Proċedura : 2016/0207(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0261/2017

Testi mressqa :

A8-0261/2017

Dibattiti :

PV 29/11/2017 - 21
CRE 29/11/2017 - 21

Votazzjonijiet :

PV 14/09/2017 - 8.12
CRE 14/09/2017 - 8.12
PV 30/11/2017 - 8.18
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2017)0469

RAPPORT     ***I
PDF 1059kWORD 108k
17.7.2017
PE 601.194v02-00 A8-0261/2017

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 230/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi strument li jikkontribwixxi għall-istabbilità u l-paċi

(COM(2016)0447 C8 0264/2016 2016/0207(COD))

Kumitat għall-Affarijiet Barranin

Rapporteur: Arnaud Danjean

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 OPINJONI TAL-MINORANZA
 OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET LEGALI DWAR IL-BAŻI ĠURIDIKA
 OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-IŻVILUPP
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 230/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi strument li jikkontribwixxi għall-istabbilità u l-paċi

(COM(2016)0447-C-8-0264/2016 – C8-0246/2016 – 2016/0207(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2016)0447),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 209(1) u 212(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0264/2016),

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi legali proposta,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 59 u 39 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A8-0261/2017),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal Regolament

Premessa 6a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a)  L-użu ta' dan l-istrument jenħtieġ li jkun suġġett għal monitoraġġ strett u aġġornamenti regolari mogħtija lill-Parlament Ewropew fir-rigward tal-attivitajiet iffinanzjati fl-ambitu ta' dawn id-dispożizzjonijiet. Jenħtieġ li jkun innutat li l-perjodu kemm idum dan l-istrument huwa rigorożament limitat għat-tmiem tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali attwali, li mbagħad il-Kummissjoni jenħtieġ li tagħmel evalwazzjoni interdixxiplinari vera u proprja tal-azzjonijiet iffinanzjati skont id-dispożizzjonijiet dwar it-tisħiħ tal-kapaċitajiet għas-sigurtà u l-iżvilupp ("CBSD") stabbiliti fl-ambitu ta' dan ir-Regolament u tal-istrumenti rilevanti użati mill-Istati Membri għall-finanzjament tas-CBSD. Din l-evalwazzjoni jenħtieġ li tivvaluta l-koerenza tal-azzjonijiet CBSD iffinanzjati mill-Unjoni u mill-Istati Membri tagħha mal-Istrateġija Globali tal-UE u mal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti. Kwalunkwe strument futur maħluq biex jittratta n-ness bejn is-sigurtà u l-iżvilupp jenħtieġ li jissejjes fuq il-konklużjonijiet ta' din l-evalwazzjoni, jittieħed biss wara konsultazzjoni pubblika li tinkludi lil bosta partijiet ikkonċernati u tittratta diversi temi kif ukoll jenħtieġ li jiffaċilita l-kooperazzjoni ċivili bejn l-Unjoni, l-istrutturi pubbliċi jew intergovernattivi lokali u reġjonali kif ukoll l-NGOs bil-għan li jingħata appoġġ lill-pajjiżi terzi.

Emenda    2

Proposta għal Regolament

Artikolu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 1a

 

L-assistenza li taqa' fl-ambitu tal-Artikolu 3a għandha tkun iffinanzjata permezz tar-riassenjazzjoni fl-Intestatura IV tal-baġit ġenerali tal-Unjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali 2014-2020 mingħajr ma jkunu mobilizzati riżorsi addizzjonali. Tali riassenjazzjoni għandha teskludi l-użu tal-approprjazzjonijiet allokati għall-miżuri fl-ambitu tar-Regolament (UE) Nru 233/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a.

 

__________________

 

1a Regolament (UE) Nru 233/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi strument ta' finanzjament tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp għall-perjodu 2014-2020.


NOTA SPJEGATTIVA

Fil-5 ta' Lulju 2016, il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat proposta leġiżlattiva bl-għan li tappoġġja t-tisħiħ tal-kapaċitajiet ta' sigurtà u ta' difiża tal-pajjiżi sħab. L-għan huwa li tippermetti lill-Unjoni tiffinanzja mill-baġit tagħha stess azzjonijiet ta' taħriġ kif ukoll il-forniment ta' tagħmir mhux letali għall-forzi tas-sigurtà tal-pajjiżi terzi. Dan l-appoġġ tal-Unjoni lis-sħab tagħha jappoġġja b'mod sostenibbli l-effettività tal-azzjonijiet ta' taħriġ li twettaq l-Unjoni, u l-iżvilupp tal-Istat tad-dritt.

L-inizjattiva tal-Kummissjoni hija maħsuba sabiex issaħħaħ ir-rabta bejn is-sigurtà u l-iżvilupp, stabbilita fl-2003 fl-Istrateġija Ewropea ta' Sigurtà(1) ("is-sigurtà hija prekondizzjoni għall-iżvilupp") u wara mfakkra b'mod espliċitu f'kull dokument strateġiku, globali jew tematiku(2).

Huwa mifhum li r-rabta bejn is-sigurtà u l-iżvilupp hija prinċipju essenzjali li jirfed l-approċċ integrat tal-Unjoni lejn il-kriżijiet u l-kunflitti esterni. Għalkemm il-politika tal-iżvilupp għandha l-għan li tnaqqas u teqred il-faqar darba għal dejjem ("mingħajr żvilupp u mingħajr qerda tal-faqar ma jkunx hemm paċi dejjiema"), jidher ċar li t-tisħiħ tal-kapaċitajiet fis-settur tas-sigurtà huwa kontribut essenzjali għall-għanijiet ta' żvilupp sostenibbli.

Il-Parlament dejjem qabel ma' din il-pożizzjoni. Fir-rapport tiegħu dwar l-approċċ komprensiv tal-Unjoni(3), huwa jilqa' għalhekk "ir-rabta bejn is-sigurtà u l-iżvilupp li għandha tkun prinċipju sottostanti fundamentali fl-applikazzjoni tal-approċċ komprensiv tal-Unjoni"

Jenħtieġ li jiġi osservat ukoll li d-direzzjoni futura tar-rabta bejn is-sigurtà u l-iżvilupp se tkun imseddqa mingħajr ekwivoċi fil-"Kunsens Ewropew għall-Iżvilupp", li bħalissa qed jiġi rivedut.

Din il-proposta tippermetti li tissaħħaħ il-koerenza tal-azzjoni tal-Unjoni Ewropea.

Hija tippermetti li jiġu implimentati l-għanijiet tal-Istrateġija Globali għall-Politika Estera u ta' Sigurtà, ippreżentata f'Ġunju 2016 mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà. Fil-prijorità numru 4 tagħha "Mill-viżjoni għall-azzjoni", hija enfasizzata l-ħtieġa li jissaħħu l-kapaċitajiet tas-sħab tagħha sabiex jiffaċċjaw il-kriżijiet esterni.

Din il-ħtieġa hija mfakkra wkoll fir-Riżoluzzjoni tal-Parlament dwar l-operazzjonijiet ta' appoġġ għall-paċi(4): "Il-Parlament jilqa' l-Komunikazzjoni Konġunta dwar it-tisħiħ tal-kapaċitajiet u jingħaqad mal-Kunsill sabiex jappella għall-applikazzjoni urġenti tagħha".

Dan it-test finalment huwa estensjoni tal-Komunikazzjoni Konġunta ta' April 2015(5), li identifikat in-nuqqasijiet tal-Unjoni Ewropea fit-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-pajjiżi sħab tagħha kif ukoll fir-riforma tas-settur tas-sigurtà (RSS). Bħalissa l-UE qiegħda twettaq valutazzjoni tal-ħtiġijiet fil-pajjiżi l-fraġli, b'mod partikolari fl-Afrika, u l-istrument li jikkontribwixxi għall-istabbiltà u l-paċi (IcSP) diġà qed jiffinanzja azzjonijiet taħt l-RSS.

Permezz ta' din il-proposta, l-Unjoni qiegħda tirrispetta l-impenji internazzjonali tagħha għall-iżvilupp. Hija tqis id-direttivi riveduti dwar l-istabbiliment tar-rapporti relatati mal-għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp (ODA) tad-DAC tal-OECD fil-qasam tal-paċi u tas-sigurtà li jwessgħu l-ambitu ta' applikazzjoni tar-regoli dwar l-ODA għas-settur tas-sigurtà, kif ukoll l-adozzjoni tal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli tan-NU u tal-għan ta' żvilupp sostenibbli tagħha (SDG) Nru 16 dwar il-paċi u l-ġustizzja, li jenfasizza l-ħtieġa ta' appoġġ lill-istituzzjonijiet nazzjonali inkarigati mis-sigurtà fil-pajjiżi fraġli u f'kunflitt.

Din il-proposta twieġeb għal ħtieġa urġenti u għall-aspettattivi tal-atturi fuq il-post. Ilhom jingħataw impulsi politiċi għal dawn l-aħħar tliet snin u aktar, iżda dawn mhumiex qed ikunu verament riflessi fl-implimentazzjoni ta' miżuri konkreti. Diġà f'Diċembru 2013, il-Kunsill Ewropew talab għal Programm "Train and equip" li sar l-inizjattiva CBSD ("Capacity Building and Security Development"). F'Diċembru 2016, il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew insistew fuq il-ħtieġa li l-proposta leġiżlattiva tal-Kummissjoni Ewropea tiġi adottata qabel tmiem l-ewwel nofs tal-2017.

Dan it-test leġiżlattiv jieħu l-forma ta' emenda għar-Regolament (UE) Nru 230/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi strument li jikkontribwixxi għall-istabbiltà u l-paċi. Għaldaqstant, ir-reviżjoni tiegħu se tikkonsisti biss fiż-żieda ta' arranġament li jippermettilu jindirizza l-lakuni attwali fl-għoti ta' appoġġ lill-atturi kollha tas-sigurtà (fosthom il-forzi armati), li jippermetti l-għoti ta’ taħriġ u tagħmir biex b'urġenza jiġu indirizzati l-ħtiġijiet fuq terminu ta' żmien qasir u medju, fil-kuntest tal-kisba tal-għanijiet tal-iżvilupp sostenibbli.

L-implimentazzjoni rapida tal-inizjattiva CBSD fil-pajjiżi sħab tikkomplementa u ttejjeb l-arranġament eżistenti.

L-Unjoni Ewropea diġà għandha diversi strumenti li jippermettu l-appoġġ lill-forzi ċivili tas-sigurtà (il-pulizija) u lill-ġustizzja bil-finanzjament ta' ċertu tagħmir (vetturi, radjijiet, ...).

Madankollu hija mhijiex f'qagħda li tappoġġja lill-forzi militari, meta f'ċerti każijiet, huma biss il-forzi armati li jkunu jistgħu jistabbilizzaw it-territorju, billi jipparteċipaw fir-restawr tas-sigurtà tal-popolazzjonijiet, fir-ritorn tal-amministrazzjoni pubblika u fis-servizzi bażiċi.

Għaldaqstant, l-Unjoni jonqosha strument finanzjarju li jista' jkun attivat malajr u b'mod effikaċi biex hija tappoġġja direttament lis-sħab tagħha minn pajjiżi terzi fil-qasam tas-sigurtà meta dan ikun meħtieġ. Mingħajr kapaċità li takkumpanja lill-isforzi tal-programmi ta' tagħmir utli u koordinat, huwa estremament diffiċli li jinkisbu riżultati pożittivi kontinwi f'termini ta' taħriġ u ta' pariri lill-militar tal-pajjiżi terzi fuq terminu medju u fit-tul.

Din l-assistenza, meħtieġa u urġenti, proposta mill-Kummissjoni, tgħin biex jiġu indirizzati l-lakuni f'arranġament li jeżisti diġà, bejn il-programmi li jippruvaw isaħħu lill-forzi "ċivili" tas-sigurtà u l-programmi l-oħrajn ta' żvilupp, bejn it-taħriġ li jista' jingħata mill-elementi Ewropej u n-nuqqas ta' tagħmir tal-forzi lokali. L-Unjoni Ewropea għandha tkun tista' tarma lill-forzi tas-sigurtà tal-pajjiżi sħab li hija tħarreġ bħala parti mill-missjonijiet tagħha.

Pereżempju, għajnuna Ewropea tista' tippermetti l-finanzjament ta' infrastrutturi mediċi ta' gwarniġjon fil-Mali fejn l-Unjoni Ewropea hija diġà preżenti permezz tal-missjoni militari tagħha EUTM Mali. Din tikkonsisti fir-riabilitazzjoni tal-infrastrutturi mediċi eżistenti bħall-infermeriji sabiex iġġibhom għal standard ta' kura aċċettabbli. Dawn l-infermeriji għandhom ikunu jistgħu jipprovdu l-kura medika bażika, inklużi l-attivitajiet ta' protezzjoni tal-ommijiet u tat-trabi kif ukoll il-kura medika primarja.

Il-parteċipazzjoni fil-bini ta' sptarijiet għall-kura tal-feruti ġġib valur miżjud reali għall-Unjoni, u tikkontribwixxi għas-suċċess tal-missjoni Ewropea.

Illum, dan in-nuqqas ta' finanzjament jaffettwa l-kredibbiltà tal-azzjoni esterna tal-Unjoni, filwaqt li atturi oħrajn, bħaċ-Ċina, ir-Russja, jew it-Turkija, peress li ma jikkundizzjonawx l-għajnuna tagħhom għall-prinċipji ta' governanza tajba li tippromwovi l-Unjoni, qegħdin dejjem aktar isaħħu l-azzjonijiet tagħhom mal-pajjiżi Afrikani, b'mod partikolari fil-qasam militari.

Il-Kummissjoni kienet qed tikkunsidra diversi possibbiltajiet biex tiffinanzja dawn l-inizjattivi. Fl-analiżi tal-impatt tagħha(6), il-Kummissjoni tikkonkludi li għall-ewwel, l-aktar għażla xierqa u effikaċi f'dak li jirrigwarda t-tisħiħ tal-kapaċitajiet għas-sigurtà u l-iżvilupp, tkun reviżjoni tal-IcSP. Dan l-istrument ferm flessibbli, jippermetti li tiġi ffinanzjata firxa wiesgħa ta' azzjonijiet, mingħajr restrizzjonijiet ġeografiċi.

Il-finanzjament inizjali u modest ta' EUR 100 miljun jippermetti li jitlestew azzjonijiet diġà għaddejjin, li jkollhom konsegwenzi ta' benefiċċju kbir fuq is-sigurtà, l-iżvilupp u l-ekonomija. F'dan l-istadju ma huwa previst ebda impatt fuq il-baġits nazzjonali tal-Istati Membri, anki jekk dan il-baġit ikun jeħtieġ investiment akbar minħabba rekwiżiti ta' sigurtà globali, kif ukoll attivitajiet relatati mal-RSS.

Il-monitoraġġ ta' din l-inizjattiva se jiġi indirizzat fid-diskussjonijiet dwar il-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) għal wara l-2020 u fl-eżami ta' nofs it-terminu tal-istrumenti ta' finanzjament estern tal-Unjoni li qed jitħejja għal Diċembru 2017.

Il-qafas ġuridiku tal-proposta huwa ċar, definit għalkollox u mhu se jħalli lok għal ebda żvijar.

Ġew definiti bir-reqqa salvagwardji li jiżguraw l-użu xieraq tar-Regolament:

•  Appoġġ lill-militar tal-pajjiżi terzi jkun applikabbli biss f’ċerti pajjiżi f’sitwazzjonijiet definiti b’mod ċar fejn it-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-militar iservi għal għan ta' żvilupp.

•  Il-kundizzjonijiet li fihom tista' tingħata din l-għajnuna huma preċiżi: trid tkun iġġustifikata mis-sitwazzjoni tal-pajjiż ikkonċernat u ftehim bejn l-Istat terz u l-Unjoni.

•  L-assistenza nfisha hija soġġetta għal restrizzjonijiet definiti sew: ma tistax tieħu l-forma ta' nfiq militari rikorrenti (pagi, pensjonijiet), ma għandhiex tintuża għax-xiri ta' materjal letali bħax-xiri ta' armi jew ta' munizzjon, u ma tistax tirrigwarda t-taħriġ speċifikament iddedikat għall-ġlied.

Fl-aħħar nett, huwa essenzjali li tingħata attenzjoni partikolari għall-allokazzjoni tajba tal-fondi.

Min-naħa l-oħra, ir-Regolament kif emendat mill-Parlament Ewropew, għandu jikkonforma għalkollox mar-rekwiżiti ġuridiċi tat-Trattati. Il-finanzjament tat-tisħiħ tal-kapaċitajiet fis-settur tas-sigurtà abbażi tal-Artikoli 209 u 212 TFUE (jiġifieri l-kooperazzjoni għall-iżvilupp minn naħa, u l-kooperazzjoni ekonomika, finanzjarja u teknika min-naħa l-oħra) huwa possibbli, meta jkun meħtieġ, minħabba l-għanijiet ta' kooperazzjoni għall-iżvilupp tal-Unjoni.

Din il-bażi ġuridika tippermetti l-inklużjoni fil-kamp ta' applikazzjoni, il-pajjiżi kollha fil-fażi tal-iżvilupp kif ukoll pajjiżi oħrajn fraġli jekk il-kundizzjonijiet definiti jkunu ssodisfati. L-istrument jippermetti l-għajnuna lil pajjiżi bħall-Mali, ir-Repubblika Ċentru-Afrikana jew is-Somalja, kif ukoll pajjiżi oħrajn fraġli fejn il-ħtiġijiet huma reali (in-Niġer, ikkonfrontat bil-fluss ta' terroriżmu mill-Mali, iċ-Chad u l-Kamerun).

Rigward il-programmazzjoni u l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet li għadhom kemm ġew mibdula, jenħtieġ li jkun enfasizzat li d-dispożizzjonijiet eżistenti tar-Regolament tal-IcSP tal-2014 se jkunu rrispettati. Dawn huma miżura ta' assistenza eċċezzjonali u programmi interim ta' reazzjoni (Artikolu 7), dokumenti tematiċi ta' strateġija u programmi indikattivi pluriennali (Artikolu 8). Jikkonsistu wkoll fl-estensjoni tal-obbligu ta' implimentazzjoni ta' għajnuna skont id-dritt internazzjonali, għall-miżuri ta' assistenza relatati mat-tisħiħ tal-kapaċitajiet ta' sigurtà u ta' żvilupp (Artikolu 10).

Rigward ir-rwol tal-Parlament, id-dispożizzjonijiet applikabbli għall-IcSP se japplikaw ukoll għad-dispożizzjonijiet kollha emendati b'dan ir-Regolament. Fil-każ ta' miżuri li ma jistgħux jiġu pprogrammati, il-Parlament għandu jiġi informat b'noti ta' informazzjoni regolari mingħand il-Kummissjoni lill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà. Fil-każ ta' miżuri li jistgħu jiġu pprogrammati, il-Parlament għandu jeżamina l-abbozzi ta' atti ta' implimentazzjoni (dokument ta' strateġija, programmi indikattivi pluriennali, programmi ta' azzjoni annwali) kif ukoll djalogi strateġiċi mas-servizzi tal-Kummissjoni u mas-SEAE qabel kull eżerċizzju pluriennali ta' programmazzjoni.

Ir-rapporteur iqis li l-proposta tal-Kummissjoni hija biss l-ewwel stadju ta' politika Ewropea aktar ambizzjuża għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-Unjoni fil-pajjiżi sħab. Madwar sena wara l-pubblikazzjoni tal-proposta tal-Kummissjoni Ewropea, il-Parlament Ewropew għandu jassumi r-responsabbiltajiet tiegħu u jadotta dan it-test malajr kemm jista' jkun, għaliex huwa għodda essenzjali biex jingħata appoġġ sostenibbli lill-istabbilità fil-pajjiżi terzi, lill-iżvilupp tal-Istat tad-dritt u lill-effikaċja tal-azzjoni esterna tal-Unjoni Ewropea.

(1)

Strateġija Ewropea ta' Sigurtà (dokument 15895/03 tal-Kunsill, 8.12.2003).

(2)

Eżempju: L-Istrateġija tal-UE għas-Sigurtà u l-Iżvilupp fis-Saħel tal-2011

(3)

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' April 2014 dwar l-approċċ komprensiv tal-UE u l-implikazzjonijiet tiegħu għall-koerenza tal-azzjoni esterna tal-UE, (2013/2146(INI)). Testi adottati, P7_TA(2014)0286.

(4)

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Ġunju 2016 dwar l-Operazzjonijiet ta’ Appoġġ għall-Paċi - l-involviment tal-UE man-NU u l-Unjoni Afrikana (2015/2275(INI)) Testi adottati, P8_TA(2016)0249.

(5)

Komunikazzjoni Konġunta tal-Kummissjoni Ewropea u tar-Rappreżentant Għoli lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, "It-Tisħiħ tal-Kapaċitajiet sabiex jitwieżnu s-Sigurtà u l-Iżvilupp - L-għoti tas-setgħa lis-sħab sabiex jipprevjenu u jiġġestixxu l-kriżijiet", 28.4.2015, JOIN(2015) 17 final.

(6)

Analiżi tal-impatt, It-tisħiħ tal-kapaċitajiet b'appoġġ għas-sigurtà u l-iżvilupp, li takkumpanja lid-dokument: (UE) Nru 230/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi strument li jikkontribwixxi għall-istabbiltà u l-paċi (SWD(2016) 222 final).


OPINJONI TAL-MINORANZA

skont l-Artikolu 52a(4) tar-Regoli ta' Proċedura, mill-Grupp GUE/NGL: Sabine Lösing, Miguel Urban Crespo, Javier Couso Permuy, Takis Hadjigeorgiou

Ir-rapport isostni l-inizjattiva tal-Kummissjoni li tespandi l-istrument li jikkontribwixxi għall-istabbiltà u l-paċi biex jinkludi t-tisħiħ tal-kapaċitajiet fil-qasam militari. L-għan ta' dan ir-rapport huwa li jaħrab mir-regoli fis-seħħ dwar il-finanzjament fl-ambitu tal-Baġit tal-UE li jeskludu l-attivitajiet immirati lejn il-finanzjament tas-settur tad-difiża u tal-atturi militari fil-pajjiżi terzi.

Noġġezzjonaw għar-rapport għax:

•   isostni l-użu tal-għajnuna għall-iżvilupp għal skopijiet militari;

•   jitlob il-finanzjament tat-tisħiħ tal-kapaċitajiet għall-forzi armati;

•   jitlob il-ħlas tat-tagħmir u tat-taħriġ għall-forzi armati fil-pajjiżi terzi;

•   jagħti spinta lill-industrija tad-difiża u lill-kumpaniji tagħha, li jinfetħu bis-saħħa tal-programmi ffinanzjati mill-UE rigward it-tisħiħ tal-kapaċitajiet;

•   irawwem in-ness bejn is-sigurtà u l-iżvilupp;

•   jikser l-Artikolu 41(2) TUE li jipprojbixxi l-użu tal-baġit tal-UE għall-ispiża li toriġina minn operazzjonijiet li jkollhom implikazzjonijiet militari jew tad-difiża.

Aħna nesiġu:

•   użu purament ċivili tal-istrument li jikkontribwixxi għall-istabbiltà;

•   ebda użu tal-għajnuna għall-iżvilupp għal skopijiet militari;

•   is-sostenn favur il-qerda tal-faqar, il-prevenzjoni tal-kunflitti, in-nonproliferazzjoni u d-diżarm;

•   ebda finanzjament militari li joriġina mill-baġit tal-UE u interpretazzjoni stretta tal-Artikolu 41(2) tat-TUE.


OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-AFFARIJIET LEGALI DWAR IL-BAŻI ĠURIDIKA

Onor. Elmar Brok

President

Kumitat għall-Affarijiet Barranin

BRUSSELL

Suġġett:  l-Opinjoni dwar il-bażi ġuridika tal-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 230/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi strument li jikkontribwixxi għall-istabbiltà u l-paċi (COM(2016)447 - 2016/0207(COD))

Onor. President,

Matul il-laqgħa tal-koorinaturi tal-11 ta' Lulju 2016, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali ddeċieda li jeżamina, fuq inizjattiva tiegħu stess skont l-Artikolu 39(3) tar-Regoli ta' Proċedura, il-bażi ġuridika tal-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 230/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi strument li jikkontribwixxi għall-istabbiltà u l-paċi (COM(2016)447). Barra minn dan, b'ittra ddatata l-15 ta' Novembru 2016, il-President tal-Kumitat għall-Iżvilupp talab lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali, skont l-Artikolu 39 tar-Regoli ta' Proċedura, biex jivverifika l-bażi ġuridika tal-proposta leġiżlattiva msemmija. Il-proposta hija bbażata fuq l-Artikoli 209(1) u 212(2) tat-TFUE dwar l-adozzjoni ta' miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-politika ta' kooperazzjoni għall-iżvilupp u ta' azzjonijiet ta' kooperazzjoni ekonomika, finanzjarja u teknika ma' pajjiżi terzi li mhumiex pajjiżi li qed jiżviluppaw rispettivament.

Il-Kumitat eżamina din il-kwistjoni matul il-laqgħa tiegħu tat-13 ta' Lulju 2017.

I - Kuntest

Ir-Regolament li jistabbilixxi strument li jikkontribwixxi għall-istabbiltà u l-paċi (minn hawn 'il quddiem ir-"Regolament Nru 230/2014")(1) waqqaf miżuri ta' assistenza teknika u finanzjarja bil-għan li jipprevjeni u jirreaġixxi għall-kriżijiet u jikkontribwixxi għall-bini tal-istabbiltà u l-paċi. L-emendi proposti għar-Regolament Nru 230/2014 għandhom l-għan li jżidu tip ġdid ta' assistenza tal-Unjoni speċifikament maħsuba biex issaħħaħ il-kapaċità tal-atturi militari fil-pajjiżi terzi fil-każ ta' ċirkostanzi eċċezzjonali. Il-proposta tal-Kummissjoni ġejja mill-fatt li s-sigurtà u l-iżvilupp jidhru li huma strettament marbutin, u li tipprevedi appoġġ għas-sistemi ta' sigurtà tal-pajjiżi sħab, bħala parti minn proċess ta' riforma usa' biex tiġi pprovduta sigurtà effikaċi u responsabbli lill-Istat u lill-individwi, b'hekk jikkontribwixxi għall-għanijiet tal-UE ta' żvilupp sostenibbli u inklussiv u l-istat tad-dritt.

In-ness bejn is-sigurtà u l-iżvilupp, fil-prattika, jista' jkun identifikat fir-Regolament 1717/2006 li jistabbilixxi Strument għall-Istabbiltà(2) u li huwa l-predeċessur tal-istrument li jikkontribwixxi għall-istabbiltà u l-paċi. L-Istrument għall-Istabbiltà kien immirat li jieħu miżuri ta' kooperazzjoni għall-iżvilupp kif ukoll azzjonijiet ta' kooperazzjoni finanzjarja, ekonomika u teknika mal-pajjiżi terzi(3) u oriġinarjament kien jinkludi l-monitoraġġ militari u l-operazzjonijiet ta' żamma tal-paċi fi ħdan l-ambitu tiegħu.(4) Id-dispożizzjoni rilevanti – li sussegwentement ġiet abbandunata matul il-perjodu tan-negozjati tar-Regolament bejn il-Kummissjoni, il-Kunsill u l-Parlament – kienet inkluża fl-Artikolu 2(a) u kienet tgħid hekk:

"Operazzjonijiet militari għas-sorveljanza u ż-żamma tal-paċi jew l-appoġġ għall-paċi (li jinkludu dawk b'komponent ċivili) li jsiru minn għaqdiet reġjonali u sub-reġjonali u koalizzjonijiet oħra ta' stati li joperaw bil-kunsens tal-Ġnus Magħquda; miżuri biex tinbena l-kapaċità ta' dawn l-għaqdiet u l-membri parteċipanti tagħhom biex jippjanaw, jesegwixxu u jiżguraw kontroll politiku effettiv fuq dawn l-operazzjonijiet."

II - Artikoli rilevanti tat-Trattati

L-Artikolu 209(1) tat-TFUE flimkien mal-Artikolu 212(1) tat-TFUE, fil-Ħames Parti intitolata "L-Azzjoni Esterna tal-Unjoni", huma ppreżentati bħala l-bażi ġuridika fil-proposta tal-Kummissjoni u jgħidu hekk (enfasi miżjuda):

Artikolu 209 TFUE

(ex Artikolu 179 TKE)

1. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja, għandhom jadottaw il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-politika ta' koperazzjoni għall-iżvilupp, li jistgħu jinvolvu programmi ta' koperazzjoni pluriennali ma' pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw jew programmi b'approċċ tematiku.[...]

Artikolu 212 TFUE

(ex Artikolu 181 A TKE)

2. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja, għandhom jadottaw il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-paragrafu 1. [...]

Il-paragrafu 1 tal-Artikolu 212 TFUE jgħid hekk (enfasi miżjuda):

Artikolu 212 TFUE

(ex Artikolu 181 A TKE)

1. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet l-oħra tat-Trattati, u b'mod partikolari dawk tal-Artikoli 208 sa 211, l-Unjoni għandha twettaq azzjonijiet ta' koperazzjoni ekonomika, finanzjarja u teknika, inkluża għajnuna, b'mod partikolari għajnuna finanzjarja, ma' pajjiżi terzi li mhumiex pajjiżi li qed jiżviluppaw. Dawn il-miżuri għandhom ikunu koerenti mal-politika għall-iżvilupp tal-Unjoni u għandhom jitwettqu fil-qafas tal-prinċipji u l-objettivi tal-azzjoni esterna tagħha. L-azzjonijiet ta' l-Unjoni u dawk ta' l-Istati Membri għandhom jikkomplementaw u jsaħħu lil xulxin.

L-Artikolu 208 TFUE li jistabbilixxi l-premessi li fuqhom il-miżuri tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp jistgħu jiġu adottati jgħid hekk (enfasi miżjuda):

Artikolu 208 TFUE

(ex Artikolu 177 TKE)

1. Il-politika ta' l-Unjoni fil-qasam tal-koperazzjoni għall-iżvilupp għandha titwettaq fil-qafas tal-prinċipji u l-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni. Il-politika ta' koperazzjoni għall-iżvilupp tal-Unjoni u dik tal-Istati Membri għandhom jikkomplementaw u jsaħħu lil xulxin.

L-objettiv prinċipali tal-politika ta' koperazzjoni għall-iżvilupp tal-Unjoni għandu jkun it-tnaqqis u, eventwalment, il-qerda tal-faqar. L-Unjoni għandha tieħu inkunsiderazzjoni l-objettivi ta' koperazzjoni għall-iżvilupp fl-implimentazzjoni tal-politika li x'aktarx tolqot lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw. [...]

Minħabba r-riferiment għall-prinċipji u għall-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni Ewropea, jenħtieġ li l-Artikolu 21 TUE jinqara wkoll (enfasi miżjuda):

Artikolu 21 TFUE

1. L-azzjoni tal-Unjoni fix-xena internazzjonali għandha tkun gwidata mill-prinċipji li ispiraw il-ħolqien, l-iżvilupp u t-tkabbir tagħha u li hija tfittex li tippromwovi fil-bqija tad-dinja: id-demokrazija, l-Istat tad-dritt, l-universalità u l-indiviżibbiltà tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, ir-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-prinċipji tal-ugwaljanza u s-solidarjetà, u r-rispett għall-prinċipji tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti u tad-dritt internazzjonali. […]

2. L-Unjoni għandha tiddefinixxi u twettaq politika u azzjonijiet komuni, u għandha taħdem sabiex tassigura grad għoli ta' kooperazzjoni fl-oqsma kollha tar-relazzjonijiet internazzjonali, sabiex:

a) tissalvagwardja l-valuri, l-interessi fundamentali, is-sigurtà, l-indipendenza u l-integrità tagħha;

b) tikkonsolida u tappoġġa d-demokrazija, l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem u l-prinċipji tad-dritt internazzjonali;

c) tippreserva l-paċi, tipprevjeni l-kunflitti u ssaħħaħ is-sigurtà internazzjonali skont l-għanijiet u l-prinċipji tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti, kif ukoll skont il-prinċipji

tal-Att Finali ta' Helsinki u skont l-objettivi tal-Karta ta' Pariġi, inklużi dawk dwar il-fruntieri esterni;

d) tagħti appoġġ għall-iżvilupp sostenibbli fuq il-pjan ekonomiku, soċjali u ambjentali tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw, bl-għan primarju li jinqered il-faqar;

e) tinkoraġġixxi l-integrazzjoni tal-pajjiżi kollha fl-ekonomija dinjija, permezz tat-tneħħija progressiva tar-restrizzjonijiet fuq il-kummerċ internazzjonali;

f) tgħin sabiex jiġu żviluppati miżuri internazzjonali sabiex tiġi preservata u mtejba l-kwalità tal-ambjent u l-immaniġġar sostenibbli tar-riżorsi naturali globali, sabiex jiġi assigurat l-iżvilupp sostenibbli;

g) tgħin lill-popolazzjonijiet, il-pajjiżi u r-reġjuni li jiffaċċjaw diżastri naturali jew ikkaġunati mill-bniedem; u

h) tippromwovi sistema internazzjonali bbażata fuq koperazzjoni multilaterali msaħħa u t-tmexxija globali tajba.

3. L-Unjoni għandha tirrispetta l-prinċipji u tfittex li twettaq l-objettivi stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 fl-iżvilupp u fl-implimentazzjoni tal-azzjoni esterna tagħha fl-oqsma differenti koperti minn dan it-Titolu u mill-ħames parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll fil-politika l-oħra tagħha fl-aspetti esterni tagħha.

L-Unjoni għandha tara li jkun hemm koerenza bejn l-oqsma differenti tal-azzjoni esterna tagħha u bejn dawn u l-politika l-oħra tagħha. Il-Kunsill u l-Kummissjoni, assistiti mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta'Sigurtà, għandhom jassiguraw dik il-koerenza u għandhom jikkoperaw għal dan il-għan.

L-Artikolu 24(1) TUE jitqies ukoll rilevanti għall-analiżi u d-determinazzjoni tal-bażi ġuridika xierqa u jgħid hekk (enfasi miżjuda):

Artikolu 24 TUE

(ex Artikolu 11 TUE)

1. Il-kompetenza tal-Unjoni f'materji ta' politika estera u ta' sigurtà komuni għandha tkopri l-oqsma kollha tal-politika estera u l-kwistjonijiet kollha li għandhom x'jaqsmu mas-sigurtà tal-Unjoni, inkluż it-tfassil progressiv ta' politika ta' difiża komuni, li tista' twassal għal difiża komuni.

Il-politika estera u ta' sigurtà komuni hija suġġetta għal regoli u proċeduri speċifiċi. Hija għandha tkun definita u implimentata mill-Kunsill Ewropew u mill-Kunsill li jaġixxu b'mod unanimu, ħlief fejn it-Trattati jipprovdu mod ieħor. L-adozzjoni ta' atti leġislattivi għandha tkun eskluża. Il-politika estera u ta' sigurtà komuni għandha titwettaq mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u mill-Istati Membri, skont it-Trattati. Ir-rwoli speċifiċi tal-Parlament Ewropew u tal-Kummissjoni f'dan il-qasam huma definiti mit-Trattati. Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea m'għandhiex ikollha ġurisdizzjoni fir-rigward ta' dawn id-dispożizzjonijiet, ħlief għall-kompetenza tagħha li tissorvelja l-konformità ma' l-Artikolu 40 ta' dan it-Trattat u sabiex tikkontrolla l-legalità ta' ċerti deċiżjonijiet previsti fit-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 275 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea. [...]

L-Artikolu 40 TUE jgħid hekk:

Artikolu 40 TUE

L-implimentazzjoni tal-politika estera u ta' sigurtà komuni m'għandhiex tolqot l-applikazzjoni tal-proċeduri u l-firxa rispettiva tal-kompetenzi tal-istituzzjonijiet stabbiliti fit-Trattati għall-eżerċizzju tal-kompetenzi tal-Unjoni msemmija fl-Artikoli 3 sa 6 E tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Bl-istess mod, l-implimentazzjoni tal-politika prevista f'dawk l-Artikoli m'għandhiex tolqot l-applikazzjoni tal-proċeduri u l-firxa rispettiva tal-kompetenzi tal-istituzzjonijiet stabbiliti fit-Trattati għall-eżerċizzju tal-kompetenzi ta' l-Unjoni taħt dan il-Kapitolu.

III - Il-bażi ġuridika proposta

Bħala l-bażi ġuridika xierqa għall-emendi tar-Regolament (UE) Nru 230/2014, il-Kummissjoni pproponiet l-Artikoli 209(1) u 212(2) TFUE. Iż-żewġ dispożizzjonijiet huma inklużi fit-Titolu III dwar "Il-Koperazzjoni mal-Pajjiżi Terzi u l-Għajnuna Umanitarja" fi ħdan il-qafas tal-azzjoni esterna tal-Unjoni, li ġabar flimkien l-ex Titoli XX (Artikoli 177-181 TKE) u XXI (Artikolu 181a TKE) tat-Tielet Parti tat-Trattat dwar il-Komunità Ewropea, b'hekk il-Komunità (illum l-Unjoni) tista' tieħu miżuri ta' politika ta' kooperazzjoni kemm mal-pajjiżi li qed jiżviluppaw (Art. 177-188 TKE) kif ukoll ma' dawk żviluppati (Art. 188a TKE).

L-għażla tal-bażi ġuridika xierqa ilha kwistjoni rikorrenti fil-qasam tal-azzjoni esterna tal-UE, partikolarment fir-rigward tan-ness bejn il-politika ta' sigurtà u ta' difiża komuni u l-politiki ta' kooperazzjoni għall-iżvilupp, ekonomika, finanzjarja u teknika. Dan hu dovut għad-differenzi sostanzjali ta' natura ġuridika bejn il-ġabra ta' dispożizzjonijiet li jirregolaw dawn l-oqsma kif ukoll l-interazzjoni stretta bejn il-politiki, żviluppata, fil-prattika, mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni. B'mod speċifiku, il-kooperazzjoni għall-iżvilupp, ekonomika, finanzjarja u teknika ssir abbażi tal-mudell tradizzjonali ta' integrazzjoni skont liema l-Parlament Ewropew jipparteċipa fit-teħid tad-deċiżjonijiet b'mod attiv skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja b'segwitu għal proposta mill-Kummissjoni u suġġett għall-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja.(5) Għall-kuntrarju, skont il-politika ta' sigurtà u ta' difiża komuni, il-Kunsill jadotta l-miżuri prinċipalment bl-unanimità, u jżomm biss lill-Parlament infurmat u jeskludi espliċitament lill-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja.(6)

Huwa f'dan il-kuntest li l-Kumitat għall-Affarijiet Legali ddeċieda li jeżamina l-bażi ġuridika korretta għall-emendi proposti għar-Regolament Nru 230/2014. L-Unjoni għandha tadotta l-miżura proposta, li torbot kemm mal-kooperazzjoni għall-iżvilupp u l-kooperazzjoni ekonomika, finanzjarja u teknika kif ukoll mal-politika ta' sigurtà u difiża, skont id-dispożizzjonijiet li jirregolaw dawk tal-ewwel jew tal-aħħar? It-tweġiba għal din il-mistoqsija ġuridika tkun tiddefinixxi mhux biss il-proċedura li għandha tkun segwita għall-adozzjoni tal-miżura proposta, iżda wkoll il-karatteristiċi u l-implikazzjonijiet ġuridiċi tagħha.

IV – Ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea dwar l-għażla tal-bażi ġuridika

Il-Qorti tal-Ġustizzja tradizzjonalment qieset il-kwistjoni tal-bażi ġuridika xierqa bħala kwistjoni ta' importanza kostituzzjonali, li tiggarantixxi l-osservanza tal-prinċipju tal-għoti tal-kompetenzi (Artikolu 5 TUE) u tiddetermina n-natura u l-kamp ta' applikazzjoni tal-kompetenza tal-Unjoni.(7) Skont il-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, "l-għażla tal-bażi legali ta' att Komunitarju għandha tiġi bbażata fuq elementi oġġettivi li jistgħu jkunu suġġetti għal stħarriġ ġudizzjarju, fosthom, b'mod partikolari, l-għan u l-kontenut tal-att."(8) Għalhekk, l-għażla ta' bażi ġuridika żbaljata tista' tiġġustifika l-annullament tal-att ikkonċernat. F'dan il-kuntest, ix-xewqa ta' istituzzjoni li jkun hemm parteċipazzjoni aktar attiva fl-adozzjoni ta' miżura partikolari, f'liema ċirkostanzi miżura ġiet adottata, kif ukoll il-ħidma li saret f'aspetti oħra fl-ambitu ta' azzjoni koperta minn miżura partikolari huma irrilevanti biex tiġi identifikata l-bażi ġuridika korretta.(9)

Jekk l-eżami ta' miżura juri li għandha żewġ għanijiet jew li għandha żewġ komponenti u jekk wieħed minn dawn l-għanijiet jew komponenti tagħha huwa identifikabbli bħala prinċipali, filwaqt li l-ieħor huwa biss anċillari, l-att għandu jkun ibbażat fuq bażi legali waħda, jiġifieri dik mitluba mill-għan jew mill-komponent prinċipali jew predominanti.(10) Madankollu, meta miżura jkollha diversi objettivi jew komponenti kontemporanji, li jkunu marbuta b'mod inseparabbli, mingħajr ma wieħed ikun sekondarju u indirett meta mqabbel mal-ieħor/oħrajn, tali miżura għandha tkun ibbażata fuq id-diversi bażijiet ġuridiċi korrispondenti,(11) jekk il-proċeduri previsti għall-bażijiet ġuridiċi rispettivi ma jkunux inkompatibbli mad-dritt tal-Parlament Ewropew u ma jimminawhx.(12)

V – Għan u kontenut tal-miżura proposta

L-għan ta' din il-proposta, kif il-Kummissjoni ddikjarat fil-Memorandum ta' Spjegazzjoni tagħha, huwa li jiddaħħal "Artikolu ġdid fit-Titolu II tar-Regolament (UE) Nru 230/2014 sabiex testendi l-assistenza tal-Unjoni f'ċirkostanzi ta' eċċezzjoni biex jintużaw biex jibnu l-kapaċità ta' atturi militari f'pajjiżi sħab sabiex jikkontribwixxu għall-iżvilupp sostenibbli u b'mod partikolari l-kisba ta' soċjetajiet paċifiċi u inklussivi."(13) Skont il-Valutazzjoni tal-Impatt li takkumpanja l-proposta tal-Kummissjoni, l-objettivi ġenerali ta' din l-inizjattiva huma dupliċi: minn naħa jkun garantit li l-assistenza għall-iżvilupp tal-UE lil pajjiżi fraġli li qed jiżviluppaw ma tkunx imminata minn sitwazzjonijiet ta' instabbiltà u kunflitt, billi l-atturi kollha fil-qasam tas-sigurtà, inklużi l-forzi militari, ikunu jistgħu jiżguraw l-istabbiltà, il-paċi u l-ordni pubbliku; min-naħa l-oħra jitrawwem l-iżvilupp ekonomiku, soċjali u ambjentali sostenibbli tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw, bl-għan ewlieni li jiġi eradikat il-faqar.(14)

F'dan il-kuntest, il-premessa 3 tgħid li l-appoġġ lill-atturi tas-settur tas-sigurtà, inkluż il-militar f'ċirkostanzi ta' eċċezzjoni, f'pajjiżi terzi f'kuntest ta' prevenzjoni ta' konflitti, ġestjoni ta' kriżijiet jew stabbilizzazzjoni huwa essenzjali biex jiżgura l-kundizzjonijiet xierqa għall-iżvilupp u l-qerda tal-faqar. Tenfasizza wkoll li dawk l-azzjonijiet huma mmirati lejn il-protezzjoni tal-popolazzjonijiet ċivili fiż-żoni affettwati minn kunflitt, kriżijiet jew fraġilità, jikkontribwixxu lejn il-governanza tajba u l-kontroll demokratiku effikaċi kif ukoll il-konformità mal-prinċipji tad-drittijiet tal-bniedem u l-Istat tad-dritt. Il-premessi 2, 4 u 5 jtennu r-rabta b'saħħitha bejn is-sigurtà u l-iżvilupp sostenibbli billi jagħmlu riferiment, għal dan il-għan, għall-Aġenda għall-Iżvilupp Sostenibbli tal-2010 tan-Nazzjonijiet Uniti,(15) għall-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tad-19-20 ta' Diċembru 2013 u għall-Komunikazzjoni Konġunta dwar "It-Tisħiħ tal-Kapaċitajiet sabiex jitwieżnu s-Sigurtà u l-Iżvilupp - L-għoti tas-setgħa lis-sħab sabiex jipprevjenu u jiġġestixxu l-kriżijiet".(16)

B'mod speċifiku, il-proposta tipprevedi li l-assistenza tal-Unjoni lill-atturi fil-qasam tas-sigurtà taf tinkludi lill-atturi militari f'ċirkostanzi eċċezzjonali, fil-kuntest ta' proċess usa' ta' riforma tas-sigurtà u konformement mal-għan ġenerali tal-ksib ta' żvilupp sostenibbli (subparagrafu ġdid tal-Artikolu 1(2)). L-Artikolu 3a jtenni, fl-ewwel paragrafu, l-objettiv li jingħata kontribut lejn żvilupp sostenibbli u l-kisba ta' soċjetajiet stabbli, paċifiċi u inklussivi permezz tal-għoti ta' assistenza tal-Unjoni, f'ċirkostanzi eċċezzjonali, biex tinbena l-kapaċità ta' atturi militari f'pajjiżi sħab. Il-paragrafu 2 jeżemplifika li l-assistenza tal-Unjoni għal dan l-iskop għandha tieħu l-forma ta' programmi ta' bini ta' kapaċità b'appoġġ għas-sigurtà u l-iżvilupp, inkluż taħriġ, mentoring u pariri, kif ukoll bil-forniment ta' tagħmir, titjib tal-infrastruttura u l-provvista ta' servizzi oħrajn. L-użu ta' din il-forma ta' assistenza jenħtieġ li jkun l-aħħar possibbiltà, meta r-rikors għall-atturi għal atturi mhux militari ma jistax jiggarantixxi b'mod adegwat il-ksib ta' soċjetajiet stabbli, paċifiċi u inklussivi. Dan ikun il-każ meta jkun hemm theddida serja għall-eżistenza ta' istituzzjonijiet Statali li jiffunzjonaw kif ukoll għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, jew l-istituzzjonijiet Statali ma għadhomx jifilħu jlaħħqu ma' din it-theddida serja; u bil-patt u l-kundizzjoni li jkun hemm qbil bejn il-pajjiż ikkonċernat u l-komunità internazzjonali u/jew l-Unjoni Ewropea li l-forza militari hija essenzjali għall-istabbiltà, il-paċi u l-iżvilupp, partikolarment f'kuntesti u sitwazzjonijiet fraġli u ta' kriżijiet. Il-paragrafu 4 jkompli jillimita l-kamp ta' applikazzjoni tal-assistenza militari billi jipprevedi li ma għandhiex tintuża biex tiffinanzja la nfiq militari rikorrenti, la l-akkwist ta' armi u munizzjon u lanqas taħriġ maħsub esklussivament biex jikkontribwixxi għall-kapaċità ta' ġlied tal-forzi armati. Fl-aħħar nett, il-paragrafu 5 jtenni li l-assistenza militari għandha tkun immirata lejn il-promozzjoni tar-responsabbiltà tal-pajjiż sieħeb u l-iżvilupp tal-elementi u prattiki tajbin meħtieġa għall-iżgurar ta' sostenibbiltà fit-terminu medju u dak twil kif ukoll il-promozzjoni tal-istat tad-dritt u l-prinċipji tad-dritt internazzjonali stabbiliti.

L-emendi l-oħra, ta' importanza minuri, għall-Artikoli 7(1), 8(1) u 10(1) tar-Regolament Nru 230/2014 huma mmirati biex jintroduċu kontroreferenza għall-Artikolu 3(a) l-ġdid. Finalment, l-Artikolu 13(1) huwa emendat biex iżid l-allokazzjoni finanzjarja għall-implimentazzjoni tar-Regolament b'EUR 100 000 000.

VI – Analiżi u determinazzjoni tal-bażi ġuridika xierqa

Bħala l-bażi ġuridika xierqa għall-emendi tar-Regolament (UE) Nru 230/2014, il-Kummissjoni pproponiet l-Artikoli 209(1) u 212(2) TFUE. Skont l-Artikolu 209(1) TFUE, il-koleġiżlaturi tal-Unjoni, li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, jistgħu jadottaw il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-politika ta' kooperazzjoni għall-iżvilupp, li, skont l-Artikolu 208(1) TFUE, għandha titwettaq fil-qafas tal-prinċipji u l-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni u li l-objettiv prinċipali tagħha huwa t-tnaqqis u, eventwalment, il-qerda tal-faqar. Il-qerda tal-faqar tikkostitwixxi objettiv previst ukoll mill-Artikolu 21(2) TUE – id-dispożizzjoni ġenerali fil-firxa sħiħa ta' objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni. Huwa u jindika dan l-objettiv, l-Artikolu 208(1) TFUE probabbilment jagħti x'tifhem li l-objettivi l-oħrajn stabbiliti fl-Artikolu 21(2) TUE jistgħu jkunu segwiti bis-saħħa tal-miżuri tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp, iżda biss inkwantu huma ta' natura sekondarja.(17)

Il-kawża Il-Portugall vs Il-Kunsill ikkonfermat id-definizzjoni wiesgħa li tat l-Unjoni lill-politika ta' kooperazzjoni għall-iżvilupp tagħha, f'dawk li huma l-Ftehimiet ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp. F'din il-kawża l-Qorti tal-Ġustizzja kkonkludiet li (enfasi miżjuda):(18)

"Konsegwentement għandu jiġi kkunsidrat li l-preżenza, fi ftehim ta' kooperazzjoni għall-iżvilupp, ta' klawsoli rigward diversi materji speċifiċi ma tistax timmodifika il-kwalifikazzjoni tal-ftehim, li għandha ssir b'kunsiderazzjoni tal-iskop essenzjali ta' dan, u mhux f'termini ta' klawsoli individwali, dment li tali klawsoli ma jinvolvux obbligi ta' portata tali fil-materji speċifiċi kkunsidrati li dawn l-obbligi jikkostitwixxu fir-realtà skopijiet distinti minn dawk tal-kooperazzzjoni għall-iżvilupp." [traduzzjoni mhux uffiċjali]

Fil-kawża C-403/05 Il-Parlament vs il-Kummissjoni, il-Qorti reġgħet affermat li l-kooperazzjoni għall-iżvilupp ikkomportat (enfasi miżjuda):(19)

"mhux biss l-iżvilupp ekonomiku u soċjali sostenibbli ta' dawn il-pajjiżi, l-inklużjoni armonjuża u progressiva tagħhom fl-ekonomija globali kif ukoll il-ġlieda kontra l-faqar, iżda wkoll l-iżvilupp u t-tisħiħ tad-demokrazija u tal-Istat tad-Dritt kif ukoll ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali, dejjem b'rispett għall-impenji meħuda fil-kuntest tan-Nazzjonijiet Uniti u ta' organizzazzjonijiet internazzjonali oħra."

Skont in-nota li ħejja s-Servizz Legali tal-Parlament fl-2004 dwar l-għażla tal-bażi ġuridika tal-predeċessur tal-istrument li jikkontribwixxi għall-istabbiltà u l-paċi (li oriġinarjament kien jipprevedi dispożizzjoni simili dwar it-tisħiħ tal-kapaċitajiet militari f'sitwazzjonijiet eċċezzjonali):(20)

"Il-miżuri taż-żamma u tas-sostenn tal-paċi jistgħu jitqiesu, biċ-ċar, bħala li jikkontribwixxu għall-objettiv ta' żvilupp tad-demokrazija u tal-Istat tad-dritt. Il-formulazzjoni tal-Artikolu 179 (illum l-Artikolu 209(1) TFUE) u tal-Artikolu 181a, (illum l-Artikolu 212(2) TFUE) tat-Trattat KE ma teskludix il-finanzjament tal-operazjonijiet taż-żamma tal-paċi biex jintlaħqu l-objettivi tagħhom. Il-ġurisprudenza tal-Qorti stabbiliet ukoll li l-politika ta' kooperazzjoni għall-iżvilupp tal-Unjoni jenħtieġ li tkun interpretata f'sens wiesa'.(21)" [traduzzjoni mhux uffiċjali]

Fin-nota tiegħu tas-6 ta' Jannar  2017, is-Servizz Legali tal-Parlament ikkonferma li ċ-ċirkostanzi eċċezzjonali li jiġġustifikaw il-fatt li l-miżuri ta' tisħiħ tal-kapaċitajiet għas-sigurtà u l-iżvilupp jiġu adottati fl-ambitu tal-istrument li jikkontribixxi għall-istabbiltà u l-paċi jafu jippermettu interpretazzjoni oħra, skont liema l-komponent militari fl-Artikolu 3a huwa kemm anċillari kif ukoll neċessarju. L-Artikolu 3a(4) jikkonferma wkoll dan il-fatt billi jeskludi kull sostenn ta' natura strettament militari, li jista' jkun rinforzat aktar billi dan l-istrument jintrabat b'mod aktar espliċitu u strett mal-politika ta' kooperazzjoni għall-iżvilupp tal-Unjoni.(22) Kif ikkonfermaw is-servizzi tal-Kummissjoni fin-nota tagħhom tat-2 ta' Frar 2017 dwar il-bażi ġuridika u l-proċedura 2016/0207(COD) elaborata fuq talba tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali, il-proposta ssegwi objettiv ta' żvilupp permezz tal-involviment ta' attur ieħor, il-militar, f'ċirkostanzi limitati, li ma taġixxix fil-kapaċità militari tagħha iżda ssegwi unikament objettivi ċivili.(23)

Skont il-Komunikazzjoni Konġunta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tat-28 ta' April 2015, intitolata "It-tisħiħ tal-kapaċitajiet sabiex jitwieżnu s-sigurtà u l-iżvilupp - L-għoti tas-setgħa lis-sħab sabiex jipprevjenu u jiġġestixxu l-kriżijiet"(24), it-tisħiħ tal-kapaċitajiet fis-settur tas-sigurtà jista' jkun iffukat fuq il-forzi ċivili jew tal-pulizija, iżda wkoll fuq il-militar. L-Istrateġija Ewropea ta' Sigurtà tal-2003 tipprevedi li s-sigurtà tkun kundizzjoni preliminari għall-iżvilupp, billi l-kunflitti jeqirdu l-infrastrutturi, anki dawk soċjali, jinkoraġġixxu l-kriminalità, igerrxu l-investituri u jxekklu l-attività ekonomika.(25) Finalment, skont il-Kunsens Ewropew għall-Iżvilupp, l-objettiv primarju tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp huwa l-qerda tal-faqar fil-kuntest tal-iżvilupp sostenibbli, fejn dan tal-aħħar jinkludi "il-governanza tajba, id-drittijiet tal-bniedem kif ukoll aspetti politiċi, ekonomiċi, soċjali u ambjentali".(26) Barra minn hekk, il-Kunsens Ewropew biħsiebu "jiggwida l-ippjanar u l-implimentazzjoni tal-komponent ta' għajnuna għall-iżvilupp tal-istrumenti u tal-istrateġiji kollha ta' kooperazzjoni tal-Komunità mal-pajjiżi terzi" [traduzzjoni mhux uffiċjali] – b'komponent ta' għajnuna għall-iżvilupp tfisser "kull għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp (ODA) maqbul mill-Kumitat għall-Għajnuna għall-Iżvilupp tal-OECD" [traduzzjoni mhux uffiċjali].(27) Fil-kuntest tar-reviżjoni tad-Direttivi ODA, il-finanzjament tal-forzi militari tal-pajjiżi sħab huwa biss possibbli meta ċirkostanzi eċċezzjonali jesiġu li l-militar iforni servizzi ta' żvilupp fil-qafas tal-missjoni tiegħu ta' ristabbiliment tal-Istat tad-dritt. Min-naħa l-oħra jibqa' eskluż l-għoti ta' għajnuna għall-infiq militari.(28) Is-sitwazzjoni li fiha l-istituzzjonijiet Statali huma impotenti biex jinkisbu soċjetajiet paċifiċi u inklussivi mhumiex konsegwentement koperti mid-Direttivi ODA riveduti, u r-Regolament propost jqis li huwa possibbli li tinqabeż l-għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp u jintuża l-militar bħala fornitur ta' servizzi ta' żvilupp.(29) Mil-lat ġuridiku, id-Direttivi ODA ma jirrappreżentawx limiti vinkolanti għall-applikazzjoni tal-Artikolu 208 TFUE u r-Regolament Nru 230/2014 ma jissottomettix l-implimentazzjoni tiegħu għall-kundizzjonalità fil-qasam tal-ODA.(30)

Madankollu, kif rikonoxxut fil-Valutazzjoni tal-Impatt mehmuża mal-proposta, it-tisħiħ tal-kapaċitajiet militari u ta' difiża għal skopijiet mhux relatati mal-kooperazzjoni għall-iżvilupp tabilħaqq ikun jirfes fuq il-missjoni tal-PESK u jikser l-Artikolu 40 TUE, li daħħal il-prinċipju skont liema l-azzjonijiet esterni tal-Unjoni marbuta mal-PESK ma jolqtux lil dawk mhux marbuta mal-PESK.(31) Bl-istess mod, il-miżuri mmirati primarjament biex jiffinanzjaw lill-forzi militari ta' pajjiżi terzi għal skopijiet ta' difiża jenħtieġ li jidħlu fi ħdan il-PESK u ma jkunux assoċjati ma' bażi ġuridika mingħajr rabta magħha. Dan kien ikkonfermat mill-Qorti fil-kawża C‑263/14, Il-Parlament vs Il-Kunsill,

"Fir-rigward tal-atti adottati fuq il-bażi ta' dispożizzjoni dwar il-PESK, hija l-Qorti tal-Ġustizzja li għandha tiżgura, b'mod partikolari, abbażi tal-ewwel parti tas-sentenza tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 275 TFUE u tal-Artikolu 40 TUE, li l-implementazzjoni ta' din il-politika ma taffettwax l-applikazzjoni tal-proċeduri u l-portata rispettiva tal-poteri tal-istituzzjonijiet previsti mit-Trattati għall-eżerċizzju tal-kompetenzi tal-Unjoni skont it-Trattat FUE. L-għażla tal-bażi legali adatta ta' att tal-Unjoni għandha importanza ta' natura kostituzzjonali, peress li r-rikors għal bażi legali żbaljata jista' jinvalida tali att, b'mod partikolari, meta l-bażi legali adatta tkun tipprovdi proċedura ta' adozzjoni differenti minn dik li effettivament ġiet segwita. Skont ġurisprudenza stabbilita, l-għażla tal-bażi legali ta' att tal-Unjoni [...] għandha tkun ibbażata fuq fatturi oġġettivi li jistgħu jkunu suġġetti għal stħarriġ ġudizzjarju, fosthom l-iskop u l-kontenut ta' dan l-att".(32)

F'dan is-sens, il-komponent militari tal-proposta għal Regolament jenħtieġ li jitqies f'kuntest usa' tal-objettivi u tal-kontenut tal-istrument li jikkontribwixxi għall-istabbiltà u l-paċi. Għal tali fini, jenħtieġ li jitqies il-karattru "tal-aħħar possibbiltà" tar-riforma proposta u d-delimitazzjoni stretta tal-okkażjonijiet li jippermettu li jkun ikkunsidrat ir-rikors għall-assistenza militari bħala l-uniku mezz effikaċi li jikkontribwixxi għall-ksib ta' soċjetajiet paċifiċi u inklussivi. Barra minn dan, il-proposta tipprojbixxi li l-assistenza tal-għajnuna tintuża biex tiffinanzja taħriġ militari maħsub unikament biex jikkontribwixxi għall-kapaċità ta' ġlied tal-forzi armati, l-infiq militari rikorrenti u l-akkwist ta' armi u munizzjon, li jista' jidher li jindika li l-objettiv tal-proposta huwa li jikkontribwixxi għas-sigurtà u għas-sikurezza tal-popolazzjonijiet ċivili tal-pajjiżi terzi.(33) Din il-possibbiltà hija wkoll limitata mill-obbligu għall-Kummissjoni li twaqqaf proċeduri ta' valutazzjoni tar-riskju, monitoraġġ u evalwazzjoni (paragrafu 6 tal-istess dispożizzjoni). Il-modalitajiet ta' monitoraġġ u evalwazzjoni huma wkoll stabbiliti fl-Artikoli 12 u 13 tar-Regolament (UE) Nru 236/2014 li japplika għall-istrumenti ta' finanzjament esterni kollha tal-UE, inkluż l-istrument li jikkontribwixxi għall-istabbiltà u l-paċi.

Fid-dawl ta' dak li ntqal hawn fuq, jista' jkun stabbilit li l-objettiv tar-Regolament propost huwa li jikkontribwixxi għall-iżvilupp sostenibbli u għall-ksib ta' soċjetajiet stabbli, paċifiċi u inklussivi permezz tal-governanza tajba fi ħdan l-amministrazzjoni pubblika, inklużi l-ministeri tad-difiża u l-forzi armati, li huma parti integrali tal-poter eżekuttiv tal-Gvern, dment li jkunu taħt kontroll ċivili u f'ċirkostanzi eċċezzjonali, meta l-uniku rikors għall-atturi mhux militari ma jippermettix li jinkiseb żvilupp sostenibbli.

VII - Konklużjoni u rakkomandazzjoni

Fid-dawl ta' dak li ntqal hawn fuq, u għalkemm il-proposta tal-Kummissjoni tintroduċi obbligi mmirati lejn l-iżvilupp u l-konsolidament tal-Istat tad-dritt u tal-governanza tajba permezz tat-tisħiħ tal-kontroll ċivili fuq il-militar f'pajjiżi terzi, u dan jorbotha mal-PESK u mal-PESD, l-objettivi primarji u predominanti huma li jkun hemm kontribut għall-iżvilupp u s-sostenn tal-politiki ta' kooperazzjoni ekonomika, finanzjarja u teknika li se jippermettu li jinkisbu soċjetajiet paċifiċi u inklussivi li huma indispensabbli għall-ksib tal-iżvilupp sostenibbli. Billi dawn l-objettivi primarji huma marbuta b'mod inseparabbli, l-ebda wieħed ma huwa sekondarju jew indirett fir-rigward tal-ieħor(34), jenħtieġ li l-Artikolu 209(1) u l-Artikolu 212(2) TFUE jservu ta' bażi ġuridika valida u xierqa għall-proposta.

Matul il-laqgħa tat-13 ta' Lulju 2017, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali ddeċieda, b'10 voti favur, 7 kontra u 6 astensjonijiet(35), li jirrakkomandalek li tagħżel l-Artikolu 209(1) u l-Artikolu 212(2) TFUE bħala l-bażi ġuridika korretta tal-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 230/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi strument li jikkontribwixxi għall-istabbiltà u l-paċi.

Dejjem tiegħek,

Pavel Svoboda

(1)

Regolament (UE) Nru 230/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi strument li jikkontribwixxi għall-istabbiltà u l-paċi, ĠU L 77, 15.3.2014, pp. 1-10.

(2)

[2006] ĠU L 327/1.

(3)

Art. 1(1).

(4)

COM(2004) 630 final, "Proposta għal regolament tal-Kunsill li jwaqqaf Strument għall-Istabbiltà" Brussell, 29 ta' Settembru 2004, fil-p. 15.

(5)

Art. 209(1) TFUE.

(6)

Art. 24(1) subpara. 2 TUE u Art. 275 TFUE.

(7)

Opinjoni 2/00 [2001] Ġabra I-9713, punt 5.

(8)

Kawża C-45/86, Il-Kummissjoni vs Il-Kunsill (Preferenzi ta' tariffi ġġeneralizzati) [1987] Ġabra 1439, punt 5; Kawża C-411/06 Il-Kummissjoni vs Il-Parlament u l-Kunsill [2009] Ġabra I-7585.

(9)

Kawża C-269/97, Il-Kummissjoni vs Il-Kunsill [2000], Ġabra I-2257, punt 44.

(10)

Kawża C-137/12 Il-Kummissjoni vs il-Kunsill EU:C:2013:675, punt 53; C-490/10 Il-Parlament vs il-Kunsill EU:C:2012:525, punt 45; C-155/07 Il-Parlament vs Il-Kunsill [2008] Ġabra I-08103, punt 34.

(11)

Kawża C-211/01, Il-Kummissjoni vs Il-Kunsill [2003], Ġabra I-08913, punt 40; Kawża C-178/03, Il-Kummissjoni vs Il-Parlament u l-Kunsill [2006], Ġabra I-107, punti 43 sa 56.

(12)

Kawża C-300/89, Il-Kummissjoni vs Il-Kunsill ("Dijossidu tat-titanju") [1991], Ġabra I-2867, punti 17 sa 25; Kawża C-268/94, Il-Portugall vs Il-Kunsill [1996], Ġabra I-6177.

(13)

COM(2016)447 final, f'p. 2.

(14)

SWD(2016) 222 final, f'p. 16.

(15)

Nazzjonijiet Uniti, A/RES/70/1, riżoluzzjoni adottata mill-Assemblea Ġenerali fil-25 ta' Settembru 2015.

(16)

JOIN(2015) 17 final tat-28 ta' April 2015.

(17)

Ara l-kawża C-91/05, Il-Kummissjoni vs Il-Kunsill (ECOWAS) [2008], Ġabra I-3651, punt 73. Ara wkoll l-kawża C-377/12 Il-Kummissjoni vs il-Kunsill [2014] ECLI:EU:C:2014:1903, punt 37. P. Koutrakos, The EU Common Security and Defence Policy (2013 OUP), pp. 211-212.

(18)

Kawża C-268/94 Ir-Repubblika Portugiża vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea [1996] Ġabra I-6177, punt 39.

(19)

Kawża C-403/05, Il-Kummissjoni vs Il-Kunsill [2007], Ġabra I-9045, punt 56.

(20)

SJ-0746/04, p. 7.

(21)

Ara l-kawża C-268/94 Il-Portugall vs Il-Kunsill (1996) Ġabra I-6177, punt 37.

(22)

SJ-0729/16, p. 10.

(23)

Sj.i(2017)303958, p. 2.

(24)

Ara JOIN(2015) 17 final.

(25)

Ara A Secure Europe in a Better World – European Security Strategy (Brussell, 12 ta' Diċembru 2003), pp. 11-13.

(26)

ĠU 2006 C 46/1, para. 5, 7 u 42. Ara wkoll il-kawża C-377/12, Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Mengozzi (2014), punt 40.

(27)

ĠU 2006 C 46/1, p. 8.

(28)

Ara d-Direttivi dwar it-Tfassil ta' Rapporti tas-17 ta' Frar 2016, dokument OECD DCD/DAC(2016)3/FINAL tat-8 ta' April 2016, para. 96-98.

(29)

Ara Sj.i(2017)303958, p. 3.

(30)

SJ-0729/16, p. 7-8.

(31)

Ara P. van Elsuwege, "EU External Action after the Collapse of the Pillar Structure: in Search of a new Balance between Delimitation and Consistency", Common Market Law Review, vol. 47, 2010, p. 1002.

(32)

Sentenza tal-14 ta' Ġunju 2016, Il-Parlament vs Il-Kunsill, C‑263/14, ECLI:EU:C:2016:435, punti 42-43.

(33)

Għal argumentazzjoni analoga mis-Servizz Legali tal-Parlament fil-kuntest tal-istrument għall-Istabbiltà, predeċessur tal-istrument li jikkontribwixxi għall-istabbiltà u l-paċi, ara: SJ-0746/04, p. 7.

(34)

Ara l-kawża C-411/06 Il-Kummissjoni vs Il-Parlament u l-Kunsill [2009] Ġabra I-7585.

(35)

Dawn li ġejjin kienu preżenti għall-votazzjoni finali: Pavel Svoboda (President), Jean-Marie Cavada (Viċi President, rapporteur), Mady Delvaux (Viċi President), Lidia Joanna Geringer de Oedenberg (Viċi President), Axel Voss (Viċi President), Isabella Adinolfi, Max Andersson, Joëlle Bergeron, Marie-Christine Boutonnet, Lynn Boylan, Daniel Buda, Angel Dzhambazki, Kostas Chrysogonos, Rosa Estaràs Ferragut, Heidi Hautala, Mary Honeyball, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Gilles Lebreton, António Marinho e Pinto, Angelika Niebler, Evelyn Regner, Tiemo Wölken, Tadeusz Zwiefka.


OPINJONI TAL-KUMITAT GĦALL-IŻVILUPP (5.7.2017)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Barranin

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 230/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi strument li jikkontribwixxi għall-istabbiltà u l-paċi

(COM(2016)0447 – C8-0264/2016 – 2016/0207(COD))

Rapporteur: Linda McAvan

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Din il-proposta leġiżlattiva għandha l-għan li temenda r-Regolament (UE) Nru 230/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi strument li jikkontribwixxi għall-istabbiltà u l-paċi, sabiex jiddaħħal artikolu ġdid li jippermetti lill-UE testendi l-assistenza tagħha, f'ċirkostanzi eċċezzjonali, għall-bini tal-kapaċità ta' atturi militari f'pajjiżi sħab, bl-objettivi ddikjarati ewlenin ikunu l-iżvilupp sostenibbli u l-kisba ta' soċjetajiet paċifiċi u inklużivi.

Ir-rapporteur tappoġġa l-linja ġenerali tal-proposta tal-Kummissjoni, iżda titlob li jsir monitoraġġ mill-qrib tal-attivitajiet li għandhom jiġu ffinanzjati fl-ambitu tal-istrument il-ġdid u tenfasizza l-ħtieġa għal evalwazzjoni sħiħa, trasparenti u interdixxiplinari tal-attivitajiet CBSD (Tisħiħ tal-Kapaċitajiet għas-Sigurtà u l-Iżvilupp).

Ir-rapporteur tfakkar ukoll li l-għan ewlieni tal-politika ta' kooperazzjoni għall-iżvilupp tal-Unjoni hu t-tnaqqis u, fuq medda twila ta' żmien, il-qerda tal-faqar (l-Artikolu 208(1) tat-TFUE), u li, għaldaqstant, il-finanzjament tad-DCI (Strument ta' Finanzjament tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp) jew il-FEŻ (Fond Ewropew għall-Iżvilupp), m'għandux jikkontribwixxi għal attivitajiet CBSD.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Iżvilupp jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Kunsiderazzjoni 1a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 24, 40 u 41(2),

Ġustifikazzjoni

Referenzi għall-artikoli rilevanti tal-PESK fit-trattat

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  Il-Kunsens Ewropew għall-Iżvilupp tal-2005 għaraf ir-rabta bejn is-sigurtà u l-iżvilupp16.

(1)  Il-Kunsens Ewropew għall-Iżvilupp tal-2005 għaraf ir-rabta bejn is-sigurtà u l-iżvilupp16, filwaqt li enfasizza n-natura komplementari tagħhom16, u l-Aġenda għall-Bidla tal-201116a enfasizzat il-korrelazzjoni bejn l-iżvilupp u s-sigurtà.

__________________

__________________

16 L-istqarrija konġunta mill-Kunsill u r-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri mlaqqgħin fil-Kunsill, il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni dwar il-Politika ta' Żvilupp tal-Unjoni Ewropea: "Il-Kunsens Ewropew" (ĠU C 46 tal-24.2.2006.

16 L-istqarrija konġunta mill-Kunsill u r-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri mlaqqgħin fil-Kunsill, il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni dwar il-Politika ta' Żvilupp tal-Unjoni Ewropea: "Il-Kunsens Ewropew" (ĠU C 46 tal-24.2.2006.

 

16 a Komunikazzjoni mill-Kummissjoni: "Inżidu l-impatt tal-Politika tal-UE għall-Iżvilupp: Aġenda għall-Bidla", 13 ta' Ottubru 2011 (COM(2011) 637 finali).

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a)  Il-politika ta' żvilupp tal-Unjoni jenħtieġ li jkollha bħala l-objettiv primarju tagħha t-tnaqqis u, fuq medda twila ta' żmien, il-qerda tal-faqar, kif iddikjarat b'mod ċar fl-Artikolu 208(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u jenħtieġ li tkun ibbażata fuq il-prinċipji ta' effikaċja tal-iżvilupp; il-finanzjament tal-attivitajiet attwali dwar it-tisħiħ tal-kapaċitajiet għas-sigurtà u l-iżvilupp (CBSD) stabbilit minn dan ir-Regolament għaldaqstant jenħtieġ li jiġi minn strumenti oħrajn għajr l-Istrument ta' Finanzjament tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp (DCI) jew il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ), sabiex dawk il-fondi jinżammu ħalli jintużaw primarjament biex jitnaqqas u jinqered il-faqar;

Ġustifikazzjoni

L-istrumenti ta' sigurtà jridu jiġu ffinanzjati permezz ta' linji baġitarji dedikati għas-sigurtà. Id-DCI u l-FEŻ iridu jissodisfaw l-obbligu bbażat fuq it-trattat li għandu jintuża għall-qerda tal-faqar.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 1b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1b)  Jenħtieġ li l-Unjoni tqis l-objettivi ta' kooperazzjoni għall-iżvilupp fil-politiki li timplimenta u li x'aktarx jaffettwaw lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw, kif iddikjarat fl-Artikolu 208 tat-TFUE; għaldaqstant, meta wieħed iqis li kull subordinazzjoni ta' għajnuna għall-iżvilupp u kooperazzjoni tal-politika ta' sigurtà jew difiża għandha bilfors tiġi evitata, l-istrumenti finanzjarji esterni, inkluż l-Istrument li jikkontribwixxi għas-Sigurtà u l-Paċi, għandhom jiġu implimentati f'dak l-ispirtu.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  L-Aġenda tal-2030 tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Iżvilupp Sostenibbli, adottata f'Settembru 2015, tenfasizza l-importanza tal-promozzjoni ta' soċjetajiet paċifiċi u inklussivi kemm bħala Għan ta' Żvilupp Sostenibbli (SDG 16) u kemm biex jinkisbu eżiti oħrajn tal-politika ta' żvilupp. SDG 16.a jitlob spefikament li "jissaħħu l-istituzzjonijiet nazzjonali rilevanti, inkluż permezz ta' kooperazzjoni internazzjonali għall-bini ta' kapaċitajiet fil-livelli kollha, b'mod partikolari fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, biex jipprevjenu l-vjolenza u jiġġieldu t-terroriżmu u l-kriminalità."17

(2)  L-aġenda tal-2030 tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Iżvilupp Sostenibbli, adottata f'Settembru 2015, tiddeskrivi l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs), li l-ewwel wieħed minnhom hu l-qerda tal-faqar (SDG 1). SDG 16 jenfasizza l-importanza tal-promozzjoni ta' soċjetajiet paċifiċi u inklużivi. SDG 16.a jitlob speċifikament li "jissaħħu l-istituzzjonijiet nazzjonali rilevanti, inkluż permezz ta' kooperazzjoni internazzjonali għall-bini ta' kapaċitajiet fil-livelli kollha, b'mod partikolari fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, biex jipprevjenu l-vjolenza u jiġġieldu t-terroriżmu u l-kriminalità."17

__________________

__________________

17 In-Nazzjonijiet Uniti, A/RES/70/1, Riżoluzzjoni adottata mill-Assemblea Ġenerali fil-25 ta' Settembru 2015

17 In-Nazzjonijiet Uniti, A/RES/70/1, Riżoluzzjoni adottata mill-Assemblea Ġenerali fil-25 ta' Settembru 2015

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  L-appoġġ lill-atturi tas-settur tas-sigurtà, inkluż il-militar f'ċirkostanzi ta' eċċezzjoni, f'pajjiżi terzi f'kuntest ta' prevenzjoni ta' konflitti, ġestjoni ta' kriżijiet jew stabbilizzazzjoni huwa essenzjali biex jiżgura l-kundizzjonijiet xierqa għall-iżvilupp u l-qerda tal-faqar. Dawk l-azzjonijiet huma partikolarment neċessarji biex tiġi żgurata l-protezzjoni tal-popolazzjonijiet ċivili fiż-żoni affettwati minn kunflitt, kriżijiet jew fraġilità. Governanza tajba u kontroll femokratiku effikaċi u sorveljanza ċivili tas-sistema ta' sigurtà, inkluż il-militar, kif ukoll konformità mal-prinċipji tad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt huma attributi essenzjali ta' Stat li jiffunzjona sew fi kwalunkwe kuntest, u għandu jkun promoss permezz ta' appoġġ lil pajjiżi terzi għal riforma usa' tas-settur tas-sigurtà.

(3)  Ir-riforma tas-settur tas-sigurtà, inkluż l-appoġġ lill-forzi armati f'ċirkostanzi ta' eċċezzjoni, f'pajjiżi terzi f'kuntest ta' prevenzjoni ta' kunflitti, ġestjoni ta' kriżijiet jew stabbilizzazzjoni hija essenzjali biex tiżgura l-kundizzjonijiet xierqa, inkluża l-governanza tajba għal użu effikaċi ta' kooperazzjoni għall-iżvilupp, li l-għan ewlieni tagħha huwa l-qerda tal-faqar. Dawk l-azzjonijiet huma partikolarment neċessarji biex tiġi żgurata l-protezzjoni tal-popolazzjonijiet ċivili fiż-żoni affettwati minn kunflitt, kriżijiet jew fraġilità. Governanza tajba u kontroll demokratiku effikaċi u sorveljanza ċivili tas-sistema ta' sigurtà, inkluż il-militar, kif ukoll konformità mal-prinċipji tad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt huma attributi essenzjali ta' Stat li jiffunzjona sew fi kwalunkwe kuntest. L-użu ta' dan l-istrument jenħtieġ li jiġi mmonitorjat mill-qrib u jingħataw aġġornamenti regolari lill-Parlament Ewropew dwar l-attivitajiet li huma ffinanzjati skont id-dispożizzjonijiet tiegħu. Ta' min jinnota li t-tul ta' żmien ta' dan l-istrument huwa strettament limitat sa tmiem il-Qafas Finanzjarju Pluriennali attwali, u sussegwentement il-Kummissjoni jenħtieġ li twettaq evalwazzjoni kompluta interdixxiplinari ta' azzjonijiet iffinanzjati skont id-dispożizzjonijiet dwar is-CBSD stabbiliti skont dan ir-Regolament u tal-istrumenti rilevanti użati mill-Istati Membri biex jiffinanzjaw is-CBSD. Dik l-evalwazzjoni għandha tivvaluta l-koerenza tal-azzjonijiet tas-CBSD ffinanzjati mill-Unjoni u l-Istati Membri tagħha mal-Istrateġija Globali tal-UE u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-NU. Kwalunkwe strument maħluq biex jindirizza n-ness bejn is-sigurtà u l-iżvilupp għandu jkun ibbażat fuq il-konklużjonijiet ta' din l-evalwazzjoni, jintuża biss wara konsultazzjoni pubblika wiesgħa u flimkien ma' diversi partijiet interessati u jenħtieġ li jiffaċilita l-kooperazzjoni ċivili bejn l-istrutturi pubbliċi jew intergovernattivi tal-Unjoni, lokali u reġjonali kif ukoll NGOs sabiex jappoġġa lill-pajjiżi terzi.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni (PSDK) tat-18 ta' Mejju 2015 talbu li jiġu esplorati alternattivi għat-tisħiħ tal-koerenza u l-koordinament bejn l-azzjonijiet ta' sigurtà u żvilupp tal-UE, kif ukoll għat-titjib tat-twassil tal-bini ta' kapaċità b'appoġġ għas-sigurtà u l-iżvilupp, l-iktar f'termini ta' strumenti finanzjarji19. Huma stiednu wkoll l-iżvilupp ta' qafas strateġiku mal-UE kollha għar-Riforma tas-Settur ta' Sigurtà, li jgħaqqad il-PSDK u l-għodod rilevanti l-oħra kollha tal-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni (PESK) kif ukoll l-istrumenti ta' kooperazzjoni għall-iżvilupp u l-atturi tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja.

(6)  Il-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni (PSDK) tat-18 ta' Mejju 2015 talbu li jiġu esplorati alternattivi għat-tisħiħ tal-koerenza u l-koordinament bejn l-azzjonijiet ta' sigurtà u żvilupp tal-UE, kif ukoll għat-titjib tat-twassil tal-bini ta' kapaċità b'appoġġ għas-sigurtà u l-iżvilupp, l-iktar f'termini ta' strumenti finanzjarji19. Huma stiednu wkoll l-iżvilupp ta' qafas strateġiku mal-UE kollha għar-Riforma tas-Settur ta' Sigurtà, li jgħaqqad il-PSDK u l-għodod rilevanti l-oħra kollha tal-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni (PESK) kif ukoll l-atturi tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja.

__________________

__________________

19 Il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Barranin (fil-formazzjoni tad-Difiża) dwar il-PSDK, id-dokument 8971/15 tat-18 ta' Mejju 2015

19 Il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Barranin (fil-formazzjoni tad-Difiża) dwar il-PSDK, id-dokument 8971/15 tat-18 ta' Mejju 2015

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 6a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a)  Il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tas-7 u tat-8 ta' Frar 2013 speċifikaw li mill-inqas 90 % tat-total tal-għajnuna esterna tal-Unjoni jenħtieġ li titqies bħala għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp skont id-definizzjoni stabbilita mill-Kumitat ta' Assistenza għall-Iżvilupp (DAC) tal-OECD. Għaldaqstant huwa importanti li, sa fejn possibbli, l-allokazzjoni tal-finanzjament fil-qafas tar-Regolament (UE) Nru 230/2014 rivedut tirrifletti dak il-proporzjon.

Ġustifikazzjoni

Kważi 90 % tal-infiq fl-ambitu tal-Istrument li jikkontribwixxi għall-Istabbiltà u l-Paċi (IcSP) attwalment jissodisfa l-kriterji tad-DAC.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 6b (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6b)  L-għan ewlieni tal-Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp (ODA) mhuwiex li jiffinanzja l-istrumenti relatati mas-sigurtà.

Ġustifikazzjoni

L-istrumenti ta' sigurtà jridu jiġu ffinanzjati permezz ta' linji baġitarji dedikati għas-sigurtà. Id-DCI u l-FEŻ iridu jissodisfaw l-obbligu bbażat fuq it-trattat li għandu jintuża għall-qerda tal-faqar.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 6c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6c)  Il-konklużjonijiet tal-Kunsill1a dwar il-Pjan ta' Azzjoni dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija 2015-2019 tal-20 ta' Lulju 2015, b'mod partikolari l-anness dwar il-Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija u l-punt 21(c) tiegħu, jistiednu lill-Kummissjoni, lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) u lill-Kunsill biex sal-2017 jiżviluppaw u jimplimentaw politika dwar id-diliġenza dovuta li tiżgura li l-appoġġ tal-Unjoni għall-forzi tas-sigurtà jkun konformi ma' u jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-politika tal-Unjoni dwar id-drittijiet tal-bniedem u jkun konsistenti mal-promozzjoni, il-protezzjoni u l-infurzar tad-dritt internazzjonali fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem u d-dritt umanitarju internazzjonali, kif applikabbli.

 

__________________

 

1a http://data.consilium.europa.eu/doc/document/ST-10897-2015-INIT/mt/pdf

Ġustifikazzjoni

Qabel ma jidħol fis-seħħ ir-Regolament emendat dwar l-IcSP huwa ferm importanti li tidħol fis-seħħ politika dwar id-diliġenza dovuta li tiżgura li l-appoġġ tal-UE għall-forzi tas-sigurtà skont l-Artikolu 3a l-ġdid ikun konformi mal-politika tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 6d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6d)  Fir-rigward tal-alternattivi disponibbli fi ħdan il-politika estera u ta' sigurtà komuni (PESK), ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' Novembru 2016 dwar l-Unjoni Ewropea tad-Difiża indikat, fil-paragrafu 47, riforma possibbli tal-mekkaniżmu ATHENA bl-għan li joktor il-potenzjal tagħha għal kondiviżjoni ta' spejjeż u finanzjament komuni, b'mod partikolari biex tissaħħaħ il-kapaċità tal-atturi militari fil-pajjiżi sħab (taħriġ, mentoring, konsulenza, forniment ta' tagħmir, titjib tal-infrastruttura u servizzi oħrajn). Mekkaniżmu simili ġie żviluppat barra mill-baġit tal-Unjoni permezz tal-Faċilità għall-Paċi fl-Afrika.

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li jiġi enfasizzat li l-alternattivi tal-PESK huma disponibbli għall-implimentazzjoni ta' programmi ta' bini ta' kapaċità militari f'pajjiżi terzi. Waħda minn dawn l-alternattivi tista' tkun li jiġi riformat il-mekkaniżmu ATHENA kif diġà promwoviet u appoġġat riżoluzzjoni reċenti tal-Parlament Ewropew.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1

Regolament (UE) Nru 230/2014

Artikolu 1 – paragrafu 2 – subparagrafu 1a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

"Meta tingħata assistenza tal-Unjoni lill-atturi tas-settur tas-sigurtà, din tista' tinkludi wkoll atturi militari f'ċirkostanzi ta' eċċezzjoni kif stipulat fl-Artikolu 3a, b'mod partikolari fil-kuntest ta' proċess ta' riforma tas-settur tas-sigurtà usa' u/jew fil-bini ta' kapaċità b'appoġġ għas-sigurtà u l-iżvilupp f'pajjiżi terzi, b'konformità mal-għan ġenerali tal-ksib ta' żvilupp sostenibbli."

"Meta tingħata assistenza tal-Unjoni lill-atturi tas-settur tas-sigurtà, din tista' tinkludi wkoll atturi militari f'ċirkostanzi ta' eċċezzjoni kif stipulat fl-Artikolu 3a, b'mod partikolari fil-kuntest ta' proċess ta' riforma tas-settur tas-sigurtà usa' u/jew fil-bini ta' kapaċità b'appoġġ għas-sigurtà u l-iżvilupp f'pajjiżi terzi, b'konformità mal-għanijiet għall-iżvilupp sostenibbli u mal-prinċipji tal-effikaċja tal-għajnuna u tal-koerenza tal-politiki."

Emenda    13

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Regolament (UE) Nru 230/2014

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-bini ta' kapaċità b'appoġġ għas-sigurtà u l-iżvilupp

Il-bini ta' kapaċità fil-kuntest tar-riforma tas-settur tas-sigurtà

Ġustifikazzjoni

Kwalunkwe miżura fil-kuntest tal-Artikolu 3a l-ġdid għandha tkun parti mill-inizjattiva għal Riforma tas-Settur tas-Sigurtà (RSS) usa' f'konformità mal-kunċett il-ġdid tal-UE dwar l-RSS u l-miżuri RSS rilevanti fil-kuntest tal-istrumenti tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp. Dawn il-miżuri għandhom jiffokaw fuq ir-riforma tal-istrutturi governattivi rilevanti b'tali mod li jsaħħu s-sorveljanza parlamentari, il-kontroll ċivili, it-trasparenza, ir-responsabbiltà u l-effiċjenza. Il-miżura fl-Artikolu 3a m'għandhiex tinftiehem bħala rispons għall-kriżijiet iżda bħala komponent tal-politika ta' riforma strutturali fuq terminu ta' żmien medju u twil.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Regolament (UE) Nru 230/2014

Artikolu 3a – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-assistenza tista' tkopri b'mod partikolari l-forniment ta' programmi ta' bini ta' kapaċità b'appoġġ għas-sigurtà u l-iżvilupp, inkluż taħriġ, mentoring u pariri, kif ukoll bil-forniment ta' tagħmir, titjib tal-infrastruttura u l-provvista ta' servizzi oħrajn.

2.  L-assistenza għandha tkun eleġibbli biex tkopri b'mod partikolari l-forniment ta' programmi ta' bini ta' kapaċità b'appoġġ għas-sigurtà u l-iżvilupp, inkluż taħriġ, mentoring u pariri, kif ukoll bil-forniment ta' tagħmir, titjib tal-infrastruttura u l-provvista ta' servizzi oħrajn.

 

L-assistenza li taqa' taħt dan l-Artikolu għandha tkun iffinanzjata permezz ta' riallokazzjoni fl-Intestatura IV tal-baġit ġenerali tal-Unjoni għall-qafas finanzjarju pluriennali 2014-2020 mingħajr ma jiġu mobilizzati riżorsi addizzjonali. Tali riallokazzjoni għandha teskludi l-użu ta' approprjazzjonijiet allokati għal miżuri skont ir-Regolament (UE) Nru 233/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a.

 

__________________

 

1a Regolament (UE) Nru 233/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi strument ta' finanzjament tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp għall-perjodu 2014-2020

Ġustifikazzjoni

Il-Parlament jitlob li jkun hemm lista pożittiva magħluqa ta' attivitajiet eleġibbli għall-għajnuna taħt l-IcSP, u jfakkar li l-fondi DCI ma jistgħux jintużaw biex jiffinanzjaw attivitajiet CBSD.

Emenda    15

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Regolament (UE) Nru 230/2014

Artikolu 3a – paragrafu 3 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Assistenza skont dan l-Artikolu tingħata biss:

3.  Assistenza skont dan l-Artikolu għandha tibqa' eċċezzjonali u għandha tingħata fiż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:

Emenda    16

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Regolament (UE) Nru 230/2014

Artikolu 3a – paragrafu 3 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  meta jkun hemm kunsens bejn il-pajjiż ikkonċernat u l-komunità internazzjonali u/jew l-Unjoni Ewropea li s-settur tas-sigurtà, u b'mod partikolari l-militar, huma essenzjali għall-istabbiltà, il-paċi u l-iżvilupp, partikolarment f'kuntesti u sitwazzjonijiet fraġli u ta' kriżijiet.

(b)  meta jkun hemm kunsens bejn il-pajjiż ikkonċernat u l-Unjoni Ewropea li s-settur tas-sigurtà, inklużi l-forzi armati tal-pajjiż, huma kruċjali għall-preservazzjoni, l-istabbilment jew l-istabbilment mill-ġdid tal-kundizzjonijiet essenzjali għall-iżvilupp sostenibbli.

Ġustifikazzjoni

L-objettiv primarju ma jistax jaqleb lejn l-istabbiltà, il-paċi u l-ġestjoni ta' kriżi mingħajr ma jinbidel iċ-ċentru tal-gravità.

Emenda    17

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Regolament (UE) Nru 230/2014

Artikolu 3a – paragrafu 4 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  l-akkwist ta' armi u munizzjon;

(b)  l-akkwist ta' armi, parts tal-bdil u munizzjon jew kull apparat ieħor imfassal għall-użu letali tal-forza;

Emenda    18

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Regolament (UE) Nru 230/2014

Artikolu 3a – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Waqt it-tfassil u l-implimentazzjoni ta' miżuri skont dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tippromwovi r-responsabbiltà tal-pajjiż sieħeb. Hija għandha tiżvilupp wkoll l-elementi u prattiki tajbin meħtieġa għall-iżgurar ta' sostenibbiltà fit-terminu medju u dak twil kif ukoll il-promozzjoni tal-istat tad-dritt u l-prinċipji tad-dritt internazzjonali stabbiliti.

5.  Waqt it-tfassil u l-implimentazzjoni ta' miżuri skont dan l-Artikolu, il-Kummissjoni u s-SEAE għandhom jiżguraw komplementarjetà sħiħa ma' strumenti oħrajn ta' assistenza esterna tal-Unjoni kif ukoll konsistenza mal-azzjoni esterna globali, inkluża l-PESK, u jippromwovu r-responsabbiltà tal-pajjiż sieħeb. Għandhom jiżviluppaw ukoll l-elementi u l-prattiki tajbin meħtieġa għall-iżgurar ta' sostenibbiltà fit-terminu medju u dak twil kif ukoll jippromwovu l-istat tad-dritt u l-prinċipji tad-dritt internazzjonali stabbiliti.

Emenda    19

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Regolament (UE) Nru 230/2014

Artikolu 3a – paragrafu 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi proċeduri xierqa ta' valutazzjoni tar-riskju, monitoraġġ u evalwazzjoni għall-miżuri skont dan l-Artikolu."

6.  Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi proċeduri xierqa ta' valutazzjoni tar-riskju, monitoraġġ u evalwazzjoni għall-miżuri skont dan l-Artikolu u, mingħajr dewmien, għandha tagħmel dik l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku. Il-Parlament Ewropew għandu dejjem jinżamm direttament informat.

Emenda    20

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Regolament (UE) Nru 230/2014

Article 7 – paragraph 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Fl-Artikolu 7, il-paragrafu (1) huwa sostitwit b'dan li ġej:

imħassar

"1.  L-assistenza tal-Unjoni skont l-Artikolu 3 u l-Artikolu 3a kif xieraq, għandha tingħata permezz ta' miżura ta' assistenza eċċezzjonali u ta' programmi interim ta' reazzjoni."

 

Ġustifikazzjoni

Deċiżjonijiet rigward l-Artikolu 3a l-ġdid dwar il-bini tal-kapaċità militari m'għandhomx jintlaħqu permezz tal-proċeduri previsti fl-Artikolu 3 ta' dan ir-Regolament li huma mfassla għal deċiżjonijiet mgħaġġla għal miżuri urġenti ta' għajnuna eċċezzjonali. Il-proċedura tal-Artikolu 3 ma tinvolvix lill-Parlament, mentri l-proċedura tal-Artikoli 4 u 5 tinvolvih.

Emenda    21

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Regolament (UE) Nru 230/2014

Artikolu 8 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Id-dokumenti tematiċi ta' strateġija għandhom jikkostitwixxu l-bażi ġenerali għall-implimentazzjoni tal-assistenza skont l-Artikoli 4 u 5, u l-Artikolu 3a kif xieraq. Id-dokumenti tematiċi ta' strateġija għandhom jipprovdu qafas għall-kooperazzjoni bejn l-Unjoni u l-pajjiżi sħab jew ir-reġjuni kkonċernati.

1.  Id-dokumenti tematiċi ta' strateġija għandhom jikkostitwixxu l-bażi ġenerali għall-implimentazzjoni tal-assistenza skont l-Artikoli 4 u 5, u l-Artikolu 3a. Id-dokumenti tematiċi ta' strateġija għandhom jipprovdu qafas għall-kooperazzjoni bejn l-Unjoni u l-pajjiżi sħab jew ir-reġjuni kkonċernati.

Ġustifikazzjoni

Il-proċedura prevista fl-Artikoli 4 u 5 ta' dan ir-Regolament hija l-proċedura adatta għall-Artikolu 3a l-ġdid. Din il-proċedura tiggarantixxi li l-Parlament huwa involut fil-proċess u li l-miżuri tal-bini ta' kapaċità militari huma mfassla bħala l-hekk imsejħa miżuri maħsuba għal żmien twil li jindirizzaw problemi strutturali fil-kuntest ta' sforz usa' tar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà.

Emenda    22

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5

Regolament (UE) Nru 230/2014

Artikolu 10 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-miżuri adottati skont dan ir-Regolament fir-rigward tal-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità organizzata, kif ukoll il-miżuri skont l-Artikolu 3a, ikunu implimentati skont id-dritt internazzjonali, inkluż id-dritt umanitarju internazzjonali."

1.  Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-miżuri adottati skont dan ir-Regolament fir-rigward tal-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità organizzata, kif ukoll il-miżuri skont l-Artikolu 3a, ikunu implimentati skont il-prinċipju "primum non nocere" kif ukoll skont id-dritt internazzjonali, inkluż id-dritt umanitarju internazzjonali u dak dwar id-drittijiet tal-bniedem, u l-politika dwar id-diliġenza dovuta tal-Unjoni sabiex tiżgura li l-appoġġ tal-Unjoni għall-forzi tas-sigurtà jkun konformi ma' u jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-politika tal-Unjoni dwar id-drittijiet tal-bniedem u jkun konsistenti mal-promozzjoni, il-protezzjoni u l-infurzar tad-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-dritt umanitarju internazzjonali. Il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tagħmel il-valutazzjonijiet rilevanti tagħha għad-dispożizzjoni tal-pubbliku.

Ġustifikazzjoni

Jeħtieġ li jissemmew b'mod speċifiku il-prinċipju "primum non nocere" u d-dritt dwar id-drittijiet tal-bniedem.

Emenda    23

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6a (ġdid)

Regolament (UE) Nru 230/2014

Artikolu 13 – paragrafu 3 – punt ba (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a)  Fl-Artikolu 13(3), jiżdied il-punt li ġej:

 

"(ba)   21 punt perċentwali tal-pakkett finanzjarju għandhom jiġu allokati għall-miżuri li jaqgħu taħt l-Artikolu 5;";

Ġustifikazzjoni

Fl-Artikolu 13 ta' dan ir-Regolament huwa speċifikat li l-miżuri tal-Artikolu 3 jistgħu jikkonsmaw 70 % tal-pakkett finanzjarju u l-miżuri tal-Artikolu 4 9 %. Sabiex ikun żgurat li l-Artikolu 5 ikompli jirċievi għall-inqas 21 % huwa importanti li tiżdied din il-lingwa. Inkella jkun hemm riskju li l-Artikolu 3a l-ġdid jikkonsma mhux biss EUR 100 miljun iżda anke finanzjament previst, iżda li mhux allokat b'mod korrett, għall-Artikolu 5.

Emenda    24

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6b (ġdid)

Regolament (UE) Nru 230/2014

Artikolu 13 – paragrafu 3 – punt bb (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6b)  Fl-Artikolu 13(3), jiżdied il-punt li ġej:

 

"(bb)   l-assistenza li taqa' taħt l-Artikolu 3a għandha tkun limitata għal massimu ta' EUR 100 000 000.".

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li jiġi garantit li bħala riżultat tal-introduzzjoni tal-Artikolu 3a l-ġdid dwar il-bini tal-kapaċità militari, il-fondi disponibbli għall-Artikoli 3, 4 u 5 li diġà jeżistu ma jitnaqqsux.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

L-istabbiliment ta’ strument li jikkontribwixxi għall-istabbiltà u l-paċi

Referenzi

COM(2016)0447 – C8-0264/2016 – 2016/0207(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFET

12.9.2016

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

DEVE

12.9.2016

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Linda McAvan

10.2.2017

Rapporteur għal opinjoni sostitut(a)

Paavo Väyrynen

Eżami fil-kumitat

25.4.2017

29.5.2017

 

 

Data tal-adozzjoni

3.7.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

13

8

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Beatriz Becerra Basterrechea, Ignazio Corrao, Doru-Claudian Frunzulică, Enrique Guerrero Salom, Heidi Hautala, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Arne Lietz, Linda McAvan, Maurice Ponga, Cristian Dan Preda, Lola Sánchez Caldentey, Elly Schlein, Paavo Väyrynen, Bogdan Brunon Wenta, Joachim Zeller, Željana Zovko

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Frank Engel, Ádám Kósa, Judith Sargentini

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

John Stuart Agnew, Jean-Paul Denanot, Estefanía Torres Martínez

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

13

+

PPE

Frank Engel, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Ádám Kósa, Maurice Ponga, Cristian Dan Preda, Bogdan Brunon Wenta, Željana Zovko

S&D

Jean-Paul Denanot, Doru-Claudian Frunzulică, Enrique Guerrero Salom, Arne Lietz, Linda McAvan, Elly Schlein

8

-

ALDE

Beatriz Becerra Basterrechea, Paavo Väyrynen

EFDD

John Stuart Agnew, Ignazio Corrao

GUE/NGL

Lola Sánchez Caldentey, Estefanía Torres Martínez

Verts/ALE

Heidi Hautala, Judith Sargentini

1

0

PPE

Joachim Zeller

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

L-istabbiliment ta’ strument li jikkontribwixxi għall-istabbiltà u l-paċi

Referenzi

COM(2016)0447 – C8-0264/2016 – 2016/0207(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

5.7.2016

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFET

12.9.2016

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

DEVE

12.9.2016

INTA

12.9.2016

BUDG

12.9.2016

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

INTA

31.8.2016

BUDG

31.8.2016

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Arnaud Danjean

13.12.2016

 

 

 

Bażi legali kkontestata

       Data tal-opinjoni tal-JURI

JURI

13.7.2017

 

 

 

Data tal-adozzjoni

11.7.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

48

14

4

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Lars Adaktusson, Michèle Alliot-Marie, Francisco Assis, Petras Auštrevičius, Bas Belder, Mario Borghezio, Victor Boştinaru, Elmar Brok, Klaus Buchner, James Carver, Fabio Massimo Castaldo, Lorenzo Cesa, Aymeric Chauprade, Javier Couso Permuy, Andi Cristea, Arnaud Danjean, Knut Fleckenstein, Eugen Freund, Michael Gahler, Iveta Grigule, Sandra Kalniete, Tunne Kelam, Janusz Korwin-Mikke, Andrey Kovatchev, Eduard Kukan, Ryszard Antoni Legutko, Arne Lietz, Barbara Lochbihler, Sabine Lösing, Andrejs Mamikins, Alex Mayer, David McAllister, Tamás Meszerics, Francisco José Millán Mon, Javier Nart, Demetris Papadakis, Ioan Mircea Paşcu, Alojz Peterle, Tonino Picula, Julia Pitera, Cristian Dan Preda, Jozo Radoš, Sofia Sakorafa, Jordi Solé, Jaromír Štětina, Charles Tannock, László Tőkés, Miguel Urbán Crespo, Ivo Vajgl, Elena Valenciano, Geoffrey Van Orden, Hilde Vautmans, Anders Primdahl Vistisen, Boris Zala

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Brando Benifei, Luis de Grandes Pascual, András Gyürk, Javi López, Marietje Schaake, Eleni Theocharous, Ernest Urtasun, Bodil Valero, Paavo Väyrynen, Marie-Christine Vergiat

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Inés Ayala Sender, Ádám Kósa

Data tat-tressiq

17.7.2017

Avviż legali