RAPPORT dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-inklużjoni tal-emissjonijiet u l-assorbimenti ta' gassijiet serra minn użu tal-art, tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija fil-Qafas ta' politika għall-klima u l-enerġija għall-2030 u li jemenda r-Regolament Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar mekkaniżmu għall-monitoraġġ u r-rapportar ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra u għar-rapportar ta' informazzjoni oħra relatata mat-tibdil fil-klima

11.7.2017 - (COM(2016)0479 – C8-0330/2016 – 2016/0230(COD)) - ***I

Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel
Rapporteur: Norbert Lins


Proċedura : 2016/0230(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-inklużjoni tal-emissjonijiet u l-assorbimenti ta' gassijiet serra minn użu tal-art, tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija fil-Qafas ta' politika għall-klima u l-enerġija għall-2030 u li jemenda r-Regolament Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar mekkaniżmu għall-monitoraġġ u r-rapportar ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra u għar-rapportar ta' informazzjoni oħra relatata mat-tibdil fil-klima

(COM(2016)0479 – C8-0330/2016 – 2016/0230(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2016)0479),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 192(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0330/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-14 ta' Diċembru 2016[1],

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-22 ta' Marzu 2017[2],

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp, il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A8-0262/2017),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda     1

Proposta għal regolament

Premessa -1 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-1)   Il-Protokoll Nru 1 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea dwar ir-rwol tal-parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea jeħtieġ li jiġi kkunsidrat.

Emenda     2

Proposta għal regolament

Premessa -1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-1a)   Il-Protokoll Nru 2 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità jeħtieġ li jiġi kkunsidrat.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Fl-10 ta' Ġunju 2016 il-Kummissjoni ppreżentat proposta għall-UE biex tirratifika l-Ftehim ta' Pariġi. Din il-proposta leġiżlattiva tifforma parti mill-implimentazzjoni tal-impenn tal-Unjoni għat-tnaqqis tal-emissjonijiet fl-ekonomija kollha kif ikkonfermat fl-impenn għal kontribut maħsub determinat fil-livell nazzjonali tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha ppreżentat lis-Segretarjat tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima ("UNFCCC") fis-6 ta' Marzu 2015.10

(3)  Fil-5 ta' Ottubru 2016, il-Kunsill irratifika l-Ftehim ta' Pariġi f'isem l-Unjoni, wara l-approvazzjoni mogħtija mill-Parliament Ewropew fl-4 ta' Ottubru 2016. Il-Ftehim ta' Pariġi daħal fis-seħħ fl-4 ta' Novembru 2016. Dan ir-Regolament jifforma parti, f'dan ir-rigward, mill-implimentazzjoni tal-impenn tal-Unjoni għat-tnaqqis tal-emissjonijiet fl-ekonomija kollha kif stabbilit fl-impenn għal kontribut maħsub determinat fil-livell nazzjonali tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha ppreżentat lis-Segretarjat tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima ("UNFCCC") fis-6 ta' Marzu 2015.10 L-Unjoni jeħtieġ li tkompli tmexxi bl-eżempju u żżid l-isforzi tagħha marbuta mal-klima għal livelli konformi mal-objettiv tal-Ftehim ta' Pariġi.

__________________

__________________

10 http://www4.unfccc.int/submissions/indc/Submission%20Pages/submissions.aspx

10 http://www4.unfccc.int/ndcregistry/pages/Party.aspx?party=EUU

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Il-Ftehim ta' Pariġi, fost l-oħrajn, jistabbilixxi mira fit-tul f'konformità mal-għan li ż-żieda fit-temperatura globali tinżamm sew taħt iż-2 °C 'il fuq mil-livelli preindustrijali u biex jitkomplew l-isforzi biex tinżamm sal-1,5 °C 'il fuq mil-livelli preindustrijali. Sabiex tintlaħaq din il-mira, il-Partijiet għandhom iħejju, jikkomunikaw u jżommu kontributi suċċessivi determinati fil-livell nazzjonali. Il-Ftehim ta' Pariġi jissostitwixxi l-approċċ meħud skont il-Protokoll ta' Kjoto tal-1997 li mhux se jitkompla wara l-2020. Il-Ftehim ta' Pariġi jitlob ukoll bilanċ bejn l-emissjonijiet antropoġeniċi mis-sorsi u l-assorbimenti minn bjar ta' gassijiet serra fit-tieni nofs ta' dan is-seklu, u jistieden lill-Partijiet biex jieħdu azzjoni sabiex jikkonservaw u jtejbu, kif xieraq, bjar u riżervi ta' gassijiet serra, inklużi foresti.

(4)  Il-Ftehim ta' Pariġi, fost l-oħrajn, jistabbilixxi mira fit-tul f'konformità mal-għan li ż-żieda fit-temperatura globali tinżamm sew taħt iż-2 °C 'il fuq mil-livelli preindustrijali u biex jitkomplew l-isforzi biex tinżamm sal-1,5 °C 'il fuq mil-livelli preindustrijali, fatt li jirrikjedi li d-dinja tidħol f'perjodu ta' livelli ta' emissjonijiet negattivi, li matulu l-foresti, l-art agrikola u l-artijiet mistagħdra, inklużi t-torbieri, se jiżvolġu rwol ċentrali. Il-Ftehim ta' Pariġi għandu wkoll l-għan li jsaħħaħ ir-rispons globali għat-theddida tat-tibdil fil-klima, fil-kuntest tal-iżvilupp sostenibbli u l-isforzi biex jiġi eliminat il-faqar, inkluż billi tiżdied il-kapaċità ta' adattament għall-impatti negattivi tat-tibdil fil-klima u billi titrawwem ir-reżiljenza għall-klima u l-iżvilupp ta' emissjonijiet baxxi ta' gassijiet b'effett ta' serra, b'mod li ma tkunx mhedda l-produzzjoni tal-ikel. Fil-Ftehim ta' Pariġi l-Partijiet jirrikonoxxu wkoll il-prijorità fundamentali li titħares is-sigurtà tal-ikel u li jintemm il-ġuħ, u l-vulnerabbiltajiet partikolari tas-sistemi tal-produzzjoni tal-ikel għall-impatti negattivi tat-tibdil fil-klima. Sabiex jintlaħaq l-għan tal-Ftehim ta' Pariġi din il-mira, huwa meħtieġ li l-Partijiet iżidu l-isforzi kollettivi tagħhom biex jimmitigaw it-tibdil fil-klima u jillimitaw it-tisħin globali. Il-Partijiet għandhom iħejju, jikkomunikaw u jżommu kontributi suċċessivi determinati fil-livell nazzjonali. Il-Ftehim ta' Pariġi jissostitwixxi l-approċċ meħud skont il-Protokoll ta' Kjoto tal-1997 li mhux se jitkompla wara l-2020. Il-Ftehim ta' Pariġi jitlob ukoll bilanċ bejn l-emissjonijiet antropoġeniċi mis-sorsi u l-assorbimenti minn bjar ta' gassijiet serra fit-tieni nofs ta' dan is-seklu, u jistieden lill-Partijiet biex jieħdu azzjoni sabiex jikkonservaw u jtejbu, kif xieraq, bjar u riżervi ta' gassijiet serra, inklużi foresti. Fil-Ftehim ta' Pariġi, il-partijiet jirrikonoxxu wkoll li azzjoni ta' adattament għandha ssegwi approċċ trasparenti b'mod sħiħ, filwaqt li jitqiesu l-ekosistemi u għandha tkun ibbażata fuq l-aqwa xjenza disponibbli u tiġi ggwidata minnha.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a)  Huwa essenzjali li l-foresti jiġu mmaniġġjati b'mod sostenibbli, skont il-prinċipji tal-ġestjoni sostenibbli tal-foresti żviluppati fl-ambitu tal-proċess Forest Europe. Dak il-proċess jiddefinixxi l-ġestjoni sostenibbli tal-foresti bħala l-ġestjoni u l-użu tal-foresti u tal-artijiet tal-foresti b'mod u b'rata tali li jippermettulhom iżommu l-bijodiversità, il-produttività, il-kapaċità ta' riġenerazzjoni, il-vitalità u l-kapaċità li jiġu sodisfati, attwalment u fil-futur, il-funzjonijiet ekoloġiċi, ekonomiċi u soċjali rilevanti, fil-livell lokali, nazzjonali u dinji, u b'mod li ma jikkawżawx ħsara lil ekosistemi oħrajn. Din il-ġestjoni teħtieġ ukoll li r-rwol tal-afforestazzjoni f'dan il-kuntest jiġi rrikonoxxut.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 4b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4b)  Biex jinkisbu l-livelli negattivi ta' emissjonijiet meħtieġa biex jintlaħqu l-miri tal-Ftehim ta' Pariġi, is-sistema tal-kontabbiltà fir-rigward tal-użu tal-art, it-tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija ("LULUCF") jeħtieġ li tkun robusta. Peress li l-assorbimenti permezz tal-LULUCF huma riversibbli, għandhom jiġu trattati bħala pilastru separat fil-qafas tal-politika għall-klima tal-Unjoni.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Il-Kunsill Ewropew tat-23-24 ta' Ottubru 2014 irrikonoxxa wkoll l-għanijiet multipli tas-settur tal-agrikoltura u l-użu tal-art, bil-potenzjal ta' mitigazzjoni inferjuri kif ukoll il-ħtieġa ta' żgurar ta' koerenza bejn l-għanijiet tas-sigurtà alimentari u tat-tibdil fil-klima tal-Unjoni. Il-Kunsill Ewropew stieden lill-Kummissjoni biex teżamina l-aħjar mod biex tħeġġeġ l-intensifikazzjoni sostenibbli tal-produzzjoni tal-ikel, filwaqt li tottimizza l-kontribut tas-settur għall-mitigazzjoni u s-sekwestru tal-gassijiet serra, fosthom permezz tal-afforestazzjoni, u biex tistabbilixxi politika dwar kif jiġi inkluż l-użu tal-art, it-tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija ("LULUCF") fil-Qafas ta' mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima għall-2030 malli l-kundizzjonijiet tekniċi jippermettu dan u fi kwalunkwe każ qabel l-2020.

(5)  Il-Kunsill Ewropew tat-23-24 ta' Ottubru 2014 irrikonoxxa wkoll l-għanijiet multipli tas-settur tal-agrikoltura u l-użu tal-art, bil-potenzjal ta' mitigazzjoni inferjuri kif ukoll il-ħtieġa ta' żgurar ta' koerenza bejn l-għanijiet tas-sigurtà alimentari u tat-tibdil fil-klima tal-Unjoni. Barra minn hekk, l-implimentazzjoni ta' soluzzjonijiet teknoloġiċi fis-setturi tal-agrikoltura u tal-forestrija jikkontribwixxu għat-tisħiħ tal-produzzjoni u għat-tnaqqis tal-impronta ambjentali. Il-Kunsill Ewropew stieden lill-Kummissjoni biex teżamina l-aħjar mod biex tħeġġeġ l-intensifikazzjoni sostenibbli tal-produzzjoni tal-ikel, filwaqt li tottimizza l-kontribut tas-settur għall-mitigazzjoni u s-sekwestru tal-gassijiet serra, fosthom permezz tal-afforestazzjoni, u biex tistabbilixxi politika dwar kif jiġi inkluż l-użu tal-art, it-tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija ("LULUCF") fil-qafas ta' mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima għall-2030 malli l-kundizzjonijiet tekniċi jippermettu dan u fi kwalunkwe każ qabel l-2020.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  Is-settur tal-LULUCF jista' jikkontribwixxi b'diversi modi għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, b'mod partikolari billi jitnaqqsu l-emissjonijiet, u jinżammu u jiżdiedu r-riżervi u l-ħażniet tal-karbonju. Sabiex il-miżuri li għandhom l-għan li b'mod partikolari jżidu s-sekwestru tal-karbonju jkunu effettivi, hemm bżonn tal-istabbiltà u l-adattabbiltà fit-tul tar-raggruppamenti tal-karbonju.

(6)  Is-settur tal-LULUCF hu espost ħafna u vulnerabbli ħafna għat-tibdil fil-klima. Fl-istess ħin, is-settur għandu potenzjal enormi li jipprovdi benefiċċji fit-tul għall-klima u li jikkontribwixxi b'mod sinifikanti biex jintlaħqu l-miri tal-Unjoni u dawk internazzjonali dwar il-klima fuq terminu twil. Is-settur tal-LULUCF jikkontribwixxi b'diversi modi għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, b'mod partikolari billi jnaqqas l-emissjonijiet, u billi jmantni u jżid il-bjar u l-ħażniet tal-karbonju. Is-settur jipprovdi wkoll bijomaterjali li jistgħu, sa ċertu punt, jissostitwixxu l-materjali b'użu intensiv tal-fjuwils fossili u tal-karbonju b'bijomassa b'livell baxx tal-karbonju mill-foresti. Rigward tali sostituzzjoni, iċ-ċiklu kollu tal-ħajja ta' dawk il-materjali, mill-produzzjoni tal-materja prima sal-istadji tal-ipproċessar u l-manifattura, għandhom jiġu kkunsidrati. Il-bijoekonomija, inkluża s-sostituzzjoni tal-materjali bħal fil-kostruzzjoni, u inkluża l-bijoenerġija, għandha rwol importanti fit-tranżizzjoni lejn ekonomija ħielsa mill-fjuwils fossili. Sabiex il-miżuri li għandhom l-għan li b'mod partikolari jżidu s-sekwestru tal-karbonju jkunu effettivi u konformi mal-Ftehim ta' Pariġi, il-foresti sostenibbli u l-ġestjoni tar-riżorsi u l-istabbiltà u l-adattabbiltà fit-tul tar-raggruppamenti tal-karbonju huma essenzjali. Billi s-settur tal-LULUCF huwa kkaratterizzat minn perjodi ta' żmien twal, hemm bżonn ta' strateġiji fit-tul sabiex ikun hemm il-possibiltà ta' investimenti sostenibbli fuq medda twila ta' żmien.

Emenda     9

Proposta għal regolament

Premessa 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a)  L-Unjoni għandha tassumi rwol ta' tmexxija fil-livell globali fil-promozzjoni u fl-esportazzjoni tar-riċerka u tal-investiment fil-prattiki, fit-tekniki u fl-ideat sostenibbli, avvanzati u innovattivi fis-settur tal-LULUCF, kif ukoll fit-tixrid tat-teknoloġiji ekoloġiċi, ħalli tnaqqas l-emissjonijiet ta' gassijiet serra filwaqt li tippreserva l-produzzjoni tal-ikel, biex b'hekk tagħti l-eżempju lis-sħab internazzjonali tagħha, fosthom il-pajjiżi li qed jiżviluppaw. F'dan il-kuntest, għandha tissaħħaħ il-kooperazzjoni u s-sħubija effikaċi mal-atturi tas-settur privat, speċjalment mal-impriżi ż-żgħar u ta' daqs medju.

Emenda     10

Proposta għal regolament

Premessa 6b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6b)  Il-prijoritizzazzjoni tal-finanzjament għar-riċerka dwar it-tibdil fil-klima għandha ssaħħaħ ir-rwol tas-settur tal-LULUCF b'rabta mal-mitigazzjoni u l-adattament għat-tibdil fil-klima. B'mod partikulari, jekk tingħata spinta lill-programm ta' riċerka u innovazzjoni tal-Unjoni għall-perjodu 2021-2028 fis-settur tal-LULUCF, dan jista', fost l-oħrajn, jikkontribwixxi għall-approfondiment u t-tixrid tal-għarfien xjentifiku u tal-komunitajiet lokali dwar il-prestazzjoni tas-settur, l-aċċelerazzjoni tal-innovazzjonijiet sostenibbli, it-trawwim tat-tranżizzjoni għall-era diġitali, il-modernizzazzjoni tat-taħriġ u l-edukazzjoni, it-tisħiħ tar-reżiljenza ta' dak is-settur u l-monitoraġġ tal-bijodiversità u l-azzjoni tal-bniedem.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 6c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6c)  Ir-riċerka fir-rwol tal-injam mejjet b'mod partikolari fdalijiet tal-injam oħxon (coarse woody debris) 'il fuq mill-art u injam mejjet midfun kemm f'foresti mhux ġestiti kif ukoll ġestiti jenħtieġ li tissaħħaħ biex tittejjeb il-preċiżjoni tal-kontabilità tal-karbonju tal-foresti u fil-kalkolu tal-bilanċ tal-karbonju tal-ekosistema nett. Hemm evidenza limitata disponibbli, iżda din l-evidenza tindika li l-injam mejjet jista' jikkostitwixxi raggruppament kbir ta' karbonju u jekk l-injam mejjet jitħalla fuq il-post dan jista', fost l-oħrajn, ikollu rwol sinifikanti f'termini ta' bijodiversità u jiġi rikonoxxut bħala li għandu parti importanti fl-istrateġija tal-mitigazzjoni tal-gassijiet serra. Dik l-indikazzjoni hija rilevanti meta wieħed iqis li l-ġestjoni tal-foresti tista' tiffavorixxi t-tneħħija tal-injam mejjet pereżempju għall-iskopijiet tal-enerġija, u kwalunkwe deċiżjoni dwar il-mitigazzjoni u l-adattament korrett għandha tkun b'sostenn xjentifiku u informata. Matul il-perjodu 2017-2020 għandhom jiġu allokati riżorsi dedikati lil dik ir-riċerka.

Emenda     12

Proposta għal regolament

Premessa 6d (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6d)  L-Unjoni ntrabtet b'impenji fir-rigward tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, li jistgħu jintlaħqu biss bis-saħħa ta' ġestjoni forestali tajba u impenn biex tieqaf u titreġġa' lura d-deforestazzjoni u tkun xprunata l-forestazzjoni mill-ġdid.

Emenda     13

Proposta għal regolament

Premessa 6e (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6e)  Għandu jiġi żgurat approċċ olistiku għad-deforestazzjoni tropikali, fid-dawl tal-kawżi kollha tad-deforestazzjoni, kif ukoll l-objettiv inkluż f'dikjarazzjoni tal-Kummissjoni fin-negozjati tal-UNFCCC biex sa mhux aktar tard mill-2030 jieqaf it-telf globali tal-kopertura forestali u biex sal-2020 tonqos id-deforestazzjoni tropikali grossa b'tal-anqas 50 % meta mqabbel mal-livelli attwali.

Emenda     14

Proposta għal regolament

Premessa 6f (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6f)  Il-forestrija u l-foresti għandhom jiġu ġestiti b'mod responsabbli u jagħtu kontribut reali għall-iżvilupp ekonomiku ta' pajjiż, billi joffru opportunitajiet ekonomiċi vijabbli lill-bdiewa, sakemm ma sseħħ ebda deforestazzjoni ta' ekosistemi sensittivi, ma jiġi stabbilit ebda pjantaġġun fuq torbieri, il-pjantaġġuni jiġu ġestiti bl-użu ta' tekniki agroekoloġiċi moderni biex jiġu mminimizzati r-riżultati ambjentali u soċjali avversi u jiġu rispettati d-drittijiet tal-art, id-drittijiet tal-komunitajiet indiġeni kif ukoll id-drittijiet tal-bniedem u d-drittijiet tal-ħaddiema;

Emenda    15

Proposta għal regolament

Premessa 6g (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6g)  Il-prattiki tal-ġestjoni avvanzata u sostenibbli jistgħu jikkontribwixxu b'mod sinifikanti għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra fis-settur tal-LULUCF. L-iżvilupp ta' prattiki innovattivi u l-użu mis-sidien tal-art ta' prattiki ta' ġestjoni avvanzati, bħalma huma l-agrikoltura ta' preċiżjoni, il-forestrija ta' preċiżjoni u l-agridiġitalizzazzjoni għandhom jiġu promossi. Il-monitoraġġ bis-saħħa tal-informazzjoni ġeografika u l-osservazzjoni tad-dinja, kif ukoll il-kondiviżjoni tal-aħjar prattika huma mezzi potenzjali ta' għajnuna sabiex l-Istati Membri jilħqu l-miri tagħhom u għandhom għalhekk jiġu mħeġġa.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Premessa 6h (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6h)  L-agroekoloġija tiffaċilita l-qalba minn sistemi lineari tal-ikel għal sistemi ċirkulari li jimitaw iċ-ċikli naturali u jistgħu jnaqqsu l-impronti tal-karbonju u dawk ekoloġiċi tal-ikel u l-agrikoltura. Huwa importanti li kemm l-agroekoloġija kif ukoll l-agroforestrija jiġu promossi minħabba l-kontribut tagħhom għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima.

Emenda    17

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Id-Deċiżjoni Nru 529/2013/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill11, bħala l-ewwel pass, tistabbilixxi regoli tal-kontabbiltà applikabbli għall-emissjonijiet u l-assorbimenti ta' gassijiet serra mis-settur tal-LULUCF u b'hekk ikkontribwiet għall-iżvilupp tal-politika għall-inklużjoni tas-settur tal-LULUCF fl-impenn għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-Unjoni. Dan ir-Regolament għandu jibni fuq ir-regoli tal-kontabbiltà eżistenti, u jaġġornahom u jtejjibhom għall-perjodu 2021-2030. Għandu jistabbilixxi l-obbligi tal-Istati Membri fl-implimentazzjoni ta' dawk ir-regoli tal-kontabbiltà u l-obbligu biex jiżgura li s-settur tal-LULUCF globali ma jiġġenerax emissjonijiet netti. Din ma għandha tistabbilixxi l-ebda obbligu ta' kontabbiltà jew ta' rapportar għal partijiet privati.

(7)  Id-Deċiżjoni Nru 529/2013/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill11, bħala l-ewwel pass, tistabbilixxi regoli tal-kontabbiltà applikabbli għall-emissjonijiet u l-assorbimenti ta' gassijiet serra mis-settur tal-LULUCF u b'hekk ikkontribwiet għall-iżvilupp tal-politika għall-inklużjoni tas-settur tal-LULUCF fl-impenn għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-Unjoni. Dan ir-Regolament għandu jibni fuq ir-regoli tal-kontabbiltà eżistenti, u jaġġornahom u jtejjibhom għall-perjodu 2021-2030. Ir-Regolament għandu, fi kwalunkwe ċirkostanza, jistabbilixxi l-obbligi tal-Istati Membri fl-implimentazzjoni ta' dawk ir-regoli tal-kontabbiltà u l-obbligu biex jiżgura li s-settur tal-LULUCF globali ma jiġġenerax emissjonijiet netti. Dan ma għandu jistabbilixxi l-ebda obbligu ta' kontabbiltà jew ta' rapportar għal partijiet privati, inklużi bdiewa u forestiera u jeħtieġ li l-Istati Membri jevitaw dawn l-obbligi matul l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament.

__________________

__________________

11 Id-Deċiżjoni Nru 529/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar regoli tal-kontabbiltà dwar l-emissjonijiet u l-assorbimenti tal-gassijiet serra li jirriżultaw mill-attivitajiet relatati mal-użu tal-art, mat-tibdil fl-użu tal-art u mal-forestrija u dwar informazzjoni li tikkonċerna l-azzjonijiet relatati ma' dawk l-attivitajiet (ĠU L 165, 18.6.2013, p. 80).

11 Id-Deċiżjoni Nru 529/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar regoli tal-kontabbiltà dwar l-emissjonijiet u l-assorbimenti tal-gassijiet serra li jirriżultaw mill-attivitajiet relatati mal-użu tal-art, mat-tibdil fl-użu tal-art u mal-forestrija u dwar informazzjoni li tikkonċerna l-azzjonijiet relatati ma' dawk l-attivitajiet (ĠU L 165, 18.6.2013, p. 80).

Emenda    18

Proposta għal regolament

Premessa 7a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a)  L-agrikoltura u l-użu tal-art huma setturi li għandhom impatt dirett u sinifikanti fuq il-bijodiversità tal-Unjoni u fuq is-servizzi tal-ekosistemi. Għal din ir-raġuni, għan importanti tal-politiki li jaffettwaw dawk is-setturi huwa li jiġi żgurat li jkun hemm koerenza mal-objettivi tal-istrateġija tal-bijodiversità tal-Unjoni. Barra minn hekk, jeżistu politiki oħra tal-Unjoni li jistgħu jinċentivaw prattiki li jmorru lil hinn mir-rekwiżiti legali bażiċi, imorru lil hinn mill-prattika standard tajba u li jikkontribwixxu għall-adattament ġenwin għat-tibdil fil-klima, u għal mitigazzjoni għaliha, u għaż-żamma tal-bjar tal-karbonju, bħala l-provvediment tal-beni pubbliċi. Għandha tittieħed azzjoni biex jitwettqu u jiġu appoġġjati attivitajiet li għandhom x'jaqsmu ma' approċċi ta' mitigazzjoni u adattament għall-ġestjoni integrali u sostenibbli tal-foresti u l-art agrikola. Minkejja l-potenzjali ta' tnaqqis limitat rikonoxxut tal-emissjonijiet mhux CO2 tal-agrikoltura, l-agrikoltura jeħtieġ li tagħti s-sehem ġust tagħha tal-kontribut lejn il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima. Dan jista' jinkiseb billi jitħeġġa, fost l-oħrajn, it-titjib tal-uċuħ sabiex jiżdied il-kontenut ta' karbonju organiku tal-ħamrija. L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiggarantixxu li jkun hemm koerenza bejn il-PAK u dan ir-Regolament.

Emenda    19

Proposta għal regolament

Premessa 7b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7b)  L-artijiet mistagħdra huma l-aktar ekosistemi effettivi f'dak li għandu x'jaqsam mal-ħżin tas-CO2. Id-degradazzjoni tal-artijiet mistagħdra fl-Unjoni għalhekk mhijiex biss problema għall-bijodiversità, iżda wkoll problema kbira għall-klima. Min-naħa l-oħra, il-protezzjoni u r-restawr tal-artijiet mistagħdra jistgħu kemm isaħħu l-isforzi ta' konservazzjoni, kif ukoll inaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra fis-settur tal-LULUCF. L-irfinar tal-IPCC tal-Linji Gwida tal-2006, mistenni fl-2019, għandu wkoll jiġi kkunsidrat f'dak il-kuntest.

Emenda    20

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  Sabiex jiġu determinati kontijiet preċiżi tal-emissjonijiet u l-assorbimenti skont il-Linji Gwida għall-Inventarji Nazzjonali tal-Gassijiet Serra tal-IPCC tal-2006 (il-"Linji Gwida tal-IPCC"), il-valuri rapportati kull sena skont ir-Regolament (UE) Nru 525/2013/KE għall-kategoriji tal-użu tal-art u l-konverżjonijiet fost il-kategoriji tal-użu tal-art għandhom jiġu użati, biex b'hekk jiġu simplifikati l-approċċi użati skont l-UNFCCC u l-Protokoll ta' Kjoto. Art li tiġi konvertita f'kategorija tal-użu tal-art oħra għandha tiġi meqjusa fi tranżizzjoni għal dik il-kategorija għall-valur prestabbilit ta' 20 sena fil-Linji Gwida tal-IPCC.

(8)  Sabiex jiġu determinati kontijiet preċiżi tal-emissjonijiet u l-assorbimenti skont il-Linji Gwida għall-Inventarji Nazzjonali tal-Gassijiet Serra tal-IPCC tal-2006 (il-"Linji Gwida tal-IPCC"), il-valuri rapportati kull sena skont ir-Regolament (UE) Nru 525/2013/KE għall-kategoriji tal-użu tal-art u l-konverżjonijiet fost il-kategoriji tal-użu tal-art għandhom jiġu użati, biex b'hekk jiġu simplifikati l-approċċi użati skont l-UNFCCC u l-Protokoll ta' Kjoto. Art li tiġi konvertita f'kategorija tal-użu tal-art oħra għandha tiġi meqjusa fi tranżizzjoni għal dik il-kategorija għall-valur prestabbilit ta' 20 sena fil-Linji Gwida tal-IPCC. Meta wieħed iqis il-pożizzjoni tal-Unjoni bħala mexxejja fil-qasam tal-klima, l-Istati Membri għandhom jidderogaw minn dak il-valur awtomatiku biss għall-art afforestata u biss f'ċirkustanzi limitati ħafna li jkunu ġġustifikati skont il-Linji gwida tal-IPCC. Il-possibbiltà ta' deroga tqis iċ-ċirkustanzi naturali u ekoloġiċi diverġenti bejn l-Istati Membri u, b'hekk, il-karatteristiċi differenti tal-art afforestata tagħhom.

Emenda    21

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  L-emissjonijiet u l-assorbimenti mill-foresti jiddependu fuq għadd ta' ċirkostanzi naturali, l-istruttura tal-klassi tal-età, kif ukoll il-prattiki ta' ġestjoni tal-passat u tal-preżent. L-użu ta' sena bażi ma jagħmilhiex possibbli li dawk il-fatturi u l-impatti ċikliċi li jirriżultaw jiġu riflessi fuq l-emissjonijiet u l-assorbimenti jew il-varjazzjoni interannwali tagħhom. Ir-regoli tal-kontabbiltà rilevanti għandhom minflok jipprovdu għall-użu ta' livelli referenzjarji biex jiġu esklużi l-effetti ta' karatteristiċi naturali u speċifiċi għall-pajjiż. Fl-assenza tar-reviżjoni internazzjonali skont l-UNFCCC u l-Protokoll ta' Kjoto, għandha tiġi stabbilita proċedura ta' reviżjoni biex tiġi żgurata t-trasparenza u titjieb il-kwalità tal-kontabbiltà f'din il-kategorija.

(9)  L-emissjonijiet u l-assorbimenti mill-foresti jiddependu fuq għadd ta' ċirkostanzi naturali, l-istruttura tal-klassi tal-età, kif ukoll il-prattiki ta' ġestjoni tal-passat u tal-preżent li jvarjaw b'mod sostanzjali bejn l-Istati Membri. L-użu ta' sena bażi ma jagħmilhiex possibbli li dawk il-fatturi u l-impatti ċikliċi li jirriżultaw jiġu riflessi fuq l-emissjonijiet u l-assorbimenti jew il-varjazzjoni interannwali tagħhom. Ir-regoli tal-kontabbiltà rilevanti għandhom minflok jipprovdu għall-użu ta' livelli referenzjarji biex jiġu indirizzati l-effetti ta' karatteristiċi naturali u speċifiċi għall-pajjiż, bħall-impossibbiltà li jiġu mmaniġġjati l-foresti fil-Kroazja minħabba l-okkupazzjoni tat-territorju tagħha, il-Gwerra tal-Kroazja għall-Indipendenza, u ċ-ċirkostanzi ta' matul il-gwerra u ta' wara l-gwerra. Ir-regoli tal-kontabbiltà rilevanti għandhom jiddisponu wkoll għall-koerenza u għar-rekwiżiti għall-ġestjoni sostenibbli tal-foresti ta' Forest Europe (Konferenza Ministerjali dwar il-Protezzjoni tal-Foresti fl-Ewropa). Fl-assenza tar-reviżjoni internazzjonali skont l-UNFCCC u l-Protokoll ta' Kjoto, għandha tiġi stabbilita proċedura trasparenti għall-Istati Membri, biex titjieb il-possibbiltà ta' awditjar u l-kwalità tal-kontabbiltà f'din il-kategorija.

Emenda    22

Proposta għal regolament

Premessa 9a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9a)  L-emissjonijiet minn injam maħsud fis-settur tal-LULUCF għandhom il-potenzjal li jissostitwixxu l-emissjonijiet fis-setturi tal-ETS u tal-qsim tal-isforz u dan ir-Regolament jista' kemm jenfasizza u kif ukoll jieħu kont ta' dan.

Emenda    23

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  Meta l-Kummissjoni tagħżel li tiġi assistita min tim ta' reviżjoni espert skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (C(2016)3301) fir-reviżjoni tal-pjanijiet tal-kontabbiltà forestali nazzjonali, din għandha tibni fuq il-prattika tajba u l-esperjenza tar-reviżjonijiet esperti skont l-UNFCCC, inkluż fir-rigward tal-parteċipazzjoni ta' esperti nazzjonali u rakkomandazzjonijiet, u tagħżel numru suffiċjenti ta' esperti mill-Istati Membri.

(10)  Għar-reviżjoni tal-pjanijiet tal-kontabbiltà forestali nazzjonali, għandu jitwaqqaf tim ta' reviżjoni espert skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (C(2016)3301). It-tim ta' reviżjoni espert għandu jibni fuq il-prattika tajba u l-esperjenza tar-reviżjonijiet esperti skont l-UNFCCC, inkluż fir-rigward tal-parteċipazzjoni ta' esperti nazzjonali u rakkomandazzjonijiet, u għandhom jintgħażlu għadd suffiċjenti ta' esperti mill-Istati Membri. It-tim ta' reviżjoni espert għandu jikkonsulta lill-Kumitat Forestrarju Permanenti stabbilit mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/367/KEE kif ukoll partijiet ikkonċernati u s-soċjetà ċivili dwar ir-reviżjoni tal-pjanijiet tal-kontabbiltà forestali nazzjonali.

Emenda    24

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  L-użu sostenibbli miżjud ta' prodotti tal-injam maħsud jista' jillimita b'mod sostanzjali l-emissjonijiet ta' gassijiet serra fl-atmosfera u jsaħħaħ l-assorbimenti ta' gassijiet serra mill-atmosfera. Ir-regoli tal-kontabbiltà għandhom jiżguraw li l-Istati Membri jirriflettu b'mod preċiż fil-kontijiet tagħhom il-bidliet fir-raggruppament tal-prodotti tal-injam maħsud meta dawn iseħħu, biex jiġu pprovduti inċentivi għall-użu msaħħaħ ta' prodotti tal-injam maħsud b'ċikli twal tal-ħajja. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi gwida dwar kwistjonijiet metodoloġiċi relatati mal-kontabbiltà għal prodotti tal-injam maħsud.

(12)  L-użu sostenibbli miżjud ta' prodotti tal-injam maħsud jista' jillimita b'mod sostanzjali l-emissjonijiet ta' gassijiet serra permezz tal-effett ta' sostituzzjoni (meta titqies l-intensità enerġetika u tas-CO2 ta' setturi oħrajn, eż. il-produzzjoni tas-siment tammonta għal madwar 8 % tal-emissjonijiet tas-CO2 globali), u jsaħħaħ l-assorbimenti ta' gassijiet serra mill-atmosfera. Ir-regoli tal-kontabbiltà għandhom jiżguraw li l-Istati Membri jirriflettu b'mod preċiż fil-kontijiet tagħhom il-bidliet fir-raggruppament tal-prodotti tal-injam maħsud meta dawn iseħħu, biex jirrikonoxxu u jinċentivizzaw l-użu msaħħaħ ta' prodotti tal-injam maħsud b'ċikli twal tal-ħajja, minflok l-użu ta' prodotti tal-injam maħsud għal finijiet enerġetiċi. Sabiex jiġi promoss aktar u inkluż l-effett ta' sostituzzjoni pożittiv, il-Kummissjoni għandha, permezz ta' att delegat, tinkludi aktar prodotti fil-kalkoli tal-prodotti tal-injam maħsud. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi gwida dwar kwistjonijiet metodoloġiċi relatati mal-kontabbiltà għal prodotti tal-injam maħsud.

Emenda    25

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  Id-disturbi naturali, bħan-nirien fil-foresti, l-infestazzjonijiet mill-insetti u mill-mard, l-avvenimenti estremi tat-temp u d-disturbi ġeoloġiċi li mhumiex fil-kontroll ta' Stat Membru, u mhumiex influwenzati b'mod materjali minnu, jistgħu jirriżultaw f'emissjonijiet ta' gassijiet serra ta' natura temporanja fis-settur tal-LULUCF, jew jistgħu jikkawżaw inverżjonijiet ta' assorbimenti preċedenti. Peress li inverżjoni tista' tkun ukoll ir-riżultat ta' deċiżjonijiet ta' ġestjoni, bħad-deċiżjonijiet li jinħasdu jew li jitħawlu siġar, dan ir-Regolament għandu jiżgura li inverżjonijiet tal-assorbimenti kkawżati mill-bniedem jiġu dejjem riflessi b'mod preċiż fil-kontijiet tas-settur tal-LULUCF. Barra minn hekk, dan ir-Regolament għandu jipprovdi lill-Istati Membri bil-possibbiltà limitata li jeskludu mill-kontijiet tagħhom tas-settur tal-LULUCF l-emissjonijiet li jirriżultaw minn disturbi li ma jkollhomx kontroll fuqhom. Madankollu, il-mod li bih l-Istati Membri japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet ma għandux iwassal għal sottokontabilizzazzjoni eċċessiva.

(13)  Id-disturbi naturali, bħan-nirien fil-foresti, l-infestazzjonijiet mill-insetti u mill-mard, l-avvenimenti estremi tat-temp u d-disturbi ġeoloġiċi li mhumiex fil-kontroll ta' Stat Membru, u mhumiex influwenzati b'mod materjali minnu, jistgħu jirriżultaw f'emissjonijiet ta' gassijiet serra ta' natura temporanja fis-settur tal-LULUCF, jew jistgħu jikkawżaw inverżjonijiet ta' assorbimenti preċedenti. Peress li inverżjoni tista' tkun ukoll ir-riżultat ta' deċiżjonijiet ta' ġestjoni, bħad-deċiżjonijiet li jinħasdu jew li jitħawlu siġar, dan ir-Regolament għandu jiżgura li inverżjonijiet tal-assorbimenti kkawżati mill-bniedem jiġu dejjem riflessi b'mod preċiż fil-kontijiet tas-settur tal-LULUCF. L-Istati Membri għandhom jitħeġġu jinvestu f'azzjonijiet ta' prevenzjoni, bħall-ġestjoni sostenibbli, sabiex inaqqsu r-riskji marbuta mad-disturbi naturali, biex b'hekk jevitaw impatti negattivi fuq il-bjar tal-karbonju forestali. Barra minn hekk, dan ir-Regolament għandu jipprovdi lill-Istati Membri l-possibbiltà limitata li jeskludu mill-kontijiet tagħhom tas-settur tal-LULUCF l-emissjonijiet li jirriżultaw minn disturbi li ma jkollhomx kontroll fuqhom. Madankollu, il-mod li bih l-Istati Membri japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet ma għandux iwassal għal sottokontabilizzazzjoni eċċessiva;

Emenda    26

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  Skont il-preferenzi nazzjonali, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jagħżlu politiki nazzjonali xierqa għall-kisba tal-impenji tagħhom fil-LULUCF, inkluża l-possibbiltà ta' emissjonijiet kumpensaturi minn waħda mill-kategoriji tal-art mill-assorbimenti minn kategorija tal-art oħra. Għandhom ikunu jistgħu wkoll jakkumulaw assorbimenti netti tul il-perjodu ta' bejn l-2021 u l-2030. In-negozjar fost l-Istati Membri għandu jkompli bħala għażla addizzjonali għall-għajnuna tal-konformità. Wara l-prattika fit-tieni perjodu ta' impenn tal-Protokoll ta' Kjoto, għandu jkun hemm possibbiltà għal Stat Membru biex juża s-superament tal-objettivi tiegħu skont ir-Regolament [] dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra annwali vinkolanti mill-2021 u l-2030 għal Unjoni tal-Enerġija reżiljenti u biex jintlaħqu l-impenji skont il-Ftehim ta' Pariġi u li jemenda r-Regolament Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar mekkaniżmu għall-monitoraġġ u r-rapportar ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra u informazzjoni oħra rilevanti għat-tibdil fil-klima sabiex jiżgura l-konformità tiegħu mal-impenn tiegħu skont dan ir-Regolament.

(14)  Skont il-preferenzi nazzjonali, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jagħżlu politiki nazzjonali xierqa għall-kisba tal-impenji tagħhom fil-LULUCF, inkluża l-possibbiltà ta' emissjonijiet kumpensaturi minn waħda mill-kategoriji tal-art mill-assorbimenti minn kategorija tal-art oħra. Għandhom ikunu jistgħu wkoll jakkumulaw assorbimenti netti tul il-perjodu ta' bejn l-2021 u l-2030. In-negozjar fost l-Istati Membri għandu jkompli bħala għażla addizzjonali ta' għajnuna biex tinkiseb il-konformità. Wara l-prattika fit-tieni perjodu ta' impenn tal-Protokoll ta' Kjoto, għandu jkun hemm possibbiltà għal Stat Membru biex juża s-superament tal-objettivi tiegħu skont ir-Regolament [ ] dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra annwali vinkolanti mill-2021 u l-2030 għal Unjoni tal-Enerġija reżiljenti u biex jintlaħqu l-impenji skont il-Ftehim ta' Pariġi u li jemenda r-Regolament Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar mekkaniżmu għall-monitoraġġ u r-rapportar ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra u informazzjoni oħra rilevanti għat-tibdil fil-klima sabiex jiżgura l-konformità tiegħu mal-impenn tiegħu skont dan ir-Regolament mingħajr ma jiġi kompromess il-livell ta' ambizzjoni globali tal-miri tat-tnaqqis tal-gassijiet serra tal-Unjoni. L-Istati Membri għandhom ukoll ikunu jistgħu jużaw sa 280 miljun tunnellata ta' assorbimenti netti totali mill-kategoriji kombinati tal-kontabbiltà ta' art deforestata, art forestali, raba' ġestita, bwar ġestiti, art mistagħdra ġestita fejn applikabbli, u, soġġett għall-att delegat adottat skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) [2017/... ] dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra annwali vinkolanti mill-Istati membri mill-2021 sal-2030, foresti ġestiti biex jiżguraw l-osservanza tal-impenji tagħhom skont ir-Regolament (EU) [2017/... ] dwar it-tnaqqis vinkolanti annwali tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra mill-Istati Membri mill-2021 sal-2030.

Emenda    27

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  Sabiex jiġi żgurat rapportar effiċjenti, trasparenti u kosteffikaċi u verika tal-emissjonijiet u l-assorbimenti ta' gassijiet serra u ta' informazzjoni oħra meħtieġa biex tiġi vvalutata l-konformità mal-impenji tal-Istati Membri, rekwiżiti ta' rapportar għandhom jiġu inklużi fir-Regolament (UE) Nru 525/2013 b'dan ir-Regolament, u kontrolli tal-konformità skont dan ir-Regolament għandhom iqisu dawn ir-rapporti. Għaldaqstant, ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 għandu jiġi emendat skont dan. Dawn id-dispożizzjonijiet jistgħu jiġi simplifikati aktar biex jikkunsidraw kull bidla rilevanti fir-rigward tal-governanza integrata tal-Unjoni tal-Enerġija li għaliha hija prevista proposta sal-aħħar tal-2016 fil-programm ta' ħidma tal-Kummissjoni.

(15)  Sabiex jiġi żgurat rapportar effiċjenti, trasparenti u kosteffikaċi u verika tal-emissjonijiet u l-assorbimenti ta' gassijiet serra u ta' informazzjoni oħra meħtieġa biex tiġi vvalutata l-konformità mal-impenji tal-Istati Membri, rekwiżiti ta' rapportar għandhom jiġu inklużi fir-Regolament (UE) Nru 525/2013 b'dan ir-Regolament, u kontrolli tal-konformità skont dan ir-Regolament għandhom iqisu dawn ir-rapporti. Għaldaqstant, ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 għandu jiġi emendat skont dan. Dawn id-dispożizzjonijiet jistgħu jiġiu simplifikati aktar biex jikkunsidraw kull bidla rilevanti fir-rigward tal-proposta għal regolament dwar il-governanza tal-Unjoni tal-Enerġija li l-Kummissjoni ppreżentat fit-30 ta' Novembru 2016.

Emenda    28

Proposta għal regolament

Premessa 15a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(15a)  Skont il-UNFCCC, l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha huma mitluba jiżviluppaw, jaġġornaw regolarment, jippubblikaw u jirrapportaw lill-Konferenza tal-Partijiet l-inventarji nazzjonali ta' emissjonijiet antropoġeniċi, minn fonti u l-assorbimenti minn bjar tal-gassijiet serra kollha billi jintużaw metodoloġiji maqbula mill-Konferenza tal-Partijiet. L-inventarji tal-gassijiet serra huma fundamentali għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tad-dimensjoni tad-dekarbonizzazzjoni u sabiex jiġi evalwat it-twettiq tal-leġiżlazzjoni fil-qasam tal-klima. L-obbligi tal-Istati Membri li jfasslu u jimmaniġġjaw inventarji nazzjonali huma stipulati fil-proposta tal-Kummissjoni għal regolament dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija.

Emenda     29

Proposta għal regolament

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)  Biex jiġi ffaċilitat il-ġbir ta' dejta u t-titjib tal-metodoloġija, l-użu tal-art għandu jiġi nnumerat u rapportat bl-użu ta' traċċar ġeografiku ta' kull żona ta' art, li jikkorrispondi mas-sistemi ta' ġbir ta' dejta nazzjonali u tal-UE. Għall-ġbir ta' dejta għandu jsir l-aħjar użu ta' programmi u stħarriġ eżistenti tal-Unjoni u tal-Istati Membri fosthom LUCAS, l-Istħarriġ Qafas Statistiku tal-Użu tal-Art taż-Żona Koperta u Copernicus, il-Programm tal-Unjoni ta' Osservazzjoni u Monitoraġġ tad-Dinja. Il-ġestjoni tad-dejta, inkluż il-kondiviżjoni għall-użu mill-ġdid u d-disseminazzjoni tar-rapportar għandha tikkonforma mad-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Marzu 2007 li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea.

(17)  Biex jiġi ffaċilitat il-ġbir ta' dejta u t-titjib tal-metodoloġija, l-użu tal-art għandu jiġi nnumerat u rapportat espressament bl-użu ta' traċċar ġeografiku ta' kull żona ta' art, li jikkorrispondi mas-sistemi ta' ġbir ta' dejta nazzjonali u tal-UE. Għall-ġbir ta' dejta għandu jsir l-aħjar użu ta' programmi u stħarriġ eżistenti tal-Unjoni u tal-Istati Membri fosthom LUCAS, l-Istħarriġ Qafas Statistiku tal-Użu tal-Art taż-Żona Koperta, Copernicus, il-Programm tal-Unjoni ta' Osservazzjoni u Monitoraġġ tad-Dinja, b'mod partikolari permezz ta' Sentinel-2, u għal stħarriġ tal-użu tal-art jistgħu jintużaw Galileo u EGNOS, is-sistemi Ewropej ta' navigazzjoni bis-satellita. Il-ġestjoni tad-dejta, inkluż il-kondiviżjoni għall-użu mill-ġdid u d-disseminazzjoni tar-rapportar għandha tikkonforma mad-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Marzu 2007 li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea.

Emenda    30

Proposta għal regolament

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)  Sabiex jipprovdi għal kontabbiltà xierqa tat-tranżazzjonijiet skont dan ir-Regolament, inkluż l-użu ta' flessibbiltajiet u konformità tat-traċċar, is-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-adattament tekniku ta' definizzjonijiet, valuri, listi ta' gassijiet serra u raggruppamenti ta' karbonju, l-aġġornament tal-livelli referenzjarji, il-kontabbiltà tat-tranżazzjonijiet u r-reviżjoni tar-rekwiżiti ta' metodoloġija u informazzjoni. Dawn il-miżuri għandhom iqisu d-dispożizzjonijiet fir-Regolament tal-Kummissjoni Nru 389/2013 li jistabbilixxi Reġistru tal-Unjoni. Id-dispożizzjonijiet meħtieġa għandhom ikunu fi strument legali uniku li jikkombina d-dispożizzjonijiet ta' kontabbiltà skont id-Direttiva 2003/87/KE, ir-Regulament (UE) Nru 525/2013, ir-Regolament [] dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra annwali vinkolanti mill-2021 u l-2030 għal Unjoni tal-Enerġija reżiljenti u dan ir-Regolament. Hija ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta' tħejjija tagħha, anke fil-livell ta' esperti jitwettqu f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.

(18)  Sabiex jipprovdi għal kontabbiltà xierqa tat-tranżazzjonijiet skont dan ir-Regolament, inkluż l-użu ta' flessibbiltajiet u konformità tat-traċċar, is-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-adattament tekniku ta' definizzjonijiet, valuri, listi ta' gassijiet serra u raggruppamenti ta' karbonju, l-aġġornament tal-livelli referenzjarji, il-kontabbiltà tat-tranżazzjonijiet, ir-reviżjoni tal-metodoloġija abbażi tal-aktar linji gwida tal-IPCC riċenti adottati, inklużi l-Linji Gwida Supplimentari għall-Artijiet Mistagħdra tal-IPCC tal-2013 għall-Inventarji nazzjonali tal-Gassijiet Serra, u l-gwida tal-UNFCCC u r-rekwiżiti ta' informazzjoni. Dawn il-miżuri għandhom iqisu d-dispożizzjonijiet fir-Regolament tal-Kummissjoni Nru 389/2013 li jistabbilixxi Reġistru tal-Unjoni. Id-dispożizzjonijiet meħtieġa għandhom ikunu fi strument legali uniku li jikkombina d-dispożizzjonijiet ta' kontabbiltà skont id-Direttiva 2003/87/KE, ir-Regolament (UE) Nru 525/2013, ir-Regolament (UE) Nru.../... dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra annwali vinkolanti mill-2021 u l-2030 għal Unjoni tal-Enerġija reżiljenti u dan ir-Regolament. Hija ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta' tħejjija tagħha, anke fil-livell ta' esperti, li jitwettqu f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.

Emenda    31

Proposta għal regolament

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19)  Dan ir-Regolament għandu jiġi rivedut mill-2024 u sussegwentement kull 5 snin sabiex jiġi vvalutat il-funzjonament kumplessiv tiegħu. Din ir-reviżjoni tista' tiġi informata mir-riżultati tal-inventarju globali tal-Ftehim ta' Pariġi.

(19)  Fi żmien sitt xhur mid-Djalogu Faċilitattiv tal-2018 taħt l-UNFCCC, il-Kummissjoni għandha tippubblika komunikazzjoni li tivvaluta l-konsistenza tal-atti leġiżlativi tal-Unjoni dwar il-klima u l-enerġija skont l-għanijiet tal-Ftehim ta' Pariġi. Dan ir-Regolament għandu jiġi rivedut mill-2024 u sussegwentement kull 5 snin sabiex jiġi vvalutat il-funzjonament kumplessiv tiegħu. Din ir-reviżjoni tista' tiġi informata mir-riżultati tal-inventarju globali tal-Ftehim ta' Pariġi.

Emenda    32

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Dan ir-Regolament ma jistabbilixxi l-ebda obbligu ta' kontabbiltà jew rapportar għal partijiet privati inklużi l-bdiewa u l-forestiera.

Emenda    33

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Dan ir-Regolament jikkontribwixxi għall-kisba mill-Unjoni tal-objettivi tal-Ftehim ta' Pariġi.

Emenda    34

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea)  mill-2026, artijiet mistagħdra ġestiti: użu tal-art rapportat bħala art mistagħdra li tibqa' art mistagħdra, u insedjament, art oħra konvertita f'art mistagħdra u art mistagħdra konvertita f'insedjament u art oħra.

Emenda    35

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Stat Membru jista' jagħżel li jinkludi art mistagħdra ġestita, definita bħala użu tal-art rapportat bħala art mistagħdra li tibqa' art mistagħdra, u insedjament, art oħra konvertita f'art mistagħdra u art mistagħdra konvertita f'insedjament u art oħra, fil-kamp ta' applikazzjoni tal-impenn tiegħu skont l-Artikolu 4. Fejn Stat Membru jagħżel li jagħmel hekk, għandu jagħti rendikont tal-emissjonijiet u l-assorbimenti minn art mistagħdra ġestita skont dan ir-Regolament.

2.  Matul il-perijodu mill-2021 sal-2025, Stat Membru jista' jagħżel li jinkludi art mistagħdra ġestita fil-kamp ta' applikazzjoni tal-impenn tiegħu skont l-Artikolu 4. Fejn Stat Membru jagħżel li jagħmel hekk, għandu jagħti rendikont tal-emissjonijiet u l-assorbimenti minn art mistagħdra ġestita skont dan ir-Regolament.

Emenda    36

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt fa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fa)  "livell ta' referenza għall-foresti" tfisser stima tal-emissjonijiet u l-assorbimenti netti annwali medji li jirriżultaw mill-foresti ġestiti fi ħdan it-territorju tal-Istat Membru tul il-perjodi ta' bejn l-2021 u l-2025 u bejn l-2026 u l-2030.

Emenda    37

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Għall-perjodu wara l-2030, l-Istati Membri għandhom jistinkaw biex iżidu l-assorbimenti tagħhom b'mod li dawn jaqbżu l-emissjonijiet tagħhom. Il-Kummissjoni għandha tipproponi qafas ta' objettivi għal wara l-2030 li jinkludi tali żidiet fl-assorbimenti, b'konformità mal-għanijiet fit-tul tal-Unjoni rigward il-klima u l-impenji meħuda skont il-Ftehim ta' Pariġi.

Emenda    38

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Kull Stat Membru għandu jħejji u żjomm kontijiet li jirriflettu b'mod preċiż l-emissjonijiet u l-assorbimenti li jirriżultaw mill-kategoriji ta' kontabbiltà tal-art imsemmija fl-Artikolu 2. L-Istat Membru għandu jiżgura l-preċiżjoni, il-kompletezza, il-konsistenza, il-komparabilità u t-trasparenza tal-kontijiet tagħhom u ta' dejta oħra pprovduta skont dan ir-Regolament. L-Istati Membri għandhom jindikaw l-emissjonijiet b'sinjal pożittiv (+) u l-assorbimenti b'sinjal negattiv (-).

1.  Kull Stat Membru għandu jħejji u jżomm kontijiet li jirriflettu b'mod preċiż l-emissjonijiet u l-assorbimenti li jirriżultaw mill-kategoriji ta' kontabbiltà tal-art imsemmija fl-Artikolu 2 skont il-gwida ta' rapportar adottata mill-korpi tal-UNFCCC jew tal-Ftehim ta' Pariġi għall-perjodu 2021-2030. L-Istat Membru għandu jiżgura l-preċiżjoni, il-kompletezza, il-konsistenza, il-komparabilità u t-trasparenza tal-kontijiet tagħhom u ta' dejta oħra pprovduta skont dan ir-Regolament. L-Istati Membri għandhom jindikaw l-emissjonijiet b'sinjal pożittiv (+) u l-assorbimenti b'sinjal negattiv (-).

Emenda    39

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-Istati Membri, fil-kontijiet tagħhom għal kull kategorija ta' kontabbiltà tal-art, għandhom jinkludu kwalunkwe bidla fil-ħażna ta' karbonju tar-raggruppament ta' karbonju elenkati fit-Taqsima B tal-Anness I. Stati Membri jista' jagħżel li ma jinkludix fil-kontijiet tagħhom bidliet fil-ħażna ta' karbonju tar-raggruppamenti ta' karbonju fejn ir-raggruppament ta' karbonju mhux sors, ħlief għall-bijomassa tal-wiċċ u l-prodotti tal-injam maħsud f'foresti ġestiti.

4.  L-Istati Membri, fil-kontijiet tagħhom għal kull kategorija ta' kontabbiltà tal-art, għandhom jinkludu kwalunkwe bidla fil-ħażna ta' karbonju tar-raggruppament ta' karbonju elenkati fit-Taqsima B tal-Anness I. Stati Membri jista' jagħżel li ma jinkludix fil-kontijiet tagħhom bidliet fil-ħażna ta' karbonju tar-raggruppamenti ta' karbonju fejn ir-raggruppament ta' karbonju mhux sors, ħlief għall-bijomassa tal-wiċċ, injam mejjet (injam mejjet 'l fuq minn l-art u midfun) f'foresti ġestiti u l-prodotti tal-injam maħsud f'foresti ġestiti.

Emenda    40

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Permezz ta' deroga mir-rekwiżit biex jiġi applikat valur prestabbilit fl-Artikolu 5(3), Stat Membru jista' jibdel raba, bwar, art mistagħdra, insedjamenti u art oħra mill-kategorija ta' tali art konvertita f'foresta għall-kategorija ta' foresta li tibqa' foresta wara 30 sena mid-data tal-konverżjoni.

2.  Permezz ta' deroga mir-rekwiżit biex jiġi applikat valur prestabbilit fl-Artikolu 5(3), Stat Membru jista' jibdel raba, bwar, art mistagħdra, insedjamenti u art oħra mill-kategorija ta' tali art konvertita f'foresta għall-kategorija ta' foresta li tibqa' foresta wara 30 sena mid-data tal-konverżjoni, jekk dan ikun ġustifikat b'mod dovut fil-Linji ta' Gwida tal-IPCC.

Emenda    41

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  L-azzjonijiet ta' afforestazzjoni li se jsiru bejn l-2017 u l-2030 fuq artijiet mistagħdra, inklużi t-torbiera, in-netwerk ta' Natura 2000 u l-ħabitats elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 92/43/KEE, b'mod partikolari l-formazzjonijiet ta' bwar naturali u seminaturali u l-pantani, il-fangazzi u l-mgħaddra għolja u artijiet mistagħdra oħra, inklużi t-torbiera, skont regoli ta' kontabbiltà gross-nett applikati m'għandhomx jidhru fil-kontabbiltà nazzjonali. Żoni bħal dawn għandhom jgħoddu biss, jekk applikabbli, għall-assorbimenti jew emissjonijiet fil-kategorija ta' art forestali wara l-bidla tagħha għal foresta ġestita skont l-Artikolu 5(3).

Ġustifikazzjoni

L-afforestazzjoni ta' bwar u artijiet mistagħdra tista' ssaħħaħ id-dekompożizzjoni tal-materja organika fil-ħamrija, aktar milli tissekwestra aktar C mill-ħamrija. Ir-raġunament tal-klima kontenzjuż li l-afforestazzjoni hija dejjem intelliġenti fil-livell klimatiku jista' wkoll ikun ta' theddida għal ekosistemi ta' valur.

Emenda    42

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Meta Stat Membru jagħżel li jinkludi l-art mistagħdra ġestita fil-kamp ta' applikazzjoni tal-impenn tiegħu skont l-Artikolu 2, dan għandu jinnotifika dik l-għażla lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 2020 għall-perjodu ta' bejn l-2021 u l-2025 u sal-31 ta' Diċembru 2025 għall-perjodu ta' bejn l-2026 u l-2030.

3.  Meta Stat Membru jagħżel li jinkludi l-art mistagħdra ġestita fil-kamp ta' applikazzjoni tal-impenn tiegħu skont l-Artikolu 2 matul il-perjodu mill-2021 sal-2025, dan għandu jinnotifika dik l-għażla lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 2020.

Emenda    43

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-Istati Membri li għażlu li jinkludu l-art mistagħdra ġestita fil-kamp ta' applikazzjoni tal-impenn tagħhom skont l-Artikolu 2 għandhom jagħtu rendikont l-emissjonijiet u l-assorbimenti li jirriżultaw mill-art mistagħdra ġestita, ikkalkulata bħala l-emissjonijiet u l-assorbimenti tul il-perjodi ta' bejn l-2021 u l-2025 u bejn l-2026 sal-2030 u jitnaqqas il-valur miksub permezz tal-multiplikazzjoni b'ħamsa tal-emissjonijiet u l-assorbimenti medji annwali li jirriżultaw mill-art mistagħdra ġestita fil-perjodu bażi tiegħu 2005-2007.

4.  L-Istati Membri għandhom jagħtu rendikont tal-emissjonijiet u l-assorbimenti li jirriżultaw mill-art mistagħdra ġestita, ikkalkulati bħala l-emissjonijiet u l-assorbimenti tul il-perjodu bejn l-2026 u l-2030 li minnhom jitnaqqas il-valur miksub bil-multiplikazzjoni b'ħamsa tal-emissjonijiet u l-assorbimenti medji annwali tal-Istat Membru kkonċernat li jirriżultaw mill-art mistagħdra ġestita fil-perjodu bażi tiegħu 2005-2007.

Emenda    44

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 4 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Istati Membri li għażlu li jinkludu l-art mistagħdra ġestita fil-kamp ta' applikazzjoni tal-impenn tagħhom skont l-Artikolu 2 waqt il-perjodu bejn l-2021 u l-2025 għandhom jagħtu rendikont tal-emissjonijiet u l-assorbimenti li jirriżultaw mill-art mistagħdra ġestita, ikkalkulata bħala l-emissjonijiet u l-assorbimenti tul il-perjodu ta' bejn l-2026 sal-2030 li minnhom jitnaqqas il-valur miksub permezz tal-multiplikazzjoni b'ħamsa tal-emissjonijiet u l-assorbimenti medji annwali tal-Istat membru kkonċernat li jirriżultaw mill-art mistagħdra ġestita fil-perjodu bażi tiegħu 2005-2007.

Emenda    45

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.  Matul il-perjodu 2021-2025, l-Istati Membri li ma jkunux għażlu li jinkludu l-art mistagħdra ġestita fil-kamp ta' applikazzjoni tal-impenji tagħhom skont l-Artikolu 2, madankollu, għandhom jirrappurtaw l-emissjonijiet u l-assorbimenti mill-art mistagħdra ġestita lill-Kummissjoni.

Emenda    46

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri għandhom jagħtu rendikont tal-emissjonijiet u l-assorbimenti li jirriżultaw mill-foresti ġestiti, kkalkulat bħala l-emissjonijiet u l-assorbimenti tul il-perjodi ta' bejn l-2021 u l-2025 u bejn l-2026 u l-2030 u jitnaqqas il-valur miksub permezz tal-multiplikazzjoni b'ħamsa tal-livell ta' referenza għall-foresti. Livell ta' referenza għall-foresti huwa stima tal-emissjonijiet u l-assorbimenti netti annwali medji li jirriżultaw mill-foresti ġestiti fi ħdan it-territorju tal-Istat Membru tul il-perjodi ta' bejn l-2021 u l-2025 u bejn l-2026 u l-2030.

1.  L-Istati Membri għandhom jagħtu rendikont tal-emissjonijiet u l-assorbimenti li jirriżultaw mill-foresti ġestiti, kkalkulat bħala l-emissjonijiet u l-assorbimenti tul il-perjodi ta' bejn l-2021 u l-2025 u bejn l-2026 u l-2030 u jitnaqqas il-valur miksub permezz tal-multiplikazzjoni b'ħamsa tal-livell ta' referenza għall-foresti.

Emenda    47

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Meta r-riżultat tal-kalkolu msemmi fil-paragrafu 1 jiġi negattiv fir-rigward tal-livell ta' referenza għall-foresti, Stat Membru għandu jinkludi l-assorbimenti netti totali fil-kontijiet tal-foresta ġestita ta' mhux aktar minn ekwivalenti ta' 3,5 % tal-emissjonijiet tal-Istat Membru fis-sena jew perjodu bażi tiegħu kif speċifikat fl-Anness III, multiplikat b'ħamsa.

2.  Meta r-riżultat tal-kalkolu msemmi fil-paragrafu 1 jiġi negattiv fir-rigward tal-livell ta' referenza għall-foresti, Stat Membru għandu jinkludi l-assorbimenti netti totali fil-kontijiet tal-foresta ġestita ta' mhux aktar minn ekwivalenti ta' 3,5 % tal-emissjonijiet tal-Istat Membru fis-sena jew perjodu bażi tiegħu kif speċifikat fl-Anness III, multiplikat b'ħamsa. L-Istati Membri jistgħu jżidu ma' din iċ-ċifra ta' 3.5 % l-ammont ta' assorbimenti netti għall-kontabbiltà tal-foresti ġestiti permezz ta' panewijiet tal-injam, injam isserrat u injam mejjet skont il-kundizzjonijiet stipulati fit-tieni, it-tielet u r-raba' subparagrafi.

Emenda    48

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-assorbimenti netti minn panewijiet tal-injam, kif imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 9 u l-injam issegat, kif imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 9, jistgħu jiġu kkontabilizzati b'mod separat barra miċ-ċifra tal-assorbimenti netti u bħala żieda mal-kontijiet ta' foresti ġestiti sal-livell ta' 3 % tal-emissjonijiet tal-Istat Membru fis-sena jew fil-perjodu bażi tiegħu kif speċifikat fl-Anness III, multiplikat b'ħamsa.

Emenda    49

Proposta għal regolament

Artikolu 8 - paragrafu 2 - subparagrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-assorbimenti netti mill-kategorija tar-raggruppament tal-karbonju ta' injam mejjet jistgħu jiġu kkontabilizzati b'mod separat barra miċ-ċifra tal-assorbimenti netti u bħala żieda mal-kontijiet ta' foresti ġestiti sal-livell ta' 3 % tal-emissjonijiet tal-Istat Membru fis-sena jew fil-perjodu bażi tiegħu kif speċifikat fl-Anness III, multiplikat b'ħamsa.

Emenda    50

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2 – subparagrafu 1c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Iċ-ċifra kkombinata ta' assorbimenti netti ta' 3,5 % fl-ewwel subparagrafu, flimkien mal-assorbimenti netti għal kontijiet ta' foresti ġestiti minn panewijiet tal-injam, injam issegat u injam mejjet m'għandhomx flimkien jaqbżu s-7 % tal-emissjonijiet tal-Istat Membru fis-sena jew perjodu bażi tiegħu kif speċifikat fl-Anness III, multiplikat b'ħamsa.

Emenda    51

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-pjan tal-kontabbiltà forestali nazzjonali għandu jkun fih l-elementi kollha elenkati fit-Taqsima B tal-Anness IV u jinkludi livell ta' referenza għall-foresti ġdid propost ibbażat fuq il-kontinwazzjoni tal-prattika u l-intensità tal-ġestjoni forestali attwali, kif dokumentat bejn l-1990 u l-2009 għal kull tip ta' foresta u għal kull klassi ta' età fil-foresti nazzjonali, espressi f'ekwivalenti ta' tunnellati ta' CO2 fis-sena.

Il-pjan tal-kontabbiltà forestali nazzjonali għandu jkun fih l-elementi kollha elenkati fit-Taqsima B tal-Anness IV u jinkludi livell ta' referenza għall-foresti ġdid ibbażat fuq il-kontinwazzjoni tal-prattika u l-intensità tal-ġestjoni forestali attwali, kif dokumentat bejn l-2000 u l-2012 għal kull tip ta' foresta u għal kull klassi ta' età fil-foresti nazzjonali, espressi f'ekwivalenti ta' tunnellati ta' CO2 fis-sena. Il-Kummissjoni tista' tagħti deroga mill-perjodu bażi tal-2000-2012 mal-preżentazzjoni ta' talba motivata minn Stat Membru li tiġġustifika li tali deroga hija assolutament neċessarja għal raġunijiet ta' disponibilità tad-dejta, bħall-għażla taż-żmien tal-inventarji tal-foresti.

Emenda    52

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 3 – subparagrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

B'deroga mis-subparagrafu 2, livell ta' referenza għall-foresti għall-Kroazja jista' jiġi kkalkulat sabiex titqies l-okkupazzjoni ta' parti mit-territorju tagħha mill-1991 sal-1998 u l-effetti tal-gwerra u l-konsegwenzi tagħha fuq il-prattiki tal-ġestjoni tal-foresti fit-territorju tagħha filwaqt li jiġi eskluż l-impatt tal-politiki fuq l-iżvilupp tal-bjar tal-foresti.

Emenda     53

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 3 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-pjan tal-kontabbiltà forestali nazzjonali għandu jsir pubbliku u għandu jkun soġġett għal konsultazzjoni pubblika.

Il-pjan tal-kontabbiltà forestali nazzjonali għandu jsir pubbliku, inkluż billi jiġi ppubblikat fuq l-internet, u għandu jkun soġġett għal konsultazzjoni pubblika.

Emenda     54

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-Istati Membri għandhom juru konsistenza bejn il-metodi u d-dejta użati biex jistabbilixxu l-livell ta' referenza għall-foresti fil-pjan tal-kontabbiltà forestali nazzjonali u dawk użati fir-rapportar għall-foresti ġestiti. L-aktar tard li Stat Membru għandu jippreżenta lill-Kummissjoni korrezzjoni teknika tal-livell referenzjarju tiegħu, jekk ikollu bżonn li jiżgura l-konsistenza ,huwa fl-aħħar tal-perjodu ta' bejn l-2021 u l-2025 jew bejn l-2026 u l-2030.

4.  L-Istati Membri għandhom juru konsistenza bejn il-metodi u d-dejta użati biex jistabbilixxu l-livell ta' referenza għall-foresti fil-pjan tal-kontabbiltà forestali nazzjonali u dawk użati fir-rapportar għall-foresti ġestiti. Id-dejta użata għandha tkun il-kontijiet verifikati l-aktar reċenti tal-użu tal-art u tal-kundizzjonijiet tal-foresti. L-aktar tard li Stat Membru għandu jippreżenta lill-Kummissjoni korrezzjoni teknika tal-livell referenzjarju tiegħu, jekk ikollu bżonn li jiżgura l-konsistenza, kif ukoll biex jirrapporta l-kontributi pożittivi bħala konsegwenza ta' politika għall-ġestjoni sostenibbli tal-foresti fis-seħħ fil-mument li jiġi stabbilit dan il-livell, huwa fl-aħħar tal-perjodu ta' bejn l-2021 u l-2025 jew bejn l-2026 u l-2030.

Emenda    55

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-pjanijiet tal-kontabbiltà forestali nazzjonali u l-korrezzjonijiet tekniċi u tivvaluta l-punt sa fejn il-livelli ta' referenza għall-foresti ġodda proposti jew ikkoreġuti ġew determinati skont il-prinċipji u r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu (3) u (4) kif ukoll fl-Artikolu 5(1). Il-punt sa fejn dan huwa meħtieġ sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-prinċipji u r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu (3) u (4) kif ukoll fl-Artikolu 5(1), il-Kummissjoni tista' tikkalkula mill-ġdid il-llivelli ta' referenza għall-foresti ġodda proposti jew ikkoreġuti.

5.  Tim ta' reviżjoni espert, stabbilit bi qbil mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (C(2016)3301) li jkun fih rappreżentanti mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri, għandu, f'konsultazzjoni mal-Kumitat Forestrarju Permanenti u l-Grupp ta' Djalogu Ċivili dwar il-Forestrija u s-Sufra, jirrevedi l-pjanijiet tal-kontabbiltà forestali nazzjonali u l-korrezzjonijiet tekniċi u jivvaluta l-punt sa fejn il-livelli ta' referenza għall-foresti ġodda jew ikkoreġuti stabbiliti mill-Istati Membri ġew determinati skont il-prinċipji u r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu (3) u (4) ta' dan l-Artikolu, kif ukoll fl-Artikolu 5(1). Il-Kummissjoni tista' biss tikkalkula mill-ġdid il-livelli ta' referenza ġodda jew ikkoreġuti għall-foresti f'każ li l-prinċipji u r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi (3) u (4) ta' dan l-Artikolu kif ukoll fl-Artikolu 5(1) ma jkunux ġew osservati. Il-Kummissjoni għandha tħejji rapport ta' sinteżi u għandha tagħmlu disponibbli għall-pubbliku.

Emenda    56

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 5 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni d-dejta u l-informazzjoni kollha mitluba għat-twettiq tar-reviżjoni u tal-valutazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu.

Emenda    57

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 14 biex temenda l-Anness II fid-dawl tar-reviżjoni mwettqa skont il-paragrafu (5) biex taġġorna l-livelli ta' referenza għall-foresti tal-Istati Membri bbażati fuq il-pjanijiet tal-kontabbiltà forestali nazzjonali jew il-korrezzjonijiet tekniċi ppreżentati, u kwalunkwe kalkolu mill-ġdid li jkun sar fil-kuntest tar-reviżjoni. Sad-dħul fis-seħħ tal-atti delegati, il-livelli ta' referenza għall-foresti ta' Stat Membru kif speċifikati fl-Anness II għandhom ikomplu japplikaw għall-perjodu ta' bejn l-2021 u l-2025 u/jew bejn l-2026 u l-2030.

6.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 14 biex temenda l-Anness II fid-dawl tar-reviżjoni u l-valutazzjoni mwettqa mit-tim tar-reviżjoni espert skont il-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu biex taġġorna l-livelli ta' referenza għall-foresti tal-Istati Membri bbażati fuq il-pjanijiet tal-kontabbiltà forestali nazzjonali jew il-korrezzjonijiet tekniċi ppreżentati, u kwalunkwe kalkolu mill-ġdid li jkun sar fil-kuntest tar-reviżjoni.

 

Sad-dħul fis-seħħ tal-atti delegati, il-livelli ta' referenza għall-foresti ta' Stat Membru kif speċifikati fl-Anness II għandhom ikomplu japplikaw għall-perjodu ta' bejn l-2021 u l-2025 u/jew bejn l-2026 u l-2030.

Emenda    58

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 14 sabiex temenda dan ir-Regolament billi l-kategoriji ta' prodotti tal-injam maħsud jiġu aġġornati bi prodotti addizzjonali li jkollhom l-effett ta' sekwestru tal-karbonju, ibbażati fuq il-Linji Gwida tal-IPCC u jiżguraw integrità ambjentali, u billi jiġu aġġornati l-valuri standard ta' nofs il-ħajja speċifikati fl-Anness V bil-għan li jiġu adattati għall-progress tekniku.

Emenda    59

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Fl-aħħar tal-perjodi ta' bejn l-2021 u l-2025 u bejn l-2026 u l-2030 l-Istati Membri jistgħu jeskludu mill-kontijiet tagħhom għall-emissjonijiet ta' gassijiet serra tal-foresti u l-foresti ġestiti li jirriżultaw minn disturbi naturali li jaqbżu l-emissjonijiet medji kkawżati minn disturbi naturali fil-perjodu ta' bejn l-2001 u l-2020, esklużi l-anomaliji statistiċi ("livell ta' bażi") kif ukoll marġni kkalkulat skont dan l-Artikolu u l-Anness VI.

1.   Fl-aħħar tal-perjodi ta' bejn l-2021 u l-2025 u bejn l-2026 u l-2030 l-Istati Membri jistgħu jeskludu mill-kontijiet tagħhom għall-foresti ġestiti l-emissjonijiet ta' gassijiet serra li jirriżultaw minn disturbi naturali li jaqbżu l-emissjonijiet medji kkawżati minn disturbi naturali fil-perjodu ta' bejn l-2001 u l-2020, esklużi l-anomaliji statistiċi ("livell ta' bażi") kif ukoll marġni kkalkulat skont dan l-Artikolu u l-Anness VI.

Emenda     60

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a.  Ir-rapport imsemmi fl-Artikolu 15 għandu jinkludi valutazzjoni tal-impatti tal-mekkaniżmu ta' flessibbiltà stabbilit f'dan l-Artikolu.

Emenda    61

Proposta għal regolament

Artikolu 12a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 12a

 

Il-Kummissjoni għandha tirrapporta fl-2027 u fl-2032 dwar il-bilanċ kumulattiv tal-emissjonijiet u l-assorbimenti li jirriżultaw mill-foresti ġestiti fl-Unjoni b'referenza għall-medja tal-emissjonijiet u l-assorbimenti fil-perjodu ta' bejn l-1990 u l-2009. Jekk il-bilanċ kumulattiv ikun negattiv, il-Kummissjoni għandha tressaq proposta biex jiġi kkumpensat u jitneħħa l-ammont korrispondenti mill-allokazzjonijiet tal-emissjonijiet tal-Istati Membri skont ir-Regolament .../... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a.

 

__________________

 

1a   Ir-Regolament .../... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' ... dwar it-tnaqqis annwali vinkolanti tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra mill-Istati Membri mill-2021 sal-2030 għal Unjoni tal-Enerġija reżiljenti u biex jiġu onorati l-impenji li saru fil-Ftehim ta' Pariġi, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar mekkaniżmu għall-monitoraġġ u għar-rapportar ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra u ta' informazzjoni oħra relatata mat-tibdil fil-klima (ĠU L ..., ..., p. ...).

Emenda    62

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Is-setgħa li jkunu adottati atti delegati msemmija fl-Artikoli 3, 5, 8 sa 10 u 13 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [id-data tad-dħul fis-seħħ].

2.  Is-setgħa li jkunu adottati atti delegati msemmija fl-Artikoli 3, 5, 8, 9, 10 u 13 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [id-data tad-dħul fis-seħħ].

Emenda    63

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu -1 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Fi żmien sitt xhur mid-Djalogu Faċilitattiv tal-2018 taħt l-UNFCCC, il-Kummissjoni għandha tippubblika komunikazzjoni li tivvaluta l-konsistenza tal-atti leġiżlativi tal-Unjoni dwar il-klima u l-enerġija skont l-għanijiet tal-Ftehim ta' Pariġi.

 

 

Emenda    64

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sat-28 ta' Frar 2024 u sussegwentement kull ħames snin dwar l-operazzjoni ta' dan ir-Regolament, il-kontribut tagħha għall-mira għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra għall-2030 globali tal-UE u l-kontribut tagħha għall-objettivi tal-Ftehim ta' Pariġi, u tista' tagħmel proposti jekk xieraq.

Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sat-28 ta' Frar 2024 u sussegwentement kull ħames snin dwar l-operazzjoni ta' dan ir-Regolament, il-kontribut tiegħu għall-mira globali ta' tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra tal-UE għall-2030 u l-kontribut tiegħu għall-objettivi tal-Ftehim ta' Pariġi. Ir-rapporti għandhom, jekk ikun xieraq, ikunu akkumpanjati minn proposti leġiżlattivi.

  • [1]  ĠU C 75, 10.3.2017, p. 103.
  • [2]  Għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.

RIŻULTATI TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Kuntest

F'Diċembru 2015, intlaħaq ftehim storiku legalment vinkolanti dwar il-klima f'Pariġi. Dan il-Ftehim japplika għal 195 pajjiż fid-dinja u għandu l-għan li jtillimita t-tisħin globali għal ferm iktar minn 2 gradi Celsius, u jagħmel sforzi biex jillimita ż-żieda fit-temperatura għal 1.5 gradi 'l fuq mil-livelli pre-industrijali.

L-importanza tal-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima fil-livell internazzjonali kompliet ġiet eżemplifikata bil-prominenza tal-azzjonijiet dwar it-tibdil fil-klima fis-17-il Għan ta' Żvilupp Sostenibbli tal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli, li uffiċjalment daħlet fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2016. Dawn l-Għanijiet il-ġodda se jkollhom japplikaw b'mod universali għal kulħadd, u għandhom l-għan li jiġġieldu l-faqar, l-inugwaljanzi u li jindirizzaw it-tibdil fil-klima, matul il-ħmistax-il sena li ġejjin.

Fid-dawl ta' dawn l-impenji internazzjonali, f'Ottubru 2014, il-Kunsill Ewropew iddeċieda dwar il-miri tal-UE dwar il-klima u l-enerġija għall-perjodu sal-2030, li fosthom kien hemm b'mod partikolari tnaqqis ta' mill-inqas 40 % fl-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra, meta mqabbla mal-livelli tal-1990. Din il-mira sservi wkoll bħala l-impenn internazzjonali tal-UE skont il-Ftehim ta' Pariġi dwar it-tibdil fil-klima. Dan għandu jinkiseb billi jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra fis-settur tal-iskema għall-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet b'43 % taħt il-livelli tal-2005, u l-emissjonijiet fis-settur mhux tal-ETS b'30 % taħt il-livelli tal-2005.

Il-LULUCF

L-użu tal-art, it-tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija (LULUCF) hija kategorija fil-UNFCCC tal-qafas tal-kontabbiltà għall-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra. Din tinkludi r-raggruppamenti tal-karbonju tal-bijomassa ħajja ('il fuq u taħt l-art), il-materja organika mejta (l-injam mejjet u ż-żibel) u tal-karbonju tal-ħamrija organika. L-emissjonijiet jirriżultaw mit-tibdil fl-użu tal-art (bħalma huma l-konverżjoni ta' mergħat permanenti f'art li tinħarat) u mid-deforestazzjoni. L-assorbimenti huma ddominati minn CO2 assorbit mill-foresti eżistenti u ġodda. Fl-2012, is-settur tal-LULUCF kien jammonta għal assorbiment nett ta' madwar 303 miljun tunnellata ta' ekwivalenti ta' CO2 fl-UE kollha[1] ekwivalenti għal madwar 9 % tal-emissjonijiet minn setturi oħra.

Is-sitwazzjoni attwali

L-emissjonijiet u l-assorbimenti ta' gassijiet serra fil-LULUCF bħalissa huma koperti mill-obbligi internazzjonali skont il-Protokoll ta' Kjoto biss, sal-2020.

Ir-regolament propost jistabbilixxi qafas legali għall-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra u għall-assorbimenti mis-settur tal-LULUCF mill-2021 'il quddiem, u jdaħħlu fil-qafas tal-politika dwar il-klima tal-UE. Il-LULUCF se jinżamm bħala pilastru separat, iżda b'ċerti rabtiet mas-Sistema ta' Kondiviżjoni tal-Isforiz (l-hekk imsejħa klawsola ta' flessibbiltà). L-azzjonijiet tas-sidien tal-foresti u tal-bdiewa biex jiżguraw il-karbonju maħżun fil-foresti u fil-ħamrija, b'hekk, jikkontribwixxu biex jinkisbu l-impenji tal-UE dwar it-tibdil fil-klima.

Sfida għas-settur tal-agrikoltura u l-forestrija tal-UE

Għar-rapporteur, ir-relazzjoni tal-agrikoltura u tal-forestrija għall-bidla fil-klima hija multidimensjonali. Il-foresti bħalissa jkopru aktar minn 42 % tas-superfiċje tal-art tal-UE u għandhom potenzjal kbir biex ittaffu l-effetti tat-tibdil fil-klima permezz tal-assorbiment u tal-ħżin tas-CO2. Min-naħa l-oħra, is-settur tal-forestrija għandu bżonn jissodisfa domanda dejjem tiżdied għall-injam, li ta' spiss jintuża bħala materja prima għall-bijoekonomija. L-agrikoltura qed tħabbat wiċċha ma' domanda dejjem tikber għall-ikel u l-għalf u potenzjal limitat ta' mitigazzjoni. It-tnejn li huma huma esposti ħafna għat-tibdil fil-klima, billi dawn l-attivitajiet jiddependu direttament mill-kundizzjonijiet klimatiċi bħalma huma t-temperaturi medji, ix-xita u l-estremi klimatiċi, u huma soġġetti għal bidliet f'pesti u mard. Il-Ftehim ta' Pariġi b'mod partikolari rrikonoxxa "l-prijorità fundamentali ta' ħarsien tas-sigurtà tal-ikel u li jintemm il-ġuħ, u l-vulnerabbiltajiet partikolari ta' sistemi ta' produzzjoni tal-ikel għall-impatti negattivi tat-tibdil fil-klima" u jimmira li jrawwem "żvilupp b'emissjonijiet baxxi ta' gassijiet b'effett ta' serra, b'mod li ma jipperikolax il-produzzjoni tal-ikel". Il-ħtieġa li tiġi żgurata l-koerenza bejn l-objettivi tas-sigurtà alimentari u tat-tibdil fil-klima hija stabbilita wkoll fil-Konklużjoni tal-Kunsill Ewropew tat-23-24 ta' Ottubru 2014.

Din ir-relazzjoni kumplessa tqajjem sfidi, aspettattivi u opportunitajiet għas-settur tal-LULUCF biex dan jaqdi rwol ewlieni fit-tibdil fil-klima. Fir-rapport tiegħu, ir-rapporteur għandu l-għan li jenfasizza dawn l-elementi differenti.

L-assorbimenti jirriżultaw mill-kapaċita tal-pjanti u l-ħamrija li jassorbu u jżommu l-gassijiet serra mill-atmosfera permezz tal-proċess tal-fotosintesi. Il-foresti tal-UE, pereżempju, jassorbu l-ekwivalenti ta' kważi 10 % mill-emissjonijiet totali tal-gassijiet serra tal-UE kull sena u jippreżentaw stokk sinifikanti tal-karbonju. Barra minn hekk, il-prodotti tal-injam maħsuda jista' jkollhom effetti pożittivi ħafna ta' sostituzzjoni meta dawn jintużaw bħala materjal tal-bini (li jissostitwixxi l-prodotti b'konsum enerġetiku għoli u jaħżnu l-karbonju) jew bħala bijomassa maħruqa għall-enerġija (li jissostitwixxu l-fjuwils fossili iżda li jikkawżaw l-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra).

L-UE għandha tipi diversi ta' foresti, ħaġa li tirrifletti d-diversità ġeoklimatika tagħha (foresti boreali, foresti koniferi Alpini, eċċ.). Fil-fatt, id-distribuzzjoni tagħhom tiddependi b'mod partikolari fuq il-klima, il-ħamrija, l-altitudni u t-topografija. Barra minn hekk, għall-kuntrarju ta' bosta żoni fid-dinja, fejn id-deforestazzjoni għadha problema ewlenija, l-erja forestali tal-UE qiegħda tiżdied; sal-2010 l-kopertura forestali kienet żdiedet b'madwar 11-il miljun ettaru mill-1990 bħala riżultat kemm ta' ħidma ta' afforestazzjoni kif ukoll ta' tkabbir naturali, b'impatt pożittiv mill-ġestjoni sostenibbli tal-foresti. Mill-perspettiva soċjoekonomika, l-esplojtazzjoni tal-foresti tiġġenera riżorsi, b'mod prinċipali l-injam. L-użu primarju tiegħu huwa għall-enerġija (42 % tal-volumi), meta mqabbel ma' 24 % għall-postijiet fejn jisserraw l-injam il-kbir, 17 % għall-industrija tal-karta u 12 % għal dik tal-pannewwi. Madwar nofs il-konsum tal-enerġija rinnovabbli fl-UE jiġi mill-injam.

Il-pożizzjoni tar-rapporteur

Ir-rapporteur jirrikonoxxi l-potenzjal enormi tas-settur f'termini ta' mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima. Madankollu, dan jista' jseħħ biss b'kontabbiltà robusta u kredibbli fil-livell tal-UE għall-perjodu 2021-2030 u jekk il-mira ta' debitu żero u l-krediti possibbli jintlaħqu b'mod komparabbli u rigoruż. L-objettivi klimatiċi tagħna fuq medda twila ta' żmien jiddependu wkoll fuq l-assorbimenti netti mis-settur tal-LULUCF, iżda dan m'għandux iwassal għal tnaqqis fil-livell ta' ambizzjoni ta' setturi oħra. Għandha wkoll issir distinzjoni bejn emissjonijiet 'ekoloġiċi' tas-CO2 mis-settur tal-LULUCF u l-emissjonijiet tas-CO2 mill-ħruq tal-fjuwils fossili u f'dan ir-rigward huwa essenzjali li jkun hemm koerenza b'saħħitha bejn il-politiki varji tal-UE. Barra minn hekk, il-prinċipju ta' sussidjarjetà taħt l-ebda ċirkostanza m'għandu jiġi ddubitat.

Flessibbiltà

Il-flessibbiltà proposta bejn ir-Regolament dwar il-LULUCF u r-Regolament dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi hija strument ta' benefiċċju sabiex jiġu valorizzati, ippremjati u inċentivati l-forestrija u l-agrikoltura għall-azzjonijiet intelliġenti tagħhom fil-livell klimatiku. Għalhekk ir-rapporteur iqis li l-280 miljun tunnellata ta' assorbimenti netti proposti mill-Kummissjoni ma għandhomx jitnaqqsu.

Afforestazzjoni

Filwaqt li titqies il-varjetà kbira ta' foresti fl-UE kollha f'termini ta' tkabbir u kopertura, l-approċċi ta' afforestazzjoni u ġestjoni tal-foresti huma differenti ħafna. L-afforestazzjoni sostenibbli għandha tiġi inċentivata iżda l-kontribut potenzjali tagħha m'għandux jiġi sovravalutat fid-dawl tal-kontributi sinifikanti tal-kategoriji l-oħra tal-użu tal-art. Għalhekk ir-rapporteur jappoġġja l-valur awtomatiku ta' 20 sena għall-perjodu ta' afforestazzjoni, bil-possibbiltà ta' deroga sa 30 sena. Madankollu, il-pajjiżi li jixtiequ jagħmlu użu minn din id-deroga għandu jkollhom jiġġustifikaw it-talba tagħhom billi, bħala minimu, isegwu l-proċeduri u l-linji gwida internazzjonali. Estensjoni ulterjuri ta' dan il-perjodu m'għandhiex tkun possibbli peress li din twassal għal tnaqqis tal-livell ta' ambizzjoni tal-UE.

Il-livell ta' referenza għall-foresti

Sabiex il-prinċipju ta' sussidjarjetà jiġi rrispettat b'mod sħiħ, ma għandux ikun possibbli li l-Kummissjoni tiddeċiedi waħedha dwar l-istabbiliment tal-livelli ta' referenza għall-foresti. Ir-rapporteur jappoġġja t-titjib tar-regoli ta' Kjoto u jipproponi proċess fi tliet stadji:

1.  L-Istati Membri jikkalkulaw livell ġdid ta' referenza għall-foresti li jaġġorna l-valuri attwali taħt it-tieni perjodu ta' impenn tal-Protokoll ta' Kjoto (l-Anness II). Il-kriterji li għandhom jiġu ssodisfati huma stabbiliti fl-Anness IV.

2.  Għandu jitwaqqaf tim ta' reviżjoni espert bi qbil mad-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (C(2016)3301) li jkun jikkonsisti minn rappreżentanti tal-Kummissjoni u għadd importanti ta' esperti nazzjonali. Din ir-reviżjoni tal-esperti għandha tkun immudellata fuq ir-regoli attwali ta' Kjoto u għandha tagħmel possibbli proċess simili għal "evalwazzjoni bejn il-pari" fost l-Istati Membri.

3.  Il-Kummissjoni tista' biss terġa' tikkalkula l-livelli ta' referenza għall-foresti l-ġodda jekk il-kriterji tal-Anness IV ma jiġux issodisfati.

Dan il-proċess għandu jiġi finalizzat, inkluża l-adozzjoni tal-atti delegati li jaġġornaw il-livelli ta' referenza attwali ta' Kjoto, sal-aħħar tal-2020, jiġifieri qabel il-bidu tal-ewwel perjodu ta' kontabbiltà skont dan ir-regolament. Wara l-adozzjoni ta' dawn l-atti, Stat Membru se jkollu l-possibbiltà li jintegra l-krediti tiegħu ġġenerati minn art forestali ġestita fil-flessibbiltà tal-280 miljun tunnellata CO2e mogħtija skont ir-Regolament dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi.

Barra minn hekk, ir-rapporteur jipproponi li jiġi aġġustat il-perjodu ta' referenza u li dan jinbidel mis-snin 1990-2009 għas-snin 2000-2012. Dan jieħu kont aħjar tal-fatt li mhux l-Istati Membri kollha huma kapaċi jipprovdu dejta affidabbli għall-foresti tagħhom (inventarji) għas-snin 90. Barra minn hekk, billi l-perjodu jiġi estiż għall-2012, il-perjodu ta' impenn li spiċċa l-aktar riċenti tal-Protokoll ta' Kjoto jista' wkoll jiġi kompletament integrat.

Limitu massimu fuq il-krediti ta' ġestjoni tal-foresti

Ir-rapporteur qed jipproponi li l-limitu massimu għall-krediti tal-ġestjoni tal-foresti jinbidel minn 3,5 % tal-emissjonijiet tal-Istati Membri għal 7 %. Peress li l-proposta dwar il-LULUCF tal-Kummissjoni kif modifikata mir-rapporteur se jipprevedi kontabbiltà robusta u kredibbli fil-kategorija tal-art afforestata ġestita, anki żieda fil-limiti xorta se tiżgura l-integrità ambjentali filwaqt li tagħti aktar flessibbiltà lill-Istati Membri.

  • [1]  Ekwivalenti-CO2 (CO2e) – l-ammont ta' emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra li jagħti l-istess kontribut għat-tisħin globali tul perjodu ta' 100 sena bħall-emissjoni ta' tunnellata ta' diossidu tal-karbonju (CO2).

OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp (3.5.2017)

għall-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-inklużjoni tal-emissjonijiet u l-assorbimenti ta' gassijiet serra minn użu tal-art, tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija fil-Qafas ta' politika għall-klima u l-enerġija għall-2030 u li jemenda r-Regolament Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar mekkaniżmu għall-monitoraġġ u r-rapportar ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra u għar-rapportar ta' informazzjoni oħra relatata mat-tibdil fil-klima
(COM(2016)0479 – C8-0330/2016 – 2016/0230(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Florent Marcellesi

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Mil-lat tal-iżvilupp huwa fundamentali li dan ir-Regolament ikun kemm jista' jkun ambizzjuż. L-objettiv ta' grad u nofs li ssemmi l-proposta tal-Kummissjoni jissejjes fuq il-konklużjonijiet tal-Grupp Intergovernattiv ta' Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC), li minnhom jirriżulta li r-reġjuni vulnerabbli għall-klima, bħall-Istati gżejjer żgħar li qed jiżviluppaw, l-Asja tan-Nofsinhar ta' mal-kosta uż-żoni tal-Afrika suġġetti għan-nixfa, ikollhom iħabbtu wiċċhom ma' konsegwenzi perikolużi jekk it-temperatura dinjija taqbeż dan il-livell. Skont il-konklużjonijiet tal-IPCC, biex jinkiseb l-objettiv ta' grad u nofs u jiġi żġurat il-ħarsien tal-ifqar popolazzjonijiet tad-dinja jeħtieġ li jiġu ġġenerati "emissjonijiet negattivi" mill-użu tal-art u mhux sempliċement jintużaw bħala fattur ta' kumpens.

Jekk id-dinja għandha bżonn tiġġenera emissjonijiet negattivi mill-foresti, kunsiderazzjonijiet dwar l-ekwità globali jirrikjedu li l-UE tassumi rwol ta' tmexxija f'dan il-qasam. Biex tirrispetta d-"dritt li jiżviluppaw" tal-ifqar pajjiżi, l-UE għandha tassumi kemm jista' jkun responsabbiltà għall-ħarsien tal-foresti, li jrid isir fuq livell globali, speċjalment f'kuntest li fih dan ir-Regolament se jkun l-ewwel tentattiv tad-dinja ta' definizzjoni tal-mod kif l-emissjonijiet u l-assorbimenti mill-użu tal-art se jkunu integrati fil-kontabbiltà globali tal-karbonju. Dan se jistabbilixxi għaldaqstant preċedent importanti għall-bqija tad-dinja u ċertament se jintuża bħala mudell fin-negozjati internazzjonali. Kif osservat fil-proposta tal-Kummissjoni, l-art għandha "għanijiet multipli" – bħal pereżempju l-produzzoni tal-ikel – li jridu jitqiesu fil-konfront tal-potenzjal tagħhom u f'termini ta' bjar tal-karbonju. Dan huwa saħansitra iktar kruċjali fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw b'popolazzjonijiet rurali kbar, li jiddependu mill-art għas-sopravivenza tagħhom. Analogament, ir-Regolament għandu wkoll jintegra l-istandards internazzjonali fil-qasam tad-drittijiet ta' proprjetà, biex ikun garantit li dan il-ħarsien ikun minqux fir-regoli kontabilistiċi internazzjonali fil-qasam tal-użu tal-art. Dawn l-istandards se jkunu saħansitra aktar importanti fil-pajjiżi li fihom id-drittijiet konswetudinarji mhumiex rikonoxxuti b'mod ċar fil-liġi ordinarja u fejn il-popolazzjonijiet indiġeni rurali kellhom fl-imgħoddi jiċċaqalqu minħabba l-proġetti ta' konservazzjoni. Ir-Regolament għandu fl-aħħar nett jippromwovi l-irkupru tal-pajsaġġi eżistenti minflok l-afforestazzjoni ta' artijiet ġodda. Dan inaqqas sal-minimu r-riskju li l-attivitajiet klimatiċi fis-settur tal-LULUCF ineħħu l-art minn użi fundamentali bħall-produzzjoni tal-ikel, fatt li għandu importanza saħansitra akbar fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw.

Għal dawn ir-raġunijiet, ir-rapporteur jipproponi l-emendi li ġejjin għall-proposta tal-Kummissjoni:

•  tiżdied l-ambizzjoni f'termini klimatiċi tal-proposta bis-saħħa ta' dawn il-miżuri:

-  jiżdied l-objettiv intern tas-settur tal-LULUCF;

-  isiru iktar stretti r-regoli tal-kontabbiltà;

-  jiġi inċentivat l-irkupru tal-art mistagħdra;

-  jiġi previst rieżami tal-ambizzjoni tar-Regolament;

•  meta possibbli, ir-Regolament għandu jinċentiva l-attivitajiet li jżidu l-funzjoni ta' bjar tal-karbonju tal-użi tal-art eżistenti (permezz tal-agroekoloġija jew tal-irkupru ta' raba' u bwar ġestiti) minflok l-afforestazzjoni ta' artijiet ġodda;

•  l-attivitajiet imwettqa għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom jirrispettaw l-istandards internazzjonali dwar il-ħarsien tad-drittijiet fuq l-art;

•  l-attivitajiet imwettqa għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom ukoll jirrispettaw l-istandards tal-UE fil-qasam tal-bijodiversità, fatt b'implikazzjonijiet importanti fil-livell ta' żvilupp billi biljuni ta' nies fuq il-pjaneta jiddependu mill-bijodiversità tal-ekosistemi għas-sopravivenza tagħhom.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Iżvilupp jistieden lill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda     1

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Fl-10 ta' Ġunju 2016 il-Kummissjoni ppreżentat proposta għall-UE biex tirratifika l-Ftehim ta' Pariġi. Din il-proposta leġiżlattiva tifforma parti mill-implimentazzjoni tal-impenn tal-Unjoni għat-tnaqqis tal-emissjonijiet fl-ekonomija kollha kif ikkonfermat fl-impenn għal kontribut maħsub determinat fil-livell nazzjonali tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha ppreżentat lis-Segretarjat tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima ("UNFCCC") fis-6 ta' Marzu 2015.10

(3)  Fil-5 ta' Ottubru 2016, l-Unjoni rratifikat formalment il-Ftehim ta' Pariġi li bis-saħħa ta' dan jista' jidħol fis-seħħ fl-4 ta' Novembru 2016. Din il-proposta leġiżlattiva tifforma parti mill-implimentazzjoni tal-impenn tal-Unjoni għat-tnaqqis tal-emissjonijiet fl-ekonomija kollha kif ikkonfermat fl-impenn għal kontribut maħsub determinat fil-livell nazzjonali tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha ppreżentat lis-Segretarjat tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima ("UNFCCC") fis-6 ta' Marzu 2015.10 Il-miri tal-Unjoni li jitnaqqsu l-emissjonijiet ta' gass serra huma wkoll konformi mal-impenn li ħadu l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha biex jilħqu sal-2030 l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli maqbula fuq skala internazzjonali, partikolarment l-għan nru 13 dwar l-indirizzar b'urġenza tat-tibdil fil-klima bħala sfida globali, inkluż it-tnaqqis tal-emissjonijiet u l-bini ta' reżiljenza klimatika.

_________________

_________________

10 http://www4.unfccc.int/submissions/indc/Submission%20Pages/submissions.aspx

10 http://www4.unfccc.int/submissions/indc/Submission%20Pages/submissions.aspx

Emenda     2

Proposta għal regolament

Premessa 3a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a)  Is-settur tal-użu tal-art, tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija (LILUCF) għandu potenzjal enormi biex jagħti kontribut lill-impenji internazzjonali tal-Unjoni fil-qasam tal-klima. Jenħtieġ li l-ġestjoni tal-art tissodisfa l-bżonn ta' koerenza politika u ta' żvilupp sostenibbli, b'mod partikolari fir-rigward tal-impatt tagħha fuq il-komunitajiet lokali u s-sigurtà tal-ikel. F'dan il-kuntest, il-politika tal-Unjoni fis-settur LULUCF għandha tmur pari passu mal-koerenza tal-politiki għall-iżvilupp (PCD), b'mod partikolari fir-rigward tad-dimensjonijiet ambjentali u ekonomiċi tagħha, bil-għan li jiżdiedu s-sinerġiji u jiġi żgurat li l-politiki interni fil-qasam tal-klima jkollhom impatt pożittiv fuq il-pajjiżi terzi.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Il-Ftehim ta' Pariġi, fost l-oħrajn, jistabbilixxi mira fit-tul f'konformità mal-għan li ż-żieda fit-temperatura globali tinżamm sew taħt iż-2 °C 'il fuq mil-livelli preindustrijali u biex jitkomplew l-isforzi biex tinżamm sal-1,5 °C 'il fuq mil-livelli preindustrijali. Sabiex tintlaħaq din il-mira, il-Partijiet għandhom iħejju, jikkomunikaw u jżommu kontributi suċċessivi determinati fil-livell nazzjonali. Il-Ftehim ta' Pariġi jissostitwixxi l-approċċ meħud skont il-Protokoll ta' Kjoto tal-1997 li mhux se jitkompla wara l-2020. Il-Ftehim ta' Pariġi jitlob ukoll bilanċ bejn l-emissjonijiet antropoġeniċi mis-sorsi u l-assorbimenti minn bjar ta' gassijiet serra fit-tieni nofs ta' dan is-seklu, u jistieden lill-Partijiet biex jieħdu azzjoni sabiex jikkonservaw u jtejbu, kif xieraq, bjar u riżervi ta' gassijiet serra, inklużi foresti.

(4)  Il-Ftehim ta' Pariġi, fost l-oħrajn, jistabbilixxi mira fit-tul f'konformità mal-għan li ż-żieda fit-temperatura globali tinżamm sew taħt iż-2 °C 'il fuq mil-livelli preindustrijali u biex jitkomplew l-isforzi biex tinżamm sal-1,5 °C 'il fuq mil-livelli preindustrijali, fatt li jirrikjedi li d-dinja tidħol f'perjodu ta' livelli ta' emissjonijiet negattivi, li matulu l-foresti se jiżvolġi rwol ċentrali. Sabiex tintlaħaq din il-mira, il-Partijiet għandhom iħejju, jikkomunikaw u jżommu kontributi suċċessivi determinati fil-livell nazzjonali. Il-Ftehim ta' Pariġi jissostitwixxi l-approċċ meħud skont il-Protokoll ta' Kjoto tal-1997 li mhux se jitkompla wara l-2020. Il-Ftehim ta' Pariġi jitlob ukoll bilanċ bejn l-emissjonijiet antropoġeniċi mis-sorsi u l-assorbimenti minn bjar ta' gassijiet serra fit-tieni nofs ta' dan is-seklu, u jistieden lill-Partijiet biex jieħdu azzjoni sabiex jikkonservaw u jtejbu, kif xieraq, bjar u riżervi ta' gassijiet serra, inklużi foresti.

Ġustifikazzjoni

Biex it-tisħin jinżamm taħt il-1,5 °C u, sakemm ma jinkisbux bidliet radikali fil-perkors tat-tnaqqis tal-emissjonijiet oltre l-kontributi stabbiliti fil-livell nazzjonali mħabbra, u biex jibqa' taħt iż-2 °C, se jkun neċessarju li jinstab mod kif jiġi assorbit id-diossidu tal-karbonju mill-atmosfera, jiġifieri l-"emissjonijiet negattivi". L-aktar mod dirett biex jinkiseb dan ir-riżultat fl-UE hu li jiżdiedu l-assorbimenti mis-settur tal-LULUCF. Dan ir-Regolament jikkostitwixxi għalhekk pilastru fundamentali biex l-UE tirrispetta l-impenn tagħha fl-ambitu tal-Ftehim ta' Pariġi.

Emenda     4

Proposta għal regolament

Premessa 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a)  Bil-għan li jinkisbu l-emissjonijiet negattivi kif rikjest mill-Ftehim ta' Pariġi, jenħtieġ li l-assorbimenti ta' CO2 mill-atmosfera permezz tal-LULUCF jiġi ttrattat bħala pilastru separat fl-ambitu tal-politika tal-Unjoni għall-klima.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 4b (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4b)  Dan ir-Regolament jistabbilixxi preċedent globali importanti għall-integrazzjoni tal-emissjonijiet u tal-assorbimenti li jirriżultaw mill-art fil-kontributi stabbiliti fil-livell nazzjonali fl-ambitu tal-Ftehim ta' Pariġi. Huwa għalhekk importanti r-rispett tad-prinċipji ta' ekwità, żvilupp sostenibbli u l-isforzi biex jinqered il-faqar, kif ukoll ir-rispett u l-promozzjoni tal-impenji internazzjonali fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem u tad-drittijiet tal-popolazzjonijiet indiġeni, kif rikjest mill-Ftehim ta' Pariġi.

Ġustifikazzjoni

Dan ir-Regolament huwa l-ewwel tentattiv li qatt sar fid-dinja biex tistabbilixxi r-regoli tal-kontabbiltà għas-settur tal-użu tal-art, u jiġu integrati fil-kontributi determinati fil-livell nazzjonali. Huwa probabbli li jintuża bħala punt ta' tluq għar-regoli tal-kontabbiltà fl-użu tal-art barra mill-UE wkoll. Konsegwentement, huwa importanti li jinkludi l-prinċipji bħar-rispett tad-drittijiet fuq l-art, u t-trattament tal-emissjonijiet tal-użu tal-art bħala pilastru separat, billi dawn x'aktarx ikunu aktar importanti fil-pajjiżi tan-Nofsinhar Globali fejn il-komunitajiet milquta mill-faqar huma saħansitra aktar vulnerabbli li jiġu spostati minħabba l-proġetti ta' bjar tal-karbonju.

Emenda     6

Proposta għal regolament

Premessa 6a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a)  Jenħtieġ li l-Unjoni tassumi rwol ta' tmexxija fil-livell globali fil-promozzjoni u fl-esportazzjoni tar-riċerka u tal-investiment fil-prattiki, fit-tekniki u fl-ideat sostenibbli, avvanzati u innovattivi fis-settur tal-LULUCF, kif ukoll fit-tixrid tat-teknoloġiji ekoloġiċi, ħalli jonqsu l-emissjonijiet ta' gassijiet serra filwaqt li tiġi ppreservata l-produzzjoni tal-ikel, biex b'hekk tagħti l-eżempju lis-sħab internazzjonali tagħha, fosthom il-pajjiżi li qed jiżviluppaw. F'dan il-kuntest, jenħtieġ li jissaħħu l-kooperazzjoni u s-sħubija effikaċi mal-atturi tas-settur privat, speċjalment mal-impriżi ż-żgħar u ta' daqs medju.

Emenda     7

Proposta għal regolament

Premessa 20a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(20a)  Jenħtieġ li dan ir-Regolament ikun implimentat fi ħdan l-ambitu tal-Ftehim ta' Pariġi, b'mod partikolari billi tkun osservata l-importanza tal-garanzija tal-preservazzjoni tal-integrità tal-ekosistemi kollha u li l-għajxien u r-reżiljenza tal-komunitajiet li jgħixu f'żoni forestali jkunu mħarsa.

Emenda     8

Proposta għal regolament

Premessa 20b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(20b)  It-tibdil fil-klima jħalli effett profond fuq l-iżvilupp tal-komunitajiet fid-dinja kollha. Bis-saħħa tal-Ftehim ta' Pariġi, l-Unjoni ntrabtet b'impenji, hija u tieħu azzjoni biex issib tarf it-tibdil fil-klima, biex tirrispetta, tippromwovi u tikkunsidra l-obbligi tagħha fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem, tad-dritt għas-saħħa, tad-drittijiet tal-popli indiġeni, tal-komunitajiet lokali, tal-migranti, tat-tfal, tal-persuni b'diżabilità u tal-persuni f'sitwazzjonijiet vulnerabbli. Barra minn hekk, se tirrispetta, tippromwovi u tikkunsidra l-obbligi tagħha fir-rigward tad-dritt għall-iżvilupp, kif ukoll tal-parità tal-ġeneru, tal-emanċipazzjoni tan-nisa u tal-ekwità interġenerazzjonali.

Emenda     9

Proposta għal regolament

Premessa 20c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(20c)  Jenħtieġ li jkun segwit approċċ olistiku għad-deforestazzjoni tropikali, fid-dawl tal-kawżi kollha tad-deforestazzjoni, kif ukoll l-objettiv inkluż f'dikjarazzjoni tal-Kummissjoni fin-negozjati tal-UNFCCC biex sa mhux aktar tard mill-2030 jieqaf it-telf globali tal-kopertura forestali u biex sal-2020 tonqos id-deforestazzjoni tropikali grossa b'tal-anqas 50 fil-mija meta mqabbel mal-livelli attwali.

Emenda     10

Proposta għal regolament

Premessa 20d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(20d)  L-Unjoni ntrabtet b'impenji fir-rigward tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, li jistgħu jintlaħqu biss bis-saħħa ta' ġestjoni forestali tajba u impenn biex tieqaf u titreġġa' lura d-deforestazzjoni u tkun xprunata l-forestazzjoni mill-ġdid.

Emenda     11

Proposta għal regolament

Premessa 20e (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(20e)  Dan ir-Regolament, skont il-UNFCCC, jenħtieġ li jsegwi approċċ parteċipattiv u totalment trasparenti, xprunat mill-pajjiżi u li jqis id-dimensjoni tal-ġeneru, u jqis il-gruppi vulnerabbli, il-komunitajiet u l-ekosistemi. Barra minn hekk, jenħtieġ li jkun ibbażat u ggwidat mill-aqwa xjenza disponibbli u, kif xieraq, mill-għarfien tradizzjonali, mill-għarfien tal-popli indiġeni u mis-sistemi ta' għarfien lokali, bil-għan li l-adattament jiġi integrat mal-politiki u mal-azzjonijiet soċjoekonomiċi u ambjentali rilevanti.

Emenda     12

Proposta għal regolament

Premessa 20f (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(20f)  Il-forestrija u l-foresti jenħtieġ li jkunu ġestiti b'mod responsabbli u jagħtu kontribut reali għall-iżvilupp ekonomiku ta' pajjiż, billi joffru opportunitajiet ekonomiċi vijabbli lill-bdiewa, sakemm ma sseħħ ebda deforestazzjoni ta' ekosistemi sensittivi, ma jiġi stabbilit ebda pjantaġġun fuq torbieri, il-pjantaġġuni jiġu ġestiti bl-użu ta' tekniki agroekoloġiċi moderni biex jiġu mminimizzati r-riżultati ambjentali u soċjali avversi u jiġu rispettati d-drittijiet tal-art, id-drittijiet tal-komunitajiet indiġeni kif ukoll id-drittijiet tal-bniedem u d-drittijiet tal-ħaddiema;

Emenda    13

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – subparagrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Dan ir-Regolament jikkontribwixxi għall-konformità tal-Unjoni mal-impenji u mal-objettivi tal-Ftehim ta' Pariġi.

Ġustifikazzjoni

Ir-Regolament dwar il-LULUCF jirrappreżenta wieħed mill-pilastri li jimplimentaw l-impenji tal-Unjoni fl-ambitu tal-Ftehim ta' Pariġi. L-Unjoni impenjat ruħha li tillimita ż-żieda fit-temperatura globali għal sew taħt iż-2°, kif ukoll li tkompli l-isforzi biex tali żieda tinżamm taħt il-1,5°. Huwa vitali li l-Ftehim ta' Pariġi jiġi sodisfatt sabiex jiġu evitati impatti perikolużi fir-reġjuni li huma l-aktar vulnerabbli għat-tibdil fil-klima, inklużi Stati gżejjer żgħar li qed jiżviluppaw , ir-reġjuni kosta tan-Nofsinhar tal-Asja u r-reġjuni tal-Afrika li għandhom tendenza ta' nixfa.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt ea (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea)  art mistagħdra ġestita: użu tal-art rapportat bħala art mistagħdra li tibqa' art mistagħdra, u insedjament, art oħra konvertita f'art mistagħdra u art mistagħdra konvertita f'insedjament u art oħra.

Ġustifikazzjoni

Torbieri u art mistagħdra jirrappreżentaw ħabitats ta' valur għoli ta' konservazzjoni li jospitaw uħud mill-aktar ħażniet importanti ta' karbonju fl-UE u fid-dinja. Madankollu, meta jisfaw degradati, jarmu ammonti kbar ta' gassijiet serra. Sabiex jiġi żgurat li r-Regolament jipprovdi l-inċentivi t-tajba biex tali ħażniet tal-karbonju jinżammu u jiġu rkuprati, il-kontabbiltà tal-art mistagħdra u t-torbiera għandha ssir obbligatorja.

Emenda    15

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati biex timplimenta l-paragrafu 1 skont l-Artikolu 14 biex tadatta d-definizzjonijiet fil-paragrafu 1 għal żviluppi xjentifiċi jew progress tekniku u biex tiżgura l-konsistenza bejn dawk id-definizzjonijiet u kwalunkwe bidla f'definizzjonijiet rilevanti fil-Linji Gwida għall-Inventarji Nazzjonali tal-Gassijiet Serra tal-IPCC tal-2006 (il-"Linji Gwida tal-IPCC").

2.  Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati biex timplimenta l-paragrafu 1 skont l-Artikolu 14 biex tadatta d-definizzjonijiet fil-paragrafu 1 għal żviluppi xjentifiċi jew progress tekniku u biex tiżgura l-konsistenza bejn dawk id-definizzjonijiet u kwalunkwe bidla f'definizzjonijiet rilevanti fil-Linji Gwida għall-Inventarji Nazzjonali tal-Gassijiet Serra tal-IPCC tal-2006 (il-"Linji Gwida tal-IPCC") u s-Suppliment tal-2013 għal-Linji Gwida tal-IPCC għall-Inventarji Nazzjonali tal-Gassijiet Serra tal-IPCC tal-2006: Art Mistgħadra.

Ġustifikazzjoni

Għandhom jiġu kkunsidrati l-aħħar metodoloġiji tal-kontabbiltà tal-IPCC għall-użu tal-art kollha kemm huma.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Istati Membri għandhom jistinkaw biex iżidu l-assorbimenti tagħhom għall-perjodi mill-2021 sal-2025 u mill-2026 sal-2030. Għall-perjodi sussegwenti l-assorbimenti totali minn kull Stat Membru kif kontabilizzati skont dan ir-Regolament għandhom jiżdiedu, f'konformità mal-għanijiet fuq terminu twil tal-Unjoni dwar il-klima u l-impenji fil-kuntest tal-Ftehim ta' Pariġi.

Ġustifikazzjoni

Biex it-tisħin globali jinżamm taħt il-grad u nofs, u wkoll sew taħt iż-2 gradi, skont ix-xjenza se jkollna nimplimentaw mezzi għall-assorbiment tad-diossidu tal-karbonju mill-atmosfera, "emissjonijiet negattivi". Biex jinkisbu emissjonijiet negattivi, mhuwiex biżżejjed li l-assorbimenti u l-emissjonijiet mis-settur tal-LULUCF sempliċement ikunu ndaqs; l-assorbimenti iridu jaqbżu l-emissjonijiet.

Emenda     17

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri għandhom jagħtu rendikont tal-emissjonijiet u l-assorbimenti minn art forestali u art deforestata, bħala emissjonijiet u assorbimenti totali għal kull sena tul il-perjodi ta’ bejn l-2021 u l-2025 u bejn l-2026 u l-2030.

1.  L-Istati Membri għandhom jagħtu rendikont tal-emissjonijiet mid-deforestazzjoni u l-assorbimenti mill-afforestazzjoni tal-art, bħala emissjonijiet u assorbimenti totali għal kull sena tul il-perjodi ta’ bejn l-2021 u l-2025 u bejn l-2026 u l-2030.

Emenda    18

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-pjan tal-kontabbiltà forestali nazzjonali għandu jkun fih l-elementi kollha elenkati fit-Taqsima B tal-Anness IV u jinkludi livell ta' referenza għall-foresti ġdid propost ibbażat fuq il-kontinwazzjoni tal-prattika u l-intensità tal-ġestjoni forestali attwali, kif dokumentat bejn l-1990 u l-2009 għal kull tip ta' foresta u għal kull klassi ta' età fil-foresti nazzjonali, espressi f'ekwivalenti ta' tunnellati ta' CO2 fis-sena.

Il-pjan tal-kontabbiltà forestali nazzjonali għandu jkun fih l-elementi kollha elenkati fit-Taqsima B tal-Anness IV u jinkludi perjodu ta' referenza għall-foresti ġdid propost ibbażat fuq il-kontinwazzjoni tal-prattika u l-intensità tal-ġestjoni forestali attwali, kif dokumentat bejn l-1990 u l-2009 għal kull tip ta' foresta u għal kull klassi ta' età fil-foresti nazzjonali, espressi f'ekwivalenti ta' tunnellati ta' CO2 fis-sena, kif ukoll jiżgura li jinżamm l-istess proporzjon ta' bijomassa użata għal skopijiet enerġetiċi u dik użata għal skopijiet relatati mal-bijomassa solida.

Ġustifikazzjoni

L-użu tal-bijomassa għal skopijiet solidi (prodotti b'ħajja twila) huwa użu aħjar tar-riżorsi mill-perspettiva tal-klima mill-użu tal-bijomassa direttament mill-foresta għal skopijiet enerġetiċi (ossidazzjoni istantanja). Jekk l-intensità tal-ħsad tinżamm, iżda l-proporzjon ta' injam użat għall-enerġija jikber, dan ikun ifisser li aktar CO2 jkun qed jiġi rilaxxat, li għandu jiġi kontabilizzat skont il-livell ta' referenza.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

L-inklużjoni tal-emissjonijiet u l-assorbimenti ta’ gassijiet serra minn użu tal-art, tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija fil-qafas ta’ politika għall-klima u l-enerġija għall-2030 u li jemenda tar-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar mekkaniżmu għall-monitoraġġ u r-rapportar ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra u għar-rapportar ta’ informazzjoni oħra relatata mat-tibdil fil-klima

Referenzi

COM(2016)0479 – C8-0330/2016 – 2016/0230(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

12.9.2016

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

DEVE

12.9.2016

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Florent Marcellesi

30.11.2016

Eżami fil-kumitat

28.2.2017

 

 

 

Data tal-adozzjoni

25.4.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

20

0

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Nirj Deva, Doru-Claudian Frunzulică, Enrique Guerrero Salom, Heidi Hautala, György Hölvényi, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Arne Lietz, Linda McAvan, Norbert Neuser, Vincent Peillon, Cristian Dan Preda, Elly Schlein, Eleftherios Synadinos, Eleni Theocharous, Paavo Väyrynen, Bogdan Brunon Wenta, Anna Záborská, Željana Zovko

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Paul Rübig, Judith Sargentini

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Xabier Benito Ziluaga, Dariusz Rosati

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

20

+

ALDE

Paavo Väyrynen

GUE/NGL

Xabier Benito Ziluaga

NI

Eleftherios Synadinos

PPE

György Hölvényi, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Cristian Dan Preda, Dariusz Rosati, Paul Rübig, Bogdan Brunon Wenta, Željana Zovko, Anna Záborská

S&D

Doru-Claudian Frunzulică, Enrique Guerrero Salom, Arne Lietz, Linda McAvan, Norbert Neuser, Vincent Peillon, Elly Schlein

VERTS/ALE

Heidi Hautala, Judith Sargentini

0

-

 

 

2

0

ECR

Nirj Deva, Eleni Theocharous

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

OPINJONI tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (1.6.2017)

għall-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-inklużjoni tal-emissjonijiet u l-assorbimenti ta' gassijiet serra minn użu tal-art, tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija fil-qafas ta' politika għall-klima u l-enerġija għall-2030 u li jemenda r-Regolament Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar mekkaniżmu għall-monitoraġġ u r-rapportar ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra u għar-rapportar ta' informazzjoni oħra relatata mat-tibdil fil-klima
(COM(2016)0479 – C8-0330/2016 – 2016/0230(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Marisa Matias

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Il-Ftehim ta' Pariġi ġie adottat f'Diċembru 2015 waqt il-21 Konferenza tal-Partijiet tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCC). Dan il-ftehim huwa pass kruċjali għat-titjib tal-azzjoni kollettiva u l-aċċelerazzjoni tat-trasformazzjoni globali lejn soċjetà b'emissjonijiet baxxi tal-karbonju u reżiljenti għall-klima u se jieħu post l-approċċ meħud skont il-Protokoll ta' Kjoto tal-1997. Qed jiġu stabbiliti politiki sabiex tintlaħaq il-mira vinkolanti tal-UE ta' mill-inqas 40 % ta' tnaqqis domestiku fl-emissjonijiet ta' gassijiet serra sal-2030 meta mqabbel mal-1990. Il-Ftehim jinkludi mira fit-tul u jgħid b'mod ċar li l-kontribut mill-użu tal-art u l-foresti se jkun determinanti biex jintlaħqu l-għanijiet ta' mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima fit-tul.

L-għan ta' din il-proposta huwa li tiddetermina kif is-settur tal-użu tal-art, it-tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija (LULUCF) se jiġi inkluż fil-qafas tal-politika għall-klima tal-UE mill-2021 'il quddiem. Sal-lum, il-Protokoll ta' Kjoto (li jiskadi fi tmiem l-2020) iqiegħed restrizzjonijiet fuq l-UE u fuq kull wieħed mill-Istati Membri tagħha, peress li jridu jiżguraw li s-settur tal-LULUCF ma jrendix emissjonijiet żejda. Konsegwentement, il-governanza għas-settur tal-LULUCF teħtieġ li tiġi żviluppata aktar fi ħdan l-UE.

Ir-rapporteur tilqa' l-proposta tal-Kummissjoni. Temmen li hija proposta ambizzjuża li tappoġġja l-ħtieġa ta' reġim kontabilistiku aktar robust li jkollu l-għan li jikkontribwixxi għall-mira ta' tnaqqis ta' 40 % f'emissjonijiet ta' gassijiet serra sal-2030.

Ir-rapporteur tesprimi tħassib dwar il-fatt li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati kif imsemmi fl-Artikoli 3, 5, 8, 10, u 13 għal perjodu ta' żmien indeterminat. Ir-rapporteur tixtieq tirrakkomanda li l-perjodu jitqassar għal 5 snin, f'konformità mal-perjodi ta' rappurtar 2021-2025 u 2026-2030.

L-użu tal-art u l-forestrija huma f'pożizzjoni unika biex jikkontribwixxu għal politika effikaċi dwar il-klima. Dan hu minħabba l-fatt li s-settur mhux biss jarmi gassijiet serra imma jista' wkoll ineħħi s-CO2 mill-atmosfera. Il-kontribut u l-opportunitajiet offruti mis-settur forestali huma essenzjali għall-implimentazzjoni ta' ekonomija ċirkolari.

F'din il-proposta r-rapporteur tittratta l-kwistjonijiet ewlenin f'dan il-qasam skont il-kompetenzi tal-Kumitat ITRE, fosthom:

a)  iż-żieda fil-finanzjament għar-riċerka u l-iżvilupp fil-ġestjoni tal-forestrija filwaqt li titqies id-diversità ġeografika;

b)  l-użu ta' programmi tal-ispazju tal-UE bħas-sistema tal-osservazzjoni tad-dinja bis-satellita Copernicus, li jipprovdu appoġġ ta' valur għall-monitoraġġ tal-attivitajiet tal-LULUCF;

c)  is-sigurtà alimentari u l-bijodiversità;

d)  il-ftehimiet internazzjonali u l-konformità mad-dritt tal-UE;

e)  l-impatt fuq l-Istati Membri u s-sistemi kontabilistiċi tal-UE;

f)  il-flessibbiltajiet;

g)  il-prodotti forestali, kemm tal-injam u kemm mhux tal-injam, li għandhom ħajja twila;

h)  il-livelli ta' referenza għall-foresti.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija jistieden lill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda     1

Proposta għal regolament

Kunsiderazzjoni 1a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Wara li kkunsidraw il-Protokoll (Nru 1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea dwar ir-rwol tal-parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea,

Emenda     2

Proposta għal regolament

Kunsiderazzjoni 1b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Wara li kkunsidraw il-Protokoll (Nru 2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità,

Emenda     3

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Fl-10 ta' Ġunju 2016 il-Kummissjoni ppreżentat proposta għall-UE biex tirratifika l-Ftehim ta' Pariġi. Din il-proposta leġiżlattiva tifforma parti mill-implimentazzjoni tal-impenn tal-Unjoni għat-tnaqqis tal-emissjonijiet fl-ekonomija kollha kif ikkonfermat fl-impenn għal kontribut maħsub determinat fil-livell nazzjonali tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha ppreżentat lis-Segretarjat tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima ("UNFCCC") fis-6 ta' Marzu 2015.10

(3)  Il-Ftehim ta' Pariġi ġie ratifikat mill-Kunsill fil-5 ta' Ottubru 2016 wara l-kunsens tal-Parlament Ewropew fl-4 ta' Ottubru 2016 u daħal fis-seħħ fl-4 ta' Novembru 2016. Din il-proposta leġiżlattiva tifforma parti mill-implimentazzjoni tal-impenn tal-Unjoni għat-tnaqqis tal-emissjonijiet fl-ekonomija kollha kif ikkonfermat fl-impenn għal kontribut maħsub determinat fil-livell nazzjonali tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha ppreżentat lis-Segretarjat tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima ("UNFCCC") fis-6 ta' Marzu 2015.10

__________________

__________________

10 http://www4.unfccc.int/submissions/indc/Submission%20Pages/submissions.aspx

10 http://www4.unfccc.int/submissions/indc/Submission%20Pages/submissions.aspx

Emenda     4

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Il-Ftehim ta' Pariġi, fost l-oħrajn, jistabbilixxi mira fit-tul f'konformità mal-għan li ż-żieda fit-temperatura globali tinżamm sew taħt iż-2 °C 'il fuq mil-livelli preindustrijali u biex jitkomplew l-isforzi biex tinżamm sal-1,5 °C 'il fuq mil-livelli preindustrijali. Sabiex tintlaħaq din il-mira, il-Partijiet għandhom iħejju, jikkomunikaw u jżommu kontributi suċċessivi determinati fil-livell nazzjonali. Il-Ftehim ta' Pariġi jissostitwixxi l-approċċ meħud skont il-Protokoll ta' Kjoto tal-1997 li mhux se jitkompla wara l-2020. Il-Ftehim ta' Pariġi jitlob ukoll bilanċ bejn l-emissjonijiet antropoġeniċi mis-sorsi u l-assorbimenti minn bjar ta' gassijiet serra fit-tieni nofs ta' dan is-seklu, u jistieden lill-Partijiet biex jieħdu azzjoni sabiex jikkonservaw u jtejbu, kif xieraq, bjar u riżervi ta' gassijiet serra, inklużi foresti.

(4)  Il-Ftehim ta' Pariġi, fost l-oħrajn, jistabbilixxi mira fit-tul f'konformità mal-għan li ż-żieda fit-temperatura globali tinżamm sew taħt iż-2 C 'il fuq mil-livelli preindustrijali u biex jitkomplew l-isforzi biex tinżamm sal-1,5 C 'il fuq mil-livelli preindustrijali, li x-xjenzati jaqblu li jirrikjedi li d-dinja tidħol f'perjodu ta' tnaqqis ta' emissjonijiet u emissjonijiet negattivi. Sabiex tintlaħaq din il-mira, huwa meħtieġ li l-Partijiet iżidu l-isforzi kollettivi tagħhom biex jimmitigaw it-tibdil fil-klima u jillimitaw it-tisħin globali. L-Unjoni jeħtieġ tkompli tmexxi bl-eżempju u żżid l-isforzi tagħha b'rabta mal-klima għal livelli konformi mal-objettiv tal-Ftehim ta' Pariġi. Jenħtieġ li l-Partijiet iħejju, jikkomunikaw u jżommu kontributi suċċessivi determinati fil-livell nazzjonali. Il-Ftehim ta' Pariġi jissostitwixxi l-approċċ meħud skont il-Protokoll ta' Kjoto tal-1997 li mhux se jitkompla wara l-2020. Il-Ftehim ta' Pariġi jitlob ukoll bilanċ bejn l-emissjonijiet antropoġeniċi mis-sorsi u l-assorbimenti minn bjar ta' gassijiet serra fit-tieni nofs ta' dan is-seklu, u jistieden lill-Partijiet biex jieħdu azzjoni sabiex jikkonservaw u jtejbu, kif xieraq, bjar u riżervi ta' gassijiet serra, inklużi foresti. Il-Ftehim ta' Pariġi jenfasizza r-rwol tal-ġestjoni sostenibbli tal-foresti biex tintlaħaq il-mira li jinstab bilanċ bejn l-emissjonijiet u l-assorbimenti u jittejjeb l-adattament għat-tibdil fil-klima.

Emenda     5

Proposta għal regolament

Premessa 4a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a)  Huwa mistenni li dan ir-Regolament jikkontribwixxi għat-trasformazzjoni lejn ekonomija b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju u għall-kisba tal-objettivi stabbiliti fil-Ftehim ta' Pariġi filwaqt li tiġi żgurata protezzjoni adegwata tal-bijodiversità u l-ekosistemi tal-Unjoni, anke permezz ta' miżuri ta' adattament. F'dan is-sens għandha tiġi rispettata l-koerenza mal-Iskema tal-UE għan-Negozjar ta' Emissjonijiet, id-Deċiżjoni dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi, il-bijodiversità u l-istrateġiji forestali tal-Unjoni, id-Direttiva dwar l-Għasafar u d-Direttiva dwar il-Ħabitats.

Emenda     6

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  Is-settur tal-LULUCF jista' jikkontribwixxi b'diversi modi għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, b'mod partikolari billi jitnaqqsu l-emissjonijiet, u jinżammu u jiżdiedu r-riżervi u l-ħażniet tal-karbonju. Sabiex il-miżuri li għandhom l-għan li b'mod partikolari jżidu s-sekwestru tal-karbonju jkunu effettivi, hemm bżonn tal-istabbiltà u l-adattabbiltà fit-tul tar-raggruppamenti tal-karbonju.

(6)  Is-settur tal-LULUCF jista' jikkontribwixxi b'diversi modi għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, b'mod partikolari billi jnaqqas l-emissjonijiet, iżomm u jżid ir-riżervi u l-ħażniet tal-karbonju u jipprovdi bijomaterjali li jdumu u li jistgħu jagħmluha ta' mħażen temporanji tal-karbonju u sostituti tal-karbonju. Sabiex il-miżuri li għandhom l-għan li b'mod partikolari jżidu s-sekwestru tal-karbonju jkunu effettivi, hemm bżonn tal-istabbiltà u l-adattabbiltà fit-tul tar-raggruppamenti tal-karbonju. Fuq perjodu twil ta' żmien, strateġija għall-ġestjoni sostenibbli tal-foresti li jkollha l-għan li żżomm jew iżżid il-ħażniet forestali tal-karbonju, filwaqt li tipproduċi rendiment annwali sostnut ta' materjali mill-foresti, tiġġenera l-akbar benefiċċju f'termini ta' mitigazzjoni sostnuta.

Emenda     7

Proposta għal regolament

Premessa 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a)  Il-prijoritizzazzjoni tal-finanzjament għar-riċerka dwar it-tibdil fil-klima għandha ssaħħaħ ir-rwol tas-settur tal-LULUCF b'rabta mal-mitigazzjoni u l-adattament għat-tibdil fil-klima. B'mod partikolari, it-titjib tal-programm tar-riċerka u l-innovazzjoni tal-Unjoni previst għall-2021-2028

fis-settur tal-LULUCF jista', fost l-oħrajn, jikkontribwixxi għall-approfondiment u t-tixrid tal-għarfien xjentifiku u tal-komunitajiet lokali dwar il-prestazzjoni tas-settur, l-aċċelerazzjoni tal-innovazzjonijiet sostenibbli, it-trawwim tat-tranżizzjoni għall-era diġitali, il-modernizzazzjoni tat-taħriġ u l-edukazzjoni, it-tisħiħ tar-reżiljenza tas-settur tal-LULUCF u l-monitoraġġ tal-bijodiversità u l-azzjoni tal-bniedem.

Emenda     8

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Id-Deċiżjoni Nru 529/2013/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill,11 bħala l-ewwel pass, tistabbilixxi regoli tal-kontabbiltà applikabbli għall-emissjonijiet u l-assorbimenti ta' gassijiet serra mis-settur tal-LULUCF u b'hekk ikkontribwiet għall-iżvilupp tal-politika għall-inklużjoni tas-settur tal-LULUCF fl-impenn għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-Unjoni. Dan ir-Regolament għandu jibni fuq ir-regoli tal-kontabbiltà eżistenti, u jaġġornahom u jtejjibhom għall-perjodu 2021-2030. Għandu jistabbilixxi l-obbligi tal-Istati Membri fl-implimentazzjoni ta' dawk ir-regoli tal-kontabbiltà u l-obbligu biex jiżgura li s-settur tal-LULUCF globali ma jiġġenerax emissjonijiet netti. Din ma għandha tistabbilixxi l-ebda obbligu ta' kontabbiltà jew ta' rapportar għal partijiet privati.

(7)  Id-Deċiżjoni Nru 529/2013/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill,11 bħala l-ewwel pass, tistabbilixxi regoli tal-kontabbiltà applikabbli għall-emissjonijiet u l-assorbimenti ta' gassijiet serra mis-settur tal-LULUCF u b'hekk ikkontribwiet għall-iżvilupp tal-politika għall-inklużjoni tas-settur tal-LULUCF fl-impenn għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-Unjoni. Jenħtieġ li dan ir-Regolament jibni fuq ir-regoli tal-kontabbiltà eżistenti, u jaġġornahom u jtejjibhom għall-perjodu 2021-2030. Jenħtieġ li, fi kwalunkwe ċirkostanza, jistabbilixxi l-obbligi tal-Istati Membri fl-implimentazzjoni ta' dawk ir-regoli tal-kontabbiltà u l-obbligu biex jiżgura li s-settur tal-LULUCF globali ma jiġġenerax emissjonijiet netti. Jenħtieġ li ma jistabbilixxi l-ebda obbligu ta' kontabbiltà jew ta' rapportar għal partijiet privati u hemm bżonn li dawn l-obbligi jiġu evitati mill-Istati Membri matul l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament.

_________________

_________________

11 Id-Deċiżjoni Nru 529/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar regoli tal-kontabilità dwar l-emissjonijiet u l-assorbimenti tal-gassijiet serra li jirriżultaw mill-attivitajiet relatati mal-użu tal-art, mat-tibdil fl-użu tal-art u mal-forestrija u dwar informazzjoni li tikkonċerna l-azzjonijiet relatati ma' dawk l-attivitajiet (ĠU L 165, 18.6.2013, p. 80).

11 Id-Deċiżjoni Nru 529/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar regoli tal-kontabilità dwar l-emissjonijiet u l-assorbimenti tal-gassijiet serra li jirriżultaw mill-attivitajiet relatati mal-użu tal-art, mat-tibdil fl-użu tal-art u mal-forestrija u dwar informazzjoni li tikkonċerna l-azzjonijiet relatati ma' dawk l-attivitajiet (ĠU L 165, 18.6.2013, p. 80).

Ġustifikazzjoni

Din hi l-ewwel darba li r-regoli tal-LULUCF qed jiġu inkorporati mal-obbligi ġuridiċi fil-qafas tal-UE dwar il-klima. Huwa importanti li l-partijiet privati tingħatalhom riassigurazzjoni li mhumiex se jintlaqtu b'mod amministrattiv mill-proposta. Għalhekk, huwa importanti wkoll li l-Istati Membri jagħmlu li jistgħu biex jevitaw piż żejjed fuq partijiet privati.

Emenda     9

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  Sabiex jiġu determinati kontijiet preċiżi tal-emissjonijiet u l-assorbimenti skont il-Linji Gwida għall-Inventarji Nazzjonali tal-Gassijiet Serra tal-IPCC tal-2006 (il-"Linji Gwida tal-IPCC"), il-valuri rapportati kull sena skont ir-Regolament (UE) Nru 525/2013/KE għall-kategoriji tal-użu tal-art u l-konverżjonijiet fost il-kategoriji tal-użu tal-art għandhom jiġu użati, biex b'hekk jiġu simplifikati l-approċċi użati skont l-UNFCCC u l-Protokoll ta' Kjoto. Art li tiġi konvertita f'kategorija tal-użu tal-art oħra għandha tiġi meqjusa fi tranżizzjoni għal dik il-kategorija għall-valur prestabbilit ta' 20 sena fil-Linji Gwida tal-IPCC.

(8)  Sabiex jiġu determinati kontijiet preċiżi tal-emissjonijiet u l-assorbimenti skont il-Linji Gwida għall-Inventarji Nazzjonali tal-Gassijiet Serra tal-IPCC tal-2006 (il-"Linji Gwida tal-IPCC"), il-valuri rapportati kull sena skont ir-Regolament (UE) Nru 525/2013/KE għall-kategoriji tal-użu tal-art u l-konverżjonijiet fost il-kategoriji tal-użu tal-art għandhom jiġu użati, biex b'hekk jiġu simplifikati l-approċċi użati skont l-UNFCCC u l-Protokoll ta' Kjoto. Art li tiġi konvertita f'kategorija tal-użu tal-art oħra għandha tiġi meqjusa fi tranżizzjoni għal dik il-kategorija għall-valur prestabbilit ta' 20 sena fil-Linji Gwida tal-IPCC. Madankollu, meta jitqiesu ċ-ċirkostanzi naturali u ekoloġiċi diverġenti fost l-Istati Membri, speċjalment minħabba l-kundizzjonijiet ġeografiċi u klimatiċi li jvarjaw u li għandhom impatt fuq it-tulijiet attwali tal-perjodi ta' tranżizzjoni għat-tibdil fil-ħażna tal-karbonju, jenħtieġ li jingħataw derogi minn dak il-valur prestabbilit kif ġustifikat skont il-Linji Gwida tal-IPCC.

Emenda     10

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  L-emissjonijiet u l-assorbimenti mill-foresti jiddependu fuq għadd ta' ċirkostanzi naturali, l-istruttura tal-klassi tal-età, kif ukoll il-prattiki ta' ġestjoni tal-passat u tal-preżent. L-użu ta' sena bażi ma jagħmilhiex possibbli li dawk il-fatturi u l-impatti ċikliċi li jirriżultaw jiġu riflessi fuq l-emissjonijiet u l-assorbimenti jew il-varjazzjoni interannwali tagħhom. Ir-regoli tal-kontabbiltà rilevanti għandhom minflok jipprovdu għall-użu ta' livelli referenzjarji biex jiġu esklużi l-effetti ta' karatteristiċi naturali u speċifiċi għall-pajjiż. Fl-assenza tar-reviżjoni internazzjonali skont l-UNFCCC u l-Protokoll ta' Kjoto, għandha tiġi stabbilita proċedura ta' reviżjoni biex tiġi żgurata t-trasparenza u titjieb il-kwalità tal-kontabbiltà f'din il-kategorija.

(9)  L-emissjonijiet u l-assorbimenti mill-foresti jiddependu fuq għadd ta' ċirkostanzi naturali, l-istruttura tal-klassi tal-età, kif ukoll il-prattiki ta' ġestjoni tal-passat u tal-preżent, u dawn id-differenzi bejn l-Istati Membri jenħtieġ li jiġu rispettati. L-użu ta' sena bażi ma jagħmilhiex possibbli li dawk il-fatturi u l-impatti ċikliċi li jirriżultaw jiġu riflessi fuq l-emissjonijiet u l-assorbimenti jew il-varjazzjoni interannwali tagħhom. Ir-regoli tal-kontabbiltà rilevanti għandhom minflok jipprovdu għall-użu ta' livelli referenzjarji biex jiġu esklużi l-effetti ta' karatteristiċi naturali u speċifiċi għall-pajjiż. Fl-assenza tar-reviżjoni internazzjonali skont l-UNFCCC u l-Protokoll ta' Kjoto, għandha tiġi stabbilita proċedura ta' reviżjoni biex tiġi żgurata t-trasparenza u titjieb il-kwalità tal-kontabbiltà f'din il-kategorija.

Emenda     11

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  Meta l-Kummissjoni tagħżel li tiġi assistita min tim ta' reviżjoni espert skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (C(2016)3301) fir-reviżjoni tal-pjanijiet tal-kontabbiltà forestali nazzjonali, din għandha tibni fuq il-prattika tajba u l-esperjenza tar-reviżjonijiet esperti skont l-UNFCCC, inkluż fir-rigward tal-parteċipazzjoni ta' esperti nazzjonali u rakkomandazzjonijiet, u tagħżel numru suffiċjenti ta' esperti mill-Istati Membri.

(10)  Jekk u sakemm il-Kummissjoni tagħżel li tiġi assistita min tim ta' reviżjoni espert skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (C(2016)3301) fir-reviżjoni tal-pjanijiet tal-kontabbiltà forestali nazzjonali, jenħtieġ li din tibni fuq il-prattika tajba u l-esperjenza tar-reviżjonijiet esperti skont l-UNFCCC, inkluż fir-rigward tal-parteċipazzjoni ta' esperti nazzjonali u rakkomandazzjonijiet, u tagħżel numru suffiċjenti ta' esperti mill-Istati Membri.

Emenda     12

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  Il-Linji Gwida tal-IPCC miftiehma fuq livell internazzjonali jiddikjaraw li l-emissjonijiet mill-kombustjoni ta' bijomassa jistgħu jiġu kontabilizzati bħala żero fis-settur tal-enerġija bil-kondizzjoni li dawn l-emissjonijiet jittieħed kont tagħhom fis-settur tal-LULUCF. Fl-UE, l-emissjonijiet mill-kombustjoni ta' bijomassa huma kontabilizzati bħala żero skont l-Artikolu 38 tar-Regolament (UE) Nru 601/2012 u d-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 525/2013, b'hekk il-konsistenza mal-Linji Gwida tal-IPCC tiġi żgurata biss jekk dawn l-emissjonijiet ikunu koperti b'mod preċiż skont dan ir-Regolament.

(11)  Il-Linji Gwida tal-IPCC miftiehma fuq livell internazzjonali jiddikjaraw li l-emissjonijiet mill-kombustjoni ta' bijomassa jistgħu jiġu kontabilizzati bħala żero fis-settur tal-enerġija bil-kondizzjoni li dawn l-emissjonijiet jittieħed kont tagħhom fis-settur tal-LULUCF. Fil-qafas tal-UE, l-emissjonijiet mill-kombustjoni ta' bijomassa huma kontabilizzati bħala żero skont l-Artikolu 38 tar-Regolament (UE) Nru 601/2012 u d-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 525/2013, b'hekk il-konsistenza mal-Linji Gwida tal-IPCC tiġi żgurata biss jekk dawn l-emissjonijiet ikunu koperti b'mod preċiż skont dan ir-Regolament. Jenħtieġ li r-regoli tal-kontabbiltà stabbiliti f'dan ir-Regolament ma jimpedixxux l-użu ta' bijomassa sostenibbli fis-settur tal-enerġija permezz ta' ġenerazzjoni ta' emissjonijiet fis-settur tal-LULUCF.

Emenda     13

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  L-użu sostenibbli miżjud ta' prodotti tal-injam maħsud jista' jillimita b'mod sostanzjali l-emissjonijiet ta' gassijiet serra fl-atmosfera u jsaħħaħ l-assorbimenti ta' gassijiet serra mill-atmosfera. Ir-regoli tal-kontabbiltà għandhom jiżguraw li l-Istati Membri jirriflettu b'mod preċiż fil-kontijiet tagħhom il-bidliet fir-raggruppament tal-prodotti tal-injam maħsud meta dawn iseħħu, biex jiġu pprovduti inċentivi għall-użu msaħħaħ ta' prodotti tal-injam maħsud b'ċikli twal tal-ħajja. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi gwida dwar kwistjonijiet metodoloġiċi relatati mal-kontabbiltà għal prodotti tal-injam maħsud.

(12)  L-użu sostenibbli miżjud ta' prodotti tal-injam maħsud jista' jillimita b'mod sostanzjali l-emissjonijiet ta' gassijiet serra fl-atmosfera u jsaħħaħ l-assorbimenti ta' gassijiet serra mill-atmosfera. Jenħtieġ li r-regoli tal-kontabbiltà jiżguraw li l-Istati Membri jirriflettu b'mod preċiż fil-kontijiet tagħhom il-bidliet fir-raggruppament tal-prodotti tal-injam maħsud meta dawn iseħħu, biex jiġu pprovduti inċentivi għall-użu msaħħaħ ta' prodotti tal-injam maħsud b'ċikli twal tal-ħajja. Sabiex jiġi promoss u integrat aktar l-effett ta' sostituzzjoni pożittiv, jenħtieġ li l-Kummissjoni, permezz ta' att delegat, tinkludi aktar prodotti taħt il-kalkoli tal-prodotti tal-injam maħsud. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tipprovdi gwida dwar kwistjonijiet metodoloġiċi relatati mal-kontabbiltà għal prodotti tal-injam maħsud.

Emenda     14

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  Id-disturbi naturali, bħan-nirien fil-foresti, l-infestazzjonijiet mill-insetti u mill-mard, l-avvenimenti estremi tat-temp u d-disturbi ġeoloġiċi li mhumiex fil-kontroll ta' Stat Membru, u mhumiex influwenzati b'mod materjali minnu, jistgħu jirriżultaw f'emissjonijiet ta' gassijiet serra ta' natura temporanja fis-settur tal-LULUCF, jew jistgħu jikkawżaw inverżjonijiet ta' assorbimenti preċedenti. Peress li inverżjoni tista' tkun ukoll ir-riżultat ta' deċiżjonijiet ta' ġestjoni, bħad-deċiżjonijiet li jinħasdu jew li jitħawlu siġar, dan ir-Regolament għandu jiżgura li inverżjonijiet tal-assorbimenti kkawżati mill-bniedem jiġu dejjem riflessi b'mod preċiż fil-kontijiet tas-settur tal-LULUCF. Barra minn hekk, dan ir-Regolament għandu jipprovdi lill-Istati Membri bil-possibbiltà limitata li jeskludu mill-kontijiet tagħhom tas-settur tal-LULUCF l-emissjonijiet li jirriżultaw minn disturbi li ma jkollhomx kontroll fuqhom. Madankollu, il-mod li bih l-Istati Membri japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet ma għandux iwassal għal sottokontabilizzazzjoni eċċessiva.

(13)  Id-disturbi naturali, bħan-nirien fil-foresti, l-infestazzjonijiet mill-insetti u mill-mard, l-avvenimenti estremi tat-temp u d-disturbi ġeoloġiċi li mhumiex fil-kontroll ta' Stat Membru, u mhumiex influwenzati b'mod materjali minnu, jistgħu jirriżultaw f'emissjonijiet ta' gassijiet serra ta' natura temporanja fis-settur tal-LULUCF, jew jistgħu jikkawżaw inverżjonijiet ta' assorbimenti preċedenti. Minħabba l-fatt li inverżjoni tista' tkun ukoll ir-riżultat ta' deċiżjonijiet ta' ġestjoni, bħad-deċiżjonijiet li jinħasdu jew li jitħawlu siġar, jenħtieġ li dan ir-Regolament jiżgura li inverżjonijiet tal-assorbimenti kkawżati mill-bniedem jiġu dejjem riflessi b'mod preċiż fil-kontijiet tas-settur tal-LULUCF. Barra minn hekk, jenħtieġ li dan ir-Regolament jipprovdi lill-Istati Membri bil-possibbiltà limitata li jeskludu mill-kontijiet tagħhom tas-settur tal-LULUCF l-emissjonijiet li jirriżultaw minn disturbi li ma jkollhomx kontroll fuqhom. Madankollu, jenħtieġ li l-mod li bih l-Istati Membri japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet ma jwassalx għal sottokontabilizzazzjoni eċċessiva jew jiskoraġġixxi lill-Istati Membri milli jieħdu azzjonijiet preventivi bħal investimenti magħmula biex inaqqsu r-riskju tal-okkorrenza ta' disturbi naturali.

Emenda     15

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  Sabiex jiġi żgurat rapportar effiċjenti, trasparenti u kosteffikaċi u verika tal-emissjonijiet u l-assorbimenti ta' gassijiet serra u ta' informazzjoni oħra meħtieġa biex tiġi vvalutata l-konformità mal-impenji tal-Istati Membri, rekwiżiti ta' rapportar għandhom jiġu inklużi fir-Regolament (UE) Nru 525/2013 b'dan ir-Regolament, u kontrolli tal-konformità skont dan ir-Regolament għandhom iqisu dawn ir-rapporti. Għaldaqstant, ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 għandu jiġi emendat skont dan. Dawn id-dispożizzjonijiet jistgħu jiġi simplifikati aktar biex jikkunsidraw kull bidla rilevanti fir-rigward tal-governanza integrata tal-Unjoni tal-Enerġija li għaliha hija prevista proposta sal-aħħar tal-2016 fil-programm ta' ħidma tal-Kummissjoni.

(15)  Sabiex jiġi żgurat u assigurat rapportar effiċjenti, trasparenti u kosteffikaċi u verifika tal-emissjonijiet u l-assorbimenti ta' gassijiet serra u ta' informazzjoni oħra meħtieġa biex tiġi vvalutata l-konformità mal-impenji tal-Istati Membri, jenħtieġ li dan ir-Regolament idaħħal rekwiżiti ta' rapportar fir-Regolament (UE) Nru 525/2013, u jenħtieġ li l-kontrolli tal-konformità skont dan ir-Regolament iqisu dawn ir-rapporti. Għaldaqstant, ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan. Dawn id-dispożizzjonijiet jistgħu jiġi simplifikati aktar biex jikkunsidraw kull bidla rilevanti fir-rigward tal-governanza integrata tal-Unjoni tal-Enerġija li għaliha hija prevista proposta sal-aħħar tal-2016 fil-programm ta' ħidma tal-Kummissjoni.

Emenda     16

Proposta għal regolament

Premessa 15a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(15a)  Skont il-UNFCCC, l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha huma obbligati jiżviluppaw, jaġġornaw regolarment, jippubblikaw u jirrapportaw lill-Konferenza tal-Partijiet l-inventarji nazzjonali tal-emissjonijiet antropoġeniċi mis-sorsi u l-assorbimenti mill-bjar tal-gassijiet serra kollha billi jużaw metodoloġiji komparabbli maqbula mill-Konferenza tal-Partijiet. L-inventarji tal-gassijiet serra huma fundamentali sabiex tkun tista' tiġi segwita l-implimentazzjoni tad-dimensjoni tad-dekarbonizzazzjoni u sabiex tiġi vvalutata l-konformitá mal-leġiżlazzjoni relatata mal-klima. L-obbligi tal-Istati Membri dwar il-ħolqien u l-ġestjoni tal-inventarji nazzjonali huma rikonoxxuti fir-Regolament (dwar il-Governanza tal-Enerġija, COM(2016)759).

Emenda     17

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)  L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent se tassisti lill-Kummissjoni, kif xieraq f'konformità mal-programm ta' ħidma annwali tagħha, bis-sistema ta' rapportar annwali tal-emissjonijiet u l-assorbimenti ta' gassijiet serra, il-valutazzjoni ta' informazzjoni dwar politiki u miżuri u projezzjonijiet nazzjonali, l-evalwazzjoni ta' politiki u miżuri addizzjonali ppjanati, u l-kontrolli tal-konformità mwettqa mill-Kummissjoni skont dan ir-Regolament.

(16)  L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent jenħtieġ li tassisti lill-Kummissjoni, kif xieraq f'konformità mal-programm ta' ħidma annwali tagħha, bis-sistema ta' rapportar annwali tal-emissjonijiet u l-assorbimenti ta' gassijiet serra, il-valutazzjoni ta' informazzjoni dwar politiki u miżuri u projezzjonijiet nazzjonali, l-evalwazzjoni ta' politiki u miżuri addizzjonali ppjanati, u l-kontrolli tal-konformità mwettqa mill-Kummissjoni skont dan ir-Regolament.

Emenda     18

Proposta għal regolament

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)  Biex jiġi ffaċilitat il-ġbir ta' dejta u t-titjib tal-metodoloġija, l-użu tal-art għandu jiġi nnumerat u rapportat bl-użu ta' traċċar ġeografiku ta' kull żona ta' art, li jikkorrispondi mas-sistemi ta' ġbir ta' dejta nazzjonali u tal-UE. Għall-ġbir ta' dejta għandu jsir l-aħjar użu ta' programmi u stħarriġ eżistenti tal-Unjoni u tal-Istati Membri fosthom LUCAS, l-Istħarriġ Qafas Statistiku tal-Użu tal-Art taż-Żona Koperta u Copernicus, il-Programm tal-Unjoni ta' Osservazzjoni u Monitoraġġ tad-Dinja. Il-ġestjoni tad-dejta, inkluż il-kondiviżjoni għall-użu mill-ġdid u d-disseminazzjoni tar-rapportar għandha tikkonforma mad-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Marzu 2007 li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea.

(17)  Biex jiġi ffaċilitat il-ġbir ta' dejta u t-titjib tal-metodoloġija, l-użu tal-art jenħtieġ li jiġi nnumerat u rapportat espressament bl-użu ta' traċċar ġeografiku ta' kull żona ta' art, li jikkorrispondi mas-sistemi ta' ġbir ta' dejta nazzjonali u tal-UE. Għall-ġbir ta' dejta għandu jsir l-aħjar użu minn programmi u stħarriġ eżistenti tal-Unjoni u tal-Istati Membri fosthom LUCAS, l-Istħarriġ Qafas Statistiku tal-Użu tal-Art taż-Żona Koperta, Copernicus, il-Programm tal-Unjoni ta' Osservazzjoni u Monitoraġġ tad-Dinja, b'mod partikolari permezz ta' Sentinel-2, u għal stħarriġ tal-użu tal-art, jistgħu jintużaw Galileo u EGNOS, is-sistemi Ewropej ta' navigazzjoni bis-satellita. Il-ġestjoni tad-dejta, inkluż il-kondiviżjoni għall-użu mill-ġdid u d-disseminazzjoni tar-rapportar għandha tikkonforma mad-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Marzu 2007 li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea.

Emenda     19

Proposta għal regolament

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)  Sabiex jipprovdi għal kontabbiltà xierqa tat-tranżazzjonijiet skont dan ir-Regolament, inkluż l-użu ta' flessibbiltajiet u konformità tat-traċċar, is-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-adattament tekniku ta' definizzjonijiet, valuri, listi ta' gassijiet serra u raggruppamenti ta' karbonju, l-aġġornament tal-livelli referenzjarji, il-kontabbiltà tat-tranżazzjonijiet u r-reviżjoni tar-rekwiżiti ta' metodoloġija u informazzjoni. Dawn il-miżuri għandhom iqisu d-dispożizzjonijiet fir-Regolament tal-Kummissjoni Nru 389/2013 li jistabbilixxi Reġistru tal-Unjoni. Id-dispożizzjonijiet meħtieġa għandhom ikunu fi strument legali uniku li jikkombina d-dispożizzjonijiet ta' kontabbiltà skont id-Direttiva 2003/87/KE, ir-Regulament (UE) Nru 525/2013, ir-Regolament [] dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra annwali vinkolanti mill-2021 u l-2030 għal Unjoni tal-Enerġija reżiljenti u dan ir-Regolament. Hija ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta' tħejjija tagħha, anke fil-livell ta' esperti jitwettqu f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.

(18)  Sabiex jipprovdi għal kontabbiltà xierqa tat-tranżazzjonijiet skont dan ir-Regolament, inkluż l-użu ta' flessibbiltajiet u konformità tat-traċċar, is-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-adattament tekniku ta' definizzjonijiet, valuri, listi ta' gassijiet serra u raggruppamenti ta' karbonju, l-aġġornament tal-livelli referenzjarji, il-kontabbiltà tat-tranżazzjonijiet u r-reviżjoni tar-rekwiżiti ta' metodoloġija u informazzjoni. Dawn il-miżuri għandhom iqisu d-dispożizzjonijiet fir-Regolament tal-Kummissjoni Nru 389/2013 li jistabbilixxi Reġistru tal-Unjoni. Id-dispożizzjonijiet meħtieġa jenħtieġ li jkunu fi strument legali uniku li jikkombina d-dispożizzjonijiet ta' kontabbiltà skont id-Direttiva 2003/87/KE, ir-Regolament (UE) Nru 525/2013, ir-Regolament [] dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra annwali vinkolanti mill-2021 u l-2030 għal Unjoni tal-Enerġija reżiljenti u dan ir-Regolament. Hija ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta' tħejjija tagħha, anke fil-livell ta' esperti jitwettqu f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.

Emenda     20

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-għan aħħari ta' dan ir-Regolament huwa li jikkontribwixxi għall-impenn globali li t-temperaturi jinżammu inqas minn 2 gradi 'l fuq mil-livelli preindustrijali u li jitkomplew l-isforzi biex it-tisħin globali jkun limitat għal 1,5 grad.

Emenda     21

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea)  art mistagħdra ġestita: użu tal-art rapportat bħala art mistagħdra li tibqa' art mistagħdra, u insedjament, art oħra konvertita f'art mistagħdra u art mistagħdra konvertita f'insedjament u art oħra;

Emenda     22

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Stat Membru jista' jagħżel li jinkludi art mistagħdra ġestita, definita bħala użu tal-art rapportat bħala art mistagħdra li tibqa' art mistagħdra, u insedjament, art oħra konvertita f'art mistagħdra u art mistagħdra konvertita f'insedjament u art oħra, fil-kamp ta' applikazzjoni tal-impenn tiegħu skont l-Artikolu 4. Fejn Stat Membru jagħżel li jagħmel hekk, għandu jagħti rendikont tal-emissjonijiet u l-assorbimenti minn art mistagħdra ġestita skont dan ir-Regolament.

2.  L-Istati Membri li ma għandhomx kategorija kontabilistika speċifika għall-artijiet mistagħdra ġestiti fi [id-data tad-dħul fis-seħħ] jistgħu jibbenefikaw minn perjodu tranżitorju ta' ħames snin minn [id-data tad-dħul fis-seħħ] biex jiġbru dejta affidabbli u trasparenti dwar l-artijiet mistagħdra u jistabbilixxu sistema ta' rappurtar skont dan ir-Regolament. L-adegwatezza tad-dejta u tas-sistema ta' rapportar għandha tiġi vvalutata bħala parti mill-kontroll tal-konformità msemmi fl-Artikolu 12.

Emenda     23

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  Fil-kontabilizzazzjoni tal-art forestali, l-art deforestata u l-foresti ġestiti, l-Istati Membri għandhom jinkludu kategorija kontabilistika relatata mal-prodotti tal-injam maħsud f'konformità mal-Artikolu 9.

Emenda     24

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati biex timplimenta l-paragrafu 1 skont l-Artikolu 14 biex tadatta d-definizzjonijiet fil-paragrafu 1 għal żviluppi xjentifiċi jew progress tekniku u biex tiżgura l-konsistenza bejn dawk id-definizzjonijiet u kwalunkwe bidla f'definizzjonijiet rilevanti fil-Linji Gwida għall-Inventarji Nazzjonali tal-Gassijiet Serra tal-IPCC tal-2006 (il-"Linji Gwida tal-IPCC").

2.  Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati biex timplimenta l-paragrafu 1 skont l-Artikolu 14 biex tadatta d-definizzjonijiet fil-paragrafu 1 għal żviluppi xjentifiċi jew progress tekniku u biex tiżgura l-konsistenza bejn dawk id-definizzjonijiet u kwalunkwe bidla f'definizzjonijiet rilevanti fil-Linji Gwida għall-Inventarji Nazzjonali tal-Gassijiet Serra tal-IPCC tal-2006 u l-linji gwida komplementari kollha rilevanti tal-IPCC (il-"Linji Gwida tal-IPCC").

Emenda     25

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għall-perjodu ta' bejn l-2021 u l-2025 u bejn l-2026 u l-2030, waqt li jqis il-flessibbiltajiet previsti fl-Artikolu 11, kull Stat Membru għandu jiżgura li l-emissjonijiet ma jaqbżux l-assorbimenti, ikkalkulata bħala s-somma tal-emissjoniijet u l-assorbimenti totali fit-territorju tagħhom fil-kategoriji ta' kontabbiltà tal-art imsemmija fl-Artikolu 2 kombinat, kif kontabilizzati skont dan ir-Regolament.

Għall-perjodu ta' bejn l-2021 u l-2025 u bejn l-2026 u l-2030 l-Istati Membri għandhom jiżguraw, bħala standard minimu, li l-emissjonijiet ma jaqbżux l-assorbimenti, ikkalkulati bħala s-somma tal-emissjoniijet u l-assorbimenti totali fit-territorju tagħhom fil-kategoriji ta' kontabbiltà tal-art imsemmija fl-Artikolu 2 kombinat, kif kontabilizzati skont dan ir-Regolament.

Emenda     26

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Sabiex jissodisfaw l-impenji fuq terminu twil tal-Unjoni skont il-Ftehim ta' Pariġi, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni pjan ta' azzjoni konsistenti mal-proċedura stabbilita fir-Regolament [dwar il-Governanza tal-Enerġija, COM(2016)759] li jistabbilixxi miri fuq żmien twil biex jiżdiedu l-assorbimenti, il-ħażniet tal-karbonju u l-prattiki ta' ġestjoni sostenibbli tal-foresti.

Emenda     27

Proposta għal regolament

Artiklu 5 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  Fit-tħejjija tal-kontijiet nazzjonali tagħhom, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-attivitajiet tal-użu tal-art ikunu koerenti mal-istrateġiji tal-Unjoni dwar il-bijodiversità u l-foresti.

Emenda     28

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Permezz ta' deroga mir-rekwiżit biex jiġi applikat valur prestabbilit fl-Artikolu 5(3), Stat Membru jista' jibdel raba, bwar, art mistagħdra, insedjamenti u art oħra mill-kategorija ta' tali art konvertita f'foresta għall-kategorija ta' foresta li tibqa' foresta wara 30 sena mid-data tal-konverżjoni.

2.  B'deroga mir-rekwiżit biex jiġi applikat valur prestabbilit fl-Artikolu 5(3), Stat Membru jista' jibdel raba', bwar, art mistagħdra, insedjamenti u art oħra mill-kategorija ta' tali art konvertita f'foresta għall-kategorija ta' foresta li tibqa' foresta wara 30 sena mid-data tal-konverżjoni. Kwalunkwe deċiżjoni biex tingħata tali deroga għandha tkun ibbażata fuq il-Linji Gwida tal-IPCC u għandha tiġi approvata mit-tim inkarigat mir-rieżami stabbilit skont l-Artikolu 8(5).

Emenda     29

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-Istati Membri li għażlu li jinkludu l-art mistagħdra ġestita fil-kamp ta' applikazzjoni tal-impenn tagħhom skont l-Artikolu 2 għandhom jagħtu rendikont l-emissjonijiet u l-assorbimenti li jirriżultaw mill-art mistagħdra ġestita, ikkalkulata bħala l-emissjonijiet u l-assorbimenti tul il-perjodi ta' bejn l-2021 u l-2025 u bejn l-2026 sal-2030 u jitnaqqas il-valur miksub permezz tal-multiplikazzjoni b'ħamsa tal-emissjonijiet u l-assorbimenti medji annwali li jirriżultaw mill-art mistagħdra ġestita fil-perjodu bażi tiegħu 2005-2007.

4.  L-Istati Membri għandhom jagħtu rendikont tal-emissjonijiet u l-assorbimenti li jirriżultaw mill-art mistagħdra ġestita, ikkalkulati bħala l-emissjonijiet u l-assorbimenti tul il-perjodi ta' bejn l-2021 u l-2025 u bejn l-2026 u l-2030 filwaqt li jitnaqqas il-valur miksub bil-multiplikazzjoni b'ħamsa tal-emissjonijiet u l-assorbimenti medji annwali tal-Istat Membru kkonċernat li jirriżultaw mill-art mistagħdra ġestita fil-perjodu bażi tiegħu 2005-2007.

Emenda     30

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 3 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jiddereminaw il-livell ta' referenza għall-foresti l-ġdid abbażi tal-kriterji stabbiliti fit-Taqsima A tal-Anness IV. Huma għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni pjan tal-kontabbiltà forestali nazzjonali inkluż livell ġdidta' referenza għall-foresti, sal-31 ta' Diċembru 2018 għall-perjodu ta' bejn l-2021 u l-2025 u sat-30 ta' Ġunju 2023 għall-perjodu ta' bejn l-2026 u l-2030.

L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw il-livell ta' referenza għall-foresti l-ġdid abbażi tal-kriterji stabbiliti fit-Taqsima A tal-Anness IV. Huma għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni pjan tal-kontabbiltà forestali nazzjonali inkluż livell ġdid ta' referenza għall-foresti, sal-31 ta' Diċembru 2018 għall-perjodu ta' bejn l-2021 u l-2025 u sat-30 ta' Ġunju 2023 għall-perjodu ta' bejn l-2026 u l-2030. Fuq talba tal-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tipprovdi gwida u assistenza teknika.

Emenda     31

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-pjan tal-kontabbiltà forestali nazzjonali għandu jkun fih l-elementi kollha elenkati fit-Taqsima B tal-Anness IV u jinkludi livell ta' referenza għall-foresti ġdid propost ibbażat fuq il-kontinwazzjoni tal-prattika u l-intensità tal-ġestjoni forestali attwali, kif dokumentat bejn l-1990 u l-2009 għal kull tip ta' foresta u għal kull klassi ta' età fil-foresti nazzjonali, espressi f'ekwivalenti ta' tunnellati ta' CO2 fis-sena.

Il-pjan tal-kontabbiltà forestali nazzjonali għandu jkun fih l-elementi kollha elenkati fit-Taqsima B tal-Anness IV u jinkludi livell ta' referenza għall-foresti ġdid propost ibbażat fuq il-prattika tal-ġestjoni forestali attwali, kif dokumentat sal-2017 għall-perjodu tal-2021-2025 u sal-2022 għall-perjodu tal-2026-2030 għal kull tip ta' foresta u għal kull klassi ta' età fil-foresti nazzjonali, espressi f'ekwivalenti ta' tunnellati ta' CO2 fis-sena.

Emenda     32

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 3 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-pjan tal-kontabbiltà forestali nazzjonali għandu jsir pubbliku u għandu jkun soġġett għal konsultazzjoni pubblika.

Il-pjan tal-kontabbiltà forestali nazzjonali għandu jiġi ppubblikat, inkluż online, u għandu jkun soġġett għal konsultazzjoni pubblika.

Emenda     33

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-Istati Membri għandhom juru konsistenza bejn il-metodi u d-dejta użata biex jistabbilixxu l-livell ta' referenza għall-foresti fil-pjan tal-kontabbiltà forestali nazzjonali u dawk użati fir-rapportar għall-foresti ġestiti. L-aktar tard li Stat Membru għandu jippreżenta lill-Kummissjoni korrezzjoni teknika tal-livell referenzjarju tiegħu, jekk ikollu bżonn li jiżgura l-konsistenza ,huwa fl-aħħar tal-perjodu ta' bejn l-2021 u l-2025 jew bejn l-2026 u l-2030.

4.  L-Istati Membri għandhom juru konsistenza bejn il-metodi u d-dejta użati biex jistabbilixxu l-livell ta' referenza għall-foresti fil-pjan tal-kontabbiltà forestali nazzjonali u dawk użati fir-rapportar għall-foresti ġestiti. Id-dejta użata għandha tikkonsisti fl-aktar kontijiet verifikati reċenti tal-użu tal-art u tal-kundizzjonijiet tal-foresti. L-aktar tard li Stat Membru għandu jippreżenta lill-Kummissjoni korrezzjoni teknika tal-livell referenzjarju tiegħu, jekk ikollu bżonn li jiżgura l-konsistenza, kif ukoll jirrapporta l-kontributi pożittivi bħala konsegwenza ta' politika għall-ġestjoni sostenibbli tal-foresti fis-seħħ fil-mument li titfassal, huwa fl-aħħar tal-perjodu ta' bejn l-2021 u l-2025 jew bejn l-2026 u l-2030.

Emenda     34

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-pjanijiet tal-kontabbiltà forestali nazzjonali u l-korrezzjonijiet tekniċi u tivvaluta l-punt sa fejn il-livelli ta' referenza għall-foresti ġodda proposti jew ikkoreġuti ġew determinati skont il-prinċipji u r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu (3) u (4) kif ukoll fl-Artikolu 5(1). Il-punt sa fejn dan huwa meħtieġ sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-prinċipji u r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu (3) u (4) kif ukoll fl-Artikolu 5(1), il-Kummissjoni tista' tikkalkula mill-ġdid il-llivelli ta' referenza għall-foresti ġodda proposti jew ikkoreġuti.

5.  Tim inkarigat mir-rieżami, li jkun jikkonsisti f'esperti magħżula mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri, għandu jeżamina l-pjanijiet tal-kontabbiltà forestali nazzjonali u l-korrezzjonijiet tekniċi u jivvaluta l-punt sa fejn il-livelli ta' referenza għall-foresti ġodda proposti jew ikkoreġuti ġew determinati skont il-prinċipji u r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu (3) u (4) kif ukoll fl-Artikolu 5(1). L-Istati Membri għandhom jipprovdu lit-tim inkarigat mir-rieżami d-dejta u l-informazzjoni kollha mitluba għat-twettiq tar-rieżami u tal-valutazzjoni. Sal-punt fejn dan ikun meħtieġ sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-prinċipji u r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu (3) u (4) kif ukoll fl-Artikolu 5(1), l-Istati Membri kkonċernati għandhom jikkalkulaw mill-ġdid il-livelli ta' referenza għall-foresti ġodda proposti jew ikkoreġuti. Sabiex titjieb it-trasparenza, il-Kummissjoni għandha tħejji rapport ta' sinteżi, akkumpanjat minn rakkomandazzjonijiet, u tqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku, inkluż permezz tal-pubblikazzjoni fuq l-internet.

Emenda     35

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 14 biex temenda l-Anness II fid-dawl tar-reviżjoni mwettqa skont il-paragrafu (5) biex taġġorna l-livelli ta' referenza għall-foresti tal-Istati Membri bbażati fuq il-pjanijiet tal-kontabbiltà forestali nazzjonali jew il-korrezzjonijiet tekniċi ppreżentati, u kwalunkwe kalkolu mill-ġdid li jkun sar fil-kuntest tar-reviżjoni. Sad-dħul fis-seħħ tal-atti delegati, il-livelli ta' referenza għall-foresti ta' Stat Membru kif speċifikati fl-Anness II għandhom ikomplu japplikaw għall-perjodu ta' bejn l-2021 u l-2025 u/jew bejn l-2026 u l-2030.

6.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 14 biex temenda l-Anness II fid-dawl tar-reviżjoni mwettqa skont il-paragrafu (5) biex taġġorna l-livelli ta' referenza għall-foresti tal-Istati Membri bbażati fuq il-pjanijiet tal-kontabbiltà forestali nazzjonali jew il-korrezzjonijiet tekniċi ppreżentati, u kwalunkwe kalkolu mill-ġdid li jkun sar fil-kuntest tar-reviżjoni. L-ewwel wieħed minn dawn l-atti delegati, ibbażat fuq is-sottomissjonijiet tal-Istati Membri skont il-paragrafu 3, għandu jiġi adottat sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2019. Sad-dħul fis-seħħ tal-atti delegati, il-livelli ta' referenza għall-foresti ta' Stat Membru kif speċifikati fl-Anness II għandhom ikomplu japplikaw għall-perjodu ta' bejn l-2021 u l-2025 u/jew bejn l-2026 u l-2030.

Emenda     36

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fil-kontijiet skont l-Artikolu 6(1) u 8(1) relatati mal-prodotti tal-injam maħsud, l-Istati Membri għandhom jirriflettu l-emissjonijiet u l-assorbimenti li jirriżultaw mill-bidliet fir-raggruppament ta' prodotti tal-injam maħsud li jaqgħu fil-kategoriji li ġejjin bl-użu tal-funzjoni ta' diżintegrazzjoni tal-ewwel grad, il-metodoloġiji u skont il-valuri prestabbiliti ta' nofs il-ħajja speċifikati fl-Anness V:

L-Istati Membri għandhom jikkontabilizzaw l-emissjonijiet u l-assorbimenti li jirriżultaw mill-bidliet fir-raggruppament ta' prodotti tal-injam maħsud li jaqgħu fil-kategoriji li ġejjin bl-użu tal-funzjoni ta' diżintegrazzjoni tal-ewwel grad, il-metodoloġiji u skont il-valuri prestabbiliti ta' nofs il-ħajja speċifikati fl-Anness V:

Emenda     37

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Sal-31 ta' Diċembru 2019, il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat skont l-Artikolu 14 sabiex taġġorna l-kategoriji fir-raggruppament ta' prodotti tal-injam maħsud bi prodotti addizzjonali li jkollhom effett ta' sostituzzjoni pożittiv, fid-dawl tal-kontribut tal-Istati Membri dwar is-subkategoriji speċifiċi għall-pajjiżi. Dan l-aġġornament għandu jsir abbażi tal-Linji Gwida tal-IPCC u għandu jiżgura l-integrità ambjentali tal-kontabbiltà tal-LULUCF tal-Unjoni.

Emenda     38

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a.  Ir-rapport imsemmi fl-Artikolu 15 għandu jinkludi valutazzjoni tal-impatti tal-mekkaniżmu ta' flessibbiltà stabbilit f'dan l-Artikolu.

Emenda     39

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-Kummissjoni għandha twettaq reviżjoni komprensiva tar-rapporti tal-konformità għall-fini tal-valutazzjoni tal-konformità mal-Artikolu 4.

2.  Il-Kummissjoni għandha twettaq rieżami komprensiv tar-rapporti tal-konformità għall-fini tal-valutazzjoni tal-konformità mal-Artikolu 4 u tipprovdi ġustifikazzjoni ta' kwalunkwe differenza.

Emenda     40

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Kummissjoni għandha għandha tirreġistra l-kwantitajiet ta' emissjonijiet u assorbimenti għal kull kategorija kontabilistika tal-art f'kull Stat Membru u tiżgura kontabbiltà preċiża fl-eżerċizzju tal-flessibbiltajiet skont l-Artikolu 11 tar-Reġistru tal-Unjoni stabbilit skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 525/2013. L-Amministratur Ċentrali għandu jwettaq kontroll awtomatizzat fuq kull tranżazzjoni skont dan ir-Regolament, u fejn meħtieġ, jimblokka t-tranżazzjonijiet biex jiżgura li ma jkun hemm l-ebda irregolarità. Din l-informazzjoni għandha tkun aċċessibbli għall-pubbliku.

1.  Il-Kummissjoni għandha tirreġistra l-kwantitajiet ta' emissjonijiet u assorbimenti għal kull kategorija kontabilistika tal-art f'kull Stat Membru u tiżgura kontabbiltà preċiża fl-eżerċizzju tal-flessibbiltajiet skont l-Artikolu 11 tar-Reġistru tal-Unjoni stabbilit skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 525/2013. L-Amministratur Ċentrali għandu jwettaq kontroll awtomatizzat u eżawrjenti fuq kull tranżazzjoni skont dan ir-Regolament u, fejn meħtieġ, jimblokka t-tranżazzjonijiet biex jiżgura li ma jkun hemm l-ebda irregolarità. L-Istat Membru għandu jingħata feedback, li jinkludi d-dritt ta' risposta. Kwalunkwe talba minn Stat Membru għal korrezzjoni għandha titressaq fi żmien raġonevoli. Il-Kummissjoni għandha tirreġistra t-traċċabbiltà ta' dawn l-avvenimenti u din l-informazzjoni għandha tkun aċċessibbli għall-pubbliku permezz tal-internet.

Emenda     41

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Is-setgħa li jkunu adottati atti delegati msemmija fl-Artikoli 3, 5, 8 sa 10 u 13 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [id-data tad-dħul fis-seħħ].

2.  Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikoli 3, 5, 8 sa 10 u 13 hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta' 5 snin minn [id-data tad-dħul fis-seħħ].

Emenda     42

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Qabel l-adozzjoni ta' att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nnominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016.

4.  Qabel l-adozzjoni ta' att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta u taħdem biex tintlaħaq pożizzjoni komuni mal-esperti nnominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016.

Emenda     43

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sat-28 ta' Frar 2024 u sussegwentement kull ħames snin dwar l-operazzjoni ta' dan ir-Regolament, il-kontribut tagħha għall-mira għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra għall-2030 globali tal-UE u l-kontribut tagħha għall-objettivi tal-Ftehim ta' Pariġi, u tista' tagħmel proposti jekk xieraq.

Fi żmien sitt xhur mid-djalogu faċilitattiv li se jissejjaħ fil-qafas tal-UNFCCC fl-2018, fl-2024 u sussegwentement kull ħames snin, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-operazzjoni ta' dan ir-Regolament, il-kontribut tagħha għall-mira għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra għall-2030 globali tal-UE u l-kontribut tagħha għall-objettivi tal-Ftehim ta' Pariġi, u tista' tagħmel proposti jekk xieraq biex taġġorna dan ir-Regolament u l-ambizzjoni tiegħu skont l-evoluzzjonijiet li joħorġu mid-djalogu faċilitattiv fil-qafas tal-UNFCCC u l-aħħar sejbiet xjentifiċi.

Emenda     44

Proposta għal regolament

Anness IV – parti A – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa)  il-livelli ta' referenza għandhom jikkontribwixxu għaż-żamma jew għaż-żieda fil-ħażniet tal-karbonju tal-foresti, filwaqt li jipproduċu rendiment annwali sostnut ta' injam, fibra jew enerġija mill-foresti;

Emenda     45

Proposta għal regolament

Anness IV – parti A – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  Il-livelli ta' referenza għandhom jiżguraw sistema robusta u kredibbli tal-kontabbiltà, biex jiggarantixxu li l-emissjonijiet u l-assorbimenti li jirriżultaw mill-użu tal-bijomassa ssirilhom il-kontabbiltà kif suppost;

(c)  Il-livelli ta' referenza għandhom jiżguraw sistema robusta u kredibbli tal-kontabbiltà tal-foresti ġestiti, biex jiggarantixxu li l-emissjonijiet u l-assorbimenti li jirriżultaw mill-użu tal-bijomassa ssirilhom il-kontabbiltà kif suppost;

Emenda     46

Proposta għal regolament

Anness IV – parti A – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  Il-livelli ta' referenza għandhom jinkludu r-raggruppament tal-karbonju tal-prodotti tal-injam maħsud filwaqt li jipprovdu tqabbil bejn l-ossidazzjoni istantanja assunta u l-applikazzjoni tal-funzjoni ta' diżintegrazzjoni tal-ewwel grad u l-valuri ta' nofs il-ħajja;

imħassar

Emenda     47

Proposta għal regolament

Anness IV – parti A – paragrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  Il-livelli ta' referenza għandhom iqisu l-objettiv li jsir kontribut għall-konservazzjoni tal-bijodiversità u l-użu sostenibbli tar-riżorsi naturali, kif stabbilit fl-Istrateġija tal-UE għall-Foresti, il-politiki dwar il-foresti nazzjonali tal-Istati Membri, u l-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità;

(e)  Il-livelli ta' referenza għandhom iqisu l-objettiv li jsir kontribut għall-konservazzjoni tal-bijodiversità u l-użu sostenibbli tar-riżorsi naturali, kif stabbilit fl-Istrateġija tal-UE għall-Foresti, il-politiki dwar il-foresti nazzjonali tal-Istati Membri, l-Istrateġija tal-Unjoni għall-Bijodiversità u l-Istrateġija tal-Unjoni għall-Bijoekonomija;

Emenda     48

Proposta għal regolament

Anness IV – parti A – paragrafu 1 – punt ga (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ga)  Il-livelli ta' referenza għandhom jipprovdu konferma li l-kostruzzjoni ma tkunx inkludiet direttament ipotesi jew stimi bbażati fuq il-politiki tal-Istat Membru jew tal-Unjoni jew ipotesi jew stimi bbażati fuq tibdil futur preżunt fil-politiki tal-Istat Membru jew tal-Unjoni.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

L-inklużjoni tal-emissjonijiet u l-assorbimenti ta’ gassijiet serra minn użu tal-art, tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija fil-qafas ta’ politika għall-klima u l-enerġija għall-2030 u li jemenda tar-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar mekkaniżmu għall-monitoraġġ u r-rapportar ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra u għar-rapportar ta’ informazzjoni oħra relatata mat-tibdil fil-klima

Referenzi

COM(2016)0479 – C8-0330/2016 – 2016/0230(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

12.9.2016

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

12.9.2016

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Marisa Matias

5.10.2016

Eżami fil-kumitat

28.11.2016

22.3.2017

 

 

Data tal-adozzjoni

30.5.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

44

13

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Bendt Bendtsen, Xabier Benito Ziluaga, José Blanco López, Reinhard Bütikofer, Jerzy Buzek, Angelo Ciocca, Edward Czesak, Jakop Dalunde, Pilar del Castillo Vera, Christian Ehler, Ashley Fox, Adam Gierek, Theresa Griffin, Hans-Olaf Henkel, Kaja Kallas, Krišjānis Kariņš, Seán Kelly, Jaromír Kohlíček, Peter Kouroumbashev, Miapetra Kumpula-Natri, Janusz Lewandowski, Paloma López Bermejo, Edouard Martin, Angelika Mlinar, Nadine Morano, Dan Nica, Angelika Niebler, Morten Helveg Petersen, Miroslav Poche, Michel Reimon, Herbert Reul, Paul Rübig, Massimiliano Salini, Algirdas Saudargas, Jean-Luc Schaffhauser, Evžen Tošenovský, Claude Turmes, Vladimir Urutchev, Kathleen Van Brempt, Henna Virkkunen, Lieve Wierinck, Anna Záborská, Flavio Zanonato, Carlos Zorrinho

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Soledad Cabezón Ruiz, Jude Kirton-Darling, Constanze Krehl, Barbara Kudrycka, Olle Ludvigsson, Florent Marcellesi, Marian-Jean Marinescu, Marisa Matias, Markus Pieper, Anne Sander, Pavel Telička, Anneleen Van Bossuyt

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Fabio Massimo Castaldo, Nicola Danti, Gabriele Preuß

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

44

+

ALDE

Kaja Kallas, Angelika Mlinar, Morten Helveg Petersen, Pavel Telicka, Lieve Wierinck

ECR

Edward Czesak, Ashley Fox, Hans-Olaf Henkel, Evžen Tošenovský, Anneleen van Bossuyt

PPE

Bendt Bendtsen, Jerzy Buzek, Christian Ehler, Krišjānis Kariņš, Seán Kelly, Barbara Kudrycka, Janusz Lewandowski, Marian-Jean Marinescu, Nadine Morano, Angelika Niebler, Markus Pieper, Herbert Reul, Paul Rübig, Massimiliano Salini, Anne Sander, Algirdas Saudargas, Vladimir Urutchev, Henna Virkkunen, Anna Záborská, Pilar del Castillo Vera

S&D

José Blanco López, Soledad Cabezón Ruiz, Adam Gierek, Theresa Griffin, Jude Kirton-Darling, Peter Kouroumbashev, Constanze Krehl, Miapetra Kumpula-Natri, Olle Ludvigsson, Edouard Martin, Dan Nica, Miroslav Poche, Gabriele Preuβ, Flavio Zanonato

13

-

EFDD

Fabio Massimo Castaldo

ENF

Angelo Ciocca, Jean-Luc Schaffhauser

GUE/NGL

Xabier Benito Ziluaga, Jaromír Kohlícek, Paloma López Bermejo, Marisa Matias

S&D

Carlos Zorrinho

Verts/ALE

Reinhard Bütikofer, Jakop Dalunde, Florent Marcellesi, Michel Reimon, Claude Turmes

1

0

S&D

Kathleen Van Brempt

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

OPINJONI tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (1.6.2017)

għall-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel

dwar l-inklużjoni tal-emissjonijiet u l-assorbimenti ta' gassijiet serra minn użu tal-art, tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija fil-qafas ta' politika għall-klima u l-enerġija għall-2030 u li jemenda r-Regolament Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar mekkaniżmu għall-monitoraġġ u r-rapportar ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra u għar-rapportar ta' informazzjoni oħra relatata mat-tibdil fil-klima
(COM(2016)0479 – C8-0330/2016 – 2016/0230(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Elisabeth Köstinger

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Għal tranżizzjoni b'suċċess ta' ekonomija b'livell baxx ta' CO2, hemm bżonn ta' qafas tal-politika dwar il-klima stabbli. Sabiex jiġi attivat mekkaniżmu ta' dekarbonizzazzjoni u dan jiġi implimentat b'mod sostenibbli, is-setturi kollha jridu jagħtu kontribut korrispondenti. L-inklużjoni tas-settur tal-LULUCF fil-politika ta' protezzjoni tal-klima tal-Unjoni Ewropea mill-2021’il quddiem hija għalhekk element importanti għal politika dwar il-klima li tħares ’il quddiem.

L-agrikoltura u l-forestrija jaqdu rwol ekoloġiku, ekonomiku u soċjali għas-soċjetà. Dan ir-rwol multifunzjonali tal-agrikoltura u l-ġestjoni forestali sostenibbli fil-politika Ewropea tal-klima għandu jiġi rikonoxxut. Inċentivi biex jitnaqqsu l-gassijiet b'effett serra jridu għalhekk ikunu konformi mal-garanzija tal-provvista u impenn ċar li l-Ewropa tinżamm bħala bażi ta' produzzjoni tal-ikel u tal-bijomassa sostenibbli. L-agrikoltura u l-użu sostenibbli tal-bijomassa m'humiex f'kontradizzjoni mal-ambizzjonijiet tal-klima, iżda għandhom jitqiesu bħala parti mis-soluzzjoni.

Sabiex tinħoloq pożizzjoni ta' tluq ġusta fi kwalunkwe każ għandhom jitqiesu l-prestazzjonijiet inizjali. L-agrikoltura Ewropea mill-1990 ’l hawn naqqset l-emissjonijiet tagħha b'24 %.

Fl-istess ħin, distinzjoni ċara bejn il-gassijiet b'effett serra fossili u bijoġeniċi hija ta' importanza ċentrali. L-agrikoltura u l-forestrija ma għandhomx jispiċċaw bjar tas-CO2 għal sorsi oħra ta' emissjonijiet. L-effett ta' sostituzzjoni tal-bijoenerġija, il-bijoekonomija u l-użu ta' prodotti tal-injam għandu jiġi rikonoxxut. Biex jintlaħqu l-għanijiet tal-klima, l-istimolu tal-"ekonomija ħadra" hija komponent importanti ħafna.

Għalhekk, fil-proposta tal-Kummissjoni għandhom jiġu enfasizzati l-bidliet segwenti:

1) Il-pijunieri tal-agrikoltura sostenibbli m'għandhomx jiġu penalizzati.

L-Istati Membri li f'dawn l-aħħar snin diġà stabbilixxew miżuri dwar l-ambjent u l-klima għandu jkollhom il-possibbiltà li meta tiġi kkalkulata s-sena bażi għall-agrikoltura dawn jittieħdu inkunsiderazzjoni.

2) Jeżistu differenzi sinifikanti bejn l-Istati Membri dwar iż-żoni forestali u l-ġestjoni sostenibbli tal-foresti.

Għalhekk huwa neċessarju mhux biss li wieħed jiffoka fuq l-effetti tal-protezzjoni tal-klima permezz ta' miżuri ta' afforestazzjoni, iżda speċjalment li wieħed jirrikonoxxi l-potenzjal għall-protezzjoni tal-klima permezz tal-ġestjoni sostenibbli tal-foresti u l-użu tal-bijomassa;

3) Meta jiġu stabbiliti l-livelli ta' referenza għall-foresti, għandha tiġi żviluppata sistema li tirrispetta l-prinċipju ta' sussidjarjetà.

Il-kriterji li għandhom jiġu kkunsidrati mill-Istati Membri fid-determinazzjoni tal-livell ta' referenza għall-foresti għandhom jirrispettaw l-użu sostenibbli tal-bijomassa, l-implimentazzjoni ta' strateġija bijoekonomika tal-UE u l-garanzija tal-provvista tal-enerġija. Kif mitlub fir-rapport tal-Parlament Ewropew dwar l-Istrateġija Forestali Ewropea Gdida[1], il-Kumitat Permanenti tal-Forestrija għandu jissaħħaħ u jiġi kkonsultat mill-Kummissjoni dwar assistenza teknika.

4) L-atti delegati għandhom jintużaw esklużivament biex jemendaw l-elementi mhux essenzjali tal-att bażiku.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali jistieden lill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Fl-10 ta' Ġunju 2016 il-Kummissjoni ppreżentat proposta għall-UE biex tirratifika l-Ftehim ta' Pariġi. Din il-proposta leġiżlattiva tifforma parti mill-implimentazzjoni tal-impenn tal-Unjoni għat-tnaqqis tal-emissjonijiet fl-ekonomija kollha kif ikkonfermat fl-impenn għal kontribut maħsub determinat fil-livell nazzjonali tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha ppreżentat lis-Segretarjat tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima ("UNFCCC") fis-6 ta' Marzu 2015.10

(3)  Il-Kunsill irratifika l-Ftehim ta' Pariġi fil-5 ta' Ottubru 2016, wara l-approvazzjoni mogħtija mill-Parliament Ewropew fl-4 ta' Ottubru 2016. Il-Ftehim ta' Pariġi daħal fis-seħħ fl-4 ta' Novembru 2016 u għandu l-għan li ż-żieda fit-temperatura globali tinżamm sew taħt iż-2°C ogħla mill-livelli preindustrijali u li jitkomplew l-isforzi biex iż-żieda fit-temperatura tiġi limitata għal 1.5°C ogħla mil-livelli preindustrijali, u b'tali mod li ma jheddidx il-produzzjoni tal-ikel u s-sigurtà alimentari. Il-Ftehim jenfasizza wkoll ir-rwol tal-ġestjoni sostenibbli tal-foresti biex tintlaħaq il-mira li jiġu bbilanċjati l-emissjonijiet u l-assorbimenti. Din il-proposta leġiżlattiva tifforma parti mill-implimentazzjoni tal-impenn tal-Unjoni għat-tnaqqis tal-emissjonijiet fl-ekonomija kollha kif ikkonfermat fl-impenn għal kontribut maħsub determinat fil-livell nazzjonali tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha ppreżentat lis-Segretarjat tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima ("UNFCCC") fis-6 ta' Marzu 2015.10

__________________

__________________

10 http://www4.unfccc.int/submissions/indc/Submission%20Pages/submissions.aspx

10 http://www4.unfccc.int/submissions/indc/Submission%20Pages/submissions.aspx

Ġustifikazzjoni

Huwa essenzjali li jsir aġġornament tat-test wara r-ratifika tal-Ftehim ta' Pariġi. Il-Premessa 3 wkoll jeħtieġ li tiġi kkomplementata b'referenza għall-Artikolu 2.1b tal-Ftehim ta' Pariġi dwar il-produzzjoni tal-ikel u għall-Artikolu 5 dwar ir-rwol tal-ġestjoni sostenibbli tal-foresti biex tintlaħaq il-mira tal-ibbilanċjar tal-emissjonijiet u l-assorbimenti.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  Il-Ftehim ta' Pariġi, fost l-oħrajn, jistabbilixxi mira fit-tul f'konformità mal-għan li ż-żieda fit-temperatura globali tinżamm sew taħt iż-2 °C 'il fuq mil-livelli preindustrijali u biex jitkomplew l-isforzi biex tinżamm sal-1,5 °C 'il fuq mil-livelli preindustrijali. Sabiex tintlaħaq din il-mira, il-Partijiet għandhom iħejju, jikkomunikaw u jżommu kontributi suċċessivi determinati fil-livell nazzjonali. Il-Ftehim ta' Pariġi jissostitwixxi l-approċċ meħud skont il-Protokoll ta' Kjoto tal-1997 li mhux se jitkompla wara l-2020. Il-Ftehim ta' Pariġi jitlob ukoll bilanċ bejn l-emissjonijiet antropoġeniċi mis-sorsi u l-assorbimenti minn bjar ta' gassijiet serra fit-tieni nofs ta' dan is-seklu, u jistieden lill-Partijiet biex jieħdu azzjoni sabiex jikkonservaw u jtejbu, kif xieraq, bjar u riżervi ta' gassijiet serra, inklużi foresti.

(4)  Il-Ftehim ta' Pariġi, fost l-oħrajn, jistabbilixxi mira fit-tul f'konformità mal-għan li ż-żieda fit-temperatura globali tinżamm sew taħt iż-2 °C 'il fuq mil-livelli preindustrijali u biex jitkomplew l-isforzi biex tinżamm sal-1,5 °C 'il fuq mil-livelli preindustrijali. Huwa jimmira wkoll li jżid il-kapaċità ta' adattament għall-impatti negattivi tat-tibdil fil-klima u li jrawwem ir-reżiljenza għall-klima u l-iżvilupp b'emissjonijiet baxxi ta' gassijiet serra, b'mod li ma jipperikolax il-produzzjoni tal-ikel. Sabiex jintlaħaq l-iskop tal-Ftehim ta' Pariġi, jenħtieġ li l-Partijiet iħejju, jikkomunikaw u jżommu kontributi suċċessivi determinati fil-livell nazzjonali. Il-Ftehim ta' Pariġi jissostitwixxi l-approċċ meħud skont il-Protokoll ta' Kjoto tal-1997 li mhux se jitkompla wara l-2020. Il-Ftehim ta' Pariġi jitlob ukoll bilanċ bejn l-emissjonijiet antropoġeniċi mis-sorsi u l-assorbimenti minn bjar ta' gassijiet serra fit-tieni nofs ta' dan is-seklu, u jistieden lill-Partijiet biex jieħdu azzjoni sabiex jikkonservaw u jtejbu, kif xieraq, bjar u riżervi ta' gassijiet serra, inklużi foresti. Il-Partijiet jirrikonoxxu li azzjoni ta' mitigazzjoni u ta' adattament jenħtieġ li ssegwi approċċ għalkollox trasparenti, filwaqt li jitqiesu l-ekosistemi, u jenħtieġ li tkun ibbażata fuq l-aqwa xjenza disponibbli u ggwidata minnha.

Ġustifikazzjoni

Jenħtieġ li l-premessa li tirrigwarda l-Ftehim ta' Pariġi tiġi ssupplementata b'referenza għall-Artikolu 2(1)(b) tiegħu sabiex jiġi enfasizzat li s-settur għandu diversi objettivi u sfidi, kif ukoll għall-Artikolu 7 tiegħu.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 4a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a)  Biex jinkisbu l-emissjonijiet negattivi rekwiżiti biex il-miri tal-Ftehim ta' Pariġi jintlaħqu, l-assorbimenti tal-gassijiet serra mill-atmosfera permezz tal-użu tal-art, tat-tibdil fl-użu tal-art u tal-forestrija (LULUCF) iridu jkunu robusti, u jenħtieġ li ma jintużawx biss biex jikkumpensaw għat-tnaqqis tal-emissjonijiet minn sorsi oħra. Peress li l-assorbimenti permezz tal-LULUCF huma riversibbli, jenħtieġ li ma jintużawx biex jikkumpensaw għall-emissjonijiet u jenħtieġ li jiġu trattati bħala pilastru separat fil-qafas tal-politika għall-klima tal-Unjoni.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Il-Kunsill Ewropew tat-23-24 ta' Ottubru 2014 irrikonoxxa wkoll l-għanijiet multipli tas-settur tal-agrikoltura u l-użu tal-art, bil-potenzjal ta' mitigazzjoni inferjuri kif ukoll il-ħtieġa ta' żgurar ta' koerenza bejn l-għanijiet tas-sigurtà alimentari u tat-tibdil fil-klima tal-Unjoni. Il-Kunsill Ewropew stieden lill-Kummissjoni biex teżamina l-aħjar mod biex tħeġġeġ l-intensifikazzjoni sostenibbli tal-produzzjoni tal-ikel, filwaqt li tottimizza l-kontribut tas-settur għall-mitigazzjoni u s-sekwestru tal-gassijiet serra, fosthom permezz tal-afforestazzjoni, u biex tistabbilixxi politika dwar kif jiġi inkluż l-użu tal-art, it-tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija (“LULUCF”) fil-Qafas ta' mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima għall-2030 malli l-kundizzjonijiet tekniċi jippermettu dan u fi kwalunkwe każ qabel l-2020.

(5)  Il-Kunsill Ewropew tat-23-24 ta' Ottubru 2014 irrikonoxxa wkoll l-għanijiet multipli tas-settur tal-agrikoltura u l-użu tal-art, bil-potenzjal ta' mitigazzjoni inferjuri kif ukoll il-ħtieġa ta' żgurar ta' koerenza bejn l-għanijiet tas-sigurtà alimentari u tat-tibdil fil-klima tal-Unjoni. Barra minn hekk, l-implimentazzjoni ta' soluzzjonijiet teknoloġiċi fis-setturi tal-agrikoltura u tal-forestrija jikkontribwixxu għat-tisħiħ tal-produzzjoni u għat-tnaqqis tal-impronta ambjentali. Il-Kunsill Ewropew stieden lill-Kummissjoni biex teżamina l-aħjar mod biex tħeġġeġ l-intensifikazzjoni sostenibbli tal-produzzjoni tal-ikel, filwaqt li tottimizza l-kontribut tas-settur għall-mitigazzjoni u s-sekwestru tal-gassijiet serra, fosthom permezz tal-afforestazzjoni, u biex tistabbilixxi politika dwar kif jiġi inkluż l-użu tal-art, it-tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija (“LULUCF”) fil-Qafas ta' mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima għall-2030 malli l-kundizzjonijiet tekniċi jippermettu dan u fi kwalunkwe każ qabel l-2020.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  Is-settur tal-LULUCF jista' jikkontribwixxi b'diversi modi għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, b'mod partikolari billi jitnaqqsu l-emissjonijiet, u jinżammu u jiżdiedu r-riżervi u l-ħażniet tal-karbonju. Sabiex il-miżuri li għandhom l-għan li b'mod partikolari jżidu s-sekwestru tal-karbonju jkunu effettivi, hemm bżonn tal-istabbiltà u l-adattabbiltà fit-tul tar-raggruppamenti tal-karbonju.

(6)  Fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, l-isfida hija li jitnaqqsu l-livelli attwali ta' CO2 fl-atmosfera u li jitnaqqsu l-emissjonijiet. Is-settur tal-LULUCF jista' jikkontribwixxi b'diversi modi għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, b'mod partikolari billi jitnaqqsu l-emissjonijiet, u jinżammu u jiżdiedu r-riżervi u l-ħażniet tal-karbonju, billi l-enerġiji fossili jiġu ssostitwiti b'enerġiji rinnovabbli ġejjin mill-bijomassa forestali u billi jintuża l-potenzjal ta' assorbiment tal-bijomaterjali ġejjin mill-ġestjoni sostenibbli tal-foresti kif ukoll il-potenzjal ta' sostituzzjoni tagħhom għall-materjali fossili, filwaqt li jitqies iċ-ċiklu kollu tal-ħajja ta' dawn il-materjali, mill-produzzjoni tal-materja prima sal-istadji tal-ipproċessar u tal-manifattura. Il-bijoekonomija u l-bijoenerġija huma triq indispensabbli lejn ekonomija ekoloġika u ħielsa mill-karburanti fossili. Sabiex il-miżuri li għandhom l-għan li b'mod partikolari jżidu s-sekwestru tal-karbonju jkunu effettivi, hemm bżonn tal-istabbiltà u l-adattabbiltà fit-tul tar-raggruppamenti tal-karbonju.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 6a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a)  Il-prattiki ta' ġestjoni avvanzati jistgħu jikkontribwixxu b'mod sinifikanti għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra fis-settur tal-LULUCF. Il-promozzjoni tal-iżvilupp ta' prattiki innovattivi u l-inkoraġġiment tas-sidien tal-artijiet biex dawn jużaw prattiki ta' ġestjoni avvanzati, bħalma huma l-agrikoltura ta' preċiżjoni, il-forestrija ta' preċiżjoni u l-biedja intelliġenti, huma mezzi potenzjali kif l-Istati Membri jiġu megħjuna jilħqu l-miri tagħhom.

Ġustifikazzjoni

L-agrikoltura u l-forestrija ta' preċiżjoni jistgħu jnaqqsu l-emissjonijiet billi jottimizzaw l-użu ta', pereżempju, il-fjuwils, il-fertilizzanti u l-pestiċidi. Dan il-mod ta' biedja intelliġenti huwa ta' benefiċċju għall-bdiewa, għall-ġestjonarji tal-forestrija u għall-ambjent.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 8a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8a)  Il-miżuri tal-Politika Agrikola Komuni u l-politiki nazzjonali għandhom impatt fuq il-profil tal-emissjonijiet tar-raba', tal-bwar u tal-artijiet mistagħdra. Fir-rigward tal-perjodu bażi għall-kategoriji ta' kontabbiltà tal-art previsti f'dan ir-Regolament, il-kalkolu jenħtieġ li jieħu kont tal-miżuri agroambjentali implimentati mill-Istati Membri matul dan il-perjodu.

Ġustifikazzjoni

Ir-rikonoxximent tal-miżuri agroambjentali huwa importanti ħalli dawk li huma pijunieri ma jiġux penalizzati.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  L-emissjonijiet u l-assorbimenti mill-foresti jiddependu fuq għadd ta' ċirkostanzi naturali, l-istruttura tal-klassi tal-età, kif ukoll il-prattiki ta' ġestjoni tal-passat u tal-preżent. L-użu ta' sena bażi ma jagħmilhiex possibbli li dawk il-fatturi u l-impatti ċikliċi li jirriżultaw jiġu riflessi fuq l-emissjonijiet u l-assorbimenti jew il-varjazzjoni interannwali tagħhom. Ir-regoli tal-kontabbiltà rilevanti għandhom minflok jipprovdu għall-użu ta' livelli referenzjarji biex jiġu esklużi l-effetti ta' karatteristiċi naturali u speċifiċi għall-pajjiż. Fl-assenza tar-reviżjoni internazzjonali skont l-UNFCCC u l-Protokoll ta' Kjoto, għandha tiġi stabbilita proċedura ta' reviżjoni biex tiġi żgurata t-trasparenza u titjieb il-kwalità tal-kontabbiltà f'din il-kategorija.

(9)  L-emissjonijiet u l-assorbimenti mill-art forestali jiddependu minn għadd ta' ċirkostanzi naturali, l-istruttura tal-klassi tal-età, kif ukoll il-prattiki ta' ġestjoni tal-passat u tal-preżent li jvarjaw sostanzjalment bejn Stat Membru u ieħor. L-użu ta' sena bażi ma jagħmilhiex possibbli li dawk il-fatturi u l-impatti ċikliċi li jirriżultaw jiġu riflessi fuq l-emissjonijiet u l-assorbimenti jew il-varjazzjoni interannwali tagħhom. Ir-regoli tal-kontabbiltà rilevanti għandhom minflok jipprovdu għall-użu ta' livelli referenzjarji biex jiġu indirizzati l-effetti ta' karatteristiċi naturali u speċifiċi għall-pajjiż, bħalma hi l-inkapaċità li jiġu ġestiti l-foresti fil-Kroazja minħabba l-okkupazzjoni tat-territorju tagħha, il-Gwerra tal-Kroazja għall-Indipendenza, u ċ-ċirkostanzi ta' matul il-gwerra u ta' wara l-gwerra. Jenħtieġ li r-regoli tal-kontabbiltà rilevanti jiddisponu wkoll għall-koerenza u għar-rekwiżiti għall-ġestjoni sostenibbli tal-foresti ta' Forest Europe (Konferenza Ministerjali dwar il-Protezzjoni tal-Foresti fl-Ewropa). Fl-assenza tar-reviżjoni internazzjonali skont l-UNFCCC u l-Protokoll ta' Kjoto, jenħtieġ li tiġi stabbilita proċedura trasparenti sabiex l-Istati Membri jtejbu l-kapaċità li jsir awditjar u l-kwalità tal-kontabbiltà f'din il-kategorija.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  Meta l-Kummissjoni tagħżel li tiġi assistita min tim ta' reviżjoni espert skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (C(2016)3301) fir-reviżjoni tal-pjanijiet tal-kontabbiltà forestali nazzjonali, din għandha tibni fuq il-prattika tajba u l-esperjenza tar-reviżjonijiet esperti skont l-UNFCCC, inkluż fir-rigward tal-parteċipazzjoni ta' esperti nazzjonali u rakkomandazzjonijiet, u tagħżel numru suffiċjenti ta' esperti mill-Istati Membri.

(10)  Il-proċedura għall-iffissar tal-livell ta' referenza għall-foresti mill-Istati Membri jenħtieġ li tkun trasparenti u allinjata f'konformità mar-rekwiżiti għall-ġestjoni sostenibbli tal-foresti ta' Forest Europe (Konferenza Ministerjali dwar il-Protezzjoni tal-Foresti fl-Ewropa)1a. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tassisti lill-Istati Membri billi tibni fuq il-prattika tajba u l-esperjenza tar-reviżjonijiet esperti skont l-UNFCCC. F'dan il-kuntest, huwa xieraq li l-Kummissjoni tipprovdi assistenza teknika dwar il-verifika tal-konformità mal-kriterji stabbiliti fl-Anness IV, wara l-konsultazzjoni tal-Kumitat Forestrarju Permanenti stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/367/KEE1b.

 

__________________

 

1a Forest Europe – Konferenza Ministerjali dwar il-Protezzjoni tal-Foresti fl-Ewropa, Kumitat ta' Negozjar Intergovernattiv għall-Konklużjoni ta' Ftehim Legalment Vinkolanti dwar il-Foresti fl-Ewropa: http://www.foresteurope.org/.

 

1b Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/367/KEE tad-29 ta' Mejju 1989 li tistabbilixxi Kumitat Forestrarju Permanenti (ĠU L 165, 15.6.1989, p. 14).

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  Il-Linji Gwida tal-IPCC miftiehma fuq livell internazzjonali jiddikjaraw li l-emissjonijiet mill-kombustjoni ta' bijomassa jistgħu jiġu kontabilizzati bħala żero fis-settur tal-enerġija bil-kondizzjoni li dawn l-emissjonijiet jittieħed kont tagħhom fis-settur tal-LULUCF. Fl-UE, l-emissjonijiet mill-kombustjoni ta' bijomassa huma kontabilizzati bħala żero skont l-Artikolu 38 tar-Regolament (UE) Nru 601/2012 u d-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 525/2013, b'hekk il-konsistenza mal-Linji Gwida tal-IPCC tiġi żgurata biss jekk dawn l-emissjonijiet ikunu koperti b'mod preċiż skont dan ir-Regolament.

(11)  Il-Linji Gwida tal-IPCC miftiehma fuq livell internazzjonali jiddikjaraw li l-emissjonijiet mill-kombustjoni ta' bijomassa jistgħu jiġu kontabilizzati bħala żero fis-settur tal-enerġija bil-kondizzjoni li dawn l-emissjonijiet jittieħed kont tagħhom fis-settur tal-LULUCF. Fl-Unjoni, l-emissjonijiet mill-kombustjoni ta' bijomassa huma kontabilizzati bħala żero skont l-Artikolu 38 tar-Regolament (UE) Nru 601/2012 u d-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 525/2013, b'hekk il-konsistenza mal-Linji Gwida tal-IPCC tiġi żgurata biss jekk dawn l-emissjonijiet ikunu koperti b'mod preċiż skont dan ir-Regolament. Jenħtieġ li r-regoli tal-kontabbiltà għall-bijoenerġija stabbiliti f'dan ir-Regolament preżenti ma jimpedixxux l-użu ta' bijomassa sostenibbli fis-settur tal-enerġija permezz tal-ġenerazzjoni ta' emissjonijiet fis-settur tal-LULUCF.

Ġustifikazzjoni

Il-potenzjal ta' Bijoenerġija għas-sostituzzjoni tal-fjuwils fossili jrid jiġi rifless b'mod korrett.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  L-użu sostenibbli miżjud ta' prodotti tal-injam maħsud jista' jillimita b'mod sostanzjali l-emissjonijiet ta' gassijiet serra fl-atmosfera u jsaħħaħ l-assorbimenti ta' gassijiet serra mill-atmosfera. Ir-regoli tal-kontabbiltà għandhom jiżguraw li l-Istati Membri jirriflettu b'mod preċiż fil-kontijiet tagħhom il-bidliet fir-raggruppament tal-prodotti tal-injam maħsud meta dawn iseħħu, biex jiġu pprovduti inċentivi għall-użu msaħħaħ ta' prodotti tal-injam maħsud b'ċikli twal tal-ħajja. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi gwida dwar kwistjonijiet metodoloġiċi relatati mal-kontabbiltà għal prodotti tal-injam maħsud.

(12)  L-użu sostenibbli miżjud ta' prodotti tal-injam maħsud jista' jillimita b'mod sostanzjali l-emissjonijiet ta' gassijiet serra permezz tal-effett ta' sostituzzjoni (meta titqies l-intensità enerġetika u tas-CO2 ta' setturi oħra, eż. il-produzzjoni tas-siment tammonta għal madwar 8 % tal-emissjonijiet tas- CO2 globali), u jsaħħaħ l-assorbimenti ta' gassijiet serra mill-atmosfera. Ir-regoli tal-kontabbiltà għandhom jiżguraw li l-Istati Membri jirriflettu b'mod preċiż fil-kontijiet tagħhom il-bidliet fir-raggruppament tal-prodotti tal-injam maħsud meta dawn iseħħu, u li jirrikonoxxu, jilqgħu u jinċentivizzaw l-użu msaħħaħ ta' prodotti tal-injam maħsud b'ċikli twal tal-ħajja, u b'hekk inaqqsu l-użu ta' materjali oħra mhux bijodegradabbli, bħalma hu l-plastik. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi gwida dwar kwistjonijiet metodoloġiċi relatati mal-kontabbiltà għall-prodotti tal-injam maħsud.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  Id-disturbi naturali, bħan-nirien fil-foresti, l-infestazzjonijiet mill-insetti u mill-mard, l-avvenimenti estremi tat-temp u d-disturbi ġeoloġiċi li mhumiex fil-kontroll ta' Stat Membru, u mhumiex influwenzati b'mod materjali minnu, jistgħu jirriżultaw f'emissjonijiet ta' gassijiet serra ta' natura temporanja fis-settur tal-LULUCF, jew jistgħu jikkawżaw inverżjonijiet ta' assorbimenti preċedenti. Peress li inverżjoni tista' tkun ukoll ir-riżultat ta' deċiżjonijiet ta' ġestjoni, bħad-deċiżjonijiet li jinħasdu jew li jitħawlu siġar, dan ir-Regolament għandu jiżgura li inverżjonijiet tal-assorbimenti kkawżati mill-bniedem jiġu dejjem riflessi b'mod preċiż fil-kontijiet tas-settur tal-LULUCF. Barra minn hekk, dan ir-Regolament għandu jipprovdi lill-Istati Membri bil-possibbiltà limitata li jeskludu mill-kontijiet tagħhom tas-settur tal-LULUCF l-emissjonijiet li jirriżultaw minn disturbi li ma jkollhomx kontroll fuqhom. Madankollu, il-mod li bih l-Istati Membri japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet ma għandux iwassal għal sottokontabilizzazzjoni eċċessiva.

(13)  Id-disturbi naturali, bħan-nirien fil-foresti, l-infestazzjonijiet mill-insetti u mill-mard, l-avvenimenti estremi tat-temp u d-disturbi ġeoloġiċi li mhumiex fil-kontroll ta' Stat Membru, u mhumiex influwenzati b'mod materjali minnu, jistgħu jirriżultaw f'emissjonijiet ta' gassijiet serra ta' natura temporanja fis-settur tal-LULUCF, jew jistgħu jikkawżaw inverżjonijiet ta' assorbimenti preċedenti. Peress li inverżjoni tista' tkun ukoll ir-riżultat ta' deċiżjonijiet ta' ġestjoni, bħad-deċiżjonijiet li jinħasdu jew li jitħawlu siġar, dan ir-Regolament għandu jiżgura li inverżjonijiet tal-assorbimenti kkawżati mill-bniedem jiġu dejjem riflessi b'mod preċiż fil-kontijiet tas-settur tal-LULUCF. Barra minn hekk, jenħtieġ li dan ir-Regolament jipprovdi lill-Istati Membri bil-possibbiltà li jeskludu mill-kontijiet tagħhom tas-settur tal-LULUCF l-emissjonijiet li jirriżultaw minn disturbi li ma jkollhomx kontroll fuqhom. Madankollu, jenħtieġ li l-mod li bih l-Istati Membri japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet ma jwassalx għal sottokontabilizzazzjoni eċċessiva u jenħtieġ li ma jiskoraġġixxix lill-Istati Membri milli jieħdu miżuri preventivi biex inaqqsu r-riskju ta' disturbi naturali.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  Skont il-preferenzi nazzjonali, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jagħżlu politiki nazzjonali xierqa għall-kisba tal-impenji tagħhom fil-LULUCF, inkluża l-possibbiltà ta' emissjonijiet kumpensaturi minn waħda mill-kategoriji tal-art mill-assorbimenti minn kategorija tal-art oħra. Għandhom ikunu jistgħu wkoll jakkumulaw assorbimenti netti tul il-perjodu ta' bejn l-2021 u l-2030. In-negozjar fost l-Istati Membri għandu jkompli bħala għażla addizzjonali għall-għajnuna tal-konformità. Wara l-prattika fit-tieni perjodu ta' impenn tal-Protokoll ta' Kjoto, għandu jkun hemm possibbiltà għal Stat Membru biex juża s-superament tal-objettivi tiegħu skont ir-Regolament [] dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra annwali vinkolanti mill-2021 u l-2030 għal Unjoni tal-Enerġija reżiljenti u biex jintlaħqu l-impenji skont il-Ftehim ta' Pariġi u li jemenda r-Regolament Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar mekkaniżmu għall-monitoraġġ u r-rapportar ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra u informazzjoni oħra rilevanti għat-tibdil fil-klima sabiex jiżgura l-konformità tiegħu mal-impenn tiegħu skont dan ir-Regolament.

(14)  Skont il-preferenzi nazzjonali, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jagħżlu politiki nazzjonali xierqa għall-kisba tal-impenji tagħhom fil-LULUCF, inkluża l-possibbiltà ta' emissjonijiet kumpensaturi minn waħda mill-kategoriji tal-art mill-assorbimenti minn kategorija tal-art oħra. Għandhom ikunu jistgħu wkoll jakkumulaw assorbimenti netti tul il-perjodu ta' bejn l-2021 u l-2030. L-iskambju fost l-Istati Membri għandu jkompli bħala għażla addizzjonali biex tiġi megħjuna l-konformità. Wara l-prattika fit-tieni perjodu ta' impenn tal-Protokoll ta' Kjoto, jenħtieġ li jkun hemm il-possibbiltà li Stat Membru juża s-superament tal-objettivi tiegħu skont ir-Regolament (UE) Nru .../... dwar it-tnaqqis annwali vinkolanti tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra mill-Istati Membri mill-2021 sal-2030 għal Unjoni tal-Enerġija reżiljenti u biex jiġu onorati l-impenji li saru fil-Ftehim ta' Pariġi, u li jemenda r-Regolament Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar mekkaniżmu għall-monitoraġġ u għar-rapportar ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra u ta' informazzjoni oħra relatata mat-tibdil fil-klima filwaqt li tiġi ggarantita distinzjoni ċara bejn l-emissjonijiet u l-assorbimenti tal-gassijiet serra ta' oriġini fossila minn naħa u dawk ta' oriġini bijoġenika min-naħa l-oħra. Għalhekk, l-assorbimenti annwali netti minn art deforestata, art forestali, art forestali ġestita, raba' ġestit u bwar ġestiti għandhom jiġu limitati għall-agrikoltura. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jużaw sa 425 miljun tunnellata ta' kwalunkwe assorbiment nett li jirriżulta mid-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, bil-ħsieb li jissodisfaw l-obbligi tagħhom fil-qafas tar-Regolament dwar il-Kondiviżjoni tal-Isforzi.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)  Sabiex jipprovdi għal kontabbiltà xierqa tat-tranżazzjonijiet skont dan ir-Regolament, inkluż l-użu ta' flessibbiltajiet u konformità tat-traċċar, is-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-adattament tekniku ta' definizzjonijiet, valuri, listi ta' gassijiet serra u raggruppamenti ta' karbonju, l-aġġornament tal-livelli referenzjarji, il-kontabbiltà tat-tranżazzjonijiet u r-reviżjoni tar-rekwiżiti ta' metodoloġija u informazzjoni. Dawn il-miżuri għandhom iqisu d-dispożizzjonijiet fir-Regolament tal-Kummissjoni Nru 389/2013 li jistabbilixxi Reġistru tal-Unjoni. Id-dispożizzjonijiet meħtieġa għandhom ikunu fi strument legali uniku li jikkombina d-dispożizzjonijiet ta' kontabbiltà skont id-Direttiva 2003/87/KE, ir-Regulament (UE) Nru 525/2013, ir-Regolament [] dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra annwali vinkolanti mill-2021 u l-2030 għal Unjoni tal-Enerġija reżiljenti u dan ir-Regolament. Hija ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta' tħejjija tagħha, anke fil-livell ta' esperti jitwettqu f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.

(18)  Sabiex tiġi prevista l-kontabbiltà xierqa tat-tranżazzjonijiet skont dan ir-Regolament, inkluż l-użu ta' flessibbiltajiet u konformità tat-traċċar, is-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-adattament tekniku ta' definizzjonijiet, valuri, listi ta' gassijiet serra u raggruppamenti ta' karbonju, l-aġġornament tal-kategoriji fir-raggruppament tal-prodotti tal-injam maħsub, il-kontabbiltà tat-tranżazzjonijiet u r-reviżjoni tar-rekwiżiti ta' metodoloġija u informazzjoni bl-għan li jiġu riflessi l-bidliet li jinsabu fil-Linji Gwida tal-IPCC, kif adottati mill-korpi tal-UNFCCC jew tal-Ftehim ta' Pariġi. Dawn il-miżuri għandhom iqisu d-dispożizzjonijiet fir-Regolament tal-Kummissjoni Nru 389/2013 li jistabbilixxi Reġistru tal-Unjoni. Id-dispożizzjonijiet meħtieġa għandhom ikunu fi strument legali uniku li jikkombina d-dispożizzjonijiet ta' kontabbiltà skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ottubru 20131a, ir-Regulament (UE) Nru 525/2013, ir-Regolament Nru (UE) .../... dwar it-tnaqqis annwali vinkolanti tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra mill-Istati Membri mill-2021 sal-2030 għal Unjoni tal-Enerġija reżiljenti, u dan ir-Regolament preżenti. Hija ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta' tħejjija tagħha, anke fil-livell ta' esperti jitwettqu f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 20161b. B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.

 

________________

 

1a Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32).

 

1b ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

Emenda    15

Proposta għal regolament

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19)  Dan ir-Regolament għandu jiġi rivedut mill-2024 u sussegwentement kull 5 snin sabiex jiġi vvalutat il-funzjonament kumplessiv tiegħu. Din ir-reviżjoni tista' tiġi informata mir-riżultati tal-inventarju globali tal-Ftehim ta' Pariġi.

(19)  Fid-dawl tad-Djalogu ta' Faċilitazzjoni tal-2018, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sat-28 ta' Frar 2019 dwar l-adegwatezza tal-livell ta' ambizzjoni ta' dan ir-Regolament. Dan ir-Regolament għandu jiġi rivedut fl-2023 u sussegwentement kull 3 snin sabiex jiġi vvalutat il-funzjonament kumplessiv tiegħu. Din ir-reviżjoni tista' tiġi informata mir-riżultati tal-inventarju globali tal-Ftehim ta' Pariġi.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Dan ir-Regolament japplika għall-emissjonijiet u l-assorbimenti ta' gassijiet serra elenkati fit-Taqsima A tal-Anness I, kif rapportati skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 525/2013 li jseħħu fi kwalunkwe waħda mill-kategoriji ta' kontabbiltà tal-art fit-territorji tal-Istati Membri tul il-perjodu ta' bejn l-2021 u l-2030

1.  Dan ir-Regolament japplika għall-emissjonijiet u l-assorbimenti ta' gassijiet serra elenkati fit-Taqsima A tal-Anness I, kif rapportati skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 525/2013 li jseħħu fi kwalunkwe waħda mill-kategoriji ta' kontabbiltà tal-art, li jidhru hawn taħt, fit-territorji tal-Istati Membri u kategoriji oħra ta' kontabbiltà tul il-perjodu ta' bejn l-2021 u l-2030:

Emenda    17

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea)  il-prodotti tal-injam maħsud

Emenda    18

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt ga (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ga)  Livell ta' referenza għall-foresti huwa stima tal-emissjonijiet jew l-assorbimenti netti annwali medji li jirriżultaw mill-foresti ġestiti fi ħdan it-territorju tal-Istat Membru tul il-perjodi ta' bejn l-2021 u l-2025 u bejn l-2026 u l-2030.

Ġustifikazzjoni

Id-definizzjoni ta' livell ta' referenza għall-foresti mogħtija fl-Artikolu 8(1) jenħtieġ li titniżżel fl-Artikolu 3 mad-definizzjonijiet l-oħra.

Emenda    19

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati biex timplimenta l-paragrafu 1 skont l-Artikolu 14 biex tadatta d-definizzjonijiet fil-paragrafu 1 għal żviluppi xjentifiċi jew progress tekniku u biex tiżgura l-konsistenza bejn dawk id-definizzjonijiet u kwalunkwe bidla f'definizzjonijiet rilevanti fil-Linji Gwida għall-Inventarji Nazzjonali tal-Gassijiet Serra tal-IPCC tal-2006 (il-"Linji Gwida tal-IPCC").

2.  Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati biex timplimenta l-paragrafu 1 skont l-Artikolu 14 biex tadatta d-definizzjonijiet fil-paragrafu 1 biex tiżgura l-konsistenza bejn dawk id-definizzjonijiet u kwalunkwe bidla f'definizzjonijiet rilevanti fil-Linji Gwida għall-Inventarji Nazzjonali tal-Gassijiet Serra tal-IPCC tal-2006 (il-"Linji Gwida tal-IPCC"), kif adottati mill-korpi tal-UNFCCC jew il-Ftehim ta' Pariġi.

Emenda    20

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għall-perjodu ta' bejn l-2021 u l-2025 u bejn l-2026 u l-2030, waqt li jqis il-flessibbiltajiet previsti fl-Artikolu 11, kull Stat Membru għandu jiżgura li l-emissjonijiet ma jaqbżux l-assorbimenti, ikkalkulata bħala s-somma tal-emissjoniijet u l-assorbimenti totali fit-territorju tagħhom fil-kategoriji ta' kontabbiltà tal-art imsemmija fl-Artikolu 2 kombinat, kif kontabilizzati skont dan ir-Regolament.

Għall-perjodu ta' bejn l-2021 u l-2025 u bejn l-2026 u l-2030, waqt li jqis il-flessibbiltajiet previsti fl-Artikolu 11, kull Stat Membru għandu jiżgura li l-emissjonijiet ma jaqbżux l-assorbimenti, ikkalkulata bħala s-somma tal-emissjoniijet u l-assorbimenti totali fit-territorju tagħhom fil-kategoriji ta' kontabbiltà tal-art u fil-kategoriji l-oħra msemmija fl-Artikolu 2 kombinat, kif kontabilizzati skont dan ir-Regolament.

Emenda    21

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Kull Stat Membru għandu jħejji u żjomm kontijiet li jirriflettu b'mod preċiż l-emissjonijiet u l-assorbimenti li jirriżultaw mill-kategoriji ta' kontabbiltà tal-art imsemmija fl-Artikolu 2. L-Istat Membru għandu jiżgura l-preċiżjoni, il-kompletezza, il-konsistenza, il-komparabilità u t-trasparenza tal-kontijiet tagħhom u ta' dejta oħra pprovduta skont dan ir-Regolament. L-Istati Membri għandhom jindikaw l-emissjonijiet b'sinjal pożittiv (+) u l-assorbimenti b'sinjal negattiv (-).

1.  Kull Stat Membru għandu jħejji u żjomm kontijiet li jirriflettu b'mod preċiż l-emissjonijiet u l-assorbimenti li jirriżultaw mill-kategoriji ta' kontabbiltà tal-art u l-kategoriji l-oħra msemmija fl-Artikolu 2 skont il-gwida ta' rapportar adottat mill-korpi tal-UNFCCC jew tal-Ftehim ta' Pariġi għall-perjodu bejn l-2021 u l-2030. L-Istat Membru għandu jiżgura l-preċiżjoni, il-kompletezza, il-konsistenza, il-komparabilità u t-trasparenza tal-kontijiet tagħhom u ta' dejta oħra pprovduta skont dan ir-Regolament. L-Istati Membri għandhom jindikaw l-emissjonijiet b'sinjal pożittiv (+) u l-assorbimenti b'sinjal negattiv (-).

Emenda    22

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Istati Membri għandhom jipprevjenu kwalunkwe għadd doppju ta' emissjonijiet jew assorbimenti b'mod partikolari bil-kontabbiltà għal emissjonijiet jew assorbimenti li jirriżultaw minn aktar minn kategorija ta' kontabbiltà tal-art waħda taħt kategorija waħda biss.

2.  L-Istati Membri għandhom jipprevjenu kwalunkwe għadd doppju ta' emissjonijiet jew assorbimenti b'mod partikolari bil-kontabbiltà għal emissjonijiet jew assorbimenti li jirriżultaw minn aktar minn kategorija ta' kontabbiltà waħda taħt kategorija waħda biss.

Ġustifikazzjoni

Qed jiġi propost li l-Prodotti tal-Injam Maħsud jiġu inklużi bħala inventarju separat u kategorija kontabilizzata. Dan ikun konsistenti mal-Linji Gwida tal-IPCC tal-2006 u l-prattika ta' rapportar tal-UNFCCC. Dan imbagħad iwassal għal tibdil fil-paragrafi 5.1, 5.2 u 5.4.

Emenda    23

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-Istati Membri, fil-kontijiet tagħhom għal kull kategorija ta' kontabbiltà tal-art, għandhom jinkludu kwalunkwe bidla fil-ħażna ta' karbonju tar-raggruppament ta' karbonju elenkati fit-Taqsima B tal-Anness I. Stati Membri jista' jagħżel li ma jinkludix fil-kontijiet tagħhom bidliet fil-ħażna ta' karbonju tar-raggruppamenti ta' karbonju fejn ir-raggruppament ta' karbonju mhux sors, ħlief għall-bijomassa tal-wiċċ u l-prodotti tal-injam maħsud f'foresti ġestiti.

4.  L-Istati Membri, fil-kontijiet tagħhom għal kull kategorija ta' kontabbiltà, għandhom jinkludu kwalunkwe bidla fil-ħażna ta' karbonju tar-raggruppament ta' karbonju elenkati fit-Taqsima B tal-Anness I. Stati Membri jista' jagħżel li ma jinkludix fil-kontijiet tagħhom bidliet fil-ħażna ta' karbonju tar-raggruppamenti ta' karbonju fejn ir-raggruppament ta' karbonju mhux sors, ħlief għall-bijomassa tal-wiċċ u l-prodotti tal-injam maħsud f'foresti ġestiti.

Emenda    24

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 14 biex temenda l-Anness I sabiex jiġu riflessi l-bidliet fil-Linji Gwida tal-IPCC.

6.  Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 14 biex temenda l-Anness I sabiex jiġu riflessi l-bidliet fil-Linji Gwida tal-IPCC, kif adottati mill-korpi tal-UNFCCC jew tal-Ftehim ta' Pariġi.

Emenda    25

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri għandhom jagħtu rendikont tal-emissjonijiet u l-assorbimenti li jirriżultaw mir-raba' ġestita kkalkulata bħala l-emissjonijiet u l-assorbimenti tul il-perjodi ta' bejn l-2021 u l-2025 u bejn l-2026 u l-2030 u jitnaqqas il-valur miksub bil-multiplikazzjoni b'ħamsa tal-emissjonijiet u l-assorbimenti medji annwali tal-Istati Membri li jirriżultaw mir-raba' ġestita fil-perjodu bażi tiegħu 2005-2007.

1.  L-Istati Membri għandhom jagħtu rendikont tal-emissjonijiet u l-assorbimenti li jirriżultaw mir-raba' ġestita kkalkulata bħala l-emissjonijiet u l-assorbimenti tul il-perjodi ta' bejn l-2021 u l-2025 u bejn l-2026 u l-2030 u jitnaqqas il-valur miksub bil-multiplikazzjoni b'ħamsa tal-emissjonijiet u l-assorbimenti medji annwali tal-Istati Membri li jirriżultaw mir-raba' ġestita fil-perjodu bażi tiegħu jew is-sena bażi tiegħu determinata skont l-UNFCCC. L-għażla ta' referenza tal-kontabbiltà għandha tiġi kkomunikata lill-Kummissjoni Ewropea sal-31 ta' Diċembru 2018. L-Istati Membri jistgħu jikkumpensaw għall-miżuri agroambjentali implimentati matul il-perjodu bażi.

Emenda    26

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Istati Membri għandhom jagħtu rendikont tal-emissjonijiet u l-assorbimenti li jirriżultaw mill-bwar ġestiti kkalkulata bħala l-emissjonijiet u l-assorbimenti tul il-perjodi ta' bejn l-2021 sal-2025 u bejn l-2026 u l-2030 u jitnaqqas il-valur miksub permezz tal-multiplikazzjoni b'ħamsa tal-emissjonijiet u assorbimenti medji annwali tal-Istati Membri li jirriżultaw mill-bwar ġestiti fil-perjodu bażi tiegħu 2005-2007.

2.  L-Istati Membri għandhom jagħtu rendikont tal-emissjonijiet u l-assorbimenti li jirriżultaw mill-bwar ġestiti kkalkulati bħala l-emissjonijiet u l-assorbimenti tul il-perjodi ta' bejn l-2021 u l-2025 u bejn l-2026 u l-2030 u jitnaqqas il-valur miksub permezz tal-multiplikazzjoni b'ħamsa tal-emissjonijiet u assorbimenti medji annwali tal-Istati Membri li jirriżultaw mill-bwar ġestiti fil-perjodu bażi tiegħu jew is-sena bażi tiegħu determinata skont l-UNFCCC. L-għażla ta' referenza tal-kontabbiltà għandha tiġi kkomunikata lill-Kummissjoni Ewropea sal-31 ta' Diċembru 2018. L-Istati Membri jistgħu jikkumpensaw għall-miżuri agroambjentali implimentati matul il-perjodu bażi.

Emenda    27

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  Fejn miżuri agroambjentali huma inklużi fil-perjodu bażi kif imsemmi fil-paragrafi 1 u 2, l-Istati Membri jistgħu jinkorporaw miżuri bħalma huma:

 

-   il-miżuri relatati mat-tibdil fil-klima u l-ħarsien tal-klima;

 

-   il-promozzjoni tad-diversità bijoloġika u ġenetika;

 

-   il-promozzjoni tal-fertilità tal-ħamrija; u

 

-   il-miżuri ta' protezzjoni tal-ilma.

Ġustifikazzjoni

Dan ir-regolament m'għandux jippenalizza l-Istati Membri li diġà implimentaw għadd ta' miżuri agroambjentali f'konformità mal-programmi tal-PAK. Dawk l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jibbenefikaw mill-prestazzjoni tajba tagħhom f'dan il-perjodu. Meta jiġu kkalkulati l-emissjonijiet u l-assorbimenti tagħhom f'perjodu bażi, għandhom jitqiesu l-miżuri agroambjentali li jkunu diġà ġew implimentati.

Emenda    28

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-Istati Membri li għażlu li jinkludu l-art mistagħdra ġestita fil-kamp ta' applikazzjoni tal-impenn tagħhom skont l-Artikolu 2 għandhom jagħtu rendikont l-emissjonijiet u l-assorbimenti li jirriżultaw mill-art mistagħdra ġestita, ikkalkulata bħala l-emissjonijiet u l-assorbimenti tul il-perjodi ta' bejn l-2021 u l-2025 u bejn l-2026 sal-2030 u jitnaqqas il-valur miksub permezz tal-multiplikazzjoni b'ħamsa tal-emissjonijiet u l-assorbimenti medji annwali li jirriżultaw mill-art mistagħdra ġestita fil-perjodu bażi tiegħu 2005-2007.

4.  L-Istati Membri li għażlu li jinkludu l-art mistagħdra ġestita fil-kamp ta' applikazzjoni tal-impenn tagħhom skont l-Artikolu 2 għandhom jagħtu rendikont tal-emissjonijiet u l-assorbimenti li jirriżultaw mill-art mistagħdra ġestita, ikkalkulata bħala l-emissjonijiet u l-assorbimenti tul il-perjodi ta' bejn l-2021 u l-2025 u/jew bejn l-2026 u l-2030 u jitnaqqas il-valur miksub permezz tal-multiplikazzjoni b'ħamsa tal-emissjonijiet u l-assorbimenti medji annwali tal-Istat Membru li jirriżultaw mill-art mistagħdra ġestita fil-perjodu bażi tiegħu jew is-sena bażi tiegħu determinata skont l-UNFCCC. L-għażla ta' referenza tal-kontabbiltà għandha tiġi kkomunikata lill-Kummissjoni Ewropea sal-31 ta' Diċembru 2018.

Emenda    29

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri għandhom jagħtu rendikont tal-emissjonijiet u l-assorbimenti li jirriżultaw mill-foresti ġestiti, kkalkulat bħala l-emissjonijiet u l-assorbimenti tul il-perjodi ta' bejn l-2021 u l-2025 u bejn l-2026 u l-2030 u jitnaqqas il-valur miksub permezz tal-multiplikazzjoni b'ħamsa tal-livell ta' referenza għall-foresti. Livell ta' referenza għall-foresti huwa stima tal-emissjonijiet jew l-assorbimenti netti annwali medji li jirriżultaw mill-foresti ġestiti fi ħdan it-territorju tal-Istat Membru tul il-perjodi ta' bejn l-2021 u l-2025 u bejn l-2026 u l-2030.

1.  L-Istati Membri għandhom jagħtu rendikont tal-emissjonijiet u l-assorbimenti li jirriżultaw mill-foresti ġestiti, kkalkulat bħala l-emissjonijiet u l-assorbimenti tul il-perjodi ta' bejn l-2021 u l-2025 u bejn l-2026 u l-2030 u jitnaqqas il-valur miksub permezz tal-multiplikazzjoni b'ħamsa tal-livell ta' referenza għall-foresti.

Ġustifikazzjoni

Id-definizzjoni ta' livell ta' referenza għall-foresti mogħtija fl-Artikolu 8(1) jenħtieġ li titniżżel fl-Artikolu 3 mad-definizzjonijiet l-oħra.

Emenda    30

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Meta r-riżultat tal-kalkolu msemmi fil-paragrafu 1 jiġi negattiv fir-rigward tal-livell ta' referenza għall-foresti, Stat Membru għandu jinkludi l-assorbimenti netti totali fil-kontijiet tal-foresta ġestita ta' mhux aktar minn ekwivalenti ta' 3,5 % tal-emissjonijiet tal-Istat Membru fis-sena jew perjodu bażi tiegħu kif speċifikat fl-Anness III, multiplikat b'ħamsa.

imħassar

Emenda    31

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 3 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jiddereminaw il-livell ta' referenza għall-foresti l-ġdid abbażi tal-kriterji stabbiliti fit-Taqsima A tal-Anness IV. Huma għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni pjan tal-kontabbiltà forestali nazzjonali inkluż livell ġdidta' referenza għall-foresti, sal-31 ta' Diċembru 2018 għall-perjodu ta' bejn l-2021 u l-2025 u sat-30 ta' Ġunju 2023 għall-perjodu ta' bejn l-2026 u l-2030.

L-Istati Membri għandhom jiddereminaw il-livell ta' referenza għall-foresti l-ġdid abbażi tal-kriterji stabbiliti fit-Taqsima A tal-Anness IV. Huma għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni rapport tal-kontabbiltà forestali nazzjonali inkluż livell ġdid ta' referenza għall-foresti, sal-31 ta' Diċembru 2018 għall-perjodu ta' bejn l-2021 u l-2025 u sat-30 ta' Ġunju 2023 għall-perjodu ta' bejn l-2026 u l-2030.

Emenda    32

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-pjan tal-kontabbiltà forestali nazzjonali għandu jkun fih l-elementi kollha elenkati fit-Taqsima B tal-Anness IV u jinkludi livell ta' referenza għall-foresti ġdid propost ibbażat fuq il-kontinwazzjoni tal-prattika u l-intensità tal-ġestjoni forestali attwali, kif dokumentat bejn l-1990 u l-2009 għal kull tip ta' foresta u għal kull klassi ta' età fil-foresti nazzjonali, espressi f'ekwivalenti ta' tunnellati ta' CO2 fis-sena.

Ir-rapport tal-kontabbiltà forestali nazzjonali għandu jkun fih l-elementi kollha elenkati fit-Taqsima B tal-Anness IV u jinkludi livell ta' referenza għall-foresti ġdid propost ibbażat fuq il-kontinwazzjoni tal-prattika attiva u sostenibbli tal-ġestjoni forestali skont l-aħjar dejta disponibbli u l-programmi u l-politiki forestali nazzjonali adottati, espressi f'ekwivalenti ta' tunnellati ta' CO2 fis-sena u, fuq il-politiki u l-miżuri attwali tal-Istat Membru dwar il-ġestjoni sostenibbli tal-foresti. Din għandha tkun ibbażata wkoll fuq il-prinċipji tal-ġestjoni sostenibbli tal-foresti u l-istrateġiji nazzjonali ppubblikati mill-Istati Membri f'dan il-qasam sad-data tas-sottomissjoni tal-livell ta' referenza għall-foresti u fuq analiżi fit-tul imwettaq bil-ħsieb li jintlaħaq l-objettiv stabbilit fl-Artikolu 4.1 tal-Ftehim ta' Pariġi, jiġifieri li jinkiseb bilanċ bejn l-emissjonijiet antropoġeniċi minn sorsi u l-assorbiment minn bjar tal-gassijiet serra fit-tieni nofs ta' dan is-seklu.

Emenda    33

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 3 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-pjan tal-kontabbiltà forestali nazzjonali għandu jsir pubbliku u għandu jkun soġġett għal konsultazzjoni pubblika.

Ir-rapport tal-kontabbiltà forestali nazzjonali għandu jsir pubbliku u għandu jkun soġġett għal konsultazzjoni pubblika.

Emenda    34

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-Istati Membri għandhom juru konsistenza bejn il-metodi u d-dejta użata biex jistabbilixxu l-livell ta' referenza għall-foresti fil-pjan tal-kontabbiltà forestali nazzjonali u dawk użati fir-rapportar għall-foresti ġestiti. L-aktar tard li Stat Membru għandu jippreżenta lill-Kummissjoni korrezzjoni teknika tal-livell referenzjarju tiegħu, jekk ikollu bżonn li jiżgura l-konsistenza ,huwa fl-aħħar tal-perjodu ta' bejn l-2021 u l-2025 jew bejn l-2026 u l-2030.

4.  L-Istati Membri għandhom juru konsistenza bejn il-metodi u d-dejta użata biex jistabbilixxu l-livell ta' referenza għall-foresti fir-rapport tal-kontabbiltà forestali nazzjonali u dawk użati fir-rapportar għall-foresti ġestiti. L-aktar tard li Stat Membru għandu jippreżenta lill-Kummissjoni korrezzjoni teknika tal-livell referenzjarju tiegħu, jekk ikollu bżonn li jiżgura l-konsistenza ,huwa fl-aħħar tal-perjodu ta' bejn l-2021 u l-2025 jew bejn l-2026 u l-2030.

Emenda    35

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-pjanijiet tal-kontabbiltà forestali nazzjonali u l-korrezzjonijiet tekniċi u tivvaluta l-punt sa fejn il-livelli ta' referenza għall-foresti ġodda proposti jew ikkoreġuti ġew determinati skont il-prinċipji u r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu (3) u (4) kif ukoll fl-Artikolu 5(1). Il-punt sa fejn dan huwa meħtieġ sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-prinċipji u r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu (3) u (4) kif ukoll fl-Artikolu 5(1), il-Kummissjoni tista' tikkalkula mill-ġdid il-llivelli ta' referenza għall-foresti ġodda proposti jew ikkoreġuti.

5.  Kif speċifikat fl-Anness IV, il-Kummissjoni għandha tiffaċilita l-valutazzjoni teknika tar-rapport tal-kontabbiltà forestali nazzjonali mressaq minn Stat Membru u ta' kwalunkwe korrezzjoni jew aġġustament tekniċi, bil-ħsieb li tivvaluta l-punt sa fejn il-livelli ta' referenza għall-foresti ġodda proposti jew ikkoreġuti jkunu ġew determinati skont il-prinċipji u r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi (3) u (4) kif ukoll fl-Artikolu 5(1). Il-Kummissjoni għandha tipprovdi rakkomandazzjonijiet tekniċi lill-Istati Membri u tikkompila rapport ta' sinteżi.

Emenda    36

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 14 biex temenda l-Anness II fid-dawl tar-reviżjoni mwettqa skont il-paragrafu (5) biex taġġorna l-livelli ta' referenza għall-foresti tal-Istati Membri bbażati fuq il-pjanijiet tal-kontabbiltà forestali nazzjonali jew il-korrezzjonijiet tekniċi ppreżentati, u kwalunkwe kalkolu mill-ġdid li jkun sar fil-kuntest tar-reviżjoni. Sad-dħul fis-seħħ tal-atti delegati, il-livelli ta' referenza għall-foresti ta' Stat Membru kif speċifikati fl-Anness II għandhom ikomplu japplikaw għall-perjodu ta' bejn l-2021 u l-2025 u/jew bejn l-2026 u l-2030.

6.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 14 biex temenda l-Anness II fid-dawl tal-valutazzjoni teknika mwettqa skont il-paragrafu (5) biex taġġorna l-livelli ta' referenza għall-foresti tal-Istati Membri bbażati fuq ir-rapporti tal-kontabbiltà forestali nazzjonali jew il-korrezzjonijiet tekniċi ppreżentati, u kwalunkwe kalkolu mill-ġdid magħmul mill-Istat Membru fil-kuntest tal-valutazzjoni teknika. Jekk jagħti l-każ li Stat Membru ma jkunx aġġorna l-livell ta' referenza għall-foresti tiegħu, il-valur kif speċifikat fl-Anness II għandu jkompli japplika għall-perjodu ta' bejn l-2021 u l-2025 u/jew bejn l-2026 u l-2030.

Emenda    37

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fil-kontijiet skont l-Artikolu 6(1) u 8(1) relatati mal-prodotti tal-injam maħsud, l-Istati Membri għandhom jirriflettu l-emissjonijiet u l-assorbimenti li jirriżultaw mill-bidliet fir-raggruppament ta' prodotti tal-injam maħsud li jaqgħu fil-kategoriji li ġejjin bl-użu tal-funzjoni ta' diżintegrazzjoni tal-ewwel grad, il-metodoloġiji u skont il-valuri prestabbiliti ta' nofs il-ħajja speċifikati fl-Anness V:

L-Istati Membri għandhom jirriflettu l-emissjonijiet u l-assorbimenti li jirriżultaw mill-bidliet fir-raggruppament ta' prodotti tal-injam maħsud li jaqgħu fil-kategoriji li ġejjin bl-użu tal-funzjoni ta' diżintegrazzjoni tal-ewwel grad, il-metodoloġiji u skont il-valuri prestabbiliti ta' nofs il-ħajja speċifikati fl-Anness V:

Emenda    38

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Istati Membri għandhom jagħtu rendikont tal-emissjonijiet u l-assorbimenti li jirriżultaw mill-bidliet fir-raggruppament ta' prodotti tal-injam maħsud, bħala t-total tal-emissjonijiet u tal-assorbimenti għal kull sena tul il-perjodi ta' bejn l-2021 u l-2025 u bejn l-2026 u l-2030.

Ġustifikazzjoni

Il-prodotti tal-injam maħsud huma ġenwinament riżultat ta' attività kkawżata mill-bniedem/antropoġenika, u għalhekk il-prodotti tal-injam maħsud jiġi kontabilizzat b'mod simili bħala art imsaġġra. Dan ifisser li l-bidliet reali fil-ħażniet tal-karbonju assoċjati mal-prodotti tal-injam maħsud jiġu inklużi fil-kontabbiltà.

Emenda    39

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-Kummissjoni għandha, sal-31 ta' Diċembru 2019, tadotta att delegat skont l-Artikolu 14 sabiex taġġorna l-kategoriji fir-raggruppament tal-prodotti tal-injam maħsud bi prodotti addizzjonali bħalma huma l-prodotti b'bażi bijoloġika sostenibbli u innovattivi li jkollhom effett pożittiv ta' sostituzzjoni kif ukoll il-valuri prestabbiliti ta' nofs il-ħajja speċifikati fl-Anness V.

Ġustifikazzjoni

Sabiex jiġi rikonoxxut aħjar il-ħżin tal-karbonju tal-prodotti b'bażi bijoloġika sostenibbli u innovattivi tal-futur fil-kontabbiltà tal-LULUCF, jenħtieġ li l-Kummissjoni tissuġġerixxi kategoriji addizzjonali għar-raggruppament tal-Prodotti tal-Injam Maħsud.

Emenda    40

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati b'konformità mal-Artikolu 14 biex tirrevedi l-metodoloġija u r-rekwiżiti ta' informazzjoni fl-Anness VI sabiex jiġu riflessi l-bidliet fil-Linji Gwida tal-IPCC.

4.  Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati b'konformità mal-Artikolu 14 biex tirrevedi l-metodoloġija u r-rekwiżiti ta' informazzjoni fl-Anness VI sabiex jiġu riflessi l-bidliet fil-Linji Gwida tal-IPCC, kif adottati mill-korpi tal-UNFCCC jew tal-Ftehim ta' Pariġi.

Emenda    41

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Meta l-emissjonijiet totali jaqbżu l-assorbimenti fi Stat Membru u dak l-Istat Membru ikun ħassar l-allokazzjonijiet tal-emissjonijiet annwali skont ir-Regolament [ ] dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra annwali vinkolanti mill-2021 u l-2030 din il-kwantità se jittieħed kont tagħha għall-konformità tal-Istat Membru mal-impenn tiegħu skont l-Artikolu 4.

1.  Meta l-emissjonijiet totali jaqbżu l-assorbimenti fi Stat Membru u dak l-Istat Membru jkun għażel li jħassar l-allokazzjonijiet tal-emissjonijiet annwali skont ir-Regolament Nru (UE) .../... dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra annwali vinkolanti mill-2021 sal-2030, bħala waħda mill-għażliet ta' flessibbiltà, din il-kwantità għandu jittieħed kont tagħha għall-konformità tal-Istat Membru mal-impenn tiegħu skont l-Artikolu 4.

Emenda    42

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Is-setgħa li jkunu adottati atti delegati msemmija fl-Artikoli 3, 5, 8 sa 10 u 13 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [id-data tad-dħul fis-seħħ].

2.  Is-setgħa li jkunu adottati atti delegati msemmija fl-Artikoli 3, 5, 8, 9, 10 u 13 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien indeterminat minn [id-data tad-dħul fis-seħħ].

Ġustifikazzjoni

Tallinja l-artikolu mal-emenda dwar l-Artikolu 9.

Emenda    43

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sat-28 ta' Frar 2024 u sussegwentement kull ħames snin dwar l-operazzjoni ta' dan ir-Regolament, il-kontribut tagħha għall-mira għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra għall-2030 globali tal-UE u l-kontribut tagħha għall-objettivi tal-Ftehim ta' Pariġi, u tista' tagħmel proposti jekk xieraq.

Fid-dawl tad-Djalogu ta' Faċilitazzjoni tal-2018, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sat-28 ta' Frar 2019 dwar l-adegwatezza tal-livell ta' ambizzjoni ta' dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sat-28 ta' Frar 2024 u sussegwentement kull tliet snin dwar l-operazzjoni ta' dan ir-Regolament, il-kontribut tagħha għall-mira globali tal-UE għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra għall-2030 u l-kontribut tagħha għall-objettivi tal-Ftehim ta' Pariġi, bil-ħsieb li żżomm dan ir-Regolament allinjat mad-deċiżjonijiet rilevanti adottati mill-korpi tal-UNFCCC jew tal-Ftehim ta' Pariġi, u għandha tagħmel proposti.

Emenda    44

Proposta għal regolament

Anness I – punt B – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)  għall-art afforestata u għall-art afforestata ġestita il-prodotti tal-injam maħsud.

(f)  il-prodotti tal-injam maħsud kemm minn art afforestata u kemm minn art afforestata ġestita.

Ġustifikazzjoni

Qed jiġi propost li l-prodotti tal-injam maħsub jiġu inklużi bħala kategorija separata, sabiex il-prodotti tal-injam maħsud jiġu esklużi mil-livell ta' referenza għall-foresti u, għaldaqstant bidla meħtieġa fit-test kif meħtieġ.

Emenda    45

Proposta għal regolament

Anness II – tabella 2 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-livelli ta' referenza għall-foresti ta' Stat Membru, inkluż il-prodotti tal-injam maħsud

Il-livelli ta' referenza għall-foresti ta' Stat Membru

Emenda    46

Proposta għal regolament

Anness IV – parti A – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  Il-livelli ta' referenza għandhom jiżguraw sistema robusta u kredibbli tal-kontabbiltà, biex jiggarantixxu li l-emissjonijiet u l-assorbimenti li jirriżultaw mill-użu tal-bijomassa ssirilhom il-kontabbiltà kif suppost;

(c)  Il-livelli ta' referenza għandhom jiżguraw sistema robusta u kredibbli tal-kontabbiltà, biex jiggarantixxu li l-emissjonijiet u l-assorbimenti ġejjin mill-użu tal-art forestali ġestita ssirilhom il-kontabbiltà kif suppost u li l-emissjonijiet jiġu bbilanċjati lejn l-assorbimenti;

Emenda    47

Proposta għal regolament

Anness IV – parti A – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  Il-livelli ta' referenza għandhom jinkludu r-raggruppament tal-karbonju tal-prodotti tal-injam maħsud filwaqt li jipprovdu tqabbil bejn l-ossidazzjoni istantanja assunta u l-applikazzjoni tal-funzjoni ta' diżintegrazzjoni tal-ewwel grad u l-valuri ta' nofs il-ħajja;

imħassar

Emenda    48

Proposta għal regolament

Anness IV – parti A – paragrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  Il-livelli ta' referenza għandhom iqisu l-objettiv li jsir kontribut għall-konservazzjoni tal-bijodiversità u l-użu sostenibbli tar-riżorsi naturali, kif stabbilit fl-Istrateġija tal-UE għall-Foresti, il-politiki dwar il-foresti nazzjonali tal-Istati Membri, u l-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità;

(e)  Il-livelli ta' referenza għandhom iqisu l-objettiv li jsir kontribut għall-konservazzjoni tal-bijodiversità u l-użu sostenibbli tar-riżorsi naturali għall-produzzjoni kemm tal-enerġija kif ukoll għal skopijiet oħra ta' sostituzzjoni ta' materjali fuq bażi fossili, kif stabbilit fl-Istrateġija tal-Unjoni għall-Foresti, il-programmi u l-politiki forestali nazzjonali tal-Istati Membri, u l-Istrateġiji tal-Unjoni għall-Bijoekonomija u l-Bijodiversità; Stat Membru li jkun reċentement daħħal, jew li jixtieq idaħħal, politika ġdida għall-ġestjoni u l-isfruttament tal-foresti li tirriżulta f'żieda fil-ħsad tal-injam ma għandux jiġi penalizzat b'debiti skont dan ir-Regolament, bil-kundizzjoni li dik il-politika tkun proattiva u sostenibbli u ma tkunx twassal għal tnaqqis fil-kapaċità ta' assorbiment fit-tul tal-foresti tal-Istat Membru.

Emenda    49

Proposta għal regolament

Anness IV – parti A – paragrafu 1 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g)  Il-livelli ta' referenza għandhom ikunu konsistenti mal-inventarji tal-gassijiet serra u mad-dejta storika rilevanti u għandhom ikunu bbażati fuq informazzjoni trasparenti, kompluta, konsistenti, komparabbli u preċiża. B'mod partikulari, il-mudell użat biex jitfassal il-livell ta' referenza għandu jkun kapaċi jirripproduċi dejta storika mill-inventarju nazzjonali tal-gassijiet serra.

(g)  Il-livelli ta' referenza għandhom ikunu konsistenti mal-inventarji tal-gassijiet serra u mad-dejta storika rilevanti u għandhom ikunu bbażati fuq informazzjoni trasparenti, kompluta, konsistenti, komparabbli u preċiża. L-inventarji tal-gassijiet serra għandhom ikunu allinjati mad-deċiżjonijiet rilevanti adottati mill-korpi tal-UNFCCC jew tal-Ftehim ta' Pariġi. B'mod partikulari, il-mudell użat biex jitfassal il-livell ta' referenza għandu jkun kapaċi jirripproduċi dejta storika mill-inventarju nazzjonali tal-gassijiet serra.

Emenda    50

Proposta għal regolament

Anness IV – parti B – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

B.  Elementi tal-pjan nazzjonali tal-kontabbiltà għall-forestrija

B.  Elementi tar-rapport nazzjonali tal-kontabbiltà għall-forestrija

Emenda    51

Proposta għal regolament

Anness IV – Parti B – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-pjan nazzjonali tal-kontabbiltà għall-forestrija mressaq skont l-Artikolu 8 ta' dan ir-Regolament għandu jkun fih l-elementi li ġejjin:

Ir-rapport nazzjonali tal-kontabbiltà għall-forestrija mressaq skont l-Artikolu 8 ta' dan ir-Regolament għandu jkun fih l-elementi li ġejjin:

Emenda    52

Proposta għal regolament

Anness IV – parti B – paragrafu 1 – punt f – punt 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  L-emissjonijiet u l-assorbimenti mill-foresti u mill-prodotti tal-injam maħsud kif jidher fl-inventarji tal-gassijiet serra u fid-dejta storika rilevanti,

(2)  L-emissjonijiet u l-assorbimenti mill-foresti kif jidher fl-inventarji tal-gassijiet serra u fid-dejta storika rilevanti,

Emenda    53

Proposta għal regolament

Anness IV – parti B – paragrafu 1 – punt f – punt 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Karatteristiċi tal-foresti, inkluża struttura tal-klassi tal-età, żidiet, it-tul ta' rotazzjoni u informazzjoni oħra dwar attivitajiet ta' ġestjoni tal-foresti taħt “xenarju ta' żamma tal-istatus quo”;

(3)  Karatteristiċi tal-foresti, inkluża struttura tal-klassi tal-età, żidiet, it-tul ta' rotazzjoni u informazzjoni rilevanti oħra dwar attivitajiet ta' ġestjoni tal-foresti

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-inklużjoni tal-emissjonijiet u l-assorbimenti ta' gassijiet serra minn użu tal-art, tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija fil-qafas ta' politika għall-klima u l-enerġija għall-2030 u li jemenda r-Regolament Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar mekkaniżmu għall-monitoraġġ u r-rapportar ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra u għar-rapportar ta' informazzjoni oħra relatata mat-tibdil fil-klima

Referenzi

COM(2016)0479 – C8-0330/2016 – 2016/0230(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

12.9.2016

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AGRI

12.9.2016

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Elisabeth Köstinger

30.8.2016

Eżami fil-kumitat

5.12.2016

 

 

 

Data tal-adozzjoni

30.5.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

20

13

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

John Stuart Agnew, Clara Eugenia Aguilera García, Eric Andrieu, Daniel Buda, Matt Carthy, Viorica Dăncilă, Michel Dantin, Paolo De Castro, Albert Deß, Herbert Dorfmann, Norbert Erdős, Edouard Ferrand, Luke Ming Flanagan, Beata Gosiewska, Martin Häusling, Esther Herranz García, Jan Huitema, Peter Jahr, Ivan Jakovčić, Jarosław Kalinowski, Elisabeth Köstinger, Zbigniew Kuźmiuk, Philippe Loiseau, Ulrike Müller, Maria Noichl, Marijana Petir, Bronis Ropė, Maria Lidia Senra Rodríguez, Ricardo Serrão Santos, Tibor Szanyi, Marc Tarabella, Marco Zullo

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Bas Belder, Franc Bogovič, Hannu Takkula

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Christofer Fjellner

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

20

+

PPE

Franc Bogovič, Daniel Buda, Michel Dantin, Albert Deß, Herbert Dorfmann, Norbert Erdős, Christofer Fjellner, Esther Herranz García, Peter Jahr, Jarosław Kalinowski, Elisabeth Köstinger, Marijana Petir

ECR

Bas Belder, Beata Gosiewska, Zbigniew Kuźmiuk

ALDE

Jan Huitema, Ulrike Müller, Hannu Takkula

ENF

Edouard Ferrand, Philippe Loiseau

13

-

S&D

Eric Andrieu, Viorica Dăncilă, Maria Noichl, Ricardo Serrão Santos, Tibor Szanyi, Marc Tarabella

ALDE

Ivan Jakovčić

GUE/NGL

Luke Ming Flanagan, Maria Lidia Senra Rodríguez

Verts/ALE

Martin Häusling, Bronis Ropė

EFDD

John Stuart Agnew, Marco Zullo

3

0

S&D

Clara Eugenia Aguilera García, Paolo De Castro

GUE/NGL

Matt Carthy

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

  • [1]  Rapport dwar "Strateġija ġdida tal-UE għall-Foresti: għall-foresti u s-settur ibbażat fuq il-foresti" (2014/2223(INI)), 7 ta' April 2015

PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

L-inklużjoni tal-emissjonijiet u l-assorbimenti ta’ gassijiet serra minn użu tal-art, tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija fil-qafas ta’ politika għall-klima u l-enerġija għall-2030 u li jemenda tar-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar mekkaniżmu għall-monitoraġġ u r-rapportar ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra u għar-rapportar ta’ informazzjoni oħra relatata mat-tibdil fil-klima

Referenzi

COM(2016)0479 – C8-0330/2016 – 2016/0230(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

20.7.2016

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

12.9.2016

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

DEVE

12.9.2016

ITRE

12.9.2016

TRAN

12.9.2016

AGRI

12.9.2016

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

TRAN

1.9.2016

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Norbert Lins

28.9.2016

 

 

 

Eżami fil-kumitat

20.3.2017

25.4.2017

 

 

Data tal-adozzjoni

11.7.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

53

9

6

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Margrete Auken, Pilar Ayuso, Zoltán Balczó, Catherine Bearder, Ivo Belet, Biljana Borzan, Lynn Boylan, Paul Brannen, Nessa Childers, Alberto Cirio, Birgit Collin-Langen, Mireille D’Ornano, Miriam Dalli, Seb Dance, Angélique Delahaye, Stefan Eck, Bas Eickhout, José Inácio Faria, Karl-Heinz Florenz, Francesc Gambús, Elisabetta Gardini, Gerben-Jan Gerbrandy, Arne Gericke, Jens Gieseke, Julie Girling, Françoise Grossetête, Andrzej Grzyb, Jytte Guteland, Anneli Jäätteenmäki, Jean-François Jalkh, Benedek Jávor, Kateřina Konečná, Urszula Krupa, Giovanni La Via, Jo Leinen, Peter Liese, Norbert Lins, Rupert Matthews, Valentinas Mazuronis, Susanne Melior, Miroslav Mikolášik, Gilles Pargneaux, Piernicola Pedicini, Bolesław G. Piecha, Pavel Poc, Julia Reid, Frédérique Ries, Michèle Rivasi, Daciana Octavia Sârbu, Annie Schreijer-Pierik, Davor Škrlec, Renate Sommer, Claudiu Ciprian Tănăsescu, Ivica Tolić, Estefanía Torres Martínez, Adina-Ioana Vălean, Jadwiga Wiśniewska, Damiano Zoffoli

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Luke Ming Flanagan, Elena Gentile, Krzysztof Hetman, Ulrike Müller, James Nicholson, Christel Schaldemose, Bart Staes, Tiemo Wölken

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Siôn Simon, Derek Vaughan

Data tat-tressiq

17.7.2017

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

53

+

ALDE

Catherine Bearder, Gerben-Jan Gerbrandy, Valentinas Mazuronis, Frédérique Ries

ECR

Arne Gericke, Julie Girling, Rupert Matthews, James Nicholson

EFDD

Piernicola Pedicini

GUE/NGL

Lynn Boylan, Stefan Eck, Luke Ming Flanagan, Kateřina Konečná, Estefanía Torres Martínez

NI:

Zoltán Balczó

PPE

Pilar Ayuso, Ivo Belet, Alberto Cirio, Birgit Collin-Langen, José Inácio Faria, Francesc Gambús, Jens Gieseke, Krzysztof Hetman, Peter Liese, Norbert Lins, Miroslav Mikolášik, Annie Schreijer-Pierik, Renate Sommer, Ivica Tolić, Adina-Ioana Vălean

S&D

Biljana Borzan, Paul Brannen, Nessa Childers, Miriam Dalli, Seb Dance, Elena Gentile, Jo Leinen, Susanne Melior, Gilles Pargneaux, Pavel Poc, Christel Schaldemose, Peter Simon, Daciana Octavia Sârbu, Claudiu Ciprian Tănăsescu, Derek Vaughan,Tiemo Wölken, Damiano Zoffoli

VERTS/ALE

Margrete Auken, Bas Eickhout, Benedek Jávor, Michèle Rivasi, Davor Škrlec, Bart Staes

9

-

ALDE

Anneli Jäätteenmäki, Ulrike Müller

EFDD

Julia Reid

ENF

Mireille D'Ornano, Jean-François Jalkh

PPE

Angélique Delahaye, Elisabetta Gardini, Françoise Grossetête, Giovanni La Via

6

0

ECR

Urszula Krupa, Bolesław G. Piecha, Jadwiga Wiśniewska

PPE

Karl-Heinz Florenz, Andrzej Grzyb

S&D

Jytte Guteland

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni