-istorbju; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni tiżgura li jiġi implimentat EGNOS fl-ajruporti Ewropej kollha;

19.  Jenfasizza l-importanza tal-programm Copernicus għat-trasport u s-sikurezza tal-passiġġieri, b'mod partikolari fil-qasam tas-servizzi tar-rotot tal-bastimenti, l-iżvilupp tan-netwerks tat-trasport urban u l-monitoraġġ tat-tniġġis tal-arja; jaqbel mal-fehma tal-Kummissjoni dwar il-ħtieġa li jkompli jiġi ffaċilitat u promoss l-użu tad-data ta' Copernicus u jistieden lill-Kummissjoni tkompli testendi l-infrastruttura tagħha;

20.  Iqis li jenħtieġ li jiġu żviluppati aktar il-kapaċità tal-użu doppju ta' GALILEO u Copernicus u preċiżjoni u kriptaġġ aħjar;

21.  Ifakkar li huwa kruċjali li titħaffef it-trasformazzjoni tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru mis-sorveljanza attwali bbażata fuq ir-radar għal sorveljanza bbażata fuq is-satellita peress li sorveljanza f'ħin reali tista' tiġi garantita biss għal 30 % tal-pjaneta tagħna u jqis li t-teknoloġija tal-GNSS jista' jkollha rwol ewlieni f'din it-tranżizzjoni;

22.  Jenfasizza, barra minn hekk, l-importanza ta' inġenji tal-ajru attrezzati bix-Xandir ta' Sorveljanza Awtomatika Dipendenti (ADS-B) bbażati fl-ispazju u l-fatt li l-operaturi jiġu obbligati jgħammru l-inġenji tal-ajru bl-ADS-B sabiex jiżguraw il-preċiżjoni u l-affidabilità ta' insegwiment f'ħin reali tal-inġenju tal-ajru, kif ukoll l-iffrankar tal-fjuwil;

23.  Jenfasizza l-importanza tal-protezzjoni tal-infrastruttura spazjali Ewropea, u għaldaqstant jappoġġja l-istabbiliment ta' servizzi ta' Sorveljanza u Insegwiment fl-Ispazju (SST) fuq bażi operattiva b'mod sħiħ; jenfasizza l-importanza kbira ta' stħarriġ u evitar adegwati għat-tnaqqis tat-tniġġis spazjali b'mod ġenerali u skart, b'mod partikolari; jenfasizza,f'dan ir-rigward, l-importanza tal-proġett pilota għal spazju aktar nadif permezz tal-irtirar mill-orbita u l-użu ta' materjali innovattivi għal tagħmir tal-ispazju biex jiġi llimitat it-tkabbir tat-tifrik spazjali orbitanti u biex jiġu identifikati soluzzjonijiet ta' sostituzzjoni fit-tul sostenibbli għal materjali spazjali permezz tal-innovazzjoni; itenni li dan il-proġett pilota hu maħsub biex jeżamina l-fattibilità u l-effettività fil-futur ta' Inizjattiva Teknoloġika Konġunta (JTI) applikata għas-settur spazjali, bl-għan li jiġi attirat l-investiment;

24.  Jinnota n-nuqqas ta' viżibilità fir-rigward tal-kontinwazzjoni tal-programm ta' lanċaturi fl-Ewropa wara t-tlieta sa erba' snin li jmiss (Ariane 6 u Vega C) u fir-rigward tas-sitwazzjoni finanzjarja ta' dan il-programm; jesprimi tħassib dwar in-nuqqas ta' programm ta' proġetti fuq terminu medju u fit-tul; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tippreżenta programm ta' ħidma dwar il-lanċjaturi fl-Ewropa għall-20 sena li ġejjin;

25.  Jenfasizza li l-industrija spazjali Ewropea qed tiffaċċja kompetizzjoni li ssir dejjem aktar ħarxa u inġusta fis-suq internazzjonali, ma' swieq istituzzjonali ta' pajjiżi terzi magħluqa għal atturi Ewropej, ħaġa li tqiegħedhom fi żvantaġġ;

26.  Jemmen li, f'dawn iċ-ċirkostanzi ppruvati ta' ftuħ mhux reċiproku tas-swieq istituzzjonali fis-settur ferm strateġiku tal-isparar ta' satelliti fl-ispazju, jenħtieġ ukoll li l-UE, flimkien mas-sħab tagħha tiżviluppa preferenza għal-lanċjaturi Ewropej fis-swieq istituzzjonali tagħha għall-varar ta' satelliti taħt programmi Ewropej;

27.  Jappoġġja l-proposta tal-Kummissjoni li tiġi aggregata d-domanda min-naħa tal-klijenti tal-istituzzjonijiet Ewropej biex jiġi żgurat aċċess indipendenti, kosteffettiv u affidabbli għall-ispazju; jissuġġerixxi bil-qawwa li l-Kummissjoni ssir klijent istituzzjonali ewlieni tas-settur Ewropew tal-lanċjaturi u tinvestiga mezzi ta' appoġġ biex jiġi żgurat li l-infrastruttura tal-illanċjar Ewropea fis-settur spazjali tal-UE tkun tista' tikkompeti b'mod effettiv ma' atturi globali oħrajn;

28.  Jistieden lill-Kummissjoni tqis is-sinerġiji bejn GALILEO u Copernicus u, fejn xieraq, l-attivitajiet spazjali oħra tagħha, sabiex tinkiseb l-implimentazzjoni effettiva tagħhom (eż. l-użu tal-kapaċitajiet attwali tal-Aġenzija tas-Sistema Globali ta' Navigazzjoni bis-Satellita Ewropea, GSA) u bil-ħsieb li jiġu mmassimizzati l-benefiċċji għall-ekonomija Ewropea; jitlob lill-Kummissjoni tinkoraġġixxi l-investimenti f'attivitajiet spazjali fis-settur tat-trasport permezz ta' strateġija ta' finanzjament intelliġenti (eż. il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi, FEIS) u li jkunu ffinanzjati kif xieraq fil-Qafas Finanzjarju Pluriennali li jmiss (QFP); jistieden lill-Kummissjoni biex fil-QFP 2014-2020 li jmiss tissalvagwardja l-finanzjament għat-titjib tal-infrastruttura GALILEO, EGNOS u Copernicus, u għall-appoġġ tal-applikazzjonijiet downstream u upstream tal-GNSS u l-attivitajiet ta' osservazzjoni tad-Dinja fi ħdan il-baġits għall-Programm Qafas 9 (li jinkludi l-Ispazju għal Inizjattiva Teknoloġika Konġunta) u l-programmi Ewropej tal-GNSS;

29.  Jistieden lill-Kummissjoni tistimola u tappoġġja aktar involviment ta' SMEs u negozji ġodda fl-attivitajiet tal-ispazju u riċerka relatata mal-ispazju; jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni tinkludi lill-partijiet interessati tat-trasport fid-djalogu mas-settur spazjali biex tiffaċilita l-introduzzjoni tat-teknoloġija spazjali fis-suq tat-trasport, u wkoll li tiżgura t-trasparenza; jistieden lill-Kummissjoni tagħmel disponibbli lill-partijiet interessati tat-trasport Ewropew ir-riċerka xjentifika u d-data spazjali relatati mat-trasport sabiex jitrawwem użu usa' ta' teknoloġiji innovattivi ġodda, u b'hekk tiżdied il-kompetittività tas-servizzi ta' trasport fis-swieq Ewropej u globali;

30.  Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri joqgħodu attenti għall-iżvilupp li kulma jmur qed jiżdied tat-turiżmu spazjali.

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

30.5.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

40

1

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Daniela Aiuto, Lucy Anderson, Inés Ayala Sender, Georges Bach, Izaskun Bilbao Barandica, Deirdre Clune, Michael Cramer, Andor Deli, Ismail Ertug, Jacqueline Foster, Bruno Gollnisch, Tania González Peñas, Dieter-Lebrecht Koch, Merja Kyllönen, Miltiadis Kyrkos, Bogusław Liberadzki, Marian-Jean Marinescu, Georg Mayer, Gesine Meissner, Jens Nilsson, Markus Pieper, Salvatore Domenico Pogliese, Christine Revault D’Allonnes Bonnefoy, Dominique Riquet, Massimiliano Salini, David-Maria Sassoli, Claudia Schmidt, Jill Seymour, Claudia Țapardel, Keith Taylor, Pavel Telička, Wim van de Camp, Janusz Zemke, Kosma Złotowski

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Jakop Dalunde, Kateřina Konečná, Peter Kouroumbashev, Patricija Šulin, Evžen Tošenovský

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Barbara Kudrycka, Maria Noichl, Flavio Zanonato

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

40

+

ALDE

Izaskun Bilbao Barandica, Gesine Meissner, Dominique Riquet, Pavel Telička

ECR

Jacqueline Foster, Evžen Tošenovský, Kosma Złotowski

EFDD

Daniela Aiuto

ENF

Georg Mayer

GUE/NGL

Tania González Peñas, Kateřina Konečná, Merja Kyllönen

PPE

Georges Bach, Deirdre Clune, Andor Deli, Dieter-Lebrecht Koch, Barbara Kudrycka, Marian-Jean Marinescu, Markus Pieper, Salvatore Domenico Pogliese, Massimiliano Salini, Claudia Schmidt, Wim van de Camp, Patricija Šulin

S&D

Lucy Anderson, Inés Ayala Sender, Ismail Ertug, Peter Kouroumbashev, Miltiadis Kyrkos, Bogusław Liberadzki, Jens Nilsson, Maria Noichl, Christine Revault D’Allonnes Bonnefoy, David-Maria Sassoli, Flavio Zanonato, Janusz Zemke, Claudia Țapardel

Verts/ALE

Michael Cramer, Jakop Dalunde, Keith Taylor

1

-

EFDD

Jill Seymour

1

0

NI

Bruno Gollnisch

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

OPINJONI tal-Kumitat għas-Sajd (27.4.2017)

għall-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

dwar Strateġija Spazjali għall-Ewropa
(2016/2325(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Ricardo Serrão Santos

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għas-Sajd jistieden lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

A.  billi l-Manifest ta' Baveno tal-1998 ħoloq il-programm ta' Monitoraġġ Globali għall-Ambjent u s-Sigurtà bl-għan li jiġi ddeterminat ir-rwol ta' monitoraġġ globali tal-Ewropa fil-qasam tal-ambjent u s-sigurtà; billi, mill-2012 'l hawn, din l-inizjattiva ssemmiet Copernicus;

B.  billi d-deċiżjonijiet politiċi meħuda mill-Parlament u mill-Kunsill fl-2007 rriżultaw fl-allokazzjoni ta' baġit għall-programmi Ewropej ta' navigazzjoni bis-satellita tas-Sistema Ewropea ta' Navigazzjoni b'Kopertura Ġeostazzjonarja (EGNOS) u Galileo u pprevedew ftehim dwar l-istruttura ta' governanza tal-programmi;

C.  billi Galileo se jkun parti mis-sistema satellitari ta' tiftix u salvataġġ għat-Tiftix ta' Bastimenti f'Diffikultà u t-Traċċar għas-Salvataġġ Megħjun mis-Satellita (COSPAS-SARSAT);

D.  billi s-sajd huwa xogħol b'riskju għoli, fejn dejjem jistgħu jseħħu inċidenti u fejn is-sopravivenza tas-sajjied normalment tiddependi fuq li jirċievi attenzjoni medika malajr kemm jista' jkun;

E.  billi, sabiex ikun hemm analiżi aħjar tal-istokkijiet u tal-ambjent marin, hija meħtieġa aktar data li tkun aktar rapida;

1.  Jilqa' l-Istrateġija Spazjali għall-Ewropa, li hija ta' importanza kbira għall-kwistjonijiet marini u marittimi u għall-attivitajiet tas-sajd u li għandha potenzjal kbir għall-iżvilupp tal-attività umana fuq il-baħar u l-ħarsien tal-ambjent marin;

2.  Jirrikonoxxi l-importanza ta' Strateġija Spazjali għall-Ewropa għall-azzjoni koordinata tal-korpi amministrattivi u partijiet interessati oħra;

3.  Jiġbed l-attenzjoni lejn il-fatt li ma ssemmiet bl-ebda mod ir-relazzjoni bejn l-Ajru u l-Baħar, kif muri min-nuqqas tal-kliem "oċean" u "marin";

4.  Jirrikonoxxi li t-teknoloġiji u d-data spazjali u servizzi bbażati fl-ispazju "diġà jikkontribwixxu għal diversi politiki pubbliċi u setturi ekonomiċi" inkluż il-kontroll tal-attivitajiet tas-sajd, it-tbassir u l-monitoraġġ ta' rotot ta' tbaħħir u ta' detezzjoni u monitoraġġ tat-tixrid ta' żejt u sustanzi oħra li jniġġsu, operazzjonijiet ta' tiftix u salvataġġ fuq il-baħar, is-sajd illegali u l-piraterija;

5.  Jirrikonoxxi li kieku jitħallew jibbenefikaw minn kapaċitajiet aktar permanenti u responsivi ta' sorveljanza oċeanika bbażati fl-ispazju, l-awtoritajiet pubbliċi jirreaġixxu aktar malajr u jiffrankaw b'mod sostanzjali billi jimmiraw l-azzjonijiet tagħhom aħjar, speċjalment waqt li jiġġieldu s-sajd illegali, mhux rapportat u mhux regolat (IUU);

6.  Jissottolinja l-importanza li tintuża l-aktar teknoloġija avvanzata u tal-inkoraġġiment tal-iżvilupp ta' sistemi ġodda tal-kontroll u l-ġlieda kontra s-sajd IUU b'mod aktar effettiv;

7.  Jenfasizza l-importanza ta' Galileo u EGNOS, għas-sigurtà u n-navigazzjoni marittimi permezz tar-rwol tagħhom li jsaħħu u jtejbu sistemi internazzjonali oħra u jikkontribwixxu għall-indipendenza teknoloġika tal-Ewropa;

8.  Ifakkar lill-Kummissjoni fl-importanza ta' koordinazzjoni aħjar bejn Galileo u EGNOS u s-servizzi relatati Copernicus anki f'termini ta' titjib tas-sikurezza;

9.  Jirrikonoxxi l-ħtieġa li jiġu żviluppati sistemi ta' komunikazzjoni satellitari siguri li jissodisfaw il-ħtiġijiet eżistenti u futuri fil-komunità marittima Ewropea, inkluża s-sorveljanza marittima bbażata fuq Sistemi ta' Inġenji tal-Ajru Ppilotati mill-Bogħod, li jiddependu ħafna fuq il-komunikazzjonijiet satellitari;

10.  Jilqa' l-inizjattiva tal-Kummissjoni tal-Komunikazzjoni Governattiva bis-Satellita (GOVSATCOM);

11.  Jenfasizza l-importanza ta' Copernicus għall-fehim sħiħ tal-klima u tat-temp, tal-proċessi bijoloġiċi naturali tal-oċeani u tal-interventi antropoġeniċi aggressivi, li kollha huma kwistjonijiet kruċjali għas-sajd;

12.  Jilqa' t-tnedija riċenti tas-Servizz Marin Copernicus "Rapport tal-Istat tal-Oċean", sforz min-naħa ta' 80 espert xjentifiku Ewropew minn aktar minn 25 istituzzjoni bħala pass 'il quddiem fl-iżvilupp tar-rapportar annwali regolari dwar l-istat u s-saħħa tal-oċeani globali u l-ibħra Ewropej;

13.  Jenfasizza l-ħtieġa li data ta' immaġni satellitari tkun disponibbli faċilment għal industriji differenti, diversi aġenziji governattivi, organizzazzjonijiet internazzjonali, dawk responsabbli mill-ippjanar lokali u l-utenti privati, inklużi ċ-ċarts tat-temperatura tal-wiċċ tal-oċean għas-sajd kif ukoll data dwar l-ambjent tal-baħar; jenfasizza li s-Sistema ta' Monitoraġġ Ambjentali Marin Copernicus, ipprovduta minn Mercator Ocean, is-Sistema ta' Monitoraġġ Atmosferiku Copernicus u s-Servizz għat-Tibdil fil-Klima Copernicus, ipprovduti miċ-Ċentru Ewropew għat-Tbassir tat-Temp fuq Medda-Medja, għandu jkollhom għodod speċifiċi għas-sajjieda Ewropej u jkunu disponibbli fil-lingwi Ewropej rilevanti kollha;

14.  Jenfasizza l-ħtieġa li jissaħħu sostanzjalment l-għodod edukattivi u ta' taħriġ li jippermettu użu sħiħ tal-benefiċċji maħluqa mill-għodod relatati mal-ispazju;

15.  Iqis li l-iżvilupp ta' teknoloġiji spazjali se jagħmel possibbli l-ispezzjoni u l-valutazzjoni tal-istokkijiet tal-ħut b'mod aktar effikaċi fil-futur;

16.  Iqis li Strateġija Spazjali għall-Ewropa jeħtieġ li turi aktar ambizzjoni fir-rigward tat-tibdil fil-klima u l-impatt tagħha fuq l-ambjent marin;

17.  Jirrikonoxxi l-importanza tan-netwerks Copernicus Relay u Copernicus Academy fit-trawwim tal-involviment tal-partijiet interessati, biex b'hekk id-dimensjoni tal-utent reġjonali tingħata attenzjoni u tiġi estiża l-firxa tal-isforzi biex tiġi promossa l-adozzjoni tad-data u tas-servizzi Copernicus;

18.  Jirrikonoxxi li provvista tad-data aktar rapida u aktar preċiża se twassal għal żieda fil-produttività tal-pixxikulturi permezz tal-monitoraġġ tal-proliferazzjoni ta' alga li tagħmel il-ħsara;

19.  Jirrikonoxxi l-importanza li jiġi żgurat li attivitajiet xjentifiċi futuri jintegraw aħjar il-kapaċitajiet teknoloġiċi tal-ispazju ma' oqsma oħra ta' politika li jindirizzaw sfidi globali u soċjetali;

20.  Jaqbel li l-potenzjal ta' Galileo, EGNOS u Copernicus għadu ma ġiex esplorat bis-sħiħ u jirrikonoxxi l-potenzjal ta' alleanza bejn is-settur pubbliku u dak privat dwar il-kwistjoni ta' strateġija spazjali;

21.  Jenfasizza li t-teknoloġija spazjali, kif ukoll il-komponenti in situ tagħha, jeħtieġu baġits kbar u li huwa essenzjali li jkomplu jiġu allokati r-riżorsi meħtieġa għal dan is-settur fil-baġit tal-UE;

22.  Jenfasizza li l-industrija spazjali tal-UE tipprovdi impjieg għal aktar minn 200 000 speċjalist, tiġġenera valur miżjud ta' mill-inqas EUR 46 biljun, u tikkontribwixxi għall-innovazzjoni u l-esplorazzjoni soċjoekonomiċi tas-sajd u tal-ekonomija blu;

23.  Jinkoraġġixxi l-akkwist ċentralizzat ta' data satellitari u l-istabbiliment, f'dan il-kuntest, ta' sistema ta' akkwist ċentralizzata apposta biex tinkoraġġixxi l-kondiviżjoni tad-data u tiġġenera ekonomiji ta' skala; iqis l-inklużjoni tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd bħala prattika tajba fil-ksib tad-data mill-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima għall-benefiċċju ta' diversi aġenziji;

24.  Jinnota li l-Kummissjoni qed tipproponi "l-inkoraġġiment tal-adozzjoni ta' soluzzjonijiet spazjali", b'mod partikolari billi jiġi pprovdut appoġġ tekniku bl-użu ta' akkwist innovattiv u transfruntier għal soluzzjonijiet spazjali;

25.  Jenfasizza l-importanza tat-titjib kontinwu tal-kapaċitajiet ta' tiftix u salvataġġ u jinkoraġġixxi, għalhekk, aktar integrazzjoni tas-satellita Galileo f'dawn it-tipi ta' sistemi;

26.  Iqis li l-konsolidazzjoni tal-kapaċitajiet eżistenti u futuri f'sistema ġenwina ta' sorveljanza marittima Ewropea bbażata fl-ispazju, li se tkun ta' benefiċċju għal għadd ta' utenti istituzzjonali u li s-servizzi tagħha jistgħu jiġu sfruttati b'mod kummerċjali għall-esportazzjoni, jista' jkun każ klassiku tal-ambizzjonijiet innovattivi tal-Kummissjoni fis-settur spazjali;

27.  Jappoġġja l-iżvilupp ta' konnessjonijiet satellitari b'veloċità għolja u affidabbli għal tagħmir mediku, kemm għall-bastimenti kif ukoll għall-iskwadri tat-tiftix u s-salvataġġ, li jkunu kapaċi jikkomunikaw mal-isptarijiet, billi jibagħtu u jirċievu data medika sabiex jiġi deċiż l-aħjar pjan ta' azzjoni malajr kemm jista' jkun;

28.  Ifakkar li r-Reġjuni Ultraperiferiċi u l-Pajjiżi u t-Territorji extra-Ewropej jagħtu dimensjoni u possibilitajiet ġeografiċi straordinarji lill-Ewropa, filwaqt li jippermettu l-iżvilupp ta' stazzjonijiet ta' stazzjonament, faċilitajiet ta' monitoraġġ u sistemi ta' ground-truthing (ġbir ta' informazzjoni permezz ta' tekniki ta' telerilevament fuq il-post) madwar id-dinja kollha; jiddispjaċih li r-Reġjuni Ultraperiferiċi u l-Pajjiżi u t-Territorji extra-Ewropej mhumiex imsemmija fl-Istrateġija;

29.  Jenfasizza li l-prijoritajiet għall-użu pubbliku tal-ispazju, inkluża l-osservazzjoni, jenħtieġ li jkunu relatati mal-ħtiġijiet leġiżlattivi ta' inizjattivi Ewropej bħad-Direttiva Qafas għall-"Istrateġija Marina";

30.  Jirrikonoxxi l-potenzjal offrut minn infrastrutturi spazjali u s-servizzi derivati b'mod effiċjenti li jikkontribwixxu għall-objettivi tal-governanza internazzjonali tal-oċeani, pereżempju fl-implimentazzjoni tal-Ftehim COP21 u fil-mitigazzjoni tal-impatt tat-tibdil fil-klima fuq l-oċeani, il-linji tal-kosta u l-ekosistemi, il-ġlieda kontra l-iskart marin jew il-promozzjoni tal-ippjanar spazjali marittimu (ISM) fil-livell globali;

31.  Ifakkar fl-importanza li jiġu żgurati "l-ħtiġijiet ta' diversi aġenziji tal-UE", bħall-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima u l-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd, u jenfasizza li dawn l-istituzzjonijiet għandhom jikkontribwixxu wkoll biex jintlaħqu l-objettivi tal-Istrateġija Spazjali għall-Ewropa; jinsisti fuq il-kooperazzjoni u l-kondiviżjoni ta' informazzjoni satellitari bejn l-aġenziji tal-Unjoni, b'mod partikolari l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima, l-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd u l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta;

32.  Jitlob li l-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd tagħmel użu sħiħ mis-setgħat il-ġodda u mtejba tagħha billi tipprovdi servizzi ta' sorveljanza u ta' komunikazzjoni li jużaw l-aktar teknoloġija avvanzata, b'mod partikolari l-infrastrutturi bbażati fl-ispazju, sabiex jiġu identifikati l-bastimenti li jġorru l-migranti u jiġu evitati d-diżastri fuq il-baħar;

33.  Jenfasizza l-potenzjal tal-applikazzjonijiet permezz tas-satelliti biex jittejjeb il-kontroll tal-attivitajiet tas-sajd u biex jiġi megħjun it-tħaris tal-ambjent marin;

34.  Ifakkar li wieħed mill-assi ewlenin għas-settur privat fl-esplorazzjoni tal-ispazju huwa l-iżvilupp ta' privattivi u informazzjoni dwar is-sjieda, li jenħtieġ li jkunu enfasizzati fl-iżvilupp tal-Istrateġija Spazjali għall-Ewropa;

35.  Ifakkar li l-iżvilupp teknoloġiku u industrijali huma assi maġġuri għall-Istrateġija Spazjali għall-Ewropa, u jqis li dawn mhumiex esplorati bis-sħiħ fl-Istrateġija;

36.  Jenfasizza li d-disa' Programm ta' Qafas (FP9) li jmiss għall-perjodu ta' wara l-2021 għandu jinkludi fost l-objettivi tiegħu kemm l-integrazzjoni tal-istrateġija spazjali tal-UE, kif ukoll is-sajd u t-tkabbir blu u l-involviment ta' għarfien speċjalizzat f'dawn l-oqsma;

37.  Iwissi dwar il-fatt li l-iżvilupp rapidu ta' teknoloġiji ġodda li jserrħu fuq l-intelligence miżjuda, l-informatika konjittiva u s-sistemi newrali, ma jissemmix fl-Istrateġija Spazjali għall-Ewropa;

38.  Iqis li l-Istrateġija Spazjali għall-Ewropa tkopri biss il-futur qrib, u tonqos mill-ambizzjoni fir-rigward tal-possibilità ta' proġetti ġodda, viżjonarji u ta' mobilizzazzjoni, inkluż għall-benefiċċju tal-ġestjoni tas-sajd intelliġenti.

39.  Iqis li l-Ewropa jeħtiġilha ssir mexxejja dinjija fil-qasam tat-teknoloġija spazjali "blu", permezz tal-implimentazzjoni, it-tnedija u t-titjib ulterjuri ta':

  –  Copernicus, li huwa importanti bl-għan li jiġu salvati l-ħajjiet fuq il-baħar u b'rabta mal-għargħar,

  –  Galileo, is-sistema ta' navigazzjoni satellitari globali tal-Ewropa,

  –  EGNOS, is-sistema Ewropea ta' navigazzjoni b'kopertura ġeostazzjonarja, li diġà tipprovdi servizzi ta' navigazzjoni lill-utenti fuq il-baħar b'rabta mas-sikurezza ta' ħajjiet umani,

  –  drones "blu" kkontrollati bl-użu ta' data satellitari, li jistgħu jintużaw għal operazzjonijiet ta' salvataġġ fuq il-baħar, fuq il-kosta u fl-ibħra interni tal-Unjoni, bħal ma kiuen għamel ir-rebbieħ tal-Premju Satnav fl-2015.

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

25.4.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

16

1

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marco Affronte, Clara Eugenia Aguilera García, Renata Briano, Alain Cadec, Richard Corbett, Linnéa Engström, Sylvie Goddyn, Carlos Iturgaiz, António Marinho e Pinto, Gabriel Mato, Norica Nicolai, Ulrike Rodust, Remo Sernagiotto, Ricardo Serrão Santos, Isabelle Thomas, Ruža Tomašić, Peter van Dalen

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Jens Gieseke, Verónica Lope Fontagné

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

John Stuart Agnew

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

16

+

ALDE Group

António Marinho e Pinto

ENF Group

Sylvie Goddyn

PPE Group

Alain Cadec, Jens Gieseke, Carlos Iturgaiz, Werner Kuhn, Verónica Lope Fontagné, Gabriel Mato, Jarosław Wałęsa

S&D Group

Clara Eugenia Aguilera García, Renata Briano, Richard Corbett, Ulrike Rodust, Ricardo Serrão Santos

Verts/ALE Group

Marco Affronte, Linnéa Engström

1

-

EFDD Group

John Stuart Agnew

3

0

ECR Group

Remo Sernagiotto, Ruža Tomašić, Peter van Dalen

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

21.6.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

54

1

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Pilar Ayuso, Bendt Bendtsen, Xabier Benito Ziluaga, José Blanco López, David Borrelli, Cristian-Silviu Buşoi, Jerzy Buzek, Angelo Ciocca, Edward Czesak, Jakop Dalunde, Christian Ehler, Fredrick Federley, Francesc Gambús, Adam Gierek, Theresa Griffin, Françoise Grossetête, András Gyürk, Rebecca Harms, Hans-Olaf Henkel, Eva Kaili, Kaja Kallas, Krišjānis Kariņš, Seán Kelly, Jaromír Kohlíček, Peter Kouroumbashev, Zdzisław Krasnodębski, Constanze Krehl, Miapetra Kumpula-Natri, Werner Langen, Janusz Lewandowski, Paloma López Bermejo, Olle Ludvigsson, Florent Marcellesi, Edouard Martin, Angelika Mlinar, Csaba Molnár, Dan Nica, Angelika Niebler, Aldo Patriciello, Morten Helveg Petersen, Miroslav Poche, Michel Reimon, Herbert Reul, Paul Rübig, Anne Sander, Algirdas Saudargas, Davor Škrlec, Dario Tamburrano, Patrizia Toia, Evžen Tošenovský, Vladimir Urutchev, Kathleen Van Brempt, Henna Virkkunen, Lieve Wierinck, Flavio Zanonato, Carlos Zorrinho

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

54

+

ALDE Group

Fredrick Federley, Kaja Kallas, Angelika Mlinar, Morten Helveg Petersen, Lieve Wierinck

ECR

Edward Czesak, Hans-Olaf Henkel, Zdzisław Krasnodębski, Evžen Tošenovský

EFDD Group

David Borrelli, Dario Tamburrano

ENF Group

Angelo Ciocca

GUE/NGL Group

Jaromír Kohlíček

PPE Group

Pilar Ayuso, Bendt Bendtsen, Jerzy Buzek, Cristian-Silviu Buşoi, Christian Ehler, Francesc Gambús, Françoise Grossetête, András Gyürk, Krišjānis Kariņš, Seán Kelly, Werner Langen, Janusz Lewandowski, Angelika Niebler, Aldo Patriciello, Herbert Reul, Paul Rübig, Anne Sander, Algirdas Saudargas, Vladimir Urutchev, Henna Virkkunen

S&D Group

José Blanco López, Adam Gierek, Theresa Griffin, Eva Kaili, Peter Kouroumbashev, Constanze Krehl, Miapetra Kumpula-Natri, Olle Ludvigsson, Edouard Martin, Csaba Molnár, Dan Nica, Miroslav Poche, Patrizia Toia, Kathleen Van Brempt, Flavio Zanonato, Carlos Zorrinho

Verts/ALE Group

Jakop Dalunde, Rebecca Harms, Florent Marcellesi, Michel Reimon, Davor Škrlec

1

-

GUE/NGL Group

Paloma López Bermejo

1

0

GUE/NGL Group

Xabier Benito Ziluaga

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni