Proċedura : 2017/2063(IMM)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0259/2017

Testi mressqa :

A8-0259/2017

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 12/09/2017 - 7.1

Testi adottati :

P8_TA(2017)0317

RAPPORT     
PDF 581kWORD 51k
17.7.2017
PE 606.038v03-00 A8-0259/2017

dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Marie-Christine Boutonnet

(2017/2063(IMM))

Kumitat għall-Affarijiet Legali

Rapporteur: Heidi Hautala

PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
 INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Marie-Christine Boutonnet

(2017/2063(IMM))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra t-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Marie-Christine Boutonnet mibgħuta fl-14 ta' April 2017 mill-Ministeru Franċiż għall-Ġustizzja, fuq il-bażi ta' talba mill-Prosekutur Ġenerali fil-Qorti tal-Appell ta' Pariġi, u mħabbra fis-seduta plenarja tas-26 ta' April 2017 b'rabta ma' każ pendenti quddiem il-Maġistrati Inkwirenti tal-Qorti Reġjonali ta' Pariġi li jirrigwarda investigazzjoni ġudizzjarja fuq il-bażi ta' ksur ta' fiduċja b'rabta ma' fondi mogħtija bis-saħħa ta' kuntratt ta' assistent parlamentari ta' individwu speċifiku,

–  wara li sema' lil Jean-François Jalkh, li ssostitwixxa lil Marie-Christine Boutonnet skont l-Artikolu 9(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea kif ukoll l-Artikolu 6(2) tal-Att dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett, tal-20 ta' Settembru 1976,

–  wara li kkunsidra s-sentenzi mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fit-12 ta' Mejju 1964, fl-10 ta' Lulju 1986, fil-15 u fil-21 ta' Ottubru 2008, fid-19 ta' Marzu 2010, fis-6 ta' Settembru 2011 u fis-17 ta' Jannar 2013(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 26 tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika Franċiża,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 5(2) u 6(1) u l-Artikolu 9 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0259/2017),

Α.  billi l-Maġistrati Inkwirenti tal-Qorti Reġjonali ta' Pariġi talbu t-tneħħija tal-immunità parlamentari ta' Marie-Christine Boutonnet sabiex tinstema' b'rabta ma' reat kriminali suspettat;

Β.  billi, skont l-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, il-Membri tal-Parlament Ewropew igawdu, fit-territorju tal-Istat tagħhom stess, l-immunitajiet mogħtija lid-deputati tal-parlament nazzjonali tagħhom;

C.  billi l-Artikolu 26 tal-Kostituzzjoni Franċiża jgħid li fil-qasam kriminali jew penali, Membru tal-Parlament jista' jiġi arrestat jew suġġett għal kull miżura li ċċaħħad jew li tirrestrinġi l-libertà biss bl-awtorizzazzjoni tal-Kumitat tal-Assemblea li jagħmel parti minnu. Din l-awtorizzazzjoni ma hijiex meħtieġa fil-każ ta' flagranza tar-reat jew ta' kundanna definittiva;

D.  billi l-maġistrati inkwirenti jqisu li l-investigazzjonijiet imwettqa matul l-inkjesta preliminari u l-investigazzjoni ġudizzjarja jissuġġerixxu li s-suspetti inizjali mqajma mill-Parlament Ewropew fir-rigward ta' ċertu għadd ta' assistenti parlamentari tal-Membri tal-Parlament Ewropew affiljati mal-Front Nazzjonali jistgħu jiġu ġġustifikati;

E.  billi, b'mod partikolari, jidher li l-organigramma tal-Front Nazzjonali, ippubblikata fi Frar 2015, uriet li l-Front elenka 15-il Membru tal-Parlament Ewropew, 21 assistent parlamentari lokali u 5 assistenti parlamentari akkreditati; billi ċertu għadd ta' assistenti parlamentari ddikjaraw li l-post tal-impjieg tagħhom kien il-kwartieri ġenerali tal-Front Nazzjonali f'Nanterre, u f'xi każijiet indikaw li huma kienu impjegati hemm full-time; billi l-parti l-kbira tal-kuntratti ta' impjieg tal-assistenti parlamentari ddeskrivew kompiti identiċi u ġenerali mingħajr ma daħlu fl-ebda dettall;

F.  billi l-investigazzjonijiet żvelaw ukoll tliet sitwazzjonijiet li għamluha tidher improbabbli li l-assistenti kkonċernati kienu ġenwinament qed jaħdmu fuq dmirijiet marbuta mal-Parlament Ewropew:

• il-kuntratti ta' impjieg tal-assistenti parlamentari Ewropej kienu mqassma bejn żewġ kuntratti ta' impjieg għall-Front Nazzjonali;

• il-kuntratti ta' impjieg tal-assistenti parlamentari Ewropej għall-Parlament Ewropew u l-kuntratti ta' impjieg għall-Front Nazzjonali kienu fis-seħħ fl-istess ħin;

• il-kuntratti ta' impjieg għall-Front Nazzjonali kienu konklużi għal perjodi immedjatament wara perjodi koperti minn kuntratti ta' impjieg tal-assistenti parlamentari Ewropej;

G.  billi waqt perkwiżizzjoni mwettqa fil-kwartieri ġenerali tal-Front Nazzjonali fi Frar 2016, ġew issekwestrati għadd ta' dokumenti fl-uffiċċju tat-teżorier tal-Front Nazzjonali, li taw/ipprovdew prova tax-xewqa ta' dan il-partit li "inaqqas l-ispejjeż" bis-saħħa tal-ħlas mill-Parlament Ewropew tar-remunerazzjoni tal-impjegati tal-partit permezz tal-kariga tagħhom bħala assistenti parlamentari;

H.  billi l-maġistrati inkwirenti jikkunsidraw neċessarju li jisimgħu l-ispjegazzjonijiet ta' Marie-Christine Boutonnet b'rabta mal-fondi li rċeviet skont il-kuntratt ta' assistent parlamentari msemmi individwalment; billi fis-6 ta' Marzu 2017 tressaq att ta' akuża kontra dak l-assistent għal ħabi ta' ksur ta' fiduċja bejn Settembru 2014 u Frar 2015; billi meta ġie interrogat miż-żewġ maġistrati inkwirenti, l-assistent invoka d-dritt tiegħu li jibqa' sieket;

I.  billi Marie-Christine Boutonnet rrifjutat li tissottometti ruħha li tidher skont it-taħrikiet mill-investigaturi u l-maġistrati inkwirenti maħruġa bil-ħsieb li jiġi stabbilit jekk jenħtieġx li hi tiġi akkużata bi ksur ta' fiduċja bejn l-2009 u l-2016;

J.  billi Marie-Christine Boutonnet spjegat ir-rifjut tagħha li tidher kif imħarrka, billi invokat l-immunità parlamentari Ewropea tagħha u ddikjarat li hi kellha "mhux biss id-dritt iżda saħansitra l-obbligu li tippreżenta lill-Parlament Ewropew il-possibbiltà li [hija] tista' tidher quddiem awtorità ġudizzjarja sabiex tispjega l-organizzazzjoni tal-ħidma parlamentari [tagħha]";

K.  billi jidher li Marie-Christine Boutonnet minn dakinhar ġiet mismugħa mill-maġistrati inkwirenti f'Pariġi;

L.  billi huwa madankollu xieraq li titneħħa l-immunità tal-Membru kkonċernat, peress li l-Parlament biss huwa intitolat ineħħi l-immunità ta' Membru;

M.  billi huwa ċar li hemm kawża li trid tiġi riżolta u billi ma hemm l-ebda evidenza ta' fumus persecutionis, partikolarment minħabba l-fatt li hemm proċedimenti pendenti fuq il-bażi ta' akkużi simili kontra Membri li jappartjenu għal Gruppi Politiċi oħra u ta' ċittadinanzi oħra;

1.  Jiddeċiedi li jneħħi l-immunità ta' Marie-Christine Boutonnet;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi minnufih din id-deċiżjoni u r-rapport tal-kumitat responsabbli tiegħu lill-awtoritajiet Franċiżi.

(1)

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta' Mejju 1964, Wagner vs Fohrmann u Krier, 101/63, ECLI:EU:C:1964:28; sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta' Lulju 1986, Wybot vs Faure u oħrajn, 149/85, ECLI:EU:C:1986:310; sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta' Ottubru 2008, Mote vs il-Parlament, T-345/05, ECLI:EU:T:2008:440; sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta' Ottubru 2008, Marra vs De Gregorio u Clemente, C-200/07 u C-201/07, ECLI:EU:C:2008:579; sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta' Marzu 2010, Gollnisch vs il-Parlament, T-42/06, ECLI:EU:T:2010:102; sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta' Settembru 2011, Patriciello, C-163/10, ECLI: EU:C:2011:543; sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta' Jannar 2013, Gollnisch vs il-Parlament, T-346/11 u T-347/11, ECLI:EU:T:2013:23.


INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

12.7.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

8

0

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Joëlle Bergeron, Kostas Chrysogonos, Mady Delvaux, Mary Honeyball, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Gilles Lebreton, António Marinho e Pinto, Pavel Svoboda, Axel Voss

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Angel Dzhambazki, Heidi Hautala

Avviż legali