Proċedura : 2016/0383(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0257/2017

Testi mressqa :

A8-0257/2017

Dibattiti :

PV 13/09/2017 - 22
CRE 13/09/2017 - 22

Votazzjonijiet :

PV 14/09/2017 - 8.6
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2017)0352

RAKKOMANDAZZJONI     ***
PDF 624kWORD 58k
14.7.2017
PE 604.625v02-00 A8-0257/2017

dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika taċ-Ċilì dwar il-kummerċ ta' prodotti organiċi

(05530/2017 – C8-0144/2017 – 2016/0383(NLE))

Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali

Rapporteur: Inmaculada Rodríguez-Piñero Fernández

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika taċ-Ċilì dwar il-kummerċ ta' prodotti organiċi

(05530/2017 – C8-0144/2017 – 2016/0383(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (05530/2017),

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika taċ-Ċilì dwar il-kummerċ ta' prodotti organiċi (05551/2017),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 207(4), l-ewwel subparagrafu, l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v) u l-Artikolu 218(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0144/2017),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1) u (4) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A8-0257/2017),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u taċ-Ċilì.


ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Fis-6 ta' Marzu 2017, il-Kunsill adotta Deċiżjoni dwar l-iffirmar tal-Ftehim bejn l-UE u ċ-Ċilì dwar il-kummerċ ta' prodotti organiċi. Il-Ftehim ġie ffirmat fis-27 ta' April 2017 fi Brussell, u ġie riferut uffiċjalment lill-Parlament biex jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni fit-3 ta' Mejju 2017. Il-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (INTA) kellu skambju ta' fehmiet mas-servizzi rilevanti tal-Kummissjoni fil-laqgħa tiegħu tat-3 ta' Ġunju 2017, u l-preżentazzjoni ta' dan l-abbozz ta' rapport fil-Kumitat INTA saret fl-20 ta' Ġunju 2017.

Il-Ftehim imsemmi hawn fuq għandu l-għan ''li jrawwem il-kummerċ ta' prodotti organiċi, li jikkontribwixxi għall-iżvilupp u l-espansjoni tas-settur organiku fl-Unjoni u fir-Repubblika taċ-Ċili u li jikseb livell għoli ta' rispett għall-prinċipji tal-produzzjoni organika, ta' garanzija tas-sistemi ta' kontroll u ta' integrità tal-prodotti organiċi.''

Permezz ta' dan il-Ftehim, iċ-Ċilì se jirrikonoxxi l-ekwivalenza tal-prodotti organiċi kollha tal-UE inklużi fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 834/2007, jiġifieri l-prodotti tal-pjanti mhux ipproċessati, annimali ħajjin jew prodotti tal-annimali mhux ipproċessati (inkluż l-għasel), prodotti tal-akkwakultura u algi, prodotti agrikoli pproċessati għall-użu bħala ikel (inkluż l-inbid), prodotti agrikoli pproċessati għall-użu bħala għalf, materjal għall-propagazzjoni veġetattiva u żrieragħ għall-kultivazzjoni. Min-naħa l-oħra, l-Unjoni se tirrikonoxxi bħala ekwivalenti dawn il-prodotti li ġejjin miċ-Ċilì: prodotti tal-pjanti mhux ipproċessati, għasel, prodotti agrikoli pproċessati għall-użu bħala ikel (inkluż l-inbid), materjal għall-propogazzjoni veġetattiva u żrieragħ għall-kultivazzjoni.

Il-Ftehim jipprevedi l-istabbiliment ta' Kumitat Konġunt dwar il-Prodotti Organiċi magħmul minn rappreżentanti tal-Unjoni u minn rappreżentanti tal-Gvern taċ-Ċilì, li ser ikollu konsultazzjonijiet perjodiċi ta' mill-anqas darba fis-sena, bl-għan, fost oħrajn, li jiżgura l-applikazzjoni korretta tal-Ftehim, jeżamina kwalunkwe talba ta' Parti waħda biex taġġorna l-lista tal-prodotti jew testendiha biex tinkludi prodotti ġodda u li jiffaċilita l-iskambju ta' informazzjoni u l-kooperazzjoni.

Il-proposta tal-Kummissjoni tinkludi wkoll, bħala salvagwardja qawwija, il-possibbiltà li tissospendi b'mod unilaterali r-rikonoxximent tal-ekwivalenza, jekk Parti tikkunsidra li l-liġijiet, ir-regolamenti jew il-proċeduri amministrattivi u l-prattiki tal-Parti l-oħra m'għadhomx jissodisfaw ir-rekwiżiti għall-ekwivalenza.

Wara li kkunsidrat l-objettivi speċifikati fil-proposta tal-Kummissjoni u l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill, appoġġati mill-Kumitat INTA, u filwaqt li titqies l-opinjoni adottata mill-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (AGRI) u n-negozjati interistituzzjonali relatati mar-Regolament il-ġdid dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar, ir-Rapporteur qed tipproponi li tingħata l-approvazzjoni għall-konklużjoni tal-Ftehim.

Madankollu, ir-Rapporteur tal-Kumitat INTA titlob: (1) informazzjoni perjodika, f'waqtha u dettaljata lill-Parlament matul il-fażi ta' implimentazzjoni, ekwivalenti għal dik mogħtija lill-Kunsill, b'mod partikolari f'dak li għandu x'jaqsam mal-attivitajiet tal-Kumitat Konġunt, biex b'hekk ikun hemm lok għal dibattitu u azzjoni fil-livell politiku infurmati debitament; (2) evalwazzjoni inizjali tal-impatt tal-Ftehim sentejn wara d-dħul fis-seħħ tiegħu, l-għoti ta' informazzjoni adegwata lill-Parlament u lill-partijiet ikkonċernati pubbliċi u privati l-oħra kollha biex ikun hemm dibattitu bbażat fuq il-fatti u azzjoni xierqa, qabel l-iskadenza tal-perjodu inizjali ta' 3 snin ta' applikazzjoni u, sussegwentement, kull 3 snin (3) l-elaborazzjoni ta' gwidi b'informazzjoni prattika u aġġornata, indirizzati lill-produtturi, l-esportaturi, l-importaturi u l-konsumaturi, bl-għan li jiġu massimizzati l-benefiċċji ekonomiċi potenzjali introdotti mill-Ftehim u biex il-konsumaturi jkunu jistgħu jagħmlu għażla infurmata.

Fid-dawl ta' dawn il-kunsiderazzjonijiet, ir-Rapporteur tal-Kumitat INTA ttenni l-appoġġ tagħha għall-Ftehim, iżda tfakkar fil-ħtieġa li l-Parlament ikun infurmat bis-sħiħ u bir-reqqa tul iċ-ċiklu sħiħ tal-ħajja tal-ftehimiet internazzjonali, inkluż fil-fażijiet ta' negozjati u ta' implimentazzjoni.

Ftehimiet internazzjonali li jikkonċernaw il-Politika Kummerċjali Komuni tal-UE huma suġġetti għall-approvazzjoni tal-Parlament; għal din ir-raġuni, ir-Rapporteur jiddispjaċiha għan-nuqqas ta' informazzjoni f'waqtha mill-istituzzjonijiet l-oħra matul in-negozjati ta' dan il-Ftehim, u tistenna lill-Kunsill u lill-Kummissjoni jirrimedjaw is-sitwazzjoni u jinfurmaw b'mod adegwat lill-Parlament dwar l-implimentazzjoni tiegħu ladarba jidħol fis-seħħ, inkluż rigward kwalunkwe deċiżjoni li tista' tittieħed b'rabta mal-Artikoli 4 u 5 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill. L-aspettattivi dwar il-ħtieġa li jiġu infurmati s-soċjetà ċivili u l-Parlamenti huma espressi fir-rigward tal-partijiet kollha għall-Ftehimiet.


OPINJONI tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (20.6.2017)

għall-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali

dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika taċ-Ċilì dwar il-kummerċ ta' prodotti organiċi

(05530/2017 – C8-0144/2017 – 2016/0383(NLE))

Rapporteur għal opinjoni: Clara Eugenia Aguilera García

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Fis-16 ta' Ġunju 2014, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tinnegozja ftehimiet bejn l-UE u pajjiżi terzi dwar il-kummerċ ta' prodotti organiċi. Il-Ftehim konkluż maċ-Ċilì jirrikonoxxi b'mod reċiproku l-ekwivalenza tar-regoli rispettivi tal-produzzjoni ta' prodotti organiċi u s-sistemi ta' kontroll fir-rigward ta' ċerti prodotti.

Iċ-Ċilì se jirrikonoxxi bħala ekwivalenti l-prodotti organiċi kollha tal-UE inklużi fl-ambitu tar-Regolament (KE) Nru 834/2007, jiġifieri l-prodotti tal-pjanti mhux ipproċessati, annimali ħajjin jew prodotti tal-annimali mhux ipproċessati (inkluż l-għasel), prodotti tal-akkwakultura u algi, prodotti agrikoli pproċessati għall-użu bħala ikel (inkluż l-inbid), prodotti agrikoli pproċessati għall-użu bħala għalf, materjal għall-propagazzjoni veġetattiva u żrieragħ għall-kultivazzjoni.

Min-naħa l-oħra, l-Unjoni se tirrikonoxxi bħala ekwivalenti dawn il-prodotti li ġejjin miċ-Ċilì : prodotti tal-pjanti mhux ipproċessati, għasel, prodotti agrikoli pproċessati għall-użu bħala ikel (inkluż l-inbid), materjal għall-propogazzjoni veġetattiva u żrieragħ għall-kultivazzjoni.

Ir-rapporteur tappoġġa t-test innegozjat, li jinkludi ż-żewġ aġġustamenti li ġejjin:

- peress li r-Regolament (KE) Nru 834/2007 attwalment qed jiġi rivedut, jenħtieġ li l-ftehim ikun konformi mar-regoli l-ġodda tal-UE dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar, ladarba dawn jiġu ffinalizzati.

- sentejn wara d-dħul fis-seħħ tal-ftehim, il-Kummissjoni għandha tippreżenta studju tal-impatt dwar l-implimetazzjoni tiegħu, li jivverifika l-livell ta' kummerċ bejn l-UE u ċ-Ċilì, l-ammont ta' prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel miksuba minn produzzjoni organika u l-grad ta' konformità mal-prinċipji ta' nondiskriminazzjoni u reċiproċità.

******

Il-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali jistieden lill-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jirrakkomanda li l-Parlament jagħti l-kunsens tiegħu għall-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika taċ-Ċilì dwar il-kummerċ ta' prodotti organiċi.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Ftehim bejn l-UE u r-Repubblika taċ-Ċilì dwar il-kummerċ ta’ prodotti organiċi

Referenzi

05530/2017 – C8-0144/2017 – COM(2016)07712016/0383(NLE)

Kumitat responsabbli

 

INTA

 

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AGRI

15.5.2017

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Clara Eugenia Aguilera García

8.3.2017

Data tal-adozzjoni

20.6.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

29

3

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

John Stuart Agnew, Clara Eugenia Aguilera García, Eric Andrieu, Richard Ashworth, José Bové, Daniel Buda, Nicola Caputo, Viorica Dăncilă, Michel Dantin, Paolo De Castro, Jean-Paul Denanot, Albert Deß, Diane Dodds, Jørn Dohrmann, Herbert Dorfmann, Norbert Erdős, Luke Ming Flanagan, Martin Häusling, Jan Huitema, Peter Jahr, Zbigniew Kuźmiuk, Mairead McGuinness, Ulrike Müller, James Nicholson, Marijana Petir, Jens Rohde, Czesław Adam Siekierski, Tibor Szanyi, Marco Zullo

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Paul Brannen, Jens Gieseke, Karin Kadenbach, Norbert Lins, Gabriel Mato

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

29

+

PPE

Daniel Buda, Michel Dantin, Albert Deß, Herbert Dorfmann, Norbert Erdős, Jens Gieseke, Peter Jahr, Norbert Lins, Mairead McGuinness, Marijana Petir, Czesław Adam Siekierski

S&D

Clara Eugenia Aguilera García, Eric Andrieu, Paul Brannen, Nicola Caputo, Viorica Dăncilă, Paolo De Castro, Jean-Paul Denanot, Karin Kadenbach, Tibor Szanyi

ECR

Richard Ashworth, Jørn Dohrmann, Zbigniew Kuźmiuk, James Nicholson

ALDE

Jan Huitema, Ulrike Müller, Jens Rohde

EFDD

Marco Zullo

NI

Diane Dodds

3

-

GUE/NGL

Luke Ming Flanagan

Verts/ALE

José Bové, Martin Häusling

1

0

EFDD

John Stuart Agnew

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Ftehim bejn l-UE u r-Repubblika taċ-Ċilì dwar il-kummerċ ta’ prodotti organiċi

Referenzi

05530/2017 – C8-0144/2017 – COM(2016)07712016/0383(NLE)

Data tal-konsultazzjoni / talba għal approvazzjoni

2.5.2017

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

INTA

15.5.2017

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFET

15.5.2017

AGRI

15.5.2017

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

AFET

30.1.2017

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Inmaculada Rodríguez-Piñero Fernández

23.1.2017

 

 

 

Eżami fil-kumitat

3.5.2017

20.6.2017

 

 

Data tal-adozzjoni

11.7.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

29

7

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

William (The Earl of) Dartmouth, Maria Arena, Tiziana Beghin, David Campbell Bannerman, Daniel Caspary, Salvatore Cicu, Santiago Fisas Ayxelà, Eleonora Forenza, Karoline Graswander-Hainz, Heidi Hautala, Yannick Jadot, Jude Kirton-Darling, Bernd Lange, David Martin, Emma McClarkin, Anne-Marie Mineur, Sorin Moisă, Franz Obermayr, Artis Pabriks, Franck Proust, Godelieve Quisthoudt-Rowohl, Inmaculada Rodríguez-Piñero Fernández, Tokia Saïfi, Marietje Schaake, Helmut Scholz, Joachim Schuster, Joachim Starbatty, Adam Szejnfeld, Hannu Takkula, Iuliu Winkler

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Dita Charanzová, Edouard Ferrand, Agnes Jongerius, Sajjad Karim, Gabriel Mato, Georg Mayer, Fernando Ruas, Jarosław Wałęsa

Data tat-tressiq

14.7.2017


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

29

+

ALDE

Dita Charanzová, Marietje Schaake, Hannu Takkula

ECR

David Campbell Bannerman, Sajjad Karim, Emma McClarkin, Joachim Starbatty

EFDD

William (The Earl of) Dartmouth

PPE

Daniel Caspary, Salvatore Cicu, Santiago Fisas Ayxelà, Gabriel Mato, Artis Pabriks, Franck Proust, Godelieve Quisthoudt-Rowohl, Fernando Ruas, Tokia Saïfi, Adam Szejnfeld, Jarosław Wałęsa, Iuliu Winkler

S&D

Maria Arena, Karoline Graswander-Hainz, Agnes Jongerius, Jude Kirton-Darling, Bernd Lange, David Martin, Sorin Moisă, Inmaculada Rodríguez-Piñero Fernández, Joachim Schuster

7

-

ENF

Edouard Ferrand, Georg Mayer, Franz Obermayr

GUE/NGL

Eleonora Forenza, Anne-Marie Mineur, Helmut Scholz

VERTS/ALE

Heidi Hautala

2

0

EFDD

Tiziana Beghin

VERTS/ALE

Yannick Jadot

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Avviż legali