Proċedura : 2016/0257(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0273/2017

Testi mressqa :

A8-0273/2017

Dibattiti :

PV 10/12/2018 - 17
CRE 10/12/2018 - 17

Votazzjonijiet :

PV 11/12/2018 - 5.8
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2018)0490

RAPPORT     ***I
PDF 929kWORD 99k
28.7.2017
PE 589.452v02-00 A8-0273/2017

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 337/75

(COM(2016)0532 – C8-0343/2016 – 2016/0257(COD))

Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

Rapporteur: Anne Sander

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġits
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 337/75

(COM(2016)0532 – C8-0343/2016 – 2016/0257(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2016)0532),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), l-Artikoli 166(4), 165(4) u 149 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0343/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-30 ta' Mejju 2017(1),

–  wara li kkonsulta lill-Kumitat tar-Reġjuni,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0273/2017),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 1a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a)  Skont l-Artikolu 149, l-Artikolu 165(4) u l-Artikolu 166(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), is-Cedefop jinkoraġġixxi l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u jappoġġja l-attivitajiet tagħhom permezz ta' inizjattivi mmirati biex jiżviluppaw skambji ta' informazzjoni u l-aħjar prattiki fil-qasam tat-taħriġ vokazzjonali.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  Mit-twaqqif tiegħu s-Cedefop kellu rwol importanti fl-appoġġ għall-iżvilupp ta' politika komuni tal-edukazzjoni u għat-taħriġ vokazzjonali. Fl-istess ħin il-kunċett u l-importanza tat-taħriġ vokazzjonali evolvew taħt l-influwenza tat-tibdil fis-swieq tax-xogħol, l-iżviluppi teknoloġiċi, partikolarment fil-qasam diġitali, u ż-żieda fil-mobilità tal-ħaddiema. Il-politiki tat-taħriġ vokazzjonali evolvew skont dan kollu u llum jinkludu varjetà ta' strumenti u inizjattivi, li wħud minnhom, jiġifieri dawk relatati mal-ħiliet u l-kwalifiki, inkluż il-validazzjoni tat-tagħlim, neċessarjament imorru lil hinn mill-konfini tradizzjonali tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali. Għalhekk il-karattru tal-attivitajiet tas-Cedefop għandu jiġi definit b'mod ċar u t-terminoloġija rilevanti għandha tiġi aġġustata filwaqt li tibqa' fil-mandat tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat għall-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali.

(2)  Mit-twaqqif tiegħu s-Cedefop, bis-saħħa tal-għarfien espert tiegħu, kellu rwol importanti fl-appoġġ għall-iżvilupp ta' politika komuni tal-edukazzjoni u għat-taħriġ vokazzjonali. Fl-istess ħin il-kunċett u l-importanza tat-taħriġ vokazzjonali evolvew taħt l-influwenza tat-tibdil fis-swieq tax-xogħol, taż-żieda fil-mobilità tal-ħaddiema, tal-impenn tal-Unjoni favur is-sostenibbiltà u l-iżviluppi teknoloġiċi, partikolarment fil-qasam diġitali, li jżidu mal-isfida tat-tlaqqigħ aħjar tal-kompetenzi u l-kwalifiki b'domanda li tevolvi kostantement. Il-politiki tat-taħriġ vokazzjonali evolvew skont dan kollu u llum jinkludu varjetà ta' strumenti u inizjattivi, li wħud minnhom, jiġifieri dawk relatati mal-ħiliet u l-kwalifiki, inkluż il-validazzjoni tat-tagħlim, neċessarjament imorru lil hinn mill-konfini tradizzjonali tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali. Għalhekk il-karattru tal-attivitajiet tas-Cedefop għandu jiġi definit b'mod ċar u t-terminoloġija rilevanti għandha tiġi aġġustata filwaqt li tibqa' fil-mandat tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat għall-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 3a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a)  Dan ir-Regolament iħassar ir-Regolament (KEE) Nru 337/75, bl-għan li jaġġorna l-mandat u l-kompiti tas-Cedefop biex jirriflettu aħjar l-attivitajiet attwali tiegħu li jmorru lil hinn mill-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali u jinkludu ħidma fuq il-ħiliet u l-kwalifiki u biex jadatta l-mandat u l-kompiti tiegħu għall-prijoritajiet u l-istrateġiji attwali tal-politika, filwaqt li jitqiesu l-iżviluppi riċenti fil-politika fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, il-ħiliet u l-kwalifiki.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  L-implimentazzjoni ta' politika tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali se teħtieġ fokus fuq l-interfaċċja bejn l-edukazzjoni u t-taħriġ u d-dinja tax-xogħol, filwaqt li jkun assigurat li l-għarfien, il-ħiliet u kompetenzi miksuba jappoġġjaw l-impjegabbiltà fis-swieq tax-xogħol li qed jinbidlu u li jkunu rilevanti għall-ħtiġijiet taċ-ċittadini u s-soċjetà.

(4)  L-implimentazzjoni ta' politika tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali se teħtieġ fokus fuq l-interfaċċja u t-tranżizzjoni bejn l-edukazzjoni u t-taħriġ u d-dinja tax-xogħol, filwaqt li jkun assigurat li l-għarfien, il-ħiliet u l-kompetenzi miksuba jappoġġjaw l-integrazzjoni fis-swieq tax-xogħol li qed jinbidlu u li jkunu rilevanti għall-ħtiġijiet taċ-ċittadini u s-soċjetà.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 337/75 ġie emendat bosta drabi. Billi għandhom isiru aktar emendi, għandu jitħassar fl-interess taċ-ċarezza.

(5)  Ir-Regolament (KEE) Nru 337/75 ġie emendat bosta drabi. Billi għandhom isiru aktar emendi, għandu jitħassar fl-interess taċ-ċarezza, mingħajr devjazzjoni mill-għanijiet ewlenin tiegħu u mingħajr ma jiġu kompromessi l-miri oriġinali tiegħu.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 6a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a)  Rigward il-governanza tas-Cedefop, sabiex tiġi żgurata bidla fis-sħubija tiegħu matul iż-żmien, jenħtieġ li l-Bord tat-Tmexxija jikkunsidra li jillimita l-għadd ta' mandati konsekuttivi li l-membri tiegħu jistgħu jwettqu, permezz tar-regoli operattivi tiegħu jew mekkaniżmi oħra.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 7

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Peress li t-tliet hekk imsejħa Aġenziji tripartitiċi - Cedefop, il-Fondazzjoni Ewropea għat-titjib tal-kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol (Eurofound) u l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA) - jindirizzaw kwistjonijiet relatati mas-suq tax-xogħol, l-ambjent tax-xogħol u l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali u l-ħiliet, il-koordinazzjoni mill-qrib fost it-tliet Aġenziji hija meħtieġa u l-modi biex jittejbu l-effiċjenza u s-sinerġiji għandhom jiġu sfruttati. Barra minn hekk, fejn rilevanti, l-Aġenzija għandha tfittex li tidħol f'kooperazzjoni effiċjenti mal-kapaċitajiet ta' riċerka interni tal-Kummissjoni Ewropea.

(7)  Peress li t-tliet aġenziji tripartitiċi, Cedefop, il-Fondazzjoni Ewropea għat-titjib tal-kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol (Eurofound) u l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA), jindirizzaw kwistjonijiet relatati mas-suq tax-xogħol, l-ambjent tax-xogħol u l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali u l-ħiliet, il-koordinazzjoni mill-qrib fosthom hija meħtieġa, modi biex jittejbu l-effiċjenza u s-sinerġiji jenħtieġ li jiġu sfruttati u kwalunkwe duplikazzjoni li tikkonċerna l-attivitajiet tagħhom, bejniethom u bejnhom u l-Kummissjoni, jenħtieġ li tiġi evitata. Barra minn hekk, fejn rilevanti, is-Cedefop jenħtieġ li jfittex li jikkoopera b'mod effiċjenti mal-kapaċitajiet ta' riċerka interni tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni.

Ġustifikazzjoni

Kompromess komuni li jissostitwixxi l-emendi 4, 30, 31, 32 (Cedefop); 2, 50, 51, 52 (Eurofound); 3, 30, 31, 32 (EU-OSHA).

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 7a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a)  In-natura tripartitika tas-Cedefop, il-Eurofound, u l-EU-OSHA tirrappreżenta approċċ komprensiv ibbażat fuq id-djalogu soċjali bejn is-sħab soċjali u l-awtoritajiet nazzjonali u tal-Unjoni, li huwa ta' siwi kbir sabiex jinstabu soluzzjonijiet b'mod konġunt u sostenibbli.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 8a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8a)  Is-servizzi tat-traduzzjoni meħtieġa għall-funzjonament tas-Cedefop jenħtieġ li jiġu pprovduti, sakemm ikun possibbli, miċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea (Ċentru tat-Traduzzjoni). Meta jkun xieraq, pereżempju minħabba l-urġenza jew l-ispejjeż tat-traduzzjoni jew l-ammont kbir ta' xogħol taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni, fornituri oħra ta' servizzi tat-traduzzjoni jenħtieġ li jkunu jistgħu jipprovdu wkoll tali servizzi ta' traduzzjoni. Tali fornituri oħra ta' servizzi tat-traduzzjoni jenħtieġ li jiżguraw l-istess livell ta' kwalità bħaċ-Ċentru tat-Traduzzjoni bi prezz li ma jkunx ogħla, jenħtieġ li jikkonformaw mal-istandards ambjentali, tax-xogħol u soċjali tal-Unjoni, u jenħtieġ li jirrispettaw ir-regoli tal-akkwist pubbliku, meta jkun xieraq.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 8b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8b)  Fl-attivitajiet ta' akkwist tiegħu, jenħtieġ li s-Cedefop jirrispetta standards ambjentali, soċjali u tax-xogħol ta' kwalità għolja, kif ukoll livell għoli ta' trasparenza u regoli tal-kompetizzjoni ġusti.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 8c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8c)  Jenħtieġ li l-baġit tas-Cedefop jitħejja f'konformità mal-prinċipju ta' bbaġitjar abbażi tal-prestazzjoni, b'kont meħud tal-għanijiet u r-riżultati mistennija tiegħu.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  Id-dispożizzjonijiet dwar il-persunal tas-Cedefop stabbiliti fir-Regolament (KEE) Nru 337/75 għandhom ikunu allinjati mar-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (ir-"Regolamenti tal-Persunal") u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg Applikabbli għall-Aġenti l-Oħra tal-Unjoni Ewropea ("CEOS"), stabbiliti bir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/687.

(9)  Id-dispożizzjonijiet dwar il-persunal tas-Cedefop stabbiliti fir-Regolament (KEE) Nru 337/75 jenħtieġ li jkunu allinjati mar-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (ir-"Regolamenti tal-Persunal") u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg Applikabbli għall-Aġenti l-Oħra tal-Unjoni Ewropea ("CEOS"), stabbiliti bir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/687. Minħabba l-mandat aġġornat tiegħu, is-Cedefop jenħtieġ li jkollu l-persunal adegwat sabiex ikun jista' jwettaq il-mandat tiegħu.

__________________

__________________

7  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 (ĠU L 56, tas-4.3.1968, p. 1).

7  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 (ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1).

Emenda    13

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-għan tal-Aġenzija għandu jkun li tassisti l-Kummissjoni fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-politiki tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali u l-ħiliet u l-kwalifiki. Għal dan il-għan l-Aġenzija għandha tipprovdi evidenza u servizzi għat-tfassil tal-politika u l-kondiviżjoni tal-għarfien fost u bejn l-Unjoni u l-atturi nazzjonali, b’mod partikolari gvernijiet u sħab soċjali.

2.  L-għan tal-Aġenzija għandu jkun li tappoġġja l-politiki tal-Unjoni fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali u l-ħiliet u l-kwalifiki. Għal dan il-għan l-Aġenzija għandha tipprovdi evidenza, analiżijiet, servizzi u appoġġ indipendenti għat-tfassil tal-politika u l-kondiviżjoni tal-għarfien fost u bejn l-Unjoni u l-atturi nazzjonali.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea)  abbażi tal-analiżi u r-riċerka tiegħu stess, jipprovdi lil min ifassal il-politika bi proposti politiċi bbażati fuq ir-riċerka fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali;

Ġustifikazzjoni

Is-Cedefop huwa kapaċi sew li jieħu l-pass li jittrasferixxi l-għoti ta' analiżi u informazzjoni fi proposti siewja għat-tfassil tal-politika. Dan jenħtieġ li jkun espliċitu fil-kompiti u l-mandat tiegħu.

Emenda    15

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt h

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h)  l-immaniġġjar u d-disponibbiltà ta' għodod, datasets u servizzi għall-ħiliet, okkupazzjonijiet u kwalifiki għaċ-ċittadini, il-kumpaniji, il-persuni li jfasslu l-politika, is-sħab soċjali u partijiet interessati oħrajn.

(h)  b'kollaborazzjoni mal-Kummissjoni, l-immaniġġjar u d-disponibbiltà ta' għodod, datasets u servizzi għall-ħiliet, okkupazzjonijiet u kwalifiki għaċ-ċittadini, il-kumpaniji, il-persuni li jfasslu l-politika, is-sħab soċjali u partijiet interessati oħrajn.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Fit-twettiq tal-kompiti tagħha, l-Aġenzija għandha żżomm djalogu mill-qrib, b'mod partikolari ma' korpi speċjalizzati, kemm jekk pubbliċi jew privati, nazzjonali jew internazzjonali, awtoritajiet pubbliċi u istituzzjonijiet edukattivi u ma' organizzazzjonijiet tal-ħaddiema u tal-impjegaturi. L-Aġenzija, mingħajr preġudizzju għall-għanijiet tagħha stess, għandha tiżgura kooperazzjoni ma' Aġenziji oħrajn tal-Unjoni Ewropea maħsuba biex jiġu evitati d-duplikazzjonijiet u jiġu promossi s-sinerġija u l-komplementarjetà fl-attivitajiet tagħhom, b'mod partikolari mal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ, il-Eurofound u l-EU-OSHA.

3.  Fit-twettiq tal-kompiti tagħha, l-Aġenzija għandha żżomm djalogu mill-qrib, b'mod partikolari ma' korpi speċjalizzati li jaħdmu fuq politiki dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali u l-ħiliet u l-kwalifiki, kemm jekk pubbliċi jew privati, nazzjonali jew internazzjonali, mal-awtoritajiet pubbliċi, mal-istituzzjonijiet edukattivi, ma' organizzazzjonijiet tal-ħaddiema u tal-impjegaturi u, meta jkunu jeżistu, ma' korpi tripartitiċi nazzjonali. L-Aġenzija, mingħajr preġudizzju għall-għanijiet tagħha stess, għandha tiżgura kooperazzjoni ma' aġenziji oħrajn tal-Unjoni maħsuba biex jipprevjenu u jiġu evitati d-duplikazzjonijiet u jiġu promossi s-sinerġija u l-komplementarjetà fl-attivitajiet tagħhom, inkluża l-possibbiltà li jaħdmu b'mod konġunt, b'mod partikolari mal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ, il-Eurofound u l-EU-OSHA.

Emenda    17

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  L-Aġenzija tista' tipparteċipa fl-offerti pubbliċi kollha organizzati mill-Kummissjoni fl-oqsma ta' kompetenza tagħha fir-rigward tar-regoli ta' trasparenza, kompetizzjoni ġusta u drittijiet soċjali.

Emenda    18

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt da (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da)  tliet esperti indipendenti maħtura mill-Parlament Ewropew;

Emenda    19

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – subparagrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-membri msemmija fil-punti (a), (b) u (c) għandhom jinħatru mill-Kunsill abbażi ta' listi ta' kandidati ppreżentati mill-Istati Membri, mill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-impjegaturi u tal-impjegati rispettivament. Il-Kummissjoni għandha taħtar il-membri li għandhom jirrappreżentawha.

Il-membri msemmija fil-punti (a), (b) u (c) għandhom jinħatru mill-Kunsill abbażi ta' listi ta' kandidati ppreżentati mill-Istati Membri, mill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-impjegaturi u tal-impjegati rispettivament. Il-Kummissjoni għandha taħtar il-membri msemmija fil-punt (d). Il-kumitat responsabbli tal-Parlament Ewropew għandu jaħtar l-esperti msemmija fil-punt (da).

Emenda    20

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Il-membri tal-Bord tat-Tmexxija u s-sostituti tagħhom għandhom jinħatru fid-dawl tal-għarfien tagħhom fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, il-ħiliet u l-kwalifiki, waqt li jitqiesu l-ħiliet maniġerjali, amministrattivi u baġitarji tagħhom. Il-partijiet kollha rappreżentati fil-Bord tat-Tmexxija għandhom jagħmlu sforz biex jillimitaw iċ-ċaqliq tar-rappreżentanti tagħhom, sabiex jiżguraw il-kontinwità tal-ħidma tal-bord. Il-partijiet kollha għandhom jimmiraw li jiksbu rappreżentanza bbilanċjata bejn l-irġiel u n-nisa fil-Bord tat-Tmexxija.

3.  Il-membri tal-Bord tat-Tmexxija u s-sostituti tagħhom għandhom jinħatru fid-dawl tal-għarfien tagħhom fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, il-ħiliet u l-kwalifiki, waqt li jitqiesu l-ħiliet maniġerjali, amministrattivi u baġitarji tagħhom. Il-partijiet kollha rappreżentati fil-Bord tat-Tmexxija għandhom jagħmlu sforz biex jillimitaw iċ-ċaqliq tar-rappreżentanti tagħhom, sabiex jiżguraw il-kontinwità tal-ħidma tal-bord. Meta jaħtru r-rappreżentanti u s-sostituti rispettivi tagħhom fil-Bord tat-Tmexxija, il-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni, l-Istati Membri u s-sħab soċjali għandhom jiżguraw rappreżentanza bbilanċjata bejn l-irġiel u n-nisa.

Emenda    21

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 3a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  Kull membru u membru sostitut għandu jiffirma dikjarazzjoni tal-interessi bil-miktub meta jibda l-inkarigu jew meta ħatra tiġġedded, u għandu jaġġornaha meta jkun hemm bidla fiċ-ċirkustanzi f'dak ir-rigward. L-Aġenzija għandha tippubblika d-dikjarazzjonijiet tal-interessi u l-aġġornamenti fil-website tagħha.

Ġustifikazzjoni

Kompromess komuni li jissostitwixxi l-emendi 53, 62, 69 u 70 (Cedefop).

Emenda    22

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Il-mandat għall-membri u għas-sostituti tagħhom għandu jkun ta' erba' snin. Dak il-mandat għandu jkun jista' jiġi estiż. Meta jiskadi l-mandat tagħhom jew fl-eventwalità tar-riżenja tagħhom, il-membri għandhom jibqgħu fil-kariga sakemm il-ħatriet tagħhom jiġu mġedda jew sakemm jiġu sostitwiti.

4.  Il-mandat għall-membri u għas-sostituti tagħhom għandu jkun ta' erba' snin. Dak il-mandat jista' jiġġedded. Meta jiskadi l-mandat tagħhom jew fl-eventwalità tar-riżenja tagħhom, il-membri għandhom jibqgħu fil-kariga sakemm il-ħatriet tagħhom jiġu mġedda jew sakemm jiġu sostitwiti.

Ġustifikazzjoni

Allinjamanet mal-mandat tal-president u l-viċi presidenti (imġedded darba) (Artikolu 7 - paragrafu 2). Kompromess komuni li jissostitwixxi l-emendi 9, 71, 72, 73, 74, 75 (Cedefop), (105), 106, 107, 108 (Eurofound), 11, (74), 75, 76, 77, 78 (EU-OSHA).

Emenda    23

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 5a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a.  Rappreżentant tal-Eurofound u rappreżentant tal-EU-OSHA għandu jkollhom status ta' osservatur fil-laqgħat tal-Bord tat-Tmexxija sabiex itejbu l-effiċjenza tat-tliet aġenziji tripartitiċi u s-sinerġiji bejniethom, u sabiex tiġi evitata duplikazzjoni tal-attivitajiet tagħhom.

Ġustifikazzjoni

Kompromess komuni li jissostitwixxi l-emendi 10, 15, 77, 78, 79, 101 u 102 (Cedefop).

Emenda    24

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  jagħti l-orjentazzjonijiet ġenerali għall-attivitajiet tal-aġenzija u kull sena jadotta d-dokument ta' programmazzjoni tal-Aġenzija b'maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri intitolati għall-vot u skont l-Artikolu 6;

(a)  jagħti l-orjentazzjonijiet strateġiċi għall-attivitajiet tal-Aġenzija, skont il-ħtiġijiet tal-partijiet ikkonċernati ewlenin tagħha, u kull sena jadotta d-dokument ta' programmazzjoni tal-Aġenzija b'maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri intitolati għall-vot u skont l-Artikolu 6;

Ġustifikazzjoni

Kompromess komuni li jissostitwixxi l-emendi 11 u 80 (Cedefop).

Emenda    25

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt f

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)  jadotta regoli għall-prevenzjoni u t-tmexxija tal-kunflitti ta' interess fir-rigward tal-membri tiegħu;

(f)  jadotta regoli, inklużi miżuri għall-identifikazzjoni ta' riskji potenzjali fi stadju bikri, għall-prevenzjoni u t-tmexxija tal-kunflitti ta' interess fir-rigward tal-membri u l-esperti indipendenti tiegħu, kif ukoll tal-esperti nazzjonali ssekondati u persunal ieħor mhux impjegat mill-Aġenzija, kif imsemmi fl-Artikolu 19;

Ġustifikazzjoni

Kompromess komuni li jissostitwixxi l-emenda 81 (Cedefop).

Emenda    26

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt g

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g)  jadotta l-pjanijiet ta' komunikazzjoni u disseminazzjoni msemmija bbażati fuq analiżi tal-ħtiġijiet u jaġġornahom regolarment;

(g)  jadotta l-pjanijiet ta' komunikazzjoni u disseminazzjoni bbażati fuq analiżi tal-ħtiġijiet u jaġġornahom regolarment u jirrifletti dan fid-dokument ta' programmazzjoni tal-Aġenzija;

Ġustifikazzjoni

Kompromess komuni li jissostitwixxi l-emenda 12 (Cedefop).

Emenda    27

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt k

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(k)  jaħtar id-Direttur Eżekuttiv u, fejn xieraq, jestendi l-mandat tiegħu jew ineħħi d-Direttur Eżekuttiv mill-kariga skont l-Artikolu 18;

(k)  jaħtar id-Direttur Eżekuttiv u, fejn xieraq, iġedded il-mandat tiegħu jew ineħħi d-Direttur Eżekuttiv mill-kariga skont l-Artikolu 18;

Emenda    28

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt n

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(n)  jieħu kull deċiżjoni dwar l-istabbiliment ta’ strutturi interni tal-Aġenzija u, fejn ikun meħtieġ, il-modifika tagħhom, filwaqt li jitqiesu l-ħtiġijiet tal-attività tal-Aġenzija kif ukoll titqies it-tmexxija baġitarja soda;

imħassar

Emenda    29

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Il-programm ta' ħidma annwali għandu jinkludi l-għanijiet dettaljati u r-riżultati mistennija, inklużi l-indikaturi tal-prestazzjoni. Għandu jinkludi wkoll deskrizzjoni tal-azzjonijiet li għandhom jiġu ffinanzjati u indikazzjoni tar-riżorsi finanzjarji u umani allokati għal kull azzjoni, skont il-prinċipji ta' bbaġitjar u tmexxija bbażati fuq l-attività. Il-programm ta' ħidma annwali għandu jkun koerenti mal-programm ta' ħidma pluriennali msemmi fil-paragrafu 4. Dan għandu jindika b'mod ċar il-kompiti li jkunu żdiedu, inbidlu jew tħassru meta mqabbel mas-sena finanzjarja preċedenti.

3.  Il-programm ta' ħidma annwali għandu jinkludi l-għanijiet dettaljati u r-riżultati mistennija, inklużi l-indikaturi tal-prestazzjoni, kif ukoll l-attivitajiet u l-programmi li għandhom jiġu soġġetti għal evalwazzjonijiet ex ante jew ex post. Għandu jinkludi wkoll deskrizzjoni tal-azzjonijiet li għandhom jiġu ffinanzjati, inklużi miżuri ppjanati bl-għan li tiżdied l-effiċjenza, u indikazzjoni tar-riżorsi finanzjarji u umani allokati għal kull azzjoni, skont il-prinċipji ta' bbaġitjar u tmexxija bbażati fuq l-attività. Il-programm ta' ħidma annwali għandu jkun koerenti mal-programm ta' ħidma pluriennali msemmi fil-paragrafu 4. Dan għandu jindika b'mod ċar il-kompiti li jkunu żdiedu, inbidlu jew tħassru meta mqabbel mas-sena finanzjarja preċedenti.

Emenda    30

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 4 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Il-Bord tat-Tmexxija għandu jemenda l-programm ta' ħidma annwali adottat meta jingħata kompitu ġdid lill-Aġenzija. Il-Bord tat-Tmexxija jista' jiddelega s-setgħa li jsir l-emendar mhux sostanzjali fil-programm ta' ħidma annwali lid-Direttur Eżekuttiv.

1.   Il-Bord tat-Tmexxija għandu jemenda l-programm ta' ħidma annwali adottat meta jingħata kompitu ġdid lill-Aġenzija. Għandu jkun responsabbli għall-evitar ta' trikkib fil-programmazzjoni mal-EU-OSHA u l-Eurofound u għall-iżgurar li titqies il-prijoritizzazzjoni mill-ġdid tal-attivitajiet tiegħu qabel ma jingħataw riżorsi finanzjarji addizzjonali. Il-Bord tat-Tmexxija jista' jiddelega s-setgħa li jsir l-emendar mhux sostanzjali fil-programm ta' ħidma annwali lid-Direttur Eżekuttiv.

Emenda    31

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Bord tat-Tmexxija għandu jeleġġi President u tliet Viċi presidenti kif ġej - wieħed minn fost il-membri li jirrappreżentaw l-Istati Membri, wieħed minn fost il-membri li jirrappreżentaw lill-organizzazzjonijiet tal-impjegaturi, wieħed fost il-membri li jirrappreżentaw lill-organizzazzjonijiet tal-impjegati u wieħed minn fost il-membri li jirrappreżentaw lill-Kummissjoni. Il-President u l-Viċi Presidenti għandhom ikunu eletti b'maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri tal-Bord tat-Tmexxija bi dritt tal-vot.

1.  Il-Bord tat-Tmexxija għandu jeleġġi President u tliet Viċi presidenti kif ġej - wieħed minn fost il-membri li jirrappreżentaw l-Istati Membri, wieħed minn fost il-membri li jirrappreżentaw lill-organizzazzjonijiet tal-impjegaturi, wieħed fost il-membri li jirrappreżentaw lill-organizzazzjonijiet tal-impjegati u wieħed minn fost il-membri li jirrappreżentaw lill-Kummissjoni. Il-President u l-Viċi Presidenti għandhom ikunu eletti b'maġġoranza ta' żewġ terzi tal-membri tal-Bord tat-Tmexxija bi dritt tal-vot. Il-Bord tat-Tmexxija għandu jiżgura rappreżentanza bilanċjata bejn in-nisa u l-irġiel għall-President u l-Viċi Presidenti, meqjusa flimkien.

Emenda  32

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Meta jkun meħtieġ, minħabba urġenza, il-Bord Eżekuttiv jista' jieħu ċerti deċiżjonijiet provviżorji f'isem il-Bord tat-Tmexxija, b'mod partikolari dwar kwistjonijiet ta' tmexxija amministrattiva, inkluż is-sospensjoni tad-delega tas-setgħat ta' awtorità tal-ħatra u kwistjonijiet baġitarji.

3.  Meta jkun meħtieġ, minħabba urġenza, il-Bord Eżekuttiv jista' jieħu ċerti deċiżjonijiet provviżorji f'isem il-Bord tat-Tmexxija, inkluż is-sospensjoni tad-delega tas-setgħat ta' awtorità tal-ħatra, skont il-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 5(2), u kwistjonijiet baġitarji.

Emenda    33

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Il-Bord Eżekuttiv għandu jkun magħmul mill-President tal-Bord tat-Tmexxija, it-tliet Viċi Presidenti, il-koordinaturi tat-tliet gruppi kif imsemmi fl-Artikolu 4(5) u rappreżentant wieħed tal-Kummissjoni. Kull grupp imsemmi fl-Artikolu 4(5) jista' jinnomina sa żewġ sostituti biex jattendu l-laqgħat tal-Bord Eżekuttiv, fin-nuqqas tal-membri sħaħ. Il-President tal-Bord tat-Tmexxija għandu jkun ukoll il-President tal-Bord Eżekuttiv. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jieħu sehem fil-laqgħat tal-Bord Eżekuttiv, iżda ma għandux ikollu d-dritt tal-vot.

4.  Il-Bord Eżekuttiv għandu jkun magħmul mill-President tal-Bord tat-Tmexxija, it-tliet Viċi Presidenti, il-koordinaturi tat-tliet gruppi kif imsemmi fl-Artikolu 4(5) u rappreżentant wieħed tal-Kummissjoni. Kull grupp imsemmi fl-Artikolu 4(5) jista' jinnomina sa żewġ sostituti biex jattendu l-laqgħat tal-Bord Eżekuttiv, fin-nuqqas tal-membri sħaħ, filwaqt li tiġi żgurata rappreżentanza bilanċjata bejn l-irġiel u n-nisa. Il-President tal-Bord tat-Tmexxija għandu jkun ukoll il-President tal-Bord Eżekuttiv. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jieħu sehem fil-laqgħat tal-Bord Eżekuttiv, iżda ma għandux ikollu d-dritt tal-vot.

Emenda    34

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Il-mandat tal-membri tal-Bord Eżekuttiv għandu jkun ta' sentejn. Dak il-mandat għandu jkun jista' jiġi estiż. Il-mandat tal-membri tal-Bord Eżekuttiv għandu jintemm meta tintemm is-sħubija tagħhom fil-Bord tat-Tmexxija.

5.  Il-mandat tal-membri tal-Bord Eżekuttiv għandu jkun ta' sentejn. Dak il-mandat jista' jiġġedded. Il-mandat tal-membri tal-Bord Eżekuttiv għandu jintemm meta tintemm is-sħubija tagħhom fil-Bord tat-Tmexxija.

Ġustifikazzjoni

Kompromess komuni li jissostitwixxi l-emendi 16, 109, 110, 111 (Cedefop), 31, 149, 150, 151 (Eurofound), 15, 109, 110, 111, 112 (EU-OSHA).

Emenda    35

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Il-Bord Eżekuttiv għandu jiltaqa' tliet darbiet fis-sena. Barra minn hekk, għandu jiltaqa' fuq l-inizjattiva tal-President tiegħu jew fuq talba tal-membri tiegħu.

6.  Il-Bord Eżekuttiv għandu jiltaqa' tliet darbiet fis-sena. Barra minn hekk, għandu jiltaqa' fuq l-inizjattiva tal-President tiegħu jew fuq talba tal-membri tiegħu. Kull koordinatur għandu jinforma lill-membri tal-grupp tiegħu jew tagħha stess, wara kull laqgħa, dwar il-kontenut tad-diskussjoni, b'mod trasparenti u f'waqtu.

Emenda    36

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Id-Direttur Eżekuttiv għandu jmexxi l-Aġenzija. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jagħti rendikont ta' għemilu lill-Bord tat-Tmexxija.

1.  Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun responsabbli mit-tmexxija ġenerali tal-Aġenzija skont id-direzzjoni strateġika stabbilita mill-Bord tat-Tmexxija u għandu jagħti rendikont ta' għemilu lill-Bord tat-Tmexxija.

Ġustifikazzjoni

Kompromess komuni li jissostitwixxi l-emenda 114 (Cedefop).

Emenda    37

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 5 – punt ba (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)  skont id-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 5(2), it-teħid ta' deċiżjonijiet fir-rigward tal-ġestjoni tar-riżorsi umani;

Ġustifikazzjoni

Kompromess komuni li jissostitwixxi l-emendi 18, 120 u 121 (Cedefop).

Emenda    38

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 5 – punt bb (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(bb)  it-teħid ta' deċiżjonijiet fir-rigward tal-istrutturi interni tal-Aġenzija u, meta jkun meħtieġ, l-emenda tagħhom, filwaqt li jitqiesu ħtiġijiet relatati mal-attivitajiet tal-Aġenzija u l-ġestjoni baġitarja soda;

Ġustifikazzjoni

Kompromess komuni li jissostitwixxi l-emendi 18, 120 u 121 (Cedefop).

Emenda    39

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 5 – punt j

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(j)  it-tħejjija ta' abbozz tad-dikjarazzjoni tal-estimi tad-dħul u l-infiq tal-Aġenzija u l-implimentazzjoni tal-baġit tagħha.

(j)  it-tħejjija ta' abbozz tad-dikjarazzjoni tal-estimi tad-dħul u l-infiq tal-Aġenzija u l-implimentazzjoni tal-baġit tagħha, bħala parti mid-dokument ta' programmazzjoni tal-Aġenzija;

Emenda    40

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 5 – punt ja (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ja)  il-kooperazzjoni ma' aġenziji oħra tal-Unjoni, u l-konklużjoni ta' ftehimiet ta' kooperazzjoni magħhom.

Emenda    41

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun responsabbli wkoll biex jiddeċiedi jekk ikunx neċessarju għall-fini li jitwettqu l-kompiti tal-Aġenzija b'mod effiċjenti u effettiv li jiġi stabbilit uffiċċju wieħed jew aktar fi Stat Membru wieħed jew aktar. Dik id-deċiżjoni tirrikjedi l-kunsens minn qabel tal-Kummissjoni, tal-Bord tat-Tmexxija u tal-Istat Membru li fih irid jiġi stabbilit l-uffiċċju lokali. Dik id-deċiżjoni għandha tispeċifika l-kamp ta' applikazzjoni tal-attivitajiet li jridu jitwettqu f'dak l-uffiċċju lokali b'mod li jiġu evitati spejjeż bla bżonn u duplikazzjoni tal-funzjonijiet amministrattivi tal-Aġenzija.

6.  Id-Direttur Eżekuttiv għandu jkun responsabbli wkoll biex jiddeċiedi jekk ikunx neċessarju għall-fini li jitwettqu l-kompiti tal-Aġenzija b'mod effiċjenti u effettiv li jiġi stabbilit uffiċċju lokali wieħed fi Brussell bħala uffiċċju ta' kollegament biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni tal-Aġenzija mal-istituzzjonijiet rilevanti tal-Unjoni. Dik id-deċiżjoni għandha tkun soġġetta għall-kunsens minn qabel tal-Kummissjoni, tal-Bord tat-Tmexxija u tal-Istat Membru li fih irid jiġi stabbilit l-uffiċċju lokali. Dik id-deċiżjoni għandha tispeċifika l-kamp ta' applikazzjoni tal-attivitajiet li jridu jitwettqu f'dak l-uffiċċju lokali b'mod li jiġu evitati spejjeż bla bżonn u duplikazzjoni tal-funzjonijiet amministrattivi tal-Aġenzija.

Ġustifikazzjoni

Kompromess komuni li jissostitwixxi l-emendi 19, 124, 125, 126 u 127 (Cedefop).

Emenda    42

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

6a.  Id-Direttur Eżekuttiv jista', wara li jikkonsulta lill-Bord Eżekuttiv, jaħtar Viċi Direttur soġġett għall-approvazzjoni, permezz ta' votazzjoni b'maġġoranza sempliċi, tal-Bord tat-Tmexxija. Il-Viċi Direttur għandu jintgħażel minn fost il-persunal anzjan tal-Aġenzija u l-mandat tiegħu jew tagħha għandu jintemm ma' dak tad-Direttur Eżekuttiv, jew qabel, għal raġunijiet dixxiplinari, soġġett għall-approvazzjoni, b'maġġoranza sempliċi, tal-Bord tat-Tmexxija. Id-Direttur Eżekuttiv għandu jipprovdi raġunijiet li jiġġustifikaw il-ħtieġa li jinħatar Viċi Direttur u għandu jalloka riżorsi xierqa għal dak l-għan. Id-dmirijiet tal-Viċi Direttur għandhom ikunu definiti b'mod ċar, għandhom jirreferu biss għall-ġestjoni ta' kuljum tal-Aġenzija, u għandhom jiġu approvati mill-Bord Eżekuttiv wara proposti mid-Direttur Eżekuttiv. Il-Viċi Direttur għandu jattendi l-laqgħat tal-Bord tat-Tmexxija u tal-Bord Eżekuttiv.

Emenda    43

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-abbozz preliminari tal-estimi għandu jkun ibbażat fuq l-għanijiet u r-riżultati mistennija tad-dokument ta' programmazzjoni annwali msemmi fl-Artikolu 6(1), u għandu jqis ir-riżorsi finanzjarji meħtieġa sabiex jintlaħqu dawk l-għanijiet u r-riżultati mistennija, b'konformità mal-prinċipju ta' bbaġitjar abbażi tal-prestazzjoni.

Emenda    44

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1 – subparagrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-abbozz provviżorju tal-estimi għandu jiżgura li n-nefqa fuq il-persunal ikun adegwat biex l-Aġenzija tkun tista' twettaq il-mandat tagħha.

Emenda    45

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Il-Kummissjoni għandha tibgħat l-abbozzi tal-estimi lill-awtorità baġitarja flimkien mal-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni.

4.  Il-Kummissjoni għandha tissottometti l-abbozz tal-estimi lill-awtorità baġitarja u lill-Aġenzija flimkien mal-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni.

Emenda    46

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  L-uffiċjal tal-kontabbiltà għandu jibgħat, sal-1 ta' Lulju wara kull sena finanzjarja, il-kontijiet finali lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, flimkien mal-opinjoni tal-Bord tat-Tmexxija.

5.  L-uffiċjal tal-kontabilità għandu jibgħat, sal-1 ta' Lulju wara kull sena finanzjarja, il-kontijiet finali lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri, flimkien mal-opinjoni tal-Bord tat-Tmexxija.

Emenda    47

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Id-Direttur Eżekuttiv għandu jinħatar mill-Bord tat-Tmexxija minn lista ta' kandidati proposta mill-Kummissjoni, wara proċedura tal-għażla miftuħa u trasparenti.

Id-Direttur Eżekuttiv għandu jinħatar mill-Bord tat-Tmexxija minn lista ta' kandidati proposta mill-Kummissjoni, wara proċedura tal-għażla miftuħa u trasparenti li tiggarantixxi valutazzjoni rigoruża tal-kandidati u livell għoli ta' indipendenza. Ladarba jinħatar, id-Direttur Eżekuttiv għandu jattendi skambju ta' fehmiet fil-kumitat responsabbli tal-Parlament Ewropew.

Emenda    48

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Il-Bord tat-Tmexxija, filwaqt li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni li tqis il-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 3, jista' jestendi l-mandat tad-Direttur Eżekuttiv darba, għal mhux aktar minn ħames snin.

4.  Il-Bord tat-Tmexxija, filwaqt li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni li tqis il-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 3, jista' jġedded il-mandat tad-Direttur Eżekuttiv darba.

Emenda    49

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Direttur Eżekuttiv li l-mandat tiegħu jkun ġie estiż ma jistax jipparteċipa fi proċedura oħra ta' għażla għall-istess kariga fit-tmiem tal-perjodu ġenerali.

5.  Direttur Eżekuttiv li l-mandat tiegħu jkun iġġedded ma jistax jipparteċipa fi proċedura oħra ta' għażla għall-istess kariga fit-tmiem tal-perjodu ġenerali.

Emenda    50

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Id-Direttur Eżekuttiv jista' jitneħħa mill-kariga biss b'deċiżjoni tal-Bord tat-Tmexxija li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni.

6.  Id-Direttur Eżekuttiv jista' jitneħħa mill-kariga biss b'deċiżjoni tal-Bord tat-Tmexxija li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni, abbażi ta' valutazzjoni motivata tal-prestazzjoni tiegħu jew tagħha bħala Direttur Eżekuttiv.

Emenda    51

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-Aġenzija tista' tistabbilixxi uffiċċji lokali fi Stat Membru wieħed jew aktar, suġġett għall-kunsens tagħhom u skont l-Artikolu 11(6).

4.  L-Aġenzija tista' tistabbilixxi uffiċċju ta' kollegament fi Brussell skont l-Artikolu 11(6).

Ġustifikazzjoni

Kompromess komuni li jissostitwixxi l-emendi 22, 140, 141 u 142 (Cedefop).

Emenda    52

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Is-servizzi tat-traduzzjoni meħtieġa għat-tħaddim tal-Aġenzija għandhom jiġu pprovduti miċ-Ċentru tat-Traduzzjoni tal-korpi tal-Unjoni Ewropea.

3.  Is-servizzi tat-traduzzjoni meħtieġa għat-tħaddim tal-Aġenzija għandhom jiġu pprovduti miċ-Ċentru tat-Traduzzjoni tal-Korpi tal-Unjoni Ewropea jew, meta jkun xieraq, minn servizzi oħra tat-traduzzjoni.

Emenda    53

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu -1 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1.  L-Aġenzija għandha taġixxi b'livell għoli ta' trasparenza.

Emenda    54

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – paragrafu -1 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1.  F'konformità mal-Artikolu 30(4) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a, l-Aġenzija għandha twettaq evalwazzjonijiet ex ante ta' dawk l-attivitajiet tagħha li jinvolvu nefqa sinifikanti kif ukoll evalwazzjonijiet ex post.

 

__________________

 

1a Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1)

Emenda    55

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Meta l-Kummissjoni tqis li l-kontinwazzjoni tal-Aġenzija ma tkunx ġustifikata aktar fir-rigward tal-għanijiet, tal-mandat u tal-kompiti assenjati lilha, tista' tipproponi li dan ir-Regolament jiġi emendat skont dan jew jitħassar.

2.  Meta l-Kummissjoni tqis li l-kontinwazzjoni tal-Aġenzija ma tkunx ġustifikata aktar fir-rigward tal-għanijiet, tal-mandat u tal-kompiti assenjati lilha, tista' tipproponi li dan ir-Regolament jiġi emendat skont dan jew jitħassar. Tali proposta għandha ssir biss wara valutazzjoni dettaljata u wara li tinforma u tikkonsulta lill-Parlament Ewropew, lill-Istati Membri u lis-sħab soċjali.

(1)

  ĠU C209, 30.7.2017, p 4.


NOTA SPJEGATTIVA

Iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) huwa waħda mill-eqdem aġenziji tal-UE. Il-kwalità tal-analiżijiet u tad-data li jipprovdi dwar is-sistemi u l-politiki dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, iżda anke l-kapaċità tiegħu li jiffavorixxi l-iskambji ta' ideat u l-kondiviżjoni ta' prattiki tajba, tawh il-possibbiltà li jikseb fama u kredibbiltà fost dawk li jfasslu l-politika.

Bħala ċentru ta' għarfien espert, is-Cedefop kien kapaċi, matul is-snin, jespandi l-ambitu tal-attivitajiet tiegħu għall-ħiliet u l-kwalifiki, b'kont meħud tal-iżviluppi ekonomiċi, soċjali, politiċi u tekniċi. Il-miġja tal-era diġitali tirrappreżenta bidla importanti fil-mod kif jitfasslu l-politiki dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali. Żgur li fil-ġejjieni se jkun hemm impjiegi li fil-preżent ma jeżistux. Dan ifisser l-iżvilupp kontinwu tal-ħiliet u tal-kwalifiki biex jissodisfaw il-bżonnijiet ġodda tan-negozju. Dan ifisser ukoll li jeħtieġ li jitħeġġeġ it-tagħlim tul il-ħajja.

Għal dan l-għan, u abbażi tad-data u l-analiżijiet tas-Cedefop, il-Kummissjoni Ewropea nediet, f'Ġunju 2016, "Aġenda ġdida għall-Ħiliet għall-Ewropa", sabiex tassisti lis-70 miljun ċittadin tal-UE li għandhom livell baxx wisq fil-qari, fil-kitba, fil-matematika u fl-użu tal-għodod diġitali. Il-Kummissjoni esprimiet l-intenzjoni tagħha li tuża l-għarfien espert u l-għodod tas-Cedefop biex jitwettaq b'suċċess dan il-proġett fuq skala kbira. Madankollu, ir-rwol preċiż tal-aġenzija jenħtieġ li jiġi ċċarat, bil-ħsieb li jkun hemm kooperazzjoni tajba bejn il-partijiet ikkonċernati u ma jiġix ippreġudikat il-mandat tas-Cedefop.

Huwa f'dan il-kuntest partikolari li l-Kummissjoni Ewropea, fit-23 ta' Awwissu 2016, ipproponiet reviżjoni tar-Regolament Kostituttiv tas-Cedefop, li jmur lura għall-1975, is-sena li fiha twaqqfet l-aġenzija.

L-għan ta' din ir-reviżjoni huwa doppju: li xi dispożizzjonijiet tar-Regolament Kostituttiv isiru konformi mal-Approċċ Komuni dwar l-Aġenziji Deċentralizzati, u li l-għanijiet u l-kompiti tas-Cedefop jiġu aġġornati b'tali mod li r-Regolament Kostituttiv jirrifletti n-natura reali tal-ħidma tal-aġenzija.

Fl-abbozz ta' rapport tagħha, ir-rapporteur tilqa' l-fatt li l-approċċ komuni fl-aħħar qed jiġi applikat; l-approċċ komuni li kien is-suġġett, fi Strasburgu, fit-12 ta' Ġunju 2012, ta' dikjarazzjoni konġunta b'saħħitha mill-Kummissjoni, mill-Kunsill u mill-Parlament Ewropew, favur governanza aħjar u effiċjenza akbar ta' dawn l-aġenziji li jistgħu jappoġġaw aħjar l-implimentazzjoni tal-politiki pubbliċi.

Ir-rapporteur tilqa' wkoll l-aġġornament tal-għanijiet u tal-missjoni tal-aġenzija, fid-dawl tal-attivitajiet li diġà twettqu u li huma kompletament konformi mal-prijoritajiet attwali tal-politika Ewropea tal-edukazzjoni u tat-taħriġ vokazzjonali. Bl-istess mod, ir-rapporteur tilqa' ż-żamma tas-sistema unika ta' governanza tripartitika tal-aġenzija, li tilqa' flimkien gvernijiet, organizzazzjonijiet ta' min iħaddem u organizzazzjonijiet tal-ħaddiema.

Madankollu, ir-rapporteur għandha dubji dwar iż-żmien tar-reviżjoni. Tkun kemm tkun pożittiva għall-funzjonament u l-effikaċja tas-Cedefop, kien ikun aktar rilevanti li l-programm ta' ħidma jiġi organizzat b'tali mod li r-reviżjoni tista' tinkorpora l-konklużjonijiet li jingħataw fl-aħħar tas-sena, wara t-tlestija l-valutazzjoni esterna tal-aġenzija u ħidmietha.


OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġits (27.4.2017)

għall-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 337/75

(COM(2016)0532 – C8-0343/2016 – 2016/0257(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Jens Geier

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Il-Kummissjoni pproponiet dan l-abbozz ta' Regolament sabiex tallinja ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament eżistenti li jirregola s-Cedefop mal-Approċċ Komuni dwar l-Aġenziji Deċentralizzati. Ir-reviżjoni toffri wkoll l-opportunità li jiġu aġġornati l-għanijiet u l-kompiti tas-Cedefop.

Iż-żewġ hekk imsejħa Aġenziji tripartitiċi l-oħrajn tal-Unjoni Ewropea, l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA) u l-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (Eurofound) qed issirilhom reviżjoni tar-Regolamenti tat-Twaqqif rispettivi tagħhom fl-istess żmien bħall-Eurofound.

L-implikazzjonijiet baġitarji f'termini ta' riżorsi umani u finanzjarji, kif ippreżentati f'aktar dettall fid-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva, huma konformi mal-Komunikazzjoni (2013)519 tal-Kummissjoni.

Ir-rapporteur jipproponi li jiġu emendati ċerti dispożizzjonijiet relatati mal-kooperazzjoni bejn l-Aġenziji tripartitiċi, bil-għan li tissaħħaħ din il-kooperazzjoni.

Barra minn hekk, ir-rapporteur jipproponi l-introduzzjoni ta' rappreżentant maħtur mill-Parlament Ewropew fil-Bord ta' Ġestjoni tal-Aġenzija, biex jieħu post rappreżentant wieħed tal-Kummissjoni. Dan l-approċċ huwa konformi mad-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-aġenziji deċentralizzati tad-19 ta' Lulju 2012.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Baġits jistieden lill-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 7

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Peress li t-tliet hekk imsejħa Aġenziji tripartitiċi - Cedefop, il-Fondazzjoni Ewropea għat-titjib tal-kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol (Eurofound) u l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA) - jindirizzaw kwistjonijiet relatati mas-suq tax-xogħol, l-ambjent tax-xogħol u l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali u l-ħiliet, il-koordinazzjoni mill-qrib fost it-tliet Aġenziji hija meħtieġa u l-modi biex jittejbu l-effiċjenza u s-sinerġiji għandhom jiġu sfruttati. Barra minn hekk, fejn rilevanti, l-Aġenzija għandha tfittex li tidħol f'kooperazzjoni effiċjenti mal-kapaċitajiet ta' riċerka interni tal-Kummissjoni Ewropea.

(7)  Peress li t-tliet hekk imsejħa Aġenziji tripartitiċi - Cedefop, il-Fondazzjoni Ewropea għat-titjib tal-kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol (Eurofound) u l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA) - jindirizzaw kwistjonijiet relatati mas-suq tax-xogħol, l-ambjent tax-xogħol u l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali u l-ħiliet, il-koordinazzjoni mill-qrib fost it-tliet Aġenziji hija meħtieġa u l-modi biex jittejbu l-effiċjenza u s-sinerġiji jenħtieġ li jiġu sfruttati. B'mod partikolari, il-kondiviżjoni jew l-akkomunament ta' kompiti amministrattivi bejn dawn l-agenziji huma previsti u l-aġenziji jenħtieġ li jadottaw il-programmi ta' ħidma annwali rispettivi tagħhom f'kooperazzjoni mill-qrib ma' xulxin, sabiex jevitaw duplikazzjoni ta' xogħol. Barra minn hekk, fejn rilevanti, l-Aġenzija għandha tfittex li tidħol f'kooperazzjoni effiċjenti mal-kapaċitajiet ta' riċerka interni tal-Kummissjoni Ewropea.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 8a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8a)  Il-baġit tal-Aġenzija jenħtieġ li jiġi żviluppat f'konformità mal-prinċipju ta' bbaġitjar abbażi tal-prestazzjoni, b'kont meħud tal-għanijiet u r-riżultati mistennija tiegħu.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   L-għan tal-Aġenzija għandu jkun li tassisti l-Kummissjoni fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-politiki tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali u l-ħiliet u l-kwalifiki. Għal dan il-għan l-Aġenzija għandha tipprovdi evidenza u servizzi għat-tfassil tal-politika u l-kondiviżjoni tal-għarfien fost u bejn l-Unjoni u l-atturi nazzjonali, b'mod partikolari gvernijiet u sħab soċjali.

2.  L-għan tal-Aġenzija għandu jkun li tassisti lill-Kummissjoni, lill-istituzzjonijiet l-oħra tal-Unjoni, lill-Istati Membri u lis-sħab soċjali biex tgħin fit-tiswir u fl-implimentazzjoni tal-politiki tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali u l-ħiliet u l-kwalifiki. Għal dan il-għan l-Aġenzija għandha tipprovdi evidenza u analiżijiet għat-tfassil tal-politiki u l-kondiviżjoni tal-għarfien fost u bejn l-Unjoni u l-atturi nazzjonali, b'mod partikolari gvernijiet u sħab soċjali.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Fit-twettiq tal-kompiti tagħha, l-Aġenzija għandha żżomm djalogu mill-qrib, b'mod partikolari ma' korpi speċjalizzati, kemm jekk pubbliċi jew privati, nazzjonali jew internazzjonali, awtoritajiet pubbliċi u istituzzjonijiet edukattivi u ma' organizzazzjonijiet tal-ħaddiema u tal-impjegaturi. L-Aġenzija, mingħajr preġudizzju għall-għanijiet tagħha stess, għandha tiżgura kooperazzjoni ma' Aġenziji oħrajn tal-Unjoni Ewropea maħsuba biex jiġu evitati d-duplikazzjonijiet u jiġu promossi s-sinerġija u l-komplementarjetà fl-attivitajiet tagħhom, b'mod partikolari mal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ, il-Eurofound u l-EU-OSHA.

3.  Fit-twettiq tal-kompiti tagħha, l-Aġenzija għandha żżomm djalogu mill-qrib, b'mod partikolari ma' korpi speċjalizzati, kemm jekk pubbliċi jew privati, nazzjonali jew internazzjonali, awtoritajiet pubbliċi u istituzzjonijiet edukattivi u ma' organizzazzjonijiet tal-ħaddiema u tal-impjegaturi.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  L-Aġenzija, mingħajr preġudizzju għall-għanijiet tagħha stess, għandha tikkoopera ma' aġenziji oħrajn tal-Unjoni, b'mod partikolari l-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ, il-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol u l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għal finijiet ta' koordinament u biex jiġu ffrankati riżorsi finanzjarji, tiġi evitata d-duplikazzjoni u jiġu promossi s-sinerġiji u l-komplementarjetà fl-attivitajiet tagħhom.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 3b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3b.  L-Aġenzija għandha tikkonkludi ftehimiet ta' kooperazzjoni ma' aġenziji rilevanti oħra tal-Unjoni biex tiffaċilita u tippromwovi l-kooperazzjoni magħhom.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Bord tat-Tmexxija għandu jkun magħmul minn:

1.  Il-Bord tat-Tmexxija għandu jkun magħmul minn:

(a)  membru wieħed li jirrappreżenta lill-Gvern ta' kull Stat Membru;

(a)  membru wieħed li jirrappreżenta lill-Gvern ta' kull Stat Membru;

(b)  membru wieħed li jirrappreżenta l-organizzazzjonijiet tal-impjegaturi minn kull Stat Membru;

(b)  membru wieħed li jirrappreżenta l-organizzazzjonijiet tal-impjegaturi minn kull Stat Membru;

(c)  membru wieħed li jirrappreżenta l-organizzazzjonijiet tal-impjegati minn kull Stat Membru;

(c)  membru wieħed li jirrappreżenta l-organizzazzjonijiet tal-impjegati minn kull Stat Membru;

(d)  tliet membri li jirrappreżentaw lill-Kummissjoni;

(d)  żewġ membri li jirrappreżentaw lill-Kummissjoni;

 

(da)  membru wieħed indipendenti li jirrappreżenta lill-Parlament Ewropew.

Il-membri kollha msemmija fil-punti (a)-(d) għandhom ikunu intitolati għall-vot.

Il-membri kollha msemmija fil-punti (a)-(da) għandhom ikunu intitolati għall-vot.

 

Il-ħatra għandha tifħol fis-seħħ fil-mument li l--persuna kkonċernata tiffirma dikjarazzjoni ta' nuqqas ta' kunflitt ta' interess.

Il-membri msemmija fil-punti (a), (b) u (c) għandhom jinħatru mill-Kunsill abbażi ta' listi ta' kandidati ppreżentati mill-Istati Membri, mill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-impjegaturi u tal-impjegati rispettivament. Il-Kummissjoni għandha taħtar il-membri li għandhom jirrappreżentawha.

Il-membri msemmija fil-punti (a), (b) u (c) għandhom jinħatru mill-Kunsill abbażi ta' listi ta' kandidati ppreżentati mill-Istati Membri, mill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-impjegaturi u tal-impjegati rispettivament. Il-Kummissjoni u l-Parlament Ewropew għandhom jaħtru l-membri li għandhom jirrappreżentawhom.

 

Rappreżentant tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol u rappreżentant tal-Eurofound għandu jkollhom l-istatus ta' osservaturi waqt il-laqgħat tal-Bord ta' Tmexxija.

Ġustifikazzjoni

Id-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-aġenziji deċentralizzati tad-19 ta' Lulju 2012 tipprevedi l-possibilità li l-Parlament jaħtar membru wieħed tal-Bord ta' Tmexxija.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 4 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Bord tat-Tmexxija għandu jemenda l-programm ta' ħidma annwali adottat meta jingħata kompitu ġdid lill-Aġenzija. Il-Bord tat-Tmexxija jista' jiddelega s-setgħa li jsir l-emendar mhux sostanzjali fil-programm ta' ħidma annwali lid-Direttur Eżekuttiv.

Il-Bord tat-Tmexxija għandu jemenda l-programm ta' ħidma annwali adottat meta jingħata kompitu ġdid lill-Aġenzija. Huwa għandu jkun responsabbli li jevita d-duplikazzjoni fl-ipprogrammar mal-aġenziji tripartitiċi l-oħra tal-Unjoni u li jiżgura li r-riprijoritizzazzjoni tal-attivitajiet tkun dejjem ikkunsidrata bħala alternattiva valida qabel potenzjalment jingħataw riżorsi finanzjarji addizzjonali. Il-Bord tat-Tmexxija jista' jiddelega s-setgħa li jsir l-emendar mhux sostanzjali fil-programm ta' ħidma annwali lid-Direttur Eżekuttiv.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 5 – punt ja (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ja)  il-kooperazzjoni ma' aġenziji oħra tal-Unjoni, u l-konklużjoni ta' ftehimiet ta' kooperazzjoni magħhom.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-abbozz preliminari tal-estimi għandu jkun ibbażat fuq l-għanijiet u r-riżultati mistennija tad-dokument ta' programmazzjoni annwali msemmi fl-Artikolu 6(1), u għandu jqis ir-riżorsi finanzjarji meħtieġa sabiex jinkisbu dawn l-għanijiet u r-riżultati mistennija, b'konformità mal-prinċipju ta' bbaġitjar abbażi tal-prestazzjoni.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Il-Kummissjoni għandha tibgħat abbozz tal-estimi lill-awtorità baġitarja flimkien mal-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni.

4.  Il-Kummissjoni għandha tibgħat abbozz tal-estimi lill-awtorità baġitarja flimkien mal-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha tibgħat simultanjament dan l-abbozz tal-estimi lill-Aġenzija.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Is-servizzi tat-traduzzjoni meħtieġa għat-tħaddim tal-Aġenzija għandhom jiġu pprovduti miċ-Ċentru tat-Traduzzjoni tal-korpi tal-Unjoni Ewropea.

3.  Is-servizzi tat-traduzzjoni meħtieġa għat-tħaddim tal-Aġenzija għandhom jiġu pprovduti miċ-Ċentru tat-Traduzzjoni tal-korpi tal-Unjoni Ewropea jew fornituri oħra ta' servizz ta' traduzzjoni f'konformità mar-regoli dwar l-akkwist u fi ħdan il-limiti stabbiliti mir-regoli finanzjarji rilevanti.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Artikolu 27 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Sa mhux iżjed tard minn ħames(5) snin wara d-data msemmija fl-Artikolu 36 imbagħad kull ħames(5) snin wara din, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni f'konformità mal-linji gwida tal-Kummissjoni sabiex tivvaluta l-prestazzjoni tal-Aġenzija fir-rigward tal-għanijiet, tal-mandat u tal-kompiti tagħha. B'mod partikolari, l-evalwazzjoni għandha tindirizza l-ħtieġa possibbli li jiġi mmodifikat il-mandat tal-Aġenzija, u l-implikazzjonijiet finanzjarji ta' kwalunkwe modifika bħal din.

1.  Sa mhux iżjed tard minn ħames(5) snin wara d-data msemmija fl-Artikolu 36 imbagħad kull ħames(5) snin wara din, il-Kummissjoni għandha tissottometti evalwazzjoni f'konformità mal-linji gwida tal-Kummissjoni sabiex tivvaluta l-prestazzjoni tal-Aġenzija fir-rigward tal-għanijiet, tal-mandat u tal-kompiti tagħha. B'mod partikolari, l-evalwazzjoni għandha tindirizza l-ħtieġa possibbli li jiġi mmodifikat il-mandat tal-Aġenzija, u l-implikazzjonijiet finanzjarji ta' kwalunkwe modifika bħal din.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop)

Referenzi

COM(2016)0532 – C8-0343/2016 – 2016/0257(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

EMPL

12.9.2016

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

12.9.2016

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Jens Geier

15.9.2016

Data tal-adozzjoni

25.4.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

30

2

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Nedzhmi Ali, Jean Arthuis, Richard Ashworth, Lefteris Christoforou, Gérard Deprez, Manuel dos Santos, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazabal Rubial, Jens Geier, Esteban González Pons, Bernd Kölmel, Zbigniew Kuźmiuk, Vladimír Maňka, Clare Moody, Victor Negrescu, Jan Olbrycht, Younous Omarjee, Paul Rübig, Petri Sarvamaa, Jordi Solé, Patricija Šulin, Eleftherios Synadinos, Indrek Tarand, Inese Vaidere, Monika Vana, Daniele Viotti, Stanisław Żółtek

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Jean-Paul Denanot, Ivana Maletić, Derek Vaughan, Rainer Wieland, Tomáš Zdechovský

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

30

+

ALDE

Nedzhmi Ali, Jean Arthuis, Gérard Deprez

ECR

Richard Ashworth, Bernd Kölmel, Zbigniew Kuźmiuk

GUE/NGL

Younous Omarjee

PPE

Lefteris Christoforou, José Manuel Fernandes, Esteban González Pons, Ivana Maletić, Jan Olbrycht, Paul Rübig, Petri Sarvamaa, Patricija Šulin, Inese Vaidere, Rainer Wieland, Tomáš Zdechovský

S&D

Jean-Paul Denanot, Eider Gardiazabal Rubial, Jens Geier, Vladimír Maňka, Clare Moody, Victor Negrescu, Derek Vaughan, Daniele Viotti, Manuel dos Santos

Verts/ALE

Jordi Solé, Indrek Tarand, Monika Vana

2

-

ENF

Stanisław Żółtek

NI

Eleftherios Synadinos

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop)

Referenzi

COM(2016)0532 – C8-0343/2016 – 2016/0257(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

23.8.2016

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

EMPL

12.9.2016

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

12.9.2016

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Anne Sander

22.9.2016

 

 

 

Eżami fil-kumitat

22.3.2017

25.4.2017

 

 

Data tal-adozzjoni

12.7.2017

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

47

3

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Guillaume Balas, Brando Benifei, Enrique Calvet Chambon, David Casa, Ole Christensen, Martina Dlabajová, Lampros Fountoulis, Elena Gentile, Arne Gericke, Marian Harkin, Czesław Hoc, Danuta Jazłowiecka, Agnes Jongerius, Rina Ronja Kari, Jan Keller, Ádám Kósa, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Jean Lambert, Jérôme Lavrilleux, Patrick Le Hyaric, Jeroen Lenaers, Verónica Lope Fontagné, Thomas Mann, Dominique Martin, Anthea McIntyre, Joëlle Mélin, Elisabeth Morin-Chartier, Marek Plura, Terry Reintke, Robert Rochefort, Claude Rolin, Sven Schulze, Siôn Simon, Romana Tomc, Yana Toom, Marita Ulvskog, Renate Weber, Tatjana Ždanoka, Jana Žitňanská

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Maria Arena, Lynn Boylan, Tania González Peñas, Marju Lauristin, Paloma López Bermejo, Anne Sander, Joachim Schuster, Michaela Šojdrová, Helga Stevens, Flavio Zanonato

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Andrejs Mamikins, Elena Valenciano

Data tat-tressiq

28.7.2017


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

47

+

ALDE

ECR

GUE/NGL

PPE

S&D

VERTS/ALE

Martina Dlabajová, Marian Harkin, Robert Rochefort, Yana Toom, Renate Weber

Arne Gericke, Czesław Hoc, Anthea McIntyre, Helga Stevens, Jana Žitňanská

Lynn Boylan, Tania González Peñas, Rina Ronja Kari, Patrick Le Hyaric, Paloma López Bermejo

David Casa, Danuta Jazłowiecka, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Ádám Kósa, Jérôme Lavrilleux, Jeroen Lenaers, Verónica Lope Fontagné, Thomas Mann, Elisabeth Morin-Chartier, Marek Plura, Claude Rolin, Anne Sander, Sven Schulze, Michaela Šojdrová, Romana Tomc

Maria Arena, Guillaume Balas, Brando Benifei, Ole Christensen, Elena Gentile, Agnes Jongerius, Jan Keller, Marju Lauristin, Andrejs Mamikins, Joachim Schuster, Siôn Simon, Marita Ulvskog, Elena Valenciano, Flavio Zanonato

Jean Lambert, Terry Reintke, Tatjana Ždanoka

3

-

ENF

NI

Dominique Martin, Joëlle Mélin

Lampros Fountoulis

1

0

ALDE

Enrique Calvet Chambon

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  Kontra

0  :  astensjoni

Avviż legali