Proċedura : 2016/0238(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0263/2017

Testi mressqa :

A8-0263/2017

Dibattiti :

PV 13/09/2017 - 20
CRE 13/09/2017 - 20
PV 28/05/2018 - 23
CRE 28/05/2018 - 23

Votazzjonijiet :

PV 14/09/2017 - 8.11
CRE 14/09/2017 - 8.11
PV 29/05/2018 - 7.9
CRE 29/05/2018 - 7.9
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2017)0357
P8_TA(2018)0212

RAPPORT     ***I
PDF 1043kWORD 129k
18.7.2017
PE 594.033v01-00 A8-0263/2017

dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' pjan pluriennali għall-istokkijiet demersali fil-Baħar tat-Tramuntana u s-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 676/2007 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1342/2008

(COM(2016)0493 – C8‑0336/2016 – 2016/0238(COD))

Kumitat għas-Sajd

Rapporteur: Ulrike Rodust

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET
 FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta’ pjan pluriennali għall-istokkijiet demersali fil-Baħar tat-Tramuntana u s-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 676/2007 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1342/2008

(COM(2016)0493 – C8‑0336/2016 – 2016/0238(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2016)0493),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 294(2) u 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8‑0336/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra n-notifika uffiċjali tad-29 ta' Marzu 2017 mill-Gvern tar-Renju Unit, skont l-Artikolu 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar l-intenzjoni tiegħu li jirtira mill-Unjoni Ewropea;

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-14 ta’ Diċembru 2016(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd (A8-0263/2017),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b’mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b’mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda     1

Proposta għal regolament

Titolu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Proposta għal

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar l-istabbiliment ta’ pjan pluriennali għall-istokkijiet demersali fil-Baħar tat-Tramuntana u s-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 676/2007 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1342/2008

dwar l-istabbiliment ta’ pjan pluriennali għal ċerti stokkijiet demersali fil-Baħar tat-Tramuntana u s-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 676/2007 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1342/2008

Emenda     2

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  L-għanijiet tal-PKS huma, fost affarijiet oħrajn, li jkun żgurat li s-sajd u l-akkwakultura jkunu ambjentalment sostenibbli fit-tul, li jiġi applikat l-approċċ prekawzjonarju għall-ġestjoni tas-sajd, u li jiġi implimentat approċċ ibbażat fuq l-ekosistema għall-ġestjoni tas-sajd.

(4)  L-għanijiet tal-PKS huma, fost affarijiet oħrajn, li jkun żgurat li s-sajd u l-akkwakultura jkunu ambjentalment sostenibbli fit-tul, li jiġi applikat l-approċċ prekawzjonarju għall-ġestjoni tas-sajd biex jiġi żgurat li l-istokkijiet tal-ispeċijiet maqbuda jerġgħu jiġu rkuprati u jinżammu f’livelli ’l fuq minn dawk li jistgħu jipproduċu rendiment massimu sostenibbli, u li jiġi implimentat approċċ ibbażat fuq l-ekosistema għall-ġestjoni tas-sajd.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 4a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a)  Fir-rigward tal-isfruttament tar-riżorsi bijoloġiċi ħajjin tal-baħar, ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 jistipula bħala għan espliċitu l-irkupru u ż-żamma tal-popolazzjonijiet tal-ispeċijiet maqbuda ’l fuq minn livelli li jistgħu jipproduċu r-rendiment massimu sostenibbli. Għalhekk, f’konformità mal-Artikolu 2(2) tiegħu, ir-rata ta’ sfruttament korrispondenti għandha tintlaħaq sal-2015 fejn possibbli u, fuq bażi progressiva u inkrementali, għall-istokkijiet kollha sa mhux aktar tard mill-2020, u jenħtieġ li tinżamm minn hawn ’il quddiem.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Sabiex jinkisbu l-għanijiet tal-PKS, iridu jiġu adottati għadd ta’ miżuri ta’ konservazzjoni skont kif ikun xieraq fi kwalunkwe kombinazzjoni, bħal pjanijiet pluriennali, miżuri tekniċi, l-iffissar u l-allokazzjoni ta’ opportunitajiet tas-sajd.

(5)  Sabiex jinkisbu l-għanijiet tal-PKS, iridu jiġu adottati għadd ta’ miżuri ta’ konservazzjoni skont kif ikun xieraq fi kwalunkwe kombinazzjoni, bħal pjanijiet pluriennali, miżuri tekniċi, l-iffissar u l-allokazzjoni ta’ opportunitajiet tas-sajd f’konformità sħiħa mal-aqwa parir xjentifiku disponibbli.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  Skont l-Artikoli 9 u 10 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, il-pjanijiet pluriennali għandhom ikunu ibbażati fuq pariri xjentifiċi, tekniċi u ekonomiċi u jkunu jinkludu objettivi, miri kwantifikabbli bi skadenzi ċari, punti ta’ referenza ta’ konservazzjoni u miżuri ta’ salvagwardja.

(6)  Skont l-Artikoli 9 u 10 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, il-pjanijiet pluriennali għandhom ikunu bbażati fuq pariri xjentifiċi, tekniċi u ekonomiċi u jkunu jinkludu objettivi, miri kwantifikabbli bi skadenzi ċari, punti ta’ referenza ta’ konservazzjoni, objettivi u miżuri ta’ salvagwardja, għanijiet għall-konservazzjoni tal-istokkijiet u miżuri tekniċi li għandhom jittieħdu biex jinksibu l-miri għall-evitar u t-tnaqqis massimu possibbli tal-qabdiet mhux mixtieqa, kif stabbilit fl-Artikolu 15 tiegħu.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 6a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a)  Barra minn hekk, il-Kummissjoni tista’ tingħata s-setgħa li tistabbilixxi, fi pjan pluriennali, żoni ta’ rkupru ta’ stokkijiet skont l-Artikolu 8(3) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

Ġustifikazzjoni

Ir-referenza għall-Artikolu 8(3) tar-Regolament Bażiku PKS, li jippermetti lill-Kummissjoni tingħata s-setgħa li, fi pjan pluriennali, tistabbilixxi żoni protetti bijoloġikament sensittivi fi ħdan il-qafas tas-setgħat delegati, tħalliet barra mill-proposta tal-Kummissjoni.

Emenda     7

Proposta għal regolament

Premessa 9a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9a)  Xi stokkijiet ta’ interess komuni jiġu sfruttati wkoll minn pajjiżi terzi, ħaġa li tagħmilha importanti ħafna li l-Unjoni tikkonsulta lil dawk il-pajjiżi terzi sabiex ikun żgurat li l-istokkijiet ikkonċernati jkunu ġestiti b’mod sostenibbli. Fin-nuqqas ta’ ftehim formali, l-Unjoni jenħtieġ li tagħmel kull ma tista’ biex taqbel dwar arranġamenti komuni għas-sajd ta’ dawk l-istokkijiet sabiex tiġi ffaċilitata l-ġestjoni sostenibbli, li b’konnessjoni magħha għandhom jiġu żgurati, infurzati u promossi kundizzjonijiet ugwali għall-operaturi tas-suq tal-Unjoni.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  Jenħtieġ li l-għan ta’ dan il-pjan ikun li jikkontribwixxi għall-ksib tal-objettivi tal-PKS, u speċjalment l-ilħuq u ż-żamma tal-MSY għall-istokkijiet inkwistjoni, il-kontribuzzjoni għall-implimentazzjoni tal-obbligu tal-ħatt l-art għall-istokkijiet demersali soġġett għal-limiti tal-qbid u l-kontribuzzjoni lejn l-implimentazzjoni ta’ approċċ ibbażat fuq l-ekosistema għall-ġestjoni tas-sajd.

(10)  Jenħtieġ li l-għan ta’ dan il-pjan ikun li jikkontribwixxi għall-ksib tal-objettivi tal-PKS, u speċjalment l-irkupru u ż-żamma tal-istokkijiet tal-ħut ’il fuq mil-livelli tal-bijomassa kapaċi jipproduċu r-rendiment massimu sostenibbli, il-kontribuzzjoni għall-implimentazzjoni tal-obbligu tal-ħatt l-art għall-istokkijiet demersali soġġett għal-limiti tal-qbid, kif ukoll l-implimentazzjoni u l-kisba ta’ aspetti soċjoekonomiċi tal-PKS u l-kontribuzzjoni lejn l-implimentazzjoni ta’ approċċ ibbażat fuq l-ekosistema għall-ġestjoni tas-sajd billi jiġu minimizzati l-impatti negattivi tas-sajd fuq l-ekosistema tal-baħar.

Emenda     9

Proposta għal regolament

Premessa 10a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10a)  Dan il-pjan jenħtieġ li jikkontribwixxi wkoll biex jinkiseb status ambjentali tajjeb, kif stabbilit fid-Direttiva 2008/56/KE, u biex jinkiseb status ta’ konservazzjoni favorevoli għal ħabitats u speċijiet kif rikjest mid-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a u d-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KE1b rispettivament.

 

_____________

 

1a Id-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (ĠU L 20, 26.1.2010, p. 7).

 

1b Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta' Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-ħabitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7).

Emenda     10

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  L-Artikolu 16(4) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 jitlob li l-opportunitajiet tas-sajd jiġu stabbiliti skont il-miri stabbiliti fil-pjanijiet pluriennali.

(11)  L-Artikolu 16(4) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 jitlob li l-opportunitajiet tas-sajd jiġu stabbiliti skont l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 u jkunu konformi mal-miri, l-iskedi ta’ żmien u l-marġini stabbiliti fil-pjanijiet pluriennali.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 11a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11a)  F’konformità mal-Artikolu 33(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, l-istokkijiet ġestiti b’mod konġunt ma' pajjiżi terzi għandhom jiġu ġestiti, kulfejn ikun possibbli, bi ftehimiet konġunti f’konformità mal-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 2(2) tiegħu. Barra minn hekk, l-għanijiet stabbiliti fl-Artikoli 1 u 2 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 kif ukoll id-definizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 4 tiegħu għandhom japplikaw għal tali ftehimiet.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  Għall-istokkijiet li għalihom l-objettivi relatati mal-MSY ma jkunux disponibbli, jeħtieġ li japplika l-approċċ prekawzjonarju.

(14)  Meta l-miri relatati mar-rendiment massimu sostenibbli ma jkunux disponibbli, il-pjan pluriennali jenħtieġ li jistabbilixxi miżuri abbażi tal-approċċ prekawzjonarju fir-rigward tal-ġestjoni tas-sajd, kif definit fil-punt 8 tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. Dawk il-miżuri jridu jiggarantixxu livell ta’ konservazzjoni tal-istokkijiet rilevanti li huwa mill-anqas komparabbli mar-rati ta’ sfruttament f’konformità mar-rendiment massimu sostenibbli, kif stipulat fl-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

Ġustifikazzjoni

Il-miżuri tal-pjan pluriennali skont l-approċċ prekawzjonarju jridu jiggarantixxu l-konservazzjoni tal-istokkijiet ikkonċernati f’livell għall-inqas komparabbli mal-miri għar-rendiment massimu sostenibbli, f’konformità mal-Artikolu 9(2) tar-Regolament Bażiku tal-PKS.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 14a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(14a)  Is-sajd rikreattiv jista’ jkollu impatt sinifikanti fuq ir-riżorsi tas-sajd. L-Istati Membri għandhom jiġbru dejta dwar is-sajd rikreattiv, f’konformità ma’ rekwiżiti legali dwar il-ġbir tad-dejta. Fejn tali sajd ikollu impatt negattiv sinifikanti fuq ir-riżorsi, il-pjan jenħtieġ li jipprevedi l-possibilità li wieħed jiddeċiedi fuq miżuri speċifiċi ta’ ġestjoni f’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità. Kwalunkwe miżura ta’ ġestjoni u miżura teknika dwar is-sajd rikreattiv fil-livell tal-Unjoni jenħtieġ li tkun proporzjonali għall-objettivi fil-mira.

Emenda     14

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)  Għall-unitajiet funzjonali tal-iskampu li għalihom ikunu disponibbli, huwa xieraq li jintużaw il-livelli limitu tal-abbundanza li ġejjin: abbundanza minima (Abundancebuffer) li tikkorrespondi għall-punt ta’ referenza Bbuffer iddefinit fil-Pjan ta’ Ġestjoni fit-Tul għan-Nephrops tal-Baħar tat-Tramuntana mill-Kunsill Konsultattiv għall-Baħar tat-Tramuntana42 u l-limitu tal-abbundanza (Abundancelimit) li jikkorrespondi għall-abbundanza MSY Btrigger (ekwivalenti għal Blim) kif iddefinit mill-ICES7.

(16)  Għall-unitajiet funzjonali tal-iskampu li għalihom ikunu disponibbli, huwa xieraq li tintuża abbundanza minima (abundancebuffer) rakkomandata mill-ICES u limitu ta’ abbundanza (abundancelimit) bħala livelli limitu ta’ abbundanza.

_________________

 

42 Pjan ta’ Ġestjoni fit-Tul għan-Nephrops tal-Baħar tat-Tramuntana

 

Ġustifikazzjoni

Mhuwiex xieraq li ssir referenza għal parir tal-Kunsill Konsultattiv f’test leġiżlattiv.

Emenda    15

Proposta għal regolament

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)  Jenħtieġ li jiġu previsti miżuri xierqa ta’ salvagwardja fil-każ li d-daqs tal-istokk jaqa’ taħt dawn il-livelli. Il-miżuri ta’ salvagwardja jeħtieġ li jinkludu t-tnaqqis tal-opportunitajiet tas-sajd u miżuri speċifiċi ta’ konservazzjoni meta l-parir xjentifiku jindika li huma meħtieġa miżuri rimedjali. Dawn il-miżuri jeħtieġli jiġu ssupplimentati bil-miżuri xierqa l-oħra kollha, bħall-miżuri tal-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 jew miżuri tal-Istati Membri f’konformità mal-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

(17)  Jenħtieġ li jiġu previsti miżuri xierqa ta’ salvagwardja fil-każ li d-daqs tal-istokk jaqa’ taħt dawn il-livelli. Il-miżuri ta’ salvagwardja jeħtieġ li jinkludu t-tnaqqis tal-opportunitajiet tas-sajd u miżuri speċifiċi ta’ konservazzjoni meta l-aqwa parir xjentifiku disponibbli jindika li huma meħtieġa miżuri rimedjali. Dawn il-miżuri jenħtieġ li jiġu ssupplimentati bil-miżuri xierqa l-oħra kollha, bħall-miżuri tal-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 jew miżuri tal-Istati Membri f’konformità mal-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19)  Huwa xieraq li tiġi stabbilita t-TAC għall-iskampu fiż-żoni IIa u IV tal-ICES bħala s-somma tal-limiti tal-qbid stabbilita għal kull unità funzjonali u tar-rettangoli statistiċi li jaqgħu barra mill-unitajiet funzjonali fi ħdan dik iż-żona tat-TAC. Madankollu, dan ma jipprekludix l-adozzjoni ta’ miżuri biex jiġu protetti unitajiet funzjonali speċifiċi.

(19)  Huwa xieraq li li jiġi definit TAC separat għall-iskampu għal kull unità funzjonali kulfejn ikun possibbli. Jistgħu jittieħdu miżuri separati biex jiġu protetti l-unitajiet funzjonali rispettivi.

Ġustifikazzjoni

Jekk tiġi stabbilita TAC komuni għal unitajiet funzjonali separati, ma tingħata ebda garanzija li l-iskampu mhuwiex se jinqabad b’mod eċċessiv f’waħda mill-unitajiet funzjonali. Għalkemm l-ICES ilu xi snin jirrakkomanda TACs separati għal unitajiet funzjonali individwali, f'dawn iż-żoni jinħolqu TACs għaż-żona kollha.

Emenda    17

Proposta għal regolament

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20)  Sabiex jikkonforma mal-obbligu tal-ħatt l-art stabbilit mill-Artikolu 15 (1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, il-pjan jeħtieġ li jipprevedi miżuri ta’ ġestjoni addizzjonali.

(20)  Sabiex jikkonforma mal-obbligu tal-ħatt l-art stabbilit mill-Artikolu 15 (1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, il-pjan jenħtieġ li jipprevedi miżuri oħra ta’ konservazzjoni, b’mod partikolari miżuri għall-eliminazzjoni gradwali ta' skart ta' ħut, billi jitqies l-aqwa parir xjentifiku disponibbli, jew għat-tnaqqis tal-impatti negattivi tal-attivitajiet tas-sajd fuq l-ekosistema, li għandhom jiġu stabbiliti aktar fid-dettall, f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

Ġustifikazzjoni

It-tibdil jikkorrispondi għall-Artikolu 10(2)(a) tar-Regolament Bażiku tal-PKS.

Emenda    18

Proposta għal regolament

Premessa 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25)  Jenħtieġ li jiġu stabbiliti limiti għall-istokkijiet demersali li bastiment tas-sajd hu meħtieġ li jħott f’port speċifikat jew f’post qrib il-kosta, skont l-Artikolu 43 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009. Barra minn hekk, meta jagħżlu dawn il-portijiet jew postijiet qrib ix-xatt, l-Istati Membri jeħtieġ li japplikaw il-kriterji previsti fl-Artikolu 43(5) ta’ dak ir-Regolament b’tali mod li jiġi żgurat kontroll effettiv tal-istokkijiet koperti minn dan ir-Regolament.

(25)  Jenħtieġ li jiġu stabbiliti limiti għall-istokkijiet demersali li bastiment tas-sajd hu meħtieġ li jħott f’port speċifikat jew f’post qrib il-kosta, skont l-Artikolu 43 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009. Barra minn hekk, meta jagħżlu dawn il-portijiet jew postijiet qrib ix-xatt, l-Istati Membri jeħtieġ li japplikaw il-kriterji previsti fl-Artikolu 43(5) ta’ dak ir-Regolament b’tali mod li jiġi żgurat kontroll effettiv tal-ħatt l-art tal-qabdiet koperti minn dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

Adattament għad-diċitura tal-Premessa 28 fil-pjan pluriennali tal-Baltiku.

Emenda    19

Proposta għal regolament

Premessa 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26)  Skont l-Artikolu 10(3) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 jenħtieġ li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet għall-valutazzjoni perjodika mill-Kummissjoni tal-adegwatezza u l-effettività tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Jeħtieġ li tali valutazzjoni ssegwi u tkun ibbażata fuq evalwazzjoni perjodika tal-pjan ibbażat fuq il-parir xjentifiku: il-pjan jeħtieġ li jiġi evalwat kull ħames snin. Dan il-perjodu jippermetti l-implimentazzjoni sħiħa tal-obbligu tal-ħatt l-art, u li jiġu adottati u implimentati l-miżuri reġjonalizzati, kif ukoll it-turija tal-effetti tagħhom fuq l-istokkijiet u s-sajd. Huwa wkoll il-perjodu minimu meħtieġ mill-korpi xjentifiċi.

(26)  Skont l-Artikolu 10(3) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 jenħtieġ li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet għall-valutazzjoni perjodika mill-Kummissjoni tal-adegwatezza u l-effettività tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Jenħtieġ li tali valutazzjoni ssegwi u tkun ibbażata fuq evalwazzjoni perjodika tal-pjan ibbażat fuq il-parir xjentifiku: il-pjan jenħtieġ li jiġi evalwat kull ħames snin minn ... [tliet snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], u kull ħames snin minn hawn ’il quddiem. Dan il-perjodu jippermetti l-implimentazzjoni sħiħa tal-obbligu tal-ħatt l-art, u li jiġu adottati u implimentati l-miżuri reġjonalizzati, kif ukoll it-turija tal-effetti tagħhom fuq l-istokkijiet u s-sajd. Huwa wkoll il-perjodu minimu meħtieġ mill-korpi xjentifiċi.

Emenda    20

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Dan ir-Regolament jistabbilixxi pjan pluriennali (“pjan”) għall-istokkijiet demersali fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-Żoni IIa, IIIa u IV tal-ICES ("il-Baħar tat-Tramuntana") u s-sajd li jisfrutta l-istokkijiet ikkonċernati.

1.  Dan ir-Regolament jistabbilixxi pjan pluriennali (“pjan”) għall-istokkijiet demersali fl-ilmijiet tal-Unjoni taż-Żoni IIa, IIIa u IV tal-ICES ("il-Baħar tat-Tramuntana" jirreferi għal dawk it-tliet żoni) u għall-attivitajiet ta’ sajd, inkluż is-sajd rikreattiv, li jisfruttaw dawk l-istokkijiet.

Emenda     21

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Minkejja l-paragrafu 1, l-Artikoli 4, 5, 6 u 8 japplikaw għaż-żoni tal-istokkijiet għall-istokkijiet tal-Gruppi 1 sa 4 kif iddefinit fl-Artikolu 2.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda hija parti minn serje biex tinħoloq sistema inqas kumplessa tal-Grupp 2

Emenda     22

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  Fejn il-Kummissjoni tqis, abbażi ta’ parir xjentifiku, jew abbażi ta’ talba mill-Istati Membri kkonċernati, li l-lista msemmija fl-Artikolu 2 jeħtieġ li tiġi emendata, hija tista’ tippreżenta proposta għall-emendar ta’ dik il-lista.

Emenda     23

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 2b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2b.  Dan ir-Regolament jistipula wkoll id-dettalji għall-implimentazzjoni tal-obbligu ta' ħatt l-art għall-ispeċijiet kollha previsti fl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, għajr l-istokkijiet diġà identifikati fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

Emenda    24

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  “stokkijiet demersali” tfisser dawk l-ispeċijiet ta’ ħut tond u pixxiċatt u l-iskampu li jgħixu fi jew qrib il-qiegħ tal-kolonna tal-ilma.

(1)  “stokkijiet demersali” tfisser dawk l-ispeċijiet ta’ ħut tond, pixxiċatt u kartilaġinuż, l-iskampu (Nephrops Norvegicus) u l-gamblu tat-Tramuntana (Pandalus borealis) li jgħixu fi jew qrib il-qiegħ tal-kolonna tal-ilma.

Emenda    25

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a)  “L-aqwa parir xjentifiku disponibbli” tfisser parir xjentifiku li jkun ġie rieżaminat mill-ICES jew mill-STECF u jkun sostnut mid-dejta l-aktar riċenti disponibbli u li jissodisfa r-rekwiżiti kollha stipulati fir-Regolament (UE) Nru 1380/2013, b’mod partikolari l-Artikolu 25 tiegħu.

Emenda    26

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1b)  “medda FMSY” tfisser medda kkalkolata mill-ICES li trendi mhux iktar minn tnaqqis ta’ 5 % fir-rendiment fuq tul ta’ żmien meta jitqabbelmar-rendiment massimu sostenibbli. Il-limitu superjuri tal-medda huwa limitat b'tali mod li l-probabbiltà li l-istokk jinżel għal livell aktar baxx minn Blim ma tkunx aktar minn 5 %. Dan il-limitu superjuri jikkonforma wkoll mar-regola rakkomandata tal-ICES, li tindika li meta l-bijomassa ta' stokk riproduttiv tkun inqas mill-punt minimu ta’ referenza għall-bijomassa ta' stokk riproduttiv (MSY Btrigger), F għandu jitnaqqas għal valur li ma jaqbiżx limitu massimu ugwali għall-valur tal-punt FMSY immultiplikat bil-bijomassa ta' stokk riproduttiv fis-sena TAC, diviż bil-MSY Btrigger.

Ġustifikazzjoni

Jenħtieġ li ssir referenza ċara għar-regola rakkomandata tal-ICES, mhux biss fil-premessi, iżda wkoll fil-parti leġiżlattiva tal-pjan pluriennali għall-istokkijiet demersali fil-Baħar tat-Tramuntana.

Emenda    27

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1c)  “MSY Flower” u “MSY Fupper” ifissru l-valur l-aktar baxx u l-ogħla valur fil-medda tal-FMSY.

Ġustifikazzjoni

Din id-definizzjoni ġiet stipulata fil-Pjan pluriennali tal-Baltiku u tintroduċi l-kunċetti msemmija fl-Anness I, kif emendati mir-rapporteur.

Emenda    28

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  "Grupp 1" tfisser stokkijiet demersali li għalihom il-miri bħall-meded FMSY u s-salvagwardji marbuta mal-bijomassa huma stabbiliti f’dan il-pjan kif ġej:

(2)  tfisser stokkijiet demersali li għalihom il-miri bħall-meded FMSY u s-salvagwardji marbuta mal-bijomassa huma stabbiliti f’dan il-pjan, kif elenkat fl-Annessi I u II, kif ġej:

(a)  Bakkaljaw (Gadus morhua) fis-Subżona IV u d-Diviżjonijiet VIId u IIIa Punent (il-Baħar tat-Tramuntana, il-Kanal tal-Lvant, Skagerrak), minn hawn 'il quddiem imsejjaħ bakkaljaw tal-Baħar tat-Tramuntana;

(a)  Bakkaljaw (Gadus morhua) fis-Subżona IV (il-Baħar tat-Tramuntana) u d-Diviżjonijiet VIId (il-Kanal tal-Lvant) u IIIa Punent (Skagerrak), minn hawn 'il quddiem imsejjaħ bakkaljaw fis-Subżona IV u d-Diviżjonijiet VIId u IIIa Punent;

(b)  Merluzz tal-linja sewda (Melanogrammus aeglefinus) fis-Subżona IV u d-Diviżjonijiet VIa u IIIa Punent (il-Baħar tat-Tramuntana, il-Punent tal-Iskozja, Skagerrak), minn hawn 'il quddiem imsejjaħ merluzz tal-linja sewda;

(b)  Merluzz tal-linja sewda (Melanogrammus aeglefinus) fis-Subżona IV (il-Baħar tat-Tramuntana) u d-Diviżjonijiet VIa (il-Punent tal-Iskozja) u IIIa Punent (Skagerrak), minn hawn 'il quddiem imsejjaħ merluzz tal-linja sewda fis-Subżona IV u d-Diviżjonijiet VIa u IIIa Punent;

(c)  Barbun tat-Tbajja' (Pleuronectes platessa) fis-Subżona IV (il-Baħar tat-Tramuntana) u d-Diviżjoni IIIa (Skagerrak), minn hawn 'il quddiem imsejjaħ il-Barbun tat-Tbajja' tal-Baħar tat-Tramuntana;

(c)  Barbun tat-Tbajja' (Pleuronectes platessa) fis-Subżona IV (il-Baħar tat-Tramuntana) u d-Diviżjoni IIIa (Skagerrak), minn hawn 'il quddiem imsejjaħ il-Barbun tat-Tbajja' fis-Subżona IV u d-Diviżjoni IIIa;

(d)  Il-Pollakkju Iswed (Pollachius virens) fis-Subżoni IV u VI u d-Diviżjoni  IIIa (il-Baħar tat-Tramuntana, Rockall u l-Punent tal-Iskozja, Skagerrak u Kattegat), minn hawn 'il quddiem imsejjaħ il-pollakkju iswed;

(d)  Il-Pollakkju Iswed (Pollachius virens) fis-Subżoni IV (il-Baħar tat-Tramuntana) u VI (il-Punent tal-Iskozja u Rockall) u fid-Diviżjoni IIIa (Skagerrak u Kattegat), minn hawn 'il quddiem imsejjaħ il-pollakkju iswed fis-Subżoni IV u VI u d-Diviżjoni IIIa;

(e)  Lingwata (Solea solea) fis-Subżona IV (il-Baħar tat-Tramuntana), minn hawn 'il quddiem imsejħa l-lingwata tal-Baħar tat-Tramuntana;

(e)  Lingwata (Solea solea) fis-Subżona IV (il-Baħar tat-Tramuntana), minn hawn 'il quddiem imsejħa l-lingwata fis-Subżona IV;

(f)  Lingwata (Solea solea) fid-Diviżjoni IIIa u fis-Subdiviżjonijiet 22-24 (Skagerrak u Kattegat, il-Baħar Baltiku tal-Punent), minn hawn 'il quddiem imsejħa l-lingwata tal-Kattegat;

(f)  Lingwata (Solea solea) fid-Diviżjoni IIIa (Skagerrak u Kattegat) u fis-Subdiviżjonijiet 22-24 (il-Baħar Baltiku tal-Punent), minn hawn 'il quddiem imsejħa l-lingwata fid-Diviżjoni IIIa u s-Subdiviżjonijiet 22-24;

(g)  Merlangu (Merlangius merlangus) fis-Subżona IV u fid-Diviżjoni VIId (il-Baħar tat-Tramuntana u l-Kanal Ingliż tal-Lvant), minn hawn 'il quddiem imsejjaħ merlangu tal-Baħar tat-Tramuntana.

(g)  Merlangu (Merlangius merlangus) fis-Subżona IV (il-Baħar tat-Tramuntana) u fid-Diviżjoni VIId (il-Kanal Ingliż tal-Lvant), minn hawn 'il quddiem imsejjaħ merlangu fis-Subdiviżjoni IV u d-Diviżjoni VIId;

 

(ga)  Petriċa Kbira* (Lophius piscatorius) fid-Diviżjoni IIIa (Skagerrak u Kattegat) u s-Subżoni IV (il-Baħar tat-Tramuntana) u VI (il-Punent tal-Iskozja u Rockall);

 

(gb)  Gamblu tat-Tramuntana (Pandalus borealis) fid-Diviżjonijiet IVa tal-Lvant u IIIa.

 

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 18 ta’ dan ir-Regolament u l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 sabiex temenda l-lista ta’ stokkijiet fil-Grupp 1, kif stabbilit fl-ewwel paragrafu ta’ dan il-punt u fl-Annessi I u II ta’ dan ir-Regolament, f’konformità mal-aqwa parir xjentifiku disponibbli.

 

(*Għandha tiġi miżjuda mal-Annessi)

Emenda    29

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  “Grupp 2” tfisser l-unitajiet funzjonali (FU) tal-iskampu (Nephrops norvegicus) li għaliha l-miri bħall-meded tal-FMSY u s-salvagwardji marbuta mal-abbundanza huma stabbiliti f’dan il-pjan li jikkonsisti fi:

(3)  “Grupp 2” tfisser l-unitajiet funzjonali (FU) tal-iskampu (Nephrops norvegicus) li għaliha l-miri bħall-meded tal-FMSY u s-salvagwardji marbuta mal-abbundanza huma stabbiliti f’dan il-pjan, kif stipulat fl-Annessi I u II, li jikkonsisti fi:

Emenda     30

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  “Grupp 6” tfisser speċijiet ipprojbiti fir-rigward tagħhom is-sajd huwa pprojbit u li huma identifikati bħala tali f’att legali tal-Unjoni adottat fil-qasam tal-politika komuni tas-sajd fil-Baħar tat-Tramuntana.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Il-proposta għal regolament dwar miżuri tekniċi (Artikolu 18) u r-Regolament 1380/2013 (Artikoli 12 u 13) diġà jippermettu li jittieħdu miżuri għal dawn l-ispeċijiet.

Emenda     31

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  “Grupp 7” tfisser stokkijiet demersali li għalihom il-miri bħall-meded FMSY u s-salvagwardji marbuta mal-bijomassa huma stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni minbarra dan ir-Regolament.

imħassar

Emenda     32

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 8a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8a)  L-istokkijiet ikkonċernati għandhom jiġu emendati biss fuq il-bażi tal-aqwa parir xjentifiku disponibbli.

Emenda    33

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

10.  "MSY Btrigger" tfisser il-punt ta' referenza tal-bijomassa tal-istokk riproduttiv li taħtu għandha tittieħed azzjoni speċifika u xierqa ta' ġestjoni sabiex ikun żgurat li r-rati tal-isfruttament flimkien mal-varjazzjonijiet naturali jerġgħu jżidu l-istokkijiet għal-livelli 'l fuq minn dawk li jistgħu jipproduċu MSY fit-tul;

10.  "MSY Btrigger" tfisser il-punt ta' referenza tal-bijomassa tal-istokk riproduttiv li taħtu għandha tittieħed azzjoni speċifika u xierqa ta' ġestjoni sabiex ikun żgurat li r-rati tal-isfruttament flimkien mal-varjazzjonijiet naturali jerġgħu jżidu l-istokkijiet għal-livelli 'l fuq minn dawk li jistgħu jipproduċu rendiment massimu sostenibbli fit-tul;

Emenda    34

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 10a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10a)  "sajd rikreattiv" tfisser attivitajiet ta' sajd mhux kummerċjali li jisfruttaw riżorsi bijoloġiċi ħajjin tal-baħar għar-rikreazzjoni, it-turiżmu jew l-isport.

Emenda    35

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-pjan għandu jikkontribwixxi għall-għanijiet tal-politika komuni tas-sajd elenkati fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 u b’mod partikolari billi jiġi applikat l-approċċ prekawzjonarju għall-ġestjoni tas-sajd, u għandu jimmira li jiżgura li l-isfruttament tar-riżorsi bijoloġiċi ħajjin tal-baħar jirrestawra u jżomm il-popolazzjonijiet tal-ispeċijiet maqbuda ’l fuq minn livelli li jistgħu jipproduċu r-rendiment massimu sostenibbli.

1.  Il-pjan għandu jikkontribwixxi għall-kisba tal-għanijiet tal-politika komuni tas-sajd elenkati fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 u b’mod partikolari billi jiġi applikat l-approċċ prekawzjonarju għall-ġestjoni tas-sajd, kif definit fil-punt 8 tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, kif ukoll jikkontribwixxi għal livell tal-għajxien ġust għal dawk li jiddependu minn attivitajiet tas-sajd, bil-kunsiderazzjoni ta' aspetti soċjoekonomiċi, u għandu jimmira li jiżgura li l-isfruttament tar-riżorsi bijoloġiċi ħajjin tal-baħar jerġa’ jġib għall-istat li kienu u jżomm il-popolazzjonijiet tal-ispeċijiet maqbuda ’l fuq minn livelli li jistgħu jipproduċu r-rendiment massimu sostenibbli. Ir-rata tal-qbid li tippermetti r-rendiment massimu sostenibbli għandha tinkiseb kemm jista’ jkun malajr u taħt kwalunkwe ċirkostanza, b’mod gradwali u inkrementali għall-istokkijiet kollha li għalihom japplika dan ir-Regolament, sa mhux aktar tard mill-2020 u minn dakinhar ’il quddiem. Għall-istokkijiet li għalihom ma hemm ebda parir xjentifiku jew dejta disponibbli, għandhom jiġu sodisfatti r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. Dawn il-miri jiżguraw il-konservazzjoni tal-istokkijiet ikkonċernati tal-inqas f’livell komparabbli mal-miri għar-rendiment massimu sostenibbli.

Ġustifikazzjoni

Kemm l-objettivi kif ukoll l-iskeda ta’ żmien stipulati fir-Regolament bażiku tal-PKS iridu japplikaw b'mod ugwali għall-istokkijiet tal-gruppi kollha.

Emenda     36

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  Il-pjan għandu jgħin biex jintlaħqu l-objettivi soċjoekonomiċi msemmija fl-Artikolu 2(5) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, b’mod partikolari ż-żamma tal-livell ta' għajxien ta' dawk li jiddependu fuq l-attivitajiet tas-sajd, filwaqt li jinżamm suq intern effiċjenti u trasparenti għall-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura u jinżammu wkoll kundizzjonijiet indaqs għall-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura kummerċjalizzati fl-Unjoni;

Ġustifikazzjoni

Jenħtieġ li kunsiderazzjonijiet soċjoekonomiċi u l-objettivi soċjoekonomiċi tal-PKS dejjem jiffurmaw parti minn dan il-pjan pluriennali u li ma jiġux injorati minnu.

Emenda    37

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Il-pjan għandu jimplimenta approċċ ibbażat fuq l-ekosistema għall-ġestjoni tas-sajd sabiex jiġi żgurat li l-impatti negattivi tal-attivitajiet tas-sajd fuq l-ekosistema tal-baħar jiġu minimizzati. Għandu jkun koerenti mal-leġiżlazzjoni ambjentali tal-Unjoni, b’mod partikolari mal-objettiv tal-kisba ta’ status ambjentali tajjeb sal-2020, kif stipulat fl-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2008/56/KE.

3.  Il-pjan għandu jimplimenta approċċ ibbażat fuq l-ekosistema għall-ġestjoni tas-sajd sabiex jiġi żgurat li l-impatti negattivi tal-attivitajiet tas-sajd fuq l-ekosistema tal-baħar, b’mod partikolari l-ħabitats mhedda u l-ispeċijiet protetti, inklużi l-mammiferi tal-baħar u t-tjur tal-baħar, jiġu minimizzati. Il-pjan għandu jikkomplementa u jkun konsistenti mal-approċċ ibbażat fuq l-ekosistema għall-ġestjoni tas-sajd kif definit f'punt 9 tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, mal-leġiżlazzjoni ambjentali tal-Unjoni, b’mod partikolari mal-objettiv tal-kisba ta’ status ambjentali tajjeb sal-2020, kif stipulat fl-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2008/56/KE, u mal-miri u d-dispożizzjonijiet stabbiliti fid-Direttivi 2009/147/KE u 92/43/KEE. Barra minn hekk, il-pjan għandu jipprevedi miżuri mfassla biex itaffu impatti soċjoekonomiċi negattivi u jippermetti lill-operaturi jiksbu aktar viżibbiltà ekonomika fuq terminu ta’ żmien twil.

Emenda    38

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  Il-pjan għandu jikkontribwixxi biex jiġi żgurat li stokkijiet ġestiti b'mod konġunt ma’ pajjiżi terzi skont l-Artikolu 33(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 jiġu ġestiti f’konformità mal-objettivi stipulati fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, u li l-opportunitajiet totali tas-sajd ma jaqbżux il-meded stipulati fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

Emenda    39

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 3b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3b.  Il-pjan għandu jieħu kont tar-relazzjonijiet bilaterali tal-Unjoni ma’ pajjiżi terzi. Ftehimiet bilaterali ġejjiena ma’ pajjiżi terzi għandhom jieħdu kont tal-pjan.

Emenda     40

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 4 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  jikkontribwixxi sabiex jiġu ssodisfati d-deskritturi rilevanti l-oħrajn li jinsabu fl-Anness I tad-Direttiva 2008/56/KE b’mod proporzjonali mar-rwol li s-sajd kellu fl-issodisfar tagħhom.

(b)  jissodisfa deskritturi rilevanti oħrajn li jinsabu fl-Anness I tad-Direttiva 2008/56/KE b’mod proporzjonali mar-rwol li s-sajd kellu fl-issodisfar tagħhom.

Emenda    41

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.  Il-miżuri kollha fil-pjan għandhom jittieħdu fuq il-bażi tal-aqwa parir xjentifiku disponibbli f’konformità mal-punt 1a tal-Artikolu 2 ta’ dan ir-Regolament. L-aqwa parir xjentifiku disponibbli għandu jiġi rieżaminat mill-ICES jew mill-STECF sal-mument li fih dawn il-mużuri jiġu proposti mill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikoli 4, 5, 6 u 18 ta’ dan ir-Regolament, u mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

Emenda    42

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-mira tal-mortalità mis-sajd għandha tintlaħaq mill-aktar fis possibbli u, fuq bażi progressiva u inkrementali, sal-2020 għall-istokkijiet fil-Gruppi 1 u 2, u għandha tinżamm minn dakinhar ’il quddiem fil-meded stabbiliti fl-Anness I.

1.  Il-mira tal-mortalità mis-sajd għandha tintlaħaq mill-aktar fis possibbli u, fuq bażi progressiva u inkrementali, sal-2020 għall-istokkijiet fil-Gruppi 1 u 2, u għandha tinżamm minn dakinhar ’il quddiem fil-meded stabbiliti fl-Anness I u għandha tkun konformi mal-għanijiet stipulati fl-Artikolu 3(1).

Emenda    43

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Bi qbil mal-Artikolu 16(4) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, l-opportunitajiet tas-sajd għandhom jikkonformaw mal-meded tal-mira tal-mortalità mis-sajd stabbiliti fil-kolonna A fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

2.  Bi qbil mal-Artikolu 16(4) u mal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, l-opportunitajiet tas-sajd għandhom jiġu stabbiliti f’konformità mal-objettivi u mal-miri stipulati fil-pjan u mal-aqwa parir xjentifiku disponibbli u għandhom jikkonformaw mal-meded tal-mira tal-mortalità mis-sajd stabbiliti fil-kolonna A fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

Emenda     44

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Minkejja l-paragrafi 1 u 2, l-opportunitajiet tas-sajd jistgħu jiġu ffissati f’livelli li jikkorrispondu għal livelli aktar baxxi ta’ mortalità mis-sajd minn dawk stipulati fil-kolonna A fl-Anness I.

3.  Minkejja l-paragrafi 1 u 2, l-opportunitajiet tas-sajd jistgħu jiġu ffissati f’livelli li jikkorrispondu għal livelli aktar baxxi ta’ mortalità mis-sajd minn dawk stipulati fl-Anness I.

Emenda    45

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 4 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  jekk, abbażi ta’ parir xjentifiku jew ta’ evidenza, ikun meħtieġ għall-ksib tal-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3 fil-każ ta’ sajd imħallat;

(a)  jekk, abbażi tal-aqwa parir xjentifiku disponibbli, ikun meħtieġ għall-ksib tal-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3 fil-każ ta’ sajd imħallat;

Emenda     46

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 4 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa)  Deċiżjonijiet biex isir sajd fil-medda superjuri għandhom jiġu sostnuti mill-aqwa parir xjentifiku disponibbli, f’konformità mal-punt (c) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. Evidenza xjentifika dettaljata għandha tkun magħmula disponibbli għall-pubbliku tal-anqas erba’ ġimgħat qabel l-adozzjoni ta’ deċiżjonijiet dwar opportunitajiet ta’ sajd skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, abbażi tal-kolonna B tal-Anness I.

Emenda    47

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 4 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  jekk, abbażi ta’ parir xjentifiku jew ta’ evidenza, ikun meħtieġ biex jiġi evitat dannu serju lil stokk ikkawżat minn dinamiċi fl-istokkijiet ta’ speċijiet imħalltin bejniethom jew ma’ speċijiet oħra; or

(b)  jekk, abbażi tal-aqwa parir xjentifiku disponibbli, ikun meħtieġ biex jiġi evitat dannu serju lil stokk ikkawżat minn dinamiċi fl-istokkijiet ta’ speċijiet imħalltin bejniethom jew ma’ speċijiet oħra; jew

Emenda    48

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.  L-opportunitajiet tas-sajd għandhom fi kwalunkwe każ jiġu ffissati b’tali mod li tkun żgurata probabbiltà iċken minn 5 % li l-bijomassa ta' stokk riproduttiv tal-istokk taqa' taħt il-punt ta' referenza ta' limitu tal-bijomassa ta' stokk riproduttiv(Blim) stipulat b’mod partikolari fl-Anness II, kolonna B.

Ġustifikazzjoni

Simili għall-Artikolu 4(7) tal-Pjan Pluriennali tal-Baħar Baltiku.

Emenda     49

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 4b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4b.  Meta, abbażi tal-aqwa parir xjentifiku disponibbli, il-Kummissjoni tqis li l-meded ta’ mortalità mis-sajd stipulati fl-Anness I ma jesprimux iżjed b’mod korrett l-objettivi tal-pjan, il-Kummissjoni tista’, bħala kwistjoni ta’ urġenza, tippreżenta proposta għall-emenda ta’ dawk il-meded.

Ġustifikazzjoni

Biex tiġi inkorporata dispożizzjoni mill-Pjan ta’ Ġestjoni tal-Baħar Baltiku.

Emenda    50

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-opportunitajiet tas-sajd għall-istokkijiet tal-Gruppi 3 u 4 għandhom ikunu konsistenti mal-parir xjentifiku relatat mar-rendiment massimu sostenibbli.

1.  L-opportunitajiet tas-sajd għall-istokkijiet tal-Gruppi 3 u 4 għandhom ikunu konsistenti mal-aqwa parir xjentifiku disponibbli relatat mar-rendiment massimu sostenibbli.

Emenda    51

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Fin-nuqqas ta’ parir xjentifiku dwar ir-rata ta' mortalità mis-sajd konsistenti mar-rendiment massimu sostenibbli, l-opportunitajiet tas-sajd għandhom ikunu konsistenti mal-parir xjentifiku biex tiġi żgurata s-sostenibbiltà tal-istokkijiet f’konformità mal-approċċ prekawzjonarju.

2.  Fin-nuqqas ta’ parir xjentifiku u dejta dwar ir-rata ta' mortalità mis-sajd konsistenti mar-rendiment massimu sostenibbli, opportunitajiet tas-sajd u miżuri għandhom jiġu deċiżi f’konformità mal-approċċ prekawzjonarju għall-ġestjoni tal-attivitajiet tas-sajd kif definit f'punt 8 tal-Artikolu (4)(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, u mal-miri stipulati fl-Artikolu 3(1) ta’ dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

Għandu jiġi enfasizzat li l-approċċ prekawzjonarju skont ir-Regolament Bażiku tal-PKS jiġi applikat sabiex l-istokkijiet inkwistjoni jingħataw għall-anqas livell komparabbli ta’ protezzjoni skont l-Artikolu 9(2) tar-Regolament Bażiku tal-PKS, kif inhu l-każ għall-ġestjoni tar-rendiment massimu sostenibbli.

Emenda    52

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-istokkijiet tal-Grupp 5 għandhom jiġu ġestiti abbażi tal-approċċ prekawzjonarju f’konformità mal-pariri xjentifiċi.

L-istokkijiet tal-Grupp 5 għandhom jiġu ġestiti abbażi tal-approċċ prekawzjonarju għall-ġestjoni tas-sajd kif definit fil-punt 8 tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 u f’konformita mal-aqwa parir xjentifiku disponibbli u mal-miri stipulati fl-Artikolu 3(1) u fl-Artikolu 3(3) ta’ dan ir-Regolament. In-nuqqas ta’ informazzjoni xjentifika adegwata m’għandux jiġġustifika l-posponiment jew in-nuqqas ta’ teħid ta’ miżuri ta' ġestjoni biex jiġu kkonservati r-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar.

Emenda    53

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Meta l-pariri xjentifiċi jindikaw li għal sena partikolari l-bijomassa riproduttiva tal-istokk ta’ kwalunkwe wieħed mill-istokkijiet fil-Grupp 1 ikun taħt l-MSY Btrigger jew li l-abbundanza ta’ xi waħda mill-unitajiet funzjonali fil-Grupp 2 tkun taħt l-Abundancebuffer stipulat fil-kolonna A fl-Anness II, għandhom jiġu adottati l-miżuri rimedjali kollha xierqa biex jiġi żgurat li l-istokk jew l-unità funzjonali kkonċernati jirritornaw għal-livelli ogħla minn dawk li jistgħu jipproduċu r-rendiment massimu sostenibbli. B’mod partikolari, b’deroga mill-Artikolu 4(2) l-opportunitajiet tas-sajd għandhom jiġu stabbiliti f'livelli konsistenti mal-mortalità mis-sajd, waqt li jitqies it-tnaqqis fil-bijomassa jew l-abbundanza, li tonqos taħt il-medda stipulata fil-kolonna A fl-Anness I.

1.  Meta l-aqwa pariri xjentifiċi disponibbli jindikaw li għal sena partikolari l-bijomassa riproduttiva tal-istokk ta’ kwalunkwe wieħed mill-istokkijiet fil-Grupp 1 ikun taħt l-MSY Btrigger jew li l-abbundanza ta’ xi waħda mill-unitajiet funzjonali fil-Grupp 2 tkun taħt l-Abundancebuffer stipulat fil-kolonna A fl-Anness II, għandhom jiġu adottati l-miżuri rimedjali kollha xierqa biex jiġi żgurat li l-istokk jew l-unità funzjonali kkonċernati jirritornaw għal-livelli ogħla minn dawk li jistgħu jipproduċu r-rendiment massimu sostenibbli. B’mod partikolari, b’deroga mill-Artikolu 4(2) l-opportunitajiet tas-sajd għandhom jiġu stabbiliti f'livelli konsistenti mal-mortalità mis-sajd, waqt li jitqies it-tnaqqis fil-bijomassa jew l-abbundanza, li tonqos taħt il-medda stipulata fil-kolonna A fl-Anness I bi proporzjon mat-tnaqqis fil-bijomassa, b’segwitu għar-regola rakkomandata tal-ICES. Hawnhekk għandha tapplika r-regola rakkomandata tal-ICES imsemmija fil-punt 1b tal-Artikolu 2.

Ġustifikazzjoni

Peress li r-regola rakkomandata tal-ICES hija l-bażi għall-kalkolu tal-meded proposti, din trid tkun il-kundizzjoni għall-applikazzjoni tagħhom.

Emenda    54

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Meta l-parir xjentifiku jindika li l-bijomassa ta’ stokk riproduttiv ta’ kwalunkwe wieħed mill-istokkijiet ikkonċernati tkun taħt il-Blim jew l-abbundanza ta’ kwalunkwe waħda mill-unitajiet funzjonali tal-iskampu tkun taħt l-Abundancelimit kif stipulat fil-kolonna B fl-Anness II ta' dan ir-Regolament, għandhom jittieħdu miżuri rimedjali ulterjuri sabiex jiġi żgurat ir-ritorn rapidu tal-istokk jew unità funzjonali kkonċernata għal-livelli ogħla mil-livell li jista’ jipproduċi r-rendiment massimu sostenibbli. B’mod partikolari, dawk il-miżuri rimedjali għandhom jinkludu, b’deroga mill-paragrafi 2 u 4 tal-Artikolu 4, is-sospensjoni tas-sajd immirat għall-istokk ikkonċernat u t-tnaqqis adegwat tal-opportunitajiet tas-sajd.

2.  Meta l-aqwa parir xjentifiku disponibbli jindika li l-bijomassa ta’ stokk riproduttiv ta’ kwalunkwe wieħed mill-istokkijiet ikkonċernati tkun taħt il-Blim jew l-abbundanza ta’ kwalunkwe waħda mill-unitajiet funzjonali tal-iskampu tkun taħt l-Abundancelimit kif stipulat fil-kolonna B fl-Anness II ta' dan ir-Regolament, għandhom jittieħdu miżuri rimedjali ulterjuri sabiex jiġi żgurat ir-ritorn rapidu tal-istokk jew unità funzjonali kkonċernata għal-livelli ogħla mil-livell li jista’ jipproduċi r-rendiment massimu sostenibbli. B’mod partikolari, dawk il-miżuri rimedjali għandhom jinkludu, b’deroga mill-paragrafi 2 u 4 tal-Artikolu 4, is-sospensjoni tas-sajd immirat għall-istokk ikkonċernat u t-tnaqqis adegwat tal-opportunitajiet tas-sajd.

Emenda    55

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  Meta l-aqwa parir xjentifiku disponibbli jindika li għal sena partikolari l-bijomassa ta' stokk riproduttiv ta’ kwalunkwe wieħed mill-istokkijiet f’dan ir-Regolament tkun taħt l-MSY Btrigger, għandhom jiġu adottati l-miżuri rimedjali kollha xierqa biex jiġi żgurat li l-istokk jirritorna għal-livelli ogħla minn dawk li kapaċi jipproduċu r-rendiment massimu sostenibbli, u r-rata tal-mortalità mis-sajd għandha titnaqqas fuq bażi lineari bi proporzjon mat-tnaqqis fil-bijomassa f’konformità mar-regola rakkomandata tal-ICES. Hawnhekk tapplika r-regola rakkomandata tal-ICES imsemmija fil-punt 1b tal-Artikolu 2.

Ġustifikazzjoni

Salvagwardji, bħat-tnaqqis tal-mortalità mis-sajd jew miżuri rimedjali oħra għat-tnaqqis fil-kwantitajiet tal-qbid, li jmorru lil hinn mill-miżuri tekniċi, iridu jkunu possibbli anki għall-gruppi 3, 4, 5 u 7.

Emenda    56

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2b.  Meta l-aqwa parir xjentifiku disponibbli jindika li l-bijomassa ta’ stokk riproduttiv ta’ kwalunkwe wieħed mill-istokkijiet f'dan ir-Regolament tkun taħt il-Blim jew limitu korrispondenti ieħor, għandhom jiġu adottati miżuri rimedjali, sabiex jiġi żgurat li l-istokk jirritorna għal livelli ogħla minn dawk li kapaċi jipproduċu r-rendiment massimu sostenibbli. B’mod partikolari, il-miżuri rimedjali jistgħu jinkludu tnaqqis xieraq fl-opportunitajiet tas-sajd jew is-sospensjoni tal-attività tas-sajd immirata tal-istokk.

Ġustifikazzjoni

Salvagwardji, bħas-sospensjoni tal-attività tas-sajd jew miżuri rimedjali oħra għat-tnaqqis fil-kwantitajiet tal-qbid, li jmorru lil hinn mill-miżuri tekniċi, iridu wkoll ikunu possibbli għall-gruppi 3, 4, 5 u 7.

Emenda     57

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2c.  Il-miżuri rimedjali msemmija f’dan l-Artikolu jistgħu jinkludu:

 

(a)   miżuri ta’ emerġenza f’konformità mal-Artikoli 12 u 13 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013;

 

(b)   miżuri skont l-Artikoli 11 u 11a ta’ dan ir-Regolament.

 

L-għażla tal-miżuri msemmija f’dan l-Artikolu għandha ssir f’konformità man-natura, is-serjetà, it-tul ta’ żmien u r-ripetizzjoni tas-sitwazzjoni fejn il-bijomassa ta’ stokk riproduttiv tkun taħt il-livelli msemmija fil-paragrafu 1.

Ġustifikazzjoni

Biex tiġi inkorporata dispożizzjoni mill-Pjan ta’ Ġestjoni tal-Baħar Baltiku.

Emenda    58

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Miżuri speċifiċi ta’ konservazzjoni għall-Gruppi 3 sa 7

Miżuri speċifiċi ta’ konservazzjoni

Emenda    59

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta l-parir xjentifiku jindika li tkun meħtieġa azzjoni rimedjali biex tkun żgurata l-konservazzjoni ta’ kwalunkwe wieħed mill-istokkijiet demersali tal-Gruppi 3 sa 7, jew meta l-bijomassa riproduttiva ta’ kwalunkwe wieħed mill-istokkijiet fil-Grupp 1 jew l-abbundanza ta’ kwalunkwe waħda mill-unitajiet funzjonali fil-Grupp 2 għal sena partikolari tkun taħt il-punti ta’ referenza għall-konservazzjoni stabbiliti fil-kolonna A fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 18 ta’ dan ir-Regolament u l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 fir-rigward ta':

Meta l-aqwa parir xjentifiku disponibbli jindika li tkun meħtieġa azzjoni rimedjali biex jiġi żgurat li l-istokkijiet kollha li għalihom japplika dan ir-Regolament jiġu ġestiti f’konformità mal-objettivi stipulati fl-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 18 ta’ dan ir-Regolament u l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 fir-rigward ta':

Ġustifikazzjoni

Adattament għad-diċitura tal-Artikolu 6(1) tal-pjan pluriennali tal-Baħar Baltiku, sabiex ikun possibbli li jiġu adottati atti delegati li jistgħu jintużaw biex tiġi ggarantita l-preservazzjoni tal-istokkijiet, jonqsu qabdiet mhux mixtieqa jew jiġi minimizzat l-impatt negattiv tas-sajd fuq l-ekosistema tal-baħar.

Emenda    60

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  il-karatteristiċi tal-irkaptu tas-sajd, b’mod partikolari d-daqs tal-malja, id-daqs tas-sunnara, il-bini tal-irkaptu, il-ħxuna tal-ispag, id-daqs tal-irkaptu jew l-użu ta’ tagħmir ta’ selettività, sabiex tkun żgurata jew imtejba s-selettività;

(a)  id-definizzjoni tal-karatteristiċi u tal-ispeċifikazzjonijiet tal-irkaptu tas-sajd, b’mod partikolari d-daqs tal-malja, id-daqs tas-sunnara, il-bini tal-irkaptu, il-ħxuna tal-ispag, id-daqs tal-irkaptu jew l-użu ta’ tagħmir ta’ selettività, sabiex tkun żgurata jew imtejba s-selettività, b’mod partikolari bil-ħsieb li jitnaqqsu qabdiet aċċessorji mhux mixtieqa ta’ stokkijiet mill-Grupp 6;

Ġustifikazzjoni

Adattament għall-miri fl-Artikolu 7(2)(b) tar-Regolament Bażiku tal-PKS.

Emenda    61

Proposta għal regolament

Artikolu 9a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 9a

 

L-identifikazzjoni taż-żoni ta’ riproduzzjoni u taż-żoni ta’ rkupru ta’ stokkijiet

 

Sa mhux aktar tard mill-2020, l-Istati Membri għandhom jindikaw żoni ta’ riproduzzjoni u żoni li għalihom hemm evidenza ċara li dawn iż-żoni għandhom konċentrazzjonijiet għolja ta’ ħut taħt id-daqs minimu ta’ referenza għall-konservazzjoni, u għandhom jabbozzaw rakkomandazzjonijiet konġunti f’konformità mal-Artikolu 12(2) ta’ dan ir-Regolament bil-ħsieb li jiġu stabbiliti żoni ta’ rkupru tal-istokkijiet li għalihom japplika dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

L-Artikolu jikkorrispondi mal-miri tal-Artikolu 8 tar-Regolament Bażiku tal-PKS.

Emenda     62

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Total tal-qabdiet permessibbli

Opportunitajiet tas-sajd

Emenda    63

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  L-Istati Membri għandhom iqisu kriterji oġġettivi u trasparenti skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 meta jallokaw il-kwoti.

Emenda    64

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1b.  L-Istati Membri għandhom jippermettu l-iskambju ta’ kwoti skont l-Artikolu 33(2) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 fil-kuntest tal-ġestjoni konġunta ta’ stokkijiet ma’ pajjiżi terzi.

Ġustifikazzjoni

L-iskambju tal-kwoti ma’ pajjiżi terzi għall-istokkijiet transżonali huwa vitali biex jiġi żgurat l-użu ottimali ta’ opportunitajiet tas-sajd disponibbli.

Emenda    65

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 8, it-TAC għall-istokk tal-iskampu fiż-żoni IIa u IV tal-ICES għandha tkun is-somma tal-limiti tal-qbid tal-unitajiet funzjonali u tar-rettangoli statistiċi barra mill-unitajiet funzjonali.

2.  Għall-istokk tal-iskampu fiż-żoni IIa u IV tal-ICES, għandhom jiġu stabbiliti limiti tal-qbid għal kull unità funzjonali u TAC konġunt għar-rettangoli statistiċi barra mill-unitajiet funzjonali.

Ġustifikazzjoni

L-abbundanza tal-iskampu tista’ tvarja sostanzjalment minn unità funzjonali waħda għall-oħra. Bl-iffissar ta’ TAC konġunt bħala s-somma tal-istokkijiet ġewwa u barra mill-unitajiet funzjonali, is-sajd f’xi unitajiet funzjonali jista’ jsir wisq intensiv, filwaqt li opportunitajiet tas-sajd f’unità funzjonali oħra jibqgħu ma jiġux sfruttati.

Emenda    66

Proposta għal regolament

Artikolu 10a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 10a

 

L-impatt tas-sajd rikreattiv

 

1.  Id-dejta kollha disponibbli dwar il-qabdiet minn attivitajiet ta’ sajd rikreattiv għandha tiġi eżaminata sabiex jiġi vvalutat l-impatt potenzjali tagħhom fuq l-istokkijiet ta’ speċijiet regolati.

 

2.  Il-Kunsill għandu jikkunsidra l-valutazzjoni prevista fl-ewwel paragrafu. Għal dawk l-istokkijiet li għalihom il-qabdiet rikreattivi huma meqjusa bħala sinifikanti, il-Kunsill għandu, meta jistabbilixxi opportunitajiet ta’ sajd, jieħu kont tal-qabdiet mis-sajd rikreattiv billi, inter alia:

 

(a)  jikkunsidra s-somma ta’ stimi ta’ qabdiet minn sajd rikreattiv, li jkunu ġejjin mill-aqwa parir xjentifiku disponibbli, u l-aqwa parir xjentifiku disponibbli dwar opportunitajiet ta’ sajd kummerċjali bħala qabda totali li tikkorrispondi għar-rata ta’ mortalità mis-sajd fil-mira;

 

(b)  jimponi restrizzjonijiet fuq is-sajd rikreattiv, inklużi limiti tal-priżi ta’ kuljum u staġuni magħluqa; jew

 

(c)  mezzi oħra li jitqiesu xierqa.

Emenda     67

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dispożizzjonijiet marbuta mal-obbligu tal-ħatt l-art għall-Gruppi 1 sa 7

Dispożizzjonijiet marbuta mal-obbligu tal-ħatt l-art

Emenda     68

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  eżenzjonijiet mill-applikazzjoni tal-obbligu tal-ħatt l-art għal speċijiet li l-evidenza xjentifika għalihom turi rati għolja ta’ sopravivenza, b’kunsiderazzjoni tal-karatteristiċi tal-irkaptu, tal-prattiki tas-sajd u tal-ekosistema, sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tal-obbligu tal-ħatt l-art; kif ukoll

(a)  eżenzjonijiet mill-applikazzjoni tal-obbligu tal-ħatt l-art għal speċijiet li għalihom l-aqwa parir xjentifiku disponibbli juri rati għolja ta’ sopravivenza, b’kunsiderazzjoni tal-karatteristiċi tal-irkaptu, tal-prattiki tas-sajd u tal-ekosistema, sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tal-obbligu tal-ħatt l-art; kif ukoll

Emenda     69

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  dispożizzjonijiet speċifiċi dwar id-dokumentazzjoni tal-qabdiet, b’mod partikolari għall-fini ta’ monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-obbligu tal-ħatt l-art; kif ukoll

(c)  dispożizzjonijiet speċifiċi dwar id-dokumentazzjoni tal-qabdiet, b’mod partikolari għall-fini ta’ monitoraġġ u ta’ kontroll sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi billi tiġi żgurata konformità sħiħa mal-obbligu tal-ħatt l-art; kif ukoll

Emenda    70

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-miżuri stipulati fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom jikkontribwixxu għall-kisba tal-objettivi stipulati fl-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari l-protezzjoni tal-ħut li għadu qed jikber u tal-ħut riproduttiv.

Emenda     71

Proposta għal regolament

Artikolu 11a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 11a

 

Miżuri tekniċi

 

1.   Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 18 ta’ dan ir-Regolament u l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 fir-rigward tal-miżuri tekniċi li ġejjin:

 

(a)   speċifikazzjonijiet ta’ karatteristiċi ta’ rkapti tas-sajd u regoli għall-użu tagħhom, biex tiġi żgurata jew titjieb is-selettività, biex jitnaqqsu l-qabdiet mhux mixtieqa jew biex jiġi minimizzat l-impatt negattiv fuq l-ekosistema;

 

(b)   speċifikazzjonijiet ta’ modifiki jew apparati addizzjonali mal-irkapti tas-sajd, biex tiġi żgurata jew titjieb is-selettività, biex jitnaqqsu l-qabdiet mhux mixtieqa jew biex jiġi minimizzat l-impatt negattiv fuq l-ekosistema;

 

(c)   limitazzjonijiet jew projbizzjonijiet fuq l-użu ta’ ċerti rkapti tas-sajd u fuq attivitajiet tas-sajd, f’ċerti żoni jew perjodi sabiex jiġi protett il-ħut riproduttiv, il-ħut taħt id-daqs minimu ta’ referenza għall-konservazzjoni jew l-ispeċijiet tal-ħut mhux fil-mira, jew sabiex jiġi minimizzat l-impatt negattiv fuq l-ekosistema; kif ukoll

 

(d)   l-iffissar ta’ daqsijiet minimi ta’ referenza għall-konservazzjoni għal kwalunkwe wieħed mill-istokkijiet li għalihom japplika dan ir-Regolament, sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni tal-ħut tal-organiżmi tal-baħar li jkun għadu qed jikber.

 

2.   Il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-objettivi stipulati fl-Artikolu 3.

Ġustifikazzjoni

Biex jiġi inkorporat l-Artikolu 8 tal-Pjan ta’ Ġestjoni tal-Baħar Baltiku. Il-proposta tal-Kummissjoni torbot il-kwistjoni tal-miżuri tekniċi biss mal-kunċett ta’ miżuri mfassla biex jiġi ssalvagwardjat stokk. Dan l-approċċ huwa wisq restrittiv. Għandu jinħoloq kapitolu speċifiku li jagħmilha possibbli li jiġu introdotti aktar miżuri tekniċi ġenerali.

Emenda     72

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Minbarra l-obbligu ta’ notifika minn qabel stabbilit fl-Artikolu 17(1) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni ta’ tul totali ta’ bejn tmien metri u tnax-il metru għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri mill-inqas siegħa qabel il-ħin stmat tal-wasla fil-port bl-informazzjoni elenkata fil-punti (a) sa (f) tal-Artikolu 17(1) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009 meta jkollhom abbord mill-inqas waħda minn dawn il-kwantitajiet ta’ ħut:

imħassar

(a)  Grupp 1: 1000 kg; u/jew

 

(b)  Grupp 2 u 4: 500 kg; u/jew

 

(c)  grupp 3 : 1000 kg; u/jew

 

(d)  Grupp 7: 1000 kg.

 

Ġustifikazzjoni

Meta wieħed iqis il-kumplessità tal-ġestjoni li tirriżulta min-numru kbir ta’ gruppi proposti, nipproponu li jinżammu d-dispożizzjonijiet tar-regolament ta’ kontroll, f’konformità mal-prinċipju tar-regolamentazzjoni aħjar u r-rakkomandazzjonijiet li saru mill-Parlament fir-rapport ta’ inizjattiva proprja tiegħu dwar l-armonizzazzjoni tal-kontrolli tas-sajd.

Emenda     73

Proposta għal regolament

Artikolu 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 15

imħassar

Rekwiżiti għall-ġurnal ta’ abbord għall-Gruppi 1 sa 7

 

Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni b'tul totali ta’ tmien metri jew iżjed li jkunu involuti fis-sajd għal stokkijiet demersali għandhom iżommu ġurnal ta’ abbord dwar l-operazzjonijiet tagħhom bi qbil mal-Artikolu 14 ta’ dak ir-Regolament.

 

Ġustifikazzjoni

Din id-dispożizzjoni m’għandhiex post fi pjan ta’ ġestjoni u għandha tkun is-suġġett ta’ diskussjonijiet aktar estensivi meta r-regolament ta’ kontroll jiġi rivedut.

Emenda    74

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sa mhux inqas minn ħames snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, u wara dan kull ħames snin, il-Kummissjoni għandha tiżgura evalwazzjoni tal-impatt tal-pjan fuq l-istokkijiet li għalihom japplika dan ir-Regolament u s-sajd li jisfrutta dawn l-istokkijiet. Hija għandha tippreżenta r-riżultati ta’ din l-evalwazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Sa mhux inqas minn tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, u wara dan kull ħames snin, il-Kummissjoni għandha tiżgura evalwazzjoni tal-impatt tal-pjan fuq l-istokkijiet li għalihom japplika dan ir-Regolament u s-sajd li jisfrutta dawn l-istokkijiet, kif ukoll sa liema punt l-objettivi ta’ dan ir-Regolament ikunu ntlaħqu, inkluż l-irkupru ta’ stokkijiet tal-ħut ’il fuq minn livelli kapaċi jipproduċu r-rendiment massimu sostenibbli u l-progress lejn status ambjentali tajjeb. Hija għandha tippreżenta r-riżultati ta’ din l-evalwazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Il-Kummissjoni tista’ tirrapporta, fejn dan jitqies meħtieġ, f’data aktar bikrija.

 

Il-Kummissjoni għandha tirrapporta kull sena lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-progress fl-ilħuq tal-objettivi ta’ dan ir-Regolament u dwar is-sitwazzjoni tal-istokkijiet tal-ħut fl-ibħra u għall-istokkijiet koperti minn dan ir-Regolament, kmieni kemm jista’ jkun wara l-adozzjoni tar-regolament annwali li jiffissa l-opportunitajiet tas-sajd disponibbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni. Dak ir-rapport għandu jkun anness mar-rapport annwali msemmi fl-Artikolu 50 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013.

 

Dan ir-rapport għandu jkun fih:

 

(1)   il-parir xjentifiku komprensiv li fuq il-bażi tiegħu ġew iffissati l-opportunitajiet tas-sajd; kif ukoll

 

(2)   ġustifikazzjoni xjentifika li turi li l-opportunitajiet tas-sajd iffissati huma f’konformità mal-objettivi u d-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari l-miri ta’ mortalità tal-ħut.

Emenda    75

Proposta għal regolament

Artikolu 18a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 18a

 

Appoġġ mill-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd

 

Miżuri ta’ waqfien temporanju adottati sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-pjan għandhom jitqiesu bħala waqfien temporanju ta’ attivitajiet tas-sajd għall-finijiet tal-punti (a) u (c) tal-Artikolu 33(1) tar-Regolament (UE) Nru 508/2014.

(Dan l-Artikolu għandu jidher fil-Kapitolu X)

Ġustifikazzjoni

Inklużjoni tad-dispożizzjoni stipulata fl-Artikolu 17 tal-pjan pluriennali tal-Baħar Baltiku dwar appoġġ mill-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd għal miżuri ta’ waqfien temporanju adottati sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-pjan.

Emenda    76

Proposta għal regolament

Anness 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Anness I

Anness I

Il-miri tal-mortalità mis-sajd

Il-miri tal-mortalità mis-sajd

1. Grupp 1

1. Grupp 1

STOKK

Medda tal-mira tal-mortalità mis-sajd li tippermetti li jinkiseb ir-rendiment massimu sostenibbli (FMSY)

STOKK

Meded tal-mira tal-mortalità mis-sajd li jippermettu li jinkiseb ir-rendiment massimu sostenibbli (FMSY)

 

Kolonna A

Kolonna B

 

Kolonna A

Kolonna B

 

Il-figuri fit-tabella ġejjin mill-Parir ta’ Rikjesta Speċjali l-aktar reċenti tal-ICES, "ir-rikjesta tal-UE lill-ICES biex jipprovdi meded FMSY għal stokkijiet tal-Baħar tat-Tramuntana u tal-Baħar Baltiku magħżula"

Bakkaljaw tal-Baħar tat-Tramuntana

0.22 – 0.33

0.33 – 0.49

Bakkaljaw fis-Subżona IV u d-Diviżjonijiet VIId u IIIa Punent

FMSY lower - FMSY

FMSY - FMSY upper

Merluzz tal-linja sewda

0.25 – 0.37

0.37 – 0.52

Merluzz tal-linja sewda fis-Subżona IV u d-Diviżjonijiet VIa u IIIa Punent

FMSY lower - FMSY

FMSY - FMSY upper

Barbun tat-tbajja' tal-Baħar tat-Tramuntana

0.13 – 0.19

0.19 – 0.27

Barbun tat-tbajja' fis-Subżona IV u d-Diviżjoni IIIa

FMSY lower - FMSY

FMSY - FMSY upper

Pollakkju iswed

0.20 – 0.32

0.32 – 0.43

Pollakkju iswed fis-Subżoni IV u VI u d-Diviżjoni IIIa

FMSY lower - FMSY

FMSY - FMSY upper

Lingwata tal-Baħar tat-Tramuntana

0.11 – 0.20

0.20 – 0.37

Lingwata fis-Subżona IV

FMSY lower - FMSY

FMSY - FMSY upper

Lingwata tal-Kattegat

0.19 – 0.22

0.22 – 0.26

Lingwata fid-Diviżjoni IIIa u s-Subdiviżjonijiet 22-24

FMSY lower - FMSY

FMSY - FMSY upper

Merlangu tal-Baħar tat-Tramuntana

Mhux definit

Mhux definit

Merlangu fis-Subżona IV u d-Diviżjoni VIId

FMSY lower - FMSY

FMSY - FMSY upper

 

 

 

Petriċa kbira fid-Diviżjoni IIIa u s-Subżoni IV u VI

FMSY lower - FMSY

FMSY - FMSY upper

 

 

 

Gamblu tat-Tramuntana fid-Diviżjonijiet IVa il-Lvant u IIIa

FMSY lower - FMSY

FMSY - FMSY upper

2. Grupp 2

2. Grupp 2

Unità funzjonali tal-iskampu (FU)

Il-medda tal-mira tal-mortalità mis-sajd li tippermetti li jinkiseb ir-rendiment massimu sostenibbli (FMSY) (bħala rata ta' qbid)

Unità funzjonali tal-iskampu (FU)

Il-meded tal-mira tal-mortalità mis-sajd li jippermettu li jinkiseb ir-rendiment massimu sostenibbli (FMSY) (bħala rata ta' qbid)

 

Kolonna A

Kolonna B

 

Kolonna A

Kolonna B

 

Il-figuri fit-tabella ġejjin mill-Parir ta' Rikjesta Speċjali l-aktar reċenti tal-ICES, fejn “L-UE tirrikjedi li l-ICES jipprovdi l-meded FMSY għall-istokkijiet magħżula tal-Baħar tat-Tramuntana u tal-Baħar Baltiku”

Diviżjoni IIIa FU 3 u 4

0.056 – 0.079

0.079 – 0.079

Diviżjoni IIIa FU 3 u 4

FMSY lower - FMSY

FMSY - FMSY upper

Farn Deeps FU 6

0.07 – 0.081

0.081 – 0.081

Farn Deeps FU 6

FMSY lower - FMSY

FMSY - FMSY upper

Fladen Ground FU 7

0.066 – 0.075

0.075 – 0.075

Fladen Ground FU 7

FMSY lower - FMSY

FMSY - FMSY upper

Firth of Forth FU 8

0.106 – 0.163

0.163 – 0.163

Firth of Forth FU 8

FMSY lower - FMSY

FMSY - FMSY upper

Moray Firth FU 9

0.091 – 0.118

0.118 – 0.118

Moray Firth FU 9

FMSY lower - FMSY

FMSY - FMSY upper

Ġustifikazzjoni

L-istabbiliment tal-prinċipju għall-kalkolu tal-meded jagħmilha possibbli li dawn il-meded jiġu allinjati mal-parir xjentifiku l-aktar riċenti u l-aqwa wieħed disponibbli. Jekk dawn il-meded, kif proposti mill-Kummissjoni Ewropea, jiġu espressi f'figuri, dan ifisser li huma stabbiliti skont il-parir xjentifiku attwali u jistgħu jiġu aġġustati biss f’konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja. Barra minn hekk, id-definizzjoni ta’ isem ta’ stokk f'termini ta’ żoni, subżoni u diviżjonijiet tal-ICES hija aktar ċara u preċiża.

Emenda    77

Proposta għal regolament

Anness 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Anness II

Anness II

Punti ta' referenza għall-konservazzjoni

Punti ta' referenza għall-konservazzjoni

(kif imsemmi fl-Artikolu 7)

(kif imsemmi fl-Artikolu 7)

1. Grupp 1

1. Grupp 1

STOKK

Punt ta’ referenza minimu ta’ bijomassa ta' stokk riproduttiv (f’tunnellati) (MSY Btrigger)

Punt ta’ referenza tal-limitu tal-bijomassa (f’tunnellati) (Blim)

STOKK

Punt ta’ referenza minimu ta’ bijomassa ta’ stokk riproduttiv (f’tunnellati) (MSY Btrigger)

Punt ta’ referenza tal-limitu tal-bijomassa (f’tunnellati) (Blim)

 

 

Kolonna A

Kolonna B

Bakkaljaw tal-Baħar tat-Tramuntana

165 000

118 000

Bakkaljaw fis-Subżona IV u fid-Diviżjonijiet VIId u IIIa Punent

165 000

118 000

Merluzz tal-linja sewda

88 000

63 000

Merluzz tal-linja sewda fis-Subżona IV u d-Diviżjonijiet VIa u IIIa Punent

88 000

63 000

Barbun tat-tbajja tal-Baħar tat-Tramuntana

230 000

160 000

Barbun tat-tbajja’ fis-Subżona IV u d-Diviżjoni IIIa

230 000

160 000

Pollakkju iswed

200 000

106 000

Pollakkju iswed fis-Subżoni IV u VI u d-Diviżjoni IIIa

150 000

106 000

Lingwata tal-Baħar tat-Tramuntana

37 000

26 300

Lingwata fis-Subżona IV

37 000

26 300

Lingwata tal-Kattegat

2 600

1 850

Lingwata fid-Diviżjoni IIIa u s-Subdiviżjonijiet 22-24

2 600

1 850

Merlangu tal-Baħar tat-Tramuntana

Mhux definit

Mhux definit

Merlangu fis-Subżona IV u d-Diviżjoni VIId

Mhux definit

Mhux definit

 

 

 

Petriċa kbira fid-Diviżjoni IIIa u s-Subżoni IV u VI

Mhux definit

Mhux definit

 

 

 

Gamblu tat-Tramuntana fid-Diviżjonijiet IVa il-Lvant u IIIa

Mhux definit

Mhux definit

2. Grupp 2

2. Grupp 2

Unità funzjonali tal-iskampu (FU)

Punt ta’ referenza ta’ abbundanza minimu (f’miljuni) (Abundancebuffer)

Punt ta’ referenza limitu ta’ abbundanza (f’miljuni) (Abundancelimit)

Unità funzjonali tal-iskampu (FU)

Punt ta’ referenza ta’ abbundanza minimu (f’miljuni) (Abundancebuffer)

Punt ta’ referenza limitu ta’ abbundanza (f’miljuni) (Abundancelimit)

 

 

Kolonna A

Kolonna B

Diviżjoni IIIa FU 3 u 4

NA

NA

Diviżjoni IIIa FU 3 u 4

NA

NA

Farn Deeps FU 6

999

858

Farn Deeps FU 6

999

858

Fladen Ground FU 7

3 583

2 767

Fladen Ground FU 7

3 583

2 767

Firth of Forth FU 8

362

292

Firth of Forth FU 8

362

292

Moray Firth FU 9

262

262

Moray Firth FU 9

262

262

Ġustifikazzjoni

Sabiex jiġi żgurat li r-referenzi għall-Kolonni A u B tal-Anness II huma ċari, il-kolonni jridu jiġi identifikati bħala tali. Barra minn hekk, id-definizzjoni ta’ isem ta’ stokk f'termini ta’ żoni, subżoni u diviżjonijiet tal-ICES hija aktar ċara u preċiża.

Emenda    78

Proposta għal regolament

Anness IIa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Anness IIA

 

Speċijiet ipprojbiti

 

(a)  Raja tal-kwiekeb (Amblyraja radiata);

 

(b)  l-ispeċijiet li ġejjin ta’ pixxisega:

 

(i)  il-pixxisega rqiqa (Anoxypristis cuspidata);

 

(ii)  il-pixxisega nana (Pristis clavata);

 

(iii)  il-pixxiserrieq (Pristis pectinata);

 

(iv)  il-pixxisega businna (Pristis pristis);

 

(v)  il-pixxisega ħadra (Pristis zijsron);

 

(c)  il-gabdoll (Cetorhinus maximus) u l-kelb il-baħar abjad (Carcharodon carcharias);

 

(d)  ir-rebekkin skur (Diptrus batis) ir-rebekkin skur kumpless (Dipturus cf. flossada u Dipturus cf. intermedia);

 

(e)  il-mazzola tal-fanal minuri (Etmopterus pusillus) fl-ilmijiet tal-Unjoni tas-Subżona IV tal-ICES u d-Diviżjoni IIIa tal-ICES;

 

(f)  ir-raja manta tal-iskoll (Manta alfredi);

 

(g)  ir-raja manta ġiganta (Manta birostris);

 

(h)  l-ispeċijiet li ġejjin ta' raj tal-qrun:

 

(i)  il-baqra (Mobula mobular);

 

(ii)  raja tal-qrun minuri tal-Ginea (Mobula rochebrunei);

 

(iii)  il-mobula denbha xewka (Mobula japanica);

 

(iv)  il-mobula denbha lixx (Mobula thurstoni);

 

(v)  il-mobula qrunha twal (Mobula eregoodootenkee);

 

(vi)  ir-raja tal-qrun ta’ Munk (Mobula munkiana);

 

(vii)  ir-raja tal-qrun taċ-Ċilì (Mobula tarapacana);

 

(viii)  ir-raja tal-qrun tal-ġewnaħ qasir (Mobula kuhlii);

 

(ix)  ir-raja tal-qrun minuri (Mobula hypostoma);

 

(i)  ir-raja tal-fosos (Raja clavata) fl-ilmijiet tal-Unjoni tad-Diviżjoni IIIa tal-ICES;

 

(j)  il-guitarfishes (Rhinobatidae);

 

(k)  l-ixkatlu komuni (Squatina squatina);

 

(l)  is-salamun (Salmo salar) u t-trota tal-baħar (Salmo trutta) meta s-sajd isir bi kwalunkwe xibka rmunkata fl-ilmijiet ’il barra mil-limitu ta’ sitt mili mkejjel mil-linji bażi tal-Istati Membri fis-subżoni II u IV tal-ICES (ilmijiet tal-Unjoni);

 

(m)  l-awwista tal-ilma ħelu, femminili mimlija bil-bajd (Palinuridae spp.) u l-awwista Ewropea femminili mimlija bil-bajd (Homarus gammarus) ħlief meta użati għal skopijiet ta’ stokkjar mill-ġdid jew trapjantar diretti.

Ġustifikazzjoni

Il-proposta għal regolament dwar miżuri tekniċi (COM(2016)134 final) telenka l-ispeċijiet ipprojbiti fl-Anness 1. Peress li din il-proposta bħalissa għadha qed tiġi diskussa, ir-rapporteur tqis li hu meħtieġ li tingħata definizzjoni aktar dettaljata ta’ “speċijiet ipprojbiti” msemmija fl-Artikolu 2(7) ta’ dan ir-Regolament. Bħala tali, l-ispeċijiet ipprojbiti li għalihom japplika dan ir-Regolament ittieħdu mil-lista li tinsab fil-proposta għal regolament dwar miżuri tekniċi.

(1)

Għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.


NOTA SPJEGATTIVA

(1) Sfond tal-proposta tal-Kummissjoni

Ir-regolament bażiku jqis il-pjanijiet pluriennali bħala essenzjali għall-esplojtazzjoni pluriennali u sostenibbli tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar; l-idea wara dawn il-pjanijiet hija li jiġu indirizzati l-karatteristiċi ta' attivitajiet tas-sajd differenti.

Il-pjanijiet pluriennali huma l-bażi għal pjanijiet ta’ skartar, li jispeċifikaw l-obbligu tal-ħatt tal-art għal ċerti stokkijiet u sajd u jippermettu eċċezzjonijiet.

Il-pjan tal-Baħar Baltiku huwa l-ewwel pjan pluriennali li ġie adottat f’konformità mar-regolament bażiku. Dan jitqies bħala mudell għall-pjanijiet pluriennali għal żoni oħra tal-baħar, iżda l-karatteristiċi ta’ attivitajiet tas-sajd (u ta’ żoni) differenti għad iridu jiġu kkunsidrati.

Il-valutazzjoni tal-impatt li fuqha hija bbażata l-proposta tal-Kummissjoni għal dan il-pjan pluriennali (minn hawn ’il quddiem il-Pjan tal-Baħar tat-Tramuntana) tistabbilixxi l-objettivi li ġejjin (p.31):

  It-tnaqqis tas-sajd taħt il-kwota bl-użu ta’ meded FMSY

  Salvagwardji għall-approċċ prekawzjonarju

  L-iffaċilitar tal-applikazzjoni tal-obbligu tal-ħatt l-art

  Qafas għall-adozzjoni tar-reġjonalizzazzjoni

Il-proposta tal-Kummissjoni tirreferi biss għall-istokkijiet demersali, peress li l-ġestjoni ta’ dawn l-istokkijiet hija ferm differenti mill-ġestjoni tal-istokkijiet pelaġiċi u dawk industrijali.

(2) Kontenut tal-proposta

Struttura u kamp ta' applikazzjoni

Essenzjalment, il-Kummissjoni segwiet l-istruttura tal-pjan tal-Baħar Baltiku. Xi siltiet ġew emendati jew tħallew barra.

Il-proposta tiffoka fuq is-sajd imħallat tal-istokkijiet demersali tal-Baħar tat-Tramuntana. Hija ma tirreferix għall-interazzjonijiet bijoloġiċi bejn l-istokkijiet, peress li x-xjenza għadha mhix kapaċi timmudellahom b’mod suffiċjenti. Fis-sajd imħallat, jista’ jkun hemm il-fenomenu ta' speċijiet magħrufa bħala "choke species".

Il-Kummissjoni, għalhekk, inkorporat il-kunċett tal-meded fil-proposta tagħha. Dawn il-meded jenħtieġ li jippermettu ċerta flessibbiltà għall-kwistjoni ta' "choke species".

Il-Kummissjoni klassifikat l-istokkijiet demersali f’sitt gruppi. Din il-klassifikazzjoni saret skont ċerti kriterji, pereżempju l-qabdiet totali permissibbli (Total Allowable Catches) (minn hawn ’il quddiem "TACs").

Il-Kummissjoni introduċiet l-kunċett ta' Abundance(buffer), li ġie żviluppat mill-Kunsill Konsultattiv tal-Baħar tat-Tramuntana. Dan il-kunċett huwa iktar sostenibbli minn dak tal-Abundance(limit) żviluppat mill-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES).

Konsistenza u Mekkaniżmi

Filwaqt li l-parir xjentifiku u l-kalkoli tal-istokkijiet ġeneralment jirreferu għall-hekk imsejħa żoni tal-ICES li huma bbażati fuq l-għarfien/ir-riżultati tal-istudji u jistgħu maż-żmien jiġu adattati għas-sitwazzjoni tal-istokkijiet, l-iffissar tat-TACs fil-fatt huwa marbut ma’ unitajiet ta’ ġestjoni li, għall-kuntrarju taż-żoni tal-ICES, ma jinbidlux. Dan jirriżulta f’diskrepanza bejn l-unitajiet tal-istokkijiet u l-unitajiet tal-ġestjoni.

Għas-sistema tal-klassifikazzjoni tal-gruppi magħżula mill-Kummissjoni, huwa għalhekk importanti li jiġi żgurat li xi stokkijiet li huma kklassifikati fi Grupp 3 jkollhom ukoll il-livelli ta' referenza ta’ Grupp 1. Peress li dawn l-istokkijiet jinsabu prinċipalment fl-Atlantiku tat-Tramuntana, madankollu, il-livelli ta’ referenza se jiġu inklużi fil-pjan pluriennali futur għall-Atlantiku tal-Majjistral. Dan ifisser li dawn l-istokkijiet se jaqgħu taħt Grupp 7 tal-pjan tal-Baħar tat-Tramuntana.

L-idea bażika wara Grupp 7 hija li jkun hemm pjanijiet pluriennali għal aktar żoni li, jekk l-istruttura tinżamm, se jpoġġu l-istokkijiet b'meded FMSY fi Grupp 1.

Il-proposta tal-Kummissjoni tpoġġi l-merlangu fi Grupp 1. Il-Parir ta' Rikjesta Speċjali tal-ICES għall-meded ma jelenka ebda medda għall-merlangu, u għalhekk mhumiex klassifikati fl-Anness I. Skont il-Kummissjoni, il-merlangu tqiegħed fi Grupp 1 għaliex hija mistennija informazzjoni dwar il-meded fil-futur qrib. Il-verżjoni li jmiss tal-Parir tal-ICES se tinkludi wkoll figuri aġġornati għall-merluzz tal-linja sewda.

Ir-rapporteur ġiet informata li Gruppi 3 u 6 jinkludu l-ispeċijiet kollha tar-raj. Grupp 3 jinkudi l-bakkaljaw tal-Kattegat.

Ir-rapporteur ressqet emendi bl-għan li jkun hemm konsistenza u ċarezza fid-deskrizzjoni taż-żoni. Għal din ir-raġuni hija adattat in-nomenklatura tal-"Baħar tat-Tramuntana". Huwa magħmul ċar li d-Diviżjoni IIIa tal-ICES tirreferi kemm għas-Skagerrak kif ukoll għall-Kattegat, filwaqt li d-Diviżjoni IIIa Punent tirreferi biss għas-Skagerrak.

Għall-Atlantiku u għall-Baħar tat-Tramuntana, it-TACs huma definiti wkoll f'IIa għall-ilmijiet tal-Unjoni. Madankollu, il-proposta tal-Kummissjoni ma telenkax din iż-żona msemmija fl-Artikolu 1 fid-definizzjonijiet individwali tal-gruppi fl-Artikolu 2. Ir-rapporteur tassumi li din iż-żona mhux se tiġi inkluża fil-kalkoli tal-istokkijiet tal-ICES.

Gruppi 1 u 2 jistgħu jiġu mibdula biss bil-proċedura leġiżlattiva ordinarja, u dan japplika wkoll għall-meded stipulati għal dawn il-gruppi fl-Anness. Aktar stokkijiet jistgħu, madankollu, jiġu kklassifikati taħt Grupp 3 jekk il-Kunsill jistabbilixxi TACs għalihom. F'dan il-każ, l-istokk jitneħħa minn Grupp 5. Il-każ oppost jista' jiġri jekk il-Kunsill jiddeċiedi li jneħħi TAC. F'dan il-każ, l-istokk jitneħħa minn Grupp 3 u jiddaħħal fi Grupp 5.

Għalkemm il-Pjan tal-Baħar Baltiku jipproponi biss atti delegati għall-ispeċijiet tal-qabdiet aċċessorji, il-Kummissjoni tista', skont il-proposta tal-Kummissjoni, tadotta “Miżuri Speċifiċi ta’ Konservazzjoni” (Artikolu 9) għal gruppi differenti u għal numru kbir ta' speċijiet.

(3) Il-pożizzjoni tar-rapporteur

Ir-rapporteur fasslet emendi maħsuba biex jiċċaraw fatti, ikun hemm konformità ma’ regoli fis-seħħ bħar-regolament bażiku u l-Pjan tal-Baħar Baltiku u biex jinkiseb grad ta’ flessibbiltà fir-rigward tar-riżultati xjentifiċi aġġornati.

Is-sajd imħallat, il-meded u l-flessibbiltà

Il-Pjan tal-Baħar Baltiku diġà ppropona meded. Ir-rapporteur iddeċidiet li tadotta l-approċċ tal-meded tal-Pjan tal-Baħar Baltiku, prinċipalment minħabba s-sajd imħallat fil-Baħar Baltiku u l-kwistjoni tal-ispeċijiet magħrufa bħala "choke species".

Dawn il-meded jippermettu grad ta’ flessibbiltà meta wieħed jiġi għall-iffissar tat-TACs. Mekkaniżmi ta’ flessibilità addizzjonali diġà huma stabbiliti fir-regolament bażiku. Dan jinkludi li l-Istati Membri jqisu l-kompożizzjoni tal-qabda meta jallokaw il-kwoti. F'dan ir-rigward, ir-rapporteur tappoġġa lill-Kummissjoni. Hija tal-opinjoni li, qabel kollox, għandhom isiru skambji ta’ kwoti u li s-selettività jenħtieġ li tiżdied sabiex jiġi evitat użu baxx iżżejjed tal-kwoti. Skont il-Kummissjoni, s’issa l-Istati Membri għadhom ma applikawx flessibbiltà bejn l-ispeċijiet. Hawnhekk, għad hemm potenzjal għal tnaqqis fis-sitwazzjonijiet potenzjali ta' "choke species". Barra minn hekk, l-Artikolu 33(2) tar-regolament bażiku jirreferi għall-iskambju tal-opportunitajiet tas-sajd ma' pajjiżi terzi, sabiex jiġi żgurat is-sajd sostenibbli ta’ stokkijiet li jiġu kondiviżi ma’ pajjiżi terzi.

Il-kalkolu tal-limiti massimi fil-meded tal-ICES huwa bbażat fuq ir-regola rakkomandata tal-ICES. Dan jinkludi salvagwardja speċifika f’każ li l-istokk jinżel taħt ċertu limitu. L-użu ta’ dawn il-limiti massimi huwa biss ġustifikabbli jekk ir-regola rakkomandata tal-ICES tiġi segwita. Għal din ir-raġuni r-rapporteur speċifikat dan il-kuntest fit-test.

Il-leġiżlazzjoni taħt il-PKS għandha tkun ibbażata fuq l-aqwa parir xjentifiku disponibbli. Dan ifisser ukoll li l-leġiżlazzjoni jenħtieġ li tippermetti grad ta’ flessibbiltà sabiex tkun tista’ tirreaġixxi għal riżultati xjentifiċi miksuba ġodda. Għal din ir-raġuni r-rapporteur spjegat fid-dettall il-prinċipu pjuttost milli l-figuri speċifiċi fl-Annessi.

L-aqwa parir xjentifiku disponibbli

Matul in-negozjati dwar il-Pjan tal-Baħar Baltiku, diġà ġiet diskussa t-tema tal-“aqwa parir xjentifiku disponibbli”. L-UNCLOS tuża dan it-terminu fl-Artikolu 119(1)(a), u anke r-regolament bażiku jużah fl-Artikolu 3(c) pereżempju. Definizzjoni ta’ dan il-kunċett ma teżistix. Il-prattika komuni hija li t-testi legali jiġu bbażati fuq pariri tal-ICES.

In-negozjati dwar il-kwoti tas-sajd għall-Baħar Baltiku għall-2017 b’mod partikolari stabilixxew il-ħtieġa għal definizzjoni aktar ċara tal-"aqwa parir xjentifiku disponibbli". Għal din ir-raġuni, ir-rapporteur introduċiet definizzjoni li tgħid li l-parir xjentifiku jrid jiġi ppubblikat u rivedut qabel ma jintuża.

Il-Brexit u n-Norveġja

Jenħtieġ li l-pjan joħloq bażi ta’ ħidma tajba għall-ġestjoni futura ma’ pajjiżi terzi. F’dan il-kuntest, il-possibbiltajiet elenkati fl-Artikolu 33 tar-regolament bażiku jenħtieġ li jiġu sfruttati bis-sħiħ. Għal din ir-raġuni jeħtieġ li l-Pjan tal-Baħar tat-Tramuntana jiġi żviluppat b’ċerta urġenza.

Kwistjonijiet oħra

Grupp 6 fil-proposta tal-Kummissjoni jirreferi għal-lista tal-ispeċijiet ipprojbiti, kif inhuma elenkati bħalissa fl-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/127. Ir-rapporteur tissuġġerixxi li jsir riferiment għal lista inqas flessibbli f’dan il-mument partikolari. Preċiżament kif għamlet il-Kummissjoni fil-proposta attwali tagħha dwar il-miżuri tekniċi. Tali lista telimina wkoll il-possibbiltà li l-istokkijiet b’TAC ta' żero jaqgħu taħt dan il-grupp.

Il-valutazzjoni tal-impatt saret fiż-żmien meta daħal fis-seħħ l-ewwel pjan ta' skartar għall-ispeċijiet demersali fil-Baħar tat-Tramuntana. Skont il-Kummissjoni, l-esperjenza ta’ sena bil-pjan ta’ skartar ma jkollha l-ebda effett fuq is-suppożizzjonijiet bażiċi tal-valutazzjoni tal-impatt. Ir-rapporteur se tqis il-valutazzjoni tal-implimentazzjoni fil-ħidma futura fuq dan il-pjan.

Il-flessibbiltà li tirriżulta mir-reġjonalizzazzjoni u l-atti delegati bħala riżultat tal-pjanijiet pluriennali ma għandhiex timpedixxi lill-Parlament Ewropew milli jissodisfa l-funzjoni tiegħu ta’ monitoraġġ.

L-Artikolu 17 tal-pjan tal-Baħar Baltiku jipprevedi appoġġ mill-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd b’miżuri ta’ waqfien temporanju jekk jiġu adottati għall-ilħuq tal-objettivi tal-pjan. Ir-rapporteur inkorporat din id-dispożizzjoni hawnhekk.


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Pjan pluriennali għall-istokkijiet demersali fil-Baħar tat-Tramuntana u s-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet

Referenzi

COM(2016)0493 – C8-0336/2016 – 2016/0238(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

3.8.2016

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

PECH

12.9.2016

 

 

 

Committees asked for opinions

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

DEVE

12.9.2016

BUDG

12.9.2016

ENVI

12.9.2016

REGI

12.9.2016

Opinjonijiet mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

DEVE

18.8.2016

BUDG

31.8.2016

ENVI

31.8.2016

REGI

8.9.2016

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Ulrike Rodust

15.9.2016

 

 

 

Eżami fil-kumitat

11.10.2016

9.11.2016

25.1.2017

22.3.2017

 

30.5.2017

 

 

 

Data tal-adozzjoni

12.7.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

13

4

7

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marco Affronte, Clara Eugenia Aguilera García, Renata Briano, Alain Cadec, David Coburn, Richard Corbett, Sylvie Goddyn, Mike Hookem, Ian Hudghton, Carlos Iturgaiz, Werner Kuhn, António Marinho e Pinto, Gabriel Mato, Norica Nicolai, Ulrike Rodust, Annie Schreijer-Pierik, Isabelle Thomas, Peter van Dalen, Jarosław Wałęsa

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

José Blanco López, Ole Christensen, John Flack, Jens Gieseke, Julie Girling, Anja Hazekamp, Czesław Hoc, Maria Lidia Senra Rodríguez

Data tat-tressiq

18.7.2017


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET

FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

13

+

ALDE

António Marinho e Pinto, Norica Nicolai

ECR

John Flack, Julie Girling, Peter van Dalen

ENF

Sylvie Goddyn

PPE

Alain Cadec

S&D

Clara Eugenia Aguilera García, Renata Briano, Ole Christensen, Richard Corbett, Ulrike Rodust, Isabelle Thomas

4

-

GUE/NGL

Anja Hazekamp

Verts/ALE

Marco Affronte, Ian Hudghton, Keith Taylor

7

0

GUE/NGL

Maria Lidia Senra Rodríguez

PPE

Jens Gieseke, Carlos Iturgaiz, Werner Kuhn, Gabriel Mato, Annie Schreijer-Pierik, Jarosław Wałęsa

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Avviż legali