Proċedura : 2017/2027(INI)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0268/2017

Testi mressqa :

A8-0268/2017

Dibattiti :

PV 12/09/2017 - 19
CRE 12/09/2017 - 19

Votazzjonijiet :

PV 13/09/2017 - 9.15
CRE 13/09/2017 - 9.15
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2017)0345

RAPPORT     
PDF 642kWORD 75k
20.7.2017
PE 601.107v02-00 A8-0268/2017

dwar ir-relazzjonijiet politiċi tal-UE mal-Amerika Latina

(2017/2027(INI))

Kumitat għall-Affarijiet Barranin

Rapporteur: Javi López

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp
 INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar ir-relazzjonijiet politiċi tal-UE mal-Amerika Latina

(2017/2027(INI))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), u b'mod partikolari t-Titolu V tiegħu dwar l-azzjoni esterna tal-UE,

–  wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), u b'mod partikolari l-Ħames Parti, Titoli I-III u V tiegħu (Politika Kummerċjali Komuni, Kooperazzjoni fl-Iżvilupp u Għajnuna Umanitarja, u Ftehim Internazzjonali),

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-17 ta' Ottubru 2016 dwar l-Istrateġija Globali għall-Politika Estera u ta' Sigurtà tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta' Settembru 2009 bit-titolu "L-Unjoni Ewropea u l-Amerika Latina: Atturi Globali fi Sħubija" (COM(2009)0495),

–  wara li kkunsidra r-rabtiet kulturali, lingwistiċi, politiċi u storiċi qawwija parzjalment stabbiliti minħabba deċennji ta' migrazzjoni intensa bejn l-Istati Membri tal-UE u l-pajjiżi tal-Amerika Latina u l-Karibew (ALK),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija fid-dinja fl-2015 (Kwistjonijiet tal-Pajjiżi u Reġjonali),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tas-summits tal-Kapijiet ta' Stat jew Gvern tal-Amerika Latina u l-Karibew u tal-Unjoni Ewropea li saru s'issa u, b'mod partikolari, id-Dikjarazzjoni tat-tieni Summit bejn l-UE u l-Komunità ta' Stati tal-Amerika Latina u tal-Karibew (CELAC), li sar fi Brussell bejn l-10 u l-11 ta' Ġunju 2015 bit-tema "Shaping our common future: (Insawru l-futur komuni tagħna:) working together for prosperous, cohesive and sustainable societies for our citizens" (naħdmu flimkien għal soċjetajiet prosperużi, koeżi u sostenibbli għaċ-ċittadini tagħna), li adottat id-dikjarazzjoni politika bit-titolu "A Partnership for the next generation" (Sħubija għall-ġenerazzjoni li jmiss),

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-Forum tas-Soċjetà Ċivili UE-CELAC tal-11 ta' Mejju 2015 bit-titolu "Equality, rights and democratic participation for the peoples of Europe and Latin America and the Caribbean" (Ugwaljanza, drittijiet u parteċipazzjoni demokratika għall-popli tal-Ewropa, u tal-Amerika Latina u l-Karibew),

–  wara li kkunsidra l-komunikat konġunt tal-ewwel Laqgħa Ministerjali bejn Summit u ieħor UE-CELAC, li saret f'Santo Domingo (ir-Repubblika Dominikana) bejn il-25 u s-26 ta' Ottubru 2016,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni adottata fil-25 Summit Ibero-Amerikan tal-Kapijiet ta' Stat u ta' Gvern, li sar f'Cartagena de Indias (il-Kolombja) bejn it-28 u d-29 ta' Ottubru 2015 bit-titolu "Youth, Entrepreneurship and Education" (Żgħażagħ, Intraprenditorija u Edukazzjoni),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni politika tal-ħames konferenza tas-Summit tal-Kapijiet ta' Stat jew ta' Gvern tas-CELAC li sar f'Punta Cana (ir-Repubblika Dominikana) fil-25 ta' Jannar 2017,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' Jannar 2016 b'appoġġ għall-proċess ta' paċi fil-Kolombja(1),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu dwar il-Venezwela, b'mod partikolari dawk tat-8 ta' Ġunju 2016(2) u tas-27 ta' April 2017(3) dwar is-sitwazzjoni fil-Venezwela,

–  wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva tal-5 ta' Lulju 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim ta' Djalogu Politiku u ta' Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika ta' Kuba, min-naħa l-oħra(4),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta' Ottubru 2014 dwar l-għajbien ta' 43 student fil-Messiku(5),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tal-Assemblea Parlamentari Ewro-Latino-Amerikana (EuroLat), b'mod partikolari dawk tat-22 ta' Settembru 2016 dwar l-aspetti kummerċjali tad-diversi negozjati UE-ALK li għaddejjin bħalissa(6), dwar il-ġlieda kontra l-faqar bħala parti mill-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs) fl-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli(7), dwar il-finanzjament tal-partiti politiċi fl-Unjoni Ewropea u l-Amerika Latina(8), u dwar ir-relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji mar-Repubblika Popolari taċ-Ċina mill-perspettiva tas-Sħubija Strateġika Bireġjonali UE-ALK(9), u tad-29 ta' Marzu 2014 dwar il-femminiċidju fl-Unjoni Ewropea u l-Amerika Latina(10),

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-EuroLat tat-22 ta' Settembru 2016 dwar il-migrazzjoni, l-iżvilupp u l-kriżi ekonomika(11),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta' Mejju 2010 dwar l-istrateġija tal-UE għar-relazzjonijiet mal-Amerika Latina(12),

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni mill-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar il-punt (ii) tal-punt (b) tal-Artikolu 5(2) tar-Regolament (UE) Nru 233/2014 tal-11 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi strument għall-kooperazzjoni tal-iżvilupp għall-perjodu 2014-2020,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 233/2014 tal-11 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi strument ta' finanzjament tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp għall-perjodu 2014-2020,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Nru 169 tal-ILO dwar il-Popli Indiġeni u Tribali f'Pajjiżi Indipendenti, partikolarment l-Artikolu 14 tagħha, dwar id-drittijiet ta' sjieda u pussess tal-popli kkonċernati fir-rigward tal-artijiet li jokkupaw tradizzjonalment,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Ġunju 2013 dwar ir-rwol tal-UE fil-promozzjoni ta' Sħubija Trans-Atlantika usa'(13),

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet magħmula fir-Rapport Speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri dwar l-effikaċja tat-taħlit ta' għotjiet tal-faċilità ta' investiment reġjonali flimkien ma' self minn istituzzjonijiet finanzjarji bħala appoġġ għall-politiki esterni tal-UE,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A8-0268/2017),

A.  billi r-reġjun tal-Amerika Latina u l-Karibew (ALK) jikkostitwixxi sieħeb ewlieni għall-UE fir-rigward tal-indirizzar b'mod konġunt tal-isfidi globali preżenti, bħall-qerda tal-faqar, l-aċċess għall-ilma tax-xorb, ir-rispett universali għad-drittijiet tal-bniedem, il-paċi u s-sigurtà, l-iżvilupp soċjoekonomiku, in-nuqqas ta' governanza tajba, is-sostenibbiltà, il-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, it-trasformazzjoni diġitali u l-ġestjoni tal-migrazzjoni;

B.  billi s-sħubija UE-ALK hi bbażata fuq rabtiet storiċi u kulturali mill-qrib, fuq skambji interpersonali estensivi, kummerċ qawwi u dejjem jikber u flussi ta' investiment u valuri kondiviżi bħad-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt;

C.  billi t-33 pajjiż tal-ALK għandhom realtajiet politiċi, ekonomiċi u kulturali differenti li jirrikjedu approċċi differenti f'qafas koerenti u konsistenti fil-kuntest tal-azzjoni esterna tal-UE, filwaqt li dejjem jiġu difiżi l-valuri tal-UE dwar id-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem;

D.  billi s-sħubija fit-tul bejn l-UE u l-pajjiżi tal-ALK hi msejsa fuq rabtiet storiċi, kulturali, umani u ekonomiċi, li ma jridux jiġu sottovalutati u għandhom ikunu prinċipji u valuri komuni b'orjentazzjoni aktar orizzontali, inkluż ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, l-istat tad-dritt, il-paċi u s-sigurtà internazzjonali, u l-appoġġ konġunt għal sistema multilaterali ta' governanza globali bbażata fuq regoli u djalogu komuni;

E.  billi l-UE u l-pajjiżi tal-ALK flimkien jikkostitwixxu terz tal-popolazzjoni totali tal-membri tan-Nazzjonijiet Uniti u jirrappreżentaw madwar 25 % tal-PDG globali;

F.  billi l-intensifikar tad-djalogu politiku u l-kooperazzjoni dwar il-migrazzjoni, it-tibdil fil-klima, l-enerġija u l-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, kif ukoll l-investiment f'rabtiet soċjoekonomiċi aktar profondi permezz tal-iffaċilitar tal-viża, tal-iskambji bejn l-istudenti u l-kooperazzjoni fir-riċerka, huma prijoritajiet għal azzjoni esterna tal-UE mal-pajjiżi tal-ALK;

G.  billi s-Sħubija Strateġika Bireġjonali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Amerika Latina u l-Karibew li tnediet f'Ġunju 1999 biex issaħħaħ ir-relazzjonijiet bejn iż-żewġ reġjuni għadha mhijiex suċċess ikkonsolidat;

H.  billi fl-aħħar deċennju, ir-reġjun tal-ALK għadda minn tibdil sinifikanti, bħall-pereżempju, il-fatt li parti kbira mill-popolazzjoni saret tagħmel parti mill-klassi medja, dan permezz ta' riformi ekonomiċi u politiki soċjali, ta' ridistribuzzjoni akbar tal-ġid iġġenerat mill-pajjiżi fir-reġjun, li jippermetti t-titjib tal-aċċess għall-edukazzjoni, is-saħħa u l-akkomodazzjoni deċenti, kif ukoll għall-konsolidazzjoni ġenerali tad-demokrazija, iżda anke fi tmiem tas-superċiklu tal-komoditajiet li wassal lil miljuni ta' nies f'riskju li jaqgħu lura fil-faqar;

I.  billi, wara deċennju ta' tkabbir ekonomiku impressjonanti, it-tmiem taċ-ċiklu ta' prezzijiet għaljin għall-materja prima, li fuqhom jiddependu l-parti l-kbira tal-pajjiżi tal-ALK, flimkien mat-tnaqqis ekonomiku fiċ-Ċina, li issa saret it-tieni l-ikbar sieħba kummerċjali wara l-Istati Uniti, ħolqu staġnar ekonomiku u saħansitra wasslu għal riċessjoni f'bosta pajjiżi tar-reġjun, li kkomprometta ħafna mill-progress li sar u li qed iħalli lil miljuni ta' persuni f'riskju li jaqgħu lura fil-faqar;

J.  billi f'xi pajjiżi tal-Amerka Latina hemm talba qawwija ħafna għal demokrazija u parteċipazzjoni akbar, kif ukoll għal politiki ekonomiċi sostenibbli;

K.  billi hu kruċjali li l-istat tad-dritt jirrifletti qafas legali stabbli bil-garanzija ta' ċertezza legali sabiex jiġu attirati l-investimenti meħtieġa biex jiġi promoss l-irkupru ekonomiku;

L.  billi r-rispett għall-istat tad-dritt u għal qafas legali u politiku stabbli jippermetti liż-żewġ reġjuni jeżerċitaw intraprenditorija ħielsa u li jkollhom ambjent li jappoġġa l-investiment li jkun jinkludi s-salvagwardji tal-prinċipju taċ-ċertezza legali;

M.  billi l-livelli ta' inflazzjoni għoljin ixekklu t-tkabbir u għaldaqstant iridu jiġu indirizzati minnufih; billi r-rati ta' skambju affidabbli huma kruċjali għall-iżvilupp ekonomiku ta' pajjiż; billi hu essenzjali li tiġi implimentata politika industrijali li tkabbar il-produttività, tiddiversifika l-ekonomija u tattira l-investiment;

N.  billi l-Ftehimiet ta' Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-pajjiżi tal-ALK jgħinu biex jitjieb id-djalogu politiku u kummerċjali, kif ukoll il-klima għall-investiment, billi jiftħu s-settur tas-servizzi u s-swieq tal-akkwist pubbliku u jippermettu l-implimentazzjoni ta' proġetti tal-infrastruttura;

O.  billi hi ta' importanza kbira li l-Amerka Latina u l-UE jiżviluppaw aġenda kondiviża;

P.  billi fis-snin reċenti l-UE esperjenzat bidliet qawwija, partikolarment il-kriżi ekonomika, u l-isfidi marbuta mal-Brexit u l-kriżi tar-rifuġjati;

Q.  billi l-bidliet ġeopolitiċi ewlenin li qed iseħħu attwalment fil-pajjiżi tal-ALK, u li huma kkaratterizzati mill-preżenza dejjem akbar, fost l-oħrajn, ta' stati Asjatiċi li qed ifittxu sħubija ekonomika fir-reġjun, jirrikjedu li l-UE ssaħħaħ il-pożizzjoni tagħha bħala alleata reali għas-sħab tagħha fir-reġjun tal-ALK, mhux biss f'termini ta' skambju ekonomiku, iżda bħala sieħba fil-progress soċjali u d-difiża ta' valuri komuni;

R.  billi l-Ftehim Globali bejn l-UE u l-Messiku, il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-UE u ċ-Ċili u l-Ftehim ta' Qafas ta' Koperazzjoni Interreġjonali UE-Mercosur daħlu fis-seħħ fl-1997, fl-2003 u fl-1999 rispettivament; billi, minħabba l-importanza tagħhom għall-UE u għall-pajjiżi tal-ALK, in-negozjati kontinwi dwar l-aġġornament ta' dawn il-ftehimiet jeħtieġu spinta ambizzjuża sabiex jinkisbu l-iktar riżultati moderni u progressivi;

S.  billi l-UE hi s-sors ewlieni ta' assistenza għall-iżvilupp, kif rifless fl-Istrument ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp (DCI) 2014-2020, hi l-investitur ewlieni u waħda mis-sħab kummerċjali prinċipali mar-reġjun tal-ALK, u billi l-kooperazzjoni Ewropea hi qawwija bħala riżultat tal-kooperazzjoni finanzjarja u triangulari;

T.  billi l-Kummissjoni qiegħda tfassal aġenda ta' żvilupp ġdida bħala parti mill-Aġenda 2030 u billi l-kunċett ta' żvilupp sostenibbli jrid jiġi applikat fi u jinkludi lill-pajjiżi kollha fl-Amerika Latina (inkluż il-pajjiżi bi dħul medju), u billi dan l-approċċ il-ġdid irid jikkunsidra kriterji oħrajn apparti d-dħul per capita;

U.  billi l-pajjiżi tal-ALK ġew relegati sistematikament fit-tieni post fid-definizzjoni tal-prijoritajiet ewlenin tal-politika esterna tal-UE, u dan minkejja r-rabtiet kulturali u lingwistiċi ovvji li storikament jorbtuha mal-pajjiżi tal-ALK, u minkejja l-bżonn li jinstabu alleati ġodda fid-dawl tat-telf ta' influwenza ġeopolitika dejjem akbar tagħha fid-dinja;

V.  billi r-reġjun tal-Atlantiku kollu kemm hu - inkluż l-UE, l-Amerika ta' Fuq, l-Amerika Ċentrali, l-Amerika t'Isfel u l-pajjiżi tul il-kosta Atlantika tal-Afrika - hu importanti ħafna, bħal ma hu l-bżonn ta' kooperazzjoni bejn ir-reġjuni u l-pajjiżi Atlantiċi, sabiex dawn kollha jkunu jistgħu jindirizzaw l-isfidi kondiviżi ffaċċjati minn din iż-żona kbira ħafna;

W.  billi l-Konferenza Ministerjali tad-WTO li jmiss ser issir fi Buenos Aires f'Diċembru 2017, u billi d-delegazzjonijiet parlamentari mill-Istati Membri, ukoll se jiltaqgħu tul dik il-konferenza;

X.  billi l-implimentazzjoni tal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli tiżgura l-aċċess universali għall-informazzjoni u l-ħarsien tal-libertà tal-espressjoni;

Y.  billi l-aħjar 10 pajjiżi f'termini ta' governanza tal-enerġija u 20 % tar-riżervi taż-żejt dinji jinsabu fl-Amerika Latina;

Z.  billi żewġ pajjiżi tal-Amerika Latina, il-Messiku u l-Brażil, ġew identifikati bħala sieħba strateġiċi tal-UE;

1.  Jissottolinja li s-sħubija bireġjonali UE-ALK hi bbażata fuq prinċipji, valuri u interessi komuni, bħad-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem, il-paċi u s-solidarjetà, l-istat tad-dritt u l-ġudikatura indipendenti, kif ukoll fuq l-impenn li dawn jinżammu f'rabta orizzontali u li din saret essenzjali għall-progress tal-iskambji bireġjonali u ta' kooperazzjoni; jisħaq li fid-dawl tal-kriżi ekonomika, l-UE u l-pajjiżi tal-ALK qegħdin jiffaċċjaw sfidi komuni fl-oqsma tat-tkabbir tal-iżvilupp sostenibbli u fil-ġlieda kontra l-qgħad, it-trasformazzjoni diġitali, l-inklużjoni soċjali u l-ugwaljanza bejn is-sessi, filwaqt li fl-istess ħin jikkondividu valuri komuni;

2.  Jenfasizza l-fatt li x-xenarju ġeopolitiku l-ġdid jikkunsidra t-tisħiħ tar-reġjun tal-ALK bħala prijorità strateġika, u opportunità għall-politika barranija tal-UE, billi ż-żewġ reġjuni jikkondividu viżjoni komuni tad-dinja bbażata fuq il-multilateraliżmu, id-djalogu, is-sostenibbiltà, l-istat tad-dritt, ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u s-soċjetajiet miftuħa inklużivi; jirrikonoxxi d-diversità pożittiva u għanja tal-atturi fir-relazzjonijiet bejn l-UE u l-pajjiżi tal-ALK, inklużi l-istati, l-ibliet u l-entitajiet lokali kif ukoll l-universitajiet, is-soċjetà ċivili, il-korporazzjonijiet u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew; jappella għal aktar koordinament tal-ftehimiet, għal azzjonijiet ta' kooperazzjoni u għal kuntatti politiċi ta' livell għoli;

3.  Iqis li l-espansjoni tal-kooperazzjoni politika u ekonomika u l-bini ta' sħubijiet aktar b'saħħithom mal-pajjiżi tal-ALK huma kruċjali, bħala azzjonijiet komplementari kemm f'livell bireġjonali, subreġjonali kif ukoll f'livell bilaterali; jisħaq dwar il-bżonn li din il-kooperazzjoni tikkontribwixxi b'mod effettiv għall-ikkonsolidar tat-tkabbir ekonomiku permezz ta' politiki ta' żvilupp soċjoekonomiċi, filwaqt li jiġu żgurati l-inklużjoni soċjali, il-libertajiet ċivili u d-drittijiet tal-bniedem u t-tnaqqis tal-faqar; jemmen li s-sħubija UE-ALK u l-ftehimiet ta' assoċjazzjoni għandhom jikkunsidraw id-differenzi ekonomiċi bejn ir-reġjuni u għandhom jaraw li l-assimetriji eżistenti ma jmorrux għall-agħar; jinnota li l-preżenza ta' kumpanniji Ewropej hi importanti ħafna għall-ekonomiji nazzjonali tal-pajjiżi tal-Amerika Latina u jisħaq li l-attivitajiet tagħhom iridu jkunu soġġetti għar-regoli u l-proċessi ta' monitoraġġ eżistenti;

4.  Jissottolinja l-importanza tas-summits UE-CELAC bħala strument ta' sħubija bireġjonali strateġiku li jifforma qafas ġdid ta' djalogu politiku; jappella lill-UE u lis-CELAC ukoll biex isaħħu din is-sħubija u d-djalogu politiku fi ħdan il-qafas tad-djalogi tematiċi u tal-inizjattivi ewlenin tagħha, bħall-Inizjattiva Konġunta dwar ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, id-Djalogu Strutturat dwar il-Migrazzjoni u l-Mekkaniżmu ta' Koordinazzjoni u Kooperazzjoni dwar id-Drogi, u bil-ħidma fuq interessi komuni identifikati biċ-ċar sabiex flimkien jindirizzaw l-isfidi gloabli komuni fl-oqsma ta' governanza tajba, tkabbir ekonomiku, koeżjoni soċjali, il-kultura, l-innovazzjoni u l-ambjent fil-fora multilaterali, bħan-Nazzjonijiet Uniti, il-G-20 u d-WTO;

5.  Itenni l-impenn tal-UE u tal-ALK li jagħtu spinta lill-kooperazzjoni fuq l-aġenda globali u biex jiffavorixxu approċċ multilaterali fid-WTO bħala bażi għal sistema ta' kummerċ miftuħa, ibbażata fuq regoli prevedibbli u aktar inklużivi li jkunu effikaċi biex jinkisbu l-objettivi tat-tnaqqis tal-faqar u tal-promozzjoni tal-iżvilupp sostenibbli, u li jkunu wkoll trasparenti u demokratiċi, b'dimensjoni parlamentari msaħħa;

6.  Itenni l-appoġġ tiegħu għall-integrazzjoni reġjonali fir-reġjun tal-ALK, u jenfasizza l-ħtieġa ta' koordinazzjoni akbar bejn l-iskemi ta' integrazzjoni reġjonali differenti fir-reġjun, filwaqt li jiġu rispettati d-differenzi fir-ritmu tal-integrazzjoni; jirrakkomanda t-tisħiħ tad-djalogu, il-kooperazzjoni u tal-iskambju tal-aħjar prattiki mas-CELAC, il-Mercosur, il-Komunità Andina ta' Nazzjonijiet (ACN), is-Sistema tal-Integrazzjoni tal-Amerika Ċentrali (SICA) u l-Alleanza tal-Paċifiku, sabiex jiżdied id-djalogu fuq oqsma ta' interess komuni u biex jissaħħaħ aktar il-qafas istituzzjonali tagħha; jirrakkomanda t-tisħiħ tal-inizjattivi reġjonali dwar id-djalogu politiku, il-kooperazzjoni u l-iskambju tal-aħjar prattiki bħall-Unjoni tan-Nazzjonijiet tal-Amerika t'Isfel (UNASUR), l-Organizzazzjoni tal-Istati Amerikani (OAS), il-Komunità tal-Karibew (CARICOM), sabiex id-demokrazija tavvanza fl-Amerika t'Isfel; jisħaq dwar l-importanza li tingħata spinta lill-kooperazzjoni interparlamentari bejn l-UE u l-ALK, partikolarment bejn il-Parlament Ewropew u l-parlamenti reġjonali differenti, permezz ta' skambji ta' esperjenza politika u istituzzjonali u għarfien; jilqa' d-djalogu li tnieda dan l-aħħar bejn il-Mercosur u l-Alleanza tal-Paċifiku bil-ħsieb li jkun hemm konverġenza gradwali u espansjoni tal-kuntest ta' konsultazzjoni dwar l-isfidi reġjonali u globali futuri;

7.  Jisħaq li l-istabbiltà politika, ir-regoli ekonomiċi u s-saħħa istituzzjonali li tiggarantixxi r-rispett għall-istat tad-dritt u t-trasparenza huma pedamenti ta' ambjent li jattira l-investiment fit-tul, permezz ta' ċertezza legali; jenfasizza li qafas legali bħal dan jirrikjedi istituzzjonijiet demokratiċi qawwija u ppjanar ekonomiku responsabbli kif ukoll sforzi biex jissaħħaħ id-djalogu politiku u s-sħubijiet ekonomiċi fi ħdan ir-reġjun u mas-sħab esterni; ifakkar, f'dan il-kuntest, li s-sħubija mal-UE twettaq rwol ewlieni;

8.  Jenfasizza kemm l-Alleanza tal-Paċifiku – li tinkludi ċ-Ċilì, il-Kolombja, il-Messiku u l-Perù – hi tassew dinamika, u jappella lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà biex teżamina l-possibbiltà li l-UE tipparteċipa fl-Alleanza bħala osservatur, peress li diġà hemm għadd ta' Stati Membri tal-UE li jagħmlu dan;

9.  Jisħaq li l-isfidi globali ta' bħalissa, inklużi dwar id-drittijiet tal-bniedem, il-paċi, is-sigurtà, il-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-impunità, in-nuqqas ta' governanza tajba, l-iżvilupp soċjoekonomiku sostenibbli, il-qerda tal-faqar, it-trasformazzjoni diġitali, il-migrazzjoni tal-massa, l-ugwaljanza bejn is-sessi, iċ-ċibersigurtà, il-kriminalità organizzata u t-terroriżmu, it-traffikar tad-droga, it-tibdil fil-klima, iċ-ċaqliq ġeopolitiku, l-inugwaljanza fil-pajjiżi u bejn il-fruntieri, ix-xogħol informali u ż-żieda fil-qgħad, joffru opportunitajiet u kanali ta' kooperazzjoni ġodda għas-sħubija UE-ALK biex topera b'mod strateġiku meta l-viżjoni komuni u l-aġenda jeħtieġ li jiġu kondiviżi;

10.  Jenfasizza li anke wara li r-reġjun esperjenza żvilupp ekonomiku sinifikanti, li wassal biex il-livelli ta' faqar u ta' inugwaljanza jaqgħu, l-inugwaljanza għadha ostaklu sinifikanti għall-iżvilupp tar-reġjun ALK, fejn 175 miljun ruħ qed jgħixu fil-faqar u l-esklużjoni, speċjalment in-nisa u l-minorenni; jenfasizza li t-tkabbir ekonomiku, l-iżvilupp soċjali inklużiv, id-distribuzzjoni ġusta tal-ġid u l-provvista universali ta' servizzi pubbliċi essenzjali huma t-triq biex tiġi indirizzata din il-kwistjoni;

11.  Ifakkar li l-għan tal-qerda tal-faqar u t-tnaqqis tal-inugwaljanza jrid jiġi indirizzat permezz ta' politiki ekonomiċi, ta' koeżjoni soċjali u inklużivi, b'żieda ta' opportunitajiet ta' xogħol, b'aċċess għall-edukazzjoni u jenfasizza l-bżonn li jiġu protetti ċ-ċittadini kollha tiegħu, u biex titwessa' l-klassi medja irrispettivament mill-effetti taċ-ċikli ekonomiċi, sabiex il-kisbiet dwar it-titjib tal-kundizzjonijiet ta' għajxien jiġu kkonsolidati, anke permezz tal-istabbiliment ta' livelli ta' protezzjoni soċjali, u biex jiġu rispettati l-valuri demokratiċi u d-drittijiet tal-bniedem;

12.  Jissottolinja l-bżonn li l-ekonomiji jiġu integrati fil-katini ta' valur globali, skont mudell ta' ekonomija ċirkolari, u biex tiġi rikonoxxuta l-importanza li jiġu żviluppati ftehimiet kummerċjali bilaterali u multilaterali bħala għodda effettiva li tista' tikkontribwixxi biex jiġu ttrattati l-isfidi globali komuni, filwaqt li x-xogħol deċenti u d-djalogu soċjali fost l-oħrajn, jiġu promossi bħala muturi tal-iżvilupp sostenibbli; jisħaq dwar l-importanza li jinħolqu l-kundizzjonijiet li jippermettu lill-ekonomiji taż-żewġ reġjuni jiddiversifikaw, biex isiru anqas dipendenti u vulnerabbli fuq il-varjazzjonijiet ċikliċi globali; jenfasizza l-importanza tal-promozzjoni tat-trasferiment tal-għarfien xjentifiku u teknoloġiku, it-tisħiħ tal-kapital uman u d-diversifikazzjoni tal-impjieg, għal liema għan hu essenzjali li jiżdied l-investiment fl-edukazzjoni, it-taħriġ u l-ħiliet;

13.  Jilqa' l-protokoll tal-11 ta' Novembru 2016 dwar l-adeżjoni tal-Ekwador għall-ftehim ta' kummerċ ħieles mal-Kolombja u l-Perù tal-UE, li kien iffirmat mill-UE, l-Istati Membri tagħha, l-Ekwador, il-Kolombja u l-Perù; ifakkar li dan il-ftehim ineħħi t-tariffi doganali għoljin u l-ostakoli tekniċi għall-kummerċ, jilliberalizza s-swieq tas-servizzi, jiftaħ is-swieq tal-akkwist pubbliku u jinkludi obbligi li jikkonċernaw mekkaniżmi ta' riżoluzzjoni tal-kunflitti rapidi u effiċjenti;

14.  Jirrimarka li l-UE hi t-tieni l-ikbar investitur barrani fl-ALK, u t-tieni l-ikbar sieħba kummerċjali, u dan joħloq relazzjoni ekonomika bidirezzjonali bbażata fuq il-valuri tal-kwalità, tar-responsabbiltà soċjali, il-ħolqien tal-impjiegi, it-trasferiment tat-teknoloġija u r-riċerka u l-innovazzjoni;

15.  Iħeġġeġ aktar sħubiji pubbliċi u privati li jippromwovu l-iżvilupp ekonomiku, l-intraprenditorija, it-tkabbir u l-investiment barrani; jisħaq dwar il-bżonn li jiġu miġġielda l-ekonomija informali u s-sottożvilupp, u l-kompetittività baxxa tal-SMEs; jappella l-iffaċilitar u t-titjib tal-mobbiltà bejn iż-żewġ reġjuni, filwaqt li tiġi żgurata l-konsistenza reċiproka tad-drittijiet tax-xogħol u tissaħħaħ il-koordinazzjoni tas-sistemi ta' sigurtà soċjali;

16.  Jisħaq fuq il-bżonn li jiġu żviluppati sistemi ta' taxxa sostenibbli u effikaċi fiż-żewġ reġjuni, flimkien ma' kultura fiskali xierqa, inkluż l-istabbiliment ta' uffiċċji tal-kontabbiltà ġenerali effettivi li jistgħu jippromwovu t-tkabbir ekonomiku u l-iżvilupp ta' stati soċjali li jipprovdu u li jassiguraw beni u servizzi pubbliċi, bħall-aċċess għall-edukazzjoni pubblika, is-saħħa, l-infrastruttura għall-protezzjoni soċjali u s-sigurtà għaċ-ċittadini kollha, u jtenni li r-rifuġji fiskali u l-evitar tat-taxxa huma ta' ħsara għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali, il-progress u l-prosperità, kif ukoll għall-funzjonament xieraq ta' politiki ta' ridistribuzzjoni ekonomiċi u soċjali;

17.  Jisħaq li t-tkabbir ekonomiku u l-kummerċ huma elementi ewlenin fil-kisba tal-iżvilupp sostenibbli, iżda mhumiex biżżejjed biex inaqqsu l-faqar, l-inugwaljanza u l-esklużjoni; jitlob politiki effettivi li jikkontribwixxu għat-tnaqqis ta' dawn il-kwistjonijiet permezz ta' tkabbir diversifikat, sostenibbli u inklużiv, b'enfasi qawwija fuq kwistjonijiet soċjali, appoġġ istituzzjonali u rispett tad-drittijiet tal-bniedem;

18.  Huwa tal-fehma li l-kisba tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs) trid tkun l-objettiv ewlieni tal-kooperazzjoni bejn l-Amerika Latina u l-Karibew (ALK) u l-UE; iħeġġeġ lill-Unjoni tagħti spinta lill-programmi ta' appoġġ baġitarju;

19.  Jappoġġa l-aġenda l-ġdida għall-iżvilupp tal-Kummissjoni bħala parti mill-Aġenda 2030; itenni li l-Aġenda għall-Iżvilupp Sostenibbli 2030, flimkien mal-Għanijiet għall-Iżvilupp Sostenibbli, għandhom ikunu l-għodda ewlenin tal-kooperazzjoni UE-ALK, bl-inklużjoni tad-dimensjonijiet kollha tagħhom ta' żvilupp ekonomiku, soċjali u sostenibbli, u li ma jkunux limitati biss għall-qerda tal-faqar; jissottolinja l-fatt li l-UE trid tkompli tforni l-għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp lill-pajjiżi tal-ALK, inklużi l-pajjiżi b'introjtu medju u għoli li m'għadhomx jikkwalifikaw għal kooperazzjoni għall-iżvilupp bilaterali skont il-prinċipju ta' differenzjazzjoni, dan abbażi ta' approċċ ġdid li jmur lil hinn mid-dħul per capita; jitlob b'insistenza li l-Kummissjoni tkompli, fuq bażi eċċezzjonali u bi qbil mar-Regolament dwar l-Istrument tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp, billi tipprovdi kooperazzjoni bilaterali ma' pajjiżi bi dħul medju u għoli matul il-validità kompleta tal-istrument ta' finanzjament tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp għall-perjodu 2014-2020 u lil hinn, bil-għan li jitkompla l-appoġġ għall-isforzi tagħhom fid-dawl tal-isfidi attwali;

20.  Iħeġġeġ koordinazzjoni aħjar bejn il-politiki u l-programmi li jappoġġaw lir-reġjun tal-ALK, kif ukoll ir-reġjuni ultraperiferiċi u l-pajjiżi u t-territorji barranin; jappella li jinżammu l-impenji politiċi magħmula fis-summits reġjonali UE-ALK, u li jkunu akkumpanjati mill-allokazzjoni tar-riżorsi finanzjarji neċessarji;

21.  Jistieden lill-Kummissjoni tidentifika l-istrumenti disponibbli u tgħammarhom b'riżorsi suffiċjenti, billi tieħu azzjoni xierqa biex tallinjahom mal-prinċipji tal-effikaċja, l-adegwatezza, l-armonizzazzjoni, ir-responsabbiltà reċiproka, l-akkontabbiltà, u l-allinjament mal-istrateġiji ta' żvilupp tal-pajjiżi tal-ALK, sabiex il-pajjiżi tal-ALK jiġu megħjuna jindirizzaw l-isfidi li jiffaċċjaw u jħejju ruħhom għall-possibbiltà ta' tnaqqis ta' għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp (ODA) fil-ġejjieni; jitlob li tali strumenti jinkorporaw it-trasferiment tal-ħiliet u t-taħriġ, u jassistu fir-riformi fil-ġestjoni fiskali u l-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi li jikkontribwixxu biex jagħtu spinta lit-tkabbir u l-forniment ta' servizzi pubbliċi ta' kwalità għolja;

22.  Jistieden lill-Kummissjoni tapplika kriterji infurzabbli dwar il-prinċipji tal-effikaċja tal-iżvilupp għall-programmi ta' finanzjament imħallat, partikolarment f'termini ta' sjieda, allinjament ma' pajjiżi sħab, żvilupp u addizzjonalità finanzjarja, trasparenza u akkontabbiltà;

23.  Jirrimarka li bħala riżultat tal-karatteristiċi ġeografiċi u ġeoloġiċi tagħhom il-pajjiżi tal-ALK huma vulnerabbli ħafna għal diżastri naturali, u li din is-sitwazzjoni hija aggravata bħala riżultat tat-tibdil fil-klima, li trid tiġi indirizzata fil-livell globali f'konformità mal-prinċipju ta' responsabbiltà komuni iżda differenzjata; jistieden lill-Kummissjoni u lill-pajjiżi tal-ALK jindirizzaw il-kawżi sottostanti, jieħdu miżuri ta' reżiljenza fir-rigward tal-klima u jadottaw strateġiji ta' prevenzjoni tar-riskju u protokolli għal mobilizzazzjoni rapida tal-għajnuna umanitarja fil-każ ta' emerġenzi;

24.  Iħeġġeġ l-implimentazzjoni effettiva tal-ugwaljanza bejn is-sessi, l-għoti ta' setgħa lin-nisa, u politiki favur l-inklużjoni tan-nisa fl-isferi kollha fil-ħajja politika, ekonomika u soċjali, bil-ħsieb li tissaħħaħ il-parteċipazzjoni attiva tagħhom fis-soċjetà, issir ġlieda bla heda kontra l-femminiċidju, li tkun garantita s-sigurtà fiżika u psikoloġika tagħhom, jiġi ffaċilitat l-aċċess ugwali għas-suq tax-xogħol, is-sjieda tal-art u l-impjieg, u li tiżgura s-saħħa u d-drittijiet sesswali u riproduttivi tagħhom; jenfasizza l-importanza li titjieb il-ħajja tat-tfajliet u tan-nisa; jenfasizza għalhekk, li l-aċċess għall-edukazzjoni huwa essenzjali u jista' jwassal għal trasformazzjoni soċjali u ekonomika; jilqa' l-Konvenzjoni Inter-Amerikana dwar il-Prevenzjoni, il-Piena u l-Qerda tal-Vjolenza Kontra n-Nisa tal-1994 (Il-Konvenzjoni ta' Belém do Pará), u jitlob li fil-mekkaniżmu ta' segwitu tiegħu, l-MESECVI, is-segretarjat jingħata rwol iktar sinifikanti; jilqa' d-dħul fis-seħħ fl-2016 tal-Konvenzjoni ta' Istanbul tal-Kunsill tal-Ewropa, u jistieden lill-pajjiżi fiż-żewġ reġjuni li mhumiex firmatarji biex jissieħbu fiha;

25.  Iqis li l-politiki pubbliċi, b'mod partikolari dwar is-saħħa, l-edukazzjoni u t-taħriġ, kif ukoll l-inizjattivi privati, huma fundamentali peress li jiftħu opportunitajiet għal kważi 30 miljun żagħżugħ u żagħżugħa li la qed jistudjaw, la qed jitħarrġu u lanqas jaħdmu; jenfasizza li programmi ta' żvilupp iridu jindirizzaw livelli għoljin ta' konflitt, vjolenza, kriminalità organizzata u omiċidji, li jolqtu ż-żgħażagħ u l-adolexxenti b'mod partikolari u li huma waħda mill-isfidi prinċipali għall-pajjiżi tal-ALK;

26  Itenni l-importanza ta' xogħol ta' kwalità u ta' opportunitajiet ta' edukazzjoni, li jkunu disponibbli għaż-żgħażagħ, billi dawn jippersonifikaw it-tamiet futuri, u huma fattur ewlieni, għall-istabbiltà politika futura tal-kontinent; jinkoraġġixxi aktar kooperazzjoni flimkien ma' fondi ekonomiċi permezz ta' parteċipazzjoni universitarji bilaterali, boroż ta' studju, skambju ta' għarfien, u l-mobbiltà internazzjonali bejn l-istudenti tal-UE u tal-ALK, b'mod partikolari permezz tat-tisħiħ tal-programm Erasmus+ bħala parti minn sħubija għal edukazzjoni ogħla mas-CELAC, li tnediet fl-2015; jinnota b'sodisfazzjon li fl-2015, tnieda b'suċċess il-programm Erasmus+, li offra 6 200 possibbiltà ta' mobbiltà, u 3 500 borża ta' studju l-iktar għall-istudenti tas-CELAC, sal-2020; jirrimarka dwar il-ħtieġa li jsir progress fir-rikonoxximent sħiħ u reċiproku tal-lawrji universitarji u li tissaħħaħ il-kooperazzjoni bireġjonali fis-sistema tal-kwalità u tal-akkreditazzjoni;

27.  Jirrimarka dwar ir-rwol ewlieni ta' kooperazzjoni UE-CELAC fil-qasam tax-xjenza, it-teknoloġija u l-innovazzjoni u l-importanza li tinħoloq żona ta' riċerka komuni UE-CELAC biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni dwar il-mobbiltà tar-riċerkaturi u l-professuri;

28.  Jissottolinja l-importanza fundamentali tad-drittijiet tat-tfal u l-ħtieġa li jkun hemm konformità stretta mal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal mill-pajjiżi kollha tal-UE-ALK;

29.  Jinkoraġġixxi aktar kooperazzjoni fil-qasam tal-promozzjoni tal-iżvilupp teknoloġiku u t-tisħiħ tal-aċċess tal-popolazzjoni għal teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni sabiex is-soċjetajiet tagħna jadattaw għat-trasformazzjoni diġitali;

30.  Jenfasizza t-tendenza ġenerali u l-isfidi komuni ta' dan l-aħħar deċennju dwar l-avvanz tal-libertajiet u d-drittijiet soċjali, u dwar l-isforzi l-kbar li twettqu biex jitfasslu politiki pubbliċi inklużivi li jipproteġu lill-gruppi vulnerabbli u li jqassmu l-ġid u t-tkabbir ekonomiku fuq bażi ugwali, li għamel kontribut sinifikanti biex kważi 60 miljun Latino-Amerikani jinqalgħu mill-faqar tul dawn l-aħħar 15-il sena; jitlob lill-awtoritajiet jirrispettaw u jiggarantixxu l-prinċipji demokratiċi, id-drittijiet fundamentali, il-libertajiet u s-sigurtà taċ-ċittadini kollha, inklużi tal-minoranzi reliġjużi, il-popli indiġeni, l-attivisti ambjentali, il-komunità LGBTI, iċ-ċittadini b'diżabbiltà, persuni apolidi u dawk spustati bil-forza, u l-popolazzjonijiet f'żoni rurali; jissottolinja l-importanza li tkun żgurata l-libertà ta' għaqda, ta' assoċjazzjoni u ta' espressjoni, kemm online kif ukoll offline;

31.  Jissottolinja l-bżonn li jiġu ggarantiti d-drittijiet u s-sikurezza tal-minoranzi reliġjużi, u tal-komunità LGBTI; iħeġġeġ lill-gvernijiet tal-ALK biex jgħaddu liġijiet u jieħdu miżuri li jkunu kapaċi jipproteġu d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u l-ġurnalisti kontra l-persekuzzjoni, it-theddid, il-kampanji ta' malafama, l-arresti arbitrarji, it-tortura, l-għajbien furzat u l-omiċidju li ta' sikwit ikunu l-mira tal-attakki; jappella sabiex jiġu salvagwardjati d-drittijiet u l-interessi tal-popli indiġeni u l-popolazzjonijiet f'żoni rurali fil-konfront ta' proġetti ta' żvilupp b'impatt ambjentali qawwi u l-operazzjonijiet ta' industriji estrattivi, l-implimentazzjoni ta' mekkaniżmi ta' konsultazzjoni u ta' kunsens minn qabel f'każijiet bħal dawn;

32.  Jiddispjaċih għall-attakki kontra l-mexxejja tal-oppożizzjoni eletti b'mod demokratiku, ġurnalisti, difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, partikolarment dawk li jaħdmu fuq kwistjonijiet ambjentali u l-avukati tagħhom; jitlob lill-awtoritajiet jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiggarantixxu l-integrità fiżika u psikoloġika tagħhom u biex jiżguraw investigazzjonijiet immedjati, bir-reqqa u imparzjali sabiex dawk responsabbli jitressqu quddiem il-ġustizzja bi qbil ma' standards internazzjonali;

33.  Itenni li għandha tkun garantita l-parteċipazzjoni u l-konsultazzjoni attiva tas-soċjetà ċivili u l-NGOs matul in-negozjati u l-proċess ta' implimentazzjoni ta' ftehimiet kummerċjali jew ta' assoċjazzjoni;

34.  Jenfasizza l-ħtieġa li l-ftehimiet jagħmlu referenza għad-dritt tal-libertà ta' espressjoni u għal-libertà ta' għaqda fil-pajjiżi tal-ALK;

35.  Jinkoraġġixxi lill-Istati Membri tal-UE jqisu l-adozzjoni ta' leġiżlazzjoni li tipprevedi l-possibbiltà ta' ffriżar tal-assi u r-restrizzjonijiet fuq il-viżi mmirati lejn l-individwi li kienu involuti fi ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem;

36.  Itenni li l-politiki u l-prattiki dwar il-migrazzjoni jridu jiggarantixxu r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, bl-għoti ta' attenzjoni speċjali lin-nisa u lill-gruppi vulnerabbli bħall-minorenni, l-anzjani u l-persuni b'diżabbiltà, filwaqt li jiġu kkunsidrati l-isfidi relatati mal-protezzjoni tal-fruntieri u man-nonkriminalizzazzjoni tal-migranti; jenfasizza l-ħtieġa għal approċċ komprensiv immirat biex jirrikonoxxi l-kontribut ekonomiku u soċjali ta' ħaddiema migranti fil-pajjiżi ospitanti, is-sinifikat tal-pajjiżi ta' tranżitu u l-importanza li jiġu stabbiliti mogħdijiet legali għaċ-ċittadinanza fil-pajjiżi ospitanti, u billi tingħata konsiderazzjoni speċjali lil persuni spostati fil-bżonn ta' asil; jappella għal miżuri li jiffaċilitaw u jtejbu l-mobbiltà bejn il-pajjiżi, filwaqt li jiżguraw il-koerenza tad-drittijiet tax-xogħol u jsaħħu l-koordinazzjoni tas-sistemi ta' sigurtà soċjali;

37.  Iħeġġeġ lill-pajjiżi ALK biex jiżguraw ir-rispett sħiħ tad-drittijiet soċjali, ambjentali u tax-xogħol; jappella għal implimentazzjoni sħiħa u effikaċi tal-konvenzjonijiet tal-ILO u r-rispett għal standards ċentrali tax-xogħol, li jinkludu, inter alia, il-libertà ta' assoċjazzjoni u d-dritt għal negozjar kollettiv; jenfasizza, barra minn hekk, il-ħtieġa li tiġi żgurata l-qerda ta' kull forma ta' xogħol furzat jew obbligatorju;

38.  Jenfasizza l-isfidi li ż-żewġ reġjuni jiffaċċjaw f'termini ta' difiża u ta' sigurtà, li jinkludu t-terroriżmu u l-ġlieda kontra t-traffikar tad-droga u l-kriminalità organizzata, u jħeġġeġ sforzi kontinwi biex tissaħħaħ id-difiża u l-kooperazzjoni fis-sigurtà permezz tal-koordinazzjoni militari u tal-pulizija, b'kunsiderazzjoni partikolari għall-qsim tal-informazzjoni; iħeġġeġ lill-pajjiżi tal-Amerika Latina biex jipparteċipaw f'missjonijiet ta' maniġġar ta' kriżijiet u żamma tal-paċi tal-UE, bħalma diġà qed jagħmlu l-Kolombja u ċ-Ċilì; jinkoraġġixxi t-trawwim ta' kooperazzjoni militari ulterjuri għall-iżvilupp ta' korpi ta' għajnuna ta' emerġenza speċjali għal diżastri naturali u umanitarji; jappella għal aktar kooperazzjoni fis-sigurtà marittima, id-diżarm, in-nonproliferazzjoni u l-kontroll tal-armi;

39.  Jitlob ir-rispett ċar għall-prinċipju tal-integrità territorjali tal-istati;

40.  Jiddeplora t-tnaqqis fl-għajnuna umanitarja u jirrifjuta l-fatt li dan ikompli jseħħ fiż-żoni li l-aktar għandhom bżonn ta' din l-għajnuna (it-Triangolu tat-Tramuntana tal-Amerika Ċentrali, il-Haiti u l-Kolombja), kif ukoll f'żoni partikolarment milquta mill-impatt tat-tibdil fil-klima u d-diżastri naturali;

41.  Jikkundanna l-azzjoni meħuda mill-gvernijiet ta' xi pajjiżi li rrifjutaw li jaċċettaw l-assistenza umanitarja internazzjonali, u b'hekk għamluha impossibbli li l-ħtiġijiet l-aktar bażiċi ta' dawk il-pajjiżi jiġu indirizzati; jistieden lill-VP/RGħ tħeġġeġ lill-awtoritajiet rilevanti biex jippermettu d-dħul ta' din l-assistenza u sabiex tressaq pjan ta' assistenza għal kull pajjiż;

42.  Jitlob lill-UE tistinka biex tappoġġa l-pajjiżi tal-ALK li jsofru minn vjolenza endemika, b'rati mhux aċċettabbli ta' omiċidju, eżekuzzjoni extraġudizzjarja u l-għajbien sfurzat, peress li mingħajr is-sigurtà ma jista' jkun hemm l-ebda prosperità, dinjità u benesseri ġenwin; iħeġġeġ lill-pajjiżi tal-ALK jieħdu l-passi meħtieġa biex jintemm l-iffullar fil-ħabsijiet u biex jittejbu l-kondizzjonijiet tal-ħabs, sabiex jiggarantixxu li l-integrità fiżika u psikoloġika tad-detenuti tkun salvagwardjata, biex tiġi investigata u kkastigata t-tortura u t-trattament ħażin u biex jippromwovu t-trattament aktar uman tal-priġunieri sabiex jipprevjenu l-ammutinamenti li jseħħu regolarment fil-ħabsijiet u li jirriżultaw f'telf ta' ħajja;

43.  Jissottolinja l-ħtieġa li tiżdied il-kooperazzjoni fost il-pajjiżi kollha fir-reġjun tal-Atlantiku fil-ġlieda kontra t-traffikar tad-drogi, bil-parteċipazzjoni wkoll tal-pajjiżi kkonċernati fl-Afrika tal-Punent, li huma pjattaforma maġġuri għal kunsinni ta' drogi bejn l-Amerika Latina u l-Ewropa;

44.  Jitlob lill-UE tappoġġa l-pajjiżi tal-Amerika Ċentrali milquta mill-kriminalità organizzata li qed thedded l-istrutturi politiċi u soċjali tagħhom;

45.  Jenfasizza l-ħtieġa li l-UE tkompli tappoġġa l-Istrateġija ta' Sigurtà tal-Amerika Ċentrali (CASS) u l-Istrateġija ta' Sigurtà tal-Karibew;

46.  Jenfasizza l-ħtieġa urġenti li jiżdiedu l-isforzi biex jiġu miġġielda l-korruzzjoni, il-frodi tat-taxxa u l-impunità, peress li dawn huma fost l-ostakli ewlenin li qed ixekklu l-iżvilupp, biex jiġu żgurati r-rispett tal-istat tad-dritt, l-organizzazzjoni ta' elezzjonijiet liberi u trasparenti, is-separazzjoni tas-setgħat u aċċess ugwali għal sistema ġudizzjarja indipendenti, imparzjali u professjonalizzata, biex tiġi appoġġata l-governanza tajba, biex jiġu indirizzati d-dgħufijiet istituzzjonali u biex tissaħħaħ l-amministrazzjoni; jirrikonoxxi l-ħidma mwettqa minn EUROsociAL f'dan il-qasam;

47.  Jistieden lill-UE u lill-pajjiżi tal-ALK jindirizzaw il-problema tal-korruzzjoni permezz ta' miżuri li jvarjaw mill-prevenzjoni għall-infurzar tal-liġi u l-prosekuzzjoni kriminali, l-implimentazzjoni effikaċi ta' konvenzjonijiet kontra l-korruzzjoni multilaterali u internazzjonali, u jirrimarka li l-eżistenza tal-korruzzjoni timmina mhux biss il-benesseri soċjali u ekonomiku, iżda anke l-leġittimità politika u l-kwalità ta' governanza tajba; jisħaq li n-nuqqas ta' ġudikatura indipendenti u tal-amministrazzjoni pubblika trawwem in-nuqqas ta' fiduċja fl-istituzzjonijiet pubbliċi, iddgħajjef l-istat tad-dritt u talimenta l-vjolenza; jissottolinja li t-trasparenza, il-midja ħielsa u l-parteċipazzjoni ċivika, huma meħtieġa sabiex tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-korruzzjoni; iqis il-fatt li għandhom jiddaħħlu dispożizzjonijiet internazzjonali l-ġodda biex jintemmu r-rifuġji fiskali, bħall-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni dwar it-taxxa u t-tneħħija tas-sigriet bankarju;

48.  Jappella għal aktar kooperazzjoni dwar kwistjonijiet ambjentali, interess reċiproku kbir, b'enfasi speċjali fuq il-proċess ta' tranżizzjoni u dekarbonizzazzjoni tal-enerġija, li se jkollu impatt fuq l-ekonomiji taż-żewġ reġjuni; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu appoġġati r-riċerka dwar enerġiji rinnovabbli u l-implimentazzjoni tagħhom, il-protezzjoni tan-natura, il-ġestjoni forestali, u politiki biex jiġu indirizzati l-kawżi u l-konsegwenzi tat-tibdil fil-klima f'reġjun li huwa milqut b'mod qawwi mill-effetti tiegħu, filwaqt li jitqiesu d-drittijiet tal-komunitajiet lokali u indiġeni f'oqsma fejn ir-riżorsi naturali jiġu estratti; jenfasizza l-bżonn li jkomplu jiġu appoġġati inizjattivi bħall-EUROCLIMA jew ir-RIOCC, bi qbil mal-Aġenda ta' Lima dwar l-iżvilupp sostenibbli, l-ambjent, it-tibdil fil-klima u l-enerġija; jirrikonoxxi l-ħtieġa komuni li tiġi implimentata tranżizzjoni tal-enerġija li tissodisfa b'suċċess il-Ftehimiet ta' Pariġi; jissottolinja l-ħtieġa għal aktar investiment u l-kooperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet u l-kumpanniji UE-ALK li flimkien jindirizzaw it-tranżizzjoni enerġetika, id-dekarbonizzazzjoni u t-titjib tal-infrastrutturi bażiċi; jisħaq l-importanza li jitjiebu l-governanza u l-proċeduri ġudizzjarji għall-ħarsien tal-foresti u biex jiġu estiżi l-prattiki ta' biedja agro-ekoloġiċi;

49.  Iqis li huwa kruċjali li jitħaffu n-negozjati UE-Mercosur sabiex jintlaħaq ftehim ta' assoċjazzjoni komprensiv, ibbilanċjat u ta' benefiċċju reċiproku, kif imsemmi fil-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tad-9 ta' Marzu 2017, b'tali mod li jkun possibbli li jitlesta n-netwerk ta' ftehimiet fis-seħħ bejn l-UE u l-Amerika Latina; jisħaq dwar il-bżonn li jintemmu n-negozjati u biex jintlaħaq ftehim finali li għandu jiġi ratifikat mill-Parlament Ewropew qabel tmiem it-terminu attwali li se jikkontribwixxi b'mod pożittiv għat-tkabbir ekonomiku u għall-ħolqien tal-impjiegi fiż-żewġ oqsma ekonomiċi kif ukoll it-tisħiħ tar-relazzjonijiet storiċi, kulturali, politiċi u ta' kooperazzjoni u fiduċja bejn il-popli tagħna;

50.  Jenfasizza l-importanza li jitħaffu n-negozjati li għaddejjin bħalissa dwar l-aġġornament tal-Ftehim Globali bejn UE-Messiku, u jitlob li l-ftehim jiġi konkluż sal-aħħar tal-2017; jirrimarka l-importanza li l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni UE-Ċilì jiġi ffinalizzat qabel l-ewwel trimestru tal-2018; jappella lill-parlamenti tal-Istati Membri li għadhom ma rratifikawx il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni UE-Amerika Ċentrali biex jagħmlu dan;

51.  Jenfasizza l-importanza tal-adeżjoni riċenti tal-Ekwador għall-Ftehim Multisettorjali mal-Kolombja u l-Perù, u jfakkar li l-bieb hu miftuħ ukoll għall-Bolivja jekk din tiddeċiedi li tipparteċipa; jilqa' l-implimentazzjoni tal-eżenzjoni temporanja tal-viża ta' Schengen għal soġġorn qasir mal-Kolombja u l-Perù; jitlob, f'dan il-kuntest, l-istess eżenzjoni mill-viża għall-Ekwador; jirrimarka li dawn l-azzjonijiet jikkontribwixxu għat-titjib tar-rabtiet kulturali u ekonomika tal-UE ma' dawk il-pajjiżi;

52.  Jisħaq fuq l-importanza essenzjali li sistematikament jiġu inklużi regoli dwar ir-responsabbiltà korporattiva u klawsoli li jissalvagwardjaw id-drittijiet tal-bniedem u d-drittijiet soċjali fi ftehimiet ta' assoċjazzjoni, kummerċjali u ta' investiment bejn l-UE u l-pajjiżi tal-ALK;

53.  Jirrimarka li l-Messiku u l-Brażil ġew identifikati bħala sħab strateġiċi tal-UE u jappella biex l-Arġentina tingħata dan l-istatus bħala attur eċċezzjonali fir-reġjun, u bħala membru tal-Mercosur, u tal-G20, u biex jiġġedded il-qafas ta' relazzjonijiet istituzzjonali;

54.  Jirrikonoxxi l-importanza tas-summits Ibero-Amerikani, li l-mekkaniżmi operattivi tagħhom ġew imsaħħa matul dawn l-aħħar ftit snin, u, fl-istess ħin, jenfasizza r-rwol li s-Segretarjat Ġenerali Ibero-Amerikan (SEGIB) iwettaq fis-sostenn tal-presidenza b'rotazzjoni; jenfasizza l-valur miżjud li dan iġib lis-sħubija globali bejn iż-żewġ reġjuni bħala forum ta' djalogu, koordinazzjoni u kooperazzjoni; jitlob, f'dan ir-rigward, għall-istabbiliment ta' mekkaniżmu ta' kooperazzjoni, li jista' jieħu l-forma ta' memorandum ta' Ftehim jew ta' qafas ta' ftehim ta' kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni u/jew is-SEAE u s-SEGIB, li jkun jista' jottimizza r-relazzjoni u jpoġġiha fuq bażi aktar strutturata, ordnata u sistematika bejn iż-żewġ korpi; jilqa' l-fatt li, waqt l-aħħar summit, ingħatat attenzjoni mill-qrib lil oqsma importanti, inkluż liż-żgħażagħ, l-edukazzjoni u l-intraprenditorija;

55.  Itenni li l-Assemblea EuroLat u d-Delegazzjonijiet Parlamentari huma fora ta' suċċess u ta' utilità kbira ħafna għad-dimensjoni parlamentari tas-sħubija strateġika, u għad-djalogu politiku bejn l-UE u l-pajjiżi tal-ALK, inkluża s-soċjetà ċivili, li r-rwol tagħha jenħtieġ li jissaħaħ, u huma importanti wkoll f'termini ta' trasferiment tat-talbiet taċ-ċittadini lis-summits UE-CELAC; jisħaq fuq l-importanza li jiġu żgurati l-viżibbiltà u t-tixrid tad-diskussjonijiet u l-konklużjonijiet tagħha, kemm permezz ta' interazzjoni mas-summits UE-CELAC u permezz ta' kanali istituzzjonali nazzjonali u reġjonali;

56.  Jissottolinja r-rwol tal-Fondazzjoni UE-Amerika Latina u l-Karibew bħala organizzazzjoni internazzjonali, u jappella għar-ratifika immedjata mit-tnejn u sittin membru kollha tagħha, li jkollha rwol importanti ta' appoġġ għas-sħubija bilaterali, u jitlob l-istabbiliment ta' kanali ta' kooperazzjoni permanenti bejn il-Fondazzjoni u l-Assemblea EuroLat;

57.  Jappoġġa żieda tal-mandat tas-self estern tal-Bank Ewropew tal-Investiment għall-Amerika Latina għaż-żamma u l-iżvilupp ta' operazzjonjiet li jirrispondu għall-bżonn ta' finanzjament fl-oqsma ta' prijorità, bħall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, l-iżvilupp tal-infrastruttura soċjali, ekonomika u ambjentali u l-appoġġ għall-SMEs;

58.  Jitlob li jkun hemm koordinazzjoni aħjar u multilaterali tal-Istati Membri tal-UE fil-Bank Inter-Amerikan tal-Iżvilupp (BID) u fil-Bank tal-Iżvilupp tal-Amerika Latina (CAF), sabiex jiġi mmassimizzat l-impatt ekonomiku tagħhom fil-programmi ta' żvilupp għall-pajjiżi tal-ALK;

59.  Itenni l-appoġġ tiegħu għall-proċess ta' paċi fil-Kolombja, li hu deċiżiv għall-futur tal-Kolombjani u għall-istabbilizzazzjoni tar-reġjun li dan il-pajjiż huwa parti minnu, u jimpenja ruħu li jappoġġa lill-Gvern Kolombjan fl-implimentazzjoni ta' dan il-proċess; jisħaq, f'dan ir-rigward, fuq l-importanza tal-involviment sħiħ tas-soċjetà Kolombjana, b'mod partikolari l-vittmi u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, kif ukoll persuni spustati bil-forza, u tal-kapijiet tal-gvern biex ikunu garantiti s-sigurtà u l-protezzjoni tal-attivisti tad-drittijiet tal-bniedem u tal-mexxejja tal-komunità; iħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jibqgħu jagħtu l-appoġġ politiku u finanzjarju tagħhom, inkluż permezz tar-Regolament dwar l-Istrument tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp, b'mod partikolari l-Artikolu 5(2) tiegħu, u tal-Fond Fiduċjarju tal-UE għall-Kolombja, u jappoġġa r-rwol tal-Mibgħut Speċjali tal-VP/RGħ għall-Kolombja; jesprimi x-xewqa tiegħu li l-Armata għal-Liberazzjoni Nazzjonali timpenja ruħha wkoll li tkompli bil-proċess ta' paċi;

60.  Jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar is-sitwazzjoni li qed tiddeterjora serjament fir-rigward tad-demokrazija, tad-drittijiet tal-bniedem u tal-qagħda soċjoekonomika fil-Venezwela, fi klima dejjem akbar ta' instabbiltà politika u soċjali; jistieden lill-Gvern Venezwelan biex jissalvagwardja s-separazzjoni u l-indipendenza tal-fergħat tal-gvern, u biex jerġa' jistabbilixxi l-awtorità kostituzzjonali sħiħa tal-Assemblea Nazzjonali; jappella, barra minn hekk, lill-Gvern Venezwelan biex jiżgura l-ħelsien immedjat u mingħajr kundizzjonijiet tal-priġunieri politiċi kollha u biex jippreżenta, malajr kemm jista' jkun, kalendarju elettorali li jippermetti t-twettiq ta' proċessi elettorali ħielsa u trasparenti; jistieden lill-komunità internazzjonali, lill-atturi reġjonali u lill-VP/RGħ biex jippromwovu u jappoġġaw ftehim nazzjonali wiesa' bħala l-unika soluzzjoni possibbli; jitlob lill-VP/RGħ tesplora b'mod attiv miżuri sabiex tippromwovi b'mod kostruttiv l-istabbilizzazzjoni politika tal-pajjiż; jirrifjuta, f'dan il-kuntest, kwalunkwe tentattiv li jiġu ddevjati lil kwalunkwe korp ieħor, is-setgħat tiegħu, rikonoxxuti mill-kostituzzjoni;

61.  Jilqa' l-iffirmar f'Diċembru 2016 tal-Ftehim ta' Djalogu Politiku u ta' Kooperazzjoni bejn l-UE u Kuba; jenfasizza l-importanza li titħaffef l-implimentazzjoni tiegħu, li jista' jkollu impatt pożittiv fuq is-sħubija globali UE-CELAC; jirrimarka l-fatt li l-ftehim ta' djalogu politiku u ta' kooperazzjoni għandu jikkontribwixxi biex itejjeb il-kundizzjonijiet tal-għajxien u d-drittijiet soċjali taċ-ċittadini Kubani, il-progress lejn id-demokrazija u r-rispett u l-promozzjoni tal-libertajiet fundamentali; jenfasizza li l-validità tiegħu ser tiddependi fuq l-implimentazzjoni effettiva tad-dispożizzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem mill-Gvern Kuban, stabbiliti f'dan il-ftehim u abbażi tar-riżoluzzjonijiet tal-Parlament Ewropew;

62.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-pajjiżi CELAC.

(1)

Testi adottati, P8_TA(2016)0016.  

(2)

Testi adottati, P8_TA(2016)0269.

(3)

Testi adottati, P8_TA(2017)0200.

(4)

Testi adottati, P8_TA(2017)0297.

(5)

Testi adottati, P8_TA(2014)0041.

(6)

http://www.europarl.europa.eu/intcoop/eurolat/assembly/plenary_sessions/montevideo_2016/adopted_docs/trade_en.pdf

(7)

http://www.europarl.europa.eu/intcoop/eurolat/assembly/plenary_sessions/montevideo_2016/adopted_docs/poverty_en.pdf

(8)

http://www.europarl.europa.eu/intcoop/eurolat/assembly/plenary_sessions/montevideo_2016/adopted_docs/pparties_en.pdf

(9)

http://www.europarl.europa.eu/intcoop/eurolat/assembly/plenary_sessions/montevideo_2016/adopted_docs/china_en.pdf

(10)

http://www.europarl.europa.eu/intcoop/eurolat/assembly/plenary_sessions/athens2014/adopted_docs/femicide/1026102mt.pdf

(11)

http://www.europarl.europa.eu/intcoop/eurolat/assembly/plenary_sessions/montevideo_2016/adopted_docs/migration_en.pdf

(12)

Testi adottati, P7_TA(2010)0141.

(13)

Testi adottati, P7_TA(2013)0280.


OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp (31.5.2017)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Barranin

dwar ir-relazzjonijiet politiċi tal-UE mal-Amerika Latina

(2017/2027(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Enrique Guerrero Salom

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Iżvilupp jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jenfasizza li anke wara li r-reġjun esperjenza żvilupp ekonomiku sinifikanti, u dan wassal biex il-livelli ta' faqar u ta' inugwaljanza jaqgħu, l-inugwaljanza tiegħu tibqa' ostaklu sinifikanti għall-iżvilupp tar-reġjun, fejn 175 miljun ruħ qed jgħixu fil-faqar u l-esklużjoni, speċjalment in-nisa u l-minorenni; jenfasizza li t-tkabbir ekonomiku, l-iżvilupp soċjali inklużiv, id-distribuzzjoni ġusta tal-ġid u l-provvista universali ta' servizzi pubbliċi essenzjali huma t-triq biex tiġi indirizzata din il-kwistjoni;

2.  Huwa tal-fehma li l-kisba tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs) trid tkun l-objettiv ewlieni tal-kooperazzjoni bejn l-Amerika Latina u l-Karibew (ALK) u l-UE; jistieden lill-Kummissjoni u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) jikkooperaw mal-pajjiżi tal-ALK biex ifittxu qbil dwar strateġiji effiċjenti li permezz tagħhom jinkisbu l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli; iħeġġeġ lill-Unjoni tagħti spinta lill-programmi ta' appoġġ baġitarju;

3.  Iqis li peress li l-Unjoni hija l-akbar donatur ta' għajnuna lir-reġjun tal-pajjiżi tal-ALK, l-irtirar ta' din l-għajnuna, inkluża l-għajnuna lil pajjiżi bi dħul medju, fejn l-inugwaljanzi jippersistu fost iż-żoni ġeografiċi differenti, bejn iż-żoni urbani u dawk rurali, u li jolqtu lin-nisa u lill-minoranzi b'mod partikolari, ikun pass lura li jxekkel l-iżvilupp futur tar-reġjun; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jieħdu impenn ċar mal-pajjiżi tal-ALK u mal-Amerika Ċentrali b'mod partikolari, filwaqt li jieħdu kont dovut ukoll tas-sħubija UE-AKP fil-ġejjieni, biex ma jħallu lil ħadd lura u jtaffu l-impatt fuq il-pajjiżi li reċentement kisbu l-istatus ta' dħul medju jew qegħdin fi proċess ta' tranżizzjoni f'din id-direzzjoni;

4.  Huwa tal-fehma li, fil-kuntest reġjonali u globali attwali, jenħtieġ li l-UE tintensifika r-relazzjonijiet tagħha mal-pajjiżi tal-ALK billi tiffoka fuq kooperazzjoni akbar fl-oqsma kollha bl-għan li tiġi stabbilita relazzjoni bilaterali fl-ogħla livell;

5.  Jistieden lill-Kummissjoni tidentifika l-istrumenti disponibbli u tgħammarhom b'riżorsi suffiċjenti, billi tieħu azzjoni xierqa biex tallinjahom mal-prinċipji tal-effikaċja, l-armonizzazzjoni, ir-responsabbiltà reċiproka, ir-responsabbiltà għall-azzjonijiet, l-allinjament mal-istrateġiji ta' żvilupp tal-pajjiżi tal-ALK u l-kapaċità li l-fondi jintużaw tajjeb, sabiex il-pajjiżi tal-ALK jiġu megħjuna jindirizzaw l-isfidi li jiffaċċjawhom u jħejju ruħhom għall-possibbiltà ta' tnaqqis ta' għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp (ODA) fil-ġejjieni; jitlob li tali strumenti jinkorporaw it-trasferiment tal-ħiliet u t-taħriġ, u jassistu fir-riformi fil-ġestjoni fiskali u l-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi li jikkontribwixxu biex jagħtu spinta lit-tkabbir u l-forniment ta' servizzi pubbliċi ta' kwalità għolja;

6.  Jappoġġa l-inizjattiva meħuda minn pajjiżi tal-Amerika Latina biex joħolqu qafas ta' ftehim għal ristrutturar tad-dejn sovran iffaċilitat min-Nazzjonijiet Uniti;

7.  Jiddeplora t-tnaqqis fl-għajnuna umanitarja u jirrifjuta l-fatt li dan ikompli jseħħ fiż-żoni li l-aktar għandhom bżonn ta' din l-għajnuna (it-Triangolu tat-Tramuntana tal-Amerika Ċentrali, il-Haiti u l-Kolombja), kif ukoll f'żoni partikolarment milquta mill-impatt tat-tibdil fil-klima u d-diżastri naturali;

8.  Jikkundanna l-azzjoni meħuda mill-gvernijiet ta' xi pajjiżi li rrifjutaw li jaċċettaw l-assistenza umanitarja internazzjonali, u b'hekk għamluha impossibbli li l-ħtiġijiet l-aktar bażiċi ta' dawk il-pajjiżi jiġu indirizzati; jistieden lill-VP/RGħ tħeġġeġ lill-awtoritajiet rilevanti biex jippermettu d-dħul ta' din l-assistenza u sabiex tressaq pjan ta' assistenza għal kull pajjiż;

9.  Jenfasizza l-ħtieġa urġenti li jiżdiedu l-isforzi biex jiġu miġġielda l-korruzzjoni, il-frodi tat-taxxa u l-impunità, peress li dawn huma fost l-ostakli ewlenin li qed ixekklu l-iżvilupp, biex jiġu żgurati r-rispett tal-istat tad-dritt, l-organizzazzjoni ta' elezzjonijiet liberi u trasparenti, is-separazzjoni tas-setgħat u aċċess ugwali għal sistema ġudizzjarja indipendenti, imparzjali u professjonalizzata, biex tiġi appoġġata l-governanza tajba, biex jiġu indirizzati d-dgħufijiet istituzzjonali u biex tissaħħaħ l-amministrazzjoni; jirrikonoxxi l-ħidma mwettqa minn EUROsociAL f'dan il-qasam;

10.  Jinnota bi tħassib li l-ħtif tal-art fil-pajjiżi tal-ALK matul l-aħħar għaxar snin huwa marbut maċ-ċirku agrikolu kumpless ikel-għalf-fjuwil kif ukoll strateġiji għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima (jiġifieri t-tqegħid ta' foresti fil-programm ta' bbilanċjar tal-karbonju bħal fil-każ tal-REDD+); jinnota ugwalment li talbiet dejjem jiżdiedu fil-livell reġjonali u internazzjonali għal minerali u fjuwils fossili wasslu għal konċessjonijiet tat-tħaffir ta' minjieri fuq skala kbira li jista' jkollhom impatt fuq id-drittijiet tal-art tal-komunitajiet; jistieden lill-Istati tal-ALK jirrikonoxxu d-drittijiet leġittimi kollha għall-art, inklużi drittijiet informali, indiġeni u konswetudinarji għaż-żamma tal-art, f'konformità mal-Linji Gwida tal-FAO dwar iż-Żamma ta' Art, u biex jirrispettaw il-prinċipju ta' kunsens liberu u infurmat minn qabel tal-persuni lokali affettwati minn ftehimiet dwar l-art;

11.  Jenfasizza li l-pajjiżi tal-ALK għandhom l-ogħla rata ta' difensuri tad-drittijiet tal-bniedem maqtula fi kwalunkwe reġjun ieħor fid-dinja; jitlob li l-programmi ta' żvilupp iqisu l-vulnerabilità estrema tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u li dawn il-programmi jagħtu kontribut ambizzjuż għall-protezzjoni tagħhom; jistieden lis-SEAE jagħmel sforz akbar biex jissorvelja l-ġestjoni tal-fondi allokati għall-protezzjoni tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem;

12.  Jitlob li l-konformità ma' trattati internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem, il-parteċipazzjoni minn diversi gvernijiet f'korpi reġjonali u l-kooperazzjoni mal-Kummissjoni Inter-Amerikana dwar id-Drittijiet tal-Bniedem jiġu kkunsidrati fl-iżvilupp ta' relazzjonijiet bilaterali;

13.  Iqis li l-aspetti ta' ordni pubbliku, b'mod partikolari dwar is-saħħa, l-edukazzjoni u t-taħriġ, kif ukoll l-inizjattivi privati, huma fundamentali peress li jiftħu opportunitajiet għal kważi 30 miljun żagħżugħ u żagħżugħa li la qed jistudjaw, la qed jitħarrġu u lanqas jaħdmu; jenfasizza li programmi ta' żvilupp iridu jindirizzaw livelli għoljin ta' konflitt, vjolenza, kriminalità organizzata u omiċidji, li jolqtu ż-żgħażagħ u l-adolexxenti b'mod partikolari u li huma waħda mill-isfidi prinċipali għall-pajjiżi tal-ALK;

14.  Jenfasizza l-importanza li jiġu esplorati metodi biex jiżdied l-investiment barrani u l-involviment fis-settur privat, u li jiġu promossi t-tnejn, f'qafas ta' rispett għad-drittijiet tal-bniedem, tal-ambjent u tax-xogħol, u li fih l-investituri jintrabtu u japplikaw il-prinċipji għall-investiment responsabbli tan-Nazzjonijiet Uniti, filwaqt li tiġi ggarantita ċ-ċertezza legali tal-investimenti u l-prinċipju tar-responsabilità soċjali korporattiva;

15.  Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tar-Rapport Speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri dwar l-użu tal-finanzjament imħallat, jistieden lill-Kummissjoni tapplika kriterji infurzabbli dwar il-prinċipji tal-effikaċja tal-iżvilupp għall-programmi ta' finanzjament imħallat, partikolarment f'termini ta' sjieda, allinjament ma' pajjiżi sħab, żvilupp u addizzjonalità finanzjarja, trasparenza u responsabilità għall-azzjoni;

16. Jistieden lill-BEI u istituzzjonijiet finanzjarji għall-iżvilupp oħra tal-Istati Membri jiżguraw b'mod effettiv li l-kumpaniji li jirċievu l-appoġġ tagħhom ma jipparteċipawx f'evażjoni tat-taxxa permezz taċ-ċentri offshore u r-rifuġji fiskali u biex effettivament jitraċċaw u jimmonitorjaw il-flussi, is-sostenibilità tad-dejn u l-valur miżjud fir-rigward tal-proġetti ta' żvilupp sostenibbli tagħhom;

17.  Jenfasizza l-importanza li d-diversi oqsma ta' ordni pubbliku jiġu kkoordinati u li jitħeġġeġ l-involviment tal-atturi politiċi u soċjali kollha, it-trade unions u organizzazzjonijiet oħra tas-soċjetà ċivili, kemm fil-livell ċentrali kif ukoll f'dak lokali, fil-kisba tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli; iqis li beni pubbliċi, li huma essenzjali għall-iżvilupp, jenħtieġ li dejjem jingħataw lil kulħadd mis-settur pubbliku u li jenħtieġ li r-rimedju kontra l-abbużi tad-drittijiet tal-bniedem jingħata wkoll lil kulħadd, inkluż meta tali abbużi jsiru minn korporazzjonijiet;

18.  Jenfasizza li t-tkabbir ekonomiku u l-kummerċ huma elementi ewlenin fil-kisba tal-iżvilupp sostenibbli, iżda mhumiex biżżejjed biex inaqqsu l-faqar, l-inugwaljanza u l-esklużjoni; jitlob politiki effettivi li jikkontribwixxu għat-tnaqqis ta' dawn il-kwistjonijiet permezz ta' tkabbir diversifikat, sostenibbli u inklużiv, b'enfasi qawwija fuq kwistjonijiet soċjali, appoġġ istituzzjonali u rispett tad-drittijiet tal-bniedem;

19.  Jenfasizza li l-pajjiżi tal-ALK għadhom qed jiffaċċjaw sfidi serji relatati mad-dejn sovran; jitlob approċċ fil-konfront tas-sostentibilità tad-dejn ibbażat fuq il-ħtiġijiet tal-bniedem permezz tal-implimentazzjoni tal-prinċipji tal-UNCTAD; jilqa', f'dan ir-rigward, il-ħidma tan-NU favur mekkaniżmu ta' ristrutturazzjoni tad-dejn sovranfil-livell internazzjonali;

20.  Jirrimarka li bħala riżultat tal-karatteristiċi ġeografiċi u ġeoloġiċi tagħhom il-pajjiżi tal-ALK huma vulnerabbli ħafna għal diżastri naturali, u li din is-sitwazzjoni hija aggravata bħala riżultat tat-tibdil fil-klima, li trid tiġi indirizzata fil-livell globali f'konformità mal-prinċipju ta' responsabilità komuni iżda differenzjata; jistieden lill-Kummissjoni u lill-pajjiżi tal-ALK jindirizzaw il-kawżi sottostanti, jieħdu miżuri ta' reżiljenza fir-rigward tal-klima u jadottaw strateġiji ta' prevenzjoni tar-riskju u protokolli għal mobilizzazzjoni rapida tal-għajnuna umanitarja fil-każ ta' emerġenzi;

21.  Jitlob li jkun hemm programmi ta' żvilupp fil-pajjiżi tal-ALK biex jinkorporaw approċċ trażversali li jiffoka fuq is-sessi, jirrispettaw id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tan-nisa, jiggarantixxu s-saħħa sesswali u riproduttiva tan-nisa u jippromwovu l-aċċess għall-opportunitajiet ta' impjieg għan-nisa; jirrimarka li, skont il-Kummissjoni Ekonomika għall-Amerika Latina u l-Karibew (CEPAL), bħala medja jinqatlu tnax-il mara kuljum f'dan ir-reġjun; jenfasizza, għalhekk, li jenħtieġ li t-tmiem tal-femminiċidju u d-diskriminazzjoni bejn is-sessi jkun objettiv ta' prijorità biex jiġu żviluppati u jintlaħqu l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli;

22.  Ifakkar fl-impenji miftiehma mill-UE fil-Pjanijiet ta' Azzjoni 2013 u 2015 tal-UE-CELAC (Komunità ta' Stati tal-Amerika Latina u tal-Karibew) dwar l-eradikazzjoni tal-vjolenza kontra n-nisa, u jesprimi t-tħassib tiegħu dwar in-nuqqas ta' implimentazzjoni tal-Kapitolu 7 tiegħu dwar il-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi; jistieden lill-Istati Membri u lis-SEAE jikkooperaw u jallokaw riżorsi ekonomiċi u istituzzjonali biex jiżguraw l-osservanza tar-rakkomandazzjonijiet dwar il-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi miftiehma fil-pjanijiet ta' azzjoni, speċjalment rigward l-eradikazzjoni ta' kull forma ta' vjolenza, skont il-Konvenzjoni ta' Belém do Pará, il-Konvenzjoni ta' Istanbul u l-Konvenzjoni dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa (CEDAW);

23.  Iħeġġeġ koordinazzjoni aħjar bejn il-politiki u l-programmi li jappoġġaw lir-reġjun tal-pajjiżi tal-ALK, kif ukoll ir-reġjuni ultraperiferiċi u l-pajjiżi u t-territorji barranin; jitlob li l-impenji politiċi li jsiru fis-summits reġjonali bejn l-UE u l-pajjżi tal-ALK jinżammu u jkunu akkumpanjati mill-allokazzjoni tar-riżorsi finanzjarji neċessarji.

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

30.5.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

17

0

5

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Beatriz Becerra Basterrechea, Ignazio Corrao, Doru-Claudian Frunzulică, Enrique Guerrero Salom, Maria Heubuch, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Stelios Kouloglou, Arne Lietz, Linda McAvan, Vincent Peillon, Lola Sánchez Caldentey, Elly Schlein, Eleni Theocharous, Paavo Väyrynen, Bogdan Brunon Wenta, Anna Záborská

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Frank Engel, Ádám Kósa, Cécile Kashetu Kyenge, Paul Rübig, Judith Sargentini

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITATLI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

17

+

ALDE

Beatriz Becerra Basterrechea, Paavo Väyrynen

ECR

Eleni Theocharous

EFDD

Ignazio Corrao

PPE

Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Frank Engel, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Ádám Kósa, Paul Rübig, Bogdan Brunon Wenta

S&D

Doru-Claudian Frunzulică, Enrique Guerrero Salom, Cécile Kashetu Kyenge, Arne Lietz, Linda McAvan, Vincent Peillon, Elly Schlein

0

-

 

 

5

0

GUE/NGL

Stelios Kouloglou, Lola Sánchez Caldentey

PPE

Anna Záborská,

Verts/ALE

Maria Heubuch, Judith Sargentini

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

11.7.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

55

7

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Lars Adaktusson, Michèle Alliot-Marie, Francisco Assis, Petras Auštrevičius, Bas Belder, Mario Borghezio, Elmar Brok, Klaus Buchner, James Carver, Fabio Massimo Castaldo, Lorenzo Cesa, Aymeric Chauprade, Javier Couso Permuy, Andi Cristea, Arnaud Danjean, Knut Fleckenstein, Eugen Freund, Michael Gahler, Iveta Grigule, Sandra Kalniete, Tunne Kelam, Janusz Korwin-Mikke, Andrey Kovatchev, Eduard Kukan, Ryszard Antoni Legutko, Arne Lietz, Barbara Lochbihler, Sabine Lösing, Andrejs Mamikins, Alex Mayer, David McAllister, Tamás Meszerics, Francisco José Millán Mon, Javier Nart, Demetris Papadakis, Ioan Mircea Paşcu, Alojz Peterle, Tonino Picula, Julia Pitera, Cristian Dan Preda, Jozo Radoš, Sofia Sakorafa, Jordi Solé, Jaromír Štětina, Charles Tannock, László Tőkés, Miguel Urbán Crespo, Ivo Vajgl, Elena Valenciano, Geoffrey Van Orden, Hilde Vautmans, Anders Primdahl Vistisen, Boris Zala

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Brando Benifei, Luis de Grandes Pascual, András Gyürk, Javi López, Marietje Schaake, Eleni Theocharous, Ernest Urtasun, Bodil Valero, Paavo Väyrynen, Marie-Christine Vergiat

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Ádám Kósa


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

55

+

ALDE

Petras Auštrevičius, Iveta Grigule, Javier Nart, Jozo Radoš, Marietje Schaake, Ivo Vajgl, Hilde Vautmans, Paavo Väyrynen

ECR

Bas Belder, Ryszard Antoni Legutko, Charles Tannock, Eleni Theocharous, Geoffrey Van Orden, Anders Primdahl Vistisen

PPE

Lars Adaktusson, Michèle Alliot-Marie, Elmar Brok, Lorenzo Cesa, Arnaud Danjean, Michael Gahler, András Gyürk, Sandra Kalniete, Tunne Kelam, Andrey Kovatchev, Eduard Kukan, Ádám Kósa, David McAllister, Francisco José Millán Mon, Alojz Peterle, Julia Pitera, Cristian Dan Preda, László Tőkés, Luis de Grandes Pascual, Jaromír Štětina

S&D

Francisco Assis, Brando Benifei, Andi Cristea, Knut Fleckenstein, Eugen Freund, Arne Lietz, Javi López, Andrejs Mamikins, Alex Mayer, Demetris Papadakis, Ioan Mircea Paşcu, Tonino Picula, Elena Valenciano, Boris Zala

VERTS/ALE

Klaus Buchner, Barbara Lochbihler, Tamás Meszerics, Jordi Solé, Ernest Urtasun, Bodil Valero

7

-

EFDD

James Carver

GUE/NGL

Javier Couso Permuy, Sabine Lösing, Sofia Sakorafa, Miguel Urbán Crespo, Marie-Christine Vergiat

NI

Janusz Korwin-Mikke

2

0

EFDD

Fabio Massimo Castaldo

ENF

Mario Borghezio

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Avviż legali