Proċedura : 2016/0293(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0256/2017

Testi mressqa :

A8-0256/2017

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 12/09/2017 - 7.5

Testi adottati :

P8_TA(2017)0320

RAKKOMANDAZZJONI     ***
PDF 593kWORD 54k
14.7.2017
PE 592.315v01-00 A8-0256/2017

dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta' skambju ta' ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Iżlanda li jikkonċerna preferenzi kummerċjali addizzjonali fi prodotti agrikoli

(12146/2016 – C8-0129/2017 – 2016/0293(NLE))

Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali

Rapporteur: David Borrelli

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta' skambju ta' ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Iżlanda li jikkonċerna preferenzi kummerċjali addizzjonali fi prodotti agrikoli

(12146/2016 – C8-0129/2017 – 2016/0293(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (12146/2016),

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' Ftehim fil-forma ta' skambju ta' ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Iżlanda dwar preferenzi kummerċjali addizzjonali għal prodotti agrikoli (12147/2016),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 207(4), l-ewwel subparagrafu, u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0129/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1) u (4) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A8-0256/2017),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Iżlanda.


NOTA SPJEGATTIVA

L-UE u l-Iżlanda huma Partijiet tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (il-Ftehim ŻEE), li jiddisponi għall-moviment liberu tal-merkanzija, bl-eċċezzjoni tal-prodotti agrikoli u dawk tas-sajd. L-Artikolu 19 jistipula li, kull sentejn, il-Partijiet jeżaminaw mill-ġdid il-kundizzjonijiet tal-kummerċ fi prodotti agrikoli u jiddeċiedu dwar aktar tnaqqis ta' kull tip ta' ostakolu.

Il-ftehim preċedenti bejn l-UE u l-Iżlanda dwar il-liberalizzazzjoni tal-kummerċ agrikolu daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2007. Permezz tiegħu, l-aċċess ħieles mid-dazji tal-prodotti agrikoli Iżlandiżi għas-suq tal-UE kien stabbilit għal 51,9 % tal-kummerċ u l-aċċess ħieles mid-dazji tal-prodotti agrikoli tal-UE għas-suq Iżlandiż għal 66,4 % tal-kummerċ. L-aħħar ċiklu ta' negozjati kien immirat biex iżid il-grad ta' liberalizzazzjoni fuq iż-żewġ naħat, jestendi l-kwoti tariffarji attwali u jiftaħ kwoti tariffarji ġodda għal prodotti agrikoli addizzjonali.

In-negozjati saru bejn l-4 ta' Lulju 2012 u s-17 ta' Settembru 2015 b'mod parallel mat-taħditiet rigward ftehim separat dwar l-indikazzjonijiet ġeografiċi. Il-Ftehim ġie inizjalat nhar is-17 ta' Settembru 2015. Jinkludi kwoti tariffarji addizzjonali jew tnaqqis tariffarju għall-prodotti aktar sensittivi, bħal-laħam, il-prodotti tal-ħalib, il-frott, il-ħaxix u l-pjanti ornamentali. B'riżultat tan-negozjati, kważi 90 % tal-prodotti agrikoli tal-UE se jkollhom aċċess ħieles mid-dazji għas-suq Iżlandiż. Bħala esportatur nett ta' prodotti agrikoli bażiċi lejn l-Iżlanda, l-UE se tibbenefika miż-żieda fil-kwoti, b'mod partikolari għall-ġobon, iċ-ċanga, il-majjal u l-pollam, waqt li l-Iżlanda se tikseb aċċess addizzjonali għall-esportazzjoni tagħha ta' skyr. Kumplessivament, kważi l-kummerċ kollu ta' prodotti agrikoli proċessati se jkun eżenti mid-dazji, b'xi eċċezzjonijiet, b'mod speċjali tal-prodotti tal-ħalib iffermentat.

Fl-2015, l-esportazzjonijiet mill-UE ta' prodotti agrikoli lejn l-Iżlanda kellhom valur ta' EUR 290 miljun filwaqt li l-valur tal-importazzjonijiet laħaq EUR 44 miljun. Il-prodotti ewlenin esportati mill-UE huma l-frott, il-ħaxix u ċ-ċereali, li fil-biċċa l-kbira issa jgawdu minn aċċess eżenti mid-dazji għas-suq Iżlandiż. L-importazzjonijiet mill-Iżlanda huma prinċipalment l-alka u ħaxix ieħor tal-baħar, il-laħam tan-nagħaġ, żwiemel ħajjin u ġlud bil-fer.

Bi qbil mal-Artikolu 218(6) TFUE, hemm bżonn l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew biex il-Kunsill jadotta deċiżjoni li tikkonkludi l-Ftehim.

Ir-rapporteur huwa tal-fehma li n-negozjati wasslu għal eżitu bbilanċjat, b'mod partikolari, jekk jitqies il-ftehim dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi li ġie nnegozjat fl-istess ħin.

Fid-dawl ta' dan, ir-rapporteur qed jirrakkomanda li l-Parlament jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-Ftehim.


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Ftehim fil-forma ta’ skambju ta’ ittri bejn l-UE u l-Iżlanda li jikkonċerna preferenzi kummerċjali addizzjonali fi prodotti agrikoli

Referenzi

12146/2016 – C8-0129/2017 – COM(2016)05632016/0293(NLE)

Data tal-konsultazzjoni / talba għal approvazzjoni

30.3.2017

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

INTA

6.4.2017

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AGRI

6.4.2017

 

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

AGRI

29.9.2016

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

David Borrelli

12.10.2016

 

 

 

Eżami fil-kumitat

20.6.2017

 

 

 

Data tal-adozzjoni

11.7.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

35

0

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

William (The Earl of) Dartmouth, Maria Arena, Tiziana Beghin, David Campbell Bannerman, Daniel Caspary, Salvatore Cicu, Santiago Fisas Ayxelà, Eleonora Forenza, Karoline Graswander-Hainz, Heidi Hautala, Yannick Jadot, Jude Kirton-Darling, Bernd Lange, David Martin, Emma McClarkin, Anne-Marie Mineur, Sorin Moisă, Franz Obermayr, Artis Pabriks, Franck Proust, Godelieve Quisthoudt-Rowohl, Inmaculada Rodríguez-Piñero Fernández, Tokia Saïfi, Marietje Schaake, Helmut Scholz, Joachim Schuster, Joachim Starbatty, Adam Szejnfeld, Hannu Takkula, Iuliu Winkler

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Dita Charanzová, Edouard Ferrand, Agnes Jongerius, Sajjad Karim, Gabriel Mato, Georg Mayer, Fernando Ruas, Jarosław Wałęsa

Data tat-tressiq

14.7.2017


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

35

+

ALDE

Dita Charanzová, Marietje Schaake, Hannu Takkula

ECR

David Campbell Bannerman, Sajjad Karim, Emma McClarkin, Joachim Starbatty

EFDD

William (The Earl of) Dartmouth, Tiziana Beghin

ENF

Edouard Ferrand, Georg Mayer, Franz Obermayr

GUE/NGL

Anne-Marie Mineur, Helmut Scholz

PPE

Daniel Caspary, Salvatore Cicu, Santiago Fisas Ayxelà, Gabriel Mato, Artis Pabriks, Franck Proust, Godelieve Quisthoudt-Rowohl, Fernando Ruas, Tokia Saïfi, Adam Szejnfeld, Jarosław Wałęsa, Iuliu Winkler

S&D

Maria Arena, Karoline Graswander-Hainz, Agnes Jongerius, Jude Kirton-Darling, Bernd Lange, David Martin, Sorin Moisă, Inmaculada Rodríguez-Piñero Fernández, Joachim Schuster

0

-

 

 

3

0

GUE/NGL

Eleonora Forenza

Verts/ALE

Heidi Hautala, Yannick Jadot

Tifsira:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Avviż legali